ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 61

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
5 ta' Marzu 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 169/2009 tas-26 ta' Frar 2009 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni (Verżjoni kodifikata) ( 1 )

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 170/2009 tal-4 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 171/2009 tal-4 ta’ Marzu 2009 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Awwissu 2009

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 172/2009 tal-4 ta’ Marzu 2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni applikabbli għal ċerti tipi ta' ross bla ħliefa mill-5 ta’ Marzu 2009

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 173/2009 tal-4 ta’ Marzu 2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf mill-5 ta’ Marzu 2009

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/2009 tal-4 ta’ Marzu 2009 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tat-23 sa tas-27 ta’ Frar 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

12

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/171/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 li temenda l-Anness 2, Skeda A, tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari, fir-rigward tal-ħtieġa ta’ viża għal detenturi ta’ passaport diplomatiku u ta’ servizz Indoneżjan

17

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni 2008/421/KE tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fil-Konfederazzjoni Żvizzera ( ĠU L 149, 7.6.2008 )

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

5.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 169/2009

tas-26 ta' Frar 2009

li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-L-Artikolu 83 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1017/68 tad-19 ta’ Lulju 1968 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma iinterni (3) ġie emendat diversi drabi b’mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Ir-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u l-passaġġi tal-ilma interni huma parti mill-politika komuni tat-trasport u tal-politika ekonomika ġenerali.

(3)

Ir-regoli tal-kompetizzjoni għal dawk is-setturi għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-fatturi distintivi tat-trasport.

(4)

Minħabba li r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport jidderogaw mir-regoli ġenerali tal-kompetizzjoni, għandu jkun possibli għall-impriżi li jaċċertaw liema regoli japplikaw f'kull każ partikolari.

(5)

Is-sistema ta' regoli dwar il-kompetizzjoni għat-trasport għandha tapplika ugwalment għall-iffinanzjar jew l-akkwist konġunt ta' apparat tat-trasport għall-operat konġunt ta' servizzi minn ċerti agruppamenti ta' impriżi, kif ukoll għal ċerti operazzjonijiet konnessi mat-trasport bil-ferrovija, bit-triq jew fuq il-passaġġi tal-ilma interni jew mal-fornituri ta' servizzi anċillari għat-trasport.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li n-negozju bejn l-Istati Membri ma jkunx affettwat jew li l-kompetizzjoni ġewwa s-suq intern tiġi mfixkla, huwa meħtieġ li jiġi projbit fil-prinċipju għat-tliet modi ta' trasport speċifikati hawn fuq l-akkordji kollha bejn impriżi, deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prattiċi miftiehma bejn l-impriżi u l-eżempji kollha ta' abbuż ta' pożizzjoni dominanti ġewwa s-suq intern li jista' jkollhom dawk l-effetti.

(7)

Ċerti tipi ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport li l-fini jew l-effett tagħhom huwa biss li japplikaw titjib tekniku jew li jiksbu kooperazzjoni teknika jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq akkordji restrittivi peress illi dawn jikkontribwixxu sabiex itejbu l-produttività. Fid-dawl tal-esperjenza wara l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kunsill jista', fuq proposta mill-Kummissjoni, jemenda l-lista ta' dawk it-tipi ta' akkordji.

(8)

