ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 49

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
20 ta' Frar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 139/2009 tad-19 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 140/2009 tad-19 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2009 tad-19 ta’ Frar 2009 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/2009 tad-19 ta’ Frar 2009 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/2009 tad-19 ta’ Frar 2009 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 144/2009 tad-19 ta’ Frar 2009 li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

12

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2009/144/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2009 li testendi l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri fid-Deċiżjoni 2002/148/KE li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet maż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-ACP-KE

15

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/145/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2008 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 15/2006 (eks N 291/2000) li Franza qed tippjana li timplimenta favur Pilkington/Interpane (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7799)  ( 1 )

18

 

 

2009/146/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2009 dwar il-ħatra tal-membri u l-konsulenti tal-Kumitati Xjentifiċi u l-Grupp imwaqqaf mid-Deċiżjoni 2008/721/KE

33

 

 

2009/147/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2009 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2008 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1013)

43

 

 

2009/148/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/883/KE rigward il-Brażil li tikkonċerna d-data minn meta ġiet awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċertu laħam frisk tal-bovini (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1040)  ( 1 )

46

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE ( ĠU L 268, 14.9.1992 . Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3 Volum 13)

48

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 139/2009

tad-19 ta’ Frar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

129,4

JO

62,0

MA

46,5

TN

132,6

TR

75,4

ZZ

89,2

0707 00 05

JO

161,3

MA

88,2

TR

177,4

ZZ

142,3

0709 90 70

JO

239,8

MA

69,2

TR

119,2

ZZ

142,7

0709 90 80

EG

94,1

ZZ

94,1

0805 10 20

EG

41,1

IL

53,2

MA

53,4

TN

44,6

TR

65,3

ZZ

51,5

0805 20 10

IL

145,4

MA

99,4

TR

73,0

ZZ

105,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

75,3

IL

82,3

JM

119,0

MA

112,2

PK

52,7

TR

62,2

ZZ

84,0

0805 50 10

EG

81,5

MA

44,0

TR

60,2

ZZ

61,9

0808 10 80

CA

89,7

CL

67,7

CN

93,5

MK

25,2

US

118,0

ZZ

78,8

0808 20 50

AR

112,5

CL

73,7

CN

75,9

US

119,1

ZA

109,2

ZZ

98,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 140/2009

tad-19 ta’ Frar 2009

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet tal-prodotti msemmija fil-Parti XVI ta' l-Anness għar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f’dak tal-Komunità tista’ tiġi koperta minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, għandhom ikunu ffissati r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni skond ir-regoli u skond ċerti kriterji pprovduti bl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, għandhom ikunu ffissati r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni skond ir-regoli u skond ċerti kriterji pprovduti bl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(4)

Skond il-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbblika Dominikana rigward il-protezzjoni fuq l-importazzjoni tal-ħalib tat-trab fir-Repubblika Dominikana (2) approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/486/KE (3), ċerta kwantità ta' prodotti tal-ħalib Komunitarji esportati lejn ir-Repubblika Dominikana jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis tad-dazji doganali. B'hekk, ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni mogħtija lill-prodotti esportati skond din l-iskema għandhom jitnaqqsu b'ċertu perċentwal.

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni provduti bl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet provduti bl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 (4).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 218, 6.8.1998, p. 46.

(3)   ĠU L 218, 6.8.1998, p. 45.

(4)   ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4.


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib mill-20 ta’ Frar 2009

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

0401 30 31 9100

L20

EUR/100 kg

10,43

0401 30 31 9400

L20

EUR/100 kg

16,34

0401 30 31 9700

L20

EUR/100 kg

18,02

0401 30 39 9100

L20

EUR/100 kg

10,43

0401 30 39 9400

L20

EUR/100 kg

16,34

0401 30 39 9700

L20

EUR/100 kg

18,02

0401 30 91 9100

L20

EUR/100 kg

20,56

0401 30 99 9100

L20

EUR/100 kg

20,56

0401 30 99 9500

L20

EUR/100 kg

30,26

0402 10 11 9000

L20  (1)

EUR/100 kg

19,00

0402 10 19 9000

L20  (1)

EUR/100 kg

19,00

0402 10 99 9000

L20

EUR/100 kg

19,00

0402 21 11 9200

L20

EUR/100 kg

19,00

0402 21 11 9300

L20

EUR/100 kg

26,35

0402 21 11 9500

L20

EUR/100 kg

27,36

0402 21 11 9900

L20  (1)

EUR/100 kg

29,00

0402 21 17 9000

L20

EUR/100 kg

19,00

0402 21 19 9300

L20

EUR/100 kg

26,35

0402 21 19 9500

L20

EUR/100 kg

27,36

0402 21 19 9900

L20  (1)

EUR/100 kg

29,00

0402 21 91 9100

L20

EUR/100 kg

29,16

0402 21 91 9200

L20  (1)

EUR/100 kg

29,32

0402 21 91 9350

L20

EUR/100 kg

29,59

0402 21 99 9100

L20

EUR/100 kg

29,16

0402 21 99 9200

L20  (1)

EUR/100 kg

29,32

0402 21 99 9300

L20

EUR/100 kg

29,59

0402 21 99 9400

L20

EUR/100 kg

30,99

0402 21 99 9500

L20

EUR/100 kg

31,49

0402 21 99 9600

L20

EUR/100 kg

33,46

0402 21 99 9700

L20

EUR/100 kg

34,55

0402 29 15 9200

L20

EUR/100 kg

19,00

0402 29 15 9300

L20

EUR/100 kg

26,35

0402 29 15 9500

L20

EUR/100 kg

27,36

0402 29 19 9300

L20

EUR/100 kg

26,35

0402 29 19 9500

L20

EUR/100 kg

27,36

0402 29 19 9900

L20

EUR/100 kg

29,00

0402 29 99 9100

L20

EUR/100 kg

29,16

0402 29 99 9500

L20

EUR/100 kg

30,99

0402 91 10 9370

L20

EUR/100 kg

2,88

0402 91 30 9300

L20

EUR/100 kg

3,41

0402 91 99 9000

L20

EUR/100 kg

20,56

0402 99 10 9350

L20

EUR/100 kg

7,41

0402 99 31 9300

L20

EUR/100 kg

10,43

0403 90 11 9000

L20

EUR/100 kg

19,00

0403 90 13 9200

L20

EUR/100 kg

19,00

0403 90 13 9300

L20

EUR/100 kg

26,35

0403 90 13 9500

L20

EUR/100 kg

27,36

0403 90 13 9900

L20

EUR/100 kg

29,00

0403 90 33 9400

L20

EUR/100 kg

26,35

0403 90 59 9310

L20

EUR/100 kg

10,43

0403 90 59 9340

L20

EUR/100 kg

16,34

0403 90 59 9370

L20

EUR/100 kg

18,02

0404 90 21 9120

L20

EUR/100 kg

16,21

0404 90 21 9160

L20

EUR/100 kg

19,00

0404 90 23 9120

L20

EUR/100 kg

19,00

0404 90 23 9130

L20

EUR/100 kg

26,35

0404 90 23 9140

L20

EUR/100 kg

27,36

0404 90 23 9150

L20

EUR/100 kg

29,00

0404 90 81 9100

L20

EUR/100 kg

19,00

0404 90 83 9110

L20

EUR/100 kg

19,00

0404 90 83 9130

L20

EUR/100 kg

26,35

0404 90 83 9150

L20

EUR/100 kg

27,36

0404 90 83 9170

L20

EUR/100 kg

29,00

0405 10 11 9500

L20

EUR/100 kg

53,66

0405 10 11 9700

L20

EUR/100 kg

55,00

0405 10 19 9500

L20

EUR/100 kg

53,66

0405 10 19 9700

L20

EUR/100 kg

55,00

0405 10 30 9100

L20

EUR/100 kg

53,66

0405 10 30 9300

L20

EUR/100 kg

55,00

0405 10 30 9700

L20

EUR/100 kg

55,00

0405 10 50 9500

L20

EUR/100 kg

53,66

0405 10 50 9700

L20

EUR/100 kg

55,00

0405 10 90 9000

L20

EUR/100 kg

57,01

0405 20 90 9500

L20

EUR/100 kg

50,30

0405 20 90 9700

L20

EUR/100 kg

52,32

0405 90 10 9000

L20

EUR/100 kg

66,60

0405 90 90 9000

L20

EUR/100 kg

55,00

0406 10 20 9640

L04

EUR/100 kg

11,78

L40

EUR/100 kg

14,72

0406 10 20 9650

L04

EUR/100 kg

9,82

L40

EUR/100 kg

12,27

0406 10 20 9830

L04

EUR/100 kg

7,03

L40

EUR/100 kg

8,79

0406 10 20 9850

L04

EUR/100 kg

6,85

L40

EUR/100 kg

8,56

0406 20 90 9913

L04

EUR/100 kg

8,54

L40

EUR/100 kg

10,68

0406 20 90 9915

L04

EUR/100 kg

11,61

L40

EUR/100 kg

14,51

0406 20 90 9917

L04

EUR/100 kg

12,34

L40

EUR/100 kg

15,42

0406 20 90 9919

L04

EUR/100 kg

13,79

L40

EUR/100 kg

17,24

0406 30 31 9730

L04

EUR/100 kg

5,29

L40

EUR/100 kg

6,61

0406 30 31 9930

L04

EUR/100 kg

5,69

L40

EUR/100 kg

7,11

0406 30 31 9950

L04

EUR/100 kg

5,17

L40

EUR/100 kg

6,46

0406 30 39 9500

L04

EUR/100 kg

4,62

L40

EUR/100 kg

5,77

0406 30 39 9700

L04

EUR/100 kg

4,96

L40

EUR/100 kg

6,20

0406 30 39 9930

L04

EUR/100 kg

5,31

L40

EUR/100 kg

6,64

0406 30 39 9950

L04

EUR/100 kg

5,11

L40

EUR/100 kg

6,39

0406 40 50 9000

L04

EUR/100 kg

12,47

L40

EUR/100 kg

15,59

0406 40 90 9000

L04

EUR/100 kg

13,82

L40

EUR/100 kg

17,28

0406 90 13 9000

L04

EUR/100 kg

17,58

L40

EUR/100 kg

21,98

0406 90 15 9100

L04

EUR/100 kg

18,17

L40

EUR/100 kg

22,71

0406 90 17 9100

L04

EUR/100 kg

18,17

L40

EUR/100 kg

22,71

0406 90 21 9900

L04

EUR/100 kg

17,60

L40

EUR/100 kg

22,00

0406 90 23 9900

L04

EUR/100 kg

15,93

L40

EUR/100 kg

19,91

0406 90 25 9900

L04

EUR/100 kg

15,53

L40

EUR/100 kg

19,41

0406 90 27 9900

L04

EUR/100 kg

14,06

L40

EUR/100 kg

17,58

0406 90 32 9119

L04

EUR/100 kg

13,02

L40

EUR/100 kg

16,28

0406 90 35 9190

L04

EUR/100 kg

18,63

L40

EUR/100 kg

23,29

0406 90 35 9990

L04

EUR/100 kg

18,63

L40

EUR/100 kg

23,29

0406 90 37 9000

L04

EUR/100 kg

17,58

L40

EUR/100 kg

21,98

0406 90 61 9000

L04

EUR/100 kg

20,31

L40

EUR/100 kg

25,39

0406 90 63 9100

L04

EUR/100 kg

19,93

L40

EUR/100 kg

24,91

0406 90 63 9900

L04

EUR/100 kg

19,93

L40

EUR/100 kg

24,91

0406 90 69 9910

L04

EUR/100 kg

19,56

L40

EUR/100 kg

24,45

0406 90 73 9900

L04

EUR/100 kg

16,20

L40

EUR/100 kg

20,25

0406 90 75 9900

L04

EUR/100 kg

16,61

L40

EUR/100 kg

20,76

0406 90 76 9300

L04

EUR/100 kg

14,65

L40

EUR/100 kg

18,31

0406 90 76 9400

L04

EUR/100 kg

16,41

L40

EUR/100 kg

20,51

0406 90 76 9500

L04

EUR/100 kg

15,02

L40

EUR/100 kg

18,77

0406 90 78 9100

L04

EUR/100 kg

16,53

L40

EUR/100 kg

20,66

0406 90 78 9300

L04

EUR/100 kg

15,87

L40

EUR/100 kg

19,84

0406 90 79 9900

L04

EUR/100 kg

13,22

L40

EUR/100 kg

16,53

0406 90 81 9900

L04

EUR/100 kg

16,41

L40

EUR/100 kg

20,51

0406 90 85 9930

L04

EUR/100 kg

18,12

L40

EUR/100 kg

22,65

0406 90 85 9970

L04

EUR/100 kg

16,61

L40

EUR/100 kg

20,76

0406 90 86 9200

L04

EUR/100 kg

17,30

L40

EUR/100 kg

21,63

0406 90 86 9400

L04

EUR/100 kg

17,60

L40

EUR/100 kg

22,00

0406 90 86 9900

L04

EUR/100 kg

18,12

L40

EUR/100 kg

22,65

0406 90 87 9300

L04

EUR/100 kg

15,89

L40

EUR/100 kg

19,86

0406 90 87 9400

L04

EUR/100 kg

15,61

L40

EUR/100 kg

19,51

0406 90 87 9951

L04

EUR/100 kg

16,12

L40

EUR/100 kg

20,15

0406 90 87 9971

L04

EUR/100 kg

16,12

L40

EUR/100 kg

20,15

0406 90 87 9973

L04

EUR/100 kg

15,82

L40

EUR/100 kg

19,78

0406 90 87 9974

L04

EUR/100 kg

16,85

L40

EUR/100 kg

21,06

0406 90 87 9975

L04

EUR/100 kg

16,50

L40

EUR/100 kg

20,63

0406 90 87 9979

L04

EUR/100 kg

15,93

L40

EUR/100 kg

19,91

0406 90 88 9300

L04

EUR/100 kg

13,82

L40

EUR/100 kg

17,28

0406 90 88 9500

L04

EUR/100 kg

13,52

L40

EUR/100 kg

16,90

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma ddefiniti kif ġej:

L20

:

Id-destinazzjonijiet kollha għajr:

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

(b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta' Livigno u Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv

(ċ)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jagħmilx parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

(d)

id-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 36(1), l-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11).

L04

:

l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, is-Serbja, Kosovo (), il-Montenegro u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

L40

:

Id-destinazzjonijiet kollha għajr:

(a)

pajjiżi terzi: L04, Andorra, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Kroazja, it-Turkija, l-Awstralja, il-Kanada, in-New Zealand u l-Afrika t'Isfel;

(b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta' Livigno u Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

(ċ)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jagħmilx parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

(d)

id-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 36(1), l-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11).


(1)  F'dak li jirrigwarda l-prodotti rilevanti maħsubin għall-esportazzjoni lejn ir-Repubblika Dominikana skond il-kwota għall-2008/2009 msemmija fid-Deċiżjoni 98/486/KE, u fil-ħarsien tal-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu III, Sezzjoni 3, tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006, għandhom japplikaw ir-rati li ġejjin:

(a)

għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0402 10 11 9000 u 0402 10 19 9000

0,00 EUR/100 kg

(b)

għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0402 21 11 9900 , 0402 21 19 9900 , 0402 21 91 9200 u 0402 21 99 9200

0,00 EUR/100 kg

(*1)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.


