ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
7 ta' Frar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 111/2009 tas-6 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 112/2009 tas-6 ta’ Frar 2009 impożizzjoni ta’ taxxa proviżorja ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Repubblika tal-Moldovja

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 113/2009 tas-6 ta' Frar 2009 dwar l-użu ta’ ċerti termini tradizzjonali fuq it-tikketti tal-inbid impurtat mill-Istati Uniti tal-Amerika

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 114/2009 tas-6 ta’ Frar 2009 li jistipula l-miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 rigward ir-referenzi għall-inbejjed b'oriġini ta' denominazzjoni protetta u b'indikazzjoni ġeografika protetta

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 115/2009 tas-6 ta’ Frar 2009 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bleu des Causses (DPO))

28

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2009/105/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2008 li temenda, għal dak li jikkonċerna l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali tal-Lussemburgu, id-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali

33

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/106/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2009 li twaqqaf il-proċedura ta’ anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid jew tal-azzar rrumblati fiċ-ċatt u mogħtija kisja metall stanjat imniżżel fil-jaħraq li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

34

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 111/2009

tas-6 ta’ Frar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

111,0

JO

68,6

MA

43,3

TN

125,1

TR

97,4

ZZ

89,1

0707 00 05

JO

155,5

MA

134,2

TR

174,8

ZZ

154,8

0709 90 70

MA

115,0

TR

134,5

ZZ

124,8

0709 90 80

EG

278,0

ZZ

278,0

0805 10 20

EG

46,1

IL

53,2

MA

54,2

TN

46,9

TR

54,3

ZA

44,9

ZZ

49,9

0805 20 10

IL

163,3

MA

99,5

TR

52,0

ZZ

104,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

71,6

IL

66,3

JM

101,6

MA

149,3

PK

40,0

TR

70,3

ZZ

83,2

0805 50 10

EG

48,0

MA

60,7

TR

50,1

ZZ

52,9

0808 10 80

AR

91,9

CA

86,3

CL

67,8

CN

82,5

MK

32,6

US

117,0

ZZ

79,7

0808 20 50

AR

102,5

CL

73,7

CN

67,1

US

118,6

ZA

103,0

ZZ

93,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 112/2009

tas-6 ta’ Frar 2009

impożizzjoni ta’ taxxa proviżorja ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Repubblika tal-Moldovja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament Bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Bidu

(1)

Fil-25 ta’ Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet ilment dwar l-importazzjonijiet ta’ staneg u vireg, imremblin bis-sħana, f’kojls imkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat li mhumiex tal-istejnles steel, (“virga tal-wajer”), li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”), mir-Repubblika tal-Moldovja (“l-RM”) u t-Turkija.

(2)

L-ilment ġie ppreżentat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Bażiku mill-EUROFER (“l-ilmentatur”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni Komunitarja ta’ vireg tal-wajer.

(3)

L-ilment kellu evidenza prima facie ta’ dumping u ta’ ħsara materjali kkawżata minn dan id-dumping li kien ikkunsidrat biżżejjed biex jiġġustifika l-ftuħ ta’ proċedura.

(4)

Fit-8 ta’ Mejju 2008, infetħet proċedura bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (l-“avviż ta’ bidu”).

2.   Il-Partijiet ikkonċernati fil-proċedura

(5)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi fl-RPĊ, l-RM u t-Turkija, l-importaturi, il-kummerċjanti, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati, l-awtoritajiet tal-RPĊ, l-RM u t-Turkija, il-produtturi tal-Komunità li qegħdin jagħmlu l-ilment u produtturi oħra tal-Komunità magħrufa li huma kkonċernati bil-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fit-terminu ta’ żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom ikunu mismugħa, ingħataw seduta.

(6)

Sabiex tippermetti lill-produtturi esportaturi jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew għal trattament individwali (“TI”), jekk jixtiequ, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi u dawk mill-Moldovja magħrufa li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tal-RPĊ u l-RM. Żewġ produtturi esportaturi mill-RPĊ, li huma t-tnejn gruppi ta’ kumpaniji relatati, u wieħed mill-RM, talbu għal TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku, jew għal TI jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal TES.

(7)

Minħabba n-numru kbir apparenti ta’ produtturi esportaturi fl-RPĊ u t-Turkija, importaturi u produtturi fil-Komunità, il-Kummissjoni indikat fl-avviż ta’ bidu li jistgħu jiġu applikati metodi ta’ teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tad-dumping u tal-ħsara, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Bażiku.

(8)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fl-RPĊ u fit-Turkija, l-importaturi Komunitarji u l-produtturi Komunitarji ġew mitluba biex jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u biex jipprovdu, kif kien speċifikat fl-avviż ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat.

(9)

Minħabba n-numru limitat ta’ risposti għall-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni, kien deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u Torok, jew għall-produtturi Komunitarji u l-importaturi fi ħdan il-Komunità.

(10)

Intbagħtu kwestjonarji lill-kumpaniji kollha fl-RPĊ, u fit-Turkija li wieġbet għall-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni, lill-produttur esportatur uniku tal-Moldovja, lill-produtturi Komunitarji kollha, l-utenti u l-importaturi li wieġbu għall-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni u lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati. Żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi mill-RPĊ, produttur esportatur wieħed mill-RM, sitt produtturi mit-Turkija, għoxrin produttur Komunitarju, importatur wieħed u tmien utenti fil-Komunità bagħtu risposta.

(11)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għal determinazzjoni ta’ dumping, il-ħsara li rriżultat u l-interess Komunitarju u għamlet xi verifiki fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi esportaturi fl-RPĊ

Hunan Valin Xiangtan Iron & Steel Co. Ltd. u Hunan Xianggang Huaguang Wire Rod Co. Ltd., Xiangtan, provinċja ta’ Hunan, RPĊ;

(b)

Produttur esportatur fl-RM

Joint Stock Company Moldova Steel Works (aktar ‘il quddiem MMZ), Rybnitsa, ir-reġjun tat-Transnistrija fl-RM; u l-kumpanija tal-bejgħ relatata tagħha Panfermag Holding Ltd., Limassol, Ċipru, fil-bini tagħha f’Kiev, Ukraina;

(ċ)

Produtturi esportaturi fit-Turkija

Çolakoglu Metalurji A.S u l-kumpanija tal-bejgħ relatata tagħha Çolakoglu dis Ticaret A.S., Karakoy, it-Turkija;

Habas Sinai ve Tibbi Gazlar Istihsal Endüstrisi A.S., Kartal, it-Turkija;

Içdas Çelik Enerji Tersane ve Ulasim Sanayi A.S., Istanbul, it-Turkija;

Iskenderun Demir ve Çelik Fabrikalari A.S., Iskenderun, it-Turkija;

Kroman Çelik Sanayii A.S, Kocaeli, it-Turkija;

(d)

Produtturi fil-Komunità

Riva Fire S.p.A, Milan, l-Italja u l-kumpaniji relatati tagħha Riva Acier S.A., Gargenville, Franza; Riva Stahl GmbH, Hennigsdorf, il-Ġermanja u Brandenburgische ElektroStahlwerke (BES) GmbH, Brandenburg, il-Ġermanja,

Global Steel Wire, Santander, Spanja,

ArcelorMittal Hamburg GmbH, Hamburg, il-Ġermanja; ArcelorMittal Grandrange, Amneville, Franza; ArcelorMittal Poland, Katowice, il-Polonja,

Feralpi Siderurgica S.p.A, Lonato, l-Italja,

Corus, Londra, ir-Renju Unit,

Duferco La Louviere Sales S.A, Manage, il-Belġju;

(e)

Importaturi fil-Komunità

Montan Gesellschaft Voss GmbH, Planegg, il-Ġermanja;

(f)

Utenti fil-Komunità

Unifer S.p.A, Piacenza, l-Italja.

(12)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għal produtturi esportaturi fl-RPĊ u fl-RM li għalihom jista’ jkun illi ma jingħatax TES, saret verifika biex jiġi stabbilit valur normali fuq il-bażi ta’ dejta minn pajjiż analogu, f’dan il-każ il-Brażil, fil-bini tal-kumpanija li ġejja:

Arcelor Mittal Brazil, Belo Horizonte, il-Brażil.

3.   Il-perijodu għall-investigazzjoni

(13)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet l-perijodu mill-1 ta’ April 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008 (“il-perijodu għall-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżaminar tat-tendenzi relevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-aħħar tal-perijodu għall-investigazzjoni (“il-perijodu kkunsidrat”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(14)

Il-prodott ikkonċernat huwa staneg u vireg, imremblin bis-sħana, f’kojls imkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat li mhumiex tal-istejnles steel li joriġinaw mill-RPĊ, mill-RM u mit-Turkija (“il-prodott ikkonċernat” jew virga tal-wajer), normalment iddikjarat fil-kodiċijiet NM 7213 10 00, 7213 20 00, 7213 91 10, 7213 91 20, 7213 91 41, 7213 91 49, 7213 91 70, 7213 91 90, 7213 99 10, 7213 99 90, 7227 10 00, 7227 20 00, 7227 90 10, 7227 90 50 u 7227 90 95. Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix il-vireg tal-wajer tal-istejnles steel.

(15)

Biex tiġi fabbrikata virga tal-wajer, billets tal-azzar magħmulin minn forn b’ark elettriku (EAC - electric arc furnace) jew funderija li taħdem bi blast furnace (blast furnace melt shop) huma mremblin ġo magna tal-irrumblar. Il-billets huma mqassra transversalment b’mod progressiv billi jgħaddu minn serje ta’ rollijiet u wara jiġu kkojljati. Fil-proċess tal-EAC jintużaw il-fdalijiet tal-metall, filwaqt li fil-proċess tal-funderija jintużaw il-fdalijiet tal-metall u ħadid mhux maħdum.

(16)

Il-vireg tal-wajer jintużaw għall-gożwajer issaldjat fl-industrija tal-bini (wajers li jintużaw biex japplikaw tensjoni preċedenti jew tensjoni sussegwenti u swiegel tal-wajer li jintużaw biex jissaħħaħ il-konkos), u jintużaw għal ħafna aktar affarijiet wara li jkunu magħmulin f’wajer, inkluż fl-industrija tat-tajers (kordi tat-tajers), fl-industrija tal-iskorfini u l-viti (qafliet), prodotti għal bini tal-istekkati, trolleys tas-supermarkit, kordi tal-azzar, elettrodi, kejbils, molol tas-sodda, molol tas-suspenxins u wajer tal-issaldjar.

2.   Il-prodott simili

(17)

L-investigazzjoni wriet li l-vireg tal-wajer iffabbrikati u mibjugħin mill-industrija Komunitarja fil-Komunità, il-vireg tal-wajer iffabbrikati u mibjugħin fis-suq domestiku fil-Brażil, li serva bħala pajjiż analogu, u l-vireg tal-wajer iffabbrikati fl-RPĊ, l-RM u t-Turkija u mibjugħin lill-Komunità u mibjugħin fis-suq domestiku Tork għandhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użu bażiku.

(18)

Il-vireg tal-wajer kollha msemmija hawn fuq huma għalhekk ikkunsidrati simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament Bażiku.

Ċ.   DUMPING

1.   L-applikazzjoni tal-Arikolu 18 tar-Regolament Bażiku

(19)

Produttur esportatur Ċiniż ippreżenta formula tat-teħid tal-kampjuni, talba għal TES u risposta għal-kwestjonarju kontra d-dumping fiż-żmien stipulat, iżda ma tax risposta għall-ittra ta’ nuqqasijiet tal-Kummissjoni, anke wara li rċieva nota ta’ tfakkir.

(20)

Il-kumpanija ġiet infurmata dwar l-applikazzjoni proposta tal-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku u ngħatat l-opportunità li tikkummenta.

(21)

Il-kumpanija affermat li l-Kummissjoni tathom żmien ta’ skadenza qasir wisq biex ikunu jistgħu jagħtu l-informazzjoni kollha fis-sottomissjonijiet tagħhom u biex jikkooperaw. Peress illi l-kumpanija ma indikat lill-Kummissjoni ebda restrizzjoni ta’ ħin fiż-żminijiet ta’ skadenza, kien ikkunsidrat li ma ġewx sottomessi argumenti deċiżivi jew ipprovduta evidenza sabiex id-deċiżjoni li jiġi applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku tiġi annullata.

(22)

Il-kumpanija appellat lill-Uffiċjal tas-Seduta. Wara li nstemgħu l-argumenti tal-kumpanija u l-osservazzjonijiet tal-Uffiċjal tas-Seduta, kien ikkonfermat li l-kumpanija ma indikat ebda restrizzjoni ta’ żmien fil-ħin u għalhekk ma kkooperatx b’diliġenza biżżejjed fl-investigazzjoni.

(23)

Għalhekk ġie kkunsidrat xieraq li ma tiġix aċċettata l-informazzjoni sottomessa minn din il-kumpanija u li jiġu bbażati s-sejbiet fuq fatti disponibbli.

2.   It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“TES”)

(24)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Bażiku, f’investigazzjonijiet anti-dumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-RPĊ u l-RM, il-valur normali jkun determinat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li qegħdin jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku.

(25)

Fil-qosor, u għal faċilità ta’ referenza biss, il-kriterji tat-TES huma elenkati f’forma mqassra hawn taħt:

Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti min-naħa tal-Istat; l-ispejjeż tal-materjal ewlieni użat fil-produzzjoni jirriflettu sostanzjalment l-valuri tas-suq;

Id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords bażiċi tal-kontabilità li jiġu vverifikati indipendentement skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (international accounting standards - “IAS”) u jiġu applikati għall-finijiet kollha;

M’hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

Il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà legali;

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skont ir-rati tas-suq.

(26)

Wara l-bidu tal-proċedura, żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi u wieħed mill-Moldovja talbu t-TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Bażiku u taw risposta għall-formola tat-talba tat-TES fiż-żmien ta’ skadenza stipulat.

2.1   Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(27)

Għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, kellu jiġi applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku (ara l-premessi (19) sa (23) hawn fuq), u għalhekk it-talba tiegħu għat-TES ma kinitx approvata.

(28)

Fir-rigward tal-produttur esportatur Ċiniż li fadal, il-kumpanija ma setgħetx turi li ssodisfat il-kriterji 2 u 3. Rigward il-kriterju 2, instab li bosta politiki tal-kontabilità tal-kumpanija ma kinux konformi mal-IAS. Instab li dawn il-problemi kienu sistematiċi u ma kinux riflessi fir-rapport tal-awditur. Rigward il-kriterju 3, instab li l-kumpanija ma kinitx qiegħda tħallas is-somma kapitali ewlenija ta’ ċertu self, ħafna żmien wara t-terminu previst inizjalment fil-kuntratti tas-self. Il-kumpanija kienet ukoll qiegħda tibbenefika minn tnaqqis sinifikanti fit-taxxa fuq id-dħul matul l-IP.

(29)

Għalhekk, ġie konkluż li l-produttur esportatur Ċiniż ma wriex li ssodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku.

