ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 50

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
21 ta' Frar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 145/2009 tal-20 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 146/2009 tal-20 ta' Frar 2009 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd mill-Kamerun ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2009 tal-20 ta' Frar 2009 li jillimita ż-żoni ta’ destinazzjoni għar-rifużjonijiet jew l-irtirar matul l-esportazzjoni u għal ċerti liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur taċ-ċereali u r-ross (Verżjoni kodifikata)

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2009 tal-20 ta’ Frar 2009 li jirrevoka 11-il Regolament li ma għadx hemm lokhom fil-Politika Komuni tas-Sajd

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2009 tal-20 ta' Frar 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward interventi fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 150/2009 tal-20 ta' Frar 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 151/2009 tal-20 ta' Frar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 619/2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib

20

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2009/149/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

21

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

22

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/150/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2006 dwar l-għajnuna mill-Istat C 54/03 (ex N 194/02), li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja qiegħda tippjana li timplimenta dwar mekkaniżmu ta’ rimborż b’rabta mal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ pedaġġ għal vetturi kbar tal-merkanzija fuq awtostradi Ġermaniżi (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 89)  ( 1 )

30

 

 

2009/151/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2009 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward id-dħul tal-Botswana fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1031)  ( 1 )

45

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 145/2009

tal-20 ta’ Frar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

129,4

JO

62,0

MA

42,1

TN

132,6

TR

82,6

ZZ

89,7

0707 00 05

JO

161,3

MA

77,9

MK

147,9

TR

164,7

ZZ

138,0

0709 90 70

JO

239,8

MA

71,3

TR

125,2

ZZ

145,4

0709 90 80

EG

94,1

ZZ

94,1

0805 10 20

EG

45,6

IL

55,3

MA

50,4

TN

47,6

TR

61,5

ZZ

52,1

0805 20 10

IL

144,4

MA

84,5

TR

73,0

ZZ

100,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

75,3

IL

94,8

JM

95,1

MA

69,5

PK

50,6

TR

60,8

ZZ

74,4

0805 50 10

EG

81,5

MA

44,0

TR

61,0

ZZ

62,2

0808 10 80

CA

89,7

CL

67,7

CN

83,1

MK

25,7

US

107,9

ZZ

74,8

0808 20 50

AR

103,4

CL

73,7

CN

73,7

US

112,7

ZA

109,7

ZZ

94,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 146/2009

tal-20 ta' Frar 2009

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd mill-Kamerun

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t'April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi li prodotti li joriġinaw mill-annimali se jiġu importati biss minn pajjiż terz jew parti ta’ pajjiż terz li jidher fuq il-lista mniżżla skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi arranġamenti transitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprovdi, b’deroga mill-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, li l-Istati Membri, minħabba ċerti kondizzjonijiet, jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd minn pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Dawn il-pajjiżi terzi li fihom sa issa ma saret l-ebda spezzjoni Komunitarja biex tivverifika l-kondizzjonijiet sanitarji u taċċerta jekk il-kontrolli applikati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom humiex ekwivalenti għar-rekwiżiti taħt il-leġislazzjoni Komunitarja kienu mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005. Il-Kamerun huwa għalhekk attwalment imniżżel fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005.

(4)

Spezzjoni Komunitarja li twettqet il-Kamerun fl-2003 wriet nuqqasijiet serji fir-rigward tal-iġjene fit-trattament tal-prodotti tas-sajd u fil-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz biex iwettaq verifiki affidabbli fuq il-prodotti tas-sajd. Għaldaqstant, il-Kamerun ma jistax jipprovdi l-garanziji meħtieġa li l-prodotti tas-sajd inkisbu f’kundizzjonijiet għall-inqas ekwivalenti għal dawk li jirregolaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd fil-Komunità. Wara l-ispezzjoni, il-Kamerun issospenda l-esportazzjonijiet tiegħu ta’ prodotti tas-sajd lill-UE.

(5)

Mill-2004, l-awtorità kompetenti tal-Kamerun ma infurmatx lill-Komunità bil-progress fl-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva biex tirrimedja n-nuqqasijiet osservati fl-2003. Fl-2008, il-Kamerun irrifjuta spezzjoni tal-Komunità fuq il-post bl-argument li l-ebda stabbiliment jew bastiment tas-sajd tal-Kamerun ma jipprevedi li jesporta prodotti tas-sajd lill-UE fi żmien qasir.

(6)

Għalhekk l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ prodotti tas-sajd mill-Kamerun m’għandhomx jiġu awtorizzati aktar.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; kif ikkorreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

(2)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; kif ikkorreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.

(3)   ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 156.


ANNESS

“ANNESS II

Lista ta’ pajjiżi u territorji terzi li minnhom l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd fi kwalukwe forma għall-konsum mill-bniedem jistgħu jiġu permessi

AO — L-ANGOLA

AZ — L-AŻERBAJĠAN (1)

BJ — Il-BENIN

CG — IR-REPUBBLIKA TAL-KONGO (2)

ER — L-ERITREA

IL — L-IŻRAEL

MM — IL-MYANMAR

SB — IL-GŻEJJER SOLOMON

SH — ST HELENA

TG — IT-TOGO


(1)  Awtorizzat għall-importazzjoni tal-kavjar biss.

(2)  Awtorizzat biss għall-prodotti tas-sajd maqbuda, iffriżati u ppakkjati fl-imballaġġ finali tagħhom fuq il-baħar”.


21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 147/2009

tal-20 ta' Frar 2009

li jillimita ż-żoni ta’ destinazzjoni għar-rifużjonijiet jew l-irtirar matul l-esportazzjoni u għal ċerti liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur taċ-ċereali u r-ross

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikulari l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2145/92 tad-29 ta’ Lulju 1992 li jerġa’ jiddefinixxi mill-ġdid iż-żoni ta’ destinazzjoni għal rifużjonijiet ta’ imposti ta’ esportazzjoni u ċerti liċenzji ta’ esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti ż-żoni ta’ destinazzjoni li għandhom jintużaw sabiex jiġu stabbiliti r-rifużjonijiet jew l-irtirar matul l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċereali u r-ross.

(3)

Il-miżuri li hemm dispożizzjoni għalihom f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iż-żoni ta’ destinazzjoni li għandhom jintużaw sabiex jiġu stabbiliti r-rifużjonijiet jew l-irtirar matul l-esportazzjoni ddifferenzjata huma mfissra fl-Anness I għall-prodotti msemmija fil-Part I, Punti (a), (b) u (ċ) u l-Parti II, Punti (a) u (b) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 2145/92 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-20 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 214, 30.7.1992, p. 20. Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3, Volum 13, p. 23-25.

(3)  Ara l-Anness II.


ANNESS I

Żona I

(a)

Il-Morokk

L-Alġerija

It-Tuniżija

(b)

L-Eġittu

L-Iżrael

Il-Libanu

Is-Sirja

It-Turkija

Is-Sahara tal-Punent

(ċ)

Il-Libja

Żona II

(a)

In-Norveġja

Il-Gżejjer Faeroe

L-Islanda

(b)

Ir-Russja (Tramuntana)

Il-Belarus

Żona III

(a)

Bożnja-Ħerzegovina

Il-Kroazja

It-territorju tal-ex-Jugożlavja minbarra s-Slovenja, il-Kroazja u l-Bożnja-Ħerzegovina

(b)

L-Albanija

(ċ)

Ir-Russja (Nofsinhar)

L-Armenja

Il-Ġorġja

L-Ażerbajġan

Ir-Repubblika tal-Moldavja

L-Ukrajna

Il-Każakstan

Il-Kirgistan

L-Użbekistan

It-Taġikistan

It-Turkmenistan

Żona IV

(a)

Il-Messiku

Pajjiżi u territorji tal-Amerika Ċentrali (minbarra pajjiżi tal-AKP)

(b)

Il-Greater u Lesser Antilles (minbarra pajjiżi tal-AKP, Puerto Rico u l-OCT) u Bermuda

(ċ)

Pajjiżi u territorji tal-Amerika ta’ Isfel (Il-Kosta tal-Atlantiku, barra minn l-OCT)

(d)

Pajjiżi u territorji tal-Amerika ta’ Isfel (Il-Kosta tal-Paċifiku)

Żona V

L-Afrika ta’ Isfel

Żona VI

Pajjiżi u territorji tal-Peniżola Għarbija

Il-Ġordan

L-Iraq

L-Iran

Żona VII

(a)

L-Afganistan

Il-Pakistan

L-Indja (inkluż is-Sikkim)

In-Nepal

Sri Lanka

Il-Bangladesh

Myanmar

Il-Bhutan

Gżejjer tal-Oċean Indjan (minbarra pajjiżi tal-AKP u l-OCT)

(b)

It-Tajlandja

Il-Kambodja

Il-Laos

Il-Ġappun

L-Indonesja

Il-Malasja

Il-Filippini

(ċ)

Pajjiżi u territorji oħra tal-Asja u l-Oċeanja (minbarra l-OCT)

L-Awstralja

New Zealand

Żona VIII

(a)

(Pajjiżi tal-AKP)

L-Angola

L-Antigwa u Barbuda

Il-Bahamas

Barbados

Belize

Benin

Il-Bozwana

Burkina Faso

Il-Burundi

Il-Kamerun

Cape Verde

Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali

Il-Comoros (minbarra Mayotte)

Il-Kongo

Kosta tal-Ivorju

Id-Djibouti

Dominika

L-Etijopja

Il-Fiji

Il-Gabon

Il-Gambja

Il-Ghana

Il-Grenada

Il-Guinea

Il-Guinea-Bissau

Il-Guinea Ekwatorjali

Il-Gujana

Haiti

Il-Ġamajka

Il-Kenja

Il-Kiribati

Il-Lesotho

Il-Liberja

Il-Madagaskar

Il-Malawi

Il-Mali

Il-Mauritius

Il-Mawritanja

Il-Możambik

In-Namibja

In-Niġer

In-Niġerja

L-Uganda

Papua New Guinea

Ir-Repubblika Dominikana

Ir-Rwanda

St. Kittis-Nevis

St. Vincent u l-Grenadines

St. Lucia

Il-Gżejjer Salomon

Is-Samoa

Sao Tomé u Prinċipe

Is-Senegal

Is-Seychelles

Sierra Leone

Is-Somalja

Is-Sudan

Is-Surinam

Is-Sważiland

It-Tanzanija

Iċ-Chad

It-Togo

It-Tonga

Trinidad u Tobago

It-Tuvalu

Il-Vanuatu

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Iż-Żambja

Iż-Żimbabwe

(b)

(OCT)

Il-Polineżja Franċiża

Il-Kaledonja l-Ġdida u d-dipendenzi tagħha

Wallis u Futuna

It-Territorji Franċiż tan-Nofsinhar u tal-Antartika

Saint Pierre u Miquelon

Mayotte

L-Antilles tal-Olanda

L-Aruba

Greenland

L-Anguilla

Il-Gżejjer Cayman

Il-Gżejjer Falkland

Il-Gżira ta’ Georġja tan-Nofsinhar u ta’ Sandwich tan-Nofsinhar

Turks u l-Gżejjer Caicos

Il-Gżejjer Virgin Britanniċi

Montserrat

Pitcairn

St. Helena u d-dipendenzi

It-Territorju Antartiku Britanniku

It-Territorju Britanniku tal-Oċean Indjan


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2145/92

(ĠU L 214, 30.7.1992, p. 20).

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3304/94

(ĠU L 341, 30.12.1994, p. 48).

Artikolu 1(2) biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2005

(ĠU L 312, 29.11.2005, p. 18).

Artikolu 3 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1996/2006

(ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).

Artikolu 2 biss


ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 2145/92

Dan ir-Regolament

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1

Artikolu 1, it-tieni subparagrafu

Artikolu 2

Artikolu 2, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3

Artikolu 2, it-tieni subparagrafu

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 148/2009

tal-20 ta’ Frar 2009

li jirrevoka 11-il Regolament li ma għadx hemm lokhom fil-Politika Komuni tas-Sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u partikolarment l-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3117/85 tal-4 ta’ Novembru 1985 li jippreskrivi regoli ġenerali dwar indennizzi f’forma ta’ kumpens fir-rigward tas-sardin (1), u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 21(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 tas-26 ta’ Novembru 1996 li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd (3) u b’mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 25, 27(6) u 37 tiegħu,

Billi:

(1)

It-titjib tat-trasparenza tal-liġi Komunitarja hija element essenzjali tal-istrateġija għal leġiżlazzjoni aħjar li qegħdin jimplimentaw l-istituzzjonijiet Komunitarji. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni attiva.

(2)

Ir-Regolamenti li ġejjin, marbuta mal-politika komuni tas-sajd, ma għadx hemm lokhom, minkejja li formalment għadhom fis-seħħ:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3459/85 tas-6 ta’ Diċembru 1985 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-għoti ta’ kumpens f’forma ta’ sussidju għal sardin tal-Atlantiku (5). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti peress li saru bidliet fil-leġiżlazzjoni bażika li huma inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dak l-att;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 254/86 tal-4 ta’ Frar 1986 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli fl-Istati Membri ħlief fi Spanja u l-Portugall għas-sardin u tonn ippreservat li jorigina fi Spanja (6). L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri perjodu tranżizzjonali li skada;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3599/90 tat-13 ta’ Diċembru 1990 li jirrimedja l-ħsara kkawżata mill-waqfien mis-sajd għal-lingwata komuni minn bastimenti li fl-1989 tajru l-bandiera ta’ Stat Membru [traduzzjoni mhux uffiċjali]. (7) L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 1989;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3863/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 li jistabbilixxi d-daqs minimu għall-bejgħ fis-suq tal-granċijiet applikabbli f’ċerti żoni kostali tar-Renju Unit (8). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti peress li saru bidliet fil-leġiżlazzjoni bażika li huma inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dak l-att;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 897/94 tat-22 ta’ April 1994 li jesiġi [jistipula] regoli dettaljati għall-applikar tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 [f’dak] li jirrigwarda l-proġetti pilota li għandhom x’jaqsmu mal-issorveljar kontinwu tal-pożizzjoni tad-dgħajjes [bastimenti] tas-sajd tal-Komunità (9). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti peress li saru bidliet fil-leġiżlazzjoni bażika li huma inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dak l-att;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1419/96 tat-22 ta’ Lulju 1996 li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin privat għall-klamar Loligo patagonica (10) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti peress li saru bidliet fil-leġiżlazzjoni bażika li huma inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dak l-att;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2378/1999 tad-9 ta’ Novembru 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1282/1999 li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward ta’ tonn ipprovdut lill-industrija tal-ipproċessar mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 1998  (11) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 1998;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1103/2000 tal-25 ta’ Mejju 2000 li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward ta’ tonn ipprovdut lill-industrija tal-ipproċessar mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 1999  (12) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 1999;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2000 tal-31 ta’ Lulju 2000 li jipprojbixxi s-sajd għall-merluzz minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja (13). L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 2000;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 585/2001 tas-26 ta’ Marzu 2001 li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward ta’ tonn ipprovdut lill-industrija tal-ipproċessar mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2000  (14). L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 2000;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2496/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward ta’ tonn ipprovdut lill-industrija tal-ipproċessar mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2001  (15) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 2001.

(3)

Għal raġunijiet ta’ sigurtà u ċarezza legali, ir-Regolamenti msemmija fil-premessa (2) għandhom jiġu rrevokati.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Regolamenti li se jiġu rrevokati

Ir-Regolamenti: (KEE) Nru 3459/85, (KEE) Nru 254/86, (KEE) Nru 3599/90, (KEE) Nru 3863/91, (KEE) Nru 897/94, (KE) Nru 1419/96, (KE) Nru 2378/1999, (KE) Nru 1103/2000, (KE) Nru 1702/2000, (KE) Nru 585/2001 u (KE) Nru 2496/2001 huma b’hekk imħassra.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 297, 9.11.1985, p. 1.

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 334, 23.12.1996, p. 1.

(4)   ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(5)   ĠU L 332, 10.12.1985, p. 16.

(6)   ĠU L 31, 6.2.1986, p. 13.

(7)   ĠU L 350, 14.12.1990, p. 50.

(8)   ĠU L 363, 31.12.1991, p. 1.

(9)   ĠU L 104, 23.4.1994, p. 18.

(10)   ĠU L 182, 23.7.1996, p. 11.

(11)   ĠU L 287, 10.11.1999, p. 12.

(12)   ĠU L 125, 26.5.2000, p. 18.

(13)   ĠU L 195, 1.8.2000, p. 21.

(14)   ĠU L 86, 27.3.2001, p. 8.

(15)   ĠU L 337, 20.12.2001, p. 25.


21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 149/2009

tal-20 ta' Frar 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward interventi fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għal intervent pubbliku għat-trab tal-ħalib xkumat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 (2) stabbilixxa r-regoli dettaljati dwar intervent pubbliku għat-trab tal-ħalib xkumat.

(3)

Minħabba l-arranġamenti l-ġodda u fid-dawl tal-esperjenza miksuba, huwa xieraq li r-regoli dettaljati li jirregolaw l-intervent fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat jkunu emendati u simplifikati fejn ikun meħtieġ.

(4)

L-Artikolu 10(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula standard ġdid ta′ 34 %, bl-użin ta’ materjal niexef bla xaħam, għall-proteina fit-trab tal-ħalib xkumat, għalhekk it-tifsira tal-prodott eliġibbli għandha tiġi emendata.

(5)

L-Artikolu 13(1)(d) flimkien mal-Artikolu 18(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jillimita l-intervent pubbliku ta' trab tal-ħalib xkumat għal prezz fiss għall-kwantità offruta ta' 109 000 tunellati għall-perjodu bejn l-1 ta′ Marzu u l-31 ta' Awwissu.

(6)

Sabiex ikun hemm konformità mal-limitu ta' 109 000 tunellati jkun xieraq li jkun provdut perjodu ta' riflessjoni, qabel ma, tittieħed deċiżjoni fuq l-offerti, li matulu jittieħdu miżuri speċjali li japplikaw partikolarment għall-offerti pendenti. Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu f′għeluq ta' intervent, l-applikazzjoni ta' persentaġġ tal-allokazzjoni u ċ-ċaħda ta' offerti pendenti Dawn jeħtieġu azzjoni rapida u l-Kummissjoni għandha tkun tista′ tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji kollha mingħajr dewmien. Minħabba l-festi publiċi f′April 2009, għandha tingħata deroga rigward id-dati għall-preżentazzjoni tal-offerti sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-limitu ta' 109 000 tunellati li jinxtraw bi prezz fiss.

(7)

Il-livell tal-garanzija għandu jiżgura li l-offerti mressqa ma jiġux irtirati, għalhekk għandha tapplika garanzija ta' 5 EUR għal kull 100 kg għall-offerti kollha fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

(8)

Il-ħażna privata tat-trab tal-ħalib xkumat tneħħiet bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 (3), u r-referenzi għal din l-iskema għandhom jitħassru.

(9)

Il-kwantitajiet żgħar ta' residwi, li jkunu tħallew fl-imħażen, għandhom jiġu evitati u kwantitajiet sa 5 000 kg għandhom jiġu offruti lill-offerenti magħżula.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 214/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 214/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel kif ġej:

“Artikolu 1

Dan ir-Regolament jippreskrivi r-regoli dettaljati għal intervent fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat kif previst fl-Artikolu 10(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*1), rigward:

(a)

ix-xiri bil-prezz fiss kif jissemma fl-Artikolu 13(1)(d) flimkien mal-Artikolu 18(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b)

ix-xiri li jaqa′ taħt sejħa għal offerti li qiegħda fis-seħħ kif imsemmija fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(c)

il-bejgħ ta' trab tal-ħalib xkumat minn ħażna pubblika waqt sejħa għal offerti li qiegħda fis-seħħ.

(*1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.” "

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

“1.   L-aġenzija tal-intervent għandha tixtri biss trab tal-ħalib xkumat li jkun konformi mal-Artikolu 10(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u mal-paragrafi 2 sa 7 ta′ dan l-Artikolu u li jkun offrut għal intervent fil-perjodu bejn l-1 ta' Marzu sal-31 ta' Awwissu.”

