|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
|
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kunsill u Kummissjoni |
|
|
|
|
2009/153/KE, Euratom |
|
|
|
* |
||
|
|
|
Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
|
|
2009/154/KE |
|
|
|
* |
|
|
|
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
24.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 153/2009
tad-19 ta' Frar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Għall-partijiet interessati fil-politika ta’ promozzjoni tal-prodotti agrikoli, il-qafas ġuridiku waħdieni stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (2) iffaċilitalhom l-aċċess għas-sistema u l-parteċipazzjoni fiha. Il-proċeduri amministrattivi involuti fit-twettiq ta’ din il-politika tnaqqsu u ġew simplifikati b’mod sinifikanti permezz tal-applikazzjoni tal-qafas ġuridiku waħdieni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 jipprevedi li fil-każ li ma jkunx hemm programmi biex jiġu attwati fis-suq intern, l-Istati Membri konċernati għandhom il-possibbiltà li jħejju programm. Fejn l-organizzazzjonijiet proponenti ma jixtiqux iressqu programmi biex jiġu attwati f’pajjiżi terzi għal waħda jew iktar mill-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija f’dak ir-Regolament, għandu jkun permess li l-Istati Membri konċernati jħejju programm relevanti. |
|
(3) |
Partikolarment, l-Istati Membri konċernati għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jwessgħu l-ambitu tal-azzjonijiet li għandhom jiġu koperti minn dawk il-programmi anke billi jfittxu l-għajnuna ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali meta jwettqu dawk il-programmi, speċjalment fil-każ tal-programmi ta’ promozzjoni tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda f’pajjiżi terzi. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendament
L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 9
Il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ nuqqas ta’ programmi ta’ informazzjoni għas-suq intern u fil-pajjiżi terzi
1. Fin-nuqqas ta’ programmi li għandhom jiġu attwati fis-suq intern, għal waħda jew aktar mill-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(b) imressqa taħt l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru konċernat għandu jħejji, abbażi tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5(1), programm u l-ispeċifikazzjoni tiegħu, u jagħżel permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti l-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jkun qiegħed jimpenja ruħu għall-kofinanzjament tiegħu.
2. Fin-nuqqas ta’ programmi li għandhom jiġu attwati f’pajjiżi terzi għal waħda jew aktar mill-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ) imressqa taħt l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru konċernat għandu jħejji, abbażi tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5(2), programm u l-ispeċifikazzjoni tiegħu, u jagħżel permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti l-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jimpenja ruħu għall-kofinanzjament tiegħu.
Il-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jkun eventwalment intagħżel mill-Istat Membru jew Stati Membri konċernati jista’ jkun organizzazzjoni internazzjonali, speċjalment meta l-programm jirrigwarda l-promozzjoni tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel f’pajjiżi terzi.
3. L-Istat Membru jew Stati Membri għandhom iressqu l-programm magħżul lill-Kummissjoni konformement mal-paragrafi 1 u 2, flimkien ma’ opinjoni motivata li tinkludi:
|
(a) |
kemm ikun kunsiljabbli l-programm; |
|
(b) |
il-konformità tal-programm u tal-korp propost ma’ dan ir-Regolament, u, jekk ikun il-każ, mal-linji gwida applikabbli; |
|
(c) |
il-valutazzjoni tal-valur għall-flus tal-programm; |
|
(d) |
l-għażla tal-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm. |
4. Għall-finijiet tal-eżami tal-programmi min-naħa tal-Kummissjoni, għandhom japplikaw l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(1).
5. Konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), il-Kummissjoni tista’ tiddefinixxi limiti aktar baxxi jew ogħla mill-ispiża reali tal-programmi mressqa taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-limiti jistgħu jiġu aġġustati abbażi tan-natura tal-programmi konċernati. Il-kriterji applikati jistgħu jiġu ddeterminati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ŘÍMAN
(1) L-Opinjoni tal-5 ta’ Frar 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
|
24.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 154/2009
tat-23 ta’ Frar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1859/2005 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Użbekistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1859/2005 (1) jipprojbixxi, fost affarijiet oħra, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment u l-esportazzjoni lejn l-Użbekistan ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna. L-Anness I ta' dak ir-Regolament jelenka l-prodotti li għalihom tapplika din il-projbizzjoni. |
|
(2) |
Il-lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna għandha tkun aġġornata wara rakkomandazzjonijiet magħmula minn esperti, billi jkun ikkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew għal trattament jew piena oħra krudili, diżumana jew degradanti (2). |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1859/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1859/2005 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VONDRA
ANNESS
“ANNESS I
Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna msemmi fl-Artikoli 1(1), 2 u 4
|
1. |
Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:
|
|
2. |
Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE. |
|
3. |
Vetturi kif ġej:
|
|
4. |
Sustanzi esplussivi u tagħmir relatat kif ġej:
|
|
5. |
Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:
|
|
6. |
Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għal taħriġ fl-użu ta’ armi tan-nar, u softwer imfassal apposta għalihom. |
|
7. |
Tagħmir ta’ viżjoni ta’ bil-lejl u tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE. |
|
8. |
Barbed wire li jaqta’. |
|
9. |
Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 ċm. |
|
10. |
Tagħmir ta’ produzzjoni mfassal apposta għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista. |
|
11. |
Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f’din il-lista. |
|
24.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 155/2009
tat-23 ta’ Frar 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Frar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
JO |
62,0 |
|
MA |
43,8 |
|
|
TN |
111,3 |
|
|
TR |
95,7 |
|
|
ZZ |
78,2 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
161,3 |
|
MA |
73,6 |
|
|
MK |
145,1 |
|
|
TR |
124,1 |
|
|
ZZ |
126,0 |
|
|
0709 90 70 |
JO |
239,8 |
|
MA |
62,6 |
|
|
TR |
87,1 |
|
|
ZZ |
129,8 |
|
|
0709 90 80 |
EG |
94,1 |
|
ZZ |
94,1 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
47,3 |
|
IL |
57,8 |
|
|
MA |
52,8 |
|
|
TN |
44,1 |
|
|
TR |
65,0 |
|
|
ZZ |
53,4 |
|
|
0805 20 10 |
IL |
146,3 |
|
MA |
92,2 |
|
|
TR |
73,0 |
|
|
ZZ |
103,8 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
EG |
75,3 |
|
IL |
95,9 |
|
|
JM |
95,1 |
|
|
MA |
90,6 |
|
|
PK |
51,3 |
|
|
TR |
66,6 |
|
|
ZZ |
79,1 |
|
|
0805 50 10 |
EG |
81,5 |
|
MA |
49,9 |
|
|
TR |
49,5 |
|
|
ZZ |
60,3 |
|
|
0808 10 80 |
CA |
89,7 |
|
CL |
67,7 |
|
|
CN |
72,8 |
|
|
MK |
25,7 |
|
|
US |
106,5 |
|
|
ZZ |
72,5 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
98,4 |
|
CL |
73,7 |
|
|
CN |
73,5 |
|
|
US |
100,1 |
|
|
ZA |
115,5 |
|
|
ZZ |
92,2 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill u Kummissjoni
|
24.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Frar 2009
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea
(2009/153/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’ mod partikolari l-Artikolu 310, flimkien mat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(3), tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill konformement mal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f’isem il-Komunità fil-15 ta’ Lulju 2008 konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/800/KE (2). |
|
(2) |
Il-Protokoll għandu jkun konkluż, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandu jiddepożita l-istrumenti ta’ approvazzjoni previsti mill-Artikolu 12(2) tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jiddepożita dawn l-istrumenti f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.
Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
O. LIŠKA
Għall-Kummissjoni
Il-President
José MANUEL BARROSO
(1) Kunsens mogħti fis-16 ta’ Diċembru 2008 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
Bank Ċentrali Ewropew
|
24.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/10 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-27 ta’Jannar 2009
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/5 li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti
(BĊE/2009/2)
(2009/154/KE)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 11.6 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li adottat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-limiti għall-proċeduri ta’ sejħa għal offerti pubblika stabbiliti fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2) nbidlu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1422/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjonijiet għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti (3). Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għalkemm mhuwiex suġġett għad-Direttiva 2004/18/KE, għandu l-ħsieb li japplika l-istess limiti għall-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti pubbliċi. |
|
(2) |
Biex jitjiebu t-trasparenza u l-kompetizzjoni, partikolarment għall-akkwisti taħt il-limiti pprovduti fid-Deċiżjoni BĊE/2007/5 tat-3 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti (4), il-BĊE għandu l-ħsieb li jistabbilixxi listi ta’ fornituri xierqa li jistgħu jiġu mistiedna jibagħtu offerta għall-akkwisti taħt il-limiti jew biex jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti pubbliċi. Il-listi ser jiġu stabbiliti wara l-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal espressjonijiet ta’ interess f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Biex jiġu pprevenuti l-irregolaritajiet, jiġu missielta l-frodi u l-korruzzjoni u jiġi promoss l-immaniġġar sod u effiċjenti, kandidati jew min jagħmel l-offerti li huma ħatja ta’ dawn l-atti jew ikollhom interessi konfliġġenti għandhom jiġu esklużi minn proċeduri ta’ sejħiet għal offerti futuri li jagħmel il-BĊE. Ir-regoli għal din l-esklużjoni għandhom jiġu speċifikati fid-Deċiżjoni BĊE/2007/5. |
|
(4) |
Għaċ-ċarezza, xi wħud mir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2007/5 għandhom bżonn jiġu rfinuti aktar, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni BĊE/2007/5 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, tiżdied id-definizzjoni li ġejja:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 4(3) hu mibdul b’ li ġej: “3. Għandhom japplikaw dawn il-limiti ta’ ammonti:
|
|
(4) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 15 is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tal-paragrafu 4: “L-Artikolu 30(1) u (2) għandhom japplikaw.” |
|
(6) |
Jiżdied l-Artikolu 16a li ġej: “Artikolu 16a Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess 1. Il-BĊE jista’ japplika sejħa għal espressjonijiet ta’ interess jekk għandu l-ħsieb li jagħti diversi kuntratti li jkopru l-istess suġġett jew simili tiegħu. Sakemm ma jkunx speċifikat xort’oħra f’dan l-Artikolu, il-proċedura għandha ssegwi r-regoli tal-proċedura ristretta. 2. Biex tiġi stabbilita lista ta’ fornituri xierqa, il-BĊE għandu jippubblika avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jispeċifika bħala minimu s-suġġett tal-kuntratti li għandhom jingħataw, il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla u l-iskadenza ta’ meta ma jintlaqgħux aktar applikazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati għall-ewwel użu ta’ lista ta’ fornituri xierqa (minn hawn ’il quddiem ‘lista’). 3. Il-lista għandha tkun valida għal mhux aktar minn erba’ snin mid-data meta l-avviż tal-kuntratt jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Fornitur jista’ jibgħat applikazzjoni biex tiġi inkluża fil-lista fi kwalunkwe żmien matul il-perijodu ta’ validità tal-lista, bl-eċċezzjoni tal-aħħar tliet xhur ta’ dak il-perijodu. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bid-dokumentazzjoni speċifikata fl-avviż tal-kuntratt. Biex jiġu kkunsidrati għall-ewwel użu tal-lista, il-fornituri għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom qabel l-iskadenza fl-avviż tal-kuntratt. 4. Wara li jirċievi l-applikazzjonijiet, il-BĊE għandu jivverifika l-eliġibbiltà tal-kandidati u jivvaluta l-applikazzjonijiet skont il-kriterji ta’ għażla stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt. Il-BĊE għandu jinkludi l-kandidati kollha li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla fil-lista. Il-BĊE għandu jinforma lill-kandidati mal-ewwel opportunità li jkunu ġew inklużi fil-lista jew li jkunu ġew miċħudin. 5. Il-fornituri inklużi fil-lista għandhom jinfurmaw lill-BĊE mingħajr dewmien dwar kull bidla sostanzjali li taffettwa l-eliġibbiltà jew il-kapaċità tagħhom li jeżegwixxu l-kuntratt. Barra minn dan, il-fornituri inklużi fil-lista jistgħu jipprovdu lill-BĊE b’dokumentazzjoni aġġornata jew addizzjonali, jekk jaraw li dan huwa meħtieġ. 6. Jekk il-BĊE jkollu l-ħsieb li jagħti kuntratt li l-valur stmat tiegħu huwa taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4(3), għandu jistieden tal-anqas tliet jew ħames fornituri inklużi fil-lista, jekk ikun hemm, biex jibagħtu offerta skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29. Il-BĊE għandu jistieden lill-fornituri li jissodisfaw l-aħjar il-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt fir-rigward tal-kuntratt li għandu jingħata. 7. Jekk il-BĊE jkollu l-ħsieb li jagħti kuntratt li l-valur stmat tiegħu jaqbeż il-limiti stabbiliti fl-Artikolu (3), għandu jippubblika avviż ta’ kuntratt simplifikat fil-Ġurnal Uffiċjali li jiddeskrivi l-ambitu ta’ dan il-kuntratt speċifiku. Il-fornituri interessati li għadhom mhumiex inklużi fil-lista għandhom jibagħtu applikazzjoni biex tiġi inkluża fil-lista qabel l-iskadenza speċifikata fl-avviż ta’ kuntratt simplifikat, li m’għandhiex tkun anqas minn 15-il jum mid-data meta jintbagħat avviż ta’ kuntratt simplifikat. Wara valutazzjoni tal-applikazzjonijiet irċevuti, il-BĊE għandu jistieden tal-lanqas ħames fornituri xierqa inklużi fil-lista biex jibagħtu offerta iżda għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta’ fornituri. Il-BĊE għandu jagħżel il-fornituri li jissodisfaw l-aħjar il-kriterji fl-avviż ta’ kuntratt minħabba l-kuntratt li għandu jingħata. Għandu japplika l-Artikolu 12(4) u (5). 8. Fil-każijiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7, il-BĊE jista’ jitlob lill-fornituri inklużi fil-lista biex jipprovdu informazzjoni u dokumentazzjoni aġġornata rilevanti biex jiġu stabbilti l-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla.” |
|
(7) |
L-Artikolu 21(2) hu mibdul b’dan li ġej: “2. Jekk il-kandidati jew min jagħmel l-offerta jikkunsidraw li r-rekwiżiti tal-BĊE stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt, l-istedina għal sejħa ta’ offerti jew dokumenti ta’ appoġġ huma inkompleti, inkonsistenti jew illegali jew li l-BĊE jew kandidat/min ikun għamel l-offerta jkunu kisru r-regoli ta’ akkwisti applikabbli, għandhom jinnotifikaw il-preokkupazzjonijiet tagħhom lill-BĊE bil-miktub mingħajr dewmien. It-terminu għandu jibda mill-mument li jsiru jafu bl-irregolarità jew setgħu raġonevolment isiru jafu biha. Il-BĊE jista’ mbagħad jew jikkoreġi jew jissupplimenta r-rekwiżiti jew jirrimedja l-irregolarità kif mitlub, jew jiċħad it-talba u jindika r-raġunijiet għal dan. L-oġġezzjonijiet li ma jiġux ikkomunikati lill-BĊE mingħajr dewmien ma jistgħux jitqajmu fi stadju aktar tard.” |
|
(8) |
L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
L-Artikolu 28(2) hu mibdul b’li ġej: “2. In-notifika għandha tintbagħat tal-lanqas 10t ijiem qabel l-iffirmar tal-kuntratt mill-BĊE jekk in-notifika tintbagħat bil-fax jew mezzi elettroniċi, jew tal-anqas 15-il ġurnata qabel l-iffirmar tal-kuntratt jekk jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn.” |
|
(10) |
L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2009.
2. Il-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti li nbdew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jintemmu skont id-Deċiżjoni BĊE/2007/5. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni proċedura ta’ sejħa għal offerti titqies li bdiet fil-jum meta l-avviż ta’ kuntratt intbagħat lill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew, fil-każijiet meta dan l-avviż mhux meħtieġ, fil-jum meta l-BĊE stieden fornitur wieħed jew iżjed biex jibgħat offerta.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 27 ta’ Jannar 2009.
Il-President tal-BCE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.
(2) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
|
24.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.