ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 37

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
6 ta' Frar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 108/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 li jiffissa l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mit-2 sat-3 ta’ Frar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta' Frar 2009

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 110/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 li jemenda l-lista ta’ pajjiżi msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94

4

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2009/102/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2008 li tagħti għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Ungerija għaż-żmien medju

5

 

 

2009/103/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2008 li tagħti għajnuna reċiproka lill-Ungerija

7

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/104/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar emendi fl-Appendiċi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra

8

Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar emendi għall-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra

9

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur ( ĠU L 157, 17.6.2008 )

14

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

6.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 37/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 108/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

68,6

MA

46,2

TN

125,1

TR

95,5

ZZ

83,9

0707 00 05

JO

155,5

MA

134,2

TR

168,4

ZZ

152,7

0709 90 70

MA

117,3

TR

106,3

ZZ

111,8

0709 90 80

EG

84,3

ZZ

84,3

0805 10 20

EG

51,5

IL

54,1

MA

54,7

TN

41,4

TR

56,1

ZA

44,9

ZZ

50,5

0805 20 10

IL

164,7

MA

98,6

TR

52,0

ZZ

105,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

71,9

IL

68,5

JM

101,6

MA

149,3

PK

40,0

TR

76,1

ZZ

84,6

0805 50 10

EG

48,0

MA

67,1

TR

66,9

ZZ

60,7

0808 10 80

CA

86,3

CL

67,8

CN

83,3

MK

32,6

US

114,6

ZZ

76,9

0808 20 50

AR

103,7

CL

73,7

CN

65,1

US

107,5

ZA

100,3

ZZ

90,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


6.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 37/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 109/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li jiffissa l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mit-2 sat-3 ta’ Frar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta' Frar 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b'dazju doganali ta' żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa' taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità, fil-limiti stipulati għal kull sena.

(2)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji f'dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta' kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta' Frar 2009 fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi.

(4)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli.

(5)

Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta' Frar, għax-xahar imsemmi ma tista' tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fit-2 u 3 ta’ Frar 2009 skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 90,947950 %.

Il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba mid-9 ta’ Frar 2009 huwa sospiż għal Frar 2009.

Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.

(4)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(5)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.


6.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 37/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 110/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li jemenda l-lista ta’ pajjiżi msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta’ Marzu 2003 dwar mekkaniżmu transitorju ta’ salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 519/94 (2) il-Kunsill adotta regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi li jinkludu wkoll dispożizzjonijiet dwar miżuri ta’ salvagwardja.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 519/94 japplika inter alia għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ukraina.

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 427/2003 il-Kunsill adotta regoli komuni għal mekkaniżmu transitorju ta’ salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi.

(4)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 427/2003 il-Kunsill iddelega lill-Kummissjoni r-responsabbiltà għall-aġġornament tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 519/94.

(5)

Fid-dawl tal-adeżjoni tal-Ukraina mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, għandha ssir dispożizzjoni biex l-Ukraina titneħħa mill-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu Uniku

L-Ukraina għandha titneħħa mill-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 519/94.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 89.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

6.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 37/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Novembru 2008

li tagħti għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Ungerija għaż-żmien medju

(2009/102/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002, li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għaż-żmien medju għall-bilanċi ta' pagament (1) tal-Istati Membri, u partikolarment l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC),

Billi:

(1)

Bid-deċiżjoni 2009/103/KE (2) il-Kunsill iddeċieda li jagħti għajnuna reċiproka lill-Ungerija.

(2)

Minkejja t-titjib mistenni fil-kont kurrenti, il-bżonnijiet ta’ finanzjament estern tal-Ungerija fl-2008 u l-2009 huma stmati għal EUR 20 biljun, billi, minħabba l-iżviluppi esperjenzati dan l-aħħar fis-swieq finanzjarji l-kont kapitali u finanzjarju jista’ jiddeterjorja sostanzjalment bl-aċċellerazzjoni tal-flussi netti ’l barra tal-portafoll.

