ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 55

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
27 ta' Frar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 160/2009 tat-23 ta’ Frar 2009 li jemenda l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 161/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 162/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 li jemenda l-Annessi III u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli ( 1 )

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 163/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered ( 1 )

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 164/2009 tas-26 ta' Frar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 951/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-provi tal-wasla fid-destinazzjoni tagħhom ta' esportazzjonijiet barra mill-kwota fis-settur taz-zokkor

19

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2009/161/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2008 li f’isem il-Komunità tapprova l-Anness 8 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontroll tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri

21

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/162/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perjodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu jistgħu jiġu introdotti fil-Komunità għal raġunijiet ta’ dekontaminazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1174)

40

 

 

2009/163/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2009 li temenda d-Deċiżjoni 1999/217/KE fir-rigward tar-reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir użati fi jew fuq oġġetti tal-ikel (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1222)  ( 1 )

41

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/164/PESK tas-26 ta’ Frar 2009 Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill li ġġedded miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ghal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

44

 

 

Corrigendum

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/2009 tad-19 ta’ Frar 2009 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 ( ĠU L 49, 20.2.2009 )

45

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 160/2009

tat-23 ta’ Frar 2009

li jemenda l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 283 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, imressqa wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri,

Billi:

(1)

Konformement mal-Artikolu 21 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684/KE, Euratom tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2), il-Membri għandhom id-dritt għall-għajnuna mill-persunal personali li huma jistgħu jagħżlu b’mod ħieles.

(2)

Bħalissa, il-Membri tal-Parlament Ewropew jimpjegaw il-persunal kollu tagħhom direttament b'kuntratti li huma suġġetti għal-liġi nazzjonali, filwaqt li jirkupraw l-ispejjeż li jagħmlu mill-Parlament Ewropew, suġġett għal ammont massimu fiss.

(3)

Fid-9 ta' Lulju 2008 l-Bureau tal-Parlament Ewropew adotta miżuri implimentattivi tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew; taħt l-Artikolu 34 ta' dawk il-miżuri implimentattivi, il-Membri għandhom jużaw:

(a)

“assistenti parlamentari akkreditati”, impjegati f'wieħed mit-tliet postijiet ta' xogħol tal-Parlament Ewropew taħt l-arranġamenti legali speċifiċi adottati abbażi tal-Artikolu 283 tat-Trattat u li l-kuntratti tagħhom jkunu konklużi u amministrati direttament mill-Parlament Ewropew; u

(b)

persuni fiżiċi li għandhom jassistu Membri fl-Istati Membri tal-elezzjoni tagħhom u li temmew impjieg jew kuntratt ta' servizz magħhom taħt il-liġi nazzjonali applikabbli konformement mal-kondizzjonijiet imniżżlin fil-miżuri implimentattivi msemmijin qabel, minn hawn ′il quddiem “assistenti lokali”.

(4)

B′kuntrast mal-assistenti lokali, l-assistenti parlamentari akkreditati huma, bħala regola ġenerali, espatrijati. Huma jaħdmu fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew f'ambjent Ewropew, multilingwu u multikulturali u jwettqu kompiti li huma marbuta b'mod dirett mal-ħidma ta' wieħed jew aktar mill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew.

(5)

Għal dawn ir-raġunijiet u bil-ħsieb li tkun żgurata t-trasparenza u ċ-ċertezza legali permezz ta' regoli komuni, huwa adatt li jkun previst li l-assistenti parlamentari akkreditati jiġu impjegati permezz ta' kuntratti diretti mal-Parlament Ewropew. Madankollu, l-assistenti lokali, inklużi dawk li jaħdmu għall-Membri eletti f'xi wieħed mill-Istati Membri fejn jinsab wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew, għandhom ikomplu jiġu impjegati, konformement mal-miżuri implimentattivi tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, mill-Membri tal-Parlament Ewropew b'kuntratti konklużi taħt il-liġi nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru fejn jiġu eletti.

(6)

Għalhekk, huwa adatt li l-assistenti parlamentari akkreditati jkunu suġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (3), b’mod li jittieħed kont taċ-ċirkustanzi partikolari tagħhom, tal-kompiti partikolari li jintalbu jwettqu u d-dmirijiet u l-obbligi speċifiċi li jridu jissodisfaw vis-à-vis il-Membri tal-Parlament Ewropew li għalihom jissejħu biex jaħdmu.

(7)

L-introduzzjoni ta' din il-kategorija speċifika ta' persunal ma taffettwax l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, minn hawn ′il quddiem imsejħa “r-Regolamenti tal-Persunal”, liema Artikolu jipprevedi li kompetizzjonijiet interni huma miftuħa biss għal uffiċjali u persunal temporanju, u l-ebda dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament ma tista' tiġi interpretata bħala li qed tagħti lill-assistenti parlamentari akkreditati aċċess privileġġat jew dirett għall-postijiet ta' uffiċjali jew kategoriji oħra ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew għall-kompetizzjonijiet interni għal dawn il-postijiet.

(8)

Bħalma huwa l-każ għall-persunal kuntrattwali, l-Artikoli 27 sa 34 tar-Regolamenti tal-Persunal ma japplikawx għall-assistenti parlamentari akkreditati.

(9)

Għalhekk, huwa meħtieġ li l-assistenti parlamentari akkreditati jikkostitwixxu kategorija ta’ persunal ieħor li tkun speċifika għall-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-fatt li huma jipprovdu, taħt id-direzzjoni u l-awtorità ta' wieħed jew diversi mill-Membri tal-Parlament Ewropew u f'relazzjoni ta' fiduċja reċiproka, assistenza diretta għal dak il-Membru jew dawk il-Membri fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew.

(10)

Konsegwentement huwa meħtieġ li l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej jiġu emendati sabiex jinkorporaw din il-kategorija ġdida ta' persunal ieħor, waqt li jittieħed kont, min-naħa waħda tan-natura speċifika tad-dmirijiet, il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-assistenti parlamentari akkreditati, li huma maħsuba biex jippermettulhom li jipprovdu assistenza diretta lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew, taħt id-direzzjoni u l-awtorità tagħhom, u min-naħa l-oħra, tar-relazzjoni kuntrattwali bejn dawk l-assistenti parlamentari akkreditati u l-Parlament Ewropew.

(11)

Fejn id-dispożizzjonijiet tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej japplikaw għall-assistenti parlamentari akkreditati, b'mod dirett jew b'analoġija, huwa meħtieġ li jitqiesu dawn il-fatturi, waqt li tingħata attenzjoni stretta, b'mod partikolari, għall-fiduċja reċiproka li trid tikkaratterizza r-relazzjoni professjonali bejn l-assistenti msemmija u l-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew li jassistu.

(12)

Fid-dawl tan-natura tad-dmirijiet tal-assistenti parlamentari akkreditati, huwa meħtieġ li tkun prevista kategorija waħda biss ta' assistenti parlamentari akkreditati, iżda li tkun imqassma fi gradi, li tali assistenti jiġu assenjati għalihom abbażi tal-indikazzjoni mogħtija mill-Membri kkonċernati konformement mal-miżuri implimentattivi adottati b'deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew.

(13)

Il-kuntratti tal-assistenti parlamentari akkreditati konklużi bejnhom u l-Parlament Ewropew għandhom ikunu bbażati fuq il-fiduċja reċiproka bejn l-assistent parlamentari akkreditat u l-Membru jew Membri li jassisti. It-tul ta' kuntratti bħal dawn għandu jkun marbut direttament mat-tul tal-mandat tal-Membri kkonċernati.

(14)

L-assistenti parlamentari akkreditati għandhom ikollhom rappreżentanza statutorja 'l barra mis-sistema li tapplika għall-uffiċjali u persunal ieħor tal-Parlament Ewropew. Ir-rappreżentanti tagħhom għandhom iservu bħala interlokuturi f'isimhom vis-à-vis l-awtoritajiet kompetenti tal-Parlament Ewropew, waqt li jittieħed kont tal-fatt li għandha tkun stabbilita rabta formali bejn ir-rappreżentanza statutorja tal-Persunal u r-rappreżentanza awtonoma tal-assistenti.

(15)

Il-prinċipju tan-newtralità baġitarja għandu jiġi osservat fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ din il-kategorija ġdida ta’ persunal.

(16)

Il-miżuri implimentattivi stabbiliti b'deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew għandhom jinkludu aktar regoli għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, ibbażati fuq il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda kif imniżżel fit-Titolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4).

(17)

Id-dħul fis-seħħ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ġodda għandu jikkoinċidi mad-dħul fis-seħħ tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej huma b'dan emendati kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

L-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-taqsima tal-Parlament Ewropew tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u destinati biex ikopru l-assistenza parlamentari, li t-totali annwali tagħhom ser ikunu determinati fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, ikopru l-ispejjeż kollha direttament marbutin mal-assistenti tal-Membri, kemm jekk ikunu assistenti parlamentari akkreditati kif ukoll jekk ikunu assistenti lokali.

Artikolu 3

Il-Parlament Ewropew għandu, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, jippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex jeżamina l-ħtieġa possibbli li jiġu adattati r-regoli li japplikaw għall-assistenti parlamentari.

Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni tista' tagħmel kwalunkwe proposta li jidhrilha li tkun adatta f'dan is-sens.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-leġislatura tal-Parlament Ewropew li tibda fl-2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  Opinjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)   ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1.

(3)   ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(4)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


ANNESS

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej huma b'dan emendati kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, l-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara “— konsulenti speċjali,”:

“—

assistenti parlamentari akkreditati.”.

(2)

l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 5:

“Artikolu 5a

Għall-finijiet ta' dawn il-Kondizzjonijiet tal-impjieg, l-‘assistenti parlamentari akkreditati’ tfisser il-persuni magħżula minn Membru wieħed jew aktar u impjegati b'kuntratt dirett mal-Parlament Ewropew biex jipprovdu assistenza diretta, fil-bini tal-Parlament Ewropew f′wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu, lill-Membru jew Membri fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew, taħt id-direzzjoni u l-awtorità tagħhom u f′relazzjoni ta' fiduċja reċiproka konformement mal-libertà tal-għażla prevista fl-Artikolu 21 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684/KE, Euratom tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (*1).

(*1)   ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1.”;"

(3)

it-Titoli VII u VIII bl-Artikoli 125 sa 127 jsiru Titoli VIII u IX bl-Artikoli 140 sa 142. Għandu jiddaħħal Titolu VII ġdid:

“TITOLU VII

ASSISTENTI PARLAMENTARI

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 125

1.   Il-Parlament Ewropew għandu jadotta miżuri implimentattivi permezz ta' deċiżjoni interna għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan it-Titolu.

2.   L-assistenti parlamentari akkreditati ma għandhomx jiġu assenjati għal xi kariga inkluża fil-lista ta' karigi mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata mal-Parlament Ewropew. Ir-remunerazzjoni tagħhom għandha tiġi finanzjata taħt l-intestatura tal-baġit adatta u għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet allokati għat-taqsima tal-baġit relatata mal-Parlament Ewropew.