(30)

Wara l-iżvelar tal-analiżi TES, il-produttur esportatur Ċiniż ta risposta li fiha l-kumpanija qablet man-nuqqas ta’ konformità mal-kriterju 2 iżda ma qablitx fuq il-konklużjoni negattiva dwar il-kriterju 3. B’mod partikolari, il-kumpanija argumentat li n-nuqqas ta’ ħlas tas-somma kapitali ewlenija ta’ self ma kienx distorsjoni li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq iżda sinjali li l-kumpanija kellha rata ta’ kreditu għoli. Wara eżami dettaljata nstab li, matul l-IP, is-self in kwistjoni ma kien kopert b’ebda kuntratt, għalhekk il-kumpanija ma kellha ebda obbligu legali li tħallas l-interessi jew is-somma kapitali ewlenija. L-eżistenza ta’ self bħal dan joħloq distorsjoni sinifikanti fis-sitwazzjoni tal-kumpanija, u jirrappreżenta tħassir tad-djun. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ ħlas mill-ġdid tas-somma kapitali ewlenija ta’ self m’huwiex konformi mal-prinċipji tal-ekonomija tas-suq. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud.

(31)

Barra minn hekk, tressaq l-argument li t-tnaqqis fit-taxxa fuq id-dħul ma kienx sussidju u għalhekk ma setax jiġi ttrattat bħala distorsjoni li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq. Dan l-argument ġie miċħud għaliex l-applikazzjoni tat-tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul huwa kontinġenti fuq l-użu ta’ tagħmir domestiku fuq dak importat, u għalhekk jirrappreżenta sussidju speċifiku.

2.2   Ir-Repubblika tal-Moldovja

(32)

Il-produttur tal-Moldivja ma setax juri li ssodisfa xi wieħed mill-kriterji tat-TES. Rigward it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-ispejjeż (kriterju 1) instab li l-ogħla amministrazzjoni tal-kumpanija kellha pożizzjonijiet ewlenin fl-amministrazzjoni tar-reġjun tat-Transnistrija fil-Moldovja, ir-Repubblika li nfirdet iżda mhux rikonoxxuta internazzjonalment ir-“Repubblika tat-Transnistrija fil-Moldovja” (aktar ‘il quddiem “RTM”), u li kien hemm distorsjoni sinifikanti fir-rigward tal-ispejjeż. Rigward il-kriterju 2, instab li l-kumpanija ma kellhiex sett wieħed ċar ta’ rekords tal-kontabilità li huma vverifikati independentement, u ġew identifikati nuqqasijiet serji fir-rigward tal-eżatezza u konsistenza tal-kontijiet, u għalhekk il-kontijiet ma setgħux jiġu fdati. Rigward il-kriterju 3, kien hemm distorsjoni li ntirtet mis-sistema tal-ekonomija mhux tas-suq li affettwat l-ispejjeż. L-aktar waħda sinifikanti kienet li l-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-kumpanija sar bi prezz aktar baxx mill-valur tas-suq. Ġie skopert ukoll li l-kumpanija kienet involuta ta’ spiss fi prattiċi kummerċjali ta’ tpartit. Rigward il-kriterju 4, dwar iċ-ċertezza u l-istabbiltà legali tal-operazzjonijiet, instab li l-kumpanija fil-biċċa l-kbira ma timxix mal-qafas legali tal-Moldovja. Fl-aħħar nett, instab ukoll li l-kumpanija topera, inter alia, b’valuta li mhijiex rikonoxxuta internazzjonalment u li r-rata ta’ kambju tagħha mhijiex stabbilita b’mod liberu skont is-sinjali tas-suq (kriterju 5).

(33)

Għalhekk, ġie konkluż li l-produttur esportatur mill-Moldovja ma wriex li ssodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku.

(34)

Il-produttur esportatur mill-Moldovja oppona din id-deċiżjoni. B’mod ġenerali, huwa afferma li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku għall-RM jirrappreżenta ksur mill-Komunità tal-impenni tagħha tad-WTO lejn l-RM.

(35)

B’risposta għal dan l-argument, għandu jiġi mfakkar li n-nota għall-Artikolu VI tal-GATT tirrikonoxxi li, fil-każijiet ta’ importazzjoni minn ċerti pajjiżi fejn jista’ jkun hemm diffikultajiet fid-determinazzjoni tal-qbil tal-prezz biex jiġi stabbilit jekk hux qed isir dumping, il-membri tad-WTO jistgħu jikkunsidraw li tqabbil mal-prezzijiet domestiċi f’pajjiż bħal dan mhux dejjem jista’ jkun xieraq. Fil-każ tal-RM, huwa maħsub li jeżistu diffikultajiet bħal dawn. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-valur normali jkun iddeterminat skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku. Barra minn hekk, huwa osservat li l-Artikolu 2(7)(a) isemmi speċifikament l-RM fil-lista ta’ pajjiżi ta’ ekonomija mhux tas-suq li għalihom tapplika din il-kundizzjoni.

(36)

Ġie affermat ukoll li l-iskadenzi mandatorji stabbiliti fir-Regolament Bażiku ma ġewx irrispettati. L-Applikanti affermaw li d-deċiżjoni li jiġi miċħud t-TES għandha tiġi annullata għaliex il-Kummissjoni m’għamlitx id-determinazzjoni tat-TES fil-perijodu tat-tliet xhur li kien stabbilit fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku.

(37)

Huwa korrett li l-Kummissjoni m’għamlitx id-determinazzjoni tat-TES fil-perijodu ta’ tliet xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni. Madankollu, dan mhux raġuni għall-annullament tad-deċiżjoni biex jiġi miċħud it-TES. Filwaqt li l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku jistipola li d-determinazzjoni tat-TES għandha ssir fi żmien tliet xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, il-kundizzjoni ma tistipolax li jekk jinqabeż il-perijodu ta’ tliet xhur jkun hemm xi konsegwenzi speċifiċi. B’mod partikolari, il-kundizzjoni ma tistipolax li jekk il-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni fil-perijodu ta’ tliet xhur fuq talba ta’ TES ta’ esportatur, (i) l-esportatur jieħu t-TES awtomatikament jew (ii) li l-instituzzjonijiet ma jistgħux aktar jimponu miżuri kontra l-esportatur. Għalhekk, jirriżulta li l-fatt biss li l-Kummissjoni ma rrispettatx il-perijodu ta’ tliet xhur ma jagħmilx id-deċiżjoni biex jiġi miċħud it-TES illegali.

(38)

Il-produttur esportatur mill-Moldovja jafferma wkoll li kien hemm diskriminazzjoni b’paragun mal-produtturi esportaturi mill-Ukraina u mir-Russja fi proċeduri preċedenti u li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq fatti politiċi. Barra minn hekk huwa jafferma li hemm numru ta’ żbalji minħabba nuqqas ta’ evidenza jew għaliex il-konklużjonijiet mhumiex irraġunati biżżejjed, u li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Il-kumpanija ma tagħtix raġunijiet speċifiċi għal dan il-ksur.

(39)

Rigward l-affermazzjoni ta’ diskriminazzjoni kontra l-RM dwar kif saru l-evalwazzjonijiet tat-TES f’każijiet preċedenti kontra l-Ukraina u r-Russja, għandu jiġi ddikjarat li l-evalwazzjonijiet tat-TES isiru fuq bażi ta’ każ b’każ. Id-Deċiżjonijiet f’każijiet fil-passat li rrigwardaw dawn il-pajjiżi ma jistgħux jiġu applikati awtomatikament għall-proċess kurrenti. Għandu wkoll jiġi enfasizzat li la l-Ukraina u lanqas ir-Russja m’huma elenkati bħalissa fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku bħala pajjiżi ta’ ekonomija mhux tas-suq, għalhekk is-sitwazzjoni kurrenti ma tistax tkun mqabbla mar-Repubblika tal-Moldovja. Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, l-allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni fit-trattament bejn l-RM u pajjiżi oħra li qabel kienu ta’ ekonomija mhux tas-suq hija miċħuda.

(40)

Il-kumpanija mill-Moldovja kkontestat l-analiżi ta’ konformità mal-ħames kriterji tat-TES.

(41)

Rigward il-kriterju 1, il-kumpanija targumenta li m’hemmx interferenza min-naħa tal-Istat għaliex, għall-finijiet tal-proċedura, ma jistgħux isiru referenzi għall-Istat b’referenza għall-awtoritajiet tal-RTM, li mhumiex rikonoxxuti bħala Stat. Madankollu, huwa kkunsidrat li, għall-finijiet ta’ dan il-kriterju, ir-referenza għall-Istat għandha tinftiehem bħala l-awtoritajiet li qegħdin jikkontrollaw ir-reġjun b’mod effettiv, irkonoxxuti jew le, li għandhom il-kapaċità li jinterferixxu fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-kumpanija. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud.

(42)

Il-Kumpanija lanqas ma taqbel mal-evalwazzjoni tal-kriterju 2, filwaqt li tafferma li l-kumpanija għanda sett wieħed biss ta’ rekords bażiċi tal-kontabilità, li jiġu vverifikati indipendentement skont l-IAS.

(43)

Madankollu, instab li l-kumpanija kellha sett ta’ kontijiet li kienu ppreparati skont l-hekk imsejħin standards tal-kontabilità RTM, li ma jinkludux dispożizzjoni għad-djun ħżiena, u li ma kinux ivverifikati. Il-kumpanija kellha sett ta’ kontijiet ieħor, li kien kkonsolidat ma’ kontijiet ta’ kumpaniji relatati oħra u vverifikat, u skont kif kien allegat, bi qbil mal-IAS. Dan it-tieni sett ta’ kontijiet irċieva opinjoni kkwalifikata mill-awdituri, li esprimew riżervi dwar il-valutazzjoni tal-assi mill-kumpanija fl-2003 u fl-2005. Ir-raġunijiet eżatti għal dawk ir-riżervi ma setgħux ikunu espressi b’mod ċar matul l-investigazzjoni. Il-kumpanija aktar tard affermat li r-riżervi li esprimew l-awdituri ma kinux materjali, iżda ma pprovdewx evidenza f’dan ir-rigward.

(44)

Għalhekk, l-argumenti tal-kumpanija msemmijin hawn fuq fir-rigward tal-kriterju 2 kellhom jiġu miċħuda.

(45)

Rigward il-kriterju 3, il-kumpanija affermat li l-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-kumpanija kien irrilevanti għall-iskop tal-indikazzjoni ta’ distorsjoni possibbli li ntirtet mis-sistema ta’ ekonomija mhux tas-suq, għaliex wara l-kumpanija imbiegħet mill-ġdid b’mod normali u b’valur tas-suq ġust. Madankollu dan ma setax jiġi ppruvat peress li l-bejgħ mill-ġdid tal-kumpaniji li għandhom xi ishma tal-MMZ setgħu jinkludu assi oħra u ma ġietx sottomessa evalwazzjoni dokumentata sewwa ta’ dawn l-operazzjonijiet.

(46)

Il-kumpanija affermat ukoll li, fir-rigward tal-prattiċi kummerċjali ta’ tpartit. l-ammonti ta’ kummerċ ta’ tpartit misjuba fl-investigazzjoni ma kinux materjali skont dan il-kriterju. Madankollu, huwa kkunsidrat li l-livell ta’ materjalità ta’ prattiċi bħal dawn mhuwiex kriterju validu għall-analiżi, għaliex il-valur reali tal-oġġetti kkumerċjalizzati huwa magħruf biss għall-partijiet involuti fl-operazzjoni ta’ kummerċ ta’ tpartit. Għalhekk l-argument relevanti huwa li prattiċi bħal dawn, li huma tipiċi ta’ ekonomiji mhux tas-suq, intużaw regolarment mill-kumpanija. Għalhekk l-argument tal-kumpanija kellu jiġi miċħud.

(47)

Rigward self minn kumpanija relatata li għaliha il-kumpanija tal-Moldovja ma setgħet, minkejja li kienet mitluba, tipproduċi ebda evidenza dak il-ħin ta’ ħlas mill-ġdid, il-kumpanija affermat li dan is-self kien tħallas kollu. Sussegwentement il-kumpanija ssottomettiet kopji ta’ dokumenti, skont kif kien allegat, bħala evidenza tal-ħlas, iżda ma tat ebda spjegazzjoni dwar il-għala ma ngħatawx dak il-ħin. Il-fatt jibqa’ li din l-evidenza ma kinitx disponibbli matul il-verifiki fuq il-post u li dan it-tip ta’ sottomissjoni ma jistax ikun ivverifikat f’dan l-istadju tal-proċedura. Għalhekk l-affermazzjoni tal-kumpanija kellha tiġi miċħuda.

(48)

Fir-rigward tal-kriterju 4, il-kumpanija affermat li l-fatt li l-kumpanija kienet irreġistrata b’mod temporanju fl-RM, u l-esportazzjonijiet tagħha saru permezz tad-dwana tal-RM, għandu jiżgura li mxiet mal-qafas legali tal-RM. Hija argumentat ukoll li l-fatt li l-kontijiet ġew ivverifikati wera li l-liġijiet applikabbli għandhom ikunu biżżejjed biex jiġu żgurati ċ-ċertezza u l-istabbiltà legali. Madankollu, wieħed għandu jinnota li la r-reġistrazzjoni temporanja ta’ kumpanija fl-RM u lanqas l-ivverifikar tal-kontijiet ma jiddependu fuq l-applikazzjoni tal-qafas legali tal-RM, u li s-sjieda kurrenti tal-kumpanija mhijiex rikonoxxuta legalment fl-RM. Għalhekk dawk l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(49)

Rigward il-kriterju 5 il-kumpanija affermat li l-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju f’rubli RTM jitwettqu skont ir-rata tas-suq li tirriżulta minn bejgħ liberu u x-xiri ta’ valuti. Madankollu, il-fatt li l-valuta RTM mhijiex rikonoxxuta jew ikkumerċjalizzata internazzjonalment ifisser li ma tistax tkun ikkunsidrata li għandha valur tas-suq, iżda biss valur li huwa stabbilit b’mod amministrattiv mill-hekk imsemmija awtoritajiet tal-RTM. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud.

3.   It-Trattament Individwali (“TI”)

(50)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku, dazju għall-pajjiż kollu, jekk jeżisti, għandu jiġi stabbilit għal pajjiżi li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu, minbarra f’dawk il-każijiet fejn kumpaniji huma kapaċi juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament Bażiku biex jingħataw it-TI.

(51)

Il-produtturi esportaturi Ċiniżi u dawk mill-Moldovja li ma ssodisfawx il-kriterji tat-TES (ara l-premessi (28) sa (33) hawn fuq) talbu wkoll għat-TI fil-każ li ma jingħatawx it-TES.

(52)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, instab li l-produttur esportatur Ċiniż issodisfa l-ħtiġijiet kollha għat-TI kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament Bażiku.

(53)

Fir-rigward tal-produttur esportatur uniku mill-Moldovja, instab li l-produttur esportatur mill-Moldovja ma ssodisfax ir-rekwiżiti biex jingħata t-TI kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament Bażiku, għaliex ma setax jipprova li l-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-kwantitajiet u l-kundizzjonijiet ġew stabbiliti mingħajr interferenza min-naħa tal-Istat, li l-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju twettqu skont ir-rati tas-suq, jew li l-interferenza min-naħa tal-Istat ma ppermettietx l-evitar tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju.

4.   Il-valur normali

4.1.   It-Turkija

(54)

B’mod konformi mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat għal kull produttur esportatur jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk l-ammont totali ta’ bejgħ bħal dan kienx ugwali jew aktar minn 5 % tal-ammont totali tal-bejgħ ta’ esportazzjoni korrispondenti lill-Komunità.

(55)

Wara, il-Kummissjoni identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fuq livell domestiku mill-kumpaniji li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv b’mod ġenerali, li kienu identiċi jew li jistgħu jiġu mqabbla direttament mat-tipi mibjugħin għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari kien ikkunsidrat rappreżentattiv biżżejjed meta l-ammont ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-perijodu għall-investigazzjoni kien jirrappreżenta 5 % jew aktar tal-ammont totali tat-tip ta’ prodott simili mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(56)

Wara, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott mibjugħ fuq livell domestiku f’kwantitajiet rappreżentattivi minn kull kumpanija f’kull pajjiż esportatur jistax jiġi megjus li sar f’sitwazzjoni ta’ kummerċ normali skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti, ta’ kull tip ta’ prodott esportat, fis-suq domestiku matul il-perijodu tal-investigazzjoni.

(57)

Meta l-ammont ta’ bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz ta’ bejgħ nett ugwali jew aktar mill-ispiża ta’ produzzjoni kkalkulata, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-ammont totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, u meta il-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien ugwali jew aktar mill-ispiża ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali. Dan il-prezz kien ikkalkulat bħala medja peżata tal-prezzijiet ta’ bejgħ kollu ta’ dak it-tip li sar matul il-PI, irrispettivament minn jekk sarx profitt minn dan il-bejgħ jew le.

(58)

Meta l-ammont ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-ammont ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali, li huwa kkalkulat bħala medja peżata tal-bejgħ bi qligħ ta’ dak it-tip biss.

(59)

Kull meta il-prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ minn produttur esportatur ma setgħux jintużaw sabiex jiġi stabbilit valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat valur normali kostruwit, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Bażiku.

(60)

Il-valur normali kien kostruwit billi ġie miżjud mal-ispejjeż ta’ fabbrikazzjoni tat-tipi għall-esportazzjoni ta’ kull esportatur, aġġustati fejn meħtieġ, ammont raġonevoli għal bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u marġini raġonevoli ta’ qligħ.

(61)

Fil-każijiet kollha l-SG&A u l-qligħ ġew stabbiliti bil-metodi stabbiliti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament Bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-SG&A involuti u l-qligħ magħmul minn kull produttur esportatur ikkonċernat fis-suq domestiku kinux dejta kredibbli.

(62)

Mill-ħames produtturi esportaturi Torok investigati, il-bejgħ tal-prodott simili kienu rappreżentattivi. Fil-biċċa l-kbira, il-valur normali kien bbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew li kellhom jitħallsu, f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, minn klijenti indipendenti fit-Turkija, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Bażiku.

(63)

Madankollu, għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn il-bejgħ domestiku ma kienx biżżejjed jew ma kienx magħmul f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, il-valur normali kien kostruwit skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Bażiku. L-SG&A u l-qligħ kienu bbażati fuq dejta reali relatata mal-produzzjoni u l-bejgħ, f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, tal-prodott simili, mill-produttur esportatur li qiegħed jiġi investigat, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament Bażiku.

4.2.   Ir-RPĊ u l-RM

(64)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku, fl-ekonomiji li jinsabu fi stadju ta’ tranżizzjoni, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur kostruwit f’ekonomija tas-suq ta’ pajjiż terz (“pajjiż analogu”). Peress li l-ebda produttur esportatur fl-RPĊ jew l-RM ma ngħata TES, il-valur normali għal dawn il-kumpaniji kellu jiġi stabbilit fuq il-bażi tad-dejta minn pajjiż analogu.

4.3.   Il-pajjiż analogu

(65)

Fl-avviż ta’ bidu, il-Brażil ġie propost bħala pajjiż analogu approprjat sabiex jiġi stabbilit il-valur normali għall-RPĊ u l-RM. Il-Kummissjoni ħeġġet lill-partijiet interessati kollha biex jagħtu l-kummenti tagħhom fuq din il-proposta.

(66)

Minkejja li ġew ikkuntattjati numru ta’ produtturi f’pajjiżi terzi oħra, l-ebda kumpanija ma aċċettat li tikkoopera minbarra l-produttur Brażiljan wieħed.

(67)

Bosta partijiet interessati taw kummenti li affermaw li l-Brażil ma kienx għażla approprjata u pproponew it-Turkija bħala pajjiż analogu. L-ilmentatur issottometta argumenti oħra favur l-għażla tal-Brażil. Dawn l-argumenti ġew analizzati u investigati mill-Kummissjoni.

(68)

Parti interessata waħda affermat li l-metodi ta’ produzzjoni fl-RM u l-Brażil kienu differenti u għalhekk ipproponiet lit-Turjika bħala pajjiż analogu aktar adattat għall-RM. L-istess parti affermat ukoll li l-livell ta’ żvilupp ekonomiku fl-RM u l-Brażil huwa differenti. Madankollu, instab li l-metodi ta’ produzzjoni fil-Brażil huma essenzjalment l-istess jew simili għal dawk fl-RPĊ. Id-differenza fil-metodi ta’ produzzjoni bejn il-Brażil u l-RM tikkonċerna biss il-proċess preliminari, li ma jwassalx għal differenzi sinifikanti fl-ispejjeż. Rigward il-livell ta’ żvilupp ekonomiku, mhuwiex ikkunsidrat per se bħala kriterju għall-għażla ta’ pajjiż analogu.

(69)

Tressaq ukoll l-argument li l-produttur Brażiljan li kkoopera kien relatat mal-ilmentatur, li jista’ jagħmel l-għażla tal-Brażil mhux xierqa bħala pajjiż analogu. Dan l-argument ma kienx aċċettat. Kien ikkunsidrat li jekk ma jkunx hemm distorsjoni fil-prezzijiet u l-ispejjeż, m’hemmx raġuni li tiġi eskluża d-dejta pprovduta minn kumpaniji li kkooperaw li huma relatati mal-ilmentatur meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-valuri normali bbażati fuq il-bejgħ domestiku f’pajjiż analogu.

(70)

Parti interessata waħda affermat li l-prodott simili kkonċernat kellu prezz għoli wisq fis-suq domestiku Brażiljan. Parti interessata oħra affermat li kien hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq domestiku minħabba l-fatt li l-produtturi domestiċi huma integrati vertikalment, u tnejn minnhom flimkien allegatament ikollhom aktar minn 60 % tas-sehem tas-suq.

(71)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-prezzijiet domestiċi fil-Brażil kienu pjuttost għoljin, kif ukoll il-marġini ta’ profitt li kellu l-produttur Brażiljan li kkoopera. Dan jista’ jkun indikazzjoni ta’ livell insuffiċjenti ta’ kompetizzjoni fis-suq Brażiljan, ikkawżat mill-fatt li hemm tliet prodotturi biss tal-prodott simili, u tnejn minnhom, kif ġie kkonfermat mill-investigazzjoni, jirrappreżentaw madwar 90 % tas-suq.

(72)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li hemm madwar 12-il produttur fit-Turkija li, meta kkunsidrati mal-importazzjonijiet minn sorsi diversi, jiżguraw suq domestiku kompetittiv.

(73)

Fi kwalunkwe każ, u sabiex jiġi evitat l-effett ta’ prezzijiet għoljin fis-suq domestiku Brażiljan, u peress li d-dejta vverifikata minn ħames produtturi esportaturi Torok hija disponibbli, kien ikkunsidrat aktar xieraq li tintuża t-Turkija bħala pajjiż analogu minflok il-Brażil.

(74)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, ġie konkluż li l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu tista’ tiġi kkunsidrata bħala aktar adattata mill-Brażil għall-finijiet ta’ din il-proċedura, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku.

4.4.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(75)

Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit b’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni mħallsa realment jew li għandhom jitħallsu.

(76)

Produttur esportatur wieħed għamel xi bejgħ ta’ esportazzjoni permezz ta’ importatur relatat fil-Komunità. F’dan il-każ il-prezz ta’ esportazzjoni ġie kostruwit, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament Bażiku, fuq il-bażi tal-prezz li bih inbiegħu għall-ewwel darba l-prodotti importati lil xerrej indipendenti, aġġustati kif dovut għall-ispejjeż kollha involuti bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll għal marġini raġonevoli għall-SG&A u l-profitti. L-ispejjeż tal-SG&A tal-importatur relatat stess intużaw, u l-marġini ta’ qligħ ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli mill-importaturi mhux relatati li kkooperaw.

4.5.   It-tqabbil

(77)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq il-bażi ex-works.

(78)

Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tal-Regolament Bażiku.

(79)

Għall-produtturi esportaturi investigati kollha li kkooperaw, ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż għat-trasport tal-merkanzija u l-assigurazzjoni, l-ispejjeż bankarji, l-ispejjeż tal-ippakkjar, l-ispejjeż għall-krediti u kummissjonijiet fejn kien applikabbli u ġġustifikat.

5.   Il-marġini tad-dumping

5.1.   Il-produtturi Ċiniżi

(80)

Għall-produttur esportatur uniku li ngħata t-TI, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit billi tqabblu l-prezzijiet tal-esportazzjoni ex-works tagħhom, permezz tal-PCN, mal-valur normali rispettiv tal-pajjiż analogu.

(81)

Għall-esportaturi kollha li ma jikkooperawx, u minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, il-marġini tad-dumping residwali kien iffissat fuq il-livell tal-marġini tad-dumping l-aktar għoli li kien stabbilit għal kwantità rappreżentattiva esportata mill-produttur esportatur li kkoopera.

(82)

Il-marġini tad-dumping medji peżati temporanji espressi bħala perċentwali tal-prezz CIT fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huma:

L-isem

Il-marġini tad-dumping

Valin Group

36,5  %

L-oħrajn kollha

50,5  %

5.2.   Il-produttur esportatur tal-Moldovja

(83)

Il-kalkolu tal-marġini tad-dumping għall-produttur mill-Moldovja sar billi ntużaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni vverifikati tiegħu mal-prezz domestiku tal-pajjiż analogu. Peress li l-esportazzjonijiet tal-produttur mill-Moldovja jsiru permezz ta’ negozjant relatat, il-kalkolu tal-marġini tad-dumping hija bbażata fuq prezz tal-esportazzjoni kostruwit għall-bejgħ lil klijent indipendenti fl-UE, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament Bażiku.

(84)

Il-marġini tad-dumping ikkalkulat b’dan il-mod huwa ta’ 16,1 %.

(85)

Peress li l-kooperazzjoni kienet għolja, jiġifieri l-importazzjonijiet mill-produttur tal-Moldovja li kkoopera rrappreżentaw madwar 85 % tal-importazzjonijiet kollha, ġie stabbilit marġini tad-dumping uniku għal pajjiż kollu fuq il-bażi tad-dejta tal-MMZ ivverifikata, jiġifieri fuq l-istess livell ta’ dak tal-produttur esportatur li kkoopera.

(86)

Għalhekk, il-marġini tad-dumping uniku għal pajjiż kollu għall-RM huwa stabbilit għal 16,1 %.

5.3.   Il-produtturi esportaturi Torok

(87)

Skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament Bażiku l-marġini tad-dumping kienu stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali medju peżat għal kull tip ta’ prodott ma’ prezz medju peżat ta’ esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott kif stabbilit hawn fuq.

(88)

Il-marġini tad-dumping preliminari huma kif ġejjin:

L-isem tal-Kumpanija

Il-marġini tad-Dumping

Kroman Çelik Sanayli AS (Kroman)

18,8  %

Çolakoglu Metalurji A.S (Çolakoglu)

9,8  %

Iskenderun Demir ve Çelik AȘ (Isdemir)

10,5  %

Habas Sinai ve Tibbi Gazlar Istihsal Endustri AS (Habas)

7,1  %

Icdas Celik Enerji Tersane ve Ulasim Sanayii AS (Icdas)

4,1  %

L-oħrajn kollha (li jifdal)

18,8  %

D.   L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

1.   Il-Produzzjoni Komunitarja

(89)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Komunità, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Komunità qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali Komunitarja.

(90)

Fuq dik il-bażi, il-produzzjoni totali Komunitarja kienet stmata għal madwar 24,9 miljun tunnellata matul il-PI. Dan l-ammont jinkludi il-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Komunità li ppreżentaw ruħhom u l-istima tal-produzzjoni tal-produtturi li baqgħu siekta matul il-proċedura (“produtturi siekta”). Il-produtturi siekta jirrappreżentaw madwar 30 % tal-produzzjoni totali Komunitarja. L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Komunità magħrufa ma kien newtrali jew kien jopponi l-bidu tal-investigazzjoni.

(91)

Fir-rigward tal-produtturi siekta l-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji biex tiġbor dejta aktar preċiża, b’mod partikolari fuq l-ammonti tal-bejgħ u l-prezzijiet tagħhom. Madankollu, ma rċeviet ebda risposta minn dawn il-produtturi. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, id-dejta indikata fl-ilment dwar il-produtturi siekta ntużat biex jiġu stabbiliti l-produzzjoni u l-konsum tal-Komunità.

(92)

L-ammont ta’ produzzjoni tal-produtturi tal-Komunità li appoġġaw l-ilment kien ta’ 11,1 miljun tunnellata fil-PI, li għalhekk jirrappreżenta 45 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Komunità, filwaqt li produtturi oħra li appoġġaw l-ilment iżda ma xtaqux jikkooperaw jirrappreżentaw 25 %.

2.   Id-definizzjoni tal-industrija Komunitarja

(93)

Kif imsemmi fil-premessa (92), l-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Komunità li appoġġaw l-ilment u aċċettaw li jikkooperaw fl-investigazzjoni rrappreżentaw madwar 45 % tal-produzzjoni totali Komunitarja matul il-PI. Dawn il-produtturi għalhekk għandhom jistabbilixxu l-industrija Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament Bażiku.

(94)

Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi li appoġġaw l-ilment u aċċettaw li jikkooperaw fl-investigazzjoni kien ippjanat li jsir teħid ta’ kampjuni. Kien hemm 20 risposta għal kwestjonarju tat-teħid ta’ kampjuni li ntbagħat lill-produtturi tal-Komunità magħrufa. Billi dawn l-20 produttur li kkooperaw kienu jikkonsistu f’erba’ gruppi ta’ kumpaniji u żewġ produtturi indipendenti, kien deċiż li ma jiġix applikat it-teħid ta’ kampjuni.

(95)

Minħabba n-numru kbir ta’ kumpaniji relatati inklużi fi tnejn mill-erba’ gruppi, kien deċiż li d-dejta pprovduta minn 11-il kumpanija individwali, magħżula fuq il-bażi tal-ammont ta’ produzzjoni tagħhom kif ukoll fuq il-firxa ġeografika tagħhom, tkun ivverifikata fuq il-post fl-istadju temporanju. Għall-bqija tal-kumpaniji saret analiżi dokumentata tad-dejta sottomessa fir-risposti tagħhom għall-kwestjonarji.

E.   ĦSARA

1.   Il-konsum Komunitarju

(96)

Il-konsum Komunitarju kien stabbilit fuq il-bażi tal-importazzjonijiet totali, meħud minn Eurostat, il-bejgħ totali fis-suq Komunitarju tal-industrija Komunitarja u l-produtturi l-oħra tal-Komunità, inkluża stima tal-bejgħ tal-produtturi siekta.

(97)

Kif imsemmi fil-premessa (91), il-produtturi siekta ġew ikkuntattjati u mitluba biex jipprovdu dejta, b’mod partikolari dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom ta’ vireg tal-wajer matul il-perijodu kkunsidrat. Madankollu, billi ma kienx hemm kooperazzjoni u fin-nuqqas ta’ dejta oħra dwar il-bejgħ tagħhom fis-suq Komunitarju, intużat id-dejta pprovduta fl-ilment minflok.

Tabella 1

Il-konsum Komunitarju

2004

2005

2006

2007

PI

Tunnellati

21 517 641

20 454 603

22 438 442

23 102 366

22 754 018

Indiċi

100

95

104

107

106

Sors: Eurostat, id-dejta tal-ilment u r-risposti tal-kwestjonarji.

(98)

B’mod ġenerali, il-konsum Komunitarju żdied b’6 % matul il-perijodu kkunsidrat. Iż-żieda bdiet fl-2006, wara tnaqqis temporanju ta’ 5 % fl-2005. Wara dan, il-konsum irkupra u żdied sal-2007, u wara dan kien hemm tnaqqis żgħir matul il-PI. Il-bidla ġenerali għall-agħar fil-konsum fl-2005 kienet ir-riżultat ta’ domanda aktar baxxa fl-industrija tal-bini.

2.   L-importazzjonijiet lejn il-Komunità mill-RPĊ, l-RM u t-Turkija

2.1.   Kumulazzjoni

(99)

Sabiex issir evalwazzjoni dwar il-kumulazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi li huma soġġetti għal din l-investigazzjoni, ġiet eżaminata s-sitwazzjoni individwali ta’ kull pajjiż fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Bażiku.

(100)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM, instab li l-ammont tal-importazzjoni tagħhom kien ‘il fuq mil-limitu de minimis previst fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament Bażiku u li l-ammont tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi ma kienx negliġibbli. Barra minn hekk, l-ammonti tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi segwew tendenza simili matul il-perijodu kkunsidrat, laħqu l-ogħla livell fl-2007 u wara dan naqsu ftit. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-operaturi rilevanti kienu simili, b’mod partikolari matul il-PI. B’mod partikolari, instab li l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja. Għalhekk kien ikkunsidrat li l-kundizzjonijiet għal kumulazzjoni ġew issodisfati.

(101)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Turkija, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw prattikament it-totalità tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità matul il-PI. Għalhekk, l-analiżi ta’ dawn l-importazzjonijiet kienet ibbażata fuq id-dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Fuq dik il-bażi nstab li, b’mod simili għall-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM, l-ammont tal-importazzjoni mit-Turkija kien ‘il fuq mil-limitu de minimis previst fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament Bażiku u li l-ammont tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi ma kienx negliġibbli. Madankollu, b’mod kontrarju għaż-żewġ pajjiżi l-oħra kkonċernati, instab li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi rilevanti ma kinux simili, b’mod partikolari rigward l-imġieba tagħhom f’dak li jirrigwarda l-prezz. Fil-fatt dawn l-esportaturi la kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja u lanqas ma kienu qegħdin ibiegħu l-prodotti tagħhom fis-suq Komunitarju bi prezz aktar baxx minn dak li ma jagħmilx dannu stabbilit għall-industrija tal-Komunità matul il-PI. Għalhekk ġie kkunsidrat li l-kundizzjonijiet għall-kumulazzjoni tal-importazzjonijiet mit-Turkija b’relazzjoni mal-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM ma ġewx issodisfati.

(102)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, ġie konkluż b’mod temporanju li l-importazzjonijiet mit-Turkija m’għandhomx jiġu kumulati mal-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM.

2.2.   L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-RPĊ u l-RM

(103)

L-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM (“il-pajjiżi kkonċernati”) żviluppaw kif ġej matul il-perijodu kkunsidrat:

Tabella 2

It-total tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-RPĊ u l-RM

2004

2005

2006

2007

PI

Ammonti (tunnellati)

292 621

224 511

739 615

1 744 865

1 431 628

Indiċi

100

77

253

596

489

Is-sehem fis-suq

1,4  %

1,1  %

3,3  %

7,6  %

6,3  %

Indiċi

100

81

242

555

463

Il-prezzijiet (Eur/tunnellata)

374

430

378

409

419

Indiċi

100

115

101

109

112

Sors: Eurostat.

(104)

L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod sinifikanti minn madwar 0,3 miljun tunnellata fl-2004 sa 1,4 miljun tunnellata fl-2007, jiġifieri kważi ħames darbiet. Dawn l-importazzjonijiet laħqu l-limitu fl-2007, u wara dan urew tendenza li jonqsu ftit b’mod konformi mal-iżviluppi fil-konsum tal-Komunità.

(105)

Għalkemm il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 12 % matul il-perijodu kkunsidrat, instab li kienu qegħdin iwaqqgħu dawk tal-industrija Komunitarja, b’mod partikolari matul il-PI. Għalhekk, is-sehem tagħhom fis-suq żdied b’mod sinifikanti minn 1,4 % fl-2004 sa 6,3 % fil-PI.

2.3.   It-twaqqigħ tal-prezz

(106)

Għall-iskop li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet medji peżati tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tal-industrija Komunitarja għal klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju, aġġustati għal livell ex-works, tqabblu mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati għall-ewwel klijent indipendenti, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustament kif xieraq għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(107)

Il-kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi kienet baxxa ħafna. Produttur wieħed biss li jirrappreżenta 5 % tal-ammont totali tal-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-RPĊ ikkoopera fl-investigazzjoni. Fuq il-bażi ta’ tipi ta’ prodotti li jistgħu jitqabblu, instab marġini ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ta’ 4,5 % għal dan il-produttur.

(108)

Għall-produtturi l-oħra kollha fl-RPĊ, it-twaqqigħ tal-prezz kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezz medju tal-esportazzjoni kif irrappurtat fil-Eurostat u l-prezz medju tal-industrija Komunitarja. Fuq din il-bażi, instab marġini ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ta’ 7,6 %.

(109)

L-uniku produttur mill-Moldovja, MMZ, irrappreżenta 85 % tal-importazzjonijiet kollha lejn il-Komunità mill-RM fil-PI. Għalhekk il-marġini ta’ twaqqigħ għall-RM kien stabbilit fuq il-bażi tat-tqabbil tal-prezz medju ta’ esportazzjoni tal-produtturi li kkoopera mal-prezz medju ta’ bejgħ tal-industrija Komunitarja, għat-tipi ta’ prodotti li jistgħu jitqabblu. Fuq din il-bażi, instab marġini ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ta’ 0,1 %.

(110)

Is-sejbiet imsemmijin hawn fuq għandhom jidhru fid-dawl tal-fatt li l-prodott ikkonċernat huwa tip ta’ prodott bażiku, li s-suq tiegħu huwa trasparenti u fejn l-operaturi kollha huma konxji tal-prezzijiet li huma kkwotati. Barra minn hekk, il-fatt li fis-suq Komunitarju kien hemm żieda tal-prezzijiet tal-materja prima wassal għal tensjoni supplementari fuq il-prezzijiet tal-bejgħ, b’mod partikolari matul il-PI.

3.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja

3.1.   Kummenti preliminarji

(111)

B’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija Komunitarja kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal evalwazzjoni tal-istat tal-industrija Komunitarja mill-2004 sal-aħħar tal-PI.

3.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

Tabella 3

 

2004

2005

2006

2007

PI

Il-produzzjoni (tunnellati)

11 475 041

10 435 463

11 464 051

11 159 222

11 122 136

Indiċi

100

91

100

97

97

Il-kapaċità (tunnellati)

14 164 000

14 652 000

14 627 000

14 846 000

15 049 000

Indiċi

100

103

103

105

106

L-użu tal-kapaċità

81  %

71  %

78  %

75  %

74  %

Indiċi

100

88

97

93

91

Sors: Ir-risposti tal-kwestjonarji.

(112)

Kif jidher fit-tabella hawn fuq, il-produzzjoni tal-industrija Komunitarja naqset bi 3 % fil-perijodu kkunsidrat, għalhemm il-konsum Komunitarju żdied matul l-istess perijodu. It-tnaqqis fil-produzzjoni b’9 % osservat bejn l-2004 u l-2005 kien irkuprat fis-sena ta’ wara bi qbil ma’ żieda fil-konsum Komunitarju ta’ aktar minn 9 %.

(113)

L-industrija Komunitarja żiedet il-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha għal madwar 15 miljun tunnellata matul il-PI bi qbil mal-aspettattivi pożittivi fis-suq Komunitarju. Madankollu, minħabba l-istaġnar fil-bejgħ u t-tnaqqis fl-ammonti ta’ produzzjoni, l-użu tal-kapaċità disponibbli naqset minn 81 % fl-2004 sa 74 % fil-PI.

3.3.   L-ammont ta’ bejgħ u s-sehem fis-suq

(114)

Kif imsemmi fil-premessa (94), l-industrija tal-Komuntià hija magħmula inter alia minn erba’ gruppi li jinkludu numru kbir ta’ kumpaniji relatati. L-investigazzjoni wriet li kien hemm xi trasferimenti tal-prodott ikkonċernat bejn kumpaniji relatati. Iċ-ċifri tal-bejgħ li ġew ikkunsidrati fit-tabella hawn taħt huma relatati mal-ammont mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq Komunitarju.

Tabella 4

 

2004

2005

2006

2007

PI

L-ammont ta’ bejgħ (tunnellati)

7 596 746

6 832 143

7 585 289

7 605 382

7 570 540

Indiċi

100

90

100

100

100

Is-sehem fis-suq

35,3  %

33,4  %

33,8  %

32,9  %

33,3  %

Indiċi

100

95

96

93

94

Sors: Ir-risposti tal-kwestjonarji.

(115)

Fil-waqt li l-konsum tal-Komunità żdied b’6 % matul il-perijodu kkunsidrat, l-ammont tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Komunità lil klijenti indipendenti fis-suq Komunitarju baqa’ stabbli. Dan ifisser li l-industrija tal-Komuntià ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum minħabba l-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk is-sehem fis-suq tal-industrija Komunitarja naqas b’6 % bejn l-2004 u l-PI.

(116)

It-telf fis-sehem tas-suq seħħ minkejja l-isforzi tal-industrija Komunitarja biex tersaq lejn il-gradi ta’ produzzjoni aktar għoljin, kif spjegat fil-premessa (117).

3.4.   Unitajiet ta’ prezzijiet medji tal-industrija Komunitarja

(117)

Il-prezzijiet ta’ bejgħ ex-works medji tal-industrija Komunitarja lil klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju żdiedu b’14 % fil-perijodu kkunsidrat. L-investigazzjoni wriet li din iż-żieda fil-prezzijiet ta’ bejgħ kienet parzjalment ir-riżultat tal-bidla lejn prodotti ta’ livell ogħla, fejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ma kinux preżenti, iżda saret ukoll minħabba ż-żieda fl-ispejjeż ta’ produzzjoni. Madankollu wieħed għandu jinnota li l-prodotti standard irrappreżentaw madwar 80 % tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja matul il-PI u għalhekk baqgħu l-prodotti ewlenin ta’ dik l-industrija.

Tabella 5

 

2004

2005

2006

2007

PI

Il-prezz medju (Eur/tunnellata)

414

409

435

468

474

Indiċi

100

99

105

113

114

Sors: Ir-risposti tal-kwestjonarji.

(118)

Fil-fatt, instab li l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja żdiedet b’25 % bejn l-2004 u l-PI prinċipalment minħabba ż-żieda fil-prezz tal-fdalijiet li huma l-materja prima prinċipali li tintuża fil-produzzjoni tal-vireg tal-wajer. Il-prezz tal-fdalijiet żdied b’34 % matul l-istess perijodu u għalhekk iż-żieda fil-prezz li tidher fit-Tabella hawn fuq setgħet tkopri parti biss miż-żieda tal-prezzijiet tal-materja prima.

3.5.   L-istokks

(119)

L-istokks irrappreżentaw madwar 5 % tal-ammont tal-produzzjoni fil-PI. L-industrija Komunitarja naqset il-livelli tal-istokks tagħha b’10 % matul il-perijodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2007 u l-PI. Madankollu dan it-tnaqqis fl-istokks jista’ jindika li livell ta’ attività aktar baxx huwa previst fil-futur. F’dan il-kuntest wieħed għandu jinnota li madwar 20 % tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja huwa magħmul għall-użu kaptiv biex jiġu pproċessati aktar il-prodotti downstream. Il-proporzjon tal-użu kaptiv baqa’ stabbli matul il-perijodu kkunsidrat.

Tabella 6

 

2004

2005

2006

2007

PI

L-istokks (Eur tunnellati)

657 667

530 578

691 413

699 508

594 408

Indiċi

100

81

105

106

90

Sors: Ir-risposti tal-kwestjonarji.

3.6.   Xogħol, salarji u produttività

Tabella 7

 

2004

2005

2006

2007

PI

Xogħol – ekwivalenti għal full-time (full-time equivalent - FTE)

4 131

3 918

3 825

4 084

4 206

Indiċi

100

95

93

99

102

Spiża għall-ħaddiema (Eur FTE)

41 300

43 200

45 300

45 300

44 600

Indiċi

100

105

110

110

108

Produttività (Indiċi)

100

96

108

98

95

Sors: Ir-risposti tal-kwestjonarji.

(120)

Bħal m’huwa ġeneralment il-każ fl-industriji tal-metallurġija, in-numru ta’ impjegati ma jistax jitnaqqas faċilment mingħajr ma tiġi kompromessa l-produzzjoni. Għalhekk ix-xogħol baqa’ pjuttost stabbli, u żdied ftit fil-PI.

(121)

Minkejja ż-żieda fl-ispejjeż tal-ħaddiema, l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja għamlet sforzi biex tirrazzjonalizza l-produzzjoni tagħha u tnaqqas l-ispejjeż ta’ produzzjoni tagħha sabiex tpatti għaż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-materja prima, kif deskritt hawn fuq fil-premessa (118). Għalhekk iż-żieda fl-ispiża medja tal-produzzjoni kienet iżgħar miż-żieda fil-prezzijiet tal-fdalijiet.

(122)

Minkejja ż-żieda fil-konsum Komunitarju fil-perijodu kkunsidrat, l-industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid il-produttività tagħha, kif kien mistenni. Fil-fatt, il-produttività naqset bi qbil mat-tnaqqis tal-ammont ta’ produzzjoni, kif jidher fit-Tabella 3 hawn fuq.

3.7.   Ir-rendiment, il-likwidità, l-investimenti, id-dħul fuq l-investimenti u l-abilità li jinġabar il-kapital

Tabella 8

 

2004

2005

2006

2007

PI

Ir-rendiment

14,2  %

7,1  %

8,1  %

7,7  %

6,7  %

Indiċi

100

50

57

54

47

Il-likwidità 1 000 EUR

499 500

260 845

354 398

276 463

262 764

Indiċi

100

52

71

55

53

L-investimenti 1 000 EUR

147 897

136 031

231 726

221 808

200 126

Indiċi

100

92

157

150

135

Id-dħul fuq l-investimenti

69  %

49  %

51  %

47  %

47  %

Indiċi

100

72

74

68

68

Sors: Ir-risposti tal-kwestjonarji.