20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 141/2009

tad-19 ta’ Frar 2009

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’reazzoni għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu ta' rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fis-17 ta’ Frar 2009.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) 619/2008 għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fis-17 ta’ Frar 2009, l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-prodotti u destinazzjoniet imsemmija fl-Artikolu 1(a) u (b) u fl-Artikolu 2 rispettivament tar-Regolament imsemmi huma stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)   ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


ANNESS

(EUR/100 kg)

Prodott

Kodiċi tan-nomenklatura għar-rifużjoni għall-esportazzjoni

L-ammont massimu ta' refużjoni tal-esportazzjoni għall-esportazzjoni fid-destinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 619/2008

Butir

ex ex 0405 10 19 9700

60,00

Żejt tal-butir (butteroil)

ex ex 0405 90 10 9000

73,00


20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 142/2009

tad-19 ta’ Frar 2009

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ ta' l-offerti mressqa b’reazzoni għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu ta' rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fis-17 ta’ Frar 2009.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fis-17 ta’ Frar 2009, l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(a) u (b) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi hu ffissat EUR 21,98/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)   ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 143/2009

tad-19 ta’ Frar 2009

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (2) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2009 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

114,6

0

BR

116,4

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

129,4

0

BR

124,6

0

AR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

213,4

26

BR

252,7

14

AR

282,7

5

CL

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

192,0

6

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

125,5

5

BR

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

213,5

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

194,6

31

BR

251,3

14

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

422,1

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

426,2

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

234,8

16

BR

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

602,4

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ ZZ ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 144/2009

tad-19 ta’ Frar 2009

li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 162(1)b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li d-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq internazzjonali għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(p) u mniżżla fil-Parti XVI tal-Anness I ta' dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta' esportazzjoni fejn dawn l-oġġetti huma esportati fis-suq ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX ta' dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tas-sistema tal-konċessjoni ta' rifużjonijiet fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fl-għamla ta' oġġetti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji sabiex jiġi ffissat l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li se jkollhom rata ta' rifużjoni ffissata, li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati f'sura ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont it-tieni paragrafu, is-subparagrafu (a) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta' rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi kkonċernati għandha tiġi ffissata għal perjodu tal-istess tul bħal dak tar-rifużjonijiet li huma ffissati għall-istess prodotti esportati mingħajr ma ġew ipproċessati.

(4)

L-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikultura konkluż taħt ir-Rawnd tal-Urugwaj jistipula li r-rifużjoni tal-esportazzjoni ta' prodott li jinsab f'oġġett ma tistax taqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr aktar proċessar.

(5)

Madankollu, fil-każ ta' ċerti prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat, hemm il-periklu li, jekk ir-rati ta' rifużjoni għoljin ikunu ffissati bil-quddiem, l-impenji b'rigward għal dawk ir-rifużjonijiet jistgħu jitqiegħdu fil-periklu. Għalhekk, sabiex jiġi evitat dan il-periklu, jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni, iżda mingħajr ma tiġi prekluża l-konklużjoni ta' kuntratti fit-tul. L-iffissar ta' rati ta' rifużjoni speċifiċi għall-iffissar bil-quddiem ta' rifużjonijiet b'rigward ta' dawk il-prodotti għandu jippermetti li jiġu ssodisfatti dawk iż-żewġ għanijiet.

(6)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jistipula li, meta r-rata tar-rifużjoni tkun iffissata, jitqiesu, fejn xieraq, ir-rifużjonijiet tal-produzzjoni, l-għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli fl-Istati Membri kollha skont ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew għal prodotti assimilati.

(7)

L-Artikolu 100(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula l-ħlas ta' għajnuna għall-ħalib xkumat prodott fil-Komunità li hu proċessat f'kaseina jekk tali ħalib u l-kaseina prodotti minnu jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 b'rigward għall-miżuri għar-rimi tal-krema, il-butir u l-butir konċentrat (3) jistipula li l-butir u l-krema bi prezzijiet imnaqqsa għandhom ikunu disponibbli għall-industriji li jipproduċu ċerti oġġetti.

(9)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta' rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fil-Parti XVI tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fis-sura ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu ffissati kif stipulat fl-Anness ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1

(2)   ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.

(3)   ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1.


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-20 ta’ Frar 2009 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-trattat (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

19,00

19,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

 

 

(a)

Fejn merkanzija mħallta, bħala prodotti assimilati għal PG 3, butir bi prezz imraħħas jew krema miksuba insegwitu għar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

31,50

31,50

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

29,00

29,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fejn prodotti li jkollhom butir bi prezz imraħħas jew krema li ġiet prodotta bi qbil mal-kondizzjonijiet ipprovduti għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

55,00

55,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skond il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

56,28

56,28

(ċ)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

55,00

55,00


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijet lejn

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, l-Istati Uniti ta’ l-Amerka u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

(b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione fl-Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

(ċ)

It-territorji Ewropej li relazzjonijiet esterni tagħhom huma r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

(d)

id-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 36(1), l-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11).


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Frar 2009

li testendi l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri fid-Deċiżjoni 2002/148/KE li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet maż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-ACP-KE

(2009/144/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija tal-AKP-KE ffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija tal-AKP-KE (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/148/KE (4), il-konsultazzjonijiet mar-Repubblika taż-Żimbabwe skont l-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-AKP-KE ġew konklużi u ttieħdu miżuri adatti, kif speċifikat fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni,

(2)

Bid-Deċiżjoni 2008/158/KE (5), l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/148/KE, li ġiet estiża sal-20 ta' Frar 2004 bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/112/KE (6), sal-20 ta' Frar 2005 bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/157/KE (7), sal-20 ta' Frar 2006 bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/139/KE (8) sal-20 ta' Frar 2007 bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2006/114/KE (9) u sat-18 ta’ Frar 2008 bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2007/127/KE (10) ġiet estiża għal perijodu ieħor ta' 12-il xahar sal-20 ta' Frar 2009.

(3)

L-elementi essenzjali ċċitati fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija tal-AKP-KE għadhom qegħdin jiġu miksura mill-Gvern taż-Żimbabwe u l-kondizzjonijiet attwali fiż-Żimbabwe ma jiżgurawx ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt.

(4)

Il-perijodu ta' applikazzjoni tal-miżuri għandu għalhekk jiġi estiż,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-perijodu ta' applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/148/KE għandu jkun estiż sal-20 ta’ Frar 2010. Il-miżuri għandhom jinżammu taħt reviżjoni kontinwa.

L-ittra fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tkun indirizzata lill-President taż-Żimbabwe.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ŘÍMAN


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 26.

(3)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.

(4)   ĠU L 50, 21.2.2002, p. 64.

(5)   ĠU L 51, 26.2.2008, p. 19.

(6)   ĠU L 46, 20.2.2003, p. 25.

(7)   ĠU L 50, 20.2.2004, p. 60.

(8)   ĠU L 48, 19.2.2005, p. 28.

(9)   ĠU L 48, 18.2.2006, p. 26.

(10)   ĠU L 53, 22.2.2007, p. 23.


ANNESS

Brussell,

L-Unjoni Ewropea tagħti importanza kbira lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-AKP-KE. Bħala elementi essenzjali tal-Ftehim ta' Sħubija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istituzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt jiffurmaw il-bażi tar-relazzjonijiet tagħna.

Bl-ittra tad-19 ta' Frar 2002, l-Unjoni Ewropea infurmatek bid-Deċiżjoni tagħha li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet li saru skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija tal-AKP-KE u li tieħu ċerti “miżuri adatti” fis-sens tal-Artikolu 96(2)(c) ta' dak il-Ftehim.

Bl-ittri tad-19 ta’ Frar 2003, id-19 ta’ Frar 2004, it-18 ta' Frar 2005, il-15 ta' Frar 2006, il-21 ta' Frar 2007 u d-19 ta’ Frar 2008, l-Unjoni Ewropea infurmatek bid-deċiżjonijiet tagħha li ma kenitx ser tirrevoka l-“miżuri adatti” u li kienet ser testendi l-perijodu ta' applikazzjoni sal-20 ta' Frar 2004, l-20 ta' Frar 2005, l-20 ta' Frar 2006, l-20 ta' Frar 2007, l-20 ta' Frar 2008 u l-20 ta’ Frar 2009 rispettivament.

L-Unjoni Ewropea tilqa′ l-fatt li ntlaħaq qbil bejn il-partijiet fiż-Żimbabwe taħt il-gwida tal-SADC. Hi tittama li l-gvern il-ġdid ser juri l-impenn tiegħu għar-riforma, inkluż dik fir-rigward ta' l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni.

Madankollu, 12-il xahar wara l-adozzjoni tal-aħħar deċiżjoni dwar il-miżuri adatti, l-Unjoni Ewropea tqis li ma sar l-ebda progress sinifikanti fil-ħames oqsma msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002.

Fid-dawl tas-suespost, l-Unjoni Ewropea ma tqisx li tista′ tirrevoka l-miżuri adatti u ddeċidiet li testendi l-perijodu ta′ applikazzjoni tagħhom sal-20 ta' Frar 2010, filwaqt li tistenna l-ftuħ mill-ġdid tal-konsultazzjonijiet.

L-Unjoni Ewropea tixtieq terġa′ tenfasizza li mhix qiegħda tippenalizza lin-nies taż-Żimbabwe u li ser tkompli bil-kontribut tagħha għall-operazzjonijiet ta' natura umanitarja u għall-proġetti b'sostenn dirett tal-popolazzjoni, fi proġetti partikolari fis-setturi soċjali, id-demokratizzazzjoni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, li mhumiex affettwati b'dawn il-miżuri.

L-Unjoni Ewropea tixtieq ittenni li l-applikazzjoni tal-miżuri adatti fis-sens ta' l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija tal-AKP-KE ma' toħloq ebda xkiel għad-djalogu politiku kif previst fl-Artikolu 8 ta' dak il-Ftehim.

B′dan il-ħsieb, l-Unjoni Ewropea tixtieq għal darba oħra tenfasizza l-importanza li hi tagħti lill-koperazzjoni futura bejn il-KE u ż-Zimbabwe u tikkonferma r-rieda tagħha li tkompli bid-djalogu u li fil-futur qrib tagħmel progress lejn sitwazzjoni fejn terġa′ ssir possibbli koperazzjoni sħiħa.

Dejjem tiegħek,

Ghall-Kummissjoni

Għall-Kunsill


Kummissjoni

20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Diċembru 2008

dwar l-Għajnuna mill-Istat C 15/2006 (eks N 291/2000) li Franza qed tippjana li timplimenta favur Pilkington/Interpane

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7799)

(Il-verżjoni bil-Franċiż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/145/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament ta’ Proċedura”), b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli (2) msemmija hawn fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra datata t-22 ta’ Mejju 2000, irreġistrata fil-25 ta’ Mejju 2000 (A/34298), Franza nnotifikat, skont id-dispożizzjonijiet tal-qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment (3) (minn issa ‘l quddiem: “MSF 1998”), għajnuna favur żewġ kumpaniji pubbliċi Franċiżi Pilkington France SAS u Interpane Glass Coating France SAS li jappartjenu b’mod konġunt liż-żewġ gruppi internazzjonali li jimmanifatturaw il-ħġieġ Interpane u Pinkington. Fis-7 ta’ Ġunju 2000, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali. Franza ppreżentat informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri datati t-13 ta’ Ġunju 2000, irreġistrata fl-14 ta’ Ġunju 2000 (A/34798), it-30 ta’ Ġunju 2000, irreġistrata fit-3 ta’ Lulju 2000 (A/35410), u t-30 ta’ Ġunju 2000, irreġistrata fit-3 ta’ Lulju 2000 (A/35411).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tagħha tas-17 ta’ Awwissu 2000 (4) (minn issa ‘l quddiem “id-Deċiżjoni 2000”), il-Kummissjoni approvat, taħt ir-referenza SG(2000) D/106264, l-intensità ta’ għajnuna lil Pilkington/Interpane innotifikata skont l-MFS 1998.

(3)

Intbagħtu rapporti annwali minn Franza, b’kooperazzjoni mal-kumpaniji benefiċjarji tal-għajnuna, fis-17 ta’ Ottubru 2002, fit-18 ta’ Awwissu 2003, u fil-31 ta’ Awwissu 2004 fil-qafas tal-kontroll sussegwenti tal-applikazzjoni korretta tad-deċiżjonijiet meħuda fil-qafas tal-MSF 1998 (punt 6.4) u b’mod konformi mad-Deċiżjoni 2000.

(4)

Permezz ta’ ittra datata t-13 ta’ Jannar 2005, irreġistrata fl-istess ġurnata (A/30447), u permezz ta’ ittra datata t-13 ta’ Ġunju 2005, irreġistrata fl-14 ta’ Ġunju 2005 (A/34734), l-awtoritajiet Franċiżi infurmaw lill-Kummissjoni li l-informazzjoni sottomessa fin-notifika li wasslet għad-Deċiżjoni 2000 ma kinitx tajba, b’mod partikolari f’dak li kellu x’jaqsam mal-kalkolu tal-ammont ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju, u talbu lill-Kummissjoni biex tibdel id-Deċiżjoni 2000.

(5)

Permezz ta’ ittra datata s-6 ta’ Marzu 2006 (D/57979), b’mod konformi mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Proċedura, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Franċiżi biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-intenzjoni tagħha li tirrevoka d-deċiżjoni. L-awtoritajiet Franċiżi issottomettew l-opinjonijiet tagħhom permezz ta’ e-mail datata s-16 ta’ Marzu 2006, irreġistrata fis-17 ta’ Marzu 2006 (A/32057).

(6)

Permezz ta’ ittra datata s-26 ta’ April 2006, il-Kummissjoni infurmat lil Franza dwar id-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-għajnuna msemmija sabiex tirrevoka d-deċiżjoni tagħha tas-17 ta’ Awwissu 2000 u tadotta deċiżjoni ġdida. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna fil-kwistjoni.

(7)

Franza ssottomettiet il-kummenti tagħha permezz ta’ e-Mail fit-2 ta’ Ġunju 2006.

(8)

Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti dwar dan min-naħa tal-partijiet interessati.

(9)

Permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Settembru 2007 (D/53668), il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali. Franza ppreżentat risposta parzjali permezz ta’ ittra datata l-21 ta’ Diċembru 2007 (A/40607), u kkompletat din ir-risposta permezz ta’ e-Mail datata t-30 ta’ Mejju 2008 (A/10204).

(10)

Permezz ta’ e-Mails datati s-16 ta’ Settembru u d-19 ta’ Settembru 2008 (A/19328 u A/19263), Franza ssottomettiet informazzjoni ġdida, li tkompliet permezz ta’ e-Mail datata l-24 ta’ Ottubru 2008 (A/22746).

2.   DESKRIZZJONI TAL-GĦAJNUNA

2.1.   Il-benefiċjarji tal-għajnuna

(11)

Id-deskrizzjoni tal-benefiċjariu hawn taħt turi s-sitwazzjoni hekk kif kienet fis-sena 2000.

2.1.1.   Il-kumpaniji kkonċernati

(12)

Fin-notifika tagħha tas-sena 2000, Franza infurmat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tagħti għajnuna reġjonali lil żewġ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata Franċiżi (inkorporati fil-forma ta’ sociétés par actions simplifiées), li jappartjenu b’mod konġunt lil żewġ gruppi li jimmanifatturaw il-ħġieġ, Interpane u Pilkington, u li jisimhom rispettivament Pilkington Glass France SAS u Interpane Glass Coating France SAS (“PGF/IGCF”).

(13)

Is-sjieda tal-kumpaniji konġunti mhix maqsuma b’mod indaqs bejn iż-żewġ impriżi ewlenin (ara d-dijagramma 1):

PGF hija 51 % proprjetà ta’ Pilkington u 49 % proprjetà ta’ Interpane,

IGCF hija 51 % proprjetà ta’ Interpane u 49 % proprjetà ta’ Pilkington.

Figura 1

Struttura legali tal-kumpaniji.

Image 1

(14)

Iż-żewġ kumpaniji ġodda benefiċjarji tal-għajnuniet pubbliċi huma impriżi konġunti ta’ produzzjoni. Dawn mhux ser jaġixxu b’mod awtonomu fis-suq. L-attivitajiet tagħhom ser ikunu immirati biss biex jipprovdu lill-impriżi ewlenin bi ħġieġ ċatt “float” mhux ipproċessat u li għadda minn ipproċessar tal-ewwel stadju għall-konsum proprju tagħhom jew għall-bejgħ ulterjuri fuq is-suq.

2.1.2.   It-twaqqif tal-impriżi konġunti

(15)

It-twaqqif tal-impriżi konġunti kien is-suġġett ta’ notifika, permezz ta’ ittra datata s-7 ta’ April 2000, skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (6), sabiex tinkiseb eżenzjoni individwali skont l-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE.

(16)

Il-partijiet li ppreżentaw in-notifika qablu li n-notifika tiġi ttrattata permezz ta’ ittra amministrattiva ta’ klassifikazzjoni.

(17)

Fid-29 ta’ Ġunju 2000, żewġ ittri amministrattivi ta’ klassifikazzjoni ġew indirizzati mill-Kummissjoni lil kull waħda mill-partijiet li ppreżentaw in-notifika, fejn infurmathom li:

il-ftehimiet jinkludu dispożizzjonijiet restrittivi tal-kompetizzjoni li jaqgħu taħt il-projbizzjoni tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE;

id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni jikkunsidra li l-partijiet li ppreżentaw in-notifika issottomettew ġustifikazzjonijiet suffiċjenti li jippermettu l-konklużjoni li l-kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE huma ssodisfati;

b’konsegwenza ta’ dan, id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni jikkunsidra li mhux meħtieġ li tingħalaq il-proċedura u jipproponi li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE, skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament nru.17 (7) ta’ qabel.