Artikolu 126

1.   L-assistent parlamentari akkreditat għandu jiġi kklassifikat fil-grad abbażi tal-indikazzjoni mogħtija mill-Membru jew Membri li huwa ser jassisti, konformement mal-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1). Għall-klassifikazzjoni tagħhom fil-gradi 14 sa 19 previsti fl-Artikolu 133, l-assistenti parlamentari akkreditati għandhom ikunu meħtieġa, bħala minimu, li jkollhom lawrja universitarja jew esperjenza professjonali ekwivalenti.

2.   L-Artikolu 1e tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-miżuri ta’ natura soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, għandu japplika b’analoġija, sakemm miżuri bħal dawn ikunu kompatibbli man-natura partikolari tal-kompiti u r-responsabbiltajiet li jridu jwettqu l-assistenti parlamentari akkreditati.

B′deroga mill-Artikolu 7, l-arranġamenti li jirrigwardaw ir-rappreżentanza awtonoma tal-assistenti parlamentari akkreditati għandhom ikunu stabbiliti fil-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1), b′kont meħud li għandha tiġi stabbilita rabta formali bejn ir-rappreżentanza statutorja tal-persunal u r-rappreżentanza awtonoma tal-assistenti.

KAPITOLU 2

Drittijiet u obbligi

Artikolu 127

L-Artikoli 11 sa 26a tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b’analoġija. Waqt li tingħata attenzjoni stretta, b'mod partikolari, lin-natura speċifika tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-assistenti parlamentari akkreditati u lill-fiduċja reċiproka li trid tikkaratterizza r-relazzjoni professjonali bejnhom u l-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew li jassistu, il-miżuri implimentattivi dwar dan il-qasam adottati taħt l-Artikolu 125(1) għandhom jieħdu kont tan-natura speċifika tar-relazzjoni professjonali bejn il-Membri u l-assistenti parlamentari akkreditati tagħhom.

KAPITOLU 3

Kondizzjonijiet tal-impjieg

Artikolu 128

1.   L-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija, b′kont meħud tar-relazzjoni ta' fiduċja reċiproka bejn il-Membru tal-Parlament Ewropew u l-assistent akkreditat jew assistenti akkreditati tiegħu, waqt li jkun mifhum li l-Membri tal-Parlament Ewropew jistgħu jibbażaw l-għażla tagħhom għal assistenti parlamentari akkreditati anke fuq l-affinità politika.

2.   Assistent parlamentari akkreditat għandu jintgħażel mill-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew li huwa ser jassisti. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jiġu stipulati fil-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1), l-assistent jista’ jiġi impjegat biss bil-kondizzjoni li:

(a)

ikun ċittadin ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet, sakemm ma tiġix awtorizzata eċċezzjoni mill-awtorità prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, u jgawdi mid-drittijiet kollha tiegħu bħala ċittadin;

(b)

ikun wettaq kwalunkwe obbligu impost fuqu mil-liġijiet rigward is-servizz militari;

(c)

jipproduċi referenzi adegwati dwar il-karattru tiegħu meħtieġa sabiex jaċċertaw l-idoneità tiegħu għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu;

(d)

ikun fiżikament f′saħħtu sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu;

(e)

ikollu konoxxenza approfondita ta’ waħda mill-lingwi tal-Komunità u konoxxenza sodisfaċenti ta’ lingwa oħra tal-Komunità sal-livell meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu; u

(f)

ikun laħaq:

(i)

livell ta’ edukazzjoni post-sekondarja ċċertifikat b’diploma;

(ii)

livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post-sekondarja, u esperjenza professjonali adegwata ta’ mill-inqas tliet snin; jew

(iii)

fejn dan ikun ġustifikat fl-interess tas-servizz, stat ta' taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ta’ livell ekwivalenti.

Artikolu 129

1.   L-assistent parlamentari akkreditat għandu jipprovdi evidenza li huwa fiżikament f′saħħtu lis-servizz mediku tal-Parlament Ewropew sabiex il-Parlament Ewropew jista’ jkun sodisfatt li huwa jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 128 (2)(d).

2.   F’każ li tingħata opinjoni medika negattiva b'riżultat tal-eżami mediku previst fl-ewwel paragrafu, il-kandidat jista’, fi żmien 20 ġurnata minn meta jkun ġie notifikat mill-istituzzjoni dwar din l-opinjoni, jitlob li l-każ tiegħu jiġi sottomess għall-opinjoni tal-kumitat mediku magħmul minn tliet tobba magħżula mill-awtorità prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 minn fost l-uffiċjali mediċi tal-istituzzjonijiet. Il-kumitat mediku għandu jisma’ lill-uffiċjal mediku responsabbli mill-opinjoni negattiva inizjali. Il-kandidat jista’ jirriferi l-opinjoni ta’ tabib tal-għażla tiegħu lill-kumitat mediku. Fejn l-opinjoni tal-kumitat mediku tikkonferma l-konklużjonijiet tal-eżami mediku previst fl-ewwel paragrafu, il-kandidat għandu jħallas 50 % tal-kontijiet u tal-ispejjeż inċidentali.

Artikolu 130

1.   Il-kuntratti ta' assistenti parlamentari akkreditati għandhom ikunu konklużi għal perijodu fiss u għandhom jispeċifikaw il-grad li fih huwa klassifikat l-assistent. Kuntratt ma għandux jiġi estiż aktar minn darbtejn matul leġiżlatura parlamentari. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fil-kuntratt inniffsu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 139(1)(c), il-kuntratt għandu jintemm fl-aħħar tal-leġiżlatura parlamentari li matulha jkun ġie konkluż.

2.   Il-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1) għandhom jistabbilixxu qafas trasparenti għall-klassifikazzjoni, waqt li jitqies l-Artikolu 128(2)(f).

3.   F′każ li assistent parlamentari akkreditat jikkonkludi kuntratt ġdid, għandha tittieħed deċiżjoni ġdida dwar il-klassifikazzjoni tal-grad tiegħu.

KAPITOLU 4

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Artikolu 131

1.   L-assistenti parlamentari akkreditati għandhom jiġu mpjegati sabiex iwettqu dmirijiet fuq bażi part-time jew full-time.

2.   Is-sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa ta' assistent parlamentari akkreditat għandhom jiġu stipulati mill-Membru, iżda f′ċirkostanzi normali dawn m'għandhomx ikunu ta' aktar minn 42 siegħa fil-ġimgħa.

3.   L-assistenti parlamentari akkreditati m’għandhomx jintalbu jaħdmu sigħat żejda ħlief f’każ ta’ emerġenza jew ta’ ammont ta’ xogħol eċċezzjonali. L-Artikolu 56, l-ewwel subparagrafu, tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b’analoġija. Il-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1) jistgħu jistabbilixxu regoli f′dan ir-rigward.

4.   Madankollu, is-sigħat żejda maħduma mill-assistenti parlamentari akkreditati ma jinkludux id-dritt ta' kumpens jew remunerazzjoni.

5.   L-Artikoli 42a, 42b, 55a, u 57 sa 61 tar-Regolamenti tal-Persunal (leave, ħinijiet tax-xogħol u festi pubbliċi) u l-Artikoli 16(2) sa (4) u l-Artikolu 18 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg attwali għandhom japplikaw b’analoġija. Leave speċjali, leave tal-ġenituri u leave tal-familja m'għandux jestendi lil hinn mit-terminu tal-kuntratt.

KAPITOLU 5

Remunerazzjoni u spejjeż

Artikolu 132

Ħlief jekk previst mod ieħor fl-Artikoli 133 u 134, l-Artikolu 19, l-Artikolu 20(1) sa (3) u l-Artikolu 21 ta' dawn il-Kondizzjonijiet tal-impjieg u l-Artikolu 16 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal (remunerazzjoni u spejjeż) għandhom japplikaw b’analoġija. L-arranġamenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-missjonijiet għandhom ikunu stipulati fil-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1).

Artikolu 133

L-iskala tas-salarji bażiċi għandha tkun kif previst fit-tabella li ġejja:

Grad

1

2

3

4

5

6

7

Salarju bażiku full-time

1 619,17

1 886,33

2 045,18

2 217,41

2 404,14

2 606,59

2 826,09

Grad

8

9

10

11

12

13

14

Salarju bażiku full-time

3 064,083

3 322,11

3 601,87

3 905,18

4 234,04

4 590,59

4 977,17

Grad

15

16

17

18

19

 

 

Salarju

5 396,30

5 850,73

6 343,42

6 877,61

7 456,78

 

 

Artikolu 134

B′deroga mill-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċju għall-espatrijazzjoni m’għandux ikun inqas minn EUR 350.

KAPITOLU 6

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali

Artikolu 135

Ħlief jekk previst mod ieħor fl-Artikolu 136, l-Artikoli 95 sa 115 (sigurtà soċjali) għandhom japplikaw b’analoġija.

Artikolu 136

1.   B′deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dak l-Artikolu, l-ammonti kkalkulati taħt din id-dispożizzjoni m’għandhomx ikunu inqas minn EUR 850 u lanqas ma jaqbżu EUR 2 000.

2.   B′deroga mill-Artikoli 77 u 80 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 101 u 105 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg attwali, l-ammonti minimi użati għall-kalkolu tal-pensjonijiet u l-benefiċċju ta’ invalidità għandhom jikkorrispondu mas-salarju bażiku ta’ assistent parlamentari akkreditat fil-grad 1.

3.   L-Artikolu 122 għandu japplika biss għal kuntratti konklużi għal perijodu ta’ mhux aktar minn sena.

KAPITOLU 7

Rimbors ta’ ħlas mhux dovut

Artikolu 137

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw, b'analoġija, għar-rimbors ta’ ħlas mhux dovut.

KAPITOLU 8

Appelli

Artikolu 138

Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-appelli għandom japplikaw b’analoġija. Il-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1) jistgħu jistabbilixxu regoli komplementari dwar il-proċeduri interni.

KAPITOLU 9

Tmiem tal-impjieg

Artikolu 139

1.   Indipendentement mit-tmiem tal-impjieg minħabba mewt, l-impjieg ta’ assistent parlamentari akkreditat għandu jintemm:

(a)

fid-data indikata fil-kuntratt kif previst fl-Artikolu 130(1);

(b)

fl-aħħar tax-xahar li fih l-assistent parlamentari akkreditat jilħaq l-età ta’ 65 sena;

(c)

f’każ ta' assistent impjegat biex jassisti Membru wieħed biss tal-Parlament Ewropew taħt l-Artikolu 128(2), fl-aħħar tax-xahar li fih jispiċċa l-mandat ta’ dak il-Membru, kemm jekk minħabba mewt jew riżenja jew għal kwalunkwe raġuni oħra;

(d)

b′kont meħud tal-fatt li l-fiduċja hija l-bażi tar-relazzjoni professjonali bejn il-Membru u l-assistent parlamentari akkreditat tiegħu, fl-aħħar tal-perijodu ta' notifika speċifikat fil-kuntratt, li għandu jagħti lill-assistent parlamentari akkreditat jew lill-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq it-talba tal-Membru jew tal-Membri tal-Parlament Ewropew li bħala assistent tiegħu kien ġie ingaġġat l-assistent parlamentari akkreditat, id-dritt li jittermina l-kuntratt qabel ma dan jiskadi. Il-perijodu ta’ notifika ma jistax ikun inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, suġġett għal minimu ta' xahar u massimu ta' tliet xhur. Madankollu, il-perijodu ta’ notifika m’għandux jibda jgħodd waqt il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard, sakemm il-leave minħabba l-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, dan għandu jiġi sospiż waqt il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard suġġett għal dawn il-limiti;

(e)

f’każ li assistent parlamentari akkreditat ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 128(2)(a), u dan għandu jkun suġġett għal kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' eċċezzjoni taħt dik id-dispożizzjoni. Jekk eċċezzjoni ma tiġix awtorizzata, għandu japplika l-perijodu ta' notifika msemmi fil-punt (d).