(3)

Jixraq li tingħata għajnuna Komunitarja lill-Ungerija ta’ massimu ta’ EUR 6,5 biljun mill-Faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għaż-żmien medju għall-bilanċ tal-pagamenti tal-Istati Membri stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 332/2202. L-għajnuna għandha tingħata flimkien ma' self mill-Fond Monetarju Internazzjonali ta’ SDR 10,5 biljun (madwar EUR 12,5 biljun) taħt arranġament Stand-by li mistenni jiġi approvat fis-6 ta’ Novembru 2008. Il-Bank Dinji qabel ukoll li jsellef lill-Ungerija EUR 1 biljun.

(4)

L-għajnuna għandha tkun ġestita mill-Kummissjoni li, wara li tikkonsulta mal-EFC, għandha taqbel mal-awtoritajiet tal-Ungerija dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika marbutin mal-għajnuna finanzjarja. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stipulati f’Memorandum ta’ Ftehim. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-Ftehim dwar is-Self.

(5)

L-għajnuna għandha tingħata bil-ħsieb li tiġi appoġġjata s-sostenibilità tal-bilanċ tal-pagamenti fl-Ungerija u, b’dan il-mod, tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tajba tal-programm ta’ politika ekonomika tal-Gvern fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji attwali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli self għaż-żmien medju lill-Ungerija li jammonta għal massimu ta' EUR 6,5 biljun, b'maturità medja massima ta' ħames snin.

2.   Din l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun disponibbli għal sentejn, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-għajnuna għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni f’mod konsistenti mal-impenji tal-Ungerija u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, partikolarment fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma kif ukoll il-programm ta' konverġenza u l-proċedura tad-defiċit eċċessiv.

2.   Il-Kummissjoni għandha taqbel mal-awtoritajiet tal-Ungerija, wara li tikkonsulta l-EFC, dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika marbutin mal-għajnuna finanzjarja, kif stipulat fl-Artikolu 3(4). Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stipulati f’Memorandum ta’ Ftehim konsistenti mal-impenji u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-ftehim dwar is-self.

3.   Il-Kummissjoni għandha, b'kollaborazzjoni mal-EFC, tivverifika f’intervalli regolari li l-kundizzjonijijet ta’ politika ekonomika marbutin mal-għajnuna, jiġu sodisfatti. L-EFC għandha tinżamm infurmata mill-Kummissjoni dwar il-possibbiltà ta’ rifinanzjament tas-self jew ir-ristrutturar tal-kundizzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 3

1.   L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Ungerija f'mhux iktar minn ħames ħlasijiet li d-daqs tagħhom għandu jiġi stipulat fil-Memorandum ta’ Ftehim.

2.   L-ewwel ħlas għandu jiġi rilaxxat suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar is-Self u l-Memorandum ta’ Ftehim, kif ukoll għandu jkun ibbażat fuq is-sottomissjoni ta’ l-emendi leġiżlattivi għall-abozz tal-proposta tal-baġit tal-2009 lill-Parlament Ungeriż, li għandhom il-mira li jiksbu defiċit ta’ 2,6 % tal-PGD u li jinkludu l-miżuri baġitarji fil-bażi.

3.   Jekk ikun meħtieġ sabiex jiġi ffinanzjat is-self, l-użu prudenti ta’ skambji tar-rata tal-interess ma’ kontropartijiet tal-ogħla kwalità ta' kreditu, għandu jkun permess.

4.   Il-Kummissjoni, wara li tkun kisbet l-opinjoni tal-EFC, għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx ta’ iktar ħlasijiet. Ir-rilaxx ta’ kull ħlas sussegwenti għandu jsir fuq il-bażi tal-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-programm ekonomiku l-ġdid tal-Gvern Ungeriż sostnut mill-arranġament mal-FMI u inkluż ukoll fil-Programm ta’ Konverġenza tal-Ungerija li ġej u, partikolarment, il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika stabbiliti fil-Memorandum ta’ Ftehim.