Sabiex jingħata appoġġ għat-titjib fl-istruttura tal-industrija tas-setturi tat-toroq u tal-passaġġi tal-ilma interni, li xi drabi hija mferrxa iżżejjed, għandhom ikunu ukoll eżenti mill-projbizzjoni fuq l-akkordji restrittivi dawk l-akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jipprovdu għall-ħolqien u l-operat ta' aggruppamenti ta' impriżi f'dawn iż-żewġ setturi ta' trasport li l-iskop tagħhom huwa li jkomplu x-xogħlijiet tat-trasport, inklużi l-iffinanzjar jew l-akkwist konġunt ta' apparat tat-trasport għall-operat konġunt ta' servizzi. Eżenzjoni ġenerali bħal din tista' tingħata biss bil-kondizzjoni li l-kapaċità tal-ġarr totali ta' agruppament ma teċċedix il-massimu stabbilit, u li l-kapaċità individwali tal-impriżi li jappartjenu għall-agruppament ma tkunx teċċedi ċerti limiti hekk stabiliti sabiex jiżguraw li l-ebda impriża waħedha ma tkun tista' żżomm pożizzjoni dominanti ġewwa l-agruppament. Il-Kummissjoni għandha, madankollu, jkollha s-setgħa li tintervjeni jekk, f'każijiet speċifiċi, dawk l-akkordji jkollhom effetti inkompatibbli mal-kondizzjonijiet li taħthom akkordju restrittiv jista' jiġi rikonoxxut bħala legali, u għandu jikkostitwixxi abbuż tal-eżenzjoni. Madankollu, l-fatt li agruppament ikollu kapaċità ta' ġarr totali akbar mill-massimu stabilit, jew li ma jkunx jista' jitlob l-eżenzjoni ġenerali minħabba l-kapaċità individwali tal-impriżi li jappartjenu lill-agruppament, m'għandux fih innifsu jipprevjeni dak l-agruppament milli jikkostitwixxi akkordju, deċiżjoni jew prattika miftiehma legali jekk dan jissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti mniżżla f'dan ir-Regolament.

(9)

Jiġi mill-impriżi nnifishom, fl-ewwel lok, li jaraw jekk l-effetti predominanti tal-akkordji, tad-deċiżjonijiet jew tal-prattiċi miftiehma tagħhom humiex ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni jew il-benefiċċji ekonomiċi aċċettabbli bħala ġustifikazzjoni għal restrizzjoni bħal din u li jiddeċiedu skond dan, fuq responsabbiltà tagħhom stess, dwar l-illegalità jew il-legalità ta' dawn l-akkordji, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma.

(10)

Għalhekk, l-impriżi għandhom jitħallew jikkonkludu jew iħaddmu akkordji mingħajr ma jiddikjarawhom. Dan jesponi dawn l-akkordji għar-riskju li jiġu dikjarati nulli b'effett retroattiv jekk jiġu eżaminati wara kwerela jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, iżda ma jipprevjenix li dawn jiġu dikjarati retroattivament legali fil-każ ta' eżami sussegwenti bħal dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom, fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u fuq il-passaġġi tal-ilma interni, japplikaw kemm għall-akkordji, għad-deċiżjonijiet u għall-prattiċi miftiehma kollha li għandhom bħala l-fini jew l-effett tagħhom l-iffissar ta' rati u ta' kondizzjonijiet tat-trasport, il-limitazzjoni jew il-kontroll tal-provvista tat-trasport, il-qsim ta' swieq ta' trasport, l-applikazzjoni ta' titjib tekniku jew kooperazzjoni teknika, jew l-iffinanzjar jew l-akkwist konġunt ta' apparat tat-trasport jew provvisti meta dawn l-operazzjonijiet ikunu direttament relatati mal-provvista ta' servizzi tat-trasport u huma meħtieġa għat-tħaddim konġunt ta’ servizzi minn agruppament fis-sens tal-Artikolu 3 ta' impriżi tat-trasport bit-triq jew fuq il-passaġġi tal-ilma interni, kif ukoll għall-abbuż ta' pożizzjoni dominanti fuq is-suq tat-trasport. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għal dawk li jipprovdu servizzi anċillari għat-trasport li għandhom xi finijiet jew effetti minn dawk imniżżla hawn fuq.

L-Artikolu 2

Eċċezzjoni għall-akkordji tekniċi

1.   Il-projbizzjoni fl-L-Artikolu 81(1) tat-Trattat m'għandhiex tapplika għal akkordji, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma li l-fini jew l-effett tagħhom huwa li japplikaw titjib tekniku jew li jiksbu kooperazzjoni teknika permezz ta':

(a)

l-istandardizzazjoni ta' apparat, provvisti tat-trasport, vetturi jew installazjonijiet fissi;

(b)

l-iskambju jew il-qsim ta' servizzi tat-trasport, ta' ħaddiema, ta' apparat, ta' vetturi jew ta' installazjonijiet fissi, bl-iskop li joperaw servizzi tat-trasport;