2.   Meta l-kuntratt jintemm taħt il-paragrafu 1(c), l-assistent parlamentari akkreditat għandu jkun intitolat għal kumpens ekwivalenti għal terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perijodu bejn id-data meta jintemmu d-dmirijiet tiegħu u d-data meta jiskadi l-kuntratt tiegħu, suġġett madankollu għal massimu ta’ tliet xhur tas-salarju bażiku.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 48 u 50 li huma applikabbli b'analoġija, l-impjieg ta’ assistent parlamentari akkreditat jista' jintemm mingħajr notifika minn qabel f’każ ta’ nuqqas serju ta' konformità mal-obbligi tiegħu, kemm jekk intenzjonalment kif ukoll minħabba negliġenza min-naħa tiegħu. Għandha tittieħed deċiżjoni raġunata mill-awtorità prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, wara li l-persuna kkonċernata jkun kellha l-opportunità li tiddefendi lilha nnifisha.

Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proċedura dixxiplinarja fil-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1).

4.   Il-perijodi ta' impjieg bħala assistent parlamentari akkreditat ma għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu ‘snin ta' servizz’ għall-finijiet tal-Artikolu 29(3) u (4) tar-Regolamenti tal-Persunal.”;

(4)

fl-Artikolu 126, il-frażi “Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 142”.


(*1)   ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1.”;”


27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 161/2009

tas-26 ta’ Frar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

60,0

SN

127,1

TN

111,3

TR

85,4

ZZ

96,0

0707 00 05

MA

102,4

MK

143,3

TR

163,9

ZZ

136,5

0709 90 70

MA

59,9

TR

62,9

ZZ

61,4

0709 90 80

EG

102,8

ZZ

102,8

0805 10 20

EG

43,7

IL

49,2

MA

51,8

TN

45,8

TR

60,4

ZZ

50,2

0805 20 10

IL

144,7

MA

87,4

TR

71,0

ZZ

101,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

105,6

JM

95,1

MA

138,6

PK

51,7

TR

64,9

ZZ

91,2

0805 50 10

EG

52,8

MA

55,8

TR

61,8

ZZ

56,8

0808 10 80

CA

89,6

CN

94,6

MK

25,7

US

108,6

ZZ

79,6

0808 20 50

AR

97,1

CL

73,7

CN

44,7

US

106,6

ZA

114,0

ZZ

87,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 162/2009

tas-26 ta’ Frar 2009

li jemenda l-Annessi III u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (1), u b’mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 5(3) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSEs) fl-annimali. Dan jistipula li kull Stat Membru għandu jwettaq programm ta’ monitoraġġ annwali għal TSEs ibbażat fuq sorveljanza attiva u passiva.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002, li jistabbilixxi regoli tas-saħħa dwar prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (2) jistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali u dik pubblika għall-ġbir, trasport, ħażna, immaneġġjar, ipproċessar, u l-użu jew rimi tal-prodotti sekondarji tal-annimali, sabiex jiġi evitat li dawn il-prodotti jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-annimali jew dik pubblika.

(3)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula l-mezzi għar-rimi ta’ materjal f’Kategorija 1, kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ f’annimali bovini kif ukoll miżuri li għandhom jiġu applikati wara l-ittestjar tal-annimali.

(5)

Skont dawk ir-regoli, il-partijiet kollha tal-ġisem ta’ annimal ittestjat għal enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE), inkluża l-ġilda, għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali sakemm jinkiseb riżultat negattiv għat-test rapidu, sakemm ma jintremewx skont tnejn mill-mezzi stipulati fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Kif ukoll, il-partijiet kollha tal-ġisem ta’ annimal li nstabu pożittivi jew inkonklussivi għal test rapidu inkluża l-ġilda għandhom jintremew skont l-istess mezzi ta’ rimi.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula l-possibilità ta’ mezzi addizzjonali ta’ rimi biex jiġu approvati għal materjal f’Kategorija 1, fid-dawl ta’ żviluppi fl-għarfien xjentifiku. Dawn il-mezzi alternattivi huma approvati u stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005 (3).

(7)

Fl-interess ta’ konsistenza fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, il-punti 6.3 u 6.4 ta’ Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom jiġu emendati biex ikopru wkoll dawk il-mezzi addizzjonali ta’ rimi.

(8)

Il-Kapitolu C tal-Anness X mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għat-teħid ta’ kampjuni u ttestjar tal-laboratorju għall-preżenza ta’ TSEs.

(9)

Skont dawk ir-regoli, l-ewwel metodu dijanjostiku li għandu jintuża għall-konferma ta’ każ kliniku ssuspettat ta’ BSE huwa bbażat fuq eżaminazzjoni ħistopatoloġika, li huwa l-metodu rrakkomandat f’edizzjoni ta’ qabel tal-Manwal għal testijiet dijanjostiċi u vaċċini għal annimali terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (“il-Manwal”).

(10)

Fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal, adottat f’Mejju 2008, eżaminazzjoni ħistopatoloġika m’għadhiex titqies bħala l-metodu dijanjostiku ta’ riferiment għall-investigazzjoni ta’ annimali ssuspettati li huma infettati bil-BSE. Skont il-Manwal, metodi immunoħistokimiċi u immunokimiċi, inklużi testijiet rapidi, jistgħu issa jintużaw għal dak l-iskop. Il-laboratorju ta’ riferiment tal-Komunità għat-TSEs jikkunsidra li l-użu tal-istess approċċ għall-investigazzjoni ta’ annimali ovini u kaprini ssuspettati li huma infettati bit-TSE huwa rilevanti u xjentifikament b’saħħtu.

(11)

Il-metodi u protokolli li ser jintużaw fis-sorveljanza attiva tal-BSE f’annimali bovini għandhom għaldaqstant jiġu emendati biex jirriflettu l-modifikazzzjoni riċenti tal-Manwal.

(12)

Punt 3.2.(c) tal-Kapitolu C tal-Anness X mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula aktar eżaminazzjoni ta’ każijiet pożittivi ta’ scrapie f’annimali ovini u kaprini sabiex tiġi investigata l-preżenza possibbli tal-BSE.

(13)

Fl-opinjoni tagħha dwar il-klassifikazzjoni ta’ każijiet atipiċi ta’ Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli (TSE) f’ruminanti żgħar (4), tas-26 ta’ Ottubru 2005, l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza Alimentari tiddikjara li każijiet atipiċi ta’ scrapie jistgħu jintgħarfu b’mod ċar mill-BSE. B’żieda ma’ dan, fil-linji ta’ gwida tiegħu (5), il-laboratorju ta’ riferiment tal-Komunità għal TSEs jikkunsidra li jekk TSE hija kkonfermata bħala każ atipiku ta’ scrapie, m’hemmx il-ħtieġa għal aktar testijiet.

(14)

Każijiet atipiċi ddijanjostikati ta’ scrapie għandhom għaldaqstant ikunu eżentati mill-ħtieġa ta’ aktar eżaminazzjoni stabbilita f’punt 3.2.(c) tal-Kapitolu C tal-Anness X mar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(15)

Punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi lista ta’ testijiet rapidi approvati għall-monitoraġġ ta’ TSEs f’annimali bovini, ovini u kaprini.

(16)

Id-denominazzjoni kummerċjali ta’ xi wħud mit-testjijiet ta’ TSE approvati fil-preżent inbidlet riċentament. Fl-interess tat-trasparenza, dawn il-bidliet għandhom ikunu riflessi f’Punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X.

(17)

Barra minn hekk, il-kumpaniji li jimmanifatturaw ċerti testijiet rapidi m’għadhomx jeżistu. Kumpaniji oħra li jipproduċu testijiet rapidi għadhom ma ssottomettewx id-dettalji tas-sistema tal-kwalità tagħhom lill-laboratorju ta’ riferiment tal-Kommunità għal reviżjoni. Ċerti testijiet rapidi oħra ġew irtirati mis-suq.

(18)

Għaldaqstant huwa xieraq li l-listi ta’ testijiet rapidi approvati għall-monitoraġġ ta’ BSE u TSEs, stabbiliti f’punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X mar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jiġu emendati skont dan.

(19)

Fl-interess taċ-ċarezza u ċertezza legali, il-kliem tal-intestatura tal-punt 3.2.(c) tal-Anness X, Kapitolu C, għandu jiġi emendat biex ikun konsistenti mal-ambitu ġenerali tal-paragrafu 3.2 tal-Anness X, Kapitolu C li hu relatat mal-ittestjar tal-laboratorju għall-preżenza ta’ TSE f’annimali ovini u kaprini.

(20)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(21)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi III u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Ghall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)   ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(3)   ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 67.

(4)  Il-Ġurnal EFSA (2005) 276, 1-30.

(5)  http://www.defra.gov.uk/vla/science/docs/sci_tse_rl_handbookv2mar07.pdf


ANNESS

L-Annessi III u X mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati kif ġej:

(1)

F’Parti I tal-Kapitolu A, tal-Anness III, il-punti 6.3 u 6.4 jinbidlu b’dan li ġej:

6.3.   Il-partijiet kollha tal-ġisem ta’ annimal ittestjati għal l-BSE, inkluża l-ġilda, għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali sakemm jinkiseb riżultat negattiv għat-test rapidu, sakemm ma jintremewx skont l-Artikolu 4(2)(a), (b) jew (e) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

6.4.   Il-partijiet kollha tal-ġisem ta’ annimal li nstabu pożittivi jew inkonklussivi għat-test rapidu, inkluża l-ġilda, għandhom jintremew skont l-Artikolu 4(2)(a), (b) jew (e) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, apparti minn materjal li għandu jinżamm flimkien mad-dokumenti stipulati fil-Kapitolu B(III).”

(2)

Fl-Anness X, il-Kapitolu C huwa emendat kif ġej:

(a)

F’Punt 3.1, il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)   Każijiet suspetti

Kampjuni minn annimali bovini mibgħuta għall-ittestjar tal-laboratorju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(2) għandhom b’mod immedjat ikunu soġġetti għal eżaminazzjonijiet ta’ konferma li jużaw mill-inqas wieħed mill-metodi u protokolli li ġejjin li huma stabbiliti fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal:

(i)

il-metodu immunoħistokimiku (IHC);

(ii)

SAF immunoblot jew OIE alternattiv approvat;

(iii)

it-turija ta’ fibrili karatteristiċi bil-mikroskopija bl-elettroni;

(iv)

l-eżaminazzjoni ħistopatoloġika;

(v)

il-kumbinazzjoni ta’ testijiet rapidi kif stabbilit fit-tielet sottoparagrafu.