(b)

Il-Paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispezzjonaw il-kwalità tat-trab tal-ħalib xkumat billi jużaw il-metodi analitiċi stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi ta' kampjuni meħuda skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament. L-ispezzjonijiet għandhom jistabbilixxu li, ħlief il-materja prima awtorizzata użata għall-aġġustament tal-proteina kif imsemmija fl-Anness I(4)(b) għad-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE (*2) it-trab tal-ħalib xkumat ma jkunx fih prodotti oħra, partikolarment xorrox tal-butir jew xorrox, kif definit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

L-aġġustament tal-proteina, jekk applikabbli, għandu jsir fil-fażi likwida.

Madankollu, jekk il-Kummissjoni taqbel, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta' awtokontroll li taqa′ taħt is-superviżjoni tagħhom stess għal ċerti rekwiżiti ta' kwalità u ċerti impriżi approvati.

(*2)   ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19.” "

(3)

Fl-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) tal-Artikolu 2(6) u l-konferma li t-trab tal-ħalib xkumat ġie prodott minn ħalib xkumat f′attività approvata fil-komunità u li l-aġġustament tal-proteina, jekk applikabbli, tkun saret fil-fażi likwida, kif stabbilit fl-Artikolu 10(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.”

(4)

It-titlu fit-Taqsima 2 huwa emendat kif ġej:

“Taqsima 2

Il-proċedura għax-xiri bi prezz fiss”

(5)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(ii)

Jiddaħħal subparagrafu ġdid:

“L-offerti ppreżentati nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f′festa pubblika għandhom jitqiesu li jkunu waslu mill-aġenzija tal-intervent fl-ewwel ġurnata ta' xogħol wara l-ġurnata li fiha jkunu tressqu.

L-offerti ppreżentati fil-perjodu bejn is-6 u t-13 ta' April 2009 għandhom jitqiesu li jkunu waslu għand l-aġenzija tal-intervent fl-14 ta' April 2009.”

(b)

Fil-paragrafu 3, il-punt (ċ) qed jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

tiġi provduta evidenza li l-bejjiegħ iddepożita garanzija ta' 5 EUR għal kull 100 kg fl-Istat Membru li fih giet ippreżentata l-offerta, mhux aktar tard minn ġurnata wara dik li fiha tkun waslet l-offerta.”

(c)

Jiddaħħal paragrafu ġdid:

“5.   L-offerti ma jistgħux jiġu rtirati wara li jkunu waslu għand l-aġenzija tal-intervent.”

(6)

L-Artikolu 6 jinbidel kif ġej:

“Artikolu 6

Iż-żamma tal-offerta, il-kunsinna tat-trab tal-ħalib xkumat fil-maħżen iddeżinjat mill-aġenzija tal-intervent fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament u l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu r-rekwiżiti ewlenin skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (*3).

(*3)   ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.” "

(7)

L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej:

(a)

Il-Paragrafu 1 jinbidel b′dan li ġej:

“1.   Wara li tkun eżaminat l-offerta, u wara l-ħames ġurnata ta' xogħol wara dik li fiha tkun waslet l-offerta ta' bejgħ, l-aġenzija tal-intervent għandha toħroġ ordni ta' kunsinna sakemm il-Kummissjoni ma tadottax miżuri speċjali skont l-Artikolu 9a(3).

L-ordni ta' kunsinna għandha tkun iddatata u nnumerata u għandha turi:

(a)

il-kwantità ta' trab tal-ħalib xkumat li jrid jitwassal;

(b)

id-data finali għall-kunsinna;

(c)

il-post tal-maħżen fejn trid titwassal.

L-ordnijiet tal-kunsinna ma għandhomx jinħarġu għall-kwantitajiet li ma jkunux ġew innotifikati skont l-Artikolu 9a(1).”

(b)

Il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b′dan li ġej:

“3.   Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 5(3)(ċ) ghandha tinħeles fil-mument li, l-bejjiegħ ikun wassal l-kwantità indikata fl-ordni tal-kunsinna fit-terminu ta’ żmien stabbilit fiha u tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2.

Jekk it-trab tal-ħalib xkumat ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2, it-trab tal-ħalib xkumat għandu jitwarrab u l-garanzija għandha tintilef fir-rigward tal-kwantitajiet imwarrba.

4.   It-trab tal-ħalib xkumat għandu jitqies li jkun ittieħed mill-aġenzija tal-intervent fil-ġurnata meta l-kwantità kollha tat-trab tal-ħalib xkumat kopert mill-ordni tal-kunsinna tidħol fil-post tal-ħażna ddeżinjat mill-aġenzija tal-intervent, iżda mhux qabel il-ġurnata li tinħareġ l-ordni tal-kunsinna.”

(8)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 jitħassar.

(9)

L-artikolu 9a li ġej huwa miżjud fis-Taqsima 2:

“Artikolu 9a

1.   Mhux aktar tard mis-14.00 (ħin ta' Brussell) ta' kull nhar ta' Tnejn, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta' trab tal-ħalib xkumat li, matul il-ġimgħa preċedenti, kienu s-suġġetti ta' offerta ta' bejgħ skont l-Artikolu 5.

2.   Malli jkun osservat li l-offerti msemmija fl-Artikolu 5, f’sena partikolari, joqorbu t-80 000 tunnellata, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri minn liema data għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kull ġurnata ta' xogħol qabel is-14.00 (ħin ta’ Brussell) għall-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat offruti fil-ġurnata preċedenti.

3.   Sabiex tikkonforma mal-limiti msemmija fl-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) tal-istess Regolament:

(a)

biex tagħlaq intervent ta' xiri bi prezz fiss;

(b)

li tistabbilixxi perċentwali waħdieni li bih titnaqqas il-kwantita' totali tal-offerti li tirċievi f’dik il-ġurnata minn kull bejjiegħ, meta l-aċċettazzjoni tal-kwantità kollha offruta f’ġurnata partikolari twassal biex tinqabeż il-kwantità massima;

(c)

fejn huwa xieraq, li tiċħad offerti li ma tkun ħarġet l-ebda ordni ta’ kunsinna għalihom.

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(5) ta' dan ir-Regolament, bejjiegħ li huwa soġġett għal aċċettazzjoni mnaqqsa tal-offerta tiegħu kif imsemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, jista’ jiddeċiedi li jirtira l-offerta tiegħu fi żmien ħamest ijiem mill-pubblikazzjoni tar-Regolament li jiffissa l-perċentwali ta’ tnaqqis.”

(10)

L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   L-aġenzija tal-intervent tagħżel il-maħżen disponibbli li jkun l-eqreb għall-post fejn ikun maħżun it-trab tal-ħalib xkumat.

Madankollu, l-aġenzija tal-intervent tista' tagħżel maħżen ieħor li jkun jinsab mhux aktar minn 350 km bogħod sakemm l-għażla ta' dak il-maħżen ma tirriżultax fi spejjeż addizzjonali ta' ħżin.

L-aġenzija tal-intervent tista’ tagħżel maħżen li jkun jinsab lil hinn minn dik id-distanza jekk l-ispiża li tirriżulta, inklużi spejjeż ta’ ħżin u transport, tkun aktar baxxa. F'dak il-każ l-aġenzija tal-intervent trid tavża minnufih lill-Kummissjoni bl-għażla tagħha.

2.   Meta l-aġenzija tal-intervent li tixtri t-trab tal-ħalib xkumat tkun fi Stat Membru li ma jkunx dak li fit-territorju tiegħu qed jiġi maħżun it-trab tal-ħalib xkumat, m'għandhiex titqies, fil-kalkolazzjoni tad-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1, id-distanza bejn il-maħżen tal-bejjiegħ u l-konfini tal-Istat Membru tal-aġenzija tal-intervent li tixtri.

3.   Lil hinn mid-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1, l-ispejjeż addizzjonali ta’ trasport li tagħmel tajjeb għalihom l-aġenzija tal-intervent għandhom ikunu EUR 0.05 għal kull tunnellata u għal kull kilometru.”

(11)

L-Artikolu 13 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li t-trab tal-ħalib xkumat għandu jinxtara b'sejħa miftuħa permanenti għall-offerti skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 flimkien ma' 18(2)(e) tal-imsemmi Regolament u skont il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 195(2) tiegħu, l-Artikoli 2, 3, 4, 10, 11 u 12 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw sakemm mhux preskritt mod ieħor f'din it-Taqsima.”

(12)

L-Artikolu 14(2) jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħiet individwali għal offerti għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tielet nhar ta' Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjoni tar-raba′ nhar ta' Tlieta ta' Awwissu. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika il-limitu ta’ żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel.”

(13)

L-Artikolu 15 tal-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

dawn jirrigwardaw trab tal-ħalib xkumat manifatturat matul il-31 ġurnata jew, fejn xieraq, erba′ ġimgħat qabel id-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti kif imsemmi fl-Artikolu 14(2).”

(b)

il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

tingħata evidenza li l-offerent iddepożita garanzija ta' EUR 5 għal kull 100 kg għas-sejħa għall-offerta kkonċernata, fl-Istat Membru li fih ġiet ippreżentata l-offerta, qabel id-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti.”

(14)

L-Artikolu 16 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Iż-żamma tal-offerta, il-kunsinna tat-trab tal-ħalib xkumat fil-maħżen iddeżinjat mill-aġenzija tal-intervent fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 19(3) ta’ dan ir-Regolament u l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2 tiegħu għandhom jikkostitwixxu r-rekwiżiti ewlenin skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85.”

(15)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Fid-dawl tal-offerti li waslu għal kull sejħa għal offerti, il-Kummissjoni għandha tistipula prezz massimu għax-xiri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.”;

(16)

L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-aġenzija tal-intervent għandha toħroġ immedjatament lill-offerenti magħżula ordni ta' kunsinna ddatata u nnumerata li tindika:

(a)

il-kwantità li sejra titwassal;

(b)

id-data finali għall-kunsinna tat-trab tal-ħalib xkumat;

(c)

il-post tal-maħżen fejn din trid titwassal.

L-ordnijiet tal-kunsinna ma għandhomx jinħarġu għall-kwantitajiet li ma jkunux ġew innotifikati skont l-Artikolu 17(1).”

(b)

Il-Paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 15(3)(d) ghandha tinħeles fil-mument li, l-bejjiegħ ikun wassal l-kwantità indikata fl-ordni tal-kunsinna fit-terminu ta’ żmien stabbilit fiha u tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2.

Jekk it-trab tal-ħalib xkumat ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2, it-trab tal-ħalib xkumat għandu jitwarrab u l-garanzija għandha tintilef fir-rigward tal-kwantitajiet imwarrba.”

(17)

L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-aġenzija tal-intervent għandha tħallas lil offerent magħżul il-prezz indikat fl-offerta tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(ċ) bejn il-120 u l-140 ġurnata ta' wara d-data li fiha jittieħed it-trab tal-ħalib xkumat, sakemm jinstab li huwa konformi mal-Artikolu 2(1), (2), (3), (5), (6) u (7) u mal-Artikolu 15(3)(a).”

(b)

Il-paragrafu (2) jitħassar.

(18)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   It-terminu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħiet individwali għal offerti għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tielet nhar ta' Tlieta tax-xahar. Madankollu, f’Awwissu għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fir-raba’ nhar ta’ Tlieta, u f’Diċembru għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni nhar ta’ Tlieta. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika it-terminu ta’ żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel.”

(19)

L-Artikolu 24ċ huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

“6.   Jekk wara l-aċċettazzjoni tal-offerti kollha magħżula l-kwantità li tibqa’ fil-maħżen tkun anqas minn 5 000 kg, din il-kwantità żejda għandha tkun offruta mill-aġenzija tal-intervent lill-offerenti magħżula u tibda minn dak li offra l-ogħla prezz. L-offerent magħżul għandu jingħata l-għażla li jixtri l-kwantità żejda bl-istess prezz ta’ dik mogħtija lilu.”

(b)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-isem u l-indirizz ta' kull offerent li jikkorrispondi man-numru kkodifikat imsemmi fl-Artikolu 24a(1) mhux aktar tard mit-tielet ġurnata ta' xogħol tal-ġimgħa wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 24a(2).”

(20)

Fl-Artikolu 24e għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Ħlief fil-każijiet ta' force majeure, jekk l-offerent magħżul ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti provduti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-garanzija tal-offerta msemmija fl-Artikolu 23(3)(ċ) għandha tintilef u l-bejgħ tal-kwantitajiet involuti għandu jitħassar.”

(21)

Il-Kapitolu III jitħassar.

(22)

Il-Kapitolu IV jitħassar.

(23)

L-Anness I jiġi mibdul bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Marzu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007 p. 1.

(2)   ĠU L 37, 7.2.2001, p. 100.

(3)   ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3.


ANNESS

“ANNESS I

REKWIŻITI TA’ KOMPOŻIZZJONI, KARATTERISTIĊI TA’ KWALITÀ U METODI ANALITIĊI

Parametri

Karatteristiċi ta’ kontenut u kwalità

Metodu ta' referenza

Kontenut tal-proteina

Minimu ta' 34,0 % ta' materja xotta bla xaħam

 (1)

Kontenut ta’ xaħam

Massimu ta’ 1.00 %

 (1)

Kontenut ta' ilma

Massimu ta’ 3,5 %

 (1)

aċidità titrattabbli espressa f'ml ta' soluzzjoni tas-sodju idrossidu deċinormali

Massimu ta’ 19,5 ml

 (1)

Kontenut ta' ħalib

Massimu 150 mg/100 g

 (1)

Addittivi

Xejn

 (1)

Test tal-phosphatase

Negattiv, i.e., mhux aktar minn 350 mU ta' attività fosfatika għal kull litru ta' ħalib rikostitwit

 (1)

Indiċi ta' solubilità

Massimu ta' 0,5 ml (24 °C)

 (1)

Indiċi ta' partiċelli maħruqa

Massimu ta' 15,0 mg, i.e. minimu ta' diska B

 (1)

Kontenut ta' mikro-organiżmi

Massimu ta' 40 000 għal kull gramma

 (1)

Sejbien tal-koliformi

Negattiv f'0,1 g

 (1)

Sejbien ta' xorrox (2)

Negattiv (3)

 (1)

Sejbien tat-tames tax-xorrox (4)

Xejn

 (1)

Sejbien ta’ xorrox aċiduż (4)

Xejn

Metodi approvati mill-awtorità kompetenti

Togħma u riħa

Nadif

 (1)

Dehra

Kulur abjad jew ftit fl-isfar, mingħajr impuritajiet u partiċelli kkuluriti

 (1)

Sustanzi antimikrobiċi

Negattiv (5)

 (1)


(1)  Il-metodi ta’ referenza li se jiġu applikati għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 273/2008 (ĠU L 88, 29.3.2008, p. 1).

(2)   ‘Ix-xorrox tal-butir’ tfisser il-prodott sekondarju tal-manufattura tal-butir li jiġi wara li titħawwad il-krema u jinfired ix-xaħam solidu.

(3)  L-assenza ta' xorrox tal-butir tista' tiġi stabbilita jew permezz ta' spezzjoni fil-post tal-pjan ta' produzzjoni mwettqa mingħajr avviż minn qabel mill-inqas darba fil-ġimgħa jew permezz ta' analiżi tal-laboratorju tal-prodott finali li jindika l-massimu ta' 69,31 mg ta' FEDP għal kull 100 g.

(4)   ‘Ix-xorrox’ tfisser il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-ġobon jew kaseina li ssir permezz tal-azzjoni ta' aċidi, tames u/jew proċessi kimiċi-fiżiċi.

(5)  Ħalib nej użat għall-manifattura ta' trab tal-ħalib xkumat għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima IX tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.”


21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 150/2009

tal-20 ta' Frar 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 164(2)(b) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 (2) jistipula r-regoli għall-proċedura tal-offerti rigward ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni tal-butir naturali fi blokki kopert bil-kodiċi ex ex 0405 10 19 9700, iż-żejt tal-butir f’kontenituri kopert bil-kodiċi ex ex 0405 90 10 9000 u t-trab tal-ħalib xkumat kopert bil-kodiċi ex ex 0402 10 19 9000.

(2)

Hija miftuħa stedina permanenti għall-offerti biex tkun iddetereminata r-rifużjoni tal-esportazzjoni għal dawk il-prodotti tal-ħalib. F’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 619/2008, kull perjodu għat-tressiq tal-offerti għandu jseħħ darba kull xahar. Biex tkun tista’ tingħata risposta aħjar għad-deterjorament tal-qagħda fis-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-proċeduri tal-offerti għad-determinazzjoni tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għandhom ikunu organizzati darbtejn kull xahar.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa urġenti għall-proviżjoni ta’ miżura effikaċi ta’ apoġġ tas-suq, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 619/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-ewwel subparagrafu, il-kelmiet tal-bidu għandhom jinbidlu b'li ġej:

“Kull perjodu tal-offerti għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) fit-Tlieta ta’ qabel id-data tal-għeluq, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:”;

(2)

Fit-tielet subparagrafu, il-kelmiet tal-bidu għandhom jinbidlu b'li ġej:

“Kull perjodu tal-offerti għandu jagħlaq fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-ewwel u t-tielet Tlieta tax-xahar, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007 p. 1.

(2)   ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.


21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 151/2009

tal-20 ta' Frar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 619/2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 164(2)(b) u l-Artikolu 170, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 (2) jistipula r-regoli tal-proċedura għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib. L-Artikolu 2 jeskludi ċerti destinazzjonijiet mill-għoti ta' rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 57/2009 tat-22 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (3) eskluda mill-għoti ta' rifużjoni, mit-23 ta' Jannar 2009, l-esportazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 36(1), l-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (4).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa tal-allinjament kemm jista' jkun malajr tad-destinazzjonijiet li mhumiex eliġibbli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni permezz tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti ma' dawk li huma esklużi mir-rifużjonijiet komuni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 619/2008, it-test li ġej huwa miżjud bħala punt (d):

“(d)

dawk it-territorji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 36(1), l-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (*1).

(*1)   ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.” "

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)   ĠU L 19, 23.1.2009, p. 5.

(4)   ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Novembru 2008

dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(2009/149/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità, Ftehim mar-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru f’konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3)

Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim”, qiegħed hawn jiġi approvat f’ isem il-Komunità, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f’isem il-Komunità l-Ftehim, li huwa suġġett għal konklużjoni tiegħu f’data aktar ’il quddiem.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(1) tal-Ftehim.

Magħmula a fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

L. CHATEL


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

minn naħa, u

IR-REPUBBLIKA tal-ARMENJA

min-naħa l-oħra

(minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”)

FILWAQT LI JINNUTAW li ġew konklużi strumenti ta’ ftehim ta’ servizzi bilaterali tal-ajru bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi strumenti ta’ ftehim bilaterali ta’ servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI KKUNSIDRAW l-istrumenti ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta’ sjieda fi trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja f’konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea,

FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar servizzi bilaterali tal-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja, li huma kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, għandhom jinġiebu konformi ma’ dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja u sabiex tiġi ppreżervata l-kontinwità ta’ tali servizzi tal-ajru,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea, il-linji tal-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu strumenti ta’ ftehim li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li jkollghom l-għan jew l-effett li jipprevjenu, jikkawżaw distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni,

FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fl-istrumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja (i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ strumenti ta’ ftehim bejn il-kumpaniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji jew prassi miftiehma li jipprevjenu, jikkawżaw distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċernata tali; jew iii) jiddelegaw lil operaturi tal-ajru jew operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jikkawżaw distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti, li jistgħu ixejnu l-effikaċja tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi,

FILWAQT LI JINNUTAW li m’huwiex għan ta’ dan il-Ftehim li jżid il-volum totali ta’ traffiku tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja, li jaffettwa l-bilanċ bejn trasportaturi tal-ajru tal-Komunità u trasportaturi tal-ajru tar-Repubblika tal-Armenja, jew li jemenda d-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu ta’ ftehim bilaterali għal servizzi tal-ajru dwar drittijiet tat-traffiku.