(ċ)

l-organizzazjoni u l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet ta' trasport suċċessivi, kumplimentari, sostituttivi jew magħquda, u l-iffissar u l-applikazzjoni ta' rati u kondizzjonijiet inklusivi għal dawk ix-xogħlijiet, li jinkludu rati kompetittivi speċjali;

(d)

l-użu, għal vjaġġi permezz ta' mod ta' trasport wieħed, tar-rotot li huma l-aktar razzjonali mil-aspett operattiv;

(e)

il-koordinazzjoni ta' skedi tal-ħinijiet tat-trasport għall-konnessjoni tar-rotot;

(f)

l-agruppament ta' konsenji individwali;

(g)

l-istabbiliment ta' regoli uniformi dwar l-istruttura tat-tariffi u l-kondizzjonijiet ta' applikazzjoni tagħhom, sakemm dawn ir-regoli ma jistabbilixxux rati u kondizzjonijiet tat-trasport.

2.   Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tissottometti proposti lill-Kunsill bl-iskop li tiġi estiża jew imnaqqsa l-lista fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 3

Eżenzjoni għal gruppi ta' impriżi ta' daqs żgħir u medju

1.   Akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma msemmija fl-L-Artikolu 81(1) tat-Trattat għandhom jiġu eżentati mill-projbizzjoni f'dak l-Artikolu meta l-għan tagħhom huwa:

(a)

il-kostituzzjoni u t-tħaddim ta' agruppamenti ta' impriżi tat-trasport bit-triq jew fuq il-passaġġi tal-ilma interni bl-iskop li jitwettqu l-attivitajiet tat-trasport;

(b)

l-iffinanzjar jew l-akkwist konġunt ta' apparat jew provvisti tat-trasport, meta dawn l-operazzjonijiet ikunu direttament relatati mal-provvista ta' servizzi tat-trasport u jkunu meħtieġa għax-xogħlijiet konġunti tal-agruppamenti hawn fuq imsemmija;

dejjem sakemm il-kapaċità ta' ġarr totali ta' xi agruppamenti ma teċċedix:

(i)

10 000 tunellata metrika fil-każ ta' trasport bit-triq;

(ii)

500 000 tunellata metrika fil-każ ta' trasport permezz ta' passaġġi tal-ilma interni.

Il-kapaċità individwali ta' kull impriża li tappartjeni għal agruppamenti m'għandhiex teċċedi l-1 000 tunellata metrika fil-każ ta' trasport fuq it-triq jew il-50 000 tunellata metrika fil-każ tat-trasport fuq il-passaġġi tal-ilma intern.

2.   Jekk l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattiċi miftiehma koperta mill-paragrafu 1 għandha, kull każ mogħti, effetti li huma inkompattibli mal-rekwisiti tal-L-Artikolu 81(3) tat-Trattat, l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal-impriża jistgħu jkunu rekwiżiti li jwaqqfu dawn l-effetti.

L-Artikolu 4

Tħassir

Ir-Regolament (KEE) Nru 1017/68, kif emendat bir-Regolament elenkat fl-Anness I, il-Parti A, huwa mħassar, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 13(3), li jibqa’ japplika għad-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1017/68 qabel l-1 ta’ Mejju 2004 sad-data ta’ tmien ta’ dawk id-deċiżjonijiet.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

L-Artikolu 5

Dħul fis-seħħ, akkordji eżistenti

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-projbizzjoni fl-Artikolu 81(1) tat-Trattat m'għandhiex tapplika għal akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li kienu jeżistu fid-data tal-adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja jew fid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonka, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja u li, minħabba l-adeżjoni, jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat jekk, fi żmien sitt xhur mid-data tal-adeżjoni, dawn ikunu emendati b’mod illi jsiru konformi mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. Dan il-paragrafu ma japplikax għal akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li fid-data tal-adeżjoni jkunu digà jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

I. LANGER


(1)  ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 67.

(2)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 100.

(3)  ĠU L 175, 23.7.1968, p. 1.

(4)  Ara l-Anness I.