Fil-każ li l-eżaminazzjoni ħistopatoloġika tkun inkonklussiva jew negattiva, it-tessuti għandhom jiġu sottomessi għal aktar eżaminazzjoni minn wieħed jew aktar metodi u protokolli ta’ konferma.

Testijiet rapidi jistgħu jintużaw kemm għal screening primarju ta’ każijiet suspetti kif ukoll, jekk inkonklussivi jew pożittivi, għal konferma sussegwenti, skont il-linji ta’ gwida mill-laboratorju ta’ riferiment tal-Kommunità u sakemm:

(i)

il-konferma titwettaq f’laboratorju nazzjonali ta’ riferiment għal TSEs u;

(ii)

wieħed miż-żewġ testijiet rapidi ikun Western blot u;

(iii)

it-tieni test rapidu użat:

jinkludi kontroll ta’ tessut negattiv u kampjun ta’ BSE bovina bħala kontroll ta’ tessut pożittiv;

huwa ta’ tip differenti mit-test użat għal screening primarju u;

(iv)

jekk Western blot rapidu jkun użat bħala l-ewwel test, ir-riżultat ta’ dak it-test għandu jiġi dokumentat u sottomess lil-laboratorju nazzjonali ta’ riferiment għal TSEs u;

(v)

fejn ir-riżultat tal-iscreening primarju ma jkunx ikkonfermat b’test rapidu sussegwenti, il-kampjun għandu jkun soġġett għal eżaminazzjoni b’wieħed mill-metodi l-oħra ta’ konferma; fil-każ li l-eżaminazzjoni ħistopatoloġika tkun użata għal dak l-iskop imma tirriżulta li tkun inkonklussiva jew negattiva, it-tessuti għandhom jiġu sottomessi għal aktar eżaminazzjoni minn wieħed mill-metodi u protokolli oħra ta’ konferma.

Jekk ir-riżultat ta’ wieħed mill-eżaminazzjonijiet ta’ konferma msemmija f’punti (i) sa (v) tal-ewwel sottoparagrafu jkun pożittiv, l-annimali għandhom jitqiesu bħala każijiet pożittivi ta’ BSE.

(b)   Monitoraġġ ta’ BSE

Kampjuni minn annimali bovini mibgħuta għall-ittestjar tal-laboratorju skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III, Kapitolu A, Parti I għandhom jiġu eżaminati b’test rapidu.

Meta r-riżultat ta’ test rapidu jkun inkonklussiv jew pożittiv, il-kampjun għandu b’mod immedjat jiġi soġġett għal eżaminazzjonijiet ta’ konferma li jużaw mill-inqas wieħed mill-metodi u protokolli li ġejjin li huma stabbiliti fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal:

(i)

il-metodu immunoħistokimiku (IHC);

(ii)

SAF immunoblot jew OIE alternattiv approvat;

(iii)

it-turija ta’ fibrili karatteristiċi bil-mikroskopija bl-elettroni;

(iv)

l-eżaminazzjoni ħistopatoloġika;

(v)

il-kumbinazzjoni ta’ testijiet rapidi kif stabbilit fir-raba’ sottoparagrafu.

Fil-każ li l-eżaminazzjoni ħistopatoloġika ma tkunx konklussiva jew tkun negattiva, it-tessuti għandhom jiġu sottomessi għal aktar eżaminazzjoni minn wieħed jew aktar mill-metodi u l-protokolli l-oħra ta’ konferma.

Testijiet rapidi jistgħu jintużaw kemm għal screening primarju, u kif ukoll, jekk inkonklussivi jew pożittivi, għal konferma sussegwenti, skont il-linji ta’ gwida mil-laboratorju ta’ riferiment tal-Kommunità u sakemm:

(i)

il-konferma titwettaq f’laboratorju nazzjonali ta’ riferiment għal TSEs u;

(ii)

wieħed miż-żewġ testijiet rapidi huwa Western blot u;

(iii)

it-tieni test rapidu użat:

jinkludi kontroll ta’ tessut negattiv u kampjun ta’ BSE bovina bħala kontroll ta’ tessut pożittiv;

huwa ta’ tip differenti mit-test użat għal screening primarju u;

(iv)

jekk Western blot rapidu jkun użat bħala l-ewwel test, ir-riżultat ta’ dak it-test għandu jiġi dokumentat u sottomess lil-laboratorju nazzjonali ta’ riferiment għal TSEs u;

(v)

fejn ir-riżultat tal-iscreening primarju ma jkunx ikkonfermat b’test rapidu sussegwenti, il-kampjun għandu jkun soġġett għal eżaminazzjoni b’wieħed mill-metodi l-oħra ta’ konferma; fil-każ li l-eżaminazzjoni ħistopatoloġika tkun użata għal dak l-iskop imma tirriżulta inkonklussiva jew negattiva, it-tessuti għandhom jiġu sottomessi għal aktar eżaminazzjoni minn wieħed mill-metodi u protokolli l-oħra ta’ konferma.

Annimal għandu jitqies bħala każ pożittiv ta’ BSE kemm il-darba r-riżultat tat-test rapidu jkun inkonklussiv jew pożittiv, u mill-inqas wieħed mill-eżaminazzjonijiet ta’ konferma msemmija f'punti (i) sa (v) tal-ewwel sottoparagrafu huwa pożittiv.”

(b)

F’Punt 3.2, punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)   Każijiet suspetti

Kampjuni minn annimali ovini u kaprini mibgħuta għall-ittestjar tal-laboratorju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(2) għandhom b’mod immedjat ikunu soġġetti għal eżaminazzjonijiet ta’ konferma li jużaw mill-inqas wieħed mill-metodi u protokolli li ġejjin li huma stabbiliti fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal:

(i)

il-metodu immunoħistokimiku (IHC);

(ii)

SAF immunoblot jew OIE alternattiv approvat;

(iii)

it-turija ta’ fibrili karatteristiċi bil-mikroskopija bl-elettroni;

(iv)

l-eżaminazzjoni ħistopatoloġika;

Fil-każ li l-eżaminazzjoni ħistopatoloġika tkun inkonklussiva jew negattiva, it-tessuti għandhom jiġu sottomessi għal aktar eżaminazzjoni minn wieħed jew aktar mill-metodi u protokolli l-oħra ta’ konferma.

Testijiet rapidi jistgħu jiġu użati għal screening primarju f’każijiet suspetti. Testijiet bħal dawn jistgħu ma jintużawx għal konferma sussegwenti.

Fejn ir-riżultat ta’ test rapidu użat għal screening primarju ta’ każi suspetti huwa pożittiv jew inkonklussiv, il-kampjun għandu jkun soġġett għal eżaminazzjoni minn wieħed mill-eżaminazzjonijiet ta’ konferma msemmija f’punti (i) sa (v) tal-ewwel sottoparagrafu. F’każ li l-eżaminazzjoni ħistopatoloġika tkun użata għal dak l-iskop imma tirriżulta li tkun inkonklussiva jew negattiva, it-tessuti għandhom jiġu sottomessi għal aktar eżaminazzjoni minn wieħed mill-metodi u protokolli l-oħra ta’ konferma.

Jekk ir-riżultat ta’ wieħed mill-eżaminazzjonijiet ta’ konferma msemmija f’punti (i) sa (v) tal-ewwel sottoparagrafu jkun pożittiv, l-annimali għandhom jitqiesu bħala każijiet pożittivi ta’ BSE u għandhom isiru aktar eżaminazzjonijiet kif imsemmi f’punt (c).”

(c)

F’punt 3.2, l-intestatura ta’ punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)   Aktar eżaminazzjoni ta’ każijiet pożittivi ta’ TSE”

(d)

F’punt 3.2, il-punt (c)(i) jinbidel b’dan li ġej:

“(i)

Ittestjar molekolari primarju b’immuno-blotting diskriminatorju

Kampjuni minn każijiet kliniċi suspetti u minn annimali ttestjati skont l-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punti 2 u 3 li huma meqjusa bħala każijiet pożittivi ta’ TSE imma li mhumiex każijiet atipiċi ta’ scrapie, wara l-eżaminazzjonijiet imsemmija f’punti (a) jew (b), jew li juru karatteristiċi li skont il-laboratorju tal-ittestjar jistħoqqilhom investigazzjoni, għandhom jiġu mibgħuta għal aktar eżaminazzjoni b’metodu primarju ta’ klassifikazzjoni molekolari lil:

Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments, Laboratoire de pathologie bovine, 31 avenue Tony Garnier, BP 7033, F-69342, Lyon Cedex, Franza,

Veterinary Laboratories Agency, Woodham Lane, New Haw, Addlestone, Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit, jew

lil laboratorju, maħtur mill-awtorità kompetenti, li ħa sehem b’suċċess f’ittestjar ta’ ħila organizzat mil-laboratorju ta’ riferiment tal-Kommunità għall-użu ta’ metodu ta’ klassifikazzjoni molekolari.”

(e)

F’punt 3.2 (c) (ii), il-kelma “scrapie” tinbidel bil-kelma “TSE”.

(f)

Punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Testijiet rapidi

Għall-għanijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skont l-Artikoli 5(3) u 6(1), il-metodi li ġejjin għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ tal-BSE f’anninali bovini:

it-test immuno-blotting imsejjes fuq il-proċedura Western blotting għall-identifikazzjoni ta’ frazzjonijiet tal-PrPes reżistenti għall-Proteinase K (Prionics-Check Western test);

testijiet tal-kemiluminexxenza ELISA li jinvolvu proċess ta’ estrazzjoni u teknika magħrufa bħala ELISA, fejn jintuża reaġent kemiluminexxenti żviluppat (Enfer test u Enfer TSE Kit verżjoni 2.0, preparazzjoni awtomatizzata tal-kampjuni);

l-immunoanaliżi bbażata fuq mikropjastri għall-identifikazzjoni tal-PrPSc (Enfer TSE Verżjoni 3);

l-immunoanaliżi sandwich għall-identifikazzjoni ta’ PrPRes bil-kit ta’ Identifikazzjoni ta’ TeSeE SAP mwettqa wara passi ta’ denaturazzjoni u konċentrazzjoni bil-kit ta’ Purifikazzjoni tat-TeSeE (Bio-Rad TeSeE test rapidu);

l-immunoanaliżi bbażata fuq mikropjastri (ELISA) li jidentifika l-PrPRes reżistenti għall-Proteinase K b’antikorpi monoklonali (Prionics-Check LIA test);

l-immunoanaliżi li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrPSc u antikorp monoklonali ta’ identifikazzjoni dirett kontra r-reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (IDEXX HerdChek BSE Antigen Test Kit, EIA);

l-immunoanaliżi bi fluss mill-ġenb li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti biex jidentifika l-frazzjonijiet tal-PrP reżistenti għall-Proteinase K (Prionics Check PrioSTRIP);

l-immunoanaliżi bilaterali li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti diretti kontra żewġ epitopi preżenti fil-PrPSc bovina fi stat mhux mitni (Roboscreen Beta Prion BSE EIA Test Kit);

l-ELISA sandwich għall-identifikazzjoni tal-PrPSc reżistenti għall-Proteinase K (Roche Applied Science PrionScreen).