(18)

Dawn l-ittri amministrattivi ta’ klassifikazzjoni ntbagħtu wara analiżi ekonomika tas-sitwazzjoni, li tista’ tiġi sinteżizzata kif ġej:

L-operazzjoni nnotifikata tikkonsisti fit-twaqqif ta’ żewġ impriżi konġunti ta’ kooperazzjoni;

Il-ftehimiet innotifikati jikkonċernaw:

(a)

il-produzzjoni mill-impriżi konġunti ta’ prodotti mhux ipproċessati jew ta’ prodotti intermedjarji li jinbidlu fi prodotti lesti mill-fondaturi jew mibjugħa min-netwerks ta’ distribuzzjoni tagħhom stess;

(b)

il-forniment esklużiv mill-impriżi konġunti lill-fondaturi; dan il-ftehim huwa anċillari għall-istabbiliment tal-impriżi konġunti minħabba li wieħed ma jistax jifirdu mill-impriżi konġunti mingħajr ma jipperikola l-eżistenza ta’ dan;

Teżisti preżunzjoni serja li l-impriżi konġunti jaqgħu fl-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE, peress li:

(a)

l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva huwa probabli bejn impriżi konġunti;

(b)

il-kooperazzjoni bejn żewġ kompetituri kbar tista’ twassal għall-koordinazzjoni tal-aġir tal-partijiet fis-suq ikkonċentrat ħafna tal-ħġieġ miksi.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni analizza l-ftehimiet fid-dawl tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE u kkonkluda li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) huma ssodisfati, wara li l-partijiet ikkonfermaw li l-klawżola 2 tal-ftehim ta’ forniment esklużiv tneħħiet. Din il-klawżola, li n-natura anċillari tagħha kienet dubjuża, kienet tistipula li Pilkington u Interpane setgħu fi kwalunkwe ħin jiksbu provvisti skont il-ħtiġijiet tagħhom minn fabbriki differenti miż-żewġ impriżi konġunti.

2.1.3.   L-imsieħba

(19)

L-impriżi benefiċjarji jappartjenu b’mod konġunt liż-żewġ gruppi internazzjonali Interpane u Pilkington li jimmanifatturaw il-ħġieġ.

(20)

Il-kumpanija Interpane twaqqfet fl-1971 mis-Sur Georg Hesselbach, proprjetarju maġġoritarju attwali u president tal-bord tad-diretturi tal-grupp Interpane. Illum il-grupp huwa attiv fid-dinja kollha fl-industrija tal-ħġieġ għall-bini u oqsma relatati (manifattura ta’ twieqi fil-Ġermanja u fl-Istati Uniti, manifattura ta’ tagħmir għall-industrija tal-ħġieġ fil-Ġermanja).

(21)

Fl-Ewropa, l-attivitajiet tal-grupp (15-il kumpanija fl-1999) huma ċċentrati fuq it-trattament, l-ipproċessar u l-irkupru tal-ħġieġ għall-bini. Mill-1998, Interpane fetħet fi Franza wara li nxtraw żewġ kumpaniji tal-ipproċessar tal-ħġieġ (f’Hoerdt fl-Alsazja u f’Mitry-Mory fir-reġjun ta’ Pariġi). Il-kumpaniji sussidjarji Ewropej huma miġbura taħt il-kumpanija holding Interpane Glas Industrie AG bl-uffiċċju prinċipali tagħha fi 37697 Lauenförde fil-Ġermanja. Din il-kumpanija holding hija 88 % proprjetà tal-familja Hesselbach u 12 % proprjetà tal-bank pubbliku Ġermaniż Nord/LB.

(22)

Il-kumpanija holding għandha, flimkien mal-kumpanija holding Olandiża Interpane NV, bil-medjazzjoni tal-kumpanija holding Interpane Glass Manufacturing BV, l-ishma tal-grupp Interpane fil-kumpaniji konġunti benefiċjarji tal-għajnuna. Interpane NV u Interpane Glass Manufacturing BV ġew stabbiliti b’mod speċjali għal din l-operazzjoni. Huma l-proprjetà tal-familja Hesselbach biss jew b’mod konġunt ma’ Nord/LB.

(23)

Il-grupp Pilkington huwa wieħed mill-gruppi ewlenin fis-settur tal-ħġieġ. L-attivitajiet tiegħu jkopru l-oqsma industrijali kollha ta’ dan is-settur: manifattura, trattament u pproċessar tal-ħġieġ għall-industrija tal-kostruzzjoni (49 % tal-attivitajiet) u l-industrija tal-karozzi (44 %), u produzzjoni ta’ ħġieġ speċjali. L-uffiċju prinċipali tal-grupp jinsab fl-Ingilterra. Il-grupp għandu 24 kumpanija sussidjarja ta’ manifattura mxerrda mad-dinja kollha (l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel, l-Ażja/il-Paċifiku).

(24)

L-ishma tal-grupp fil-kumpaniji konġunti li jinsabu fi Freyming-Merlebach huma miżmuma mill-kumpanija holding Olandiża Pilkington BV.

Tabella 1

Il-fatturat

NB: Il-figuri għal Interpane setgħu jinkisbu b’rata ta’ DM għal kull 3,35 FF (rata 1999). Il-figuri għal Pilkington setgħu jinkisbu b’rata ta’ £ għal kull 10,60 FF (rata 01/2000).

(F’miljuni ta’ EUR)

Grupp Interpane

 

Dinja/Ewropa (8)

Franza (9)

1996

107

0

1997

114

0

1998

118

0


Grupp Pilkington

 

Dinja

Ewropa

Franza

1996/1997

4 380

2 730

69,5

1997/1998

4 830

2 500

75,0

1998/1999

5 000

2 410

73,0

Tabella 2

L-impjegati tal-gruppi

(F’miljuni ta’ EUR)

Grupp Interpane

 

Id-Dinja

L-Ewropa (10)

Franza (11)

1996

MD

703

0

1997

MD

721

0

1998

1 748

732

65


Grupp Pilkington

 

Id-Dinja

L-Ewropa

Franza

1996/1997

39 100

24 200

537

1997/1998

37 800

23 500

524

1998/1999

32 300

20 500

497

2.2.   Il-proġett ta’ investiment

(25)

L-impriżi konġunti jinsabu fiż-żona ta’ impjieg ta’ Freyming-Merlebach li kienet żona assistita fit-termini tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE għall-perjodu 2000-2006 (12) li fih l-intensità ta’ għajnuniet pubbliċi għall-investiment tista’ tilħaq 15 % ESN (Ekwivalenti ta’ Sussidju Nett).

(26)

Skont l-informazzjoni ipprovduta minn Franza, il-proġett ta’ investiment huwa miżmum minn żewġ kumpaniji konġunti distinti minħabba koproprjetà tal-installazzjonijiet ta’ produzzjoni. Il-proġett ta’ investiment jibqa’ madankollu għalkollox integrat u uniku: l-impjant ta’ manifattura ta’ ħġieġ ċatt kien mill-bidunett destinat għall-forniment parzjali lill-impjant konġunt għall-ipproċessar tal-ħġieġ u dan it-tieni impjant jinsab fis-sit biss għax il-fornitur ta’ ħġieġ “float” jinsab maġenbu. Dejjem skont l-istess informazzjoni, l-integrazzjoni tal-proġett hija konkretizzata permezz tal-pożizzjoni tal-linji tal-proċess ta’ “floating” laminazzjoni u kisi fl-istess bini. Għaldaqstant, Franza tikkunsidra li l-proġett ta’ investiment konġunt fis-sit ta’ Lorraine huwa “investiment tanġibbli għall-ħolqien ta’ stabbiliment ġdid” fis-sens tal-punt 7.2 tal-MSF 1998. Hemm żewġ benefiċjarji tal-għajnuniet imma proġett ta’ investiment waħdieni huwa s-suġġett tal-għajnuniet pubbliċi.

(27)

Il-bidu tal-produzzjoni kien previst għall-aħħar tal-ewwel semestru 2001. Is-sistema sħiħa ta’ produzzjoni kienet prevista wara ħames snin ta’ ħidma, jiġifieri fl-2006-2007. Il-produzzjoni ta’ ħġieġ ċatt kellha tirrappreżenta 147 000 tunnellati fl-ewwel sena sħiħa 2001-2002 biex tilħaq progressivament volum ta’ prodotti li jistgħu jintużaw ta’ 260 000 tunnellati fis-sena meta tkun operattiva s-sistema sħiħa mill-2006.

(28)

Il-proġett għandu l-għan li jinbena impjant ta’ produzzjoni integrat tal-ħġieġ ċatt għall-bini li jinkludi attivitajiet ta’ manifattura ta’ ħġieġ mhux ipproċessat (float), ta’ qtugħ, ta’ pproċessar (permezz tal-kisi) u ta’ pproċessar tal-ħġieġ permezz ta’ laminazzjoni. Iċ-ċiklu previst tal-ħġieġ manifatturat huwa kif ġej:

Figura 2

Image 2

(29)

Permezz ta’ ittra datata t-13 ta’ Jannar 2005, l-awtoritajiet Franċiżi infurmaw lill-Kummissjoni li l-proġett kien inbidel. L-ispejjeż eliġibbli issa telgħu għal EUR 158,5 miljun f’valur nominali. In-numru ta’ impjiegi diretti maħluqa huwa ta’ 176 u n-numru ta’ impjiegi indiretti maħluqa huwa ta’ 150 (ara wkoll punt 5.2).

2.3.   Il-miżuri ta’ għajnuna

(30)

Il-volum ta’ għajnuniet mill-Istat stipulati huwa magħmul minn diversi miżuri li, jew jiddependu minn skemi ta’ ghajnuniet awtorizzati differenti, jew huma għajnuniet ad hoc individwali:

primjum għall-Ippjanar tal-Ispazju għall-proġetti industrijali (Regional Planning Grant - PAT),

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FERŻ),

għajnuna ad hoc għax-xiri ta’ art (tnaqqis fuq il-prezz tal-bejgħ),

għajnuna ad hoc għar-restawr tal-bini,

eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju,

self aġevolat mis-Société Financière pour favoriser l’industrialisation des Régions Minières (SOFIREM).

(31)

L-iskema PAT ġiet approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2000 (Nru 782/1999). L-iskema li tinkludi is-self SOFIREM ġiet approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 1989 (Nru. 2/89, hekk kif emendata wara l-introduzzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tali miżura ssir konformi mal-Linji gwida dwar l-għajnuniet tal-Istat bi skop reġjonali tal-1998 (13).

(32)

L-eżenzjoni fuq ħames snin mit-taxxa fuq in-negozju tirriżulta mill-Artikoli 1464 B u 1465 tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa (Code Général des Impôts - CGI), l-Ordni tas-16 ta’ Diċembru 1993, l-Ordni tal-24 ta’ Novembru 1980 u d-Digrieti 86/225, 80/921 u 80/922.

(33)

L-ammont totali attwali tal-għajnuniet jammonta għal EUR 17 106 280 f’valur nominali (ara wkoll punt 5.2).

3.   BIDU TAL-PROĊEDURA

3.1.   L-informazzjoni ġdida kkomunikata mill-awtoritajiet Franċiżi

(34)

Permezz ta’ ittra datata t-13 ta’ Jannar 2005, l-awtoritajiet Franċiżi infurmaw lill-Kummissjoni li, min-naħa waħda, il-proġett kien ġie mibdul u li, min-naħa l-oħra, l-ammont ta’ għajnuna relatat mal-eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju kien ġie stmat baxx wisq minn Franza.

(35)

It-total tal-ispejjeż eliġibbli leħqu l-ammont ta’ EUR 158,5 miljun f’valur nominali (EUR 164,7 miljun fid-Deċiżjoni 2000). Il-valur preżenti nett tal-ispejjeż eliġibbli jammontaw għal EUR 149,97 miljun. Il-proġett intemm f’Marzu 2005 u l-investimenti saru kollha. F’Marzu 2005, in-numru ta’ impjiegi diretti maħluqa kien ta’ 176 u n-numru ta’ impjiegi indiretti maħluqa kien ta’ 150 (rispettivament 245 u 260 fid-Deċiżjoni 2000).

(36)

Fl-ittra tagħhom tat-13 ta’ Jannar 2005, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikkjaraw li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju kienet stmata baxxa wisq għall-ewwel. Din issa tammonta għal EUR 6,28 miljun, li minnhom EUR 2,14 miljun diġà tħallsu (li jagħmlu parti mis-EUR 17,89 miljun ta’ għajnuniet pubbliċi diġà mħallsa) mill-Istat Franċiż. Din is-somma tikkorrispondi għall-ammont ta’ għajnuna qabel it-taxxa, għalhekk huija ekwivalenti għas-sussidju gross (Gross Grant Equivalent - GGE).

(37)

Il-bilanċ ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju ta’ EUR 4,14 miljun jagħmel parti mill-EUR 5,19 miljun li fadal jitħallsu mill-Istat Franċiż għall-proġett u li jirrappreżentaw l-aħħar porzjon li għalih hija meħtieġa awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-Kummissjoni, f’konformità mal-punt 6.2 tal-MSF 1998 u mad-Deċiżjoni 2000 li jipprevedu li l-aħħar porzjon kbir tal-għajnuna (pereżempju 25 %) ma jitħallasx qabel l-awtoritajiet Franċiżi jkunu vverifikaw li l-proġett ta’ investiment jitwettaq mill-impriżi f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(38)

Franza tispjega li d-differenza bejn l-ammont ta’ għajnuna nnotifikat fl-2000 hija ġġustifikat minħabba reviżjoni fiż-żieda tal-istima inizjali ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju.

(39)

Fl-aħħar nett, l-għajnuna totali se tkun ta’ EUR 23,09 miljun f’valur nominali (EUR 14,65 miljun f’valur preżenti nett). L-intensità tal-għajnuniet lill-proġett Pilkington/Interpane għalhekk tkun ta’ 14,65/149,97 = 9,77 % ta’ ekwivalenti tas-sussidju nett (ESN). Skont Franza, din l-intensità ta’ għajnuna hija inqas mill-intensità massima ammissibbli kkalkulata mill-ġdid (9,82 % fuq il-bażi tal-MSF 1998) biex tikkunsidra l-iżviluppi tal-parametri tal-proġett.

3.2.   Raġunijiet li wasslu għall-bidu tal-proċedura

(40)

L-elementi ġodda ta’ informazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi jagħtu lok għal intensità ta’ għajnuna massima ammissibbli ġdida (14). Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-kwestjoni tal-intensità jista’ jkollha importanza determinanti għad-deċiżjoni u għalhekk mhuwiex biżżejjed li jsiru emendi għad-Deċiżjoni 2000 tat-tip “corrigendum” għal żbalji tipografiċi. Fir-realtà, id-Deċiżjoni 2000 hija bbażata fuq informazzjoni żbaljata mgħoddija mill-awtoritajiet Franċiżi.

(41)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija obbligata li tirrevoka d-Deċiżjoni 2000 f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ proċedura li jistipula li “Il-Kummissjoni tista’ tirrevoka Deċiżjoni (…), wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibilità li jippreżenta l-opinjonijiet tiegħu, f’każ fejn din id-Deċiżjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni żbaljata mgħoddija matul il-proċedura u ta’ importanza determinanti għad-Deċiżjoni. Qabel ma tirrevoka Deċiżjoni u tadotta Deċiżjoni ġdida, il-Kummissjoni tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali f’konformità mal-Artikolu 4, paragrafu 4.”

(42)

Fl-ittra tagħhom tas-16 ta’ Marzu 2006, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati kemm fil-livell industrijali kif ukoll fil-livell ta’ għajnuniet ma jinvolvux taqlib sostanzjali tal-iskop tad-Deċiżjoni 2000 u li deċiżjoni ġdida fuq dan il-fajl ikollha impatt limitat fuq l-iżvilupp tagħha. F’din l-istess ittra, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikkjaraw li jaċċettaw il-proċedura kif definita fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ proċedura, li jimponi fuq il-Kummissjoni revoka inizjali u l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2000 u li tikkunsidra l-informazzjoni korretta li ngħatat lilha, wara l-ftuħ formali tal- proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE.

4.   KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(43)

Il-Kummissjoni ma rċevitx opinjonijiet dwar dan min-naħa tal-partijiet interessati.

5.   KUMMENTI TA’ FRANZA

5.1.   Ittra tat-2 ta’ Ġunju 2006

(44)

Franza ssottomettiet kummenti permezz ta’ e-Mail datata t-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura.

(45)

Franza tispjega li l-Kummissjoni ġiet infurmata dwar tibdil fil-proġett industrijali, b’konsiderazzjoni tal-iżvilupp tal-kundizzjonijiet tas-suq, u wkoll b’emendi fl-istima inizjali tal-għajnuniet. Id-dejta relatata mal-proġett industrijali nnifsu min-naħa, u d-dejta relatata mal-għajnuniet ġew spjegati f’ittra minn Franza tat-13 ta’ Jannar 2005. Franza tallega li l-emendi kollha ma jibdlux l-iskop ġenerali tad-Deċiżjoni 2000, u li l-għajnuniet mogħtija liż-żewġ impriżi jirrispettaw l-intensità massima awtorizzata permezz tal-MSF 1998.

(46)

It-tfassil tar-rapporti ta’ monitoraġġ tad-Deċiżjoni 2000 ġiegħel lill-awtoritajiet Franċiżi jirrevedu mill-ġdid l-informazzjoni kollha li serviet ta’ bażi għal din id-deċiżjoni. Waqt din ir-reviżjoni, l-awtoritajiet Franċiżi kkonstataw li żewġ elementi li jirrigwardaw l-għajnuniet kienu jibdlu l-informazzjoni tal-bidu li ntbagħtet lill-Kummissjoni:

L-istima tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju kellha tiġi riveduta,

Il-metodu ta’ kalkolu tal-ESN ukoll kellu jiġi rivedut, biex tiġi kkunsidrata r-realtà tat-tqassim tal-investimenti (artijiet, bini u tagħmir) u tal-impatt tat-tassazzjoni fuq l-għajnuniet kollha, li ma kienx sar meta ħarġet in-notifika.

(47)

L-ebda rabta partikolari ma teżisti bejn dawn iż-żewġ emendi. Madankollu meta jiġu kkunsidrati f’daqqa jinħoloq tibdil fl-ammont nominali tal-għajnuna u l-ESN tiegħu.

(48)

Fl-2000, meta ttella’ l-fajl ta’ appoġġ għall-proġett, l-iskema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju kienet tapplika għal bażi fiskali magħmula mill-valur tal-kera tal-assi fissi tanġibbli (artijiet, kostruzzjonijiet, restawri, tagħmir materjali, għamara, eċċ.) u minn porzjon tal-ammont ta’ salarji u remunerazzjonijiet imħallsa. Mill-2003, riforma tat-taxxa fuq in-negozju ma kkunsidratx is-salarji fil-bażi fiskali ta’ din it-taxxa. Minn din id-data ‘l hawn, it-taxxa fuq in-negozju hija bbażata biss fuq l-assi fissi.

(49)

Franza tispjega li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju kienet soġġetta għal żball materjali fil-bidu, wara l-kalkolu ta’ ipoteżijiet differenti fir-rigward tal-kalendarju tal-eżekuzzjoni tal-proġett industrijali. L-istima tal-bidu ma ġietx ikkoreġuta qabel l-2005, minħabba min-naħa waħda l-implikazzjoni ta’ servizzi differenti fil-bini u l-amministrazzjoni tad-dokument ta’ appoġġ tal-impriża u min-naħa l-oħra d-differenza fiż-żmien tal-effett ta’ din l-eżenzjoni. Ir-reviżjonijiet li saru wasslu lill-awtoritajiet Franċiżi biex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-rivalutazzjoni tal-istima tal-bidu fl-2005.

5.2.   Informazzjoni addizzjonali

(50)

Permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali sabiex tiċċara d-dettalji tal-proġett u tal-kalkolu tal-għajnuna mogħtija. Wara bosta talbiet ta’ estenzjoni taż-żmien ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni mitluba, Franza ppreżentat risposta parzjali permezz ta’ ittra datata l-21 ta’ Diċembru 2007. F’din l-ittra, Franza tikkonferma li l-proġett li ntemm f’Marzu 2005 huwa fil-fatt il-proġett previst fil-bidu meta ħarġet in-notifika.

(51)

L-informazzjoni nieqsa ġiet sottomessa wara estenzjonijiet oħra taż-żmien ta’ skadenza, permezz ta’ e-Mail datata t-30 ta’ Mejju 2008. Informazzjoni addizzjonali ġiet sottomessa permezz ta’ e-Mails datati s-16 u d-19 ta’ Settembru u l-24 ta’ Ottubru 2008. Din l-informazzjoni tirriżulta mill-kalkoli fuq id-dejta definittiva tal-proġett, kemm f’termini ta’ investimenti kif ukoll ta’ impjiegi maħluqa. L-għajnuniet marbuta mal-ħolqien ta’ impjiegi ġew ikkalkulati mill-ġdid mill-2006 biex jiġi kkunsidrat in-numru ta’ impjiegi maħluqa taħt il-previżjonijiet.

(52)

Fid-dawl ta’ dawn l-elementi ġodda, il-livell ta’ għajnuna mogħtija huwa inqas minn dak li kien ippjanat fl-2000 u fl-2005. L-ispejjeż eliġibbli tal-proġett jammontaw għal EUR 158,5 miljun (EUR 150,165 miljun f’valur preżenti nett). L-ammont totali ta’ għajnuniet mogħtija huwa ta’ EUR 17 106 280 (valur preżenti nett ta’ EUR 12 985 610), li jikkorrispondi ma’ intensità ta’ għajnuna ta’ 8,65 % ESN.

(53)

L-ammont (f’valur nominali) tal-aħħar porzjon ta’ għajnuna li m’għandux jingħata ħlief wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni (15) jammonta għal EUR 4 276 570. Franza tinforma madankollu lill-Kummissjoni li 4/5 ta’ dan l-ammont diġà ngħata u li l-bilanċ jammonta għal EUR 727 389 (f’valur nominali). Franza tirrikonoxxi b’hekk li antiċipat l-għotja tal-aħħar porzjon tal-25 % tal-għajnuna, imma din is-sitwazzjoni tirriżulta mill-iżbalji ta’ kalkoli tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju. L-awtoritajiet Franċiżi isostnu li fl-ebda ħin ma ppruvaw jaqbżu l-prerogattivi tal-Kummissjoni.

(54)

Minħabba l-bidliet (inqas impjiegi maħluqa milli previst), ċerti għajnuniet previsti kellhom jiġu rriveduti ‘l isfel. Pilkington kellha saħansitra tħallas lura f’Settembru 2007 pagament żejjed fir-rigward tal-PAT ta’ EUR 146 430. L-għajnuniet mogħtija riveduti għal dawn it-tliet miżuri issa telgħu għall-EUR 993 968 għall-PAT (li minnhom EUR 34 561 għadhom iridu jitħallsu), EUR 1 532 765 għall-FIL (16) (għajnuna marbuta mal-PAT, u li minnhom EUR 399 851 għadhom iridu jitħallsu) u EUR 694 426 għall-FIBM (17) (parti mill-għajnuna għar-restawr tal-bini, li minnhom EUR 64 304 għadhom iridu jitħallsu). Mat-total ta’ EUR 498 716 x’jitħallsu, wieħed irid iżid EUR 228 673 ta’ għajnuna tal-Kunsill Ġenerali, li jġib għal EUR 727 389 l-ammont miżmum fi stennija għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-ħlas tal-aħħar porzjon.

(55)

Franza tispjega li l-kumpanija PGF biss ibbenefikat mill-eżenzjoni tat-taxxa fuq in-negozju rigward l-istabbiliment li jinsab f’Seingbouse fuq il-perjodu 2001-2005 (IGCF ma bbenefikatx minn din l-eżenzjoni fuq il-perjodu kkunsidrat).

(56)

L-għajnuna li minnha bbenefikat PGF rigward l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 1465 tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi hija ugwali għad-differenzjlbejn il-kontribuzzjoni realment mħallsa mill-kumpanija u l-kontribuzzjoni li kieku ħallset fin-nuqqas ta’ eżenzjoni, dawn l-ammonti li ntgħażlu għall-ammont nett tagħhom, wara l-applikazzjoni, jekk ikun il-każ, tal-limitu skont il-valur miżjud (18). Dan l-ammont jammonta għal EUR 986 170 (eżenzjoni ta’ taxxa fuq in-negozju mogħtija lill-istabbiliment ta’ Seingbouse tal-kumpanija PGF, għal taxxi mill-2001 sal-2005).

(57)

L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li ma jistgħux jispjegaw l-iżball li sar fl-2005 fuq l-ammont li dakinhar ġie stmat għoli, għajr permezz ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn żewġ servizzi tal-Istat fuq in-natura tal-informazzjoni għall-produzzjoni fil-qafas tar-rapport annwali, u, tidher konfużjoni bejn it-tnaqqis li jirriżulta mil-limitu (miżura ġenerali) u l-eżenzjoni (miżura ta’ għajnuna).

(58)

Franza kkalkulat mill-ġdid l-ESN għat-total u għal kull wieħed mill-elementi ta’ għajnuna billi ħadet ir-rata ta’ tnaqqis applikabbli, jew 5,70 %. Kull wieħed mill-elementi ta’ għajnuna (ħlief l-għajnuna għall-art li mhix intaxxata) tqassam bejn il-bini (għal 19,24 %) u t-tagħmir (għal 78,82 %). Dan it-tqassim jerġa’ jistrieħ fuq ir-realtà tal-investiment, waqt li meta saret in-notifika dan il-kalkolu kien sar skont tqassim tipiku tal-bażi fiskali tal-għajnuna (5 % art, 50 % bini, 45 % tagħmir). Wara, il-parti integrata annwali tal-għajnuna hija kkalkulata, għal kull wieħed mill-elementi tal-għajnuna, skont il-perjodu ta’ ħlas (20 sena għall-bini u 7 snin għat-tagħmir). Ir-riżultati ta’ dawn il-kalkoli huma mniżżla fit-tabella li ġejja:

Tabella 3

Miżura ta’ għajnuna

Ammont ta’ għajnuna

(f’EUR, valur nominali)

Ammont ta’ għajnuna

(F’EUR, ESN)

PAT (u FIL)

2 526 740

 

1 623 160

 

FEDER

2 667 570

 

1 761 250

 

Għajnuna għax-xiri tal-art

2 816 000

 

2 816 000

 

Restawr tal-bini

7 974 690

 

6 100 300

 

li minnhom il-Kunsill Reġjonali

 

2 988 100

 

1 983 190

li minnhom il-Kunsill Ġenerali

 

1 753 160

 

1 126 820

li minnhom Distrett

 

2 539 000

 

2 539 000

li minnhom l-Istat (FIBM)

 

694 430

 

451 290

Eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju

986 170

 

593 730

 

SOFIREM

135 110

 

91 170

 

Total

17 106 280

12 985 610

Intensità tal-għajnuna

10,79  %

8,65  %

6.   EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

6.1.   Rimarki preliminari

(59)

Fis-17 ta’ Awwissu 2000, il-Kummissjoni approvat l-intensità ta’ għajnuna għal Pilkington/Interpane hekk kif innotifikata minn Franza fit-22 ta’ Mejju 2000. Wara, Franza infurmat lill-Kummissjoni li l-informazzjoni żbaljata kienet ingħatat fin-notifika tal-bidu u, peress li din l-informazzjoni hija fattur determinanti għad-deċiżjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet fis-26 ta’ April 2006 li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-għajnuna msemmija sabiex tirrevoka d-Deċiżjoni 2000 u tadotta deċiżjoni ġdida.

(60)

Id-Deċiżjoni 2000 tinkludi evalwazzjoni sħiħa tan-notifika. L-evalwazzjoni tad-Deċiżjoni 2000 hija inkluża f’din id-deċiżjoni bl-eċċezzjoni tal-elementi li għandhom jiġu kkoreġuti fid-dawl tal-informazzjoni sottomessa minn Franza fit-13 ta’ Jannar 2005, li kienet is-suġġett tad-deċiżjoni tal-ftuħ tas-26 ta’ April 2006, u tal-informazzjoni addizzjonali sottomessa lill-Kummissjoni.

6.1.1   Linji gwida applikabbli

(61)

Franza innotifikat l-għajnuna lil PGF/IGCF permezz ta’ ittra datata t-22 ta’ Mejju 2000, irreġistrata fil-25 ta’ Mejju 2000. Il-paragrafu 58 tal-Linji gwida li jirrigwardaw l-għajnuniet mill-Istat għal skop reġjonali għall-perjodu 2007-2013 (19) jistipula li “Il-proġetti ta’ investiment notifikabbli individwalment jiġu evalwati f’konformità mar-regoli applikabbli fid-data tan-notifika”. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proġett preżenti jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-MSF 1998 u għandu jiġi eżaminat fid-dawl tal-imsemmi qafas.

6.1.2   Fatti rilevanti

(62)

L-evalwazzjoni preżenti tikkunsidra l-fatti u s-sitwazzjonijiet hekk kif kienu jeżistu fid-data tan-notifika tal-22 ta’ Mejju 2000.

(63)

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni fuq il-bażi ta’ stimi ex-ante ta’ perspettivi futuri u ta’ ishma fis-suq. L-intensitajiet ta’ għajnuna mhumiex adattati aktar tard jekk xi ftit snin wara – ex post – iċ-ċifri juru li s-suq, pereżempju, żviluppa b’mod differenti minn kif kien previst fil-bidu. Għalkemm f’dan il-każ il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni tmien snin wara n-notifika tal-bidu, hija għandha minkejja kollox tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq il-fatti u s-sitwazzjonijiet li kienu jeżistu fid-data tan-notifika.

(64)

Għall-kalkolu tal-intensità massima, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni ġdida sottomessa minn Franza. Franza naqqset l-għajnuniet mogħtija biex tikkunsidra n-numru reali ta’ impjiegi maħluqa permezz tal-investiment (rivedut l-isfel b’rabta mad-dejta tan-notifika) u biex tirranġa żball ta’ kalkolu fl-ammont tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju hekk kif innotifikata fl-2000.

6.2.   Il-ħolqien tal-impriżi konġunti fid-dawl tal-Arikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE

(65)

B’mod preliminari, għandu jiġi mfakkar li, għalkemm il-proċedura prevista fl-Artikoli 87 u 88 tħalli marġini wiesgħa ta’ diskrezzjoni lill-Kummissjoni u, f’ċerti kundizzjonijiet, lill-Kunsill biex jingħata ġudizzju fuq il-kumpatibbiltà ta’ sistema ta’ għajnuniet mill-Istat mar-rekwiżiti tas-suq komuni, jirriżulta mill-iskop ġenerali tat-Trattat li din il-proċedura m’għandha qatt twassal għal riżultat li jkun kuntrarju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat (20).

(66)

Il-Qorti tal-Ġustizzja reġgħet iddeċidiet li l-metodi ta’ għajnuna li jiksru dispożizzjonijiet partikolari tat-Trattat, minbarra l-Artikoli 87 u 88, jistgħu jkunu f’dan il-punt marbutin b’mod li ma jistax jinfired mis-suġġett tal-għajnuna b’mod li ma jkunx possibbli li jiġu evalwati waħedhom (21).

(67)

Dan l-obbligu, għall-Kummissjoni, li tirrispetta l-koerenza bejn l-Artikoli 87 u 88 u dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat isir meħtieġ b’mod partikolari fl-ipoteżi fejn dawn id-dispożizzjonijiet l-oħra jimmiraw, bħal f’dan il-każ, għall-għan ta’ kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fis-suq komuni. Fil-fatt, f’każ li tadotta deċiżjoni dwar il-kumpatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni, il-Kummissjoni ma tistax tinjora r-riskju ta’ tfixkil fil-kompetizzjoni fis-suq komuni min-naħa ta’ operaturi ekonomiċi partikolari.

(68)

Jibqa’ l-fatt li l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 81 et seq. u dik stabbilita fl-Artikolu 87 et seq. t-Trattat huma proċeduri indipendenti, ikkontrollati minn regoli speċifiċi.

(69)

B’konsegwenza, f’każ li tadotta deċiżjoni dwar il-kumpatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni, il-Kummissjoni mhix obbligata tistenna r-riżultat ta’ proċedura parallela mibdija fir-rigward tar-Regolament Nru 17, imsemmi aktar ‘il fuq, sakemm, fil-kwadru tal-poter tal-evalwazzjoni tagħha, ikollha l-konvinzjoni, ibbażata fuq l-analiżi ekonomika tas-sitwazzjoni, li ma tkun milquta minn ebda żball manifest ta’ evalwazzjoni, li l-benefiċjarju tal-għajnuna mhuwiex f’sitwazzjoni li jmur kontra l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.

(70)

Fid-dawl tal-fatti deskritti fil-punt 3.1.2 hawn fuq, u wara li titqies il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma jeżisti ebda ostakolu għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna prevista favur PGF/IGCF.

6.3.   Eżistenza ta’ għajnuna skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE

(71)

L-għajnuna msemmija ngħatat minn Stat Membru u permezz ta’ riżorsi tal-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE (ara l-punt 2.3 ta’ din id-Deċiżjoni). L-għajnuna tagħti vantaġġ lill-PGF/IGCF li mingħajrha dawn l-impriżi kien ikollhom jerfgħu waħedhom l-ispejjeż kollha tal-investiment. Sakemm volum kbir ta’ ħġieġ mhux ipproċessat huwa ttrasportat lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, jeżisti kummerċ internazzjonali fis-suq tal-ħġieġ mhux ipproċessat. Għaldaqstant, vantaġġi finanzjarji mogħtija lil dawn l-impriżi jistgħu iġibu magħhom distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni u jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri. B’konsegwenza ta’ dan, fl-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura nnotifikata hija għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

6.4.   L-obbligu ta’ notifika

(72)

Billi t-tliet kondizzjonijiet kumulattivi stabbiliti fil-punt 2.1(i) tal-MSF 1998 japplikaw, il-proġett ta’ għajnuna għandu jiġi nnotifikat u l-intensità ta’ għajnuna massima allokata għandha tiġi ddeterminata b’konformità mal-MSF 1998. Barra minn hekk, l-għajnuniet ad hoc għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

6.5.   Il-bażi legali ta’ ċerti miżuri ta’ għajnuna

(73)

Parti mill-għajnuna hija mogħtija fuq il-bażi ta’ sistemi ta’ għajnuna reġjonali lill-investiment approvati mill-Kummissjoni u applikabbli fid-data tan-notifika tal-għajnuna (ara l-punt 2.3 ta’ din id-Deċiżjoni), filwaqt li parti oħra qed tingħata bħala għajnuna ad hoc.

(74)

F’dak li jirrigwarda l-għajnuna mill-FERŻ, l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-fondi strutturali (22) jipprevedi li l-fondi strutturali jistgħu jiffinanzjaw spejjeż marbutin ma’ proġetti kbar ekonomiċi li l-ispiża tagħhom hija akbar minn EUR 50 miljun. Il-FERŻ jista’ b’hekk jipprovdi miżuri nazzjonali bħall-PAT u l-għajnuna għall-bini ta’ impriża meta d-Dokumenti ta’ Programmazzjoni Unika (DOCUP) tar-reġjun interessat jipprevedu dan. Iż-żona ta’ Freyming-Merlebach hija inkluża fil-mappa Franċiza tal-objettiv 2 “Konverżjoni ekonomika u soċjali mill-ġdid taż-żoni f’diffikultà strutturali” approvata mill-Kummissjoni Ewropea fis-16 ta’ Jannar 2000.

(75)

Il-possibilità tal-għajnuniet ad hoc għax-xiri tal-art u għall-bini hija miftuħa għall-awtoritajiet lokali li jinsabu f’żona ta’ għajnuniet bi skop reġjonali skont il-liġi.

(76)

Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Ġunju 2000 (A/35411), l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew id-dettall tal-kalkolu tal-ammont tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq in-negozju, u wrew li f’dan il-każ l-ispiża tal-investimenti kif ukoll l-ispiża tal-impjiegi permanenti maħluqa ttieħdu bħala bażi fiskali għall-kalkolu tal-eżenzjoni. Għall-kuntrarju ta’ dan mill-2003 ‘il quddiem, riforma fit-taxxa fuq in-negozju rażżnet il-konsiderazzjoni tas-salarji fil-bażi fiskali ta’ din it-taxxa. Minn dik id-data ‘l hawn, it-taxxa fuq in-negozju hija bbażata biss fuq l-assi fissi. B’konsegwenza ta’ dan, din l-għajnuna tista’ tkun ikkunsidrata bħala għajnuna għall-investiment skont il-linji gwida tal-1998 dwar l-għajnuniet mill-Istat bi skop reġjonali.

(77)

L-għotja tal-għajnuniet ad hoc lill-impriża hija marbuta b’kundizzjoni mal-impenn tagħhom li jżommu l-impjiegi u l-investiment assistit għal mill-anqas ħames snin fiż-żona.

(78)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni f’din id-deċiżjoni hija limitata għal dik tal-kumpatibbiltà tal-intensità tal-għajnuna nnotifikata ta’ 8,65 % skont il-kriterji tal-MSF 1998.

6.6.   Evalwazzjoni fil-Qafas tal-MSF 1998

(79)

L-intensità massima awtorizzata għall-proġetti fil-Qafas tal-MFS 1998 għandha tiġi ddeterminata skont ir-rata ta’ intensità massima applikabbli għall-għajnuniet reġjonali fiż-żona assistita fil-kwisjtoni fil-mument meta l-għajnuna ġiet innotifikata.

(80)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-elementi ġodda ma jikkontestawx l-evalwazzjoni globali tagħha tas-suq u tal-iżvilupp tiegħu li tinsab fid-Deċiżjoni 2000 tagħha.

(81)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-ebda waħda mill-impriżi parteċipanti fil-proġett fil-kwistjoni ma kellha, fil-mument tan-notifika tal-proġett, sehem kbir fis-suq skont il-punt 3.6 tal-MFS 1998.

6.6.1.   Il-prodott u s-suq fil-kwistjoni

(82)

Il-ħġieġ ċatt (float glass) jista’ jintuża għall-manifattura ta’ ħġieġ għall-bini u għall-vetturi. Il-fabbrika li hija s-suġġett tan-notifika hija kkonfigurata biex tipproduċi ħġieġ għall-industrija tal-bini. Id-determinazzjoni tal-prodott u tas-suq hekk kif ippreżentata fid-Deċiżjoni 2000 ma ġietx ikkontestata u l-anqas emendata, u ma kinitx tagħmel parti mid-Deċiżjoni tas-26 ta’ April 2006 tal-ftuħ ta’ proċedura. L-evalwazzjoni li ġejja hija għalhekk meħuda mid-Deċiżjoni 2000.

Il-prodott

(83)

Il-ħġieġ ċatt mhux ipproċessat huwa mmanifatturat permezz ta’ ffundar kontinwu fuq materjal tal-landa mdewweb u taħt atmosfera ta’ nitroġenu (proċess imsejjaħ tal-float glass ipperfezzjonat minn Pilkington fis-snin 60).

(84)

Il-ħġieġ miksi huwa ħġieġ ta’ bażi li għadda minn ipproċessar fil-wiċċ jew kisi (applikazzjoni ta’ kisja f’vakum permezz ta’ proċess elettromanjetiku (23) intenzjonat biex jiġu eliminati r-riflessi jew sabiex jiġi żgurat iżolament tas-sħana. Hekk wieħed jista’ jikseb ħġieġ ta’ ġestjoni termali (ħġieġ b’emissjoni baxxa msejjħa “low-emission”: marka Iplus għal Interpane) jew ħġieġ għall-kontroll solari (ħġieġ li jirrifletti x-xemx: marka Ipasol għal Interpane). Huwa previst li jiġi prodott 90 % ta’ ħġieġ b’emissjoni baxxa u 10 % ta’ ħġieġ li jirrifletti x-xemx f’qisien ta’ ħxuna ta’ 4,6 mm jew 8 mm.

(85)

Il-laminat huwa ħġieġ għas-sigurtà magħmul minn mill-anqas żewġ folji ta’ ħġieġ, li bejniethom ikun hemm saffi ta’ PVB (butiral tal-polivinil) jew ta’ raża (24).

(86)

Il-ħġieġ float mhux ipproċessat u l-ħġieġ miksi li jkun ġie pproċessat darba huma ikkategorizzati flimkien fin-nomenklatura statistika taħt il-kodiċijiet:

NM 7005 : Ħġieġ (ħġieġ float u ħġieġ bil-wiċċ immattjat jew illustrat fuq wieħed jew żewġ uċuħ) fi pjanċi jew f’folji, anki f’saff assorbenti, riflettenti jew mhux, imma mhux maħdum mod ieħor,

NACE 26.1.A: Manifattura ta’ ħġieġ ċatt.

(87)

Il-ħġieġ float mhux ipproċessat huwa użat fl-industrija tal-bini jew tal-kostruzzjoni tal-vetturi. Skont il-GEPVP, 80 % tal-produzzjoni Ewropea ta’ ħġieġ float huwa intenzjonat għall-industrija tal-bini. L-investituri ser jimmanifatturaw biss ħġieġ għall-bini fis-sit ta’ Freyming-Merlebach. Din it-tip ta’ produzzjoni tippreżenta b’mod partikolari l-partikolarità li tħaddem is-sit industrijali fuq linji ta’ produzzjoni żgħar ta’ manifattura konformi mal-karatteristiċi tal-ordnijiet (volumi, ħxuna u karatteristiċi oħra tal-ħġieġ).

(88)

Il-prodotti li joħorġu mill-ewwel ipproċessar tal-ħġieġ ċatt mhux ipproċessat huma prodotti intermedjarji użati għall-manifattura ta’ ħġieġ għas-sigurtà (kodiċi statistika NM 7007 – huwa ffurmat minn ħġieġ ittemprat (reżistenti) jew folji laminati) u ta’ ħġieġ iżolanti b’ħitan multipli iżolaturi għall-industrija tal-kostruzzjoni (kodiċi statistika NM 7008 – huwa magħmul minn żewġ ħġiġiet jew aktar separati minn spazju wieħed jew aktar ta’ arja deidrata jew ta’ gass li jiżguraw il-kapaċità iżolanti tat-tieqa). It-twieqi iżolanti huma mmanifatturati b’mod partikolari minn ħġieġ miksi.

(89)

L-impriżi ser jipproduċu ukoll ħġieġ laminat għall-bini fis-sit ta’ Lorrain. Dan il-prodott huwa kklassifikat statistikament fil-kategorija: NM 7007 29 00 – Ħġieġ għas-sigurtà iffurmat minn folji laminati - Oħrajn. It-tipi l-oħra ta’ ħġieġ laminat inklużi fil-kategorija statistika jintużaw fl-industrija tal-karozzi. Din l-industrija tikkonsma barra minn hekk il-parti l-kbira ta’ ħġieġ laminat immanifatturat fl-Ewropa (manifattura ta’ windskrins).

(90)

Il-ħġieġ ċatt jista’ jintuża biex jiġi manifatturat ħġieġ għall-bini u għall-vetturi. Il-Kummissjoni tinnota li l-fabbrika ta’ Freyming-Merlebah hija intiża sabiex jiġi prodott fiha ħġieġ għall-industrija tal-bini b’konformità max-xewqat tal-investituri li huma li jkunu jistgħu jissodisfaw it-talba dejjem akbar ta’ ħġieġ għall-kostruzzjoni tal-bini. Din l-ispeċjalità hija barra minn hekk l-unika ħidma ta’ Interpane illum. Dan il-grupp m’għandux il-kapaċitajiet għall-ipproċessar tal-ħġieġ primarju biex isir minnu ħġieġ għall-karozzi u m’għandux relazzjonijiet kummerċjali mal-kostrutturi ta’ din l-industrija. Il-ħġieġ miksi li ser ikun prodott fis-sit il-ġdid ser ikollu kwalitajiet utli għall-bini biss (25). Ukoll, il-ħġieġ laminat huwa mmirat għall-manifattura ta’ ħġieġ għas-sigurtà għall-bini. B’konsegwenza ta’ dan, l-għażla li jiġi manifatturat ħġieġ għall-bini fi Freyming-Merlebach tidher definittiva għall-investituri.

(91)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, u bil-għan li jitqabbel l-iżvilupp tas-suq, il-Kummissjoni tikkunsidra li għandha ssir distinzjoni bejn l-iżvilupp tal-ħġieġ float (raw float glass) u l-iżvilupp tal-prodotti intermedjarji, bħall-ħġieġ laminat (laminated glass) jew ħġieġ miksi (coated glass) li huma suġġetti għal ipproċessar ieħor għal użu finali fl-applikazzjoni arkitettonika jew għall-kostruzzjoni (architectural or building glass). Din id-distinzjoni hija koerenti mal-analiżi mill-Kummissjoni tas-suq pertinenti fil-qafas tal-ftehimiet imsemmija qabel dwar il-ħolqien ta’ żewġ impriżi konġunti, fejn id-distinzjoni hija stabbilita bejn is-suq tal-ħġieġ float (raw float glass) bħala tali, u l-użu ta’ tipi differenti ta’ ħġieġ (inklużi ħġieġ laminat u miksi (laminated and coated glasses)) għal użu finali fl-applikazzjoni arkitettonika jew għall-kostruzzjoni (architectural or building glass).

Dimensjoni ġeografika

(92)

Is-suq ġeografiku jinkludi, fil-prinċipju, iż-ŻEE jew, skont il-każ, kwalunkwe parti sostanzjali mit-territorju taż-ŻEE, jekk il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni hawn huma differenti b’mod sinifikanti minn dawk prevalenti fil-bqija taż-ŻEE.

(93)

F’dan il-każ, l-ebda element immirat biex juri li s-suq ġeografiku fil-kwistjoni huwa differenti miż-ŻEE ma deher waqt il-ġbir tal-provi. Huwa għalhekk meħtieġ li s-suq ġeografiku fil-kwistjoni jiġi ddefinit bħala ż-ŻEE.

L-Iżviluppi fis-suq

(94)

Il-Kummissjoni mhix lesta li taċċetta d-dejta inkluża fin-notifika li turi rata għolja fl-użu tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni. Din id-dejta ġiet ipprovduta mill-industrija tal-ħġieġ (GEPVP) (26) u tikkorrispondi ma’ dak li l-industrija ssejjaħ il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni li jistgħu jinbiegħu (saleable capacities) (27). Dan il-metodu ta’ kalkolu jista’ żgur jagħmel sens f’termini ta’ ħidma, iżda jagħmel id-dejta dwar l-użu tal-kapaċitajiet diffiċilment komparabbli mad-dejta disponibbli għas-setturi industrijali l-oħrajn.

(95)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ibbażat l-analiżi fid-Deċiżjoni 2000 tagħha fuq l-iżvilupp tal-konsum apparenti.

(96)

In-notifika tipprovdi dejta f’volum dwar l-iżvilupp tal-konsum apparenti tal-ħġieġ float (NM 7005 ) għall-perjodu 1993-1998.

(97)

Ir-riżultati juru tnaqqis fil-livell tal-prezzijiet (28). Tali tnaqqis, flimkien ma’ rata ta’ tkabbir ta’ 4,89 % espressa f’volum, twassal għall-konklużjoni li t-tkabbir medju huwa taħt il-medja annwali ta’ 5,78 % fl-industrija tal-manifattura kollha fil-livell taż-ŻEE, li jimplika li jeżisti suq li sejjer lura skont l-MSF 1998.

(98)

Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra - kif indikat hawn fuq - li għandha ssir distinzjoni bejn l-iżvilupp tal-ħġieġ float (raw float glass) u l-iżvilupp tal-prodotti intermedjarji, bħall-ħġieġ laminat (laminated glass) jew ħġieġ miksi (coated glass) li huma suġġetti għal ipproċessar ieħor għal użu finali fl-applikazzjoni arkitettonika jew għall-kostruzzjoni (architectural or building glass).

(99)

Il-Kummissjoni tinnota, b’mod partikolari, li l-ħġieġ iżolanti (sealed units, NM 7008 ) (29), kellu żidiet kbar fil-prezz matul il-perjodu 1993-1998. Tali żidiet huma spjegati permezz tal-introduzzjoni ta’ regoli ġodda Ewropej rigward l-użu ta’ materjali iżolanti fil-kostruzzjoni kif ukoll permezz tat-tendenza tal-industrija li tuża fuq medda twila ta’ żmien prodotti u materjali iżolanti.

(100)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-tkabbir medju tal-konsum tal-prodotti iżolanti (inkluż il-ħġieġ iżolanti għall-kostruzzjoni) ser jara tendenza kbira li dejjem tiżdied minħabba kontrolli aktar stretti tal-emissjonijiet ta’ CO2 wara l-adozzjoni tal-Protokoll ta’ Kyoto fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti fl-1997 dwar it-Tibdil fil-Klima. Fis-settur residenzjali u tal-kostruzzjoni, l-iżolament termiku huwa teknoloġija effettiva fl-iffrankar tal-enerġija u konsegwentement fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2. It-tħaddim ta’ standards ġodda għat-tipi ta’ iżolament (ISO 10456) u għat-telf tas-sħana (ISO 832) ser jimplika valuri akbar ta’ telf termiku li jkollhom ħtieġa akbar ta’ ekonomiji ta’ enerġija.

(101)

B’konsegwenza ta’ dan, skont l-analiżi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-każ Rockwool (30), it-tendenza kbira li dejjem tiżdied li ntweriet permezz tal-prodotti intermedjarji tal-ħġieġ li huma suġġetti għal proċessar ieħor għal użu finali fl-applikazzjoni arkitettonika jew għall-kostruzzjoni tippermetti li tikkonkludi li dan is-suq mhux sejjer lura (31).

(102)

B’konklużjoni, żvilupp differenti huwa evalwat f’dak li jirrigwarda (i) il-ħġieġ float (raw float glass) u (ii) il-prodotti intermedjarji tal-ħġieġ li huma suġġetti għal proċessar ieħor għal użu finali fl-applikazzjoni arkitettonika jew għall-kostruzzjoni (bħal ħġieġ laminat jew ħġieġ miksi): f’dak li jirrigwarda (i), il-Kummissjoni tikkunsidra li s-suq sejjer lura skont il-Qafas multisettorjali; f’dak li jirrigwarda (ii), is-suq mhux sejjer lura.

Ishma mis-suq

(103)

Meta proġett jikkawża żieda fil-kapaċità f’settur ikkaratterizzat minn kapaċità żejda strutturali jew suq li sejjer lura, filwaqt li huwa suxxettibli li jsaħħaħ sehem mis-suq elevat (32), l-għotja tal-ammonti ta’ għajnuniet massima normalment awtorizzati fir-reġjun ikkunsidrat tista’ twassal għal distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux xierqa. F’tali każijiet, l-MSF 1998 jipprevedi l-applikazzjoni ta’ fattur ta’ aġġustament ta’ 0,50.

(104)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni identifikat is-suq tal-ħġieġ float bħala suq li sejjer lura. L-ebda wieħed mill-fundaturi taż-żewġ impriżi konġunti m’għandu sehem mis-suq ta’ 40 % jew aktar f’dan is-suq.

6.6.2.   Determinazzjoni tal-għajnuna massima ammissibbli

(105)

B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-MSF 1998, il-Kummissjoni tiddetermina l-intensità massima ammissibbli għal għajnuna innotifikata skont formola li tikkunsidra diversi fatturi. Il-kalkolu jibda permezz tad-determinazzjoni tal-intensità massima (limitu reġjonali) li impriża kbira tista’ tikseb fiż-żona assistita kkunsidrata, fir-rigward tas-sistema ta’ għajnuna għall-skopijiet reġjonali awtorizzata fis-seħħ fid-data tan-notifika. Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni differenti wara li jiġu applikati fil-persentaġġ miksub, b’mod konformi ma’ tliet kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi, b’mod li tista’ tiġi kkalkulata l-intensità massima ammissibbli għall-proġett tal-għajnuna fil-kwistjoni: il-grad tal-kompetizzjoni, il-proporzjon kapital/xogħol u l-impatt reġjonali.

Intensità tal-għajnuna massima fiż-żona assistita kkunsidrata (R)

(106)

Skont il-mappa Franċiża tal-għajnuniet għal skopijiet reġjonali 2000-2006 applikabbli, iż-żona ta’ impjieg ta’ Freyming-Merlebach hija żona assistita skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE li fiha l-intensità ta’ għajnuniet pubbliċi għall-investiment tista’ tilħaq 15 % ESN.

Il-fattur “grad tal-kompetizzjoni” (T)

(107)

Il-fattur “grad tal-kompetizzjoni” (punti 3.2 sa 3.6 tal-MSF 1998) hekk kif iddeterminat fid-Deċiżjoni 2000 ma ġiex ikkontestat u l-anqas emendat, u ma kienx jagħmel parti mid-Deċiżjoni tas-26 ta’ April 2006 tal-ftuħ ta’ proċedura. L-evalwazzjoni li ġejja hija għalhekk meħuda mid-Deċiżjoni 2000.

(108)

Il-fattur “kompetizzjoni” jgħaddi minn analiżi mmirata li tiddetermina jekk il-proġett innotifikat hux ser jitħaddem f’settur jew sotto-settur li jbati minn kapaċità żejda strutturali.

(109)

B’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-MSF 1998 (punt 3.3), l-eżistenza potenzjali ta’ kapaċità żejda strutturali hija evalwata billi titqabbel id-differenza bejn ir-rata medja ta’ użu tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-industrija tal-manifattura fit-totalità tagħha u r-rata ta’ użu tal-kapaċitajiet fis-(sotto-)settur fil-kwistjoni. Jekk id-dejta dwar l-użu tal-kapaċitajiet ma tkunx biżżejjed, il-Kummissjoni teżamina jekk l-investimenti kkunsidrati humiex qed isiru f’suq li sejjer lura. Għal dan il-għan, hija tqabbel l-iżvilupp tal-konsum apparenti tal-prodott jew prodotti fil-kwistjoni mar-rata ta’ tkabbir tal-industrija tal-manifattura fit-totalità tagħha fil-livell taż-ŻEE.

(110)

Kif indikat hawn fuq, il-Kummissjoni qed taffaċċja l-problema tan-nuqqas ta’ dejta affidabbli dwar is-settur konċernat. Mhuwiex għalhekk possibli li jiġi kkalkulat l-użu tal-kapaċitajiet, u l-anqas il-konsum apparenti, għal dan is-settur.

(111)

Fuq il-bażi tal-analiżi tal-iżvilupp tas-suq, fattur ta’ 0,75 għandu jiġi applikat għall-parti tal-investiment attribwita lill-produzzjoni ta’ ħġieġ float (raw float glass - NM 7005 ). Għall-parti tal-investiment relatata mal-ħġieġ laminat jew miksi għall-kostruzzjoni (laminated or coated building glass) li jaqa’ taħt il-kategoriji NM 7007 u 7008 , fattur ta’ kompetizzjoni 1 għandu jiġi applikat.

(112)

L-MSF 1998 ma jipprevedix sitwazzjoni li fiha żewġ fatturi jew aktar ta’ ‘kompetizzjoni’ jistgħu jiġu applikati fir-rigward ta’ investiment wieħed li għalih żvilupp differenzjat tas-suq ġie evalwat għal kull prodott ikkonċernat. Safejn, fil-każ fil-kwistjoni, l-applikazzjoni ta’ wieħed miż-żewġ fatturi għall-investiment kollu ikun mhux biss sproporzjonat imma wkoll mhux eżatt, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-fattur ta’ kompetizzjoni għandu jkun ikkalkulat b’mod li jirrifletti l-iżvilupp tas-suq għal kull prodott ikkonċernat.

(113)

Minħabba l-fatt li l-proġett jikkonsisti f’fabbrika integrata b’mod sħiħ, ikun artifiċjali li jiġi stabbilit fattur ta’ kalkolu maħdum fuq il-valur relattiv għall-investiment fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti kkonċernati. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni użat fattur ta’ kalkolu ta’ 40/60, li huwa bbażat fuq il-kapaċitajiet rispettivi impoġġija fuq is-suq mill-bejnefiċjarju tal-għajnuna.

(114)

Dan jirriżulta f’koeffiċjent T ta’ 0,85 (33), li jirrappreżenta l-fattur “kompetizzjoni” (1 u 0,75) fiż-żewġt iswieq.

Il-fattur “proporzjon kapital/xogħol” (I)

(115)

L-elementi ġodda ta’ informazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi jagħtu lok għal koeffiċjent ġdid “proporzjon kapital/xogħol”: l-ammont tal-investiment eleġibbli huwa ta’ EUR 158,5 miljun. Franza indikat li n-numru ta’ impjiegi diretti maħluqa huwa ta’ 176 għal żmien fiss. Il-proporzjon kapital/xogħol huwa għalhekk ta’ 900. Peress li dan il-proporzjon huwa inkluż bejn 701 u 1 000, jeħtieġ li jiġi applikat fattur I ta’ 0,7 minflok ta’ 0,8 kif kien previst fil-bidu (punt 3.10(2) tal-MSF 1998).

Il-fattur “impatt reġjonali” (M)

(116)

L-elementi ġodda ta’ informazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi jagħtu lok għal koeffiċjent ġdid “impjiegi indiretti/impjiegi diretti”. Franza indikat li n-numru ta’ impjiegi indiretti maħluqa huwa ta’ 150, li jirrappreżenta 85 % tal-impjiegi diretti. Peress li dan il-persentaġġ huwa inkluż bejn 50 u 100 %, jeħtieġ li jiġi applikat fattur M ta’ 1,1 minflok 1,2 kif kien previst fil-bidu (punt 3.10(3) tal-MSF 1998).

Kalkolu tal-intensità ta’ għajnuna massima ammissibbli

(117)

B’konsiderazzjoni ta’ dak li ġie qabel, l-intensità massima riveduta tal-għajnuna ammissibbli f’dan il-każ hija għalhekk ta’: R × T × I × M = 15 % × 0,85 × 0,7 × 1,1 = 9,82 % (meta kienet ta’ 12,24 % fid-Deċiżjoni 2000).

6.7.   Konklużjoni dwar il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija

(118)

B’konsiderazzjoni ta’ dawn l-elementi ġodda kollha, il-livell ta’ għajnuna mogħtija huwa inferjuri għal dak li kien ippjanat fl-2000. L-ispejjeż eliġibbli tal-proġett jammontaw għal EUR 158,5 miljun (EUR 150,165 miljun f’valur nett preżenti).

(119)

Skont il-metodu deskritt fl-Anness I tal-Linji gwida tal-1998 dwar l-għajnuniet tal-Istat għal skopijiet reġjonali, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li wieħed jasal għal ESN ta’ EUR 12 985 610 għal għajnuna nominali ta’ EUR 17 106 280.

(120)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-intensità tal-għajnuniet għall-proġett PGF/IGCF tistabbilixxi ruħha għalhekk għal 8,65 % ESN (12 985 610/150 165 000), li hija anqas mill-intensità massima ammissibli kkalkulata mill-ġdid biex jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tal-parametri tal-proġett (9,82 % ESN).

(121)

L-intensità ta’ għajnuna nnotifikata ta’ 8.65 % ESN li Franza tipproponi li tagħti lil PGF/IGCF tissodisfa l-kundizzjonijiet li jippermettu li tiġi kkunsidrata kompatibbli mal-MFS 1998.

(122)

Peress li l-proġett ta’ investiment intemm, m’hemmx lok li jiġu applikati l-kundizzjonijiet ta’ kontroll a posteriori previsti f’punt 6 tal-MFS 1998. Franza tista’ għalhekk tiġi awtorizzata tħallas il-bqija tal-aħħar porzjon tal-għajnuna, jiġifieri EUR 727 389 (f’valur nominali), lil PGF/IGCF.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni adottata fis-17 ta’ Awwissu 2000 fil-każ Nru 291/2000 hija rrevokata.

Artikolu 2

L-għajnuna tal-Istat li Franza qed tippjana li timplimenta favur PGF/IGCF ta’ intensità ta’ 8.65 % ESN hija kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE.

L-implimentazzjoni ta’ din l-għajnuna hija għalhekk awtorizzata.

Franza hija awtorizzata tħallas il-bqija tal-għajnuna, jiġifieri EUR 727 389 (f’valur nominali), lil PGF/IGCF.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Franza.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2008

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(2)   ĠU C 196, 19.8.2006, p. 3.

(3)   ĠU C 107, 7.4.1998, p. 7.

(4)   ĠU C 293, 14.10.2000, p. 7.

(5)   ĠU C 196, 19.8.2006, p. 3

(6)  Ir-Regolamenti tal-Kunsill Nru 17 (ĠU 13, 21.2.1962, p. 204/62).

(7)  L-ewwel Regolament ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE (li qabel kienu l-Artikoli 86 u 87).

(8)  Holding Interpane Glas Industrie AG.

(9)  Żewġ sussidjarji tal-grupp Interpane ilhom attivi fi Franza fis-settur tal-ħġieġ iżolanti mill-1998: Interpane Hoerdt SA (67) u Interpane Ile-de-France f’ Mitry-Mory (77). Dawn is-sussidjarji kienu jimpjegaw 97 persuna fl-1999.

(10)  Holding Interpane Glas Industrie AG.

(11)  Żewġ sussidjarji tal-grupp Interpane ilhom attivi fi Franza fis-settur tal-ħġieġ iżolanti mill-1998: Interpane Hoerdt SA (67) u Interpane Ile-de-France f’ Mitry-Mory (77). Dawn is-sussidjarji kienu jimpjegaw 97 persuna fl-1999.

(12)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Marzu 2000 li tiddefinixxi d-dokument il-ġdid tal-għajnuniet bi skop reġjonali 2000-2006 għal Franza (Nru 45/2000).

(13)   ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9.

(14)  Ikkalkulata fuq il-bażi tal-punt 3.10 tal-MFS 1998.

(15)  Skont il-punt 6 tal-MSF 1998.

(16)  FIL: Fonds d’Industrialisation de la Lorraine (Fond ta’ Industrijalizzazzjoni tal-Lorraine).

(17)  Fonds d’Industrialisation des Bassins Miniers (Fond ta’ Industrijalizzazzjoni tal-Bassins Miniers).

(18)  Il-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi jipprevedi limitu tat-taxxa fuq in-negozju skont il-valur miżjud. Din id-dispożizzjoni hija ġenerali u ma tistax tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat (Artikolu 1 647 B (e) tal-CGI).

(19)   ĠU C 54 tal-4.3.2006, p. 13.

(20)  Ordni tal-21 ta’ Mejju 1980, Il-Kummissjoni vs L-Italja, punt 11, 73/79, Ġabra p. 1533.

(21)  Ordni tat-22 ta’ Marzu 1977, Iannelli, 74/76, Ġabra p. 557.

(22)   ĠU L 161 du 26.6.1999, p. 1.

(23)  Il-proċess użat huwa l-proċess imsejjaħ “Magnétron” li jinvolvi t-trattament tal-ħġieġ mhux ipproċessat fuq linja ta’ produzzjoni separata. Jeżisti proċess permezz ta’ trattament pirolitiku (polverizzazzjoni) li jippermetti t-trattament tal-ħġieġ direttament fuq il-linja ta’ float.

(24)  Id-definizzjonijiet kollha huma meħuda mill-ktieb: “L’industrie du verre”, Secrétariat d’Etat à l’industrie, Service des Etudes et des Statistiques Industrielles (SESSI), 1999.

(25)  Ir-regoli u l-ħtiġijiet fir-rigward ta’ riflessjoni solari u termika huma differenti fl-industrija tal-karozzi.

(26)  Grupp Ewropew ta’ produtturi ta’ ħġieġ ċatt.

(27)  Il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni li jistgħu jinbiegħu (saleable capacities) huma kkalkolati mill-kapaċità nominali ta’ fużjoni (melt capacity) ikkoreġuta mit-telf (madwar 15 % tal-ħġieġ ċatt prodott jinqered waqt il-proċess ta’ manifattura) u mill-waqfa ta’ ħidma tal-fran biex jinbidlu l-kuluri u l-ħxuna tal-ħġieġ u biex isiru t-tiswijiet l-aktar importanti minn żmien għal żmien.

(28)  366,9 ewro/t fl-1993 u338,19 ewro/t fl-995, bl-ogħla punt fl-1995.

(29)  Ħġieġ iżolanti b’ħitan multipli, magħmula minn spazju wieħed jew aktar ta’ arja deidratata jew gass.

(30)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 1999 fil-każ Nru 94/99 (Rockwool Peninsular SA).

(31)  Ara l-punt 7.8 tal-MSF 1998.

(32)  Sehem li, għall-fini tal-MSF 1998, ġie ffissat għal anqas minn 40 %.

(33)  (0,4 × 1) + (0,6 × 0,75).


20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Frar 2009

dwar il-ħatra tal-membri u l-konsulenti tal-Kumitati Xjentifiċi u l-Grupp imwaqqaf mid-Deċiżjoni 2008/721/KE

(2009/146/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Settembru 2008 li twaqqaf struttura konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sikurezza tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2008/721/KE, il-Kummissjoni waqqfet tliet Kumitati Xjentifiċi, dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), dwar is-Saħħa u r-Riskji ambjentali (SCHER) u dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR) u l-Grupp ta’ Konsulenti Xjentifiċi dwar il-valutazzjoni tar-Riskju (minn issa ′l quddiem il-Grupp), fil-qasam tas-sikurezza tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent.

(2)

Is-SCCS, is-SCHER u s-SCENIHR għandhom kull wieħed jikkonsistu f’massimu ta’ 17-il membru u n-numru ta’ konsulenti xjentifiċi fil-Grupp fi kwalunkwe żmien għandu jiġi deċiż mill-Kummissjoni skont il-bżonn tagħha għal konsultazzjoni xjentifika. Sabiex tkopri b’mod adegwat il-firxa wiesgħa ta’ suġġetti xjentifiċi li fuqhom hemm ippjanat li ssir konsultazzjoni mal-Kumitati Xjentifiċi matul il-mandat tagħhom, huwa xieraq li n-numru ta’ membri ta’ kull Kumitat Xjentifiku jkun iffissat għal 17 u n-numru ta’ Konsulenti Xjentifiċi tal-Grupp ikun iffissat għal 189.

(3)

Skont l-Artikoli 3(4) u 4(2) tad-Deċiżjoni 2008/721/KE, ġiet ippubblikata sejħa għal espressjonijiet ta’ interess li stabbiliet ukoll il-kriterji tas-selezzjoni u l-proċedura ta’ evalwazzjoni, li wasslet għal listi ta’ kandidati xierqa li minnhom il-Kummissjoni taħtar il-membri tal-Kumitati Xjentifiċi u l-Konsulenti Xjentifiċi tal-Grupp.

(4)

Skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/721/KE, is-selezzjoni tal-membri tal-Kumitati saret skont il-kompetenza tagħhom u b’mod konsistenti ma’ dan distribuzzjoni ġeografika li tirrifletti d-diversità ta’ problemi u metodi xjentifiċi, notevolment fl-Ewropa, u, skont l-Artikolu 4(1) tal-istess Deċiżjoni, is-selezzjoni tal-Konsulenti saret b’konsiderazzjoni tal-għan li tkun koperta l-usa’ firxa ta’dixxiplini kollha possibbli,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

In-Numru ta’ membri ta’ kull wieħed mit-tliet Kumitati Xjentifiċi imwaqqaf mid-Deċiżjoni 2008/721/KE huwa ffissat għal 17. L-esperti mniżżla fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma maħtura bħala membri ta’ dawk il-Kumitati.

In-numru ta’ konsulenti xjentifiċi fil-Grupp huwa ffissat għal 189 u l-esperti mniżżla fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni huma maħtura bħala Konsulenti Xjentifiċi dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju għall-Grupp imwaqqaf mid-Deċiżjoni 2008/721/KE.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.


ANNESS I

Lista ta’ esperti maħtura bħala membri tal-kumitati xjentifiċi

Lista f’ordni alfabetika tal-esperti maħtura bħala membri tal-Kumitati Xjentifiċi mwaqqfa mid-Deċiżjoni 2008/721/KE.

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur

Kunjom

L-ewwel isem

Istitut jew organizzazzjoni ta’ affiljazzjoni

Angerer

Jürgen

Institute for Occupational and Environmental Medicine, Erlagen, Germany

Bernauer

Ulrike

Federal Institute for Risk Assessment (BfR), Berlin, Germany

Chambers

Claire

Chambers Toxicological Consulting, Wicklow, Ireland

Chaudhry

Mohammad

Central Science Laboratory, Sand Hutton, York, United Kingdom

Degen

Gisela

Leibniz Research Centre for Working Environment and Human Factors (IfADo), Dortmund, Germany

Eisenbrand

Gerhard

University of Kaiserslautern, Kaiserslautern, Germany

Galli

Corrado

University of Milan, Milan, Italy

Platzek

Thomas

Federal Institute for Risk Assessment (BfR), Berlin, Germany

Rastogi

Suresh

Retired

Rogiers

Vera

Vrije Universiteit Brussel, Brussels, Belgium

Rousselle

Christophe

French Agency for Environmental and Occupationnal Health Safety (Afsset), Maisons-Alfort, France

Sanner

Tore

Retired

Savolainen

Kai

Finnish Institute of Occupational Health, Helsinki, Finland

Van engelen

Jacqueline

National Institute for Public Health and the Environment (RIVM), Bilthoven, The Netherlands

Vinardell

Maria

University of Barcelona, Barcelona, Spain

Waring

Rosemary

University of Birmingham, Edgbaston Birmingham, United Kingdom

White

Ian

Guy’s & St Thomas’ NHS Hospitals, London, United Kingdom


Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent

Kunjom

L-ewwel isem

Istitut jew organizzazzjoni ta’ affiljazzjoni

Ackermann-Liebrich

Ursula

Swiss School of Public Health, Zürich, Switzerland

Autrup

Herman

University of Aarhus, Aarhus, Denmark

Bard

Denis

École des hautes Études en santé publique (EHESP), Rennes, France

Calow

Peter

Roskilde University, Roskilde, Denmark

Canna-Michaelidou

Stella

State General Laboratory, Nicosia, Cyprus

Davison

John

French National Institute for Agricultural Research (INRA), Paris, France

Dekant

Wolfgang

University of Würzburg, Würzburg, Germany

De voogt

Pim

University of Amsterdam, Amsterdam, The Netherlands

Gard

Arielle

University of Montpellier, Montpellier, France

Greim

Helmut

Retired

Hirvonen

Ari

Finnish Institute of Occupational Health, Helsinki, Finland

Janssen

Colin

Ghent University, Ghent, Belgium

Linders

Jan

National Institute for Public Health and the Environment (RIVM), Bilthoven, The Netherlands

Peterlin

Borut

University Medical Center Ljubljana, Ljubljana, Slovenia

Tarazona

Jose

Spanish National Institute for Agriculture and Food Research and Technology, Madrid, Spain

Testai

Emanuela

Istituto Superiore di Sanità, Rome, Italy

Vighi

Marco

University of Milano Bicocca, Milan, Italy


Kumitat Xjentifiku għar-Riskji tas-Saħħa Emerġenti jew Reċentement Identifikati

Kunjom

L-Ewwel Isem

Istitut jew organizzazzjoni ta’ affiljazzjoni

Auvinen

Anssi

University of Tampere, Tampere, Finland

Bridges

James

Retired

Dawson

Kenneth

University College Dublin, Belfield, Ireland

De jong

Wim

National Institute for Public Health and the Environment (RIVM), Bilthoven, The Netherlands

Hartemann

Philippe

Université Henri Poincaré, Nancy, France

Hoet

Peter

Katholieke Universiteit Leuven, Leuven, Belgium

Jung

Thomas

Paul Scherrer Institute, Villigen PSI, Switzerland

Mattsson

Mats-Olof

Örebro University, Örebro, Sweden

Norppa

Hannu

Finnish Institute of Occupational Health, Helsinki, Finland

Pagès

Jean-Marie

Inserm and Université de la Méditerranée, Marseille, France

Proykova

Ana

University of Sofia, Sofia, Bulgaria

Rodríguez-Farré

Eduardo

Consejo Superior de Investigaciones Cientificas (CSIC), Madrid, Spain

Schulze-Osthoff

Klaus

University Clinics Tübingen, Tübingen, Germany

Schüz

Joachim

Danish Cancer Society, Institute of Cancer Epidemiology, Copenhagen, Denmark

Stahl

Dorothea

Paracelsus Private Medical University, Salzburg, Austria

Thomsen

Mogens

Retired

Vermeire

Theodorus

National Institute of Public Health and the Environment (RIVM), The Netherlands


ANNESS II

Lista ta’ esperti maħtura bħala konsulenti dwar il-valutazzjoni tar-riskju

Lista f’ordni alfabetika tal-esperti maħtura mill-Kummissjoni bħala Konsulenti Xjentifiċi dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju għall-Grupp imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE.

Kunjom

L-ewwel isem

Istitut jew organizzazzjoni ta’ affiljazzjoni

Ahlers

Jan

Retired

Algorta

Jaime

Progenika Biopharma Group, Derio, Spain

Altenburger

Rolf

Helmholtz Centre for Environmental Research, Leipzig, Germany

Ambrogi

Nicoletta

Department of pharmaceutical assistance Local Public Health Unit 4, Terni, Italy

André

Jean-Claude

Centre National de la Recherche Scientifique (CNRS), Paris, France

Assmuth

Timo

Finnish Environment Institute (SYKE), Helsinki, Finland

Baars

Aalbert

Retired

Bailey

Andrew

ViruSure GmbH, Vienna, Austria

Balicer

Ran

Clalit Health Services, Tel.-Aviv, Israel

Bell

David

University of Nottingham, Nottingham, United Kingdom

Bernard

Alfred

Université Catholique de Louvain (UCL), Louvain-la-Neuve, Belgium

Berry

Bernard

Berry Environmental Ltd., Shepperton, United Kingdom

Bommelaer

Jean

Laboratoire Shadeline France, Mouans-Sartoux, France

Boogaard

Pieter

Shell, The Hague, The Netherlands

Borrego

Carlos

University of Aveiro, Aveiro, Portugal

Breckenridge

Ross

University College London, London, United Kingdom

Broschard

Thomas

Merck KGaA, Darmstadt, Germany

Brunnhuber

Stefan

University of Essen, Essen, Germany

Bubenheim

Michael

University Hospital of Rouen, Rouen, France

Cabanes

Pierre-André

Electricité de France, Paris, France

Calvo Rojas

Gonzalo

Hospital Clinic i Provincial of Barcelona, Barcelona, Spain

Carroquino

Maria

Instituto de Salud Carlos III, Madrid, Spain

Cazals

Yves

Institut National de la Santé et de la Recherche Médicale (INSERM), Paris, France

Colbeck

Ian

University of Essex, Colchester, United Kingdom

Coleman

Michael

Aston University, Birmingham, United Kingdom

Cooke

Allan Melvin

Alchemy Compliance Ltd., Nottinghamshire, United Kingdom

Cotrim

Teresa

Technical University of Lisbon, Lisbon, Portugal

Crawford-Brown

Douglas

Pell Frischmann, London, United Kingdom

Cuypers

Ann

Hasselt University, Diepenbeek, Belgium

Dal Negro

Gianni

GlaxoSmithKline, Verona, Italy

Darbre

Philippa

University of Reading, Reading, United Kingdom

De Gaetano

Giovanni

Catholic University, Campobasso, Italy

Del Mazo

Jesus

Consejo Superior de Investigaciones Cientificas (CSIC), Madrid, Spain

De Paepe

Boel

Ghent University Hospital, Ghent, Belgium

De Sutter

Petra

Ghent University, Ghent, Belgium

Di Guardo

Antonio

University of Insubria, Varese, Italy

Dorigan

Lee

Public Health - Seattle & King County, Seattle, US

Dreher

Jean-Claude

Centre National de la Recherche Scientifique (CNRS), Bron, France

Duffus

John

John H Duffus, Edinburgh, United Kingdom

Ellerbrok

Heinz

Robert Koch-Institut, Berlin, Germany

Emmanouil-Nikoloussi

Elpida-Niki

Aristotle University of Thessaloniki (AUTH), Thessaloniki, Greece

Fernandes

Teresa

Napier University, Edinburgh, United Kingdom

Figueras

Maria

University Rovira I Virgili, Tarragona, Spain

Fillet

Anne-Marie

Electricité de France, Paris, France

Floc’h

François

ITEConsult, Genay, France

Fruijtier-Pölloth

Claudia

CATS Consultants GmbH, Graefelfing, Germany

Fustinoni

Silvia

Fondazione IRCCS Ospedale Maggiore Policlicnico Mangiagalli e Regina Elena, Milan, Italy

Galley-Taylor

Magdalen

Leicestershire County and Rutland Primary Care Trust, Enderby, United Kingdom

Garrigue

Jean-Luc

ImmunoSearch, Grasse, France

Gheber

Levi

Ben-Gurion University of the Negev, Beer-Sheva, Israel

Gibb

Herman

Tetra Tech Sciences, Arlington, US

Giménez-Arnau

Ana

Hospital del Mar. IMAS., Barcelona, Spain

Gjomarkaj

Mark

Consiglio Nazionale delle Ricerche, Rome, Italy

Goldberg

Michel

Retired

Gordts

Bart

Algemeen ziekenhuis Sint Jan, Brugge, Belgium

Gorski

Andrzej

Warsaw Medical University/Polish Academy of Sciences, Warsaw, Poland

Grandjean

Philippe

University of Southern Denmark, Odense, Denmark

Greil

Gerald

King’s College London, London, United Kingdom

Griem

Peter

Clariant Produkte (Deutschland) GmbH, Sulzbach, Germany

Gushulak

Brian

Government of Kanada - Citizenship and Immigration Kanada, Ottawa, Kanada

Håkansson

Helen

Karolinska Institutet, Stockholm, Sweden

Hanke

Wojciech

Nofer Institute of Occupational Medicine (NIOM), Lodz, Poland

Harrison

Paul

PTCH Consultancy Limited, Market Harborough, United Kingdom

Hassenzahl

David

University of Nevada, Las Vegas, US

Hauptmann

Michael

Netherlands Cancer Institute, Amsterdam, The Netherlands

Hayward

Gordon

Consumer Risk Limited, London, United Kingdom

Heederik

Dirk

Utrecht University, Utrecht, The Netherlands

Hellebek

Annemarie

Hvidovre University Hospital, Hvidovre, Denmark

Hensten

Arne

University of Tromsö, Tromsö, Norway

Hurley

John Fintan

Institute of Occupational Medicine, Edinburgh, United Kingdom

Jacobsen

Hans-Jörg

Leibniz-University Hannover, Hannover, Germany

Jaźwiec-Kanyion

Bożena

Medical Center OMEGA, Sosnowiec, Poland

Jensen

Allan

Force Technology, Brøndby, Denmark

Jobling

Susan

Brunel University, Uxbridge, United Kingdom

Johansen

Jeanne Duus

Gentofte University Hospital, Hellerup, Denmark

Kneuer

Carsten

Federal Institute for Risk Assessment (BfR), Berlin, Germany

Koennecker

Gustav

Fraunhofer Institute of Toxicology and Experimental Medicine (ITEM), Hannover, Germany

Komulainen

Hannu

National Public Health Institute, Helsinki, Finland

Koppe

Janna

Retired

Krätke

Renate

Federal Institute for Risk Assessment (BfR), Berlin, Germany

Kreyling

Wolfgang

Helmholtz Zentrum München, German Research Center for Environmental Health, Neuherberg/München, Germany

Kruize

Hanneke

National Institute for Public Health and the Environment (RIVM), Bilthoven, The Netherlands

Lambré

Claude

Institut National de la Santé et de la Recherche Médicale (INSERM), Paris, France

Lambrozo

Jacques

Electricité de France, Paris, France

Landsiedel

Robert

BASF, Ludwigshafen, Germany

Latini

Giuseppe

Perrino Hospital, Brindisi, Italy

Laurent

Christian

Unemployed

Lebret

Erik

National Institute for Public Health and the Environment (RIVM), Bilthoven, The Netherlands

Lens

Piet

Unesco-IHE, Delft, The Netherlands

LIchtenbeld

Hera

NanoTox BV and Biomedbooster BV, Maastricht, The Netherlands

Lilienblum

Werner

LiCoTox (Lilienblum Consulting Toxicology), Hemmingen/Han., Germany

Liu

Qintao

AstraZeneca UK Ltd., Brixham, United Kingdom

Lopes

Isabel

University of Aveiro, Aveiro, Portugal

Luches

Armando

University of Salento, Lecce, Italy

Macpherson

Douglas

Faculty of Health Sciences, McMaster University, Hamilton, Ontario, Kanada

Maillard

Jean-Yves

Welsh School of Pharmacy, Cardiff University, Cardiff, United Kingdom

Mamo

Julian

University of Malta, Msida, Malta

Mangelsdorf

Inge

Fraunhofer Institute of Toxicology and Experimental Medicine (ITEM), Hannover, Germany