ANNESS I

PARTI A

Ir-Regolament imħassar flimkien mal-emendi suċċessivi tiegħu

(imsemmi fl-Artikolu 4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1017/68

(ĠU L 175, 23.7.1968, p. 1)

ħlief l-Artikolu 13(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003

(ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1)

l-Artikolu 36 biss

PARTI B

Emendi suċċessivi li mhumiex imħassra

L-Att ta’ Adeżjoni tal-1972

L-Att ta’ Adeżjoni tal-1979

L-Att ta’ Adeżjoni tal-1994

L-Att ta’ Adeżjoni tal-2004


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 1017/68

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 3

L-Artikolu 2

L-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi introduttorja, l-ewwel inċiż

L-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi introduttorja, (a)

L-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi introduttorja, it-tieni inċiż

L-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi introduttorja, (b)

L-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni frażi introduttorju, l-ewwel inċiż

L-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni frażi introduttorju, (i)

L-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni frażi introduttorju, it-tieni inċiż

L-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni frażi introduttorju, (ii)

L-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 4

L-Artikolu 30(1)

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 30(3), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 31

L-Anness I

L-Anness II


5.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 170/2009

tal-4 ta’ Marzu 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Marzu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

148,7

MA

62,2

TN

126,1

TR

84,0

ZZ

105,3

0707 00 05

MA

120,1

TR

133,5

ZZ

126,8

0709 90 70

MA

54,8

TR

113,7

ZZ

84,3

0709 90 80

EG

88,5

ZZ

88,5

0805 10 20

EG

47,5

IL

61,0

MA

49,5

TN

58,3

TR

62,7

ZZ

55,8

0805 50 10

EG

49,6

MA

48,2

TR

52,6

ZZ

50,1

0808 10 80

AR

113,5

CA

87,4

CL

104,8

CN

73,4

MK

25,7

NZ

95,4

US

120,6

ZZ

88,7

0808 20 50

AR

78,0

CL

95,4

CN

93,2

US

109,7

ZA

97,1

ZZ

94,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


5.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 171/2009

tal-4 ta’ Marzu 2009

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Awwissu 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda wara il-ħmistax-il jum ta' Frar 2009, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u l-pajjiżi terzi kollha għajr għaċ-Ċina.

(3)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2007, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar ta' Frar 2009 jistgħu jkunu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni “A” mressqa skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 wara il-ħmistax-il jum ta' Frar 2009 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard ta' Frar 2009 għandhom ikunu sodisfatti b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


ANNESS

Oriġini

Nru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

X

Importaturi ġodda

09.4099

X

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

23,155471  %

Importaturi ġodda

09.4100

0,442303  %

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

100  %

Importaturi ġodda

09.4102

100  %

“X

:

Mingħajr koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu għal dan il-pajjiż.”


5.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 172/2009

tal-4 ta’ Marzu 2009

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni applikabbli għal ċerti tipi ta' ross bla ħliefa mill-5 ta’ Marzu 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 137 tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni jirriżultalha li l-liċenzji ta' importazzjoni għar-ross bla ħliefa tal-Kodiċi NM 1006 20, għajr il-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross Basmati, inħarġu għal kwantità ta' 221 765 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2008 sat-28 ta’ Frar 2009. Id-dazju tal-importazzjoni tar-ross bla ħliefa kopert bil-Kodiċi NM 1006 20 għajr ir-ross Basmati għalhekk għandu jinbidel.

(2)

Id-dazju applikabbli għandu jiġi ffissat fi żmien għaxart ijiem minn tmiem il-perjodu msemmi hawn fuq. Jeħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazju tal-importazzjoni applikabbli għar-ross bla ħliefa kopert bil-kodiċi NM 1006 20 huwa EUR 42,5 it-tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


5.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 173/2009

tal-4 ta’ Marzu 2009

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf mill-5 ta’ Marzu 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 139 tiegħu,

Billi:

(1)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li bagħtulha l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni jirriżultalha li ngħataw liċenzji għall-importazzjoni tar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 30, għal kwantità ta' 160 203 tunnellati għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2008 sat-28 ta’ Frar 2009. Għaldaqstant jeħtieġ li jinbidel id-dazju tal-importazzjoni għar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf kopert bil-kodiċi NM 1006 30.