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

2.   Fl-istrumenti ta’ Ftehim elenkati fl-Anness I, ir-referenzi kollha għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti fil-Ftehim għandhom jinftiehmu li qed jirreferu għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3.   Referenzi f’kull Ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti fil-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala li qed jirriferu għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru nominati minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 2

Nomina minn Stat Membru

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għalihom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam man-nomina tat-trasportaturi tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u permessi tiegħu mogħtija mir-Repubblika tal-Armenja, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportaturi tal-ajru, rispettivament.

2.   Malli tirċievi nomina mingħand Stat Membru, ir-Repubblika tal-Armenja għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

(i)

it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun innominah u jkollu Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi tal-Komunità Ewropea;

(ii)

ikun eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta’ Operatur tal-Ajru u l-awtorità aeronawtika relevanti tkun identifikata biċ-ċar fin-nomina; kif ukoll

(iii)

it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà ta’, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, u jkun ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra.

3.   Ir-Repubblika tal-Armenja tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru minn Stat Membru fejn:

(i)

it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jinnominah skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Komunità Ewropea;

(ii)

ma jiġix eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv tal-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika relevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fin-nomina; jew

(iii)

it-trasportatur tal-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, jew ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ stati oħra bħal dawn.

Waqt li qed teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika tal-Armenja ma għandhiex tiddiskrimina bejn trasportaturi tal-ajru abbażi tan-nazzjonalità.

Artikolu 3

Sigurtà

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(ċ).

2.   Fejn Stat Membru jkun innomina trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Armenja taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà tal-Ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina t-trasportatur tal-ajru u r-Repubblika tal-Armenja għandu japplika b’mod ugwali fir-rispett tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma tal-istandards tas-sigurtà mill-Istat Membru l-ieħor u b’rispett tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.

Artikolu 4

Tassazzjoni tal-karburant tal-avjazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (d).

2.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, m’għandu jkun hemm xejn fi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti ta’ Ftehim elenkati fl-Anness II(d) li jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’vettura tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru nominat mir-Repubblika tal-Armenja li jopera bejn punt fit-territorju ta’ Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 5

It-tariffi għat-trasport ġewwa l-Komunità Ewropea

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu fl-artikoli elenkati fl-Anness II (e).

2.   It-tariffi li għandhom jiġu ddebitati mit-trasportatur(i) tal-ajru nominat/i mir-Repubblika tal-Armenja permezz ta’ Ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għal trasport li jseħħ kollu kemm hu ġewwa l-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi Komunitarja Ewropea.

Artikolu 6

Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1.   Minkejja kull dispożizzjoni għall-kuntrarju, f’kull wieħed mill-istrumenti ta’ Ftehim elenkati fl-Anness I ma hemm xejn li għandu

(i)

jirrikjedi jew jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ strumenti ta’ ftehim bejn impriżi tas-servizzi tal-ajru, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu jew jikkawżaw distorsjoni fil-kompetizzjoni;

(ii)

isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma bħal dawn; jew

(iii)

jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jikkawżaw distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet fl-istrumenti ta’ Ftehim elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

Artikolu 7

Annessi ta’ dan il-Ftehim

L-Annessi ta’ dan il-Ftehim ser jifformaw parti integrali minnu.

Artikolu 8

Reviżjoni jew emendar

Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku. Tali emendi għandhom isiru fil-forma ta’ protokolli, li mad-dħul fis-seħħ tagħhom skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim, għandhom jifformaw parti integrali ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ

1.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi neċessarji għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jkunu tlestew. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta’ meta tiġi riċevuta l-aħħar notifika.

2.   L-istrumenti ta’ Ftehim u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Armenja li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, ma kinux daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati huma inkluzi fl-Anness I. Dan il-Ftehim għandu japplika għal tali strumenti ta’ Ftehim u għal tali arranġamenti mad-dħul fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 10

Terminazzjoni

1.   Fil-każ li Ftehim elenkat fl-Anness I jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li jirrigwardaw il-Ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.

2.   Fil-każ li l-istrumenti ta’ Ftehim kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess waqt.

B’XIEHDA TA’ DAN, il-firmatarji ta’ hawn taħt, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell duplikament, f’dan il-disa’ jum ta’ Diċembru tas-sena elfejn u tmienja fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Armena.

За Европейската Общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image 1

Image 2

Image 3

За Република Армения

Por la República de Armenia

Za Arménskou republiku

For Republikken Armenien

Für die Republik Armenien

Armeenia Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Αρμενίας

For the Republic of Armenia

Pour la République d'Arménie

Per la Repubblica d'Armenia

Armēnijas Republikas vārdā

Armenijos Respublikos vardu

Az Örmény Köztársaság részéről

Għar-Repubblika ta' l-Armenja

Voor de Republiek Armenië

W imieniu Republiki Armenii

Pela República da Arménia

Pentru Republica Armenia

Za Arménsku republiku

Za Republiko Armenijo

Armenian tasavallan puolesta

För Republiken Armenien

Image 4

Image 5

ANNESS I

Lista ta’ strumenti ta’ Ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

Strumenti ta’ Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn ir-Repubblika tal-Armenja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea:

Ftehim bejn il-Gvern tal-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru inizjalat fi Vienna fil-25 ta’ Awwissu 1993, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Awstrija” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat fi Brussell fis-7 ta’ Ġunju 2001, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Belġju” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Sofia fl-10 ta’ April 1995, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Bulgarija” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Yerevan fil-11 ta’ Settembru 1998, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Ċipru” fl-Anness II,

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja inizjalat fi Praga fit-8 ta’ Frar 2002, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Armenja - Repubblika Ċeka” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat fi Stokkolma fil-25 ta’ Ottubru 2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Estonja” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Estonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Tallin fis-17 ta’ Marzu 2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Estonja” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru inizjalat f’Pariġi fit-12 ta’ Frar 2002, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Franza” fl-Anness II,

Ftehim ta’ Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja ffirmat f’Bonn fil-4 ta’ Mejju 1998, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Armenja – Ġermanja” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Ateni fis-16 ta’ Diċembru 1994, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Greċja” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Yerevan fit-18 ta’ Lulju 2002, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Italja” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru inizjalat f’Lussemburgu fil-21 ta’ Novembru 2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Lussemburgu” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Olanda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Yerevan fis-26 ta’ Novembru 1999, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Olanda” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar it-trasport ċivili bl-Ajru ffirmat f’Varsavja fis-27 ta’ Jannar 1998, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Polonja” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Yerevan fil-25 ta’ Marzu 1996, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Rumanija” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Iżvezja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat fi Stokkolma fil-25 ta’ Ottubru 2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Svezja” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Londra fid-9 ta’ Frar 1994, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Armenja – Renju Unit” fl-Anness II,

mmodifikati l-aħħar bil-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Yerevan fid-19 ta’ Ġunju 1998.

ANNESS II

Lista ta’ Artikoli fl-istrumenti ta’ Ftehim elenkati fl-Anness II u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Nomina minn Stat Membru

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Awstrija

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Belġju

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Bulgarija

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Ċipru

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja-Repubblika Ċeka

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Danimarka

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Estonja

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Franza

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Ġermanja

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Greċja

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Italja

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Lussemburgu

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Olanda

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Polonja

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Rumanija

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Svezja

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Renju Unit

(b)

Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Awstrija

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Armenja – Belġju

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Bulgarija

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Armenja – Ċipru

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Repubblika Ċeka

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Danimarka

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Estonja

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Franza

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Ġermanja

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Greċja

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Armenja – Italja

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Lussemburgu

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Armenja – Olanda

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Polonja

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Rumanija

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Svezja

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Armenja – Renju Unit

(ċ)

Is-sigurtà

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Armenja – Repubblika Ċeka

L-Artikolu 14 tal-Ftehim Armenja – Danimarka

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Armenja – Estonja

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Armenja – Franza

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Armenja – Ġermanja

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Italja

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Lussemburgu

L-Artikolu 14 tal-Ftehim Armenja – Svezja

L-Artikolu 9a tal-Ftehim Armenja – Renju Unit

(d)

It-tassazzjoni fuq il-karburant tal-avjazzjoni

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Armenja – Awstrija

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Belġju

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Armenja – Bulgarija

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Armenja – Ċipru

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Armenja – Repubblika Ċeka

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Danimarka

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Estonja

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Franza

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Ġermanja

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Armenja – Greċja

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Italja

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Armenja – Lussemburgu

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Olanda

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Polonja

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Armenja – Rumanija

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Svezja

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Armenja – Renju Unit

(e)

Tariffi għat-trasport ġewwa l-Komunità Ewropea

L-Artikolu 11 tal-Ftehim Armenja – Awstrija

L-Artikolu 13 tal-Ftehim Armenja – Belġju

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Bulgarija

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Armenja – Ċipru

L-Artikolu 13 tal-Ftehim Armenja – Repubblika Ċeka

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Danimarka

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Estonja

L-Artikolu 14 tal-Ftehim Armenja – Franza

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Ġermanja

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Armenja – Greċja

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Armenja – Italja

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Lussemburgu

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Olanda

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Polonja

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Armenja – Rumanija

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Svezja

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Armenja – Renju Unit

ANNESS III

Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ir-Repubblika tal-Islanda (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c)

Ir-Renju tan-Norveġja (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skont il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera).


Kummissjoni

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Jannar 2006

dwar l-għajnuna mill-Istat C 54/03 (ex N 194/02), li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja qiegħda tippjana li timplimenta dwar mekkaniżmu ta’ rimborż b’rabta mal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ pedaġġ għal vetturi kbar tal-merkanzija fuq awtostradi Ġermaniżi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 89)

(Il-verżjoni Ġermaniża biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/150/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 (1) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE,

Wara li sejħet lil partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjoni(jiet) ċitata/i hawn fuq (2) u wara li qieset il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra datata s-6 ta’ Marzu 2002, li waslet għand il-Kummissjoni (DĠ TREN) fit-12 ta’ Marzu 2002 (A(02)54606), u permezz ta’ ittra datata s-7 ta’ Marzu 2002, irreġistrata fis-7 ta’ Marzu 2002 (A(02)54445), il-Ministeru Federali tat-Trasport, Bini u Akkomodazzjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għarraf lill-Kummissjoni li l-Gvern Federali kellu l-ħsieb jintroduċi sistema ta’ rimborż ta’ pedaġġ akkumpanjata bl-introduzzjoni ta’ ħlas abbażi tal-kilometraġġ għal min juża l-awtostrada. Permezz ta’ ittra datata 21 ta’ Marzu 2002 (D(02)1080), is-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni kiteb li kien irċieva l-ittra tal-Ġermanja u rreġistra n-notifika ta’ l-abbozz tal-liġi bin-Nru N 194/02.

(2)

Permezz ta’ ittra datata t-23 ta’ Lulju 2003, irreġistrata bin-Nru C 54/03, il-Kummissjoni għarrfet lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stabbilita bl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward ta’ l-għajnuna.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tagħti bidu għall-proċedura kienet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni sejħet lil partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom.

(4)

L-awtoritajiet Ġermaniżi wieġbu għall-mistoqsijiet magħmula mill-Kummissjoni billi bagħtu żewġ komunikazzjonijiet it-tnejn datati t-22 ta’ Awwissu 2003, irreġistrati fl-1 ta’ Settembru 2003 (A(03)/28354).

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet ukoll 12-il kumment minn partijiet interessati. Hija għaddiethom lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li ngħatat l-opportunità tirreaġixxi; il-kummenti tagħha waslu b’ittra datata s-7 ta’ Novembru 2003, u rreġistrata fit-13 ta’ Novembru 2003 (A(03)34681).

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Ġermaniżi mibgħuta fit-23 ta’ Ottubru 2003, irreġistrata fis-27 ta’ Ottubru 2003 (A(03)33102), fit-23 ta’ Diċembru 2003, irreġistrata fis-26 ta’ Diċembru 2003 (A(03)38579), fl-1 ta’ Lulju 2004, irreġistrata fis-6 ta’ Lulju 2004 (A(04)24123), fit-2 ta’ Diċembru 2004, irreġistrata fl-istess data, fil-25 ta’ Jannar 2005, irreġistrata fit-28 ta’ Jannar 2005, fl-14 ta’ Lulju 2005, irreġistrata fit-28 ta’ Lulju 2005 (A(05)19151) u fil-11 ta’ Novembru 2005, irreġistrata fl-14 ta’ Novembru 2005 (A(05)32154).

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TA’ L-GĦAJNUNA

2.1.   Is-sistema ta’ rimborż ta’ pedaġġ

(7)

Mill-1 ta’ Jannar 2005 l-awtoritajiet Ġermaniżi introduċew pedaġġ fuq awtostradi abbażi tal-kilometraġġ għal vetturi kbar tal-merkanzija u ffissaw ir-rata medja tal-pedaġġ għal 12,4 ċenteżmi/km. Huma kkomunikaw lill-Kummissjoni l-intenzjoni tagħhom li fil-ġejjieni qarib iżidu r-rata għal 15-il ċenteżmu/km, filwaqt li, fl-istess ħin, jintroduċu sistema ta’ rimborż tal-pedaġġ (minn hawn ‘il quddiem “TRS”) biex jikkumpensaw (parzjalment) lil trasportaturi ta’ merkanzija stradali għaż-żieda fil-ħlasijiet totali. L-ammont tat-TRS jikkonsisti f’rimborż ta’ darba fis-sena tal-pedaġġ sa massimu ta’ 2,6 ċenteżmi/km. Iżda r-rimborż tal-pedaġġ jiddependi fuq il-ħlas ta’ ċertu ammont ta’ dazji tas-sisa għal fjuwil mixtri fil-Ġermanja, liema xiri għandu jkollu prova bil-preżentazzjoni tad-dokumenti meħtieġa. ma’ prova ta’ ħlas ta’ 8,6 ċenteżmi ta’ dazji tas-sisa għal fjuwil mixtri fil-Ġermanja jkunu rimborżati 2,6 ċenteżmi/km.

2.2.   L-iskop tal-miżura ta’ għajnuna

(8)

L-iskop tal-miżura hu li r-rata tal-pedaġġ għal kull kilomteru tkun iffissata billi jitqiesu sewwa ħlasijiet oħra relatati mat-traffiku magħmulin minn trasportaturi ta’ merkanzija stradali li jkollhom iħallsu pedaġġ fit-territorju tal-liġi Ġermaniża. Il-miżura tqis il-fatt li ħafna mill-utenti diġà jikkontribwixxu biex jagħmlu tajjeb għal spejjeż infrastrutturali billi jħallsu taxxi (taxxa annwali fuq il-vettura, taxxa fuq il-fjuwil), u timmira li tirrimborża parti minn dawn il-kontribuzzjonijiet lil dawk l-utenti li, minbarra dawk il-ħlasijiet eżistenti, issa jħallsu wkoll pedaġġ. Mill-1 ta’ Jannar 2005, il-pedaġġ kien ffissat f’rata ta’ 12,4 ċenteżmi/km. Iż-żieda maħsuba bħalissa ta’ 2,6 ċenteżmi/km biex jintlaħaq l-ammont medju ta’ 15-il ċenteżmu/km, fl-opinjoni ta’ awtoritajiet Ġermaniżi, ser tkopri kompletament l-ispejjeż għall-kostruzzjoni, l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ l-infrastruttura rilevanti skond id-Direttiva 1999/62 (Eurovignette) (4), b’mod partikolari l-Artikolu 7, il-paragrafi 9 u 10 (5). Minħabba ż-żieda fil-ħlas totali infrastrutturali għal trasportaturi ta’ merkanzija stradali, l-awtoritajiet Ġermaniżi jipproponu fl-istess waqt li jintroduċu sistema ta’ rimborż bħala kumpens parzjali.

2.3.   L-ammont ta’ għajnuna

(9)

Ir-rimborż tal-pedaġġ ta’ 2,6 ċenteżmi/km hu r-riżultat tal-kalkolu li ġej li hu bbażat fuq deċiżjoni ta’ l-awtoritajiet Ġermaniżi biex jikkumpensaw EUR 600 miljun: meqjus kilometraġġ ta’ vetturi li jilħaq 22,7 biljun km fis-sena (vetturi ta’ mhux anqas minn 12-il tunnellata), pedaġġ ta’ 1 ċenteżmu/km iħalli dħul mill-pedaġġi ta’ EUR 227 miljun fis-sena. Jekk wieħed jasssumi konsum ta’ 30 litru/100 km u dazji tas-sisa ta’ EUR 0,01 għal kull litru ta’ fjuwil, 1 ċenteżmu ta’ dazji tas-sisa iħalli dħul mid-dazju tas-sisa ta’ madwar EUR68 miljun fis-sena (6). Pedaġġ ta’ 1 ċenteżmu/km huwa, għalhekk, ekwivalenti għal madwar 3,3 ċenteżmi ta’ dazji tas-sisa (7) għal kull litru biex ikun prodott l-istess dħul. Id-deċiżjoni li jkunu rimborżati EUR 600 miljun, għalhekk, tirriżulta fir-rimborż ta’ madwar 2,6 ċenteżmi mill-ħlas tal-pedaġġ għal kull km (8). Biex wieħed ikun eliġibbli għal dan ir-rimborż, ikun jeħtieġlu jġib prova ta’ ħlas ta’ dazji tas-sisa fl-ammont ta’ 8,6 ċenteżmi (9) għal kull litru.

(10)

Minħabba li l-ammont kollu ta’ tnaqqis maħsub mis-sistema ta’ rimborż tal-pedaġġ hu maħsub li jkun ta’ EUR 600 miljun fis-sena, dan il-kumpens jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ bejn wieħed u ieħor 17,6 % tad-dħul mill-pedaġġ ta’ madwar EUR 3,4 biljun fis-sena.

2.4.   Durata

(11)

It-TRS proposta m’għandhiex limiti ta’ żmien. Madankollu, l-awtoritajiet Ġermaniżi indikaw li jekk din issir kundizzjoni imposta mill-Kummissjoni, huma jkunu jistgħu jimmodifikaw l-Ordni Statutorja u jintroduċu sistema ta’ skadenza.

2.5.   Benefiċjarji

(12)

Il-benefiċjarji tat-TRS ser ikunu t-trasportaturi kollha ta’ merkanzija stradali jew sidien ta’ trakkijiet li jużaw awtostradi Ġermaniżi, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza jew ir-residenza tagħhom, b’vetturi ta’ mhux anqas minn 12-il tunnellata. Iżda r-rimborż tal-pedaġġ ikun jiddependi mill-ħlas ta’ dazji tas-sisa fuq fjuwil mixtri fil-Ġermanja.

2.6.   Bażi legali

(13)

It-TRS hija bbażata fuq l-Artikolu 1 tal-Liġi dwar l-impożizzjoni ta’ ħlasijiet fuq bażi ta’ kilometraġġ għall-użu ta’ awtostradi minn vetturi kbar tal-merkanzija adottata mill-Gvern fit-22 ta’ Marzu 2002 (hawn iżjed ‘l isfel imsejħa “il-Liġi”). Il-Liġi kienet iffirmata fil-5 ta’ April 2002, u kienet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Liġi Federali (Bundesgesetzblatt) tal-11 ta’ April 2002 (10).

(14)

It-Taqsima 3, paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 1 tal-Liġi tagħti s-setgħa lill-gvern li jiffissa r-rata ta’ pedaġġ għal kull kilometru permezz ta’ Ordni Statutorja bil-kunsens tal-Bundesrat wara li jitqies l-għadd ta’ fwies ta’ roti u t-tip ta’ emissjoni tal-vetturi. It-Taqsima 3, paragrafu 3, tagħti s-setgħa lill-Gvern Ġermaniż li jiffissa r-rata ta’ pedaġġ għal kull kilometru billi jqis b’mod xieraq ħlasijiet oħra speċifiċi għat-traffiku magħmula minn partijiet li jkunu obbligati jħallsu l-pedaġġ fit-territorju tal-Liġi, permezz ta’ Ordni Statutorja.