(123)

Ir-rendiment tal-industrija Komunitarja ġie stabbilit billi ġie espress il-qligħ nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Matul il-perijodu kkunsidrat ir-rendiment tal-industrija Komunitarja naqas minn qligħ ta’ 14,2 % fl-2004 sa 6,7 % fil-PI. It-tnaqqis kbir fir-rendiment fl-2005 jista’ jkun relatat mar-riċessjoni fis-settur u saret fl-istess żmien tat-tnaqqis fil-konsum. Fl-2006 ir-rendiment tal-industrija Komunitarja rkuprat ftit iżda bdiet terġa’ tmur għall-agħar fl-2007 u aktar fil-PI.

(124)

L-industrija Komunitarja żiedet il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha matul il-perijodu kkunsidrat. Madankollu, minħabba l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx ma kinitx f’pożizzjoni li tpoġġi ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima fuq dahar il-klijenti tagħha u tibbenefika mit-tkabbir tas-suq li sar f’dawk is-snin.

(125)

It-tendenza tal-likwidità, li huwa l-abilità tal-industrija li tiffinanzja waħedha l-attivitajiet tagħha, tirrifletti ħafna l-iżviluppi fir-rendiment. Għalkemm il-likwidità baqgħet pożittiva matul il-perijodu kkunsidrat, din kienet fuq livell baxx ħafna meta mqabbla b’mod partikolari mal-2004. Jistgħu jsiru l-istess kummenti dwar id-dħul fuq l-investimenti li wrew żvilupp negattiv simili matul il-perijodu kkunsidrat.

(126)

Minkejja t-tnaqqis fl-effikaċja finanzjarja tagħha, l-industrija Komunitarja baqgħet tinvesti matul il-perijodu kkunsidrat. Dan jissuġġerixxi li l-industrija mhijiex lesta twaqqaf il-produzzjoni iżda hija taħseb li s-settur huwa vijabbli. Il-livell tal-investimenti juri li s-settur għandu l-abilità li jiġbor il-kapital meħtieġ. Madankollu, din l-abilità saret aktar limitata bid-deterjorazzjoni sinifikanti tal-likwidità matul il-perijodu kkunsidrat.

3.8.   It-tkabbir

(127)

L-ammont ta’ bejgħ tas-suq tal-industrija Komunitarja staġna bejn l-2004 u l-PI, u b’dan il-mod ma ħalliex lill-industrija Komunitarja tibbenefika mit-tkabbir fil-konsum Komunitarju li żdied b’6 % bejn l-2004 u l-PI. Għalhekk, is-sehem fis-suq tagħha naqas b’2 punti perċentwali matul l-istess perijodu.

3.9.   Id-daqs tal-marġini reali tad-dumping

(128)

Il-marġini tad-dumping għall-RPĊ, l-RM u t-Turkija speċifikati hawn fuq fit-taqsima tad-dumping, huma b’mod ċar ‘il fuq mil-limitu de minimis. Minħabba l-ammonti u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping, l-impatt tal-marġini reali tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli.

4.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(129)

Ċerti indikaturi tal-ħsara, bħal pereżempju l-prezzijiet tal-bejgħ (+ 14 %), il-kapaċità ta’ produzzjoni (+ 6 %) u l-investimenti (+ 35 %) juru tendenza pożittiva matul il-perijodu kkunsidrat.

(130)

Madankollu, xi indikaturi tal-ħsara oħra bħal pereżempju l-produzzjoni (– 3 %), l-użu tal-kapaċità (– 9 %), is-sehem tas-suq (– 6 %) u l-produttività (– 5 %) naqsu filwaqt li l-ammont ta’ bejgħ lil klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju staġna minkejja ż-żieda fil-konsum matul il-perijodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-indikaturi tal-ħsara relatati mal-effikaċja finanzjarja tal-industrija Komunitarja bħal-likwidità (– 47 %), id-dħul fuq l-investiment (– 32 %) u r-rendiment (– 7,5 punti perċentwali) kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-abilità tal-industrija Komunitarja biex tiġbor il-kapital naqset ukoll.

(131)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat, prinċipalment minħabba ż-żieda kbira fil-prezzijiet tal-fdalijiet (+34 %) li huma l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-vireg tal-wajer. Madankollu, minħabba s-sottokwotazzjoni pprattikata mill-esportaturi Ċiniżi u mill-Moldovja matul il-PI, l-industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha skont iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima.

(132)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, għalkemm l-industrija Komunitarja baqgħet tagħmel qligħ matul il-PI billi kkonċentrat fuq segmenti fuq livelli għoljin tas-suq bi prezzijiet ogħla, il-qagħda finanzjarja tagħha ddeterjorat b’mod sinifikanti. Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ‘il fuq, ġie konkluż li l-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara materjali fil-kuntest tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Bażiku.

F.   KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(133)

B’konformità mal-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament Bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-RPĊ u l-RM ikkawżawx ħsara lill-industrija Komunitarja sal-livell li jwassal li din tkun ikklassifikata bħala materjali. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li jistgħu fl-istess ħin ikunu qed jagħmlu ħsara lill-industrija Komunitarja, ġew eżaminati wkoll sabiex jiġi żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn l-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita lill-importazzjonijiet.

2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping

(134)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mill-RPĊ u l-RM żdiedu b’mod sinifikanti, kważi b’ħames darbiet, matul il-perijodu kkunsidrat, u żdiedu b’1,1 miljun tunnellata bejn l-2004 u l-PI. Din iż-żieda kienet b’mod partikolari għolja bejn l-2006 u l-PI. F’termini tas-sehem tas-suq, l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati żiedu s-sehem tagħhom tas-suq Komunitarju minn 1,4 % fl-2004 sa 6,3 % fil-PI. Fil-prattika dan kien jikkorrispondi għaż-żieda totali fil-konsum Komunitarju li sar matul il-perijodu kkunsidrat.

(135)

Matul l-istess perijodu, għalkemm l-ammont tal-bejgħ tagħha fis-suq Komunitarju baqa’ stabbli, l-industrija Komunitarja tilfet is-sehem fis-suq minn 35,3 % sa 33,3 %, jiġifieri 2 punti perċentwali.

(136)

Fir-rigward tal-prezzijiet, minkejja l-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjoni oġġett ta’ dumping żdiedu b’12 % matul il-perijodu kkunsidrat bi qbil maż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, dawn xorta kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Għalhekk, l-industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biex tkopri ż-żieda sħiħa fil-prezzijiet tal-materja prima. Ir-rendiment tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas minn 14,2 % fl-2004 sa 6,7 % matul il-PI.

(137)

L-investigazzjoni wriet ukoll li s-suq tal-vireg tal-wajer huwa suq trasparenti fejn l-operaturi kollha huma konxji tal-livell tal-prezzijiet offruti mis-sorsi diversi tal-provvista. Il-preżenza ta’ ammonti li qegħdin jiżdiedu ta’ importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati kellha impatt negattiv fuq is-suq globalment minħabba it-tnaqqis fil-prezzijiet, kif spjegat aktar ‘il quddiem fil-premessa (138).

(138)

Huwa maħsub li t-tensjoni kontinwa li ġejja mill-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati fuq is-suq Komunitarju ma ppermettitx lill-industrija Komunitarja tadatta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għaż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima, b’mod partikolari fil-PI, meta l-prezzijiet tal-fdalijiet laħqu l-ogħla livell. Dan jispjega t-telf fis-sehem tas-suq, il-livell baxx tal-prezzijiet tal-bejgħ u t-telf fir-rendiment għall-industrija Komunitarja. Għalhekk ġie konkluż b’mod temporanju li ż-żieda tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx mill-RPĊ u l-RM kellha impatt negattiv konsiderevoli fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja, b’mod partikolari fil-PI.

3.   L-effett ta’ fatturi oħra

3.1.   L-iżvilupp tad-domanda

(139)

Kif imsemmi fil-premessa (98) hawn fuq, il-konsum Komunitarju tal-vireg tal-wajer żdied b’6 % matul il-perijodu kkunsidrat. Għalhekk huwa maħsub li l-iżviluppi fil-konsum mhumiex fattur li seta’ jikkontribwixxi għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

3.2.   Il-prezzijiet tal-materja prima u tal-elettriku fis-suq Komunitarju

(140)

Il-prezzijiet tal-materja prima, prinċipalment il-fdalijiet tal-azzar jew f’ċerti każijiet il-ħadid mhux maħdum, żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat. Tressaq l-argument li l-prezzijiet tal-materja prima aktar għoljin kellhom effett fuq id-deterjorazzjoni tal-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja matul il-perijodu kkunsidrat u b’mod partikolari fil-PI, meta l-prezzijiet tal-materja prima laħqu l-aktar livell għoli.

(141)

Ġie ukoll affermat li ż-żieda fil-prezz tal-elettriku, komponent prinċipali fl-ispiża tal-produzzjoni (cost of production - COP) tal-vireg tal-wajer, kienet kawża tal-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja matul il-PI.

(142)

L-investigazzjoni kkonfermat li s-COP għall-industrija Komunitarja għall-produzzjoni tal-vireg tal-wajer żdiedet b’25 % matul il-perijodu kkunsidrat. Madankollu, f’suq irregolat minn kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel ħsara, jista’ jkun mistenni li l-prezzijiet ikunu adattai regolarment sabiex jirriflettu s-sitwazzjoni tal-komponenti diversi tal-ispiża tal-produzzjoni. Dan ma sarx f’dan il-każ. Għalkemm l-industrija Komunitarja għolliet il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, dan ma kienx biżżejjed biex jiġi evitat it-tnaqqis sinifikanti fir-rendiment tagħha. Għalhekk, kien it-twaqqigħ fil-prezzijiet ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi u mill-Moldovja li għamlu niżżlu l-prezzijiet fis-suq Komunitarju u ma ħallewx lill-industrija Komunitarja tgħaddi l-prezzijiet aktar għoljin tal-materja prima fuq il-klijenti tagħhom.

3.3.   Il-produzzjoni kaptiva tal-industrija Komunitarja

(143)

Ġeneralment, ammont ta’ produzzjoni akbar iwassal għal ekonomiji ta’ skala li huma ta’ benefiċċju għall-produttur ikkonċernat. L-industrija Komunitarja fil-biċċa l-kbira tagħha hija integrata vertikalment u l-produzzjoni kaptiva tintuża għal proċessar ulterjuri fi prodotti ta’ valur miżjud fl-industrija downstream. L-investigazzjoni ma wriet ebda problema fil-produzzjoni li hija realata ma’ dawn il-prodotti downstream. Fil-fatt, kif issemma qabel fil-premessa (119) l-użu kaptiv baqa’ stabbli matul il-perijodu kkunsidrat.

(144)

Fuq dik il-bażi, kien maħsub li l-produzzjoni kaptiva tal-industrija Komunitarja ma kkontribwietx għad-deterjorazzjoni tal-qagħda finanzjarja tagħha, b’mod partikolari matul il-PI.

3.4.   Il-bejgħ ta’ prodotti ta’ livell għoli mill-industrija Komunitarja

(145)

Tressaq l-argument li l-industrija Komunitarja mhijiex qiegħda ġġarrab ħsara għaliex ressqet il-produzzjoni u l-bejgħ tagħha fis-suq Komunitarju lejn prodotti ta’ livell għoli u għalhekk hija protetta minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li jinsabu prinċipalment fis-segment standard tas-suq tal-vireg tal-wajer.

(146)

Madankollu, is-sejbiet tal-investigazzjoni jikkontradixxu d-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq. Anke jekk, kif iddikjarat fil-premessa (117) hawn fuq, l-industrija Komunitarja resqet parzjalment lejn prodotti ta’ livell aktar għoli, b’mod partikolari matul il-PI, instab li 80 % tal-ammont tal-bejgħ tagħha kien jikkonsisti minn prodotti standard li għalhekk kienu qed ibatu mill-kompetizzjoni diretta ma’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati.

(147)

Għalhekk kien maħsub li r-resqa lejn prodotti ta’ livell aktar għoli ppermetta lill-industrija Komunitarja tillimita t-tnaqqis fir-rendiment tagħha matul il-perijodu kkunsidrat u b’mod partikolari matul il-PI.

3.5.   Ħsara li wieħed iġib fuqu nnifsu

(148)

Parti waħda argumentat li l-industrija Komunitarja għamlet importazzjonijiet sinifikanti ta’ vireg tal-wajer mill-pajjiżi kkunċernati u li għalhekk għandha titqies li ġabet fuqha nfisha l-ħsara li hija ġarrbet.

(149)

L-eżami ta’ din l-affermazzjoni wriet li l-importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat magħmulin mill-industrija Komunitarju kienu baxxi ħafna u rrappreżentaw inqas minn 1 % tal-produzzjoni tagħhom matul il-PI. Għalhekk kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawn l-importazzjonijiet tkun fl-agħar każ negliġibbli.

3.6.   L-effikaċja tal-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja

(150)

Għalkemm l-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità kkonċentrat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju, l-effikaċja ta’ esportazzjoni tagħha kienet eżaminata bħala fattur possibbli ieħor li jista’ jispjega l-ħsara misjuba. L-analiżi wriet li l-bejgħ esportat lil partijiet mhux relatati li sar mill-industrija Komunitarja baqa’ relattivament modest (madwar 7 %) matul il-perijodu kkunsidrat. Barra minn hekk, kien hemm tendenza ta’ tnaqqis tas-sehem tal-bejgħ esportat matul il-perijodu kkunsidrat. It-tnaqqis fl-ammont ta’ bejgħ esportat, minn madwar 900 000 tunnellata fl-2004 sa madwar 500 000 tunnellata matul il-PI, jista’ jiġi spjegat bit-tnaqqis fil-produzzjoni matul l-istess perijodu. Madankollu, il-prezz ta’ esportazzjoni kien aktar għoli mill-prezz li kienet qed toffri l-industrija Komunitarja lill-klijenti tagħha fis-suq Komunitarju. Għalhekk, kien ikkunsidrat li t-tnaqqis fl-ammont ta’ esportazzjoni ma jistax jispjega l-livell ta’ ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja u b’mod partikolari t-tnaqqis sinifikanti fir-rendiment matul il-PI.

3.7.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(151)

It-tendenzi fl-ammonti u l-prezzijiet ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra bejn l-2004 u l-PI kienu kif ġej:

Tabella 9

Pajjiżi terzi oħra

2004

2005

2006

2007

PI

Importazzjonijiet (tunnellati)

1 202 566

1 417 431

1 437 307

1 070 978

1 040 648

Indiċi

100

119

120

89

87

Is-sehem fis-suq

5,6  %

7,0  %

6,4  %

4,6  %

4,6  %

Indiċi

100

125

115

83

82

Prezz (Eur tunnellata)

392

419

436

495

508

Indiċi

100

107

111

126

130

Sors: Eurostat.

(152)

Il-pajjiżi terzi ewlenin l-oħra li jesportaw il-vireg tal-wajer lill-Komunità huma l-Iżvizzera, l-Ukraina u l-Brażil. Kif jidher fit-Tabella hawn fuq, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra għamlu telf fl-ammonti tal-bejgħ u fis-sehem fis-suq matul il-perijodu kkunsidrat u l-prezzijiet tagħhom kienu relattivament għoljin matul il-PI.

(153)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod temporanju li l-importazzjonijiet mit-Turkija u minn pajjiżi terzi oħra ma kkontribwewx għall-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

3.8.   Produtturi oħra fil-Komunità

(154)

L-analiżi ta’ dejta li għandha x’taqsam mas-suq Komuntarju ssuġġeriet li l-produtturi Komunitarji l-oħra kollha ma akkwistawx iżda tilfu l-ishma fis-suq matul il-perijodu kkunsidrat. L-investigazzjoni ma indikat ebda problema partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn il-produtturi Komunitarji, jew ebda effett ta’ distorsjoni tal-kummerċ li jista’ jispjega l-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

(155)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod temporanju li l-produtturi li mhumiex inklużi fid-definizzjoni tal-industrija tal-Komunità ma kkontribwewx għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

4.   Konklużjoni fuq il-kawżalità

(156)

L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li joriġinaw mill-RPĊ u l-RM bejn l-2004 u l-PI. Barra minn hekk, instab li dawn l-importazzjonijiet magħmulin bi prezzijiet oġġett ta’ dumping sinifikanti li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet offruti mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju għal tipi ta’ prodotti simili.

(157)

Din iż-żieda fl-ammont u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-RPĊ u l-RM ġrat fl-istess ħin ma’ żieda globali fid-domanda fil-Komunità iżda wkoll mal-iżvilupp negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija Komunitarja u deterjorament tal-indikaturi ewlenin tal-qagħda ekonomika tagħha matul il-PI. Fil-fatt, ir-rendiment tal-industrija Komunitarja naqas b’aktar min-nofs bejn l-2004 u l-PI.

(158)

L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu jikkawżaw ħsara lill-industrija Komunitarja wriet li ebda wieħed minn dawn il-fatturi ma seta’ jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq dik l-industrija, b’mod partikolari matul il-PI.

(159)

Fuq il-bażi tal-analiżi hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat kif jixraq l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha fuq is-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja mill-effetti ta’ ħsara tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, ġie konkluż b’mod temporanju li l-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja skont it-tifsira fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament Bażiku.

5.   L-importazzjonijiet mit-Turkija

Tabella 10

It-Turkija

2004

2005

2006

2007

PI

Importazzjonijiet (tunnellati)

540 040

581 432

754 811

625 409

560 669

Indiċi

100

108

139

116

104

Is-sehem fis-suq

2,5  %

2,8  %

3,4  %

2,7  %

2,5  %

Indiċi

100

112

136

93

100

Prezz (Eur/tunnellata)

397

369

388

444

458

Indiċi

100

93

98

112

115

Sors: Eurostat.

(160)

Kif jidher fit-Tabella hawn fuq, l-ammonti ta’ importazzjoni mit-Turkija żdiedu b’4 %, għalhekk ftit inqas miż-żieda fil-konsum matul il-perijodu kkunsidrat. B’kuntrast mal-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-RM, l-ammonti ta’ importazzjoni mit-Turkija laħqu l-ogħla livell fl-2006, u wara dan kellhom tendenza li jonqsu. Is-sehem tagħhom fis-suq ukoll laħaq l-ogħla livell fl-2006, u wara naqas u laħaq il-livell tal-2004 fil-PI.

(161)

Il-prezzijiet ta’ importazzjoni medji żdiedu bi 15 % matul il-perijodu kkunsidrat. Kif deskritt hawn fuq fil-paragrafu 2.1, l-importazzjonijiet mit-Turkija ma nstabux li qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju matul il-PI. Barra minn hekk, ma nstab ebda bejgħ taħt il-prezz f’dawn l-importazzjonijiet.

(162)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq ġie konkluż li l-importazzjonijiet mit-Turkija ma kkontribwewx għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

G.   INTERESS KOMUNITARJU

1.   Kumment preliminarju

(163)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni temporanja dwar dumping ta’ ħsara, kinux jeżistu raġunijiet serji għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Komunità li tadotta miżuri proviżorji ta’ anti-dumping f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess Komunitarju kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija Komunitarja, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

2.   L-industrija Komunitarja

(164)

L-industrija Komunitarja tikkonsisti minn numru ta’ produtturi li jferrxin madwar il-Komunità, li jimpjegaw direttament aktar minn 4 000 persuna relatata mal-prodott ikkonċernat.

(165)

L-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-RPĊ u l-RM. Wieħed ifakkar li ħafna mill-indikaturi ta’ ħsara wrew tendenza negattiva matul il-perijodu kkunsidrat. B’mod parikolari l-indikaturi ta’ ħsara relatati mal-effikaċja finanzjarja tal-industrija Komunitarja, bħal-likwidità, id-dħul fuq l-investimenti u r-rendiment kienu affettwati serjament. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja ser tkompli tmur għall-agħar.

(166)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ anti-dumping proviżorji terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq Komunitarju u li l-prezz tal-vireg tal-wajer jirrifletti l-ispejjeż ta’ komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. L-investigazzjoni wriet li żieda fil-prezz ta’ 3 % jew żieda fl-ammont ta’ bejgħ għandha tkun biżżejjed biex tippermetti lil din l-industrija tirkupra malajr il-qagħha finanzjarja tagħha. Jista’ jkun mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri temporanji jistgħu jippermettu lill-industrija Komunitarja tirkupra għallinqas parti mis-sehem fis-suq mitluf matul il-perijodu kkunsidrat, b’impatt ieħor pożittiv fuq il-qagħda finanzjarja tagħha u fuq ir-rendiment.

(167)

Għalhekk ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping temporanji għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-RPĊ u l-RM tkun fl-interess tal-industrija Komunitarja.

3.   L-importaturi

(168)

Intbagħtu kwestjonarji lil disa’ importaturi. Erba’ importaturi ddikjaraw espliċitament li ma riedux jikkooperaw filwaqt li erbgħa oħra ma taw ebda reazzjoni. Dan jindika li l-importaturi mhux ser ikunu affettwati ħafna mill-impożizzjoni ta’ miżuri. Importatur wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni billi wieġeb il-kwestjonarju u ppermetta li ssir verifika fuq il-post tar-risposta tiegħu. Skont id-dejta pprovduta minn dan l-importatur, huwa jġib il-vireg tal-wajer l-aktar mit-Turkija. Għalhekk jekk jiġu imposti xi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer mill-RPĊ u l-RM, mhux ser ikun affettwat.

(169)

Għalhekk ġie konkluż, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping temporanji ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq l-importaturi.

4.   L-utenti

(170)

Intbagħtu kwestjonarji lil 28 utent. Madankollu tmien utenti biss, li jirrappreżentaw 15 % tal-importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer mill-pajjiżi kkonċernati matul il-PI kkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn l-utenti li jinsabu fl-Italja, Spanja, il-Polonja u l-Belġju, li jirrappreżentaw 1 % biss tal-konsum Komunitarju, huma attivi f’diversi setturi industrijali, l-aktar f’dawk tal-vetturi, il-bini u l-inġinerija mekkanika.

(171)

Tlieta mill-utenti li kkooperaw (li qegħdin f’Assoċjazzjoni) huma attivi fl-industrija tal-bini. Matul il-PI flimkien kienu jirrappreżentaw 12 % tal-importazzjonijiet kollha tal-vireg tal-wajer mill-RPĊ u l-RM. Fl-istess perijodu huma ġabu l-maġġoranza tal-vireg tal-wajer tagħhom (58 %) miż-żewġ pajjiżi kkonċernati, filwaqt li l-bqija nxtara minn pajjiżi terzi oħra jew l-industrija Komunitarja. Barra minn hekk, instab li l-vireg tal-wajer jirrappreżentaw proporzjon sostanzjali tal-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom. Għalhekk ma jistax jiġi eskluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri jista’ jkollha impatt negattiv fuq dawn l-utenti. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra d-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista, f’pajjiżi terzi li mhumiex soġġetti għal miżuri kif ukoll fil-Komunità, dan l-impatt għandu jkun limitat.

(172)

L-assoċjazzjoni tal-utenti msemmija hawn fuq fil-premessa (171), li l-membri tagħha huma attivi fis-settur tal-bini u f’xi mumenti f’kompetizzjoni diretta ma xi wħud mill-produtturi Komunitarji li huma integrati vertikalment, allegat li l-impożizzjoni ta’ miżuri ser twassal għal nuqqas ta’ provvista f’dan is-settur partikolari. Madankollu, huwa maħsub li minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità żejda fil-Komunità kif ukoll sorsi alternattivi ta’ provvista disponibbli f’pajjiżi terzi oħra, inkluża t-Turkija, m’għandux ikun hemm riskju ta’ nuqqas fis-suq Komunitarju. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi fl-RPĊ u l-RM għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jbiegħu l-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju, iżda bi prezzijiet li ma jagħmlux ħsara.

(173)

Wieħed mit-tmien utenti li kkooperaw ma importax vireg tal-wajer mill-pajjiżi kkonċernati matul il-PI. Għalhekk, din il-kumpanija m’għandhiex tkun affettwata b’mod negattiv mill-impożizzjoni ta’ miżuri.

(174)

Rigward l-erba’ utenti li fadal fil-Komunità, dawn irrappreżentaw 3 % tal-importazzjonijiet totali tal-vireg tal-wajer mill-pajjiżi kkonċernati u huma attivi l-aktar fis-settur tal-vetturi u l-inġinerija mekkanika. Dawn l-utenti xtraw il-vireg tal-wajer tagħhom l-aktar minn fornituri fil-Komunità u minn pajjiżi terzi oħra u s-sehem ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati pparagunat mal-importazzjonijiet totali tagħhom kien baxx ħafna (5 %) matul il-PI. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa kkunsidrat li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq il-qagħda ekonomika ta’ dawn il-kumpaniji.

(175)

Wara li ġie kkunsidrat dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod temporanju li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-effett tal-miżuri anti-dumping, jekk ikun hemm, aktarx li mhux ser ikollhom impatt materjali fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

5.   Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(176)

Wara li ġie kkunsidrat dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod temporanju li globalment, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess Komunitarju, m’hemmx raġunijiet serji kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw mill-RPĊ u l-RM.

H.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI

1.   Livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara

(177)

Skont il-konklużjonijiet milħuqa rigward dumping, il-ħsara li rriżultat, il-kawżalità u l-interess Komunitarju, miżuri ta’ anti-dumping proviżorji għandhom ikunu imposti sabiex tkun evitata ħsara ulterjuri kkawżata lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-RPĊ u l-RM.

(178)

Sabiex ikun stabbilit il-livell ta’ dawn id-dazji, kienu kkunsidrati l-marġini ta’ dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex tiġi eliminata l-ħsara mġarrba mill-indsutrija Komunitarja.

(179)

Meta jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ sabiex jiġu eliminati l-effetti tad-dumping ta’ ħsara kien ikkunsidrat li l-miżuri li jistgħu jittieħdu għandhom jippermettu lill-industrija Komunitarja tkopri l-ispejjeż ta’ produzzjoni tagħha u li jkollha qligħ qabel it-taxxa li tista’ taqla b’mod raġonevoli industrija ta’ dan it-tip fis-settur b’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, fuq bejgħ tal-prodott simili fil-Komunità. Il-marġini ta’ qligħ ta’ qabel it-taxxa li ntuża għal din il-kalkolu kien 9.9 %, stabbilit fuq il-bażi tal-qligħ magħmul mill-industrija Komunitarja għas-snin ta’ qabel l-ogħla livell tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, jiġifieri mill-2004 sal-2006. Fuq din il-bażi, kien ikkalkulat prezz mhux ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja għall-prodott simili.

(180)

Wara dan ġiet iddeterminata ż-żieda meħtieġa fil-prezz fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju peżat tal-importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz mhux ta’ ħsara tal-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad kienet espressa bħala perċentwal tal-valur tal-importazzjoni CIF totali.

(181)

Sabiex jiġi kkalkulat il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara li fadal għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-RPĊ, wieħed għandu jfakkar li l-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx ħafna. Għalhekk il-marġini għal dawk li ma kkooperawx kien stabbilit fuq il-bażi tal-ogħla marġini li nstab għal kwantità rappreżentattiva mibjugħa mill-esportatur li kkoopera fis-suq Komunitarju.

(182)

Fir-rigward tal-RM, il-livell ta’ kooperazzjoni kien għoli. Għalhekk, id-dejta disponibbli u vverifikata matul l-investigazzjoni ntużat biex jiġi kkalkulat il-livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara għall-pajjiż kollu. Il-marġini huwa bbażat fuq il-prezz medju li nstab fl-RM għal ċerti tranżazzjonijiet matul il-PI.

2.   Miżuri proviżorji

(183)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, huwa kkunsidrat li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-RPĊ u l-RM fuq il-livell tal-marġini l-aktar baxxi ta’ dumping u ħsara, skont ir-regola tal-inqas dazji. F’dan il-każ, ir-rati tad-dazju kollha għandhom jiġu stabbiliti skont il-livell tal-marġinijiet tal-ħsara misjuba.

(184)

Ebda dazju anti-dumping proviżorju m’għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mit-Turkija.

(185)

Ir-rati ta’ dazju ta’ anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju nazzjonali applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha) huma għalhekk esklużivament applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u magħmula mill-kumpaniji u għalhekk minn entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(186)

Kwalkunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju ta’ anti-dumping ta’ kumpaniji individwali (pereżempju wara bdil fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandha x’taqsam mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, temenda ir-Regolament kif meħtieġ billi taġġorna l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali.

(187)

Id-dazji anti-dumping proposti huma dawn li ġejjin:

Kumpanija

Il-marġini tal-eliminazzjoni tal-ħsara

Il-marġini tad-dumping

Ir-rata tad-dazju anti-dumping

Valin Group (RPĊ)

8,6  %

36,5  %

8,6  %

RPĊ dazju residwali

24,6  %

50,5  %

24,6  %

RM dazju nazzjonali

3,7  %

16,1  %

3,7  %

I.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(188)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż tal-bidu jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ anti-dumping magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jistgħu jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-għan ta’ kwalunkwe sejba definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju proviżorju tal-anti-dumping qed ikun impost fuq l-importazzjonijiet ta’ staneg u vireg, imremblin bis-sħana, f’kojls imkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat li mhumiex tal-istejnles steel, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7213 10 00, 7213 20 00, 7213 91 10, 7213 91 20, 7213 91 41, 7213 91 49, 7213 91 70, 7213 91 90, 7213 99 10, 7213 99 90, 7227 10 00, 7227 20 00, 7227 90 10, 7227 90 50 u 7227 90 95 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Repubblika tal-Moldovja.

2.   Ir-rata tad-dazju proviżorja ta’ anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji ta’ hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Valin Group

8,6  %

A930

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

24,6  %

A999

Ir-Repubblika tal-Moldovja

Il-kumpaniji kollha

3,7  %

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal dispożizzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni fi żmien xhar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta’ dan ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU C 113, 8.5.2008, p. 20.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 113/2009

tas-6 ta' Frar 2009

dwar l-użu ta’ ċerti termini tradizzjonali fuq it-tikketti tal-inbid impurtat mill-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/232/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-punt 2.1(f) tal-Parti A tal-Protokoll dwar it-tikkettar tal-inbid (2) li hemm referenza għalih fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid (3), kif ukoll il-punt 2 tal-Appendiċi I għall-Protokoll imsemmi, il-Komunità għandha tawtorizza l-użu tat-termini “chateau”, “classic”, “clos”, “cream”, “crusted/crusting”, “fine”, “late bottled vintage”, “noble”, “ruby”, “superior”, “sur lie”, “tawny”, “vintage” u “vintage character” fuq inbejjed li joriġinaw fl-Amerika sakemm, fil-ħin tal-importazzjoni, l-użu tat-termini msemmija jkun approvat fuq it-tikketti tal-inbid tal-Amerika fl-Amerika stess billi jinħarġilhom COLA (Ċertifikat tal-Approvazzjoni tat-Tikketti).

(2)

Skont il-punt 5 tal-Appendiċi I għall-Protokoll dwar it-tikkettar tal-inbid, l-awtorizzazzjoni tibqa’ fis-seħħ sal-10 ta’ Marzu 2009 u tiġi estiża awtomatikament għal perjodi sussegwenti addizzjonali ta’ sentejn sakemm Parti għall-Ftehim ma tinnotifikax bil-miktub lill-Parti l-oħra li l-perjodu ma għandux jiġi estiż.

(3)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Uniti, b'ittra ddatata t-8 ta' Settembru 2008, li l-perjodu ma jistax jiġi estiż lil hinn mill-10 ta' Marzu 2009.

(4)

Għandha tiġi introdotta miżura transizzjonali sabiex il-ħażniet tal-inbejjed tal-Amerika, li t-tikketti tagħhom ma għadhomx konformi mar-regoli applikabbli tat-tikkettar minħabba li ma ġietx estiża l-awtorizzazzjoni, jitħallew jiġu impurtati qabel l-10 ta’ Marzu 2009.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-inbid li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika u li hu impurtat fil-Komunità qabel l-10 ta’ Marzu 2009 skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid, u li juża t-termini awtorizzati skont l-Appendiċi I għall-Protokoll dwar it-tikkettar tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim, jista’ jinżamm għall-bejgħ u jitqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 87, 24.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 87, 24.3.2006, p. 65.

(3)  ĠU L 87, 24.3.2006, p. 2.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 114/2009

tas-6 ta’ Frar 2009

li jistipula l-miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 rigward ir-referenzi għall-inbejjed b'oriġini ta' denominazzjoni protetta u b'indikazzjoni ġeografika protetta

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar r-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 126(a) tiegħu

Billi:

(1)

L-Artikolu 34 tar-Regolamenti (KE) Nru 479/2008 jiddefinixxi, bl-applikabbilità mill-1 ta' Awwissu 2009 il-klassijiet tal-inbejjed b'oriġini ta' denominazzjoni protetta u ta' nbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta.

(2)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, miżuri ta' informazzjoni u promozzjoni appoġġjati taħt dak l-Artikolu għandhom jirreferu għal inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew inbejjed b'indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb.

(3)

L-Artikolu 65(1)(ċ)(vi) u (xiii) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jipprovdi għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali li jipprovdu informazzjoni fuq karatteristiċi partikolari tal-inbid b'denominazzjoni ta' orġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika u li jisfruttaw, jipproteġu u jippromwovu tikketti ta' kwalità u ta' denominazzjoni ta' oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 92(5)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid jistgħu jkunu ttrasferiti, parzjalment jew kompletament, lill-ażjenda oħra fl-istess Stat Membru fil-każ li fl-ażjenda l-oħra jkun hemm żoni maħsuba li jipproduċu nbejjed ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta.

(5)

Il-Punti 1 u 3 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jipprovdu għad-definizzjoni tal-inbid u inbid likuruż, rispettivament. Dawk id-definizzjonijiet jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għal inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini u nbejjed b'indikazzjoni ġeografika.

(6)

Il-Punti 7 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jipprovdi għad-definizzjoni tal-inbid frizzanti bil-gass. Dik id-definizzjoni tirreferi għal inbejjed mingħajr denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 129(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, definizzjonijiet ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika ma japplikawx qabel l-1 ta' Awwissu 2009. Taħt l-iskema preċedenti stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (2) il-kategoriji korrispondenti kienu l-inbejjed ta' kwalità psr u l-inbejjed b'indikazzjoni ġeografika.

(8)

Sabiex l-Istat Membru jkun jista' japplika l-Artikoli 10(2), 65 (1)(ċ)(iv) u (xiii), 92(5)(b)(i) u l-Anness IV l-punti 1, 3 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 mill-1 ta' Awwissu 2008, huwa xieraq li jittieħdu miżuri tranżizzjonali li jirrigwardaw id-definizzjoni tal-inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta u tal-inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta. Peress li dawn l-Artikoli kienu applikabbli mill-1 ta' Awwissu 2008, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 10(2), 65 (1)(ċ)(iv) u (xiii), 92(5)(b)(i) u l-Anness IV l-punti 1, 3 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 mill-1 ta' Awwissu 2008 sal-31 ta' Lulju 2009, referenzi li jsiru għal inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta u għal inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta għandhom jinqraw bħala referenzi għal inbejjed ta' kwalità psr u għal inbejjed b'indikazzjoni ġeografika, rispettivament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 148, 6.6.2008 p. 1.

(2)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 115/2009

tas-6 ta’ Frar 2009

li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bleu des Causses (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 (1), u partikolarment it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skont l-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Bleu des Causses”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 (2).

(2)

It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi tippreċiża l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ trattamenti u addittivi għall-ħalib u fil-produzzjoni tal-“Bleu des Causses”. Dawn il-prattiki jiżguraw iż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tad-denominazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda konċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 (3), u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, jeħtieġ li jkun ippubblikat sommarju tal-ispeċifikazzjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Bleu des Causses” hija b’dan emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Is-sommarju konsolidat bl-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.


ANNESS I

B’dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Bleu des Causses”:

“Metodu ta’ produzzjoni”

Il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni rigward id-deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni huwa kkompletat bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“(…) L-operazzjoni tat-tibqit tal-ħalib għandha ssir esklussivament bit-tames.

Il-konċentrazzjoni tal-ħalib bl-eliminazzjoni parzjali tal-parti ilmija qabel il-koagolazzjoni hija pprojbita.

Minbarra l-materja prima tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew prodotti sekondarji jew addittivi awtorizzati fil-ħalib u waqt il-produzzjoni huma t-tames, il-kulturi inoffensivi tal-batterji, il-ħmira, il-moffa, il-klorur tal-kalċju u l-melħ.

(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’temperatura negattiva tal-materja prima tal-ħalib, tal-prodotti fil-proċess tal-produzzjoni, tal-baqta jew tal-ġobon frisk (fromage frais).

(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’atmosfera mmodifikata tal-ġobniet friski jew tal-ġobniet li għaddejjin mill-maturazzjoni.”


ANNESS II

SOMMARJU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

“BLEU DES CAUSSES”

Nru tal-KE: FR-PDO-0117-0108/29.3.2006

DPO (X) IĠP ( )

Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b’finijiet ta’ informazzjoni biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem

:

Institut National de l’Origine et de la Qualité

Indirizz

:

51 rue d’Anjou – 75 008 Paris

Tel.

:

+33 (0)1 53 89 80 00

Feks

:

+33 (0)1 53 89 80 60

Posta elettronika

:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp

Isem

:

Syndicat du Bleu des Causses

Indirizz

:

BP9 – 12004 RODEZ Cedex

Tel.

:

+33 (0)5 65 76 53 53

Feks

:

+33 (0)5 65 76 53 00

Posta elettronika

:

françoise.lebrou@valmont.fr

Kompożizzjoni

:

produtturi/proċessuri (X) Oħrajn ( )

3.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3

Ġobnijiet

4.   Speċifikazzjoni

(sommarju tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem

“Bleu des Causses”

4.2.   Deskrizzjoni

Ġobon mill-ħalib sħiħ tal-baqra à pâte, tat-tursina mhux ippressat u mhux imsajjar b’kontenut ta’ xaħam ta’ 45 % fir-rigward tal-estratt niexef, li jrid ikun ta’ minimu ta’ 53 gramma għal kull 100 gramma ġobon. Għandu jkun f’għamla ta’ ċilindru ċatt b’piż ta’ bejn 2,3 u 3 kg.

Il-wiċċ tal-ġobon għandu jkun nadif, mingħajr xaħam żejjed u lanqas tebgħa.

4.3.   Żona ġeografika

Le Rouergue li jestendi fil-Punent f’żewġ direzzjonijiet fuq Les Causses du Quercy u fil-Lvant fuq Les Causses ta’ Lozère u fuq parti mill-massiv tal-granit ta’ La Margeride li jikkorrispondi ma’ parti mid-dipartiment ta’ Aveyron u d-dipartimenti viċinati ta’ Lot, Lozère, Gard u Héraut, jiġifieri t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

 

Dipartiment ta’ Aveyron

 

Id-distretti ta’ Millau u ta’ Villefranche-de-Rouergue: Il-muniċipalitajiet kollha.

 

Il-muniċipalitajiet ta’ Baraqueville, Bozouls, Cassagnes-Bégonhès, Conques, Entraygue-sur-Truyère, Espalion, Estaing, Laguiole, Laissac, Marcillac-Vallon, Naucelle, Pont-de-Salars, Requista, Rignac, Rodez-Nord, Rodez-Sud, Saint-Amans-des-Cots, Saint-Chély-d’Aubrac, Saint-Geniez-d’Olt u La Salvetat-Peyrales: il-muniċipalitajiet kollha.

 

Id-Dipartiment ta’ Le Lot

 

Cantons de Cahors, Cajarc, Castelnau-Montratier, Catus, Labastide-Murat, Lalbenque, Lauzes, Limogne-en-Quercy, Luzech, Montcuq, Puy-L’Evêque et Saint-Géry: il-muniċipalitajiet kollha.

 

Id-distrett ta’ Gourdon: il-miniċipalitajiet ta’ Saint-Circq-Souillaguet, Saint-Projet u Le Vigan.

 

Id-distrett ta’ Livernon: Il-muniċipalitajiet ta’ Boussac, Brengues, Cambes, Corn, Durbans, Espagnac-Sainte-Eulalie, Espedaillac, Flaujac-Gare, Grezes, Livernon, Quissac u Reilhac.

 

Id-distrett ta’ Payrac: Il-muniċipalitajiet ta’ Cales, Lamothe-Fénelon, Loupiac, Nadaillac-de-Rouge, Payrac, Reilhaguet u Le Roc.

 

Id-distrett ta’ Saint-Germain-du-Bel-Air: Il-muniċipalitajiet ta’ Lamothe-Cassel, Montamel, Saint-Chamarand, Soucirac, Ussel u Uzech.

 

Id-distrett ta’ Souillac: Il-muniċipalitajiet ta’ Gignac, La Chapelle-Auzac, Lanzac u Souillac.

 

Id-Dipartiment ta’ Lozère

 

Il-muniċipalitajiet ta’ Aumont-Aubrac, Chanac, La Canourgue, Le Malzieu-Ville, Le Massegros, Marvejols, Meyrueis, Saint-Chély-d’Apcher u Sainte-Enimie: il-muniċipalitajiet kollha.

 

Id-distrett ta’ Bleymard: Il-muniċipalitajiet ta’ Allenc, Chavenet u Sainte-Hélène.

 

Id-distrett ta’ Florac: Il-muniċipalitajiet ta’ Florac, Ispagnac, Saint-Laurent-de-Trèves u Vebron.

 

Id-distrett ta’ Mende: Il-muniċipalitajiet ta’ Badaroux, Balsièges, Brenoux, Lanuéjols, Mende, Saint-Bauzile u Saint-Etienne-du-Valdonnez.

 

Id-distrett ta’ Saint-Germain-du-Teil: il-muniċipalitajiet ta’ Chirac, Le Monastier-Pin-Moriès, Saint-Germain-du-Teil u Saint-Pierre-de-Nogaret;

 

Id-Dipartiment ta’ Gard:

Il-muniċipalità ta’ Trèves.

 

Id-Dipartiment ta’ Hérault:

Il-muniċipalità ta’ Pégairolles-de-l’Escalette.

4.4.   Prova tal-oriġini

Kull lok tal-ipproċessar u kull lok tal-maturazzjoni jeħtiġilhom jimlew “dikjarazzjoni ta’ kapaċità” irreġistrata mis-servizzi tal-I.N.A.O. u li tippermetti lil dan tal-aħħar li jidentifika l-operaturi kollha. Dawn għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-I.N.A.O. r-reġistri kif ukoll kull dokument meħtieġ għall-kontroll tal-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon.

Fil-qafas tal-kontroll li jsir fuq il-karatteristiċi tal-prodott b’denominazzjoni tal-oriġini, eżami analitiku u organolettiku għandu l-għan li jassigura l-kwalità u t-tipiċità tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.

4.5.   Metodu ta’ produzzjoni

Il-produzzjoni tal-ħalib u dik tal-ġobon għandhom isiru fiż-żona ġeografika. Il-maturazzjoni tal-ġobon isir fl-imħażen tal-Causses inklużi fiż-żona ġeografika limitata għad-distretti ta’ Campagnac, Cornus, Millau, Peyreleau, Sainte-Affrique (Aveyron), fid-distrett ta’ Trèves (Gard) u fid-distrett ta’ Pégairolles-de-l’Escalette (Hérault).

Il-Bleu des Causses jiġi mmanufatturat skont it-tradizzjoni: ħalib sħiħ, li ġeneralment jinħadem fl-istat mhux ippasterizzat, miqbut fis-sħana (30 °C), tqattigħ u tħawwid tal-baqta mqiegħda fil-forom imtaqqbin. Wara l-inseminazzjoni tal-penicillium, il-ġobon, wara li jkun tneħħielu l-ilma, tmellaħ u tnaddaf jinħiet bil-labar biex il-penicillium jitħalla jimmatura fl-arja kiesha tal-imħażen. Il-maturazzjoni ddum bejn tlieta u sitt xhur (mhux inqas minn 70 jum).

4.6.   Rabta

L-oriġini tal-Bleu des Causses hija antika daqs tar-Roquefort. Il-bdiewa tal-Causses kellhom id-drawwa li jittrasportaw il-ġobon mill-ħalib tal-baqar f’ħofor naturali, imħaffrin mill-ġebel tal-ġir tal-muntanji, esposti lejn it-tramuntana u soġġetti għall-kurrenti umdi ta’ arja friska. Magħruf l-ewwel bħala Bleu de l’Aveyron, dan il-ġobon ġie definit b’digriet fl-1937, imbagħad fl-1953 taħt l-isem ta’ Bleu des Causses kiseb id-Denominazzjoni tal-Oriġini skont is-sentenza tat-Tribunal ta’ Millau, u ġie kkonfermat bid-digriet tal-21.5.1979.

Il-karatteristika tal-Bleu des Causses hija marbuta mill-qrib mat-territorju fejn jinstab, li jikkonsisti mill-watjiet niexfa tal-ġir, u mimli blat tal-Causses u mal-ispeċifiċità tal-maturazzjoni tiegħu li jdum fit-tul f’għerien naturali, ġeneralment ikkontrollati fil-ħofor tal-ġir, jew fejn tiċċirkola l-arja friska u umda.

4.7.   Organu ta’ spezzjoni

Isem

:

Institut National de l’Origine et de la Qualité (INAO)

Indirizz

:

51, Rue d’Anjou, 75008 Paris

Tel.

:

+33 (0)1 53 89 80 00

Feks

:

+33 (0)1 53 89 80 60

Posta elettronika

:

info@inao.gouv.fr

L-Institut National de l’Origine et de la Qualité huwa entità pubblika ta’ natura amministrattiva, b’personalità ċivili, u jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Agrikoltura.

Il-kontroll tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni li għandhom denominazzjoni tal-oriġini qiegħed f’idejn l-INAO.

Isem

:

Direction Générale de la Concurrence, de la Consommation et de la Répression des Fraudes (DGCCRF)

Indirizz

:

59, boulevard Vincent Auriol 75703 PARIS Cédex 13

Tel.

:

+ 33 (0)1 44 87 17 17

Feks

:

+ 33 (0)1 44 97 30 37

Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tal-Industrija.

4.8.   Tikkettar


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li temenda, għal dak li jikkonċerna l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali tal-Lussemburgu, id-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali

(2009/105/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2008/16 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Novembru 2008 lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra tal-awditur estern tal-Bank Ċentrali tal-Lussemburgu (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti maħtura fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u approvati mill-Kunsill.

(2)

Il-mandat tal-awditur estern attwali għall-Bank Ċentrali tal-Lussemburgu ser jiskadi wara l-verifika tal-kontijiet tas-sena finanzjarja tal-2008. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi maħtur awditur estern mis-sena finanzjarja 2009.

(3)

Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE irrakkomanda li KPMG AUDIT Sarl jinħatar bħala l-awditur estern tal-Bank Ċentrali tal-Lussemburgu għas-snin finanzjarji mill-2009 sal-2013.

(4)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni 1999/70/KE kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE (2), il-paragrafu 7 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“7.   KPMG AUDIT Sarl huwa approvat bħala l-awditur estern tal-Bank Ċentrali tal-Lussemburgu għas-snin finanzjarji mill-2009 sal-2013.”

Artikolu 2

Il-BĊE għandu jiġi mgħarraf b’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU C 299, 22.11.2008, p. 5.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.


Kummissjoni

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Frar 2009

li twaqqaf il-proċedura ta’ anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid jew tal-azzar rrumblati fiċ-ċatt u mogħtija kisja metall stanjat imniżżel fil-jaħraq li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2009/106/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   It-tnedija tal-proċediment

(1)

Fl-14 ta’ Diċembru 2007, il-Kummissjoni bdiet, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“avviż ta’ tnedija”), proċediment ta’ anti-dumping dwar importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti prodotti tal-ħadid jew tal-azzar irrumblati fiċ-ċatt u mogħtija kisja metall stanjat imniżżel fil-jaħraq, jiġifieri:

prodotti tal-ħadid jew tal-azzar mhux-liga rrumblati fiċ-ċatt, miksija jew mgħottija biż-żingu u/jew bl-aluminju (esklużi dawk miksija bl-elettrolitiku jew mgħottija biż-żingu) normalment iddikjarati taħt il-kodiċijiet NM 7210 41 00, 7210 49 00, 7210 61 00, 7210 69 00, 7212 30 00, 7212 50 61 u 7212 50 69,

prodotti tal-azzar liga rrumblati fiċ-ċatt, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, miksija jew mgħottija biż-żingu u/jew bl-aluminju (esklużi dawk tal-istainless steel, tal-azzar silikon-elettriku, ta’ prodotti mhux maħduma aktar minn hekk apparti milli rrumblati bis-sħana jew bil-kesħa (imnaqqsa bil-kesħa) u ta’ prodotti miksija bl-elettrolitiku jew mgħottija biż-żingu) normalment iddikjarati taħt il-kodiċijiet NM 7225 92 00 u ex 7225 99 00, u

prodotti tal-azzar liga rrumblati fiċ-ċatt, b’wisa’ ta’ anqas minn 600 mm, miksija jew mgħottija biż-żingu u/jew bl-aluminju (esklużi dawk tal-istainless steel, tal-azzar silikon-elettriku, tal-azzar b’veloċità għolja, ta’ prodotti mhux maħduma aktar minn hekk apparti rrumblati bis-sħana jew bil-kesħa (mnaqqsa bil-kesħa) u ta’ prodotti miksija bl-elettrolitiku jew mgħottija biż-żingu) normalment iddikjarati taħt il-kodiċijiet NM 7226 99 30 u ex 7226 99 70,

li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”).

(2)

Il-proċediment ta’ anti-dumping beda wara li fit-30 ta’ Ottubru 2007 tressaq ilment minn EUROFER (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali ta’ ċerti prodotti tal-ħadid jew tal-azzar rrumblati fiċ-ċatt u mogħtija kisja metall stanjat imniżżel fil-jaħraq fil-Komunità.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati u ż-żjarat ta’ verifika

(3)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bit-tnedija tal-proċediment lill-produtturi tal-esportazzjoni fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-importaturi/utenti magħrufa rilevanti, ir-rappreżentanti kkonċernati tal-pajjiż li qed jesporta, produtturi f’pajjiżi analogi potenzjali kif ukoll il-produtturi magħrufa kollha tal-Komunità. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien li ġie stabbilit fl-avviż ta’ tnedija.

(4)

Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi ta’ esportazzjoni Ċiniżi, produtturi u importaturi tal-Komunità, fl-avviż ta’ tnedija kien previst it-teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni ta’ dumping, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(5)

Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ jkollhom l-opportunità li jressqu talba gћal trattament tal-ekonomija tas-suq (“MET”) u/jew trattament individwali (“IT”), jekk hekk ikunu xtaqu, il-Kummissjoni bagћtet il-formoli xierqa lill-produtturi esportaturi magћrufa rilevanti kif ukoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ.

(6)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa rilevanti u rċeviet risposti minn seba’ produtturi esportaturi Ċiniżi magħżula bħala kampjun, minn sitt produtturi tal-Komunità, minn tliet importaturi, minn seba’ utenti tal-Komunità u produttur wieħed Brażiljan (il-Brażil intuża bħala pajjiż analogu). Seba’ assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-Komunità esprimew ukoll il-fehmiet tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li għamlu din it-talba fiż-żmien stipulat u li indikaw li kien hemm raġunijiet partikolari il-għala għandhom ikollhom smigħ kienu allokati seduta.

(7)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa għall-iskop ta’ MET u għad-determinazzjoni tad-dumping, tal-ħsara li tirriżulta u tal-interess Komunitarju. Żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Industrija tal-Komunità

Hellenic Steel Co., Thessaloniki, il-Greċja;

Ilva S.p.A., Milano, l-Italja;

Salzgitter AG, Salzgitter, il-Ġermanja;

ThyssenKrupp Stahl AG, Duisburg, il-Ġermanja

(b)

Produtturi oħrajn tal-Komunità

Corus UK Ltd., Newport, ir-Renju Unit;

ArcellorMittal Piombino S.p.A., Piombino, l-Italja.

(ċ)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Changshu Xingdao Advanced Building Material Co., Changshu;

Changshu Everbright Material Technology Co., Changshu;

Bengang Steel Plates Co, Benxi;

BX Steel Posco Cold Rolled Sheet Co. Ltd., Benxi;

Angang Group International Trade Corporation, Anshan u l-kumpanija relatata tagħha Angang Group Hong Kong Co., Ltd. f’Hong Kong;

ANSC-TKS Galvanizing Co., Dallian;

International Economics & Trading Corporation WISCO, Wuhan u l-kumpanija relatata tagħha Wugang Trading Co. Ltd. f’Hong Kong.

(d)

Importaturi mhux relatati

Duferco SA, Lugano, l-Iżvizzera

(8)

Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produtturi li jesportaw fir-RPĊ li jista’ ma jingћatalhomx MET, saret verifika fil-bini tal-kumpanija li ġejja biex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-dejta tal-pajjiż analogu, f’dan il-każ il-Brażil:

(e)

Produttur fil-pajjiż analogu

ArcelorMittal Vega, São Francisco do Sul, il-Brażil.

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(9)

L-investigazzjoni ta’ dumping u ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Diċembru 2006 sat-30 ta’ Novembru 2007 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sat-tmiem tal-PI (“il-perjodu meqjus”).

1.4.   Rapport Provviżorju u l-proċedura sussegwenti

(10)

Fil-15 ta’ Settembru 2008 il-Kummissjoni rrivelat lill-partijiet interessati Rapport Provviżorju li jistipula s-sejbiet fir-rigward ta’ dan il-proċediment, jiġifieri l-fatt li l-investigazzjoni stabbiliet b’mod proviżorju l-eżistenza ta’ dumping imma mhux dik ta’ ħsara materjali u enfasizzat il-ħtieġa li jkun investigat aktar l-aspett tal-possibbilità ta’ theddida ta’ ħsara. Fuq il-bażi tas-sejbiet kien ikkunsidrat xieraq li ma jiġix impost dazju proviżjonali ta’ anti-dumping imma biex titkompla l-investigazzjoni. Il-partijiet kollha kienu mogħtija opportunità biex jippreżentaw evidenza u kummenti rilevanti fuq is-sejbiet. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha.

2.   IRTIRAR TAL-ILMENT U TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT

(11)

Permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Diċembru 2008 u indirizzata lill-Kummissjoni, il-kwerelant formalment irtira l-ilment tiegħu. Skont il-kwerelant, dan l-irtirar tqanqal minħabba t-taqlib riċenti fis-suq. Minħabba dawn il-kundizzjonijiet il-kwerelant ma jridx ikompli bil-każ tiegħu dwar theddida ta’ ħsara bbażata fuq il-volum li kien imsejjes fuq analiżi ta’ dejta storika li ma għadhiex tirrifletti l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Skont il-kwerelant, f’dawn iċ-ċirkustanzi huwa aħjar li tieħu azzjonijiet fir-rigward ta’ prassi ta’ kummerċ li huma inġusti u inġurjużi, jekk dawn iseħħu, billi tibda każ mill-ġdid minflok dan il-każ li ma jistax jindirizza bis-sħiħ it-totalità tal-kwistjonijiet li l-industrija tal-Komunità għandha tiffaċċja issa.

(12)

Il-kwerelant argumenta wkoll li, meta wieħed iqis il-bidliet riċenti fil-pjan ta’ stimuli għall-esportazzjoni Ċiniża, l-esportazzjonijiet Ċiniżi għandhom jerġgħu jiżdiedu mill-ġdid. Minħabba l-periklu msemmi hawn fuq, il-kwerelant talab lill-Kummissjoni biex issegwi mill-qrib b’mod attiv importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u tkun lesta li tiftaħ proċediment ġdid fi żmien qasir. Fl-aħħarnett, il-kwerelant emfasizza li jkun fl-interess taċ-Ċina li ssegwi mill-qrib esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-futur u tassigura atteġġjament responsabbli tal-esportaturi Ċiniżi fis-suq internazzjoni tal-azzar.

(13)

Għandu jiġi nnutat li s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-prodott ikkonċernat kemm fil-KE u anke fiċ-Ċina hija kkaratterizzata minn bidla bla preċedent tal-konsiderazzjonijiet ekonomiċi fundamentali. Filwaqt li f’dawn iċ-ċirkustanzi huwa diffiċli li tagħmel preżunzjonijiet motivati dwar l-iżvilupp tas-suq fuq medda qasira u medja ta’ żmien, jidher ukoll li s-sitwazzjoni ekonomika hija volatili u li s-sejbien ta’ dumping inġurjuż ma jistax jiġi eskluż kompletament. Għaldaqstant huwa kkunsidrat xieraq li ssegwi mill-qrib, fil-futur qarib, importazzjonijiet fil-KE tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ. Il-perjodu ta’ monitoraġġ ma għandux jeċċedi l-24 xahar mill-pubblikazzjoni tat-tmiem tal-proċediment preżenti. Il-Kummissjoni ma teskludix il-bidu ta’ investigazzjoni ġdida dwar l-istess prodott jekk u meta tiġi pprovduta evidenza li turi dumping inġurjuż, skont ir-rekwiżiti stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

(14)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jitwaqqaf meta l-ilment jiġi rtirat sakemm twaqqif bħal dan ma jkunx fl-interess tal-Komunità.

(15)

F’dan ir-rigward qed jiġi nnutat li l-analiżi ta’ hawn fuq tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, u li kull investigazzjoni ġdida possibbli li tista’ ssir fil-futur, ma jqanqlux dubju dwar l-azzjoni min-naħa tal-kwerelant biex jirtira. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li l-proċedura attwali għandha titwaqqaf peress li l-investigazzjoni ma tefgħet l-ebda dawl fuq il-possibbiltà li dan it-twaqqif ma jkunx fl-interess tal-Komunità. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Madankollu ma waslu lura l-ebda kummenti li setgħu biddlu din id-deċiżjoni.

(16)

Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti prodotti tal-ħadid jew tal-azzar rrumblati fiċ-ċatt u mogħtija kisja metall stanjat imniżżel fil-jaħraq li joriġinaw fir-RPĊ għandu jitwaqqaf mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid jew tal-azzar rrumblati fiċ-ċatt u mogħtija kisja metall stanjat imniżżel fil-jaħraq jiġifieri:

prodotti tal-ħadid jew tal-azzar mhux-liga rrumblati fiċ-ċatt, miksija jew mgħottija biż-żingu u/jew bl-aluminju (esklużi dawk miksija bl-elettrolitiku jew mgħottija biż-żingu) normalment iddikjarati taħt il-kodiċijiet NM 7210 41 00, 7210 49 00, 7210 61 00, 7210 69 00, 7212 30 00, 7212 50 61 u 7212 50 69,

prodotti tal-azzar liga rrumblati fiċ-ċatt, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, miksija jew mgħottija biż-żingu u/jew bl-aluminju (esklużi dawk tal-istainless steel, tal-azzar silikon-elettriku, ta’ prodotti mhux maħduma aktar minn hekk apparti milli rrumblati bis-sħana jew bil-kesħa (imnaqqsa bil-kesħa) u ta’ prodotti miksija bl-elettrolitiku jew mgħottija biż-żingu) normalment iddikjarati taħt il-kodiċijiet NM 7225 92 00 u ex 7225 99 00, u

prodotti tal-azzar liga rrumblati fiċ-ċatt, b’wisa’ ta’ anqas minn 600 mm, miksija jew mgħottija biż-żingu u/jew bl-aluminju (esklużi dawk tal-istainless steel, tal-azzar silikon-elettriku, tal-azzar b’veloċità għolja, ta’ prodotti mhux maħduma aktar minn hekk apparti milli rrumblati bis-sħana jew bil-kesħa (imnaqqsa bil-kesħa) u ta’ prodotti miksija bl-elettrolitiku jew mgħottija biż-żingu) normalment iddikjarati taħt il-kodiċijiet NM 7226 99 30 u ex 7226 99 70,

li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, qiegħed jitwaqqaf hawnhekk.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU C 302, 14.12.2007, p. 24.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.