(2)

Id-dazju applikabbli għandu jkun iffissat fi żmien għaxart ijiem minn tmiem il-perjodu msemmi hawn fuq, u għaldaqstant jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazju tal-importazzjoni applikabbli għar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf kopert bil-kodiċi NM 1006 30 huwa EUR 145 it-tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


5.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 174/2009

tal-4 ta’ Marzu 2009

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tat-23 sa tas-27 ta’ Frar 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn tat-23 sa tas-27 ta’ Frar 2009 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numru tas-serje 09.4351 (Lulju-Settembru 2009).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa minn tat-23 sa tas-27 ta’ Frar 2009 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1.


ANNESS

Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 23.2.2009-27.2.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliż

0

Intlaħqu

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

0

Intlaħqu

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

0

Intlaħqu


Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq Lulju-Settembru 2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 23.2.2009-27.2.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

 

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

 

09.4335

Il-Fiġi

 

09.4336

Il-Ġeorġja

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

 

09.4339

Il-Kenja

 

09.4340

Il-Madagaskar

 

09.4341

Il-Malawi

 

09.4342

Il-Mawrizju

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

 

09.4348

Trinidad u Tobago

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

Intlaħqu


Zokkor kumplementari

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 23.2.2009-27.2.2009

Limitu

09.4315

L-Indja

 

09.4316

Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP

 


Zokkor konċessjonijiet CXL

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 23.2.2009-27.2.2009

Limitu

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Zokkor Balkani

Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 23.2.2009-27.2.2009

Limitu

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja u Ħerzegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja u l-Kosovo (*)

100

 

09.4327

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 23.2.2009-27.2.2009

Limitu

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


Zokkor APE supplimentari

Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 23.2.2009-27.2.2009

Limitu

09.4431

Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, Iż-Żambja, iż-Żimbabwe

100

 

09.4432

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

100

 

09.4433

Is-Sważiland

100

 

09.4434

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4435

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

0

Intlaħqu

09.4436

Ir-Repubblika Dominikana

0

Intlaħqu

09.4437

Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 23.2.2009-27.2.2009

Limitu

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

100

 


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

5.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Frar 2009

li temenda l-Anness 2, Skeda A, tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari, fir-rigward tal-ħtieġa ta’ viża għal detenturi ta’ passaport diplomatiku u ta’ servizz Indoneżjan

(2009/171/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jirriżerva għall-Kunsill il-poteri ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi (1), u b’mod partikolari tal-Artikolu 1(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Awstrija,

Billi:

(1)

L-Anness 2, Skeda A, tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari (2), fih il-lista ta’ pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom m’humiex soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża f’wieħed jew aktar mill-Istati ta’ Schengen meta jkunu detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew ta’ servizz, iżda li jkunu soġġetti għal din il-ħtieġa meta huma jkunu detenturi ta’ passaporti ordinarji.

(2)

L-Awstrija tixtieq teżenta lid-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi u passaporti ta’ servizz Indoneżjani mill-ħtieġa tal-viża. L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni għandhom għalhekk jiġu rispettivament emendati.

(3)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Deċiżjoni jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(4)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (3), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (4).

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jipparteċipaw f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (5); għalhekk ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tipparteċipax, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tipparteċipa f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (6); għalhekk l-Irlanda m’hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u m’hijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Fir-rigward tal Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(8)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/261/KE (9).

9.

Rigward Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

(10)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005,

ADOTTA DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Iskeda A tal-Anness 2 għall-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni, għandhom jiġu inseriti l-ittri “D” u “S” fil-kolonna “AT” maġenb it-terminu Indoneżja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK


(1)  ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2.

(2)  ĠU C 326, 22.12.2005, p. 1

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(5)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(6)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(9)  4. ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.


Corrigendum

5.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/19


Rettifika għad-Deċiżjoni 2008/421/KE tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fil-Konfederazzjoni Żvizzera

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 149, 7 ta' Ġunju 2008 )

F’Paġna 76, fl-Anness I, nota 7 ta’ qiegħ il-paġna:

minflok:

“(…) Il-manwal ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/333/KE (ĠU L 123, 8.5.2008, p. 1) u 2008/334/ĠAI (ĠU L 123, 8.5.2008, p. 39). ”;

aqra:

“(…) Il-manwal ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/757/KE (ĠU L 317, 16.11.2006, p. 1) u 2006/758/KE (ĠU L 317, 16.11.2006, p. 41).”.