(15)

Fir-rigward tat-TRS, il-Gvern Federali tal-Ġermanja ppropona li tiddaħħal taqsima ġdida fl-“Ordni Statutorja dwar l-iffissar tar-rata ta’ pedaġġ għal vetturi kbar tal-merkanzija” eżistenti, datata 24 ta’ Ġunju 2003 (11). Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 1, taqsima 3, paragrafu 3 tal-Liġi. Il-gvern Ġermaniż ikkonferma li l-Ordni Statutorja għandha tkun modifikata biss jekk il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni pożittiva dwar it-TRS.

2.7.   Aspetti tekniċi tal-prova ta’ ħlas ta’ dazji tas-sisa

(16)

L-element prinċipali għall-applikazzjoni tat-TRS huwa l-prova ta’ ħlas ta’ dazji tas-sisa fil-Ġermanja. Il-prova ta’ ħlas tkun tikkonsisti fil-preżentazzjoni ta’ rċevuti validi minn pompi tal-petrol jew kupuni tal-fjuwil ta’ kumpanija ta’ karti ta’ kreditu, mill-Ġermanja, u f’kull każ għandu jintwera n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura li tkun ingħatat il-fjuwil u li jkollha tħallas il-pedaġġ. Il-prova ta’ ħlas ta’ dazji tas-sisa fuq fjuwil fil-Ġermanja għandha wkoll tkun skond il-verżjoni kurrenti tal-Liġi tat-Taxxa għal Żejt Minerali tal-21 ta’ Diċembru 1992 (12).

(17)

Il-pedaġġ għandu jitnaqqas biss mal-prova li jkunu tħallsu l-pedaġġ u d-dazji tas-sisa matul l-istess sena kalendarja. Ir-rimborż totali ta’ l-ammont tal-pedaġġ akkumulat f’kull sena kalendarja partikulari (kreditu tal-pedaġġ) ikun ġeneralment paċut mad-debitu tal-pedaġġ tal-vettura li jkollha tħallas il-pedaġġ fis-sena kalendarja ta’ wara. Il-parti obbligata tħallas il-pedaġġ għandha tippreżenta - sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara - it-talba għal rimborż tal-pedaġġ għal vettura partikolari lill-Uffiċċju Federali għal Trasport ta’ Merkanzija, li huwa l-korp inkarigat mill-applikazzjoni tal-Liġi u responsabbli għal monitoraġġ u biex jittratta ksur.

(18)

Iżda jekk il-kreditu tal-pedaġġ ma jkunx jista’ jiġi paċut ma’ debitu tal-pedaġġ fis-sena ta’ wara, dan ikollu jitħallas meta jintalab. It-talba għandha tkun ippreżentata sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara lill-Uffiċċju Federali għal Trasport ta’ Merkanzija.

2.8.   Motivi biex tinbeda l-proċedura

(19)

Fit-23 ta’ Lulju 2003 l-Kummissjoni fetħet il-proċedura formali ta’ investigazzjoni għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-ħtieġa li r-rata ta’ pedaġġ inizjalment iffissata tinbidel b’sistema ta’ rati ogħla flimkien ma’ rimborż. Għaldaqstant, il-Ġermanja ntalbet tagħti l-argumenti kollha u toħloq kontrobilanċ għall-piż amministrattiv ogħla meta mqabbel mas-sistema inizjali applikata mid-data ta’ l-introduzzjoni tagħha.

(b)

Il-Kummissjoni esprimiet ukoll id-dubji tagħha dwar jekk il-miżura kinitx ser twassal għal diskriminazzjoni de facto kontra trasportaturi barranin ta’ merkanzija stradali. Għalhekk l-awtoritajiet Ġermaniżi ntalbu jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa għaliex il-miżura ma kellhiex titqies bħala diskriminatorja.

(ċ)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet il-ħtieġa li tikkjarifika l-impatt ambjentali tas-sistema ta’ rimborż peress li effett ambjentali negattiv seta’ jkun kontra l-interess komuni. Għalhekk il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja tagħti aktar informazzjoni dwar din il-kwistjoni.

(d)

Il-Kummissjoni wkoll ma setgħetx tikkonkludi li s-sistema ta’ pedaġġ fiha nfisha kienet tissodisfa l-kundizzjonjiet kollha tad-Direttiva 1999/62/KE u li kienet konformi ma’ l-Artikolu 28 tat-Trattat tal-KE.

(e)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkritikat f’dak iż-żmien in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-bażi legali rilevanti għall-implimentazzjoni għall-ġejjieni ta’ sistema ta’ rimborż ta’ pedaġġ u, għalhekk, talbet lill-awtoritajiet Ġermaniżi jagħtu lill-Kummissjoni, pereżempju, abbozz ġdid ta’ Ordni Statutorja bbażat fuq l-Artikolu 1 it-taqsima 3, paragrafu 3 tal-Liġi.

(f)

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni kien jeħtiġilha aktar kjarifika dwar jekk is-sistema tat-tnaqqis tal-pedaġġ kinitx skond il-proċedura formali kif stabbilita bl-Artikolu 8.4 tad-Direttiva 92/81/KEE (13). Għalhekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi ntalbu jispjegaw għaliex l-iskema ta’ għajnuna ma kinitx notifikata skond il-proċedura tad-Direttiva 92/81/KEE.

3.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(20)

Fil-qafas tal-ftuħ formali tal-proċedura, il-Kummissjoni rċeviet 12-il kontribut minn partijiet terzi, 10 minnhom mingħand assoċjazzjonijiet nazzjonali jew Ewropej (14) u 2 l-oħra mingħand Stati Membri (15). 10 kontributi jargumentaw kontra l-miżura u żewġ kontributi jiżviluppaw argumenti li jiddefendu l-iskema ta’ għajnuna (16).

3.1.   Argumenti kontra l-miżura ta’ rimborż

3.1.1.   Diskriminazzjoni “de facto” kontra trasportaturi barranin ta’ merkanzija stradali

3.1.1.1.   Diskriminazzjoni kontra trasportaturi barranin ta’ merkanzija stradali minħabba d-differenzi fil-livell ta’ dazji tas-sisa fi Stati Membri (17)

(21)

Għadd kbir ta’ partijiet interessati jargumentaw li s-sistema ta’ rimborż fil-prattika ma kinitx ser tingħata fuq bażi ġusta, indipendentement miċ-ċittadinanza ta’ trasportaturi ta’ merkanzija stradali, minħabba d-differenzi fil-livell ta’ dazji tas-sisa fi Stati Membri. B’mod partikolari, is-sistema ta’ rimborż tidher li hija de facto diskriminatorja, minħabba li trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali ma jimlewx it-tank tagħhom fil-Ġermanja minħabba d-dazji tas-sisa għoljin fil-Ġermanja fuq il-fjuwil u, għalhekk, ma kinux ser jibbenefikaw mit-TRS.

3.1.1.2.   Diskriminazzjoni kontra trasportaturi barranin ta’ merkanzija stradali minħabba li l-miżura, meqjusa bħala tnaqqis tat-taxxa għall-użu ta’ l-infrastruttura (pedaġġ), kienet tiffavorixxi lil kumpaniji Ġermaniżi (18)

(22)

Kien argumentat ukoll li l-miżura, meqjusa bħala tnaqqis tat-taxxa għall-użu ta’ infrastruttura, tiffavorixxi lil trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali minħabba wkoll li trasportaturi barranin ta’ merkanzija stradali ma kinux ser jimlew it-tank tagħhom fil-Ġermanja minħabba d-dazji għoljin tas-sisa fuq il-fjuwil. B’konsegwenza ta’ dan, trasportaturi barranin ta’ merkanzija stradali ser jagħmlu ħlas impost ogħla għal infrastruttura (jiġifieri l-ammont sħiħ) minn trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali li qed jibbenefikaw minn sistema bħal din ta’ rimborż u li de facto qed jagħmlu ħlas “imnaqqas” għal infrastruttura.

3.1.1.3.   Diskriminazzjoni kontra trasportaturi barranin ta’ merkanzija stradali minħabba l-fatt li l-miżura twassal għal kumpens parzjali tad-differenza fil-prezz tal-fjuwil bejn il-Ġermanja u pajjiżi oħra (19)

(23)

Xi partijiet interessati jispeċifikaw li, b’konsegwenza tal-miżura ta’ għajnuna, trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali ser ikunu jistgħu inaqqsu l-livell tal-prezz għat-trasport ta’ merkanzija. Dan ser joħloq żvantaġġ għal kumpaniji li jittrasportaw merkanzija għal distanza twila. B’hekk, il-miżura ta’ għajnuna ser tkun diskriminatorja b’mod indirett kontra trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali.

3.1.1.4.   Diskriminazzjoni kontra trasportaturi barranin ta’ merkanzija stradali minħabba l-fatt li jeħtieġ li jikkontribwixxu b’mod eċċessiv għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fuq żejt minerali (20)

(24)

Barra minn hekk, partijiet terzi jargumentaw li ż-żieda fil-pedaġġ minn 12,4 ċenteżmi/km sa 15-il ċenteżmu/km li tenħtieġ biex tkun iffinanzjata l-miżura ta’ kumpens ser titħallas mit-trasportaturi kollha ta’ merkanzija stradali, inklużi dawk li mhux ser jibbenefikaw mir-rimborż tal-pedaġġ. B’hekk trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali ser ikollhom jaċċettaw rati ogħla ta’ pedaġġ biex tkun iffinanzjata l-armonizzazzjoni ta’ taxxa fuq żejt minerali maħsuba minn awtoritajiet Ġermaniżi. Minħabba li partijiet interessati jqisu li dan mhux ġustifikat, huma jikkonkludu li l-miżura hija diskriminatorja.

3.1.1.5.   Diskriminazzjoni kontra pompi tal-mili barranin, b’mod partikolari f’reġjuni qrib it-territorju Ġermaniż (21)

(25)

Partijiet interessati jargumentaw li t-TRS mhix ta’ inċentiv biex tittejjeb l-infrastruttura tat-trasport, iżda hija ta’ inċentiv biex jimtela t-tank fil-Ġermanja. B’konsegwenza ta’ dan, is-sistema ta’ rimborż ser tiffavorixxi lil pompi tal-fjuwil Ġermaniżi għad-dannu ta’ pompi mhux Ġermaniżi. Għalhekk il-miżura ta’ rimborż għandha wkoll effett diskriminatorju fir-rigward ta’ pompi tal-fjuwil barranin.

3.1.1.6.   Diskriminazzjoni kontra Stati Membri oħra, minħabba l-fatt li ser jitilfu dħul mit-taxxa (22)

(26)

B’konsegwenza ta’ dan, argument ieħor ippreżentat minn partijiet interessati hu li Stati Membri oħra, eż. f’reġjuni ġirien, ser jitilfu dħul mit-taxxa minħabba xiri anqas ta’ fjuwil fit-territorji tagħhom.

3.1.1.7.   Diskriminazzjoni kontra vetturi ta’ anqas minn 12-il tunnellata minħabba li r-rimborż għandu “de facto” l-effett ta’ tnaqqis ta’ taxxa fuq żejt minerali (23)

(27)

Meqjusa bħala tnaqqis indirett ta’ dazji fuq is-sisa, xi partijiet interessati jargumentaw li l-miżura titqies bħala diskriminatorja kontra dawk il-konsumaturi ta’ fjuwil li jużaw awtostradi Ġermaniżi b’vetturi ta’ anqas minn 12-il tunnellata.

3.1.1.8.   Differenza fil-piż tat-taxxa ma tistax, waħidha, tiġġustifika l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat (24)

(28)

Argument ieħor ippreżentat minn partijiet terzi għandu rabta ma’ deċiżjoni tal-Qorti dwar skema ta’ għajnuna Taljana li kienet tikkonsisti fi skema ta’ kreditu ta’ taxxa għal trasportaturi Taljani ta’ merkanzija stradali u pprovdiet biex isiru ħlasijiet ta’ kumpens lil impriżi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri oħra, abbażi ta’ stima ta’ konsum ta’ diżil meħtieġ biex ikopri distanzi fit-territorju Taljan. Il-Qorti kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha r-Repubblika Taljana kienet obbligata tirkupra l-għajnuna mogħtija. Għalhekk, partijiet interessati jargumentaw, b’analoġija mal-każ Taljan, li differenza fil-piż tat-taxxa għal żejt minerali ma tistax waħidha tiġġustifika l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat (25).

3.1.2.   Diskriminazzjoni kontra trasportaturi barranin ta’ merkanzija stradali minħabba mekkaniżmi speċifiċi ta’ rimborż jew piż amministrattiv (26)

(29)

L-ewwel, ir-rimborż, kif jidher, mhux marbut ma’ l-użu reali ta’ awtostradi fil-Ġermanja. U dan minħabba li l-mekkaniżmi ta’ rimborż, skond partijiet terzi, ser jaċċettaw l-irċevuti kollha tal-pompi tal-fjuwil irrispettivament mill-fatt jekk il-vettura tkunx użat awtostradi Ġermaniżi jew toroq oħra. Dan ser jiffavorixxi l-aktar lil traportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali bi flotta mħallta ta’ vetturi ta’ anqas u aktar minn 12-il tunnellata.

(30)

It-tieni, partijiet terzi jargumentaw li l-miżura toħloq effett diskriminatorju minħabba li r-rimborż totali tal-pedaġġ akkumulat f’sena kalendarja waħda jista’ jkun paċut mad-debitu tal-pedaġġ akkumulat fis-sena ta’ wara. Dan il-mekkaniżmu ta’ ħlas jagħti vantaġġ lil trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali meta mqabbel ma’ trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali li jkunu jistgħu jużaw awtostradi Ġermaniżi kull tant żmien biss.

(31)

It-tielet, partijiet interessati jargumentaw li l-miżura mhix kompatibbli mad-Direttiva 1999/62/KE minħabba li s-sistema ta’ rimborż toħloq ostakoli lingwistiċi u amministrattivi u ser twassal għall-fatt li ħafna utenti barranin, b’mod partikolari utenti okkażjonali, mhumiex ser jitolbu rimborż.

(32)

Fl-aħħar, partijiet interessati jirreferu għal xi aspetti prattiċi tas-sistema ta’ pedaġġ (bħan-nuqqas ta’ Unitajiet Abbord (OBUs), eċċ.) li fil-fehma tagħhom għandhom ukoll impatt indirett fuq il-miżura ta’ għajnuna nfisha.

3.1.3.   Vjolazzjoni tad-Direttiva 92/81/KEE dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi ta’ dazji tas-sisa fuq żjut minerali (27)

(33)

Diversi partijiet terzi jargumentaw li minħabba li s-sistema ta’ rimborż twassal għal tnaqqis indirett ta’ dazji tas-sisa, id-Direttiva 92/81/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1992, dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi ta’ dazji tas-sisa fuq żjut minerali, tinkiser jekk regoli proċedurali speċifiċi, bħall-Artikolu 8(4) dwar il-proċedura ta’ notifika, ma jitħarsux (28).

3.1.4.   Effetti negattivi fuq l-ambjent (29)

(34)

Għandu wkoll jissemma’ li parti interessata waħda targumenta li l-miżura tiffavorixxi l-konsum ta’ fjuwil minħabba l-fatt li l-ammont ta’ rimborż jiddependi direttament mill-ammont ta’ konsum ta’ fjuwil. Minħabba f’hekk, il-miżura ser tmur kontra l-interess Komunitarju.

3.1.5.   Argumenti addizzjonali relatati mas-sistema ta’ pedaġġ

(35)

Barra minn hekk, il-partijiet kollha interessati li jargumentaw kontra l-miżura ta’ għajnuna jikkritikaw is-sistema ta’ pedaġġ infisha, mingħajr ma xi drabi jagħmlu distinzjoni ċara bejn il-pedaġġ u t-TRS. Dwar il-pedaġġ, tressqu l-argumenti prinċipali li ġejjin minn partijiet interessati:

(36)

Il-fatt li l-pedaġġ jintalab biss minn vetturi ta’ mill-anqas 12-il tunnellata huwa diskriminatorju minħabba li jsir ħlas prinċipalment fuq trasport internazzjonali ta’ merkanzija u jiffavorixxi indirettament l-aktar it-trasport nazzjonali ta’ merkanzija fuq vetturi ta’ anqas minn 12-il tunnellata (30). F’dan ir-rigward, partijiet interessati irreferew għal diversi kawżi tal-Qorti (31).

(37)

Skond partijiet interessati, is-sistema ta’ pedaġġ tikser id-Direttiva 1999/62/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 7(4), minħabba li l-pedaġġ jitqies bħala diskriminatorju abbażi taċ-ċittadinanza tat-trasportatur jew l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-vettura (32).

(38)

Id-diffikultajiet prattiċi (33) tas-sistema ta’ pedaġġ joħolqu żvantaġġ għal trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali. In-nuqqas ta’ alternattivi effiċjenti għall-installazzjoni ta’ OBUs jikser ukoll l-Artikolu 7(5) tad-Direttiva 1999/62/KE.

(39)

Partijiet interessati esprimew ukoll id-dubji tagħhom fir-rigward ta’ l-ammont ta’ pedaġġ u l-konformità tiegħu ma’ l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva Eurovignette (34). Minħabba li l-ispejjeż għall-kostruzzjoni ta’ awtostradi Ġermaniżi jidher li fil-parti l-kbira tagħhom kienu naqsu, il-kalkolu ta’ l-ispejjeż għandu prinċipalment ikun relatat ma’ l-ispejjeż ta’ tħaddim u żvilupp tan-netwerk ta’ l-infrastruttura konċernat. Barra minn hekk, l-argument huwa li s-sistema ta’ pedaġġ hija diskriminatorja minħabba l-fatt li l-pedaġġ ikun impost 100 % fuq vetturi kbar tal-merkanzija ta’ mhux anqas minn 12-il tunnellata filwaqt li – skond informazzjoni mogħtija minn awtoritajiet Ġermaniżi – dawn jiffurmaw biss 45 % ta’ l-ispejjeż. L-eżenzjoni għal vetturi privati għal finijiet ta’ turiżmu tidher ukoll diskriminatorja. Barra minn hekk, jingħad li r-rata medja ta’ pedaġġ ta’ 12,4 ċenteżmi/km tidher għolja wisq. Jidher li l-Ġermanja tuża r-rata aktar għolja ta’ pedaġġ biex tapplika sussidji għal mezzi oħra ta’ trasport li jikser kemm il-prinċipju li “min juża jħallas” kif ukoll l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva.

(40)

Huwa argumentat ukoll li s-sistema Ġermaniża ta’ pedaġġ, kif jidher, tikkontradixxi “l-premessa 17” tad-Direttiva 1999/62/KE, minħabba li din ser toħloq ostakoli artifiċjali, tiddistortja l-kompetizzjoni fl-Ewropa u tmur lil hinn minn mudell Ewropew armonizzat ta’ ħlas għal infrastruttura, biex b’hekk tkun garantita l-interoperabilità.

(41)

Il-liġi Ġermaniża li tintroduċi l-pedaġġ il-ġdid tidher ukoll diskriminatorja għad-dannu ta’ trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali fir-rigward tat-tipi ta’ emissjoni ta’ vetturi.

(42)

Fl-aħħarnett, huwa argumentat li s-sistema ta’ pedaġġ tikser dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat bħall-Artikoli 28, 97, 90 u 92 (35).

3.2.   Argumenti favur is-sistema ta’ rimborż

(43)

Jingħad li l-għajnuna hija meħtieġa, fl-interess tal-Komunità u tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità billi jintużaw l-argumenti li ġejjin: Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-politika tat-trasport (36), kif ukoll l-Artikolu 7 ter ta’ l-abbozz il-ġdid tad-Direttiva Eurovignette (37), it-tnejn jippermettu kumpens fiskali għal min juża t-traffiku bi ħlas għall-użu ta’ l-infrastruttura biex ma jitħalliex ikun hemm żieda globali f’taxxi. Il-miżura nfisha ma tnaqqasx it-taxxa fuq żejt minerali. Id-dazju tas-sisa qiegħed iservi biss bħala referenza biex ikun ikkalkolat ir-rimborż tat-pedaġġ. Barra minn hekk, jista’ jintwera li d-dħul mit-taxxa fuq iż-żejt minerali fil-Ġermanja qiegħed jonqos minħabba anqas fjuwil mixtri fil-Ġermanja. Is-sistema ta’ rimborż titqies, għalhekk, bħala miżura meħtieġa biex iż-żieda globali fi ħlasijiet tibqa’ proporzjonata, li hu wkoll fl-interess tal-Komunità.

