ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 29

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
31ta' Jannar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2009 tat-30 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

36

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2009 tat-30 ta’ Jannar 2009 li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2009

38

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 94/2009 tat-30 ta' Jannar 2009 li jadotta miżuri ta’ appoġġ temporanji u eċċeżżjonali għas-suq tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga fil-forma ta’ skema ta’ rimi fl-Irlanda

41

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq ( 1 )

45

 

 

REGOLI INTERNI U TA' PROĊEDURA

 

 

Qorti tal-Ġustizzja

 

*

Emendi għall-istruzzjonijiet prattiċi dwar rikorsi diretti u appelli

51

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/83/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2009 li temenda r-Regolament (KE) Nru 752/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-Iskema tal-IMO ta’ Numru tal-Identifikazzjoni Uniku għall-Kumpaniji u s-Sidien Irreġistrati (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 148)  ( 1 )

53

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

 

 

2009/84/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2009 tal-Kumitat Konġunt tal-KE u l-Isvizzera tal-14 ta' Jannar 2009 li jibdel it-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll Nru 2

55

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

31.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 29/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 91/2009

tas-26 ta’ Jannar 2009

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kien ikkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Bidu

(1)

Fis-26 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet ilment imressaq skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) mill-European Industrial Fasteners Institute (EIFI, “l-ilmentatur”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri, f'dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar.

(2)

L-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li kienet ikkunsidrata suffiċjenti biex tiġġustifika li jinfetaħ proċediment.

(3)

Fid-9 ta’ Novembru 2007, il-proċediment inbeda bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ bidu (2) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (l-“Avviż ta’ Bidu”).

2.   Nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ Miżuri proviżorji

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jkunu eżaminati aktar ċerti aspetti tal-investigazzjoni, kien deċiż li titkompla l-investigazzjoni mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji dwar importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar mir-RPĊ.

(5)

Fl-4 ta’ Awwissu 2008, il-partijiet interessati kollha ngħataw dokument ta’ informazzjoni li jagħti dettalji ta’ konklużjonijiet preliminari tal-investigazzjoni f’dak l-istadju tal-investigazzjoni (“id-dokument ta’ informazzjoni”) u jistieden lill-partijiet biex jikkummentaw dwar dawk il-konklużjonijiet.

(6)

Sussegwentement għal dik id-data, l-investigazzjoni kompliet rigward, inter alia, l-aspetti ta’ interess tal-Komunità u analiżi dettaljata tal-ambitu tal-prodott/ komparabilità tal-prodott imwettqa, kif kien diskuss minn diversi partijiet interessati.

3.   Partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(7)

Il-produtturi Komunitarji ilmentaturi, produtturi Komunitarji oħra, il-produtturi esportaturi, l-importaturi, l-utenti, l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati u rappreżentanti tal-gvern tar-RPĊ kienu avżati uffiċjalment bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu.

(8)

Numru ta’ partijiet interessati għarrfu fehmiethom bil-miktub, b’mod partikolari rigward l-għażla ta’ pajjiż analogu, id-differenzi tat-tip u l-kwalità bejn il-qfieli Ċiniżi u dawk prodotti u mibjugħa minn produtturi Komunitarji, il-pożizzjoni tal-ilmentaturi u l-ħsara u l-aspetti ta’ interess Komunitarju. Barra minn hekk, il-partijiet interessati kollha li talbu u wrew għaliex kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(9)

Il-partijiet interessati kollha (produtturi Komunitarji, importaturi Komunitarji u produtturi esportaturi Ċiniżi) li ressqu preżentazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott attendew laqgħa kontenzjuża organizzata skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament bażiku taħt il-patroċinju tal-Uffiċjal għas-Smigħ fit-18 ta’ Settembru 2008 (“laqgħa kontenzjuża”).

(10)

Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, kif ukoll in-numru kbir ta’ produtturi u importaturi Komunitarji, kien previst kampjunament għall-istabbiliment tad-dumping u l-ħsara fl-Avviż ta’ Bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

4.   Kampjunament

4.1.   Kampjunament ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ

(11)

Kif iddikjarat hawn fuq, minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, kien propost kampjunament fl-Avviż ta’ Bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku.

(12)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ il-kampjunament u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi ntalbu jippreżentaw lilhom infushom fi żmien 15-il jum mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni u biex jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-esportazzjonijiet u l-bejgħ domestiku tagħhom, u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji kollha relatati tagħhom involuti fil-produzzjoni u/jew bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Kienu wkoll ikkonsultati l-awtoritajiet fir-RPĊ.

(13)

Total ta’ 120 kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji fir-RPĊ ippreżentaw lilhom infushom u pprovdew l-informazzjoni mitluba fl-iskadenza mogħtija. Madankollu, mid-dejta pprovduta deher li xi wħud minn dawn il-kumpaniji jew gruppi ma kinux huma nfushom jipproduċu l-qfieli u xi wħud irrapportaw esportazzjonijiet lill-Komunità ta’ qfieli manifatturati minn kumpaniji relatati. Dawk il-kumpaniji jew gruppi li pproduċew u esportaw il-prodott ikkonċernat lill-Komunità waqt il-perjodu tal-investigazzjoni u esprimew ix-xewqa li jkunu inklużi fil-kampjun kienu kkunsidrati bħala kumpaniji li kkoperaw u kienu kkunsidrati fl-għażla tal-kampjun. Dawn il-kumpaniji ammontaw għal 110 minn total ta’ 120 kumpanija jew grupp li ppreżentaw lilhom infushom wara l-bidu.