Għall-għanijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skont l-Artikoli 5(3) u 6(1), il-metodi li ġejjin għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ ta’ TSE f’annimali ovini u kaprini:

l-immunoanaliżi sandwich għall-identifikazzjoni ta’ PrPRes bil-kit ta’ Identifikazzjoni tat-TeSeE SAP imwettqa wara passi ta’ denaturazzjoni u konċentrazzjoni bil-kit ta’ Purifikazzjoni tat-TeSeE (Bio-Rad TeSeE test rapidu);

l-immunoanaliżi sandwich għall-identifikazzjoni ta’ PrPRes bil-kit ta’ Identifikazzjoni tat-TeSeE tan-Nagħaġ/Mogħoż imwettqa wara passi ta’ denaturazzjoni u konċentrazzjoni bil-kit ta’ Purifikazzjoni TeSeE tan-Nagħaġ/Mogħoż (Bio-Rad TeSeE test rapidu tan-Nagħaġ/Mogħoż);

it-test kemiluminexxenti ELISA li jinvolvi proċess ta’ estrazzjoni u teknika magħrufa bħala ELISA fejn jintuża reaġent kemiluminexxenti żviluppat (Enfer TSE Kit verżjoni 2.0);

l-immunoanaliżi bbażata fuq mikropjastri għall-identifikazzjoni tal-PrPSc (Enfer TSE Verżjoni 3);

l-immunoanaliżi li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrPSc u antikorp monoklonali ta’ individwazzjoni dirett kontra r-reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (IDEXX HerdChek BSE-Scrapie Antigen Test Kit, EIA);

it-test immuno-blotting ibbażat fuq il-proċedura Western blotting għall-identifikazzjoni ta’ frazzjonijiet tal-PrPes reżistenti għall-Proteinase K (Prionics-Check Western Small Ruminant test);

l-immunoanaliżi kemiluminexxenti bbażat fuq mikropjastri għall-identifikazzjoni tal-PrPSc reżistenti għall-Proteinase K (Prionics Check LIA Small Ruminants).

Fit-testijiet kollha, il-kampjun tat-tessuti li fuqu għandhom jiġi applikati t-testijiet għandu jkun konformi mal-istruzzjonijiet għall-użu tal-manifattur.

Il-produtturi tat-testijiet rapidi għandhom ikollhom sistema li tiżgura l-kwalità li tkun ġiet approvata mil-laboratorju ta’ riferiment tal-Komunità u li tiżgura li t-twettiq tat-test ma jinbidilx. Il-produtturi għandhom jipprovdu lil-laboratorju ta’ riferiment tal-Kommunità bil-protokolli tat-test.

Tibdil fit-testijiet rapidi jew fil-protokolli tat-testijiet jistgħu jsiru biss wara notifika minn qabel lil-laboratorju ta’ riferiment tal-Kommunità u bil-kundizzjoni li l-laboratorju ta’ riferiment tal-Kommunità jqis li t-tibdil ma jnaqqasx is-sensittività, l-ispeċifiċità u l-affidabilità tat-test rapidu. Dak ir-riżultat għandu jiġi kkomunikat lill-Kummisjoni u lil-laboratorji nazzjonali ta’ riferiment.”


27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 163/2009

tas-26 ta’ Frar 2009

li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni fl-annimali tal-enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSEs). Huwa japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali u f’ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjoni tagħhom.

(2)

L-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li huwa pprojbit l-għalf lir-ruminanti u annimali oħra bi proteini li joriġinaw mill-annimali. L-Anness IV ta’ dak ir-Regolament jistipola d-derogazzjonijiet għal din il-projbizzjoni.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/126/KE tat-23 ta’ Diċembru 2003 dwar il-metodu analitiku għad-determinazzjoni tal-kostitwenti li jkunu ġejjin mill-annimali għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (2) tipprovdi li l-analiżi uffiċjali tal-għalf bil-ħsieb li jiġu kkontrollati uffiċjalment il-preżenza, l-identifikazzjoni jew l-istima tal-ammont tal-kostitwenti li jkunu ġejjin mill-annimali fl-għalf, għandhom jitwettqu skont dik id-Direttiva.

(4)

Għal dawn l-għanijiet, il-Laboratorju tar-Referenza tal-Komunità għall-identifikazzjoni fl-għalf tal-proteini li jkunu ġejjin mill-annimali (CRA-W), bħala parti mill-programm ta’ ħidmiet annwali tiegħu għamel testijiet tal-profiċjenza fuq il-laboratorji u dawn urew il-kapaċità tajba tal-laboratorji li jidentifikaw ammonti żgħar ta’ kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali fl-għalf meta jużaw il-metodu analitiku deskritt fid-Direttiva 2003/126/KE.

(5)

Dan it-titjib fis-servizz tal-laboratorji wassal għall-identifikazzjoni tal-preżenza aċċidentali ta’ spikuli tal-għadam, partikolarment fl-uċuħ tar-raba’ tat-tuberi u l-għeruq. B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali magħmulin bl-għan li jassiguraw l-osservanza tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, u r-regoli dwar is-saħħa u l-ġid tal-annimali (3), għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza, li jistgħu jinkludu l-qerda tal-konsenja.

(6)

Il-punt A (d) tal-Parti II tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jagħmel proviżjoni għal deroga mill-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 7 (1) u (2) ta’ dak ir-Regolament biex jista’ jiġi permess mill-Istati Membri l-għalf tal-annimali tal-irziezet bit-tuberi u l-għeruq u ikel ieħor li fih dawn il-prodotti, anki wara li jkun instab li fihom bċejjeċ tal-għadam jekk tkun saret valutazzjoni tar-riskji li tirriżulta favorevoli.

(7)

Ġie pprovat il-fatt li l-kontaminazzjoni ambjentali waqt il-ħsad tal-pjanti għall-għalf b’materjali bħal mhuma spikuli tal-għadam ma tistax tiġi evitata. B’konformità ma’ dan, id-deroga stipulata fil-punt A (d) tal-Parti II tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 dwar it-tuberi u l-għeruq trid titwessa’ biex tinkludi l-kostitwenti veġetali kollha tal-għalf taħt ċerti kundizzjonijiet.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-punt A (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

it-tmigħ lill-annimali mrobbija ta’ materjali ta’ oriġini veġetali u ta’ għalf li jkun fih it-tali prodotti wara li jkunu nstabu xi spikuli tal-għadam, jista’ jiġi permess mill-Istati Membri jekk ikun hemm evalwazzjoni tar-riskji favorevoli. L-evalwazzjoni tar-riskji għandha talanqas tqis l-ammont u s-sors possibbli tal-kontaminazzjoni u d-destinazzjoni aħħarija tal-konsenja.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)   ĠU L 339, 24.12.2003, p. 78.

(3)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.


27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 164/2009

tas-26 ta' Frar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 951/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-provi tal-wasla fid-destinazzjoni tagħhom ta' esportazzjonijiet barra mill-kwota fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 192(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), jistipula wkoll regoli ddettaljati għall-esportazzjonijiet barra mill-kwota fis-settur taz-zokkor.

(2)

Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju tal-frodi u sabiex ma jitħalla jsir l-ebda abbuż assoċjat mal-importazzjoni mill-ġdid jew mad-dħul mill-ġdid fil-Komunità ta' zokkor jew isoglukożju barra mill-kwota, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 924/2008 tad-19 ta' Settembru 2008 li jiffissa l-livell kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009 (3), iħalli barra mid-destinazzjonijiet eliġibbli ċerti destinazzjonijiet fil-qrib.

(3)

L-Artikolu 4(c) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 isemmi d-dokumenti li jistgħu jintwerew bħala provi tal-wasla fid-destinazzjoni f'każ li ċerti destinazzjonijiet ikunu tħallew barra mill-esportazzjonijiet taz-zokkor u/jew tal-isoglukożju barra mill-kwota. Madanakollu, dak l-Artikolu ma jippermettix li jkunu aċċettati d-dokumenti tad-dwana msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (4), jew iċ-ċertifikati tal-ħatt, li għandhom ikunu d-dokumenti prinċipali li għandhom jitressqu bħala prova tal-importazzjoni f'pajjiż terz. Id-dokumenti mniżżlin fl-Artikolu 4(c) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għandhom ikunu aċċettati biss f'każ li l-esportaturi ma jkunux jistgħu jiksbu d-dokumenti standard tad-dwana msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

(4)

L-esportazzjonijiet taz-zokkor għall-għanijiet ta' għajnuna umanitarja jibqgħu attività kummerċjali importanti għal xi esportaturi taz-zokkor tal-Komunità. Ħafna drabi, għal dawn it-tip ta' esportazzjonijiet, ma jkunux jistgħu jinkisbu d-dokumenti standard tad-dwana u jkun diffiċli li jintbagħtu d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(c) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. Għaldaqstant jeħtieġ li tkun permessa dikjarazzjoni li l-kunsinna ġiet aċċettata maħruġa minn organizzazzjoni internazzjoniali approvata jew minn organizzazzjoni umanitarja u li għandha tkun aċċettata bħala l-prova tal-wasla fid-destinazzjoni skont l-Artikolu 16(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

(5)

Il-komunikazzjoni tal-Istati Membri dwar il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġin, kif mitlub mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għandha tinkludi wkoll il-kwantitajiet taz-zokkor u/jew ta' isoglukożju tal-kwota esportati mingħajr rifużjoni.

(6)

Il-kwantitajiet ta' zokkor importati skont l-arranġamenti ta' pproċessar intern għandhom ikunu mmonitorjati mill-qrib. Għaldaqstant, il-komunikazzjoni tal-Istati Membri dwar il-kwantitajiet rilevanti għandha sseħħ kull xahar.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4(c) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 4(c)

Il-provi tal-wasla fid-destinazzjoni

1.   Jekk ċerti destinazzjonijiet mhumiex eliġibbli għall-esportazzjonijiet ta' zokkor u/jew ta' isoglukożju barra mill-kwota, għandha tingħata prova li l-formalitajiet tad-dwana għall-importazzjoni lejn id-destinazzjonijiet eliġibbli tlestew billi jintwera wieħed mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

2.   F'każ fejn l-esportatur ma jkunx jista' jikseb id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu wkoll wara li jkun ħa l-passi xierqa, il-prodotti għandhom jitqiesu li ġew impurtati f'pajjiż terz jekk jintwerew it-tliet dokumenti li ġejjin:

(a)

kopja tad-dokument tat-trasport;

(b)

dikjarazzjoni li l-prodott inħatt, magħmula minn awtorità uffiċjali tal-pajjiż terz ikkonċernat, mill-awtoritajiet uffiċjali ta' wieħed mill-Istati Membri stabbiliti fil-pajjiż tad-destinazzjoni, jew minn aġenzija internazzjonali ta' sorveljanza approvata skont l-Artikoli 16a sa 16f tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, li tiċċertifika li l-prodott ħalla l-post tal-ħatt jew talanqas li, sa fejn tkun taf l-awtorità jew l-aġenzija li tkun qed toħroġ id-dikjarazzjoni, il-prodott ma jkunx tgħabba mill-ġdid sussegwentement bil-għan li jerġa' jkun esportat;

(c)

dokument bankarju maħruġ minn intermedjarji approvati stabbiliti fil-Komunità li jiċċertifika li l-ħlas li jikkorrispondi mal-esportazzjoni kkonċernata jkun inħareġ mill-kont tal-esportatur li jkun infetaħ magħhom, jew evidenza li sar il-ħlas.