(44)

Il-miżura ta’ għajnuna tirrispetta b’mod ċar il-prinċipju li ma jkunx hemm diskriminazzjoni, minħabba li trasportaturi Ġermaniżi u dawk mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali jistgħu it-tnejn jibbenefikaw mill-miżura ta’ għajnuna. Fil-fehma tal-parti interessata, kull diskriminazzjoni li teżisti tirriżulta mill-inattività tal-Kunsill, fejn l-armonizzazzjoni konċernata ilha wieqfa sa mill-1985. Minħabba dan in-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fuq dazji tas-sisa, it-TRS tgħin biss biex tinnewtralizza l-iżvantaġġi li jiltaqgħu magħhom trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali. F’dan ir-rigward, jista’ jintwera li s-sehem Ġermaniż tat-tunnellaġġ li jinġarr fi trasport stradali bejn il-fruntieri ilu jonqos sewwa minn 39,0 % fl-1985 għal 21,6 % fl-2002. Barra minn hekk, il-ġarr ta’ merkanzija stradali bejn il-fruntieri qiegħed ssir dejjem iktar dominanti: fl-2015, aktar min-nofs il-volum sħiħ ta’ traffiku fuq awtostradi Ġermaniżi ser ikun allokat għal kummerċ ta’ prodotti bejn il-fruntieri. Jingħad ukoll li jkun hemm diskriminazzjoni biss jekk trasportaturi ta’ merkanzija stradali li ma jkollhomx l-uffiċċju reġistrat tagħhom fil-Ġermanja jkollhom iħallsu spejjeż ogħla jew ikollhom joqogħdu għal piż amministrattiv ogħla għar-rimborż minn trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali, li mhux il-każ.

(45)

Partijiet terzi qalu wkoll li l-miżura ta’ għajnuna ma twassalx għal distorzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-fatt li l-kumpens ta’ EUR600 miljun fis-sena jikkorrispondi biss għal 17,6 % ta’ l-ispejjeż addizzjonali tal-ħlas għal infrastruttura.

(46)

Fl-aħħarnett, huwa argumentat li l-miżura ma tistax titqies bħala għajnuna mill-Istat minħabba li skond il-paragrafu 13 ta’ l-avviż tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 1998 98/C 384/03 (38), miżuri ta’ taxxa huma miżuri ġenerali li ma jikkostitwuwx għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat tal-KE.

4.   KUMMENTI MIR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA

(47)

Fl-opinjoni tal-gvern Ġermaniż, il-miżura ma twassalx għal diskriminazzjoni diretta minħabba li r-rimborż ikun disponibbli għat-trasportaturi kollha ta’ merkanzija stradali, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza jew ir-residenza tagħhom. Il-miżura lanqas ma twassal għal diskriminazzjoni de facto. L-ewwel, huwa jsostni li hemm rabta diretta bejn il-ħlas ġdid għall-użu ta’ awtostradi Ġermaniżi u l-konsum tal-fjuwil li għal darb’oħra hu direttament marbut ma’ l-ammont ta’ dazji tas-sisa fuq il-fjuwil. Fil-fehma tiegħu, ir-rabta bejn tnaqqis fil-pedaġġ min-naħa l-waħda u l-ħlas ta’ dazji tas-sisa min-naħa l-oħra hija ġustifikata b’mod raġjonevoli minħabba li ż-żewġ ħlasijiet jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjoni għall-ispiża ta’ l-infrastruttura. Barra minn hekk, il-miżura ma tipprevedi ebda limiti, eż. ammont minimu ta’ ħlas ta’ pedaġġ jew volum minimu ta’ trasport. Barra minn hekk, id-deċiżjoni jekk it-tank għandux jimtela fil-Ġermanja jew le hija deċiżjoni purament ekonomika li jieħdu t-trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali, kif ukoll trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali. It-trasportaturi kollha ta’ merkanzija stradali jimlew it-tankijiet tagħhom fejn jaħsbu li jiksbu benefiċċju ekonomiku. Fi kliem ieħor, id-deċiżjoni fejn għandu jimtela t-tank hija influwenzata l-aktar mill-prezz tal-fjuwil. L-awtoritajiest Ġermaniżi jargumentaw f’dan ir-rigward li fil-Ġermanja kemm il-parti tad-dazju tas-sisa fuq il-prezz tal-bejgħ tal-fjuwil, kif ukoll il-prezz tal-bejgħ innifsu huma fost l-ogħla fl-Istati Membri ta’ l-UE.

(48)

L-Awtoritajiet Ġermaniżi jinnutaw ukoll li l-miżura hija għal kollox konformi mal-prinċipju tat-territorjalità.

(49)

L-awtoritajiet Ġermaniżi jikkontradixxu l-argument li t-TRS tista’ tidher bħala tnaqqis tat-taxxa għall-użu ta’ infrastruttura u li, għalhekk, tiddiskrimina kontra trasportaturi barranin ta’ merkanzija stradali. Fil-fehma ta’ awtoritajiet Ġermaniżi, ir-rimborż ser jitħallas kemm lil trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali, kif ukoll lil trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali. It-TRS ser twassal għal sitwazjoni fejn iż-żewġ kategoriji jikkontribwixxu għall-finanzjament ta’ awtostradi Ġermaniżi b’mod proporzjonat għall-użu tagħhom ta’ l-infrastruttura.

(50)

Fir-rigward ta’ l-argument ta’ kumpens parzjali għad-differenza fil-prezz tal-fjuwil bejn il-Ġermanja u pajjiżi oħra, l-awtoritajiet Ġermaniżi ma jistgħu jaraw ebda diskriminazzjoni kontra trasportaturi barranin ta’ merkanzija stradali. Jaqblu li l-mili ta’ tankijiet barra t-territorju Ġermaniż jista’ jkun irħas mill-mili tat-tankijiet fil-Ġermanja, anki wara li jitqies l-ammont ta’ rimborż. Madankollu, dan il-kalkolu ser isir minn trasportaturi ta’ merkanzija stradali kemm Ġermaniżi kif ukoll mhux Ġermaniżi. Skond l-awtoritajiet Ġermaniżi, iktar minn 80 % tat-trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali jieħdu vantaġġ minn prezzijiet irħas ta’ fjuwil f’pajjiżi oħra. Iżda minħabba li trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali ġeneralment diġà jbatu minn livell għoli ħafna ta’ dazji tas-sisa li joħloq żvantaġġ għall-pożizzjoni kompetittiva tagħhom, huma mhux ser ikunu jistgħu inaqqsu l-livell tal-prezz tagħhom għat-trasport ta’ merkanzija aktar minn kull trasportatur ieħor ta’ merkanzija stradali li jagħmel użu mill-miżura. L-effett tal-miżura ta’ għajnuna, għalhekk, ikun jikkonsisti biss f’distorzjoni mnaqqsa tal-kompetizzjoni ikkawżata mil-livell għoli ħafna ta’ dazji tas-sisa fil-Ġermanja, iżda dan mhux ser joħloq xi vantaġġ għal trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali u dawn ikunu jistgħu jnaqqsu l-livell tal-prezz għall-ġarr ta’ merkanzija.

(51)

L-awtoritajiet Ġermaniżi jargumentaw li ż-żieda fil-pedaġġ hija ġustifikata minkejja t-TRS, minħabba li mhux biss trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali ser jibbenefikaw mill-miżura ta’ kumpens, iżda wkoll trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali. Għalhekk, trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali ser ikollhom iħallsu rati ogħla ta’ pedaġġ iżda ser jibbenefikaw mit-TRS li mhux ser tħalli jkun hemm kontribuzzjoni eċċessiva mingħand trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fuq żejt minerali.

(52)

Partijiet interessati jargumentaw li s-sistema ta’ rimborż ser tiffavorixxi pompi tal-fjuwil Ġermaniżi għad-dannu ta’ pompi tal-fjuwil mhux Ġermaniżi. L-awtoritajiet Ġermaniżi, iżda, jargumentaw li d-differenzi eżistenti fit-taxxa fuq żejt minerali bejn Stati Membri diġà kellhom l-effett li joħolqu l-hekk imsejjaħ “turiżmu tal-fjuwil”, b’mod partikolari ma’ pajjiżi ġirien. Miżuri li jgħinu biex jitnaqqsu dawn id-differenzi – bħat-TRS – għandhom ukoll jgħinu biex jitnaqqas l-hekk imsejjaħ “turiżmu tal-fjuwil”. Skond l-awtoritajiet Ġermaniżi, b’hekk mhix il-miżura ta’ għajnuna li ser tiddiskrimina kontra pompi tal-fjuwil barranin. Għall-kuntrarju, il-miżura ta’ għajnuna ser twassal biss għall-fatt li pompi tal-fjuwil barranin ser ikunu anqas favoriti milli huma s’issa.

(53)

Partijiet terzi jargumentaw li bħala konsegwenza tal-miżura ta’ għajnuna Stati Membri oħra, eż. f’reġjuni ġirien, ser jitilfu dħul mit-taxxa minħabba anqas xiri ta’ fjuwil. Madankollu, l-awtoritajiet Ġermaniżi jargumentaw li miżuri li ser iwasslu għal tnaqqis ta’ “turiżmu tal-fjuwil” huma ġustifikati anki jekk dan iwassal għal dħul anqas mit-taxxa f’reġjuni qrib.

(54)

L-awtoritajiet Ġermaniżi jargumentaw ukoll li l-miżura mhix diskriminatorja kontra dawk il-konsumaturi ta’ fjuwil li jużaw awtostradi Ġermaniżi b’vetturi ta’ anqas minn 12-il tunnellata. Skond l-awtoritajiet Ġermaniżi, huwa ċar li r-rimborż jingħata biss bil-kundizzjoni li jitħallas il-pedaġġ fuq trakkijiet li jaqbżu t-12-il tunnellata. Għalhekk, ir-rimborż ma jistax jitqies mingħajr l-effett globali ta’ piż nett għal dawn it-trakkijiet. Minħabba li, abbażi ta’ bilanċ, dawn ser iħallsu aktar milli jirċievu, ikun diffiċli li wieħed jargumenta li r-rimborż innifsu jiffavorixxi lil dawn il-vetturi ta’ aktar minn 12-il tunnellata, jew, fi kliem ieħor, li jiddiskrimina kontra vetturi ta’ anqas minn 12-il tunnellata minħabba effett allegat de facto diskriminatorju ta’ tnaqqis ta’ taxxa fuq żejt minerali. Għalhekk, fil-fehma ta’ awtoritajiet Ġermaniżi, ir-rimborż ma jistax jiddiskrimina kontra vetturi ta’ anqas minn 12-il tunnellata minħabba li mhumiex is-suġġett ta’ sistema ġdida ta’ pedaġġ.

(55)

Fir-rigward ta’ l-argument li differenza fil-piż tat-taxxa ma tistax, waħidha, tiġġustifika l-għoti ta’ għajnuna, awtoritajiet Ġermaniżi jiddikjaraw li l-kawża Taljana kkwotata minn pajjiżi terzi f’dan ir-rigward mhix rilevanti għall-każ Ġermaniż minħabba li l-qafas u l-kundizzjonijiet ġenerali mhumiex l-istess. Jargumentaw li fl-imgħoddi proporzjon kbir ta’ l-ispejjeż ta’ l-infrastruttura fil-Ġermanja kellu fondi minn dazji tas-sisa fuq il-fjuwil. Vetturi kbar ta’ merkanzija li jużaw awtostradi federali issa qegħdin iħallsu kontribuzzjoni doppja għal spejjeż ta’ infrastruttura, f’għamla kemm ta’ dazji tas-sisa fuq il-fjuwil kif ukoll ta’ pedaġġ. It-TRS tagħti qies ta’ kontribuzzjonijiet ta’ ħlasijiet għal infrastruttura diġà mħallsa fil-Ġermanja u, għalhekk, tikkumpensa biss lil trasportaturi ta’ merkanzija għal ħlas doppju fl-interess ta’ ħlas ġust għall-ispejjeż ta’ infrastruttura.

(56)

L-awtoritajiet Ġermaniżi jargumentaw ukoll li s-sistema ta’ rimborż ma taħsibx għal mekkaniżmu li jippermetti l-aċċettazzjoni ta’ l-irċevuti kollha tajbin ta’ pompi tal-fjuwil irrispettivament mill-fatt jekk il-vettura wżatx awtostradi Ġermaniżi jew toroq oħra. Għall-kuntrarju, il-Ġermanja tikkonferma mill-ġdid li l-irċevuti huma aċċettabbli biss jekk il-kupun jindika n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura mogħtija l-fjuwil li jkollha tħallas il-pedaġġ. B’hekk, awtoritajiet Ġermaniżi jistgħu jeskludu li l-miżura tiffavorixxi lil trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali bi flotta mħallta ta’ vetturi ta’ inqas u aktar minn 12-il tunnellata skond kif sostnew partijiet interessati.

(57)

Il-Ġermanja targumenta wkoll li minħabba li l-mekkaniżmu ta’ ħlas huwa l-istess għal kull min juża awtostradi Ġermaniżi, mhux ċar għaliex is-sistema tista’ tiddiskrimina kontra trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali li jistgħu jużaw l-awtostradi xi drabi biss. Ir-rimborż totali ta’ pedaġġ akkumulat f’sena kalendarja jista’ jkun paċut mad-debitu tal-pedaġġ fis-sena ta’ wara.

(58)

L-awtoritajiet Ġermaniżi jinnutaw li l-miżura ma tikkontradixxix id-Direttiva 1999/62/KE minħabba li l-ostakoli amministrattivi għal trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali ma jitqisux akbar minn dawk għal trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali. Skond awtoritajiet Ġermaniżi ser ikunu disponibbli formoli standardizzati f’għadd xieraq ta’ lingwi ta’ l-UE u l-informazzjoni mitluba ser tkun prinċipalment f’figuri, biex trasportaturi barranin ta’ merkanzija jkollhom aċċess faċli għas-sistema ta’ rimborż. Il-piż amministrattiv li l-kupuni jinżammu sa madwar sena jaqbel ma’ proċeduri oħra bħar-rimborż tal-VAT. Jista’ jintwera wkoll li f’ħafna każijiet il-kupuni jkollhom jinżammu sa l-aħħar tas-sena wkoll għal raġunijiet oħra bħal verifiki ta’ kumpaniji ta’ awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa. Għalhekk, il-Ġermanja tikkonkludi li s-sistema ta’ rimborż ma toħloqx ostakoli amministrattivi jew piżijiet prattiċi li jistgħu jwasslu għal diskriminazzjoni kontra trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali.

(59)

Fir-rigward tal-kritika tat-TRS, bħall-għadd mhux suffiċjenti ta’ OBUs li jista’ jkollu impatt indirett fuq il-miżura ta’ għajnuna nfisha, l-awtoritajiet Ġermaniżi jargumentaw li l-aspetti prattiċi tal-pedaġġ ma għandhom ebda influwenza fuq it-TRS.

(60)

L-awtoritajiet Ġermaniżi ma jqisux li l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/81/KEE inkiser minħabba li l-miżura tnaqqas biss il-livell tar-rata tal-pedaġġ u mhix maħsuba tnaqqas dazji tas-sisa fuq żejt minerali kif stipulat fid-Direttiva.

(61)

Fir-rigward ta’ l-effett tal-miżura fuq l-ambjent, il-Ġermanja tikkontradixxi l-argument li l-miżura ta’ għajnuna ser tiffavorixxi l-konsum ta’ fjuwil, u għalhekk, ikollha effetti negattivi fuq l-ambjent. Skond l-awtoritajiet Ġermaniżi, kalkolu sempliċi juri li żieda fil-konsum tal-fjuwil bl-iskop li jinkiseb rimborż ogħla huwa kontra kull loġika ekonomika. Konsum ogħla jkun ifisser li vetturi jinstaqu għal aktar milli neċessarjament previst u dan iżid iż-żmien u spejjeż tal-persunal.

(62)

Fir-rigward tal-miżura tal-pedaġġ, l-awtoritajiet Ġermaniżi l-ewwelnett jinnutaw li l-argumenti kollha relatati għaliha mhumiex soġġetti għall-proċedura kurrenti ta’ għajnuna mill-Istat u għandhom, għalhekk, jinżammu barra mill-ambitu ta’ din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, il-Ġermanja tiddikjara li s-sistema tal-pedaġġ tiddaħħal meta l-problemi tekniċi kollha jkunu solvuti b’mod li diskriminazzjoni abbażi ta’ ċittadinanza jew tfixkil mhux xieraq fi flussi tat-traffiku jkun twarbu.

(63)

Fil-qosor, l-awtoritajiet Ġermaniżi jwieġbu għall-argumenti prinċipali ppreżentati minn partijiet terzi kif ġej:

L-ewwel, il-pedaġġ mhux diskriminatorju minħabba li d-deċiżjoni jekk it-tank jimteliex fil-Ġermanja jew le hija waħda purament ekonomika li jieħdu t-trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali, kif ukoll it-trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali. Ir-rabta bejn tnaqqis tal-pedaġġ min-naħa l-waħda u l-ħlas ta’ dazji tas-sisa min-naħa l-oħra hija raġjonevolment ġustifikata minħabba li vetturi kbar tal-merkanzija li jużaw awtostradi federali issa qegħdin iħallsu kontribuzzjoni doppja għal spejjeż ta’ infrastruttura, f’għamla ta’ dazji tas-sisa fuq il-fjuwil u l-pedaġġ. It-TRS tieħu qies tal-kontribuzzjonijiet għal spejjeż infrastrutturali diġà mħallsa fil-Ġermanja u tevita ħlas doppju. Il-pedaġġ iħares l-Artikolu 7 (4) tad-Direttiva 1999/62/KE minħabba li l-pedaġġ ma jiddiskriminax kontra trasportatur ta’ merkanzija stradali minħabba ċittadinanza.

It-tieni, il-pedaġġ mhux diskriminatorju sempliċiment għaliex kien impost biss fuq vetturi ta’ mill-anqas 12-il tunnellata. Il-limitu ta’ 12-il tunnellata huwa stabbilit b’mod raġjonevoli u jsegwi d-definizzjoni ta’ vetturi kif stipulata fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 1999/62/KE. Barra minn hekk, il-pedaġġ ma jiffavorix lil trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali minħabba li ma jistax jingħad li trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali għal trasport internazzjonali jkunu f’qagħda aħjar meta jużaw flotta mħallta ta’ vetturi ta’ anqas u aktar minn 12-il tunnellata b’paragun ma’ trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali meta jitħallew jikkumpensaw parzjalment il-piż tal-pedaġġ fil-flotta ta’ kumpanija waħda. Il-pedaġġ huwa kkalkolat b’tali mod li jħares l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62/KE minħabba li l-pedaġġ medju mwieżen ikun relatat ma’ l-ispejjeż ta’ kostruzzjoni, tħaddim u żvilupp tan-netwerk infrastrutturali konċernat.

It-tielet, is-sistema l-ġdida ta’ pedaġġ ser tħares l-Artikolu 7 (5) tad-Direttiva 1999/62/KE minħabba li għadd biżżejjed ta’ OBUs, kif ukoll mekkaniżmi oħra ta’ ħlas (bħal terminali u l-Internet) jiżguraw li l-pedaġġ jinġabar b’tali mod li ma jkunx hemm tfixkil għall-fluss ħieles ta’ traffiku.

Ir-raba’, il-miżura tal-pedaġġ ma tiksirx l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 1999/62/KE, minħabba li ma żżommx lil Stati Membri milli jikkontribwixxu perċentwali ta’ l-ammont tal-pedaġġ għall-iżvilupp bilanċjat ta’ netwerks ta’ trasport.

Il-ħames, l-awtoritajiet Ġermaniżi jinnutaw li s-sistema tal-pedaġġ mhix ser tmur lil hinn minn mudell Ewropew armonizzat ta’ ħlas infrastrutturali li jiggarantixxi l-interoperabilità u, għalhekk, ma tikkontradixxix il-premessa 17 tad-Direttiva 1999/62/KE.

Is-sitta, l-awtoritajiet Ġermaniżi jinnutaw li r-rekwiżiti amministrattivi għall-klassifika tat-tipi ta’ emissjoni ta’ vetturi barranin mhumiex diskriminatorji minħabba li huma limitati għall-passi meħtieġa biex dawk il-vetturi jkunu kklassifikati.

Fl-aħħarnett, l-awtoritajiet Ġermaniżi jinnutaw ukoll li s-sistema tal-pedaġġ ma tikser ebda dispożizzjoni tat-Trattat bħall-Artikoli 28, 90, 92 u 97.

5.   EVALWAZZJONI TA’ L-GĦAJNUNA

5.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna skond l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat tal-KE

(64)

L-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE jgħid li “kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat tkun xi tkun il-għamla tagħha li tiddistortja jew thedded li tiddistortja l-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerta merkanzija, għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn Stati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni”.

(65)

Il-Kummissjoni tqis li r-rimborż tal-pedaġġ, li jista’ jintalab mill-Uffiċċju Federali għal Trasport ta’ Merkanzija – parti mill-amministrazzjoni nazzjonali - jikkonċerna fondi ta’ l-Istat u jimplika telf ta’ riżorsi ta’ l-Istat. Il-miżura fi nfisha tagħti lil impriżi partikolari ta’ trasport stradali b’vantaġġ selettiv fuq kompetituri minħabba li dawn jieħdu kumpens għall-ħlasijiet għall-użu ta’ infrastruttura li suppost iħallsu għaliha huma stess. It-TRS ma tistax titqies bħala miżura ġenerali minħabba li hija applikabbli biss għal impriżi li jużaw vetturi ta’ mhux anqas minn 12-il tunnellata li jkollhom iħallsu l-pedaġġ u biss jekk u sa fejn jistgħu iġibu prova li jkunu ħallsu dazji tas-sisa fil-Ġermanja. Barra minn hekk, minħabba li l-aċċess għas-suq ta’ trasport stradali infetaħ kompletament għal operaturi tal-Komunità (39), wieħed jista’ jassumi li għajnuna pubblika finanzjarja, li tiffavorixxi lil ċerti impriżi li jagħmlu trasport stradali, u b’mod aktar ġenerali, trasport stradali b’mezzi oħra, tolqot il-kummerċ bejn Stati Membri. Kull għajnuna finanzjarja ta’ dan it-tip, għalhekk, tiddistortja jew thedded li tiddistortja l-kompetizzjoni u tolqot il-kummerċ bejn Stati Membri.

(66)

Abbażi ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet il-Kummissjoni ssib li t-TRS notifikata tikkostitwixxi għajnuna skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

5.2.   Kompatibilità ta’ l-għajnuna

5.2.1.   Disponibbiltà tal-bażi legali rilevanti

(67)

Fil-waqt li fih il-Kummissjoni bdiet il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 88 (2) tat-Trattat tal-KE, hija ma kinitx fil-pussess ta’ testi legali dwar l-introduzzjoni tat-TRS. Madankollu, fit-22 ta’ Awwissu 2003, l-awtoritajiet Ġermaniżi pprovdew il-bażi legali rilevanti. Għalhekk dan in-nuqqas ta’ informazzjoni m’għadux jeżisti.

5.2.2.   Kummenti ġenerali dwar il-pedaġġ

(68)

L-introduzzjoni ta’ ħlas għall-utenti bbażat fuq id-distanza, biex tirkupra l-ispejjeż ta’ l-infrastruttura, hija waħda mill-elementi prinċipali tal-politika tal-KE dwar it-trasport komuni:

L-ewwel, l-introduzzjoni proposta tal-pedaġġ hija skond il-ħsieb tal-Kummissjoni dwar struttura ta’ prezzijiet aktar relatata ma’ spejjeż fil-White Paper fuq il-politika Ewropea dwar it-trasport (40). Il-White Paper għandha kapitolu dwar il-ħlas gradwali għall-użu ta’ l-infrastruttura. L-Unjoni Ewropea hija fil-preżent magħmula minn Ewropa ta’ pedaġġi, fejn utenti jkollhom iħallsu pedaġġ fuq l-awtostradi, Ewropa ta’ “Eurovignettes” mħallsa minn vetturi kbar tal-merkanzija tul in-netwerk kollu, u Ewropa fejn m’humiex applikati ħlasijiet. Din is-sitwazzjoni tista’ titjieb.

It-tieni, is-sostituzzjoni ta’ ħlasijiet minn utenti li huma bħalissa imposti fuq vetturi kbar tal-merkanzija b’sistema ta’ pedaġġ tista’ twassal għal qsim aktar ġust ta’ spejjeż infrastrutturali minħabba li proporzjon sewwa ta’ l-ispiża għall-bini, il-manutenzjoni u lt-tħaddim ta’ awtostradi hija dovuta għal vetturi kbar tal-merkanzija.

It-tielet, il-pedaġġ ser jaqdi waħda mill-miri tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat tal-KE, li hi li jkun hemm promozzjoni ta’ “livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent”.

Fl-aħħar, meta wieħed iqis il-miżura kollha kemm hi, jidher li l-istess japplika għall-vantaġġi potenzjali li jistgħu joħorġu jekk it-traffiku tal-merkanzija stradali jaqleb għall-mezzi ta’ trasport aktar favur l-ambjent. Il-bidla minn ħlas għal użu ta’ awtostrada ibbażat fuq il-ħin għal ħlas ibbażat fuq kilometraġġ tfisser li distanzi iqsar jorħsu u distanzi itwal jogħlew. Dan ir-riżultat ma jissodisfax biss il-ħtieġa li utenti jaqsmu b’mod aktar ġust l-ispejjeż infrastrutturali, iżda jqis ukoll il-fatt li fuq rotot itwal biss mezzi ta’ trasport li jniġġsu anqas (linji tal-ferrovija u kanali ta’ navigazzjoni) joffru alternattiva għal trasport stradali.

(69)

Il-Gvern Federali Ġermaniż jimmira li utenti jaqsmu b’mod aktar realistiku l-ispejjeż stradali. Il-mira dikjarata tas-sistema ta’ pedaġġ hija li utenti jħallsu l-prezz ta’ l-infrastruttura, u l-prezz ta’ 15-il ċenteżmu/km jitqies mill-Ġermanja bħala l-ammont li “jkopri kompletament l-ispejjeż għall-bini, l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ l-infrastruttura rilevanti skond id-Direttiva 1999/62 (Eurovignette)”. Iżda dan imur id f’id mat-tqegħid ta’ piż akbar fuq l-industrija tat-trasport ta’ merkanzija stradali. Minflok l-EUR 460 miljun miġbura fil-Ġermanja bis-sistema Eurovignette (fl-2002), it-trasportaturi ta’ merkanzija jkollhom iħallsu spejjeż infrastrutturali ta’ madwar EUR 3,4 biljun. Għalkemm, skond il-proposta notifikata ta’ l-awtoritajiet Ġermaniżi, jista’ jingħata kumpens ta’ EUR 600 miljun, il-ħlas totali għal trasportaturi ta’ merkanzija stradali għadu qiegħed jiżdied minħabba li dan il-kumpens ikopri biss 17 % tal-ħlasijiet kollha tal-pedaġġ ta’ EUR 3,4 biljun.

5.2.3.   In-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2003/96/KE (41)

(70)

Il-Kummissjoni tinnota li x-xiri ta’ fjuwil u l-ħlas ta’ dazji tas-sisa minn vetturi li jikkwalifikaw fil-Ġermanja joffri mekkaniżmu biex ikun ikkalkulat ir-rimborż tal-pedaġġ.

(71)

Teżisti distinzjoni legali ċara bejn l-imposta ta’ dazji tas-sisa u l-imposta ta’ pedaġġ għal vetturi kbar tal-merkanzija għall-użu ta’ infrastruttura. Iż-żewġ sistemi huma bbażati fuq atti legali differenti bħad-Direttiva dwar dazji tas-sisa (92/12/KE (42) u 2003/96/KE) u d-Direttiva 1999/62/KE (Eurovignette).

(72)

Il-Qorti għarfet id-differenza bejn pedaġġ u imposti oħra għall-użu ta’ toroq min-naħa l-waħda, u taxxi min-naħa l-oħra. Skond il-każistika pedaġġ mhux ikkwalifikat bħala taxxa, iżda bħala ħlas għall-użu ta’ servizz. L-istess raġunament japplika għal imposti oħra għall-użu ta’ toroq minħabba r-rabta diretta bejn l-imposta u l-infrastruttura li tista’ tintuża (43). Abbażi ta’ din il-każistika u meta wieħed iqis li d-dazju tas-sisa jservi biss bħala referenza biex ikun ikkalkulat ir-rimborż u li hemm distinzjoni ċara bejn il-flussi finanzjarji ta’ dazji tas-sisa min-naħa l-waħda u l-ħlas ta’ pedaġġ u r-rimborż ta’ min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tqis li r-rimborż kurrenti tal-pedaġġ ma jistax ikun ikkwalifikat fl-istess waqt bħar-rimborż tad-dazji tas-sisa. Kwalifika bħal din twassal għas-sitwazzjoni li fiha r-rimborż jaqa’ taħt żewġ oqfsa legali differenti li jiksru l-prinċipju taċ-ċertezza legali.

(73)

Il-fatt li r-rimborż hu marbut mal-ħlasijiet ta’ dazji tas-sisa ma jistax ibiddel il-kwalifika legali tar-rimborż, l-aktar meta jitqies il-fatt li ż-żewġ flussi finanzjarji m’għandhomx rabta bejniethom. Li kieku dan kellu jkun il-każ, kull kundizzjoni ġdida li jkollha tiżdied, pereżempju l-limitazzjoni tar-rimborż għal ċertu tip ta’ trakk, iġġib ir-riskju ta’ bidla fil-kwalifika legali u, b’konsegwenza ta’ hekk, tal-qafas legali, u dan jikser il-prinċipju taċ-ċertezza legali.

(74)

Għandu jkun innutat ukoll li ma hemm ebda rabta fiskali bejn ir-rata tal-pedaġġ u d-dazju tas-sisa fuq in-nafta. It-tnejn għandhom l-għajn tagħhom stess (l-użu ta’ l-awtostrada min-naħa l-waħda, il-konsum taż-żejt minerali min-naħa l-oħra). Id-dħul mill-pedaġġ jintuża kollu biex ikopri l-ispejjeż ta’ bini, sfruttament u titjib ta’ l-infrastruttura, għall-kuntrarju tad-dħul mid-dazju tas-sisa fuq in-nafta. Ir-rimborż ġeneralment jitnaqqas mill-ammont ta’ ħlas dovut ta’ pedaġġ, jew, jingħata lura bl-użu tar-riżorsi miġbura abbażi tal-pedaġġi.

(75)

Meqjus dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2003/96/KE dwar il-Qafas Komunitarju għat-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ l-enerġija u l-elettriku li jissostitwixxi l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/81/KEE mhuwiex applikabbli (44). B’konsegwenza ta’ dan, l-awtoritajiet Ġermaniżi m’għandhomx għalfejn jinnotifikaw il-miżura ta’ għajnuna skond il-qafas tal-proċedura stabbilita bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE.

5.2.4.   Evalwazzjoni tal-kompatibilità mas-suq komuni

(76)

Skond l-Artikolu 73 tat-Trattat KE, għajnuniet li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ koordinazzjoni ta’ trasport bl-art huma kompatibbli mat-Trattat.

(77)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1107/70 (45) jimplimenta l-Artikolu 73 tat-Trattat u jipprovdi għal eżenzjonijiet speċifiċi għall-għajnuna, li huma meqjusa li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ koordinazzjoni ta’ trasport bl-art. B’mod partikolari, l-Artikolu 3 (1) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70 jistipula li Stati Membri jistgħu, sad-dħul fis-seħħ ta’ regoli komuni dwar l-allokazzjoni ta’ spiża infrastrutturali, jagħtu għajnuna lil impriżi li jkollhom iħallsu n-nefqa ralatata ma’ l-infrastruttura li jużaw, waqt li impriżi oħra mhumiex soġġetti għall-istess piż.

(78)

Skond il-prattika tal-Kummissjoni li titratta każijiet ta’ għajnuna mill-Istat, għandhom ikunu sodisfatti tliet rekwiżiti, biex l-għajnuna tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ koordinazzjoni ta’ trasport skond l-Art. 73 tat-Trattat tal-KE (46) u r-rekwiżiti stabbiliti bl-Artikolu 3 (1) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70:

(a)

L-għajnuna tkun meħtieġa biex titħalla titwettaq il-miżura fl-interess tal-Komunità u jitħares irrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità;

(b)

Aċċess għall-għajnuna jingħata b’kundizzjonijiet mhux diskriminatorji;

(ċ)

L-għajnuna ma tagħtix lok għal distorzjoni tal-kompetizzjoni b’mod li tkun kuntrarja għall-interess komuni.

Nuqqas ta’ diskriminazzjoni

(79)

Dwar il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna kollha hija fiha nfisha selettiva. Jekk miżura ma tkunx ikkwalifikata bħala selettiva ma tkunx miżura ta’ għajnuna skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat KE. Jekk il-miżura tkun ġiet ikkwalifikata bħala għajnuna, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kompatibilità mas-suq komuni. Il-każistika u l-prattika tal-Kummissjoni dejjem iddistingwew b’mod ċar bejn din is-selettività inerenti fl-għajnuna kollha, li tfisser żvantaġġ għal xi operaturi fir-fil-konfront ta’ oħrajn li joperaw fi Stat Membru, u diskriminazzjonijiet possibbli bbażati direttament jew indirettament fuq ċittadinanza jew fuq l-istabbiliment fl-Istat Membru involut (47). Dan ta’ l-aħħar mhux kompatibbli mad-dritt Komunitarju u ma jistax jiġi approvat skond regoli dwar għajnuna mill-Istat.

(80)

Hija każistika stabbilita li d-diskriminazzjoni tikkonsisti partikolarment fi trattament ta’ każijiet simili b’mod differenti, u tinvolvi żvantaġġ għal xi operaturi meta mqabbla ma’ oħrajn, mingħajr ma dik id-differenza fit-trattament tkun ġustifikata bl-eżistenza ta’ differenzi sostanzjali u oġġettivi. Madankollu, minħabba li impriżi li ma jkunux stabbiliti f’ċertu territorju jkunu f’pożizzjoni differenti vis-à-vis l-awtorità minn impriżi stabbiliti f’dak it-territorju, ma jistax jingħad li kull mekkaniżmu li jagħmel aċċess għal għajnuna iktar diffiċli għalihom jikser il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni (48).

(81)

F’dan il-każ, it-TRS tipprovdi għal tpaċija tal-pedaġġ biss meta jkunu ppreżentati rċevuti u kupuni Ġermaniżi ta’ mili biex tinġieb prova li dazji tas-sisa jkunu tħallsu fil-Ġermanja. F’din il-kundizzjoni il-Kummissjoni ma tara ebda ksur tal-prinċipju tat-territorjalità imsemmi fil-premessa 20 tad-Direttiva 1999/62/KE. It-TRS timponi l-istess kundizzjonijiet fuq it-trasportaturi kollha ta’ merkanzija u hija aċċessibbli għat-trasportaturi kollha ta’ merkanzija stradali, irrispettivament miċ-ċittadinanza jew residenza. Il-miżura ma taħseb għal ebda limiti, eż. ammont minimu ta’ ħlas ta’ pedaġġ jew volum minimu ta’ trasport. Barra minn hekk, ma hemm ebda obbligu li wieħed jixtri fjuwil fil-Ġermanja u anqas ma hemm xi restrizzjoni li wieħed jagħmel dan. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li ma hemm ebda diskriminazzjoni diretta abbażi ta’ ċittadinanza.

(82)

Għalkemm ma hemm ebda diskriminazzjoni diretta, tqum il-mistoqsija jekk din ir-rabta twassalx għal diskriminazzjoni indiretta de facto abbażi ta’ ċittadinanza. Teżisti differenza ta’ trattament bejn trasportaturi ta’ merkanzija stradali li jimlew it-tank tagħhom fil-Ġermanja u trasportaturi ta’ merkanzija stradali li jimlew it-tank tagħhom fi Stat Membru ieħor. Din id-differenza hija kkawżata mir-rabta bejn ir-rimborż tal-pedaġġ u l-ħlas ta’ dazji tas-sisa fil-Ġermanja.

(83)

Jekk din id-differenza ta’ trattament tipproduċi effetti differenti fuq trasportaturi Ġermaniżi tal-merkanzija, min-naħa l-waħda, u trasportaturi ta’ merkanzija minn Stati Membri oħra, min-naħa l-oħra, li tiffavorixxu lil dawn ta’ l-ewwel minn dawn ta’ l-aħħar, u ma tirriflettix differenza oġġettiva fis-sitwazzjonijiet rispettivi, dan jimplika ksur tal-prinċipju li m’għandux ikun diskriminazzjoni. Il-mistoqsija hija, għalhekk, jekk ir-rabta bejn ir-rifużżjoni tal-pedaġġ u l-ħlas ta’ dazji tas-sisa tistax tkun ġustifikata b’differenzi oġġettivi. Biex tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija, il-Kummissjoni ser tibda biex teżamina kif din ir-rabta ser taħdem fil-prattika u liema trasportaturi ta’ merkanzija ser jibbenefikaw minnha.

(84)

Minħabba li jinsabu fil-qalba ta’ l-Ewropa, l-awtostradi Ġermaniżi huma diġà ffrekwentati ħafna minn trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali. Waqt li fl-1998 22,1 % ta’ vetturi kbar tal-merkanzija fuq awtostradi Ġermaniżi ma kinux Ġermaniżi, dan is-sehem ogħla għal 25,5 % kif stmati fl-2004. Vetturi ta’ l-UE-25 jirrappreżentaw kważi 92 % tal-vetturi kbar ta’ merkanzija stradali mhux Ġermaniżi fuq l-awtostradi Ġermaniżi (49).

(85)

Minħabba li l-prezzijiet tal-fjuwil huma bħalissa ogħla fil-Ġermanja milli fil-parti kbira tal-pajjiżi ġirien, dan la jinkoraġġixxi lil trasportaturi ta’ merkanzija Ġermaniżi u anqas lil dawk mhux Ġermaniżi involuti fi trasporti internazzjonali biex jimlew it-tank tagħhom fil-Ġermanja.

(86)

Id-deċiżjoni jekk it-tank għandux jimtela fil-Ġermanja jew le hija deċiżjoni ekonomika li tittieħed bl-istess kundizzjonijiet kemm minn trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali, kif ukoll minn trasportaturi mhux Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali. Fil-limiti ta’ l-itinerarju tagħhom, it-trasportaturi kollha ta’ merkanzija stradali li ser jimlew it-tank tagħhom fejn jaħsbu li jiksbu benefiċċju ekonomiku. Wara l-introduzzjoni tat-TRS, it-trasportaturi ta’ merkanzija stradali li jimlew it-tank tagħhom barra mill-Ġermanja mhux ser jibbenefikaw mill-kumpens, iżda jista’ jkollhom vantaġġ ekonomiku li jagħmlu dan. Ser jużaw il-possibbiltà li jibbenefikaw mit-TRS jekk il-prezz għal kull km li jirriżulta minn fjuwil Ġermaniż flimkien ma’ rata mnaqqsa ta’ pedaġġ ikun aktar baxx mill-prezz għal kull km li jirriżulta minn fjuwil barra mill-Ġermanja flimkien mar-rata sħiħa ta’ pedaġġ.

(87)

Fil-prattika l-benefiċċji tat-TRS ser jikkonċernaw prinċipalment lil żewġ gruppi ta’ trasportaturi ta’ merkanzija (benefiċċji relattivi hekk kif il-pedaġġ jibda jiżdied għal medja ta’ 15-il ċenteżmu/km): (50)

Dawk it-trasportaturi ta’ merkanzija stradali mqabbdin biss fi trasport nazzjonali u ekonomikament imġiegħla jużaw l-awtostradi. Dawn it-trasportaturi ta’ merkanzija stradali huma b’mod predominanti ta’ ċittadinanza Ġermaniża, għalkemm dan il-qasam tas-suq hu miftuħ għall-Istati Membri kollha ta’ l-UE-15 (kabotaġġ) u ser ikun miftuħ għall-Istati Membri l-ġodda wara l-iskadenza ta’ regolamenti transitorji.

It-trasportaturi kollha ta’ merkanzija stradali, Ġermaniżi jew mhux Ġermaniżi, li jagħmlu trasporti internazzjonali minn, lejn jew f’pajjiżi b’livell fil-prezz tal-fjuwil relattivament għoli. Din is-sitwazzjoni tikkonċerna, b’mod partikolari, trasportaturi tal-merkanzija stabbiliti fi Franza, il-Belġju u l-Olanda, grupp ta’ pajjiżi, li jkopru 32 % tal-kilometri kollha bil-vettura mhux Ġermaniżi fuq l-awtostradi Ġermaniżi.

(88)

L-awtoritajiet Ġermaniżi nfushom ammettew fl-osservazzjonijiet tagħhom li perċentwali qrib l-20 % ta’ trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali, aktarx dawk li jwettqu l-attivitajiet tagħhom l-aktar fis-suq nazzjonali u partikolarment fir-reġjuni ċentrali tal-Ġermanja, ma japprofittawx rwieħhom minn prezzijiet irħas tal-fjuwil f’pajjiżi oħra. Għall-kuntrarju, trasportaturi tal-merkanzija stabbiliti fi Stati Membri oħra ġeneralment jixtru l-fjuwil mhux biss u mhux b’mod predominanti fil-Ġermanja, iżda fi Stati Membri oħra, notevolment f’dawk bi prezzijiet irħas tal-fjuwil, anki jekk iwettqu parti mill-attività tagħhom fil-Ġermanja jew ukoll fis-suq lokali Ġermaniż, u jieħdu vantaġġ mil-libertà li jagħmlu trasport ta’ kabotaġġ.

(89)

Minħabba dak li ntqal hawn, il-Kummissjoni tipprevedi li, meta jitqies il-livell kurrenti tal-prezzijiet tal-fjuwil fi Stati Membri, porzjon kbir ħafna ta’ kilometri ta’ vetturi mhux Ġermaniżi (51) fuq l-awtostradi Ġermaniżi mhuwiex ser jibbenefika mit-TRS b’riżultat tar-rabta bejn it-TRS u l-ħlas ta’ dazji tas-sisa fil-Ġermanja. Din il-perċentwali ser ikun ovvjament aktar baxxa fil-każ ta’ trasportaturi Ġermaniżi tal-merkanzija. Barra minn hekk, utenti minn żmien għal ieħor ta’ awtostradi Ġermaniżi, partikolarment minn Stati Membri oħra, jistgħu jżommu lura milli jitolbu t-TRS minħabba piżijiet amministrattivi u jkunu ppenalizzati aktar meta mqabbla ma’ utenti regolari, partikolarment utenti Ġermaniżi.

(90)

Minħabba li l-każ hu hekk, il-Kummissjoni tisħaq li trasportatur ta’ merkanzija stradali li juża awtostrada Ġermaniża u li jixtri l-fjuwil tiegħu barra mill-Ġermanja jkun qiegħed juża infrastruttura tat-toroq Ġermaniża eżattament bl-istess mod bħal trasportatur ta’ merkanzija stradali li jimla t-tank tiegħu kollu fil-Ġermanja. Għalhekk, bħala konklużjoni, jista’ jingħad li r-rabta bejn ir-rimborż tal-pedaġġ u l-ammont ta’ dazji tas-sisa mħallsa fil-Ġermanja li qed tirriżulta f’livelli differenti ta’ pedaġġ ma tistax tkun ġustifikata permezz ta’ differenzi fl-użu ta’ awtostradi Ġermaniżi. B’riżultat ta’ din ir-rabta, xi trasportaturi ta’ merkanzija, li mhumiex b’mod predominanti Ġermaniżi, kif jidher mill-paragrafi 86 u 87, ikollhom iħallsu aktar pedaġġ minn oħrajn waqt li jkunu qed jittrasportaw l-istess merkanzija kbira fl-istess distanza fuq l-istess awtostrada. Barra minn hekk, is-sistema msemmija ser tiffavorixxi t-trasport nazzjonali, l-aktar dak magħmul minn trasportaturi ta’ merkanzija li jixtru l-fjuwil fil-Ġermanja fi trasport bejn Stati Membri, magħmul minn trasportaturi ta’ merkanzija li aktar ta’ sikwit jixtru fjuwil fi Stati Membri oħra, u din hija għamla oħra ta’ diskriminazzjoni pprojbita mid-dritt Komunitarju (52).

(91)

Ir-rabta bejn ir-rimborż tal-pedaġġ u l-ammont ta’ dazji tas-sisa mħallas fil-Ġermanja tista’ tindika li s-sistema tnisslet bħala kumpens għal livell għoli ta’ dazji tas-sisa fuq il-fjuwil fil-Ġermanja. Madankollu, il-prattika tal-Kummissjoni u l-ġurisprudenza tal-Qorti huma ċari ħafna dwar dan il-punt: id-differenza fil-piż tat-taxxa ma tistax waħidha (53) tiġgustifika l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat. L-għoti ta’ għajnuna ma jistax ikun ġustifikat meta l-għajnuna tkun maħsuba biex tikkumpensa lil xi operaturi nazzjonali minħabba l-iżvantaġġ komparattiv tagħhom li jirriżulta minn differenzi regolatorji jew fiskali meta mqabbla ma’ Stati Membri oħra. Għajnuna mill-Istat mhix strument adatt biex ikunu llivellati, favur ċerti operaturi, differenzi fil-gradi ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri. B’konsegwenza ta’ dan, il-fatt li l-livell ta’ dazji tas-sisa huwa għoli fil-Ġermanja – u għal hekk il-prezzijiet tad-diżil – fil-Ġermanja u tinħass illi hemm il-ħtieġa li jittaffa l-allegat żvantaġġ kompetittiv għal trasportaturi Ġermaniżi ta’ merkanzija stradali, ma jiġġustifikax ir-rabta bejn it-TRS u l-ħlas ta’ dazji tas-sisa. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-petrol huma wkoll għoljin fi Stati Membri oħra u trasportaturi tal-merkanzija minn dawk l-Istati Membri, li għal raġunijiet ġeografiċi u operattivi huwa anqas probabbli li jixtru fjuwil fil-Ġermanja, mhumiex sejrin jibbenefikaw l-istess mill-kumpens daqs trasportaturi Ġermaniżi tal-merkanzija.

(92)

Il-fatt li l-awtoritajiet Ġermaniżi jargumentaw li fil-preżent madwar 50 % tad-dħul mid-dazji tas-sisa jitwarrab għall-infrastruttura u t-TRS hija meħtieġa biex ikun evitat li trasportaturi tal-merkanzija jħallsu darbtejn għall-infrastruttura ma jippreġudikax din il-konklużjoni. L-ewwel, id-destinazzjoni finali ta’ dħul mit-taxxa mhix rilevanti biex ikun evaljat jekk teżistix diskriminazzjoni bejn trasportaturi Ġermaniżi tal-merkanzija u trasportaturi minn Stati Membri oħra. Id-differenza fil-piż tat-taxxa ma tistax tiġġustifika l-għoti ta’ l-għajnuna, irrispettivament mid-destinazzjoni tad-dħul mit-taxxa. It-tieni, 50 % tad-dħul biss huwa mwarrab għall-infrastruttura u minn din il-perċentwali ta’ dan il-50 %, parti kbira sejjer tintuża biex jitħallsu l-ispejjeż infrastrutturali tal-bqija tan-netwerk tat-toroq Ġermaniż li għalih m’hemmx ħtieġa ta’ pedaġġ. Għalhekk, ma jistax jingħad – kif jargumentaw l-awtoritajiet Ġermaniżi – li trasportaturi tal-merkanzija li jħallsu l-pedaġġ, kif ukoll id-dazji tas-sisa, qegħdin iħallsu kontribuzzjoni doppja għal spejjeż ta’ infrastruttura, minħabba li d-dħul minn dazji tas-sisa huwa użat biss b’mod marġinali biex jiffinanzja infrastruttura li ma tenħtieġx pedaġġ. B’konsegwenza ta’ dan, il-fatt li d-dħul mid-dazji tas-sisa qieghed jintuża parzjalment biex jiffinanzja infrastruttura ma jistax jiġġustifika r-rabta bejn ir-rimborż tal-pedaġġ u lanqas il-ħlas ta’ dazji tas-sisa.

(93)

Barra minn hekk, għandu jkun innutat li l-karattru ta’ pedaġġ u dak ta’ dazju tas-sisa huma differenti. Pedaġġ huwa ħlas għall-użu ta’ servizz u dazju tas-sisa huwa taxxa. Kif diġà ġie nnutat fil-kapitolu 5.2.3 ta’ din id-deċiżjoni, il-ġrajjiet li taw lok għal perċezzjoni huma differenti: l-użu ta’ awtostrada fil-każ ta’ pedaġġ, u l-konsum taż-żejt minerali fil-każ ta’ dazji tas-sisa.

(94)

Meqjus dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ma tarax li hemm ġustifikazzjoni oġġettiva biex ikun hemm rabta bejn tnaqqis fil-ħlasijiet ta’ pedaġġ u l-ammont ta’ dazji tas-sisa mħallsa f’territorju Ġermaniż. B’konsegwenza ta’ dan, m’hemmx ġustifikazzjoni oġġettiva li tista’ ssostni d-differenza fit-trattament bejn trasportaturi ta’ merkanzija li jimlew it-tank tagħhom fil-Ġermanja u trasportaturi tal-merkanzija li jimlew it-tank tagħhom barra mill-Ġermanja minħabba li dawn huma oġġettivament fl-istess sitwazzjoni.

(95)

Fid-dawl ta’ dawn l-argumenti, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-miżura ta’ għajnuna ma tħarisx il-prinċipju li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni minħabba li l-miżura tirriżulta f’diskriminazzjoni de facto kontra trasportaturi barranin ta’ merkanzija stradali, u, għal din ir-raġuni biss, għandha titqies bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

(96)

Barra minn hekk, il-miżura ta’ għajnuna lanqas ma tħares l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 1999/62/KE (Eurovignette), li jistipula li ħlasijiet ta’ pedaġġ u u minn utenti ma jistgħux jiddiskriminaw, direttament jew indirettament, minħabba ċ-ċittadinanza tat-trasportatur tal-merkanzija jew l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-vettura.

(97)

Din id-dispożizzjoni hija biss espressjoni partikolari ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari, ta’ liġi tat-trasport, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq ċittadinanza, post ta’ stabbiliment jew il-punt ta’ tluq jew id-destinazzjoni tat-trasport. Dan il-prinċipju kien applikat b’mod konsistenti mill-imħallfin tal-Komunità (54), inkluż fil-każ speċifiku ta’ pedaġġi tat-toroq (55).

(98)

Skond każistika stabbilita tajjeb, huwa ċar mill-iskema ġenerali tat-Trattat li proċedura li tikkonċerna l-kompatibilità ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni ma għandha qatt tipproduċi riżultat li jkun kuntrarju għad-dispożizzjonjiet speċifiċi tat-Trattat (56). Il-Qorti sostniet ukoll li dawk l-aspetti ta’ għajnuna li jmorru kontra dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat, barra mill-Artikoli 87 u 88, jistgħu jkunu marbutin tant li ma jkunux jistgħu jinħallu ma’ l-iskop prinċipali ta’ l-għajnuna, li jkun impossibbli li jkunu evalwati għalihom waħidhom (57). Għal-motivi kif imfissra hawn fuq, il-miżura kkontemplata tikser il-prinċipju li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni, u, b’mod partikolari, l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 1999/62. Dan il-ksur huwa inerenti fil-mekkaniżmu tat-TRS u hu, għalhekk, marbut magħha b’mod indissolubbli. Dan jikkostitwixxi motiv ieħor li għandu jwassal lill-Kummissjoni tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

(99)

Il-Kummissjoni tfakkar lill-awtoritajiet Ġermaniżi li, f’każ li huma jqisu l-ħlasijiet globali għal trasportaturi ta’ merkanzija stradali fil-Ġermanja bħala għoljin wisq, huma jistgħu, fil-limiti ta’ miżuri eżistenti ta’ armonizzazzjoni f’livell Komunitarju, jimmodifikaw it-taxxa fuq il-vetturi jew il-livell ta’ dazji tas-sisa. Dawn huma miżuri orizzontali u ġenerali li fil-prinċipju la ma huma se jġibu diskriminazzjoni diretta u lanqas diskriminazzjoni de facto.

Ħtieġa u proporzjonalità

(100)

Il-Kummissjoni tqis li l-ħtieġa għall-għajnuna ma ntwerietx. L-awtoritajiet Ġermaniżi jargumentaw li l-miżura għandha titqies fid-dawl tat-tranżizzjoni li attwalment qegħdin iwettqu l-awtoritajiet Ġermaniżi minn ħlas għal awtostrada bbażat fuq taxxa għal ħlas minn utenti bbażat fuq kilometraġġ. Il-Kummissjoni tifhem ix-xewqa li jiddaħħlu miżuri transitorji minħabba ż-żieda fil-ħlasijiet totali għal trasportaturi tal-merkanzija stradali, iżda tinnota li l-livell tal-pedaġġ ġie ffissat f’livell iktar baxx minn dak inizjalment ippjanat, jiġifieri għal 12,6 ċenteżmi għal kull km, minflok għal 15-il ċenteżmu għal kull km. Li ż-żieda ppjanata fir-rata tal-pedaġġ ma ssirx kien ikun mezz iktar dirett bħala kumpens f’perjodu transitorju milli li r-rata tal-pedaġġ tiżdied sa 15-il ċenteżmu għal kull km u fl-istess ħin tiddaħħal it-TRS u jingħata rimborż ta’ 2,6 ċenteżmi għal kull km. Barra minn hekk, ir-rata iktar baxxa applikabbli bħal issa tapplika bl-istess mod għat-trasportaturi kollha ta’ merkanzija stradali li jużaw awtostradi Ġermaniżi u, għalhekk, mhix diskriminatorja. Ir-rimborż ippjanat kien ibiddel dan il-bilanċ, ħaġa li mhix meħrieġa biex tinkiseb il-mira maħsuba.

(101)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi ma pprovdewx argumenti favur it-TRS li jistgħu ikunu ta’ kontro-bilanċ għall-ogħla piż amministrattiv, għal trasportaturi ta’ merkanzija stradali, ta’ l-introduzzjoni teknikament komplikata tat-TRS hekk kif imqabbla mas-sempliċi żamma tar-rata tal-pedaġġ aktar baxxa. Trasportaturi ta’ merkanzija stradali għandhom jippreżentaw riċevuti minn pompi tal-petrol jew kupuni ta’ kumpanija ta’ karti ta’ kreditu mill-Ġermanja, kull waħda turi n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura konċernata, u talba għal rimborż tal-pedaġġ fiż-żmien adattat kull sena. Dan il-piż x’aktarx ikun partikolarment tqil għal utenti ta’ kultant ta’ awtostradi fil-Ġermanja, partikolarment minn Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni tfakkar lill-awtoritajiet Ġermaniżi li jistgħu jżidu l-livell tal-pedaġġ f’kull żmien, bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/62/KE ikunu tqiesu, meta jqisu li dan ikun meħtieġ.

(102)

Fid-dawl ta’ dawn l-argumenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ta’ għajnuna lanqas ma tħaris il-prinċipju ta’ neċessità, u dan għal darb’oħra jikkostitwixxi motiv suffiċjenti biex tkun iddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni.

Distorsjoni tal-kompetizzjoni kuntrarja għall-interess komuni

(103)

Meqjus dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tqis li l-aħħar kundizzjoni ta’ l-Artikolu 3.1.b tar-Regolament 1107/70 li l-għajnuna m’għandhiex tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni sal-punt li jkun kontra l-interess komuni lanqas mhi mħarsa. Kif imfisser hawn fuq, l-għajnuna ser tiffavorixxi mingħajr ħtieġa lil trasportaturi tal-merkanzija Ġermaniżi mill-kompetituri tagħhom minn Stati Membri oħra, u dan huwa kontra t-tħaddim sewwa tas-suq tat-trasport komuni u l-prinċipju ewlieni tal-libertà li jingħata trasport. Għal dan il-motiv, ukoll, l-għajnuna għandha tkun iddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni.

(104)

Fl-aħħarnett, għandu jkun innutat li l-awtoritajiet Ġermaniżi ma invokaw ebda motiv ta’ kompatibilità ħlief l-Artikolu 73 tal-KE. F’kull każ, il-Kummissjoni tikkonferma l-evalwazzjoni preliminari tagħha fil-paragrafu 57 tad-deċiżjoni li tiftaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni: l-għajnuna ma tistax tkun dikjarata kompatibbli skond l-Artikolu 87, paragrafu 3, a), b) u c), tabilħaqq lanqas bis-saħħa ta’ kull deroga oħra.

6.   KONKLUŻJONI

(105)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-TRS hija miżura ta’ għajnuna li ma tħarisx il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 73 u l-Artikolu 3.1.b tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70 u hija, għalhekk, inkompatibbli mas-suq komuni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja qiegħda tippjana li timplimenta u li hija bbażata fuq it-Taqsima 3, il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 1 tal-Liġi dwar l-impożizzjoni ta’ ħlasijiet ibbażati fuq kilometraġġ għall-użu ta’ awtostradi minn vetturi kbar tal-merkanzija hija inkompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)   ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(2)   ĠU C 202, 27.8.2003, p. 5.

(3)   ĠU C 202, 27.8.2003, p. 5.

(4)   ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42.

(5)  Dan kien ikkonfermat minn studju li sar minn Ősterreichisches Institut für Raumplanung, Vjenna, fejn il-konklużjoni kienet li l-ispejjeż ta’ l-infrastruttura kienu determinati tajjeb skond id-Direttiva 1999/62/KE.

(6)  227 miljun għal kull 100 km; 227 × 30 : 100 = 68 miljun.

(7)  227 : 68 = 3,3.

(8)  600 : 227 = 2,6.

(9)  2,6 × 3,3 = 8,6 (Ċenteżmi).

(10)  BGBl. G 5702, 2002, Parti I Nru 23, ippubblikat f’Bonn fil-11 ta’ April 2002, p. 1234, modifikat mil-Liġi datata t-28 ta’ Ġunju 2003, BGBl. I, p. 1050.

(11)  Ordni Statutorja dwar l-iffissar tar-rata ta’ pedaġġ għal vetturi kbar tal-merkanzija, l-24 ta’ Ġunju 2003, BGBl. I, p. 1001.

(12)  BGBl. I, pp. 2150, 2185; 1993, p. 169.

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi ta’ dazji tas-sisa għal żjut minerali; ĠU L 316, 31.10.1992, p. 12. Mill-1 ta’ Jannar 2004, id-Direttiva 92/81/KEE kienet sostitwita bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003, li rristrutturat il-qafas Komunitarju għat-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ l-enerġija u ta’ l-elettriku, ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(14)  Il-Belġju: FEBETRA (Fédération Royale Belge des Transporteurs) mibgħuta fil-11 ta’ Settembru 2003 u rreġistrata fil-15 ta’ Settembru 2003 (A/29597); SAV (De Beroepsorganisatie van de Vlaamse Goederentransport Ondernemers en Logistieke Dienstverleners), mibgħuta fil-15 ta’ Settembru 2003 u rreġistrata fid-19 ta’ Settembru 2003 (A/30036); id-Danimark: DTL (Dansk Transport og Logistik), mibgħuta fis-26 ta’ Settembru 2003 u rreġistrata fit-30 ta’ Settembru 2003 (A/30852); il-Ġermanja: BGL (Bundesverband Güterverkehr Logistik und Entsorgung), mibgħuta fit-22 ta’ Settembru 2003 u rreġistrata fit-23 ta’ Settembru 2003 (A/30304); l-Olanda: TLN (Transport en Logistiek Nederland), mibgħuta fil-25 ta’ Settembru 2003 u rreġistrata fis-26 ta’ Settembru 2003 (A/30535); Spanja: ASTIC (Asociación del Transporte Internacional por Carretera), mibgħuta fis-26 ta’ Settembru 2003 u rreġistrata fit-13 ta’ Ottubru 2003 (A/31891); ATRADICE (Asociación de Empresas de Transporte de la Región Centro), mibgħuta fil-25 ta’ Settembru 2003 u rreġistrata fis-26 ta’ Settembru 2003 (A/30540); CETM (Confederación Española de Transporte de Mercancías) mibgħuta fis-26 ta’ Settembru u rreġistrata fid-9 ta’ Ottubru (A/31648); FENADISMER (Federación Nacional de Asociaciones de Transporte de España) mibgħuta fil-25 ta’ Settembru 2003 u rreġistrata fl-2003 (A/30502); FROET (Federación Regional de Organizaciones Empresariales de Transporte de Murcia), mibgħuta fit-22 ta’ Settembru 2003 u rreġistrata fit-23 ta’ Settembru 2003 (A/30273).

(15)  Ir-Renju Unit: Rappreżentazzjoni Permanenti, mibgħuta fit-2 ta’ Ottubru 2003 u rreġistrata fit-8 ta’ Ottubru 2003 (A/31558); Spanja: Dirección general de Transportes del Ministerio de Fomento, mibgħuta fl-24 ta’ Settembru 2003 u rreġistrata fis-26 ta’ Settembru 2003 (A/30588).

(16)  Kontribuzzjonijiet li jiddefendu s-sistema ta’ rimborż: BGL u r-Renju Unit.

(17)  ASTIC, ATRADICE, CEMT, Dirección general de Transportes del Ministerio de Fomento, DTL, FEBETRA, FROET, SAV, TLN.

(18)  Ara eż. ASTIC.

(19)  Ara eż. DTL, FROET.

(20)  Ara eż. TLN.

(21)  Ara eż. ATRADICE, ASTIC, CEMT, FROET.

(22)  Ara eż. ATRADICE.

(23)  Ara eż. ASTIC, ATRADICE, CEMT.

(24)  Ara eż. ASTIC, CEMT.

(25)  F’dan il-kuntest, partijiet interessati jirreferu għall-Kawża C-6/97, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni, [1999] Ġabra I-2981, b’mod partikolari il-par. 21.

(26)  Ara eż. ATRADICE, CEMT, FROET.

(27)  Ara eż. ASTIC, ATRADICE, CEMT.

(28)  Issa l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE dwar it-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ l-enerġija, ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(29)  Ara pereż Dirección general de Transportes del Ministerio de Fomento.

(30)  ASTIC, ATRADICE, CEMT.

(31)  Ara il-Kawża C-205/98, Il-Kummissjoni vs l-Awstrija – [2000], Ġabra I-07367, b’mod partikolari il-punti 76, 78 u 86); C-6/97, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni, [1999], Ġabra I-2981, b’mod partikolari il-punti 15, 21, 23; il-Kawża C-200/97 Ecotrade [1998] Ġabra I-7907; il-Kawża C-90/94, Haar Petroleum [1997], Ġabra I-4085, b’mod partikolari il-punti 34, 35, 37 u 40.

(32)  F’dan il-kuntest, issir referenza wkoll għal Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika ta’ l-Awstrija b’mod partikolari l-punti 76, 78, 85, 86, 101 u 104.

(33)  Bħan-nuqqas ta’ sessjonijiet ta’ ħidma awtorizzati għall-installazzjoni ta’ OBUs, in-nuqqas ta’ aċċess ta’ trasportaturi ta’ merkanzija stradali għas-sistema ta’ l-Internet, il-problema ta’ reġistrazzjoni u bdil ta’ rotot u l-problema tal-lingwa f’terminali, forom insuffiċjenti ta’ ħlas (OBU, Internet, Terminal), problemi ta’ lingwa, eċċ.

(34)  Ara wkoll l-kawżi konġunti C-430/99 u C-431/99 Sea-Land Service u Nedlloyd Lijnen), il-punt 43 u b’mod partikolari il-punti 85, 101, 120 u 122-123.

(35)  Ara wkoll Haar Petroleum b’mod partikolari il-punti 34, 35, 37 u 40.

(36)  Lejn ħlas gradwali għall-użu ta’ infrastruttura, paġna 71

(37)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar ħlas għal vetturi kbar tal-merkanzija li jużaw ċerta infrastruttura (COM(2003) 448 finali).

(38)   ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3.

(39)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 tas-26 ta’ Marzu 1992 dwar aċċess għas-suq fit-trasport ta’ merkanzija stradali fil-Komunità lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew mit-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar (ĠU L 95, 9.4.1992, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93 tal-25 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom trasportaturi mhux residenti jistgħu jħaddmu servizzi nazzjonali ta’ trasport ta’ merkanzija stradali fi Stat Membru (ĠU L 279, 12.11.1993, p. 1).

(40)   “ Il-Politika Ewropea tat-trasport għall-2010: żmien li niddeċiedu ”, il-Kummissjoni Ewropea 2001, Tabella 3, p. 72.

(41)  L-Artikolu preċedenti 8.4 tad-Direttiva 92/81/KEE.

(42)   ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1.

(43)  Il-Kawża C-276/97 Il-Kummissjoni vs Franza, [2000] Ġabra I-6251, il-punt 36. Ftehimiet UE-il-Bulgarija u Hongria, C-211/01, il-punt 50 (għadhom m’humiex ippubblikati).

(44)  L-Artikolu 19(1) jistipula li l-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jawtorizza lil kull Stat Membru li jintroduċi eżenzjonijiet jew tnaqqis ulterjuri minħabba konsiderazzjonijiet speċifiċi ta’ politika.

(45)   ĠU L 130, 15.6.1970, p. 1.

(46)   Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2002, N 287/02 – Danimarka (ĠU C 34, 13.2.2003, p. 7), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2001, N 500/01 – Ir-Renju Unit, Network Grants to Licensed Heavy Rail Infrastructure Managers (ĠU C 333, 28.11.2001, p. 7); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Ġunju 2001, N 219/01 – l-Awstrija (ĠU C 224, 1.9.2001, p. 2); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 1999, N 617/98 – L-Olanda (Utrecht) (ĠU C 71, 11.3.2000, p. 7); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 1999, N 412/98 – l-Italja (Marche) (ĠU C 55, 26.2.2000, p. 11); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 1999, N 121/99 – l-Awstrija (ĠU C 245, 28.8.1999, p. 2); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 1999, N 588/98 – id-Danimarka, (ĠU C 166, 12.6.1999, p. 6); Ara wkoll Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ għajnuna għall-koordinazzjoni ta’ trasport bilferrovija, stradali u kanali ta’ navigazzjoni interna COM(2000) 5 finali tas-26.7.2000.

(47)  Il-Kawża C-156/98, Sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, [2000] Ġabra I-6857, paragrafi 86 u 87

(48)  Il-Kawża C-351/98, Sentenza tas-26.9.2002, Spanja vs Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-8031, par. 57: “Għandu l-ewwelnett ikun innutat li l-argument tal-Kummissjoni li hemm diskriminazjoni kontra impriżi minn Stati Membri oħra, minħabba li l-mekkaniżmu jagħmel aċċess għall-għajnuna iktar diffiċli għalihom, huwa mingħajr bażi. …. Miżura biex issostni l-investiment adottata minn awtorità pubblika tista’ fiha nfisha tapplika biss fir-rigward tat-territorju li għalih tkun responsabbli u l-awtorità ma tistax tkun ikkritikata talli ma estendietx il-benefiċċju tal-miżura għal impriżi mhux stabbiliti fit-territorju tagħha, lminħabba li dawn l-impriżi jkunu f’pożizzjoni kompletament differenti vis-à-vis l-awtorità minn impriżi stabbiliti fit-territorju. Dik id-dikjarazzjoni, madankollu, ma tfissirx li din il-miżura ta’ sostenn ma tistax tkun ikklassifikata bħala ‘għajnuna skond l-Artikolu 92(1) tat-Trattat jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn dik id-dispożizzjoni.’ ”

(49)   Sors: Rapport dwar l-effetti ekonomiċi fuq trasportaturi ta’ merkanzija stradali tas-sistema ta’ rimborż Ġermaniża marbuta mas-sistema ta’ pedaġġ għal vetturi kbar tal-merkanzija, 21.4.2005, Konsulenti u Inġiniera MVV.

(50)  Ara wkoll Ir-rapport dwar l-effetti ekonomiċi fuq trasportaturi ta’ merkanzija stradali tas-sistema ta’ rimborż Ġermaniża marbuta mas-sistema ta’ pedaġġ għal vetturi kbar tal-merkanzija, 21.4.2005, Konsulenti u Inġiniera MVV.

(51)  L-indikatur għall-użu ta’ l-awtostradi minn vetturi huwa l-prestazzjoni tat-trasport imkejla f’kilometri ta’ vettura.

(52)  Kawża C-381/93, Il-Kummissjoni vs Franza [1994] Ġabra I-5145, paragrafi. 17-21, u l-Kawża C-92/01, Stylianakis [2003] Ġabra I-1291, paragrafu 25.

(53)  Ara n-nota fil-qiegħ tal-paġna 25. Ara wkoll il-Kawża C-298/00 P, l-Italja vs il-Kummissjoni [2004] Ġabra I-4087, paragrafi 61-62, il-Kawża C-382/99, Netherlans vs il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-5163, paragrafi 60-66, C-6/97, l-Italja vs il-Kummissjoni, par. 22.

(54)  Il-Kawża C-18/93, Corsica Ferries Italja, [1994] Ġabra I-1783, par. 35; Stylianakis par. 25.

(55)   Il-Kummissjoni vs l-Awstrija, paragrafi 74-88 u 109-115.

(56)  Il-Kawża 73/79 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1980] Ġabra 1533, para. 11.

(57)  Il-Kawża 74/76 Iannelli & Volpi vs Meroni [1977] Ġabra 557.


21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta' Frar 2009

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward id-dħul tal-Botswana fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1031)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/151/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-frażi tal-introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8 u l-punt (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tiġbor il-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ħajjin, minbarra l-ekwini, u tal-laħam frisk ta’ annimali ta’ din ix-xorta, inklużi l-ekwini, imma teskludi l-preparazzjonijiet tal-laħam.

(2)

Id-Deċiżjoni 79/542/KEE tistipula li l-importazzjonijiet tal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem huma permessi biss jekk dan il-laħam ikun ġej minn territorju ta’ pajjiż terz jew xi parti minnu mniżżel fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, u jekk il-laħam frisk jilħaq ir-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju għal dan il-laħam fi qbil mal-mudelli stipulati fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, waqt li jkunu kkunsidrati l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha jew il-garanziji supplimentari kollha meħtieġa għal dan il-laħam.

(3)

Il-Botswana hija mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE u tqassmet f’territorji differenti primarjament skont l-istatus tas-saħħa tal-annimali tagħhom. Dawn it-territorji huma awtorizzati li jesportaw il-laħam frisk mingħajr għadam u maturat tal-annimali domestiċi bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż domestikati, u ta’ ċerti annimali mhux domestikati miżmuma fl-irziezet u slavaġ (“laħam frisk”) lejn il-Komunità.

(4)

Fl-20 ta’ Ottubru 2008 kienet issospettata tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’razzett fid-distrett ta’ Ghanzi li hu fiż-żona ta’ kontroll 12 tal-mard veterinarju fil-Botswana. Malli kienet ikkonfermata t-tifqigħa, l-awtorità kompetenti fil-Botswana ssospendiet l-esportazzjonijiet tal-laħam frisk lejn il-Komunità mill-pajjiż kollu.

(5)

Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk lejn il-Komunità miż-żona ta’ kontroll 12 tal-mard veterinarju fil-Botswana ma ġiex awtorizzat aktar skont id-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/4/KE (3).

(6)

Meta jitqies li l-awtorità kompetenti fil-Botswana pprovdiet biżżejjed garanziji dwar il-miżuri li ttieħdu biex it-tixrid tal-marda jiġi kkontrollat li kienu effettivi fl-eliminazzjoni tal-infezzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, huwa xieraq li terġa’ tiddaħħal iż-żona ta’ kontroll 12 tal-mard veterinarju biex b’hekk jerġgħu jitħallew l-esportazzjonijiet ta’ laħam frisk lejn il-Komunità minn dik iż-żona.

(7)

Il-Parti 1 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Frar 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.

(3)   ĠU L 2, 6.1.2009, p. 11.


ANNESS

“PARTI 1

Lista tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom (*1)

Pajjiż

Kodiċi tat-Territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

7

8

AL – L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

AR – L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

AR-1

Il-Provinċji ta’: Buenos Aires, Catamarca, Corrientes (ħlief id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar) Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Parti minn Neuquén (minbarra t-territorju inkluż f’AR-4), Parti minn Rio Negro (minbarra t-territorju inkluż f’AR-4), San Juan, San Luis, Santa Fe, Tucuman, Cordoba, La Pampa, Santiago del Estero, Chaco Formosa, Jujuy u Salta, ħlief iż-żona buffer ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa

BOV

A

1

 

It-18 ta’ Marzu 2005

RUF

A

1

 

L-1 ta’ Diċembru 2007

AR-2

Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego

BOV, OVI, RUW, RUF

 

 

 

L-1 ta’ Marzu 2002

AR-3

Corrientes: id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar

BOV

RUF

A

1

 

L-1 ta’ Diċembru 2007

AR-4

Parti minn Río Negro (minbarra: f’Avellaneda, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Provinċjali 7 u fil-Lvant tat-triq Provinċjali 250; f’Conesa, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 2;f’El Cuy, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-Triq Provinċjali 7 minn fejn taqsam it-Triq Provinċjali 66 sal-fruntiera tad-Dipartiment ta’ Avellaneda; u f’San Antonio, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-toroq Provinċjali 250 u 2) Parti minn Neuquén (minbarra fi Confluencia, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 17, u f’Picun Leufú, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 17)

BOV, OVI, RUW, RUF

 

 

 

L-1 ta’ Awwissu 2008

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

BA – Il-Bożnja Ħerzegovina

BA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BH – Il-Baħrejn

BH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BR-1

L-Istat ta’ Minas Gerais L-Istat ta’ Espírito Santo; L-Istat ta’ Goiás; L-Istat ta’ Mato Grosso L-Istat ta’ Rio Grande Do Sul L-Istat ta’ Mato Grosso Do Sul (minbarra minbarra ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il km mill-fruntieri esterni fil-muniċipji ta’ Porto Mutinho, Caracol, Bela Vista, Antônio João, Ponta Porã, Aral Moreira, Coronel Sapucaia, Paranhos, Sete Quedas, Japora’ u Mundo Novo u ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza fil-muniċipji ta’ Corumbá u Ladário).

BOV

A u H

1

 

L-1 ta’ Diċembru 2008

BR-2

L-Istat ta’ Santa Catarina

BOV

A u H

1

 

fil-31 ta’ Jannar 2008.

BR-3

L-Istati ta’ Paraná u São Paulo

BOV

A u H

1

 

L-1 ta’ Awwissu 2008

BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

BW-1

Iż-żoni ta’ kontroll 3c, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18 tal-mard veterinarju

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

L-1 ta’ Diċembru 2007

BW-2

Iż-żoni ta’ kontroll 10, 11, 13 u 14 tal-mard veterinarju

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

Is-7 ta’ Marzu 2002

BW-3

Iż-żona ta’ kontrol 12 tal-mard veterinarju

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

L-20 ta’ Ottubru 2008

L-20 ta’ Jannar 2009

BY – Il-Belarus

BY-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BZ – Il-Beliże

BZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW

G

 

 

 

CH – L-Iżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

*

 

 

 

 

CL – Iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF

 

 

 

 

CN – Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

CO – Il-Kolombja

CO-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

CR – Il-Kosta Rika

CR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

CU – Kuba

CU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

DZ – L-Alġerija

DZ-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

ET –L-Etjopja

ET-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

FK – Il-Gżejjer Falkland

FK-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

GL – Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

GT – Il-Gwatemala

GT-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

HN – Il-Ħonduras

HN-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

IL - L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

IS – L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

KE – Il-Kenja

KE-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MA – Il-Marokk

MA-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

ME – Il-Montenegro

ME-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MK – Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (3)

MK-0

Il-pajjiż kollu

OVI, EQU

 

 

 

 

MU – Il-Mawrizju

MU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

NA-1

Lejn in-Nofsinhar tal-parametri taż-żona magħluqa li jestendu minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

 

NC – Il-Kaledonja l-Ġdida

NC-0

Il-pajjiż kollu

BOV, RUF, RUW

 

 

 

 

NI – In-Nikaragwa

NI-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

NZ – In-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

PA – Il-Panama

PA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

PY – Il-Paragwaj

PY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

PY-1

Il-pajjiż kollu minbarra ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il km mill-fruntieri esterni

BOV

A

1

 

L-1 ta’ Awwissu 2008

RS – Is-Serbja (4)

RS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

RU – Il-Federazzjoni Russa

RU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

RU-1

RU – Il-Federazzjoni Russa

RUF

 

 

 

 

SV- El Salvador

SV-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

SZ – Is-Sważiland

SZ-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

SZ-1

Iż-żona fil-Punent tal-parametri ta’ ‘linja ħamra’ li testendi lejn it-Tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntiera mal-Afrika t’Isfel, fil-Punent ta’ Nkalashane,

BOV, RUF, RUW

F

1

 

 

SZ-2

Iż-żoni veterinarji ta’ sorveljanza u tal-kontroll tat-tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ippubblikati bħala Strument Statutorju taħt l-avviż legali numru 51 tal-2001

BOV, RUF, RUW

F

1

 

L-4 ta’ Awwissu 2003

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TR-1

Il-provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

EQU

 

 

 

 

UA – L-Ukrajna

UA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW

G

 

 

 

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BOV

A

1

 

L-1 ta’ Novembru 2001.

OVI

A

1

 

 

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

ZA-1

Il-pajjiż kollu minbarra:

il-parti taż-żona ta’ kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta’ Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona fuq il-fruntiera mal-Botswana fil-Lvant ta’ lonġitudni 28°, u

d-distrett ta’ Camperdown, fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

*

=

Ċertifikati skont il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

=

Ma huwa previst l-ebda ċertifikat u l-importazzjonijiet tal-laħam frisk huma pprojbiti (minbarra dawk l-ispeċji fejn hemm indikat fil-linja għall-pajjiż kollu).

1

=

Restrizzjonijiet tal-kategorija

Il-ġewwieni mhuwiex awtorizzat (ħlief, fil-każ tal-ispeċi tal-bovini, id-dijaframma u l-muskoli masseteri).”


(*1)  Bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni pprovduti fi ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi.

(1)  Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 7 jista’ jiġi importat lejn il-Komunità għal 90 jum minn din id-data. Il-konsenji fuq baħar miftuħ jistgħu jiġu importati lejn il-Komunità jekk jiġu ċċertifikati qabel id-data indikata fil-kolonna 7 għal 40 jum minn din id-data.(NB: l-ebda data fil-kolonna 7 ma tfisser li ma hemmx restrizzjonijiet taż-żmien).

(2)  Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 8 biss jista’ jiġi importat lejn il-Komunità (l-ebda data fil-kolonna 8 ma tfisser li ma hemmx restrizzjonijiet taż-żmien).

(3)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; il-kodiċi provviżorju li ma jippreġudikax bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun miftiehem wara l-konklużjoni tan-negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti dwar dan is-suġġett.

(4)  Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.


21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.