Marti

Amelia

University of Navarra, Pamplona, Spain

Marti-Mestres

Gilberte

University of Montpellier I, Montpellier, France

Martínez Serrano

Alberto

Autonomous University of Madrid (UAM), Madrid, Spain

Melhus

Äsa

Uppsala University, Uppsala University Hospital, Uppsala, Sweden

Melissos

Dimitrios

QACS Ltd, Athens, Greece

Minor

Philip

National Institute for Biological Standards and Control, Blanche Lane, South Mimms, Potters Bar, United Kingdom

Mølhave

Lars

University of Aarhus, Aarhus, Denmark

Montanaro

Fabio

Fabio Montanaro, Genova, Italy

Moseley

Harry

University of Dundee Ninewells Hospital & Medical School, Dundee, United Kingdom

Moulin

Gérard

National agency for veterinary medicinal products, Fougères, France

Mühlemann

Marc

Agroscope Liebefeld-Posieux Research Station ALP, Berne, Switzerland

Mulon

Laurence

Mulon Conseil, Saint Maurice, France

Navas

José

Spanish National Institute for Agricultural and Food Research and Technology, Madrid, Spain

Nemery De Bellevaux

Benoit

Katholieke Universiteit Leuven, Leuven, Belgium

Nielsen

Elsa

Technical University of Denmark, Søborg, Denmark

Nogueira

António

University of Aveiro, Aveiro, Portugal

Nohynek

Gerhard

L’Oreal Research and Development, Asnieres, France

Nordberg

Monica

Karolinska Institutet, Stockholm, Sweden

Nübling

Claudius

Paul-Ehrlich-Institut, Langen, Germany

Nychas

George-John

Agricultural University of Athens, Athens, Greece

Pallapies

Dirk

Forschungsinstitut für Arbeitsmedizin der Deutschen Gesetzlichen Unfallversicherung (BGFA), Bochum, Germany

Papadopoulou

Chrissanthy

University of Ioannina, Ioannina, Greece

Pandiella

Atanasio

Consejo Superior de Investigaciones Cientificas (CSIC), Madrid, Spain

Pauwels

Marleen

Vrije Universiteit Brussel, Brussels, Belgium

Peijnenburg

Willie

National Institute for Public Health and the Environment (RIVM), Bilthoven, The Netherlands

Peltonen

Kimmo

Finnish Food Safety Authority (Evira), Helsinki, Finland

Pereira

Ruth

University of Aveiro, Aveiro, Portugal

Petrova

Rumiana

Retired

Pickup

Roger

Natural Environment Research Council, Centre for Ecology and Hydrology, Bailrigg, United Kingdom

Pirnay

Jean-Paul

Queen Astrid Military Hospital, Brussels, Belgium

Pitard

Alexandre

Fédération des Réseaux de Santé de Franche-Comté, Besançon, France

Polettini

Aldo

University of Verona, Verona, Italy

Popov

Todor

Retired

Porzsolt

Franz

University of Ulm, Ulm, Germany

Pratt

Iona

Food Safety Authority of Ireland, Dublin, Ireland

Pukkala

Eero

Finnish Cancer Registry, Helsinki, Finland

Quesniaux

Valerie

Centre National de la Recherche Scientifique (CNRS), Paris, France

Ramsden

David

Retired

Richert

Susann

Industriepark Wolfgang GmbH, Hanau, Germany

Riese

Hans

Instituto de Salud Carlos III, Madrid, Spain

Robbins

Anthony

Retired

Ryffel

Bernhard

Centre National de la Recherche Scientifique (CNRS), Orléans, France

Sacile

Roberto

University of Genova, Genova, Italy

Sakellaris

George

National Hellenic Research Foundation (NHRF), Athens, Greece

Salifoglou

Athanasios

Aristotle University of Thessaloniki, Thessaloniki, Greece

Salman

Mo

Colorado State University, Colorado, US

Sans Menéndez

Susana

Institute of Health Studies – Generalitat of Catalonia, Barcelona, Spain

Santos-Sanches

Ilda

Universidade Nova de Lisboa, Lisbon, Portugal

Saravanane

Raman

Pondicherry Engineering College, Pondicherry, India

Schnekenbur-Ger

Jürgen

Westfälische Wilhelms-Universität, Münster, Germany

Schowanek

Diederik

Procter & Gamble Eurocor, Strombeek-Bever, Belgium

Schulte

Stefan

BASF, Ludwigshafen, Germany

Scialli

Anthony

Tetra Tech Sciences, Arlington, US

Sharp

Stephen

Medical Research Council, Cambridge, United Kingdom

Simms

Ian

Health Protection Agency (HPA), London, United Kingdom

Simkó

Myrtill

Austrian Academy of Sciences, Institute of Technology Assessment, Vienna, Austria

Straif

Kurt

International Agency for Research on Cancer (IARC), Lyon, France

Stück

Wolfgang

Wolfgang Stück, Koblenz, Germany

Spindler

Per

University of Copenhagen, Copenhagen, Denmark

Suh Macintosh

Helen

Harvard School of Public Health, Boston, US

Sweet

Jeremy

Sweet Environmental Consultants, Cambridge, UK

Tchepel

Oxana

University of Aveiro, Aveiro, Portugal

Torok

Andrea

National Institute for Environmental Health, Budapest, Hungary

Torrence

Mary

Department of Agriculture - Agricultural Research Service, Beltsville, US

Trevisan

Marco

Università Cattolica del Sacro Cuore, Piacenza, Italy

Tribsch

Andreas

University of Salzburg, Salzburg, Austria

Tytgat

Jan

Catholic University of Leuven, Leuven, Belgium

Uter

Wolfgang

Friedrich-Alexander University (FAU), Erlangen, Germany

Vallaeys

Tatiana

University of Montpellier II, Montpellier, France

Van Beelen

Patrick

National Institute for Public Health and the Environment (RIVM), Bilthoven, The Netherlands

Van Benthem

Jan

National Institute for Public Health and the Environment (RIVM), Bilthoven, The Netherlands

Van De Meent

Dirk

National Institute for Public Health and the Environment (RIVM), Bilthoven, The Netherlands

Van Den Hazel

Peter

Public Health Services Gelderland Midden, Arnhem, The Netherlands

Van Der Laan

Jan Willem

National Institute for Public Health and the Environment (RIVM), Bilthoven, The Netherlands

Vanhaecke

Tamara

Vrije Universiteit Brussel, Brussels, Belgium

Van Rongen

Eric

Health Council of the Netherlands, The Hague, The Netherlands

Verbeken

Gilbert

Ministry of Defence, Brussels, Belgium

Viluksela

Matti

National Public Health Institute, Kuopio, Finland

Virtanen

Jorma

University of Helsinki, Helsinki, Finland

Voncina

Ernest

Institute of Public Health, Maribor, Slovenia

Von Stackelberg

Katherine

Harvard School of Public Health, Boston, US

Wallet

France

Electricité de France, Paris, France

Walochnik

Julia

Medical University of Vienna, Vienna, Austria

Wester

Piet

National Institute for Public Health and the Environment (RIVM), Bilthoven, The Netherlands

Widén

Frederik

Statens Veterinärmedicinska Anstalt, Uppsala, Sweden

Willing

Andreas

Cognis GmbH, Düsseldorf, Germany

Wu

Qinglan

Det Norske Veritas As, Hoevik, Norway

Yang

Hong

US Food and Drug Administration, Rockville, Maryland, US

Yu

Il Je

Korea Environment & Merchandise Testing Institute, Incheon, Korea

Zappa

Giovanna

Italian National Agency for New Technology, Energy and the Environment (ENEA), Rome, Italy

Zouali

Moncef

Institut National de la Santé et de la Recherche Médicale (INSERM), Paris, France


20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Frar 2009

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2008 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1013)

(It-testi Olandiżi, Ġermaniżi u Sloveni biss huma awtentiċi)

(2009/147/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2000/29/KE, tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Istati Membri biex ikopru n-nefqa relatata direttament mal-miżuri meħtieġa li jkunu ttieħdu, jew huma ppjanati li jittieħdu, bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara introdotti minn pajjiżi terzi jew minn żoni oħra fil-Komunità, biex jinqerdu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jiġu ristretti.

(2)

Il-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja lkoll stabbilixxew programm ta’ azzjonijiet biex jeqirdu organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti li jkunu ġew introdotti fit-territorji tagħhom. Dawn il-programmi jispeċifikaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri mwettqa, it-tul tagħhom u kemm jiswew. Il-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja applikaw għall-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal dawn il-programmi fil-limitu taż-żmien stabbilit fid-Direttiva 2000/29/KE u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2002 tal-14 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll fuq is-saħħa tal-pjanti u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97 (2).

(3)

It-tagħrif tekniku mogħti mill-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja ppermetta lill-Kummissjoni biex tanalizza s-sitwazzjoni b’mod akkurat u komprensiv u biex tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, intlaħqu. Għaldaqstant, huwa xieraq li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità biex tkopri n-nefqa fuq dawn il-programmi.

(4)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tkopri sa 50 % tan-nefqa eliġibbli. Madankollu, skont l-Artikolu 23(5) it-tielet paragrafu tad-Direttiva 2000/29/KE, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal parti mill-programm ippreżentat mill-Olanda għall-kontroll ta’ Diabrotica virgifera virgifera Le Conte, għandha titnaqqas ladarba l-programm innotifikat minn dan l-Istat Membru diġà kien suġġett għal fondi mill-Komunità taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/877/KE (3).

(5)

Skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE l-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk l-introduzzjoni tal-organiżmu ta’ ħsara rilevanti ġietx ikkawżata minn eżaminazzjonijiet jew spezzjonijiet inadegwati u tadotta l-miżuri meħtieġa mis-sejbiet tal-verifika tagħha.

(6)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (4), il-miżuri għas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju ta’ dawn il-miżuri, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2008 biex tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja relatata mal-miżuri meħtieġa kif speċifikat fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2000/29/KE u li ttieħdet bl-għan li jiġu miġġielda l-organiżmi kkonċernati mill-programmi ta’ eradikazzjoni elenkati fl-Anness hija hawnhekk approvata.

Artikolu 2

1.   Is-somma totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1 hija ta’ EUR 871 953.

2.   Is-somma massima tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal kull programm għandha tkun kif indikata fl-Anness.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità kif stabbilit fl-Anness għandha titħallas skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

evidenza tal-miżuri meħuda tkun ingħatat skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1040/2002.

(b)

talba għall-ħlas tkun tressqet mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1040/2002.

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja hija mingħajr preġudizzju għall-verifiki mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju tal-Olanda u lir-Repubblika Slovena.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2002, p. 38.

(3)   ĠU L 344, 28.12.2007, p. 51.

(4)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


ANNESS

PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI

Tifsira:

a= Is-sena ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni.

Taqsima I —   Programmi li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità hija ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli.

L-Istat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Il-pjanti milquta

Sena

Nefqa eleġibbli

(EUR)

Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (EUR)

Għal kull programm

Il-Ġermanja, ir-reġjun ta’ Baden-Württemberg

Diabrotica virgifera

Zea mays

2007

481 817

240 908

Il-Ġermanja, ir-reġjun tal-Bavarja

Diabrotica virgifera

Zea mays

2007

197 319

98 659

L-Olanda

Diabrotica virgifera

Zea mays

2006

125 320

62 660

L-Olanda

PSTVd

Brugmansia spp, Solanum jasminoides

2006, 2007

687 606

343 803

L-Olanda

TRSV

Hemerocallis spp, Iris spp.

2006

148 589

74 294

Is-Slovenja

Dryocosmus kuriphilus

Castanea sp.

2007

41 307

20 653


Taqsima II —   Programmi li għalihom ir-rati tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità jvarjaw, bl-applikazzjoni tad-digressività.

L-Istat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Il-pjanti milquta

Sena

a

Nefqa eleġibbli

(EUR)

Rata

(%)

Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità

(EUR)

L-Olanda

Diabrotica virgifera

Zea mays

2007

3

68 837

45

30 976


It-total tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (EUR)

871 953


20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Frar 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2008/883/KE rigward il-Brażil li tikkonċerna d-data minn meta ġiet awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċertu laħam frisk tal-bovini

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1040)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/148/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8 u l-punt (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ħajjin, minbarra l-ekwini, u tal-laħam frisk ta’ annimali ta’ din ix-xorta, imma teskludi l-preparazzjonijiet tal-laħam.

(2)

Id-Deċiżjoni 79/542/KEE tipprovdi li l-importazzjonijiet tal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem huma permessi biss jekk dan il-laħam ikun ġej minn territorju ta’ pajjiż terz jew xi parti minnu mniżżel fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, u jekk il-laħam frisk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju adattat għal dan il-laħam fi qbil mal-mudelli stipulati fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, waqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha jew il-garanziji supplimentari kollha meħtieġa għal dan il-laħam.

(3)

Id-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/642/KE (3), inter alia, li daħħlet mill-ġdid lill-Istati tal-Paranà u São Paulo fid-dħulgħall-Brażil f’Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, bil-kodiċi tat-territorju BR-3 għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ laħam tal-bovini mingħajr għadam u laħam immaturat minn annimali maqtula nhar jew wara l-1 ta’ Awwissu 2008.

(4)

Id-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/883/KE (4), emendat iktar dak l-Anness fir-rigward id-dħulgħall-Brażil bil-kodiċi tat-territorju BR-1 biex iddaħħal mill-ġdid lil Mato Grosso do Sul u tinkludi l-bqija tal-Istati ta’ Minas Gerais u Mato Grosso biex tkun permessal-importazzjoni fil-Komunità tal-laħam tal-bovini mingħajr għadam u laħam immaturat minn annimali maqtula nhar jew wara l-1 ta’ Diċembru 2008. Madanakollu, l-Artiklu 2 tad-Deċiżjoni 2008/883/KE tippermetti l-importazzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni ta’ ċanga friska mingħajr għadam u mmaturata mit-territorju bil-kodiċi BR-1 kif iddefenit fid-Deċiżjoni 2008/642/KE u li ġejja minn annimali maqtula qabel l-1 ta’ Diċembru 2008 sal-14 ta’ Jannar 2009.

(5)

Għandu jingħata iktar żmien biex ikun possibbli li ħażniet ta’ laħam tal-bovini minn annimali maqtula nhar jew qabel l-1 ta’ Diċembru 2008 mit-territorju tal-Brażil bil-kodiċi BR-1 kif stipulat fid-dħul għal dak il-pajjiż f’Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendat mid-Deċiżjoni 2008/642/KE, jkomplu jkunu jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità minħabba li m’hemmx tħassib dwar is-saħħa tal-annimali, billi dawk it-territorji huma diġà awtorizzati sa minn qabel dik id-data għall-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità. Għalhekk, l-Artiklu 2 tad-Deċiżjoni 2008/883/KE għandu jkun emendat biex dawk l-importazzjonijiet jkunu permessi sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(6)

Id-Deċiżjoni 2008/883/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2008/883/KE, l-Artikolu 2 hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Kunsinni ta’ laħam ta’ bovini frisk, mingħajr għadam u mmaturat mit-territorju tal-Brażil bil-kodiċi BR-1, kif stipulat fil-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KE, kif emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/642/KE (*1), minn annimali maqtula nhar jew qabel l-1 ta’ Diċembru 2008 jistgħu jibqgħu jiġu importati fil-Komunità sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(*1)   ĠU L 207, 5.8.2008, p. 36.” "

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.

(3)   ĠU L 207, 5.8.2008, p. 36.

(4)   ĠU L 316, 26.11.2008, p. 14.


Corrigendum

20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/48


Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 268, 14 ta' Settembru 1992 . Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3 Volum 13)

F'paġna 162 fl-Artikolu 17(2):

minflok:

“2.   Annimali, semen, ova u embrijuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 biss li jissodisfaw il-ħtiġijiet segwenti jistgħu jkunu importati fil-Komunità:”,

aqra:

“2.   Annimali, semen, ova u embrijuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 11 biss li jissodisfaw il-ħtiġijiet segwenti jistgħu jkunu importati fil-Komunità:”.


20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.