(14)

Il-produtturi esportaturi li ma ppreżentawx lilhom infushom fil-perjodu msemmi hawn qabel kienu kkunsidrati bħala li mhux qed jikkoperaw mal-investigazzjoni.

(15)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, l-esportaturi bl-akbar volum esportat lejn il-Komunità ntgħażlu sabiex jintlaħaq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet li seta’ jkun raġjonevolment investigat fiż-żmien disponibbli.

(16)

Fuq din il-bażi, intgħażel kampjun ta’ disa’ produtturi jew gruppi esportaturi Ċiniżi. Il-kumpaniji magħżula rrappreżentaw madwar 61 % tal-esportazzjonijiet, mill-kumpaniji li koperaw, tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità, u 39 % tat-total ta’ esportazzjonijiet mir-RPĊ.

(17)

Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li kkoperaw u l-awtoritajiet tar-RPĊ ingħataw opportunità li jikkummentaw fuq l-għażla tal-kampjun.

(18)

Numru ta’ esportaturi Ċiniżi argumentaw li huma messhom kienu inklużi fil-kampjun minħabba ċirkostanzi partikolari rigward il-kumpaniji tagħhom, bħall-fatt li huma mmanifatturaw tipi ta’ prodott speċifiku li allegatament mhumiex prodotti mill-kumpaniji magħżula għall-kampjun. Madankollu, it-tipi ta’ qfieli tal-ħadid u tal-azzar immanifatturati mill-esportaturi ma kinux parti mill-kriterji użati biex jintgħażel kampjun. Kif iddikjarat fil-premessa (15) hawn fuq, il-kriterju użat kien l-esportaturi bl-akbar volum esportat lejn il-Komunità. Dan hu konformi mal-ħtiġijiet tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku.

(19)

Intbagħtu kwestjonarji għat-tkomplija lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun u r-risposti mingħandhom kienu riċevuti fl-iskadenzi mogħtija.

(20)

Ħames kumpaniji mhux magħżula fil-kampjun ippreżentaw risposti għall-kwestjonarju bil-ħsieb li jitolbu eżami individwali fl-applikazzjoni tal-Artikoli 9(6) u 17(3) tar-Regolament bażiku. Erbgħa minn dawn it-talbiet kienu aċċettati. Minħabba li l-kumpanija l-oħra ma pproduċietx il-prodott hi nnifisha, it-talba tagħha kienet miċħuda.

(21)

Wara l-iżvelar definittiv, wieħed mill-esportaturi argumenta li l-kumpaniji li ġew investigati individwalment għandhom jitqiesu bħala parti mill-kampjun għall-applikazzjoni tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Esportatur ieħor argumenta li l-Kummissjoni kellha tkabbar il-kampjun oriġinali, minflok taċċetta t-talbiet għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3). F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-kampjun għadu jitqies bħala rappreżentattiv biżżejjed. Anki wara li erbgħa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun naqsu milli jikkoperaw, kif imsemmi fil-premessa (62), il-kumpaniji inklużi fil-kampjun li fadal kienu jirrappreżentaw 54 % tat-total ta’ esportazzjonijiet mill-kumpaniji li kkoperaw tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità. Barra minn hekk, jitqies xieraq, għal raġunijiet ta’ oġġettività u trasparenza, li jintgħażel kampjun fil-bidu tal-proċediment, u li jinżamm tul il-proċediment kollu sakemm mhemmx raġunijiet biex jitqies li dan il-kampjun ma għadux rappreżentattiv. Fl-aħħar nett, għall-istess raġunijiet l-eżerċizzju ta’ kampjunament għandu jitqies bħala distint u separat mill-għoti ta’ eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

4.2.   Kampjunament ta’ produtturi Komunitarji

(22)

Kif iddikjarat hawn fuq, minħabba n-numru kbir ta’ produtturi fil-Komunità, il-kampjunament kien propost fl-Avviż ta’ Bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku.

(23)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunament ikunx meħtieġ u jekk iva biex tagħżel kampjun, il-produtturi Komunitarji ntalbu li jippreżentaw lilhom infushom fi żmien 15-il jum mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni u biex jipprovdu informazzjoni bażika dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom, u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati kollha tagħhom involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat.

(24)

Total ta’ 46 produttur Komunitarju li pproduċew il-prodott ikkonċernat fil-Komunità matul il-perjodu tal-investigazzjoni u li esprimew ix-xewqa li jkunu inklużi fil-kampjun fil-perjodu msemmi qabel kienu kkunsidrati bħala kumpaniji li kkoperaw u kienu kkunsidrati fl-għażla tal-kampjun.