3.   F'każ ta' esportazzjonijiet taz-zokkor u/jew tal-isoglukożju barra mill-kwota bħala għajnuna tal-ikel għal organizzazzjoni internazzjonali jew organizzazzjoni umanitarja, il-prodotti għandhom jitqiesu li ġew impurtati f'pajjiż terz jekk tintwera dikjarazzjoni li l-kunsinna ġiet aċċettata maħruġa minn organizzazzjoni internazzjoniali jew minn organizzazzjoni umanitarja approvata mill-Istat Membru tal-esportazzjoni, f'każ fejn il-prodotti jikkostitwixxu għajnuna tal-ikel.”

(2)

Fl-Artikolu 17, għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

il-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-liċenzji skont l-Artikolu 7, imqassmin skont iz-zokkor u l-isoglukożju.”

(3)

Fl-Artikolu 19, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-kwantitajiet ta' zokkor impurtati minn pajjiżi terzi u esportati bħala prodotti ta' kumpens skont l-arranġament ta' pproċessar intern imsemmija fl-Artikolu 116 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92; in-notifika għandha tirreferi għal kull xahar; u għandha titressaq sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni xahar kalendarju ta' wara x-xahar ikkonċernat.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) għandu jibda japplika sa mill-1 ta' Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 252, 20.9.2008, p. 7.

(4)   ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Settembru 2008

li f’isem il-Komunità tapprova l-Anness 8 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontroll tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri

(2009/161/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 133, flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontroll ta’ Merkanzija fuq il-Fruntieri, tal-1982, (“il-Konvenzjoni”) ġiet approvata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1262/84 (1).

(2)

L-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni, flimkien mal-Anness 7 tagħha, jipprevedi li l-Kumitat Amministrattiv għall-Konvenzjoni jista’ jipproponi u jadotta emendi għall-Konvenzjoni. Dawn l-emendi għandhom jiġu aċċettati, sakemm ma ssirx xi oġġezzjoni minn xi Parti Kontraenti fi żmien 12-il xahar mill-komunikazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-emenda proposta lill-Partijiet Kontraenti.

(3)

Fil-laqgħa ta’ Frar 1999, il-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (United Nations Economic Commission for Europe – UN/ECE) ddeċieda li l-Konvenzjoni għandha tiġi riveduta bil-għan li tinkludi dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-qsim tal-fruntieri minn vetturi.

(4)

Sussegwentement, il-Grupp ta’ Ħidma tan-NU/KEE dwar Kwistjonijiet Doganali li jolqtu t-Trasport fassal abbozz ta’ proposti biex jiżdied Anness 8 ġdid għall-Konvenzjoni li jkun jikkumplementa d-dispożizzjonijiet eżistenti.

(5)

F’Ottubru 2007, il-Kumitat Amministrattiv għall-Konvenzjoni adotta dan l-Anness u peress li ma tressqet l-ebda oġġezzjoni, l-Anness daħal fis-seħħ fl-20 ta’ Mejju 2008.

(6)

L-għan tal-Anness 8 tal-Konvenzjoni huwa li jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali billi jnaqqas, jarmonizza u jikkoordina l-proċeduri u x-xogħol amministrattiv relatati mal-kontrolli ta’ merkanzija fuq il-fruntieri, b’mod partikolari fil-każ ta’ annimali ħajjin u merkanzija li titħassar. L-Anness 8 għandu l-għan ukoll li jittejjeb l-operat f’postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri, kif ukoll l-aspetti tekniċi li għandhom x’jaqsmu mar-rikonixximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ispezzjoni tal-vetturi u tal-piż tagħhom.

(7)

Il-faċilitazzjoni tal-kummerċ internazzjonali u t-tneħħija ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ huwa wieħed mill-għanijiet tal-politika kummerċjali komuni u għaldaqstant jaqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità.

(8)

Il-pożizzjoni tal-Komunità fuq l-emenda proposta għall-Konvenzjoni ġiet approvata f’Lulju 2005.

(9)

Għaldaqstant, l-emenda għall-Konvenzjoni għandha tiġi approvata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness 8 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli ta’ Merkanzija fuq il-Fruntieri huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test ta' dan l-Anness huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

L. CHATEL


(1)   ĠU L 126, 12.5.1984, p. 1.


ANNESS 8 IL-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI DWAR L-ARMONIZZAZZJONI TAL-KONTROLL TAL-OĠĠETTI FUQ IL-FRUNTIERA

FAĊILITAZZJONI TAL-PROĊEDURI GĦALL-QSIM BEJN IL-FRUNTIERI GĦAT-TRASPORT INTERNAZZJONALI BIT-TRIQ

Artikolu 1

Prinċipji

Filwaqt li jikkumplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni u b’mod partikolari dawk previsti fl-Anness 1, dan l-Anness jipprova jiddefinixxi l-miżuri li għandhom jiġu implimentati sabiex jiġu ffaċilitati l-proċeduri għall-qsim bejn il-fruntieri minn trasport internazzjonali bit-triq.

Artikolu 2

Faċilitazzjoni tal-proċeduri għall-viża ta’ sewwieqa professjonali

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jiffaċilitaw l-proċeduri għall-ħruġ ta’ viżi lil sewwieqa professjonali involuti fi trasport internazzjonali bit-triq skond l-aqwa prassi nazzjonali għall-applikanti għall-viża u regoli nazzjonali ta’ immigrazzjoni, kif ukoll impenji internazzjonali.

2.   Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li b’mod regolari, jagħmlu skambju ta’ informazzjoni dwar l-aqwa prattika f’dak li għandu x’jaqsam mal-faċiliazzjoni tal-proċeduri għall-viża ta’ sewwieqa professjonali.

Artikolu 3

Operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali bit-triq

1.   Sabiex jiġi ffaċilitat il-ġarr internazzjonali ta’ merkanzija, il-Partijiet Kontraenti, għandhom jinfurmaw regolarment lill-partijiet kollha involuti f’operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali, b’mod armonizzat u kkoordinat, dwar ir-rekwiżiti tal-kontrolli fuq il-fruntieri għal operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali bit-triq li jkunu fis-seħħ jew ippjanati kif ukoll dwar is-sitwazzjoni attwali fuq il-fruntieri.

2.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jittrasferixxu, sakemm possibbli u mhux għat-traffiku fi tranżitu biss, kwalunkwe proċedura meħtieġa lejn il-post tat-tluq u destinazzjoni tal-merkanzija li tinġarr bit-triq, sabiex tonqos il-konġestjoni tat-traffiku fil-postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri.

3.   B’referenza partikolari għall-Artikolu 7 ta’ din il-Konvenzjoni, il-konsenji urġenti għandhom jingħataw prijorità, eż. annimali ħajjin u merkanzija li titħassar. B’mod partikolari, is-servizzi kompetenti fil-postijiet ta' qsim bejn il-fruntieri:

(i)

għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex inaqqsu kemm jista’ jkun il-ħin ta’ stennija lil vetturi li jkollhom approvazzjoni ATP u li jġorru ikel li jitħassar jew lil vetturi li jġorru annimali ħajjin, sa mill-ħin li jaslu fuq il-fruntiera sakemm isirulhom il-kontrolli regolatorji, amministrattivi, Doganali u sanitarji.

(ii)

għandhom jiżguraw li l-kontrolli msemmija taħt (i) jsiru malajr kemm jista’ jkun;

(iii)

għandhom jippermettu, sakemm possibbli, t-tħaddim tat-tagħmir ta' tkessiħ fuq vetturi li jġorru ikel li jitħassar waqt li din tkun qed taqsam il-fruntiera, sakemm dan ma jkunx possibbli minħabba l-proċedura ta' kontrolli meħtieġa.

(iv)

għandhom jikkooperaw, b’mod partikolari permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni bil-quddiem, mal-kontraparti tagħhom ta’ Partijiet Kontraenti oħrajn biex jiġu ffaċilitati l-proċeduri ta’ qsim bejn il-fruntieri għal ikel li jitħassar u għal annimali ħajjin, f’każ li dawn it-tagħbijiet ikunu suġġetti għal spezzjonijiet sanitarji.

Artikolu 4

Spezzjoni tal-vetturi

1.   Il-Partijiet Kontraenti, li għadhom mhux Parti mill-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Kundizzjonijiet Uniformi għall-Ispezzjonijiet Perjodiċi Tekniċi ta’ Vetturi bir-Roti u r-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Spezzjonijiet ta’ dan it-tip (1997), għandhom jagħmlu ħilithom, konformement mal-liġijiet u regolamenti nazzjonali u internazzjonali rilevanti, biex jiġi ffaċilitat il-qsim bejn il-fruntieri minn vetturi tat-triq billi jaċċettaw iċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Spezzjoni Teknika kif previst f'dan il-ftehim. Iċ-Ċertifikat ta’ Spezzjoni Teknika, kif jidher fil-Ftehim mill-1 ta’ Jannar 2004, jidher fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

2.   Biex jidentifikaw lill-vetturi li jkollhom approvazzjoni ATP u li jġorru ikel li jitħassar, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jużaw il-marki distinti li jitwaħħlu mat-tagħmir rilevanti u ċ-ċertifikat ATP jew il-pjanċa ta’ approvazzjoni previsti fil-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Ikel li Jitħassar u t-Tagħmir Speċjali li jintuża għal dan it-tip ta’ Trasport (1970).

Artikolu 5

Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura

1.   Sabiex jiġi ffaċilitat il-qsim bejn il-fruntieri, il-Partijiet Kontraenti, konformement mal-liġijiet u regolamenti nazzjonali u internazzjonali rilevanti, għandhom jagħmlu ħilithom biex il-proċeduri ta’ wżin tal-vetturi f’postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri ma jsirux aktar minn darba waħda, billi jaċċettaw u jirrikonoxxu b’mod reċiproku ċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura kif previst fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. Fil-każ li l-Partijiet Kontraenti jaċċettaw dawn iċ-ċertifikati, ma għandu jsir ebda kejl ieħor tal-piż għajr għal spezzjonijiet każwali u kontrolli f’każ ta’ suspett ta’ irregolaritajiet. Il-kejl tal-piż tal-vetturi li jitniżżel fuq dawn iċ-ċertifikati għandu jsir biss fil-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali. Ir-riżultati li jinkisbu minn dan il-kejl għandhom jitniżżlu u jiġu ċċertifikati kif xieraq f’dawn iċ-ċertifikati.