Dawn il-kundizzjonijiet ta' politika għandhom jinkludu, inter alia:

(a)

il-progress fil-konsolidazzjoni fiskali ppjanata mill-Gvern fil-kuntest tal-programm ġdid tiegħu li huwa konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont il-proċedura tad-defiċit eċċessiv tal-10 ta' Ottubru 2006, kif ukoll l-Opinjoni tal-Kunsill dwar l-aġġornament tal-programm ta’ konverġenza ta' Novembru 2007, b’mod partikolari fir-rigward tal-mira tad-defiċit tal-2009;

(b)

miżuri speċifiċi biex jiġi kkontrollat l-infiq għall-proċess ta' konsolidazzjoni;

(c)

progress fir-riforma tal-governanza finanjarja permezz tat-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali u l-introduzzjoni ta’ regoli fiskali ta’ żmien medju skont il-proposta qafas li qed tiġi diskussa attwalment fil-Parlament Ungeriż;

(d)

regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju u riformi fis-sorveljanza u tkabbir tal-kapaċità tal-awtoritajiet sabiex jindirizzaw b'mod effiċjenti kwistjonijiet ta’ tħassib dwar solvibilità u likwidità; u,

(e)

miżuri ta’ riforma strutturali appoġġjati fil-kuntest tal-istrateġija ta’ Liżbona, bħat-tisħiħ ta’ inċentivi għax-xogħol bil-ħsieb li jiġu sostnuti l-impjiegi u jikkontribwixxu għas-sostenibilità fit-tul tal-finanzi pubbliċi.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Ungerija. Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.

(2)  Ara paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


6.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 37/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Novembru 2008

li tagħti għajnuna reċiproka lill-Ungerija

(2009/103/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 119,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Min-nofs l-2006 ′l hawn, l-awtoritajiet Ungeriżi qed jagħmlu sforzi sinifikanti biex jikkoreġu l-iżbilanċi esterni u interni akkumulati tal-pajjiż. Minkejja r-riżultati tanġibbli miksuba f’dawn l-aħħar sentejn, fost oħrajn tnaqqis sinifikanti fid-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika u t-tnaqqis gradwali tad-defiċit tal-kont kurrenti, is-swieq finanzjarji Ungeriżi sabu ruħhom taħt pressjoni qawwija minn kmieni f’Ottubru 2008.

(2)

F’Ottubru 2008, l-awtoritajiet Ungeriżi adottaw programm komprensiv ta’ politika ekonomika maħsub biex jerġa’ jrawwem il-fiduċja tal-investituri u jtaffi l-pressjoni esperjenzata fil-ġimgħat preċednti fis-swieq finanzjarji Ungeriżi. Dak il-programm jinkludi miżuri biex jiżguraw biżżejjed likwidità u finanzjament għas-sistema bankarja, azzjonijiet biex jiżguraw kapitalizzazzjoni adegwata għall-banek kif ukoll pjanijiet biex jiżguraw is-sostenibilità fiskali u jrażżnu l-ħtiġijiet ta’ finanzjament. B’mod partikolari, il-Gvern Uneriż irreveda l-mira tiegħu għad-defiċit għall-2008 għal 3,4 % tal-GPD meta mqabbel mal-4 % tal-PGD li kienet ibbaġittjata u għall-2009 minn 3,2 % tal-PGD għal 2,6 % tal-PGD. Dan il-programm ekonomiku u partikolarment il-miri fiskali se jkunu riflessi fil-baġit tal-Gvern kif ukoll fil-Programm ta’ Konverġenza li fihom ukoll miżuri politiċi oħra u riformi strutturali.

(3)

Il-Kunsill qed jirrevedi fuq bażi regolari l-linji ta’ politika ekonomiċi implimentati mill-Ungerija, partikolarment fil-kuntest tar-reviżjonijiet annwali tal-aġġornament tal-Ungerija tal-programm ta’ konverġenza u l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma, ir-reviżjoni regolari tal-progress li tagħmel l-Ungerija marbut mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Proċedura tad-Defiċit Eċċessiv, kif ukoll fil-kuntest tar-Rapport ta’ Konverġenza.

(4)

Minkejja t-titjib mistenni fil-kont korrenti, l-Ungerija qed taffaċċja bżonnijiet importanti ta’ finanzjament fl-2008 u l-2009 (stmati għal madwar EUR 20 biljun) hekk kif żviluppi esperjenzati dan l-aħħar fis-swieq finanzjarji jissuġġerixxu li l-kont kapitali u finanzjarju jista’ jiddeterjorja sostanzjalment, bl-aċċellerazzjoni tal-flussi netti ′l barra tal-portafoll.

(5)

L-awtoritajiet Ungeriżiu talbu għajnuna finanzjarja sostanzjali mill-Komunità, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u pajjiżi oħra biex jappoġġjaw is-sostenibilità tal-bilanċ tal-pagamenti u jġibu r-riżervi tal-valuti internazzjonali f’livell prudenti.

(6)

Hemm theddida serja lill-bilanċ tal-pagamenti Ungeriż li tiġġustifika l-għoti urġenti ta’ għajnuna reċiproka mill-Komunità,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Komunità għandha tagħti għajnuna reċiproka lill-Ungerija.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


Kummissjoni

6.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 37/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Novembru 2008

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar emendi fl-Appendiċi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra

(2009/104/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta’ Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Prattiki enoloġiċi ġodda awtorizzati fil-Komunità ġew notifikati lir-Repubblika taċ-Ċilì fil-11 ta’ Ottubru 2006 skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, (hawn taħt imsejjaħ “il-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed”).

(2)

Meta jitqiesu l-konklużjonijiet tat-tielet Kumitat Konġunt UE-Ċilì tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed li seħħ f’Santiago de Chile fl-10 ta’ Jannar 2008, huwa neċessarju li jiġi emendat l-Appendiċi V tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed sabiex jiżdiedu l-prattiċi enoloġiċi l-ġodda awtorizzati fil-Komunità.

(3)

Il-Komunità u r-Repubblika taċ-Ċilì għalhekk innegozjaw, skont l-Artikolu 29(2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed, ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri biex jemenda l-Appendiċi V.

(4)

Għalhekk, l-Iskambju ta’ Ittri għandu jkun approvat.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

IDDEĊIDIET LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li jemenda l-Appendiċi V tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissarju tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali huwa b’hekk awtorizzat li jiffirma l-Iskambju ta’ Ittri sabiex bih tintrabat il-Komunità.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1.


FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar emendi għall-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra

Brussell, l-4 ta’ Jannar 2009

Sinjur,

Għandi l-unur nirreferi għall-Artikolu 29(2) tal-Ftehim dwar il-kummerċ fl-inbejjed tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì min-naħa l-oħra, tat-18 ta’ Novembru 2002, li jipprovdi li l-Partijiet Kontraenti jistgħu, b’kunsens reċiproku, jemendaw l-Appendiċijiet ta’ dan il-Ftehim.

Minħabba ż-żieda tal-prattiki enoloġiċi ġodda jew il-modifika tagħhom awtorizzati fil-Komunità, li ġew notifikati lill-awtoritajiet tagħkom fil-11 ta’ Ottubru 2006, u fid-dawl tal-konklużjonijiet tat-tielet Kumitat Konġunt tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed li seħħ f’Santiago de Chile fl-10 ta’ Jannar 2008, huwa neċessarju li jiġi emendat il-punt 2 tal-Appendiċi V (prattiki u proċessi enoloġiċi u speċifikazzjonijiet tal-prodotti) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed.

Għalhekk għandi l-unur nipproponi li l-punt 2 tal-Appendiċi V tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed jitbiddel bit-test mehmuż hawnhekk, b’effett mill-ewwel jum tat-tweġiba tiegħek li tikkonferma l-qbil mal-kontenut ta’ din l-ittra.

Inkun obbligat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra.

Dejjem tiegħek,

F’isem il-Komunità Ewropea

Mariann FISCHER BOEL

Brussell, it-8 ta’ Jannar 2009

Sinjura,

Għandi l-pjaċir ninfurmak li rċevejt l-ittra tiegħek tal-4 ta’ Jannar li għadda illi tgħid hekk:

“Għandi l-unur nirreferi għall-Artikolu 29(2) tal-Ftehim dwar il-kummerċ fl-inbejjed tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì min-naħa l-oħra, tat-18 ta’ Novembru 2002, li jipprovdi li l-Partijiet Kontraenti jistgħu, b’kunsens reċiproku, jemendaw l-Appendiċi ta’ dan il-Ftehim.

Minħabba ż-żieda tal-prattiki enoloġiċi ġodda jew il-modifika tagħhom awtorizzati fil-Komunità, li ġew notifikati lill-awtoritajiet tagħkom fil-11 ta’ Ottubru 2006, u fid-dawl tal-konklużjonijiet tat-tielet Kumitat Konġunt tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed li seħħ f’Santiago de Chile fl-10 ta’ Jannar 2008, huwa neċessarju li jiġi emendat il-punt 2 tal-Appendiċi V (prattiki u proċessi enoloġiċi u speċifikazzjonijiet tal-prodotti) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed.

Għalhekk għandi l-unur nipproponi li l-punt 2 tal-Appendiċi V tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed jitbiddel bit-test mehmuż hawnhekk, b’effett mill-ewwel jum tat-tweġiba tiegħek li tikkonferma l-qbil mal-kontenut ta’ din l-ittra.

Inkun obligat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra.”

Għandi l-unur ngħarrfek li r-Repubblika taċ-Ċilì taqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra.

Dejjem tiegħek,

F’isem ir-Repubblika taċ-Ċilì

Juan SALAZAR SPARKS

ANNESS

Il-punt 2 tal-Appendiċi V tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed jitbiddel kif ġej:

“2.

Lista ta’ metodi u proċessi enoloġiċi awtorizzati għall-inbejjed li joriġinaw fil-Komunità bil-restrizzjonijiet li ġejjin jew, fl-assenza tagħhom, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli tal-Komunità:

(1)

aerazzjoni (frizzanti) jew trattament bil-gass (spumanti) bl-użu ta’ argon, nitroġenu jew ossiġnu;

(2)

trattament bis-sħana;

(3)

użu f’inbid xott ta’ naqal frisk li jkun tajjeb u mhux dilwit u għandu ħmira li tirriżulta mill-vinifikazzjoni reċenti tal-inbid xott;

(4)

ċentrifugazzjoni u filtrazzjoni, b’aġenti tal-iffiltrar jew mingħajrhom, sakemm l-ebda fdal mhux mixtieq ma jitħalla fil-prodotti trattati b’dal mod;

(5)

użu ta’ ħmira għall-produzzjoni tal-inbid;

(6)

użu ta’ preparazzjonijiet tal-ġnub taċ-ċelulla tal-ħmira;

(7)

użu ta’ polivinilpolipirrolidon;

(8)

użu ta’ batterji tal-aċidu lattiku fis-sospensjoni tal-inbid;

(9)

żieda ta’ wieħed jew iktar mis-sustanzi li ġejjin biex jinkoraġixxi t-tkabbir tal-ħmira:

(i)

żieda ta’:

fosfat tad-dijammonju jew sulfat tal-ammonju,

sulfit tal-ammonju jew bisulfit tal-ammonju;

(ii)

żieda tal-idroklorur tat-tijamina;

(10)

użu ta’ dijossidu karboniku, argon jew nitroġenu, kemm waħidhom jew kombinati, sabiex biss joħloq atmosfera inerta u jimmaniġġa l-prodott protett mill-arja;

(11)

żieda ta’ dijossidu karboniku;

(12)

użu ta’ dijossidu tal-kubrit, bisulfit tal-potassju jew metabisulfit tal-potassju, li jistgħu jissejħu wkoll disulfit tal-potassju jew pirosulfit tal-potassju;

(13)

żieda ta’ aċidu sorbiku jew sorbat tal-potassju;

(14)

żieda tal-aċidu L-assorbiku;

(15)

żieda ta’ aċidu ċitriku għal skopijiet tal-istabbilizzazzjoni tal-inbid, sakemm il-kontenut finali fl-inbid trattat ma jaqbiżx 1 gramma għal kull litru;

(16)

użu ta’ aċidu tartariku għal skopijiet ta’ aċidifikazzjoni, sakemm il-kontenut tal-aċidità inizzjali tal-inbid ma jkunux iżjed minn 2,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku;

(17)

użu ta’ wieħed jew iktar mis-sustanzi li ġejjin għal skopijiet ta’ deaċidifikazzjoni:

tartrat newtrali tal-potassju,

bikarbonat tal-potassju,

karbonat tal-kalċju, li jista’ jkollu fih kwantitajiet żgħar ta’ melħ b’kalċju doppju ta’ aċidi L (+) tartariku u L (–) maliku,

preparazzjoni omoġenja ta’ aċidu tartariku u kalċju karbonat f’proprozjoni ekwivalenti u mitħuna fin,

tartrat tal-kalċju jew aċidu tartariku;

(18)

klarifikazzjoni permezz ta’ wieħed jew iktar mis-sustanzi li ġejjin għall-użu enoloġiku:

ġelatina tal-ikel,

proteini tal-pjanti,

bentonite,

isinglass,

kaseina u kaseinat tal-potassju,

albumina tal-bajd, albumina tal-ħalib,

kawlina,

enzimi pektolitiċi,

dijossidu tas-silikon bħala ġel jew soluzzjoni kollojdali,

tannin,

preparazzjonijiet enzimatiċi ta’ betaglukanase;

(19)

żieda ta’ tannin;

(20)

it-trattament tal-most u tal-inbejjed ġodda li jkunu għadhom fil-fermentazzjoni bil-faħam tal-kannol għal użu enoloġiku f’ċerti limiti;

(21)

trattament ta’:

inbejjed bojod jew inbejjed rosé, b’ferroċjanur tal-potassju,

inbejjed ħomor, b’ferroċjanur tal-potassju jew il-fitat tal-kalċju, sakemm l-inbid li jkun ġie trattat b’dan il-mod ikun fih fdal tal-ħadid;

(22)

żieda ta’ aċidu metatartariku;

(23)

użu ta’ akaċja wara tmiem il-fermentazzjoni;

(24)

użu ta’ aċidu DL-tartariku, imsejjaħ ukoll aċidu raċemiku, jew tal-melħ newtrali tiegħu tal-potassju biex jippreċipita kalċju żejjed;

(25)

użu għall-manifattura tal-inbejjed spumanti miksuba mill-fermentazzjoni fil-fliexken u bin-naqal isseparat billi jitneħħa:

ta’ alġinat tal-kalċju, jew

alġinat tal-potassju;

(26)

użu ta’ sulfat tar-ram;

(27)

żieda ta’ potassju bitartrat jew tartrat tal-kalċju sabiex jassisti l-preċipitazzjoni tat-tartru;

(28)

żieda ta’ karamella biex isaħħaħ lewn l-inbejjed likuri;

(29)

użu ta’ sulfat tal-kalċju għall-produzzjoni ta’ ċertu kwalità ta’ nbejjed likuri p.s.r.;

(30)

użu tar-reżina tas-siġra taż-żnuber biex jiġi prodott inbid tal-mejda ‘restina’, fil-Greċja biss, u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regoli tal-Komunità;

(31)

żieda ta’ lisożima;

(32)

elettrodijaliżi biex jiggarantixxi stabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid;

(33)

użu ta’ urease biex inaqqas il-kontenut tal-urea fl-inbid;

(34)

żieda ta’ most tal-għeneb jew most konċentrat imsaffi tal-għeneb għat-taħlil tal-inbid skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-regoli Komunitarji;

(35)

konċentrazzjoni parzjali bill-proċessi fiżiċi, inkluż osmożi invertita, biex tiżdied il-qawwa alkoħolika naturali tal-most tal-għeneb u l-inbid;

(36)

żieda ta’ sukrożju, most tal-għeneb ikkonċentrat jew most konċentrat imsoffi tal-għeneb biex iżid il-qawwa naturali alkoħolika tal-għeneb, most tal-għeneb jew inbid b’konformità mar-regoli Komunitarji;

(37)

żieda ta’ nbid jew għeneb imqadded distillat jew ta’ alkoħol newtrali ta’ oriġini tal-inbid għall-manifattura tal-inbejjed likuri;

(38)

żieda tal-aċidu L-asorbiku sa ċerti limiti;

(39)

żieda ta’ dimetilkarbonat (DMDC) fl-inbejjed għall-istabilizzazzjoni mikrobijoloġika, f’ċerti limiti u skont il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati;

(40)

żieda ta’ mannoproteini tal-ħmira sabiex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika u proteinika tal-inbejjed;

(41)

użu ta’ biċċiet tal-injam tal-ballut fil-vinikultura”.


Corrigendum

6.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 37/14


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 157 tas-17 ta' Ġunju 2008 )

1.

F'paġna 69, fl-Anness V:

minflok:

“c)

“Barra (Free range) ” ”,

aqra:

“c)

“Trobbija fil-beraħ (Free range) ””;

minflok:

“d)

“Barra -Free range tradizzjonali””,

aqra:

“d)

“Trobbija fil-beraħ tradizzjonali””.

2.

F'paġna 71, fl-Anness V:

minflok:

“e)

“Barra (free range) — libertà totali”. ”,

aqra:

“e)

“ Trobbija fil-beraħ — libertà totali”. ”.


6.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 37/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.