(25)

Dawn il-produtturi Komunitarji rrappreżentaw ‘il fuq minn 30 % tal-produzzjoni stmata fil-Komunità fl-2006. Dawn il-produtturi huma kkunsidrati li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja kif imsemmi fil-premessa (114) hawn isfel.

(26)

Il-kwistjoni tal-pożizzjoni tal-industrija Komunitarja ġiet ikkontestata minn xi importaturi fil-Komunità kif ukoll minn xi produtturi esportaturi. Tabilħaqq, ċerti partijiet interessati ppreżentaw, wara l-pubblikazzjoni tal-Avviż ta’ Bidu, listi ta’ produtturi Komunitarji li allegatament ma kinux ikkonsultati rigward l-appoġġ tagħhom jew le għall-proċediment. Sussegwentement intbagħat kwestjonarju lil dawn il-produtturi kollha. Barra minn hekk, bosta kumpaniji ppreżentaw ruħhom fuq inizjattiva tagħhom stess mingħajr ma kienu rċevew kwestjonarju. Madankollu, l-ebda waħda mir-risposti riċevuti minn dawn il-produtturi ma naqqset il-livell ta’ pożizzjoni msemmi fil-premessa preċedenti. Fil-fatt, bosta minn dawn il-kumpaniji appoġġjaw l-ilment.

(27)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-produtturi Komunitarji, fost dawk li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja, bl-akbar volum ta’ produzzjoni ntgħażlu fil-kampjun sabiex jintlaħaq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni tal-prodott simili mmanifatturat fil-Komunità li seta’ raġjonevolment ikun investigat fiż-żmien disponibbli.

(28)

Fuq din il-bażi, intgħażel kampjun ta’ seba’ produtturi. Il-kumpaniji magħżula kienu jammontaw għal madwar 70 % tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja. Wara li produttur inkluż fil-kampjun tqies li ma kkoperax, dan il-perċentwali naqas għal madwar 65 %.

(29)

Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi Komunitarji li kkoperaw ingħataw l-opportunità li jikkummentaw fuq l-għażla tal-kampjun. Ma daħal l-ebda kumment li kien iwassal għal bdil fil-kampjun.

(30)

Intbagħtu kwestjonarji biex jitkomplew mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun u r-risposti mingħandhom kienu riċevuti fl-iskadenzi mogħtija.

4.3.   Kampjunament ta’ importaturi Komunitarji

(31)

Kif iddikjarat hawn fuq, minħabba n-numru kbir ta’ importaturi fil-Komunità, kien propost kampjunament fl-Avviż ta’ Bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku.

(32)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunament u jekk iva biex tagħżel kampjun, l-importaturi Komunitarji ntalbu jippreżentaw lilhom infushom fi żmien 15-il jum mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni u biex jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-importazzjonijiet u l-bejgħ tagħhom, u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati kollha tagħhom involuti fil-produzzjoni u/jew bejgħ tal-prodott ikkonċernat.

(33)

It-total ta’ 45 kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji fil-Komunità li ppreżentaw lilhom infushom u pprovdew l-informazzjoni mitluba fl-iskadenza mogħtija jirrappreżentaw qrib id-29 % tal-volum totali importat fil-Komunità.

(34)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, l-importaturi Komunitarji bl-akbar volum ta’ bejgħ intgħażlu sabiex jintlaħaq l-akbar volum rappreżentattiv li jista’ raġjonevolment jiġi investigat. Għalhekk, l-akbar seba’ importaturi f’termini ta’ volum ta’ bejgħ intgħażlu biex ikunu parti mill-kampjun. Intbagħtu kwestjonarji biex jitkomplew mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun u r-risposti mingħandhom kollha kienu riċevuti fl-iskadenzi mogħtija.

5.   Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“MET”) u Trattament Individwali (“TI”)

(35)

Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ ikunu jistgħu jippreżentaw talba għal MET jew għal TI, jekk kienu jixtiequ hekk, intbagħtu formoli ta’ talba lill-produtturi esportaturi Ċiniżi magħruf li huma kkonċernati, lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. 106 produttur esportatur talbu MET skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Dawn il-kumpaniji kollha talbu wkoll TI jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li huma ma laħqux il-kondizzjonijiet għal MET. Żewġ kumpaniji oħra talbu TI. Id-disa’ kumpaniji kollha magħżula fil-kampjun talbu MET u TI.

6.   Kwestjonarji u żjarat ta’ verifika

(36)

Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ u lill-erba’ produtturi esportaturi fir-RPĊ li talbu u ngħataw eżami individwali, lill-produtturi u 'l-importaturi Komunitarji inklużi fil-kampjun kif ukoll lil utenti fil-Komunità. Kienu riċevuti risposti mid-disa’ produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun fir-RPĊ, mill-erba’ produtturi esportaturi mogħtija eżami individwali, minn esportatur wieħed fir-RPĊ mhux magħżul fil-kampjun li talab iżda li eventwalment inċaħadlu eżami individwali kif imsemmi fil-premessa (20) hawn fuq, minn seba’ produtturi Komunitarji inklużi fil-kampjun, minn seba’ importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun, minn tliet utenti, u minn żewġ produtturi f’pajjiż analogu, l-Indja.