2.   Kull Parti Kontraenti li taċċetta ċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura għandha tippublika lista sħiħa ta’ istazzjonijiet awtorizzati għall-użin tal-vetturi fil-pajjiż tagħha li jkunu awtorizzati f’konformità mal-prinċipji internazzjonali, kif ukoll ta’ kwalunkwe modifika tagħha. Din il-lista, flimkien ma’ kwalunkwe modifika tagħha għandha tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) biex titqassam lil kull Parti Kontraenti u lill-organizzazzjionijiet internazzjonali msemmija fl-Anness 7, Artikolu 2 ta’ din il-Konvenzjoni.

3.   Ir-rekwiżiti minimi għal stazzjonijiet awtorizzati għall-użin tal-vetturi, il-prinċipji għall-awtorizzazzjoni u l-elementi bażiċi tal-proċeduri ta’ użin li jridu jintużaw jidhru fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

Artikolu 6

Il-postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri

Biex jiġi żgurat li l-formalitajiet meħtieġa fil-postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri jsiru bl-aħjar mod u jiġu ffaċilitati, il-Partijiet Kontraenti għandhom jissodisfaw, kemm jista' jkun, dawn ir-rekwiżiti minimi għal postijiet ta' qsim bejn il-fruntieri li jkunu miftuħa għat-traffiku internazzjonali ta' merkanzija:

(i)

faċilitajiet li jippermettu kontrolli konġunti bejn Stati ġirien (teknoloġija “one-stop”), 24 siegħa kuljum, meta dan ikun iġġustifikat mill-ħtieġa ta’ kummerċ u b’konsistenza mar-regolamenti tat-traffiku bit-triq;

(ii)

separazzjoni tat-traffiku skond it-tipi differenti ta’ traffiku fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera biex jippermetti li tingħata prijorità lil vetturi li jkunu koperti minn dokumenti Doganali ta’ transitu internazzjonali validi jew li jġorru annimali ħajjin jew ikel li jitħassar;

(iii)

żoni ta’ kontroll lil hinn mill-karreġġata, biex fihom isiru kontrolli fuq bażi każwali tat-tagħbija u tal-vetturi;

(iv)

faċilitajiet xierqa ta’ terminal u għall-ipparkjar tal-vetturi;

(v)

faċilitajiet xierqa ta’ iġjene, soċjali u ta’ telekomunikazzjoni għas-sewwieqa;

(vi)

aġenti tad-distribuzzjoni tal-merkanzija jiġu inkoraġġiti jistabbilixxu faċilitajiet adegwati f'postijiet ta' qsim bejn il-fruntieri, imfassla bil-ħsieb li jkunu jistgħu joffru servizzi kompetittivi lill-operaturi tat-trasport.

Artikolu 7

Mekkaniżmu ta' rappurtar

Skond l-Artikoli 1 sa 6 ta’ dan l-Anness, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) għandu jagħmel, kull sentejn, stħarriġ fost il-Partijiet Kontraenti dwar il-progress li jkun sar biex jittejbu l-proċeduri ta’ qsim bejn il-fruntieri fil-pajjiżi tagħhom.

Appendiċi 1 għall-Anness 8 tal-Konvenzjoni

ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TA’ SPEZZJONI TEKNIKA (1)

F’konformità mal-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Kundizzjonijiet Uniformi għall-Ispezzjonijiet Perjodiċi Tekniċi ta’ Vetturi bir-Roti u r-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Spezzjonijiet ta’ dan it-tip (1997), li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Jannar 2001.

1.

Iċ-Ċentri Akkreditati għall-Ispezzjonijiet Tekniċi huma responsabbli li jagħmlu testijiet ta’ spezzjoni, li jagħtu l-approvazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ spezzjoni tar-Regola/i rilevanti annessa/i mal-Ftehim ta’ Vjenna tal-1997, u li jispeċifikaw l-aktar data tard tal-ispezzjoni li jmiss li għandha tkun indikata fil-linja Nru 12.5 taċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Spezzjoni Teknika, li hawn taħt jidher mudell tiegħu.

2.

Iċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Spezzjoni Teknika għandu jkun fih l-informazzjoni indikata hawn taħt. Jista’ jkun ktejjeb b’format A6 (148 × 105 mm), b'qoxra ħadra u bil-folji ta' ġewwa bojod, inkella karta ħadra jew bajda b’format A4 (210 × 197 mm) mitwiha għal format A6 b’tali mod li t-taqsima li fiha tidher il-marka distinta tal-Istat jew tan-Nazzjonijiet Uniti tkun il-wiċċ taċ-Ċertifikat mitwi.

3.

L-elementi taċ-ċertifikat u l-kontenut tagħhom għandhom jiġu stampati fl-ilsien nazzjonali tal-Parti Kontraenti li toħroġ iċ-ċertifikat, li għandha żżom l-istess numerazzjoni.

4.

Bħala alternattiva, jistgħu jintużaw ir-rapporti ta’ spezzjoni perjodiċi li jintużaw mill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim. Kampjun tagħhom għandu jintbagħat lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bħala informazzjoni għall-Partijiet Kontraenti.

5.

Annotazzjonijiet bil-miktub, stampati b’typewriter jew b’kompjuter dwar iċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Spezzjoni Teknika jistgħu jsiru mill-awtoritajiet kompetenti biss u t-tipa tagħhom għandha tkun bl-alfabet Latin.

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

(1)  Mill-1 ta’ Jannar 2004.

Appendiċi 2 għall-Anness 8 tal-Konvenzjoni

ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TAL-PIŻ TAL-VETTURA

1.

L-għan taċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura (IVWC - International Vehicle Weight Certificate) huwa li jiffaċilita il-proċeduri għall-qsim bejn il-fruntieri u, b’mod partikolari, li jevita li l-proċeduri ta’ wżin tal-vetturi tat-triq li jġorru l-merkanzija fi triqthom lejn il-Partijiet Kontraenti ma jsirux aktar minn darba waħda. Iċ-ċertifikati mimlija kif xieraq u aċċettati mill-Partijiet Kontraenti għandhom jiġu aċċettati mill-Partijiet Kontraenti bħala ċertifikati li jindikaw il-kejl validu tal-piż. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitolbu għal kejl addizzjonali tal-piż għajr għal spezzjonijiet fuq bażi każwali u kontrolli f’każ ta’ suspett ta’ irregolaritajiet.

2.

Iċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura, li għandu jkun bħall-mudell li jidher f’dan l-Appendiċi, għandu jinħareġ u jiġi użat b'superviżjoni tal-awtorità governattiva maħtura f'kull Parti Kontraenti (li taċċetta dan it-tip ta' ċertifikati) konformement mal-proċedura deskritta fiċ-ċertifikat anness.

3.

L-użu taċ-ċertifikat mill-operaturi tat-trasport mhux obbligatorju.

4.

Meta jaċċettaw dan it-tip ta’ ċertifikati, il-Partijiet Kontraenti jkunu qed japprovaw li l-istazzjonijiet awtorizzati għall-użin tal-vetturi jimlew, flimkien mal-operatur/sewwieq tal-vettura tat-triq li ġġorr il-merkanzija, iċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura f'konformità ma' dawn ir-rekwiżiti minimi.

(a)

L-istazzjonijiet għall-użin tal-vetturi għandhom ikunu mgħammra bi strumenti tal-użin iċċertifikati. Biex ikejlu l-piż, il-Partijiet Kontraenti li jaċċettaw dan it-tip ta’ ċertifikati jistgħu jagħżlu l-metodu u strumenti li jidrilhom li jkunu xierqa. Il-Parti Kontraenti li taċċetta dan it-tip ta’ ċertifikati għandha tiżgura il-kompetenza tal-istazzjonijiet għall-użin, permezz ta’ pereżempju, akkreditazzjoni jew proċess ta' valutazzjoni u għandha tiżgura l-użu ta’ strumenti tal-użin adatti, ta’ staff ikkwalifikat, u l-eżistenza ta’ sistemi ta’ kontroll tal-kwalità u proċeduri ta’ ttestjar dokumentati.

(b)

L-istazzjonijiet għall-użin u l-istrument li jużaw għandhom jinżammu fi stat tajjeb. L-istrumenti għandhom jiġu vverifikati b’mod regolari u awtorizzati mill-awtoritajiet rilevanti responsabbli għall-użin u l-kejl. L-istrumenti tal-użin, u l-preċiżjoni minima u l-użu tagħhom għandhom ikunu konformi mar-Rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Metroloġija Legali (International Organisation for Legal Metrology - OIML)

(ċ)

L-istazzjonijiet għall-użin għandhom ikunu mgħammra bi strumenti tal-użin li jikkorrispondu ma’ waħda minn dawn:

Rakkomandazzjoni R 76 tal-OIML “Non-automatic weighing instruments” bi preċiżjoni tal-klassi III jew aħjar;

Rakkomandazzjoni R 134 tal-OIML “Automatic instruments for weighing road vehicles in motion ”, bi preċiżjoni tal-klassi 2 jew aħjar, fil-każ ta’ kejl tal-piż fuq fus individwali jistgħu jiġu applikati marġni ta’ inqas preċiżjoni.

5.

F’każijiet eċċezzjonali u, partikolarment meta jkun hemm suspett ta’ xi irregolarità, jew fuq talba tal-operatur/sewwieq tal-vettura kkonċernata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiżnu l-vettura mill-ġdid. F’każ li xi stazzjon għall-użin joħroġ ħafna kejl żbaljat, li jiġi nnotat mill-awtoritajiet ta' kontroll tal-Parti Kontraenti li jaċċettaw dan it-tip ta' ċertifikati, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-istazzjon għall-użin għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li dan ma jerġax iseħħ.

6.

Il-mudell taċ-ċertifikat jista’ jinħareġ fi kwalunkwe lingwa tal-Partijiet Kontraenti li jaċċettaw dan it-tip ta’ ċertifikati, sakemm jinżammu l-istess format u punti taċ-ċertifikat ta' hawn taħt.

7.

Kull Parti Kontraenti li taċċetta dan it-tip ta’ ċertifikati għandha tippubblika lista sħiħa tal-istazzjonijiet awtorizzati għall-użin tal-vetturi fil-pajjiż tagħha li jkunu awtorizzati f’konformità mal-prinċipji internazzjonali, kif ukoll ta’ kwalunkwe modifika tagħha. Din il-lista, flimkien ma’ kwalunkwe modifika tagħha għandha tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) biex titqassam lil kull Parti Kontraenti u lill-organizzazzjionijiet internazzjonali msemmija fl-Anness 7, Artikolu 2 ta’ din il-Konvenzjoni.

8.

(Dispożizzjoni tranżitorja) Peress li bħalissa ftit huma l-istazzjonijiet għall-użin li huma mgħammra bi strumenti tal-użin li jistgħu jagħtu kejl tal-piż fuq fus individwali jew fuq grupp ta’ fusien, il-Partijiet Kontraenti, meta jaċċettaw dan it-tip ta' ċertifikati jaqblu li, matul perjodu ta' tranżizzjoni, li jiskadi tnax-il xahar wara li dan l-Anness jidħol fis-seħħ, il-kejl tal-piż gross tal-vettura kif previst skond il-punt 7.3 fiċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura għandu jkun biżżejjed u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jaċċettawh.

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni
HEMŻA
għaċ-ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TAL-PIŻ TAL-VETTURA (IVWC)
Abbozzi ta’ tipi ta’ vetturi tat-triq li jġorru l-merkanzija kif meħtieġ skond il-punt 7.1 tal-IVWC

Nru

Vetturi tat-triq li jġorru l-merkanzija

It-Tip tal-Vettura

* tfisser l-ewwel alternattiva ta’ konfigurazzjoni tal-fus

** tfisser it-tieni alternattiva ta’ konfigurazzjoni tal-fus

Distanza bejn il-fusien (m)  (1)

I.   

VETTURI RIĠIDI

1

Image 8

A2

D < 4.0

2

Image 9

A2*

D ≥ 4.0

3

Image 10

A3

 

4

Image 11

A4

 

5

Image 12

A3*

 

6

Image 13

A4*

 

7

Image 14

A5

 

II.   

TAĦLITA TA' VETTURI

1

Image 15

A2 T2

 

2

Image 16

A2 T3

 

3

Image 17

A3 T2

 

4

Image 18

A3 T3

 

5

Image 19

A3 T3*

 

6

Image 20

A2 C2

 

7

Image 21

A2 C3

 

8

Image 22

A3 C2

 

9

Image 23

A3 C3

 

10

Image 24

A2 C1

 

11

Image 25

A3 C1

 

III.   

VETTURI ARTIKOLATI

1

bi 3 fusien

Image 26

A2 S1

 

2

b’4 fusien (singoli jew tandem)

Image 27

A2 S2

D ≤ 2.0

Image 28

A2 S2*

D > 2.0

Image 29

A3 S1

 

3

b’5 jew 6 fusien (singoli, tandem, jew tripli)

Image 30

A2 S3

 

Image 31

A2 S3*

 

Image 32

A2 S3**

 

Image 33

A3 S2

D ≤ 2.0

 

 

Image 34

A3 S2*

D > 2.0

 

 

Image 35

A3 S3

 

 

 

Image 36

A3 S3*

 

Image 37

A3 S3**

 

Mingħajr disinn

An Sn

 


(1)  Ma tingħata ebda speċifikazzjoni jekk ma tkunx rilevanti


Kummissjoni

27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Frar 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perjodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu jistgħu jiġu introdotti fil-Komunità għal raġunijiet ta’ dekontaminazzjoni

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1174)

(2009/162/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-deroga mid-Direttiva 2000/29/KE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE tal-21 ta’ Jannar 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ħamrija li hija kkontaminata b’pestiċidi jew b’sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għal raġunijiet ta’ dekontaminazzjoni (2) tawtorizza, għal perjodu limitat, lill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-programm tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (il-FAO) dwar prevenzjoni u rimi ta’ pestiċidi li ma għadhomx jintużaw u li mhumiex iktar bżonnjużi li jdaħħlu fil-Komunità ħamrija li hija kkontaminata minn tali pestiċidi għat-trattament f’impjanti ta’ inċinerazzjoni apposta għall-iskart perikoluż.

(2)

Minħabba li l-implimentazzjoni ta’ dak il-programm ġiet ittardjata, il-perjodu li tulu tista’ tiddaħħal il-ħamrija kkontaminata skont l-awtorizzazzjoni mogħtija mid-Deċiżjoni 2005/51/KE għandu jerġa’ jiġi estiż.

(3)

Id-Deċiżjoni 2005/51/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/51/KE, il-kliem “it-28 ta’ Frar 2009” jinbidel bil-kliem “id-29 ta’ Frar 2012”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)   ĠU L 269, 14.10.2005, p. 297.


27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Frar 2009

li temenda d-Deċiżjoni 1999/217/KE fir-rigward tar-reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir użati fi jew fuq oġġetti tal-ikel

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1222)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/163/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għas-sustanzi tat-taħwir użati jew maħsuba għall-użu ġewwa jew fuq l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jistabbilixxi l-proċedura għall-istabbiliment tar-regoli fir-rigward tas-sustanzi tat-taħwir użati jew intiżi għall-użu fl-oġġetti tal-ikel. Dak ir-Regolament jistipula l-adozzjoni ta’ reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir (“ir-reġistru”) wara notifika mill-Istati Membri ta’ lista tas-sustanzi ta’ taħwir li jistgħu jintużaw fi jew fuq oġġetti tal-ikel li tqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom u fuq il-bażi ta’ studju mill-Kummissjoni ta’ dik in-notifika.

(2)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jistipula programm ta’ valutazzjoni tas-sustanzi tat-taħwir li jkunu jinsabu fir-reġistru (“il-programm ta’ valutazzjoni”) sabiex ikun hemm il-verifika jekk dawk is-sustanzi jkunux konformi mal-kriterji ġenerali għall-użu tagħhom kif stabbiliti fl-Anness ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jistipula li l-persuni responsabbli għat-tqegħid fis-suq tas-sustanzi tat-taħwir għandhom iwasslu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tagħhom. Dak ir-Regolament ukoll jistipula li wara t-twettiq tal-programm ta’ valutazzjoni, il-lista tas-sustanzi tat-taħwir li l-użu tagħhom għandu jkun awtorizzat għall-esklużjoni tal-oħrajn kollha, għandha tkun adottata.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 1999/217/KE (2), il-Kummissjoni adottat reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir użati fi jew fuq l-oġġetti tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 2232/96.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 tat-18 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-adozzjoni ta’ programm ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jistipula ċertu tagħrif li għandu jitressaq mill-persuna responsabli għat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti sustanzi tat-taħwir li jinsabu fir-reġistru sabiex tippermetti li tkun tista titwettaq il-valutazzjoni tas-sustanza.

(5)

Ma tressaq l-ebda tagħrif għal 148 sustanza u l-Kummissjoni la ġiet infurmata dwar kwalunkwe intenzjoni biex jibqa’ jitressaq xi tagħrif. Għalhekk, dawn is-sustanzi ma jistgħux ikunu vvalutati fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-kriterji ġenerali għall-użu tas-sustanzi tat-taħwir kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2232/96. Għalhekk, huwa xieraq li dawn is-sustanzi jitħassru mir-reġistru.

(6)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/282/KE tal-21 ta’ April 1998 dwar il-mezzi li bihom l-Istati Membri u l-Istati firmatarji tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea għandhom iħarsu l-proprjetà intellettwali fir-rigward tal-iżvilupp u l-manifattura ta’ sustanzi ta’ taħwir imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għal numru ta’ sustanzi, l-Istati Membri notifikanti talbu li għandhom ikunu rreġistrati b’tali mod li jitħarsu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-manifattur.

(7)

Il-ħarsien għal dawn is-sustanzi, imniżżla fil-Parti B tar-reġistru, hija limitata għal perjodu massimu ta’ ħames snin massimu mid-data li tasal in-notifika tagħhom. Dak il-perjodu issa skada għal erba’ sustanzi li baqa’ b’konsegwenza li għandhom jiġu ttrasferiti għall-Parti A tar-reġistru.

(8)

Għalhekk id-Deċiżjoni 1999/217/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 1999/217/KE għandu jkun emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 23.11.1996, p. 1.

(2)   ĠU L 84, 27.3.1999, p. 1.

(3)   ĠU L 180, 19.7.2000, p. 8.

(4)   ĠU L 127, 29.4.1998, p. 32.


ANNESS

1.   

L-ewwel paragrafu tal-anness, li tinqara kif ġej, għandha titħassar:

Ir-reġistru tas-sustanzi ta’ taħwir definiti kimikalment inqasam f’żewġ partijiet distinti. Il-Parti A tniżżel is-sustanzi skont in-numri FL tagħhom. Il-Parti B tniżżel dawk is-sustanzi li għalihom intalbet kunfidenzjalità minn Stat Membru sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali tal-manifattur.

2.   

Il-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni 1999/217/KEE hija emendata kif ġej:

(a)

Ir-ringieli stabbiliti fit-tabella għal sustanzi attribwiti b’dawn in-numri FL li ġejjin huma mħassra:

01.025

01.062

01.068

01.069

01.071

01.072

01.073

01.074

01.075

01.076

02.053

02.068

02.118

02.129

02.130

02.151

02.163

02.199

02.215

02.232

02.237

02.238

02.244

03.018

03.021

04.060

04.071

04.081

04.083

05.054

05.133

05.135

05.176

05.177

05.200

05.207

05.209

05.210

05.212

05.213

05.214

05.215

06.060

06.068

06.099

06.108

06.113

07.143

07.144

07.145

07.163

07.173

07.174

07.192

07.216

07.241

07.245

07.246

07.252

08.110

08.111

08.126

08.128

09.311

09.384

09.576

09.635

09.654

09.817

09.845

09.853

09.881

09.887

09.896

09.903

09.914

10.041

10.046

10.065

10.071

11.011

11.012

11.013

11.019

11.022

11.024

12.110

12.115

12.186

12.245

12.246

12.247

12.248

12.250

12.260

12.261

12.263

13.036

13.104

13.110

13.121

13.131

13.147

13.156

13.158

13.159

13.164

13.181

13.187

14.090

14.151

14.153

14.156

14.157

14.158

14.162

14.165

14.166

15.041

15.046

15.053

15.059

15.065

15.073

15.075

15.095

15.100

15.101

15.104

15.105

15.117

15.121

15.122

15.123

15.124

16.050

16.064

16.065

16.066

16.067

16.068

16.069

16.070

16.078

16.079

16.084

16.085

17.009

 

 

 

 

(b)

Ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella:

Nru FL

Grupp kimiku

CAS

Isem

Fema

CoE

Einecs

Nru FL

Sinonimi

Isem sistematiku

Kummenti

09.929

8

220621-22-7

L-Monomenthyl glutarate

4006

 

 

09.929

 

 

 

03.023

16

1608-72-6

1-Ethoxyethylacetate

4069

 

 

03.023

 

 

 

16.083

30

446-71-9

2-(4-Hydroxy-3-methoxyphenyl)-5,7-dihydroxy chromanone

 

 

 

16.083

 

 

 

07.250

5

3916-64-1

3,5-Heptadien-2-one

 

 

 

07.250

 

 

 

3.   

Il-Parti B tal-Anness tad-Deċiżjoni 1999/217/KE tħassret.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/44


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/164/PESK

tas-26 ta’ Frar 2009

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill li ġġedded miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ghal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK li ġġedded il-miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1). Dawn il-miżuri reġgħu ġew imġedda bil-Pożizzjoni Komuni 2008/223/PESK (2) sas-16 ta' Marzu 2009.

(2)

Il-miżuri imposti bil-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandhom jiġġeddu għal perijodu ieħor ta’ 12-il xahar,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandha tiġi estiża sas-16 ta' Marzu 2010.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

I. LANGER


(1)   ĠU L 94, 31.3.2004, p. 65.

(2)   ĠU L 70, 14.3.2008, p. 22.


Corrigendum

27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/45


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/2009 tad-19 ta’ Frar 2009 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 49, 20 ta' Frar 2009 )

F'paġna 9, l-Artikolu 1 għandu jinqara kif ġej:

“Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fis-17 ta’ Frar 2009, l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi hu ffissat EUR 21,98/100 kg.”.


27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.