(37)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa biex ikun iddeterminat id-dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess Komunitarju u wettqet verifiki fil-postijiet tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi Komunitarji

A. Agrati SpA, Milan, (l-Italja)

Società Bulloneria Europea SpA, Monfalcone u Reggio Emilia, (l-Italja)

Fontana Luigi SpA and LOBO SpA, Milan, (l-Italja)

Finnveden Bulten, AB Göteborg, (l-Iżvezja)

Fabryka Śrub w Łańcucie Śrubex S.A., Łańcut, (il-Polonja)

Growermetal SRL, Lecco, (l-Italja)

Invitea SpA, Milan, (l-Italja)

(b)

Produtturi esportaturi u l-kumpaniji relatati tagħhom fir-RPĊ

Changshu City Standard Parts Factory u Changshu British Shanghai International Fastener Co. Ltd., Changshu

Zhangjiagang City Jinli Standard Fastener Co. Ltd., Zhangjiagang, u

Ningbo Yonghong Fasteners Co., Ltd., Ningbo

Ningbo Jinding Fastening Piece Co., Ltd., Ningbo

Kunshan Chenghe Standard Component Co., Ltd., Kunshan

Pol Shin Fastener (ZheJiang) Co., Ltd., Jiashan

Biao Wu Tensile Fasteners Co., Ltd u Shanghai Prime Machinery Co., Ltd.., Shanghai

Zhejiang Zhapu Industrial Co., Ltd, Jiaxing Washan Fasteners Co., Ltd u Zhejiang WB Auto Fasteners Co., Ltd, Jiaxing

Eastport Fastener Manufacturing Co., Ltd, Ningbo

CELO Suzhou Precision Fasteners Co., Ltd, Taicang

Golden Horse (Dong Guan) Metal Manufactory Co., Ltd, Dongguan City

Yantai Agrati Fasteners Co., Ltd, Yantai

Zhejiang Guanglong Hardware and Plastic Co., Ltd, u Zhejiang Guanglong Plating Machinery & Product Co., Ltd, Anji

(c)

Kumpaniji relatati fil-Komunità

Celo S.A., Barċellona, Spanja

(d)

Kumpanija relata fit-Tajwan

Sunny Corp., Taipei

(e)

Importaturi mhux relatati fil-Komunità

Adolf Würth GmbH, Kunzelsau, il-Ġermanja

Chaves Bilbao, S.A., Larrabetzu, Spanja

FM Bulloneria Viterie SpA, Reggio Emilia, l-Italja

F. Reyher Nchfg. GmbH & CO KG, Hamburg, il-Ġermanja

Hexstone Ltd t/a Owlett Jaton, Stone, ir-Renju Unit

VPIA SpA, Reggio Emilia, l-Italja

(38)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jkun stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li lilhom ma jistax jingħata MET, saret verifika biex ikun stabbilit valur normali abbażi ta’ dejta minn pajjiż analogu (l-Indja) fil-postijiet tal-kumpaniji li ġejjin:

(f)

Produtturi f’pajjiż analogu, l-Indja

Pooja Forge Ltd., Faridabad

Mohindra Fasteners Ltd, New Delhi

7.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(39)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). Rigward ix-xejriet rilevanti għal valutazzjoni tal-ħsara, kienet analizzata dejta li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“perjodu kkunsidrat”).

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(40)

Il-prodott ikkonċernat hu ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar, barra minn stainless steel, jiġifieri viti tal-injam (esklużi viti coach), viti self-tapping, viti u boltijiet oħra bl-irjus (kemm jekk bl-iskorfini jew woxers tagħhom jew le, iżda li jeskludu viti magħmula minn staneg, vireg, profili jew wajer, ta’ sezzjoni solida, ta’ ħxuna tat-tul li ma taqbiżx is-6 mm u li jeskludu viti u boltijiet biex jitwaħħal materjal għall-kostruzzjoni tal-linji ferrovjarji), u woxers, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (kollha flimkien minn hawn 'il quddiem imsejħa “qfieli” jew “prodotti kkonċernati”).

(41)

Il-prodott ikkonċernat hu normalment iddikjarat fil-kodiċijiet NM 7318 12 90, 7318 14 91, 7318 14 99, 7318 15 59, 7318 15 69, 7318 15 81, 7318 15 89, ex 7318 15 90, ex 7318 21 00 u ex 7318 22 00.

(42)

Il-qfieli jintużaw biex mekkanikament jgħaqqdu żewġ elementi jew aktar fil-kostruzzjoni, l-inġinerija eċċ. u huma użati f’varjetà wiesgħa ta’ setturi industrijali, kif ukoll mill-konsumaturi. Abbażi tal-karatteristiċi u l-użi finali fiżiċi u tekniċi tagħhom, il-qfieli kollha huma kkunsidrati li jikkostitwixxu prodott uniku għall-fini tal-proċediment. Fl-istess standards nazzjonali jew internazzjonali, il-qfieli għandhom jikkonformaw mal-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi fosthom b’mod partikolari s-saħħa, it-tolleranza, il-finitura u l-kisja.

(43)

Matul l-investigazzjoni, u b’mod partikolari waqt il-laqgħa kontenzjuża, numru ta’ produtturi esportaturi jew importaturi fir-RPĊ argumentaw li xi tipi ta’ viti, woxers, jew boltijiet bi gradi ta’ reżistenza baxxa għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni, fuq il-bażi li mhumiex la prodotti mill-industrija tal-Komunità u lanqas simili għall-prodotti tipiċi tal-industrija Komunitarja, u għaldaqstant mhumiex qed jikkompetu ma’ dawn tal-aħħar. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni sabet li hemm produzzjoni sinifikanti mill-industrija Komunitarja tal-istess tipi jew simili ta’ qfieli. Barra minn hekk, ir-Regolament bażiku ma jirrikjedix li l-prodotti esportati jkunu identiċi fl-aspetti kollha biex jitqiesu bħala prodott wieħed għall-iskop tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn l-argumenti kellhom jitwarrbu.

(44)

Distributur Komunitarju wieħed, b’mod partikolari, argumenta li l-viti tal-injam għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni għaliex allegatament huma i) ma kinux manifatturati fi kwantitajiet kbar mill-industrija Komunitarja, u ii) dawk il-produtturi Komunitarji li jispeċjalizzaw fil-viti tal-injam ma kinux qed jappoġġjaw il-proċediment. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li hemm produzzjoni sinifikanti ta’ viti tal-injam fost produtturi Komunitarji, inklużi xi wħud minn dawk li jappoġġjaw il-proċediment. Barra minn hekk, jitfakkar li l-livell minimu ta’ appoġġ stipulat fir-Regolament bażiku mhuwiex meħtieġ għal kull tip ta’ prodott, u li dan ma jistax iservi bħala bażi biex ikun definit l-ambitu ta’ prodott fl-investigazzjoni. Għalhekk, l-argumenti ta’ hawn fuq kellhom jitwarrbu.

(45)

Distributur Komunitarju ieħor argumenta li l-qfieli maħsuba għat-taqsima tas-suq do-it-yourself (“DIY”) għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni billi allegatament ma kinux sostitwibbli ma’ qfieli mmanifatturati mill-industrija Komunitarja, u huma l-prodott ta’ “fergħa tal-industrija” separata. Wara l-iżvelar, id-distributur talab u ngħata seduta oħra ta’ smigħ, li matulha dawn tennew l-argumenti tagħhom li l-qfieli DIY jistgħu b’mod ċar jiġu separati mill-prodotti l-oħra, u li ma huma tal-ebda interess għall-industrija Komunitarja. L-ewwel nett, ta’ min jinnota li l-qfieli DIY mhumiex fundamentalment differenti minn qfieli oħra maħsuba għal użu aktar professjonali, u l-qfieli użati f’użi industrijali, professjonali jew DIY huma sa ċertu punt kategoriji duplikati. L-istess distributur iddeskriva xi wħud mill-karatteristiċi tipiċi tal-hekk imsejħa qfieli DIY, bħall-imballaġġ, reżistenza, marki jew kisi u argumenta li fuq il-bażi ta’ dan, tista’ ssir distinzjoni bejn il-qfieli għall-parti DIY tas-suq u l-qfieli maħsuba għal użu f'partijiet oħra. Madankollu, tqies li dawn il-karatteristiċi ma kinux biżżejjed biex issir distinzjoni ċara bejn il-qfieli maħsuba għall-parti DIY tas-suq u tipi oħra ta’ qfieli. Fl-aħħar nett, matul l-investigazzjoni u b’mod partikolari l-laqgħa kontenzjuża, ir-rappreżentanti tal-industrija Komunitarja taw ukoll eżempji ta’ kumpaniji tal-Komunità li qed jipproduċu viti u qfieli standard, li fihom għandhom jiġu inklużi l-hekk imsejħa qfieli DIY. Ġie aċċertat ukoll li l-produtturi Komunitarji li fadal għandhom il-kapaċità teknika li jipproduċu dawn il-qfieli jekk il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu hekk. L-argumenti ta’ dan id-distributur għaldaqstant kellhom jitwarrbu.

(46)

Produttur Komunitajru tal-ankri importa, mir-RPĊ, viti msiemer użati fil-produzzjoni ta’ ankri u argumenta li, li safejn jafu huma, ma hemm l-ebda kapaċità ta’ produzzjoni ta’ dawn il-viti msiemer fil-Komunità. Huma affermaw ukoll li l-viti msiemer m’għandhomx ikunu inklużi fl-ambitu tal-prodott għaliex ma jistgħux jintużaw bħal vit normali. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-viti msiemer jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi bħal qfieli oħra u qed ikunu wkoll prodotti mill-industrija Komunitarja. Dawn il-konklużjonijiet ma ġewx ikkontestati mill-kumpanija kkonċernata. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda raġuni biex dawn il-prodotti jkunu esklużi mill-ambitu tal-prodott.

(47)

Żewġ produtturi Komunitarji argumentaw li l-qfieli mingħajr irjus, u l-qfieli “femminili” għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tal-investigazzjoni, fuq il-bażi tal-karatteristiċi fiżiċi li dawn għandhom simili għal dawk tal-prodott ikkonċernat, u huma wkoll suġġetti għal ħsara minn importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ. F'dan ir-rigward, għandu jiġi indikat li dawn il-prodotti ma ġewx inklużi fl-ambitu tal-ilment imsemmi fil-premessa (1) u li, b’konsegwenza ta’ dan, ma hemm l-ebda informazzjoni dwar dawn il-prodotti fil-fajl tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, mhuwiex possibbli li f’dan l-istadju jiġi aċċettat dan it-tibdil fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni.

2.   Prodott simili

(48)

Numru ta’ partijiet iddikjaraw li l-qfieli manifatturati fir-RPĊ għal esportazzjoni fil-Komunità ma kinux komparabbli għal dawk manifatturati mill-industrija Komunitarja, u li dawn tal-aħħar jintużaw f’applikazzjonijiet li jvarjaw minn qfieli prodotti fir-RPĊ, u għalhekk ma kinux f’kompetizzjoni diretta magħhom. B’mod partikolari, huma qalu li l-maġġoranza tal-qfieli prodotti fir-RPĊ i) huma prodotti standard (primarjament ivarjaw bejn klassi ta’ reżistenza 4.8 u 8.8) bl-ebda karatteristiċi speċjali rigward il-materja prima, ir-reżistenza, il-kisja, jew aspetti relatati ma’ ċertifikazzjoni/sigurtà; ii) huma kienu destinati għal applikazzjoni tat-tmiem aktar baxxa (użu mhux professjonali u distribuzzjoni ġenerali) għall-kuntrarju ta’ applikazzjonijiet ta’ teknika għolja; u iii) huma ma jilħqux ir-rekwiżiti stretti ta’ utenti finali speċifiċi bħall-industrija awtomobilistika, kimika jew aerospazjali. Dawn l-istqarrijiet saru f'għadd ta’ sottomissjonijiet bil-miktub u fil-laqgħa kontenzjuża. Huma ġew iddikjarati wkoll f'sottomissjoni bil-miktub li waslet mill-awtoritajiet tar-RPĊ.

(49)

Xi wħud mill-importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom iddikjaraw ukoll, matul il-laqgħa kontenzjuża, li l-qfieli manifatturati fir-RPĊ jinbiegħu f’livelli ta’ prezzijiet konsistentement aktar baxxi meta mqabbla ma’ dawk prodotti mill-industrija Komunitarja, u li dan kien juri li l-qfieli prodotti miċ-Ċiniżi u mill-Komunità kienu ddestinati għal applikazzjonijiet differenti. Sabiex ukoll jappoġġjaw id-dikjarazzjoni tagħhom, huma nnotaw li l-industrija Komunitarja kienet kapaċi żżid il-volum tal-bejgħ tagħha u l-prezz tal-bejgħ medju għal kull unità, anke jekk l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’mod sinifikanti matul l-istess perjodu.

(50)

F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li matul il-laqgħa kontenzjuża ġie rikonoxxut mill-partijiet kollha li hemm distinzjoni importanti fl-industrija tal-qfieli bejn il-qfieli standard u 'l hekk imsejħa qfieli “speċjali”. Il-prodotti standard jinsabu deskritti fid-dettall minn standards tal-industrija bħal, pereżempju, Deutsches Institut für Normung (“DIN”) jew l-Istitut Ġermaniż għall-Istandards ta’ standardizzazzjoni. Dawn l-istandards jiżguraw li l-prodotti mmanifatturati minn fornituri differenti f’pajjiżi differenti jistgħu essenzjalment jitpartu mil-lat tal-utent. Il-qfieli speċjali, min-naħa l-oħra, jikkonformaw mar-rekwiżiti u/jew disinn ta’ utent partikolari. Huwa ġeneralment rikonoxxut li l-qfieli speċjali għandhom it-tendenza jintużaw f’applikazzjonijiet aktar diffiċli bħall-industrija awtomobilistika, kimika u industriji oħra u huma, bħala medja, aktar għaljin biex jiġu prodotti u mibjugħa minn qfieli standard.

(51)

Minkejja li d-distinzjoni bejn il-qfieli standard u dawk speċjali ma kinitx oriġinarjament parti mill-klassifikazzjoni tat-tip ta’ prodott (in-numri ta’ kontroll tal-prodott jew “PCN”) użata fl-investigazzjoni, ġie deċiż wara l-laqgħa kontenzjuża li din għandha tiżdied mal-karatteristiċi tal-prodott li jkun qed jitqies għall-kalkoli tal-marġni ta’ dumping u ħsara. Billi l-maġġoranza kbira tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji investigati kienet ta’ prodotti standard, dan ifisser li f’ħafna każijiet it-tqabbil li sar huwa bejn il-prodotti standard immanifatturati fir-RPĊ, il-pajjiż analogu u l-Komunità.

(52)

Is-sottomissjoni mill-awtoritajiet tar-RPĊ imsemmija fil-premessa (48) inkludiet rapport ta’ analiżi li jispjega fid-dettall id-differenzi allegati fil-kwalità bejn il-qfieli ta’ standard partikolari (DIN 933 jintuża bħala eżempju) mmanifatturati fil-Komunità u fir-RPĊ. Din l-analiżi qieset il-varjazzjonijiet fil-ġeometrija, l-ebusija u l-kompożizzjoni kimika. Ġie ddikjarat li, minkejja li ż-żewġ prodotti ttestjati kkonformaw mal-istandard DIN, il-qfieli mmanifatturati fil-Komunità kellhom konsistenza akbar, jiġifieri anqas varjazzjoni fir-rigward tal-parametri kollha analizzati, mill-qfieli mmanifatturati fir-RPĊ. Fuq il-bażi ta’ dan, l-awtoritajiet tar-RPĊ ikkonkludew li l-prodott immanifatturat fil-Komunità, minħabba l-kwalità superjuri tiegħu, ma jistax jitqabbel mal-prodott tar-RPĊ. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-għan tad-DIN u ta’ standards oħra ġeneralment aċċettati huwa li jiżgura li l-prodotti jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali tal-utenti. Kull varjazzjoni ta’ residwi għandha tkun fil-limiti li ma jolqtux b’mod sostanzjali l-kwalità u l-funzjoni tal-qafla. Għaldaqstant, qafla li titqiegħed fis-suq bħala bolt DIN 933 għandha tkun essenzjalment komparabbli ma’ qafla oħra li titqiegħed fis-suq taħt l-istess standard. Kull differenza osservata fil-kwalità, li tista’ tibqa’ mil-lat tal-utent, tista’ tiġi trattata permezz ta’ aġġustament għad-differenzi fiżiċi (ara l-premessa (103)) iżda ma tfissirx li ż-żewġ prodotti mhumiex komparabbli.

(53)

Fl-istess sottomissjoni ġie argumentat ukoll li l-qfieli mmanifatturati mill-industrija Komunitarja jibbenefikaw minn tekniki ta’ kisi superjuri li mhumiex disponibbli għall-manifatturi fir-RPĊ u li għaldaqstant dawn il-prodotti ma jistgħux jitqiesu bħal xulxin. Madankollu, id-differenzi fit-tipi ta’ kisi tqiesu mill-PCN użat fl-investigazzjoni, u ma jimplikawx li l-qfieli mmanifatturati mill-industrija Komunitarja u dawk immanifatturati fir-RPĊ mhumiex bħal xulxin skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, dan l-Artikolu jesiġi biss li l-prodott simili jkollu karatterstiċi li jixbħu mill-qrib lil dawk tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat. Dan l-argument għaldaqstant ma jistax jintlaqa’.

(54)

Fil-qosor, safejn għandhom x’jaqsmu d-differenzi fiżiċi u tekniċi allegati, l-investigazzjoni wriet li minkejja l-firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ prodotti fis-suq, bosta mit-tipi manifatturati fir-RPĊ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità u dawk manifatturati mill-industrija Komunitarja fil-biċċa l-kbira tqiegħdu fis-suq taħt standards industrijali simili. Barra minn hekk, għall-għan tal-investigazzjoni, it-tqabbil tal-prezzijiet sar kważi esklużivament bejn il-qfieli tat-tipi “standard”. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li l-qfieli manifatturati u kklassifikati taħt l-istess standards għandhom, fil-prinċipju, jissodisfaw l-istess ħtiġijiet f’termini ta’ proprjetajiet mekkaniċi tal-materja prima użata, il-forma, it-tolleranza, eċċ. Waqt li hu rikonoxxut li mhux it-tipi kollha ta’ qfieli jistgħu jintużaw għall-applikazzjonijiet kollha, u li dan huwa partikolarment il-każ għal qfieli “speċjali” u applikazzjonijiet ta’ livell għoli, instab li, fl-istess standard, it-tipi kollha ta’ qfieli nstabu li huma interkambjabbli għall–biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet l-oħra. Barra minn hekk, irrispettivament mill-prezzijiet orħos osservati mir-RPĊ, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Industrija tal-Ħadid u tal-Azzar (“Eurofer”) ikkonfermat li m’hemm l-ebda differenza prinċipali fil-kwalità bejn l-azzar prodott fir-RPĊ u l-azzar prodott fil-Komunità meta l-azzar jikkorrispondi għal grad standardizzat. Bħala riżultat, hu konkluż li d-differenzi fil-kwalità tal-materja prima ma jaffettwawx il-komparabbiltà bejn il-qfieli esportati mir-RPĊ u dawk prodotti u mibjugħa fil-Komunità.

(55)

Dwar il-livelli differenti tal-prezzijiet, hu kkunsidrat li d-differenzi fil-prezz bejn il-prodotti per se ma jiġġustifikawx il-konklużjoni li ċertu tip ta’ prodott għandu jkun ikkunsidrat bħala prodott differenti. Minħabba li nstab li t-tipi kollha ta’ qfieli fl-istess standard kellhom karatteristiċi u użi finali simili, l-argument ta’ hawn fuq kellu jitwarrab.

(56)

Kien argumentat ukoll minn bosta importaturi u produtturi esportaturi li l-qfieli prodotti fil-pajjiż analogu, l-Indja, huma fil-biċċa l-kbira tipi ta’ prodott ta’ valur għoli ddestinati għall-industrija awtomobilistika u applikazzjonijiet simili, u għalhekk mhumiex bħall-qfieli esportati fil-Komunità mill-produtturi tar-RPĊ. L-investigazzjoni wriet, madankollu, li fl-Indja huma prodotti u mibjugħa kemm prodotti standard kif ukoll speċjali. Kif spjegat hawn fuq, dawk il-qfieli nstabu li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bħall-prodotti esportati mir-RPĊ.

(57)

Għalhekk hu konkluż li l-qfieli prodotti u mibjugħa mill-industrija Komunitarja fil-Komunità, il-qfieli prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku fir-RPĊ u dawk immanifatturati u mibjugħa fis-suq domestiku fl-Indja, li serviet bħala pajjiż analogu, u l-qfieli prodotti fir-RPĊ u mibjugħa fil-Komunità huma bħal xulxin fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

1.   Trattament ta’ ekonomija tas-suq (MET)

(58)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet anti-dumping rigward importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali hu ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-imsemmi Artikolu għal dawk il-produtturi li nstabu li jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(59)

Fil-qosor, u biss għall-ħeffa tar-referenza, il-kriterji għal MET huma mniżżla f’forma mqassra hawn isfel:

(1)

Deċiżjonijiet u spejjeż tan-negozju jsiru b’rispons għal kondizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat;

(2)

Id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords tal-kontabilità li jiġu awditjati b’mod indipendenti skont standards internazzjonali tal-kontabilità u huma applikati għall-finijiet kollha;

(3)

M’hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti riportata minn sistema ekonomika mhux tas-suq preċedenti;

(4)

Il-liġijiet dwar il-fallimenti u l-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabilità legali; u

(5)

Il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru bir-rati tas-suq.

1.1.   Kumpaniji inklużi fil-kampjunament

(60)

Kif intqal fil-premessa (35), 106 produttur esportatur, inklużi d-disa’ kumpaniji inklużi fil-kampjunament talbu MET.

(61)

Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni kollha ppreżentata fl-applikazzjonijiet għal MET ta’ dawn il-kumpaniji jew gruppi fuq il-post tad-disa’ kumpaniji jew gruppi inklużi fil-kampjunament.

(62)

Mid-disa’ gruppi jew kumpaniji spezzjonati għal MET, erbgħa tqiesu li pprovdew informazzjoni falza jew qarrieqa. L-erba’ kumpaniji jew gruppi kkonċernati kienu nnotifikati b’dan u mogħtija l-opportunità jikkummentaw skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Madankollu, l-ebda waħda mill-erba’ kumpaniji ma pprovdiet evidenza jew informazzjoni ġdida li tipprevjeni l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għal dawn il-kumpaniji. Minħabba l-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu għal dawn l-erba’ kumpaniji, ma saret l-ebda determinazzjoni għal MET.

(63)

Il-ħames kumpaniji jew gruppi l-oħra inklużi fil-kampjunament nċaħdilhom MET għar-raġuni li l-ispejjeż tal-input prinċipali, il-vireg tal-wajer tal-azzar, ma kinux jirriflettu b’mod sostanzjali l-valuri tas-suq, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Instab li l-prezzijiet tal-vireg tal-wajer tal-azzar, jew f’xi każijiet, il-wajer tal-azzar miġbud, li jintalbu fuq is-suq Ċiniż kienu konsiderevolment aktar baxxi minn dawk mitluba fi swieq oħra, bħall-Ewropa, l-Indja, l-Amerika ta’ Fuq u l-Ġappun (3). Minħabba li ċ-Ċina jkollha timporta l-maġġoranza tal-ħadid mhux maħdum tagħha bi prezzijiet tas-suq internazzjonali, huwa ċar li hija ma tibbenefika minn ebda vantaġġ komparattiv naturali, li jkun jispjega dawn il-prezzijiet baxxi b’mod mhux normali tal-vireg tal-wajer tal-azzar fis-suq domestiku Ċiniż. Fl-istess ħin bosta studji (4), u anke r-rapporti annwali ta’ xi wħud mill-produtturi l-kbar tal-vireg tal-wajer tal-azzar (5) (li jfornu l-produtturi tal-qfieli bil-materja prima tagħhom, għalkemm l-aktar permezz ta’ negozjaturi) jinnotaw interferenza sinifikanti mill-Istat f’dan is-settur. Pereżempju, skont ir-rapporti finanzjarji vverifikati tal-produtturi msemmija hawn fuq, it-tnejn li huma kisbu sussidji sinifikanti tal-Gvern fl-2006 u 2007. Barra minn hekk, bis-saħħa ta’ diversi konċessjonijiet tat-taxxa u kontribuzzjonijiet waħda mill-kumpaniji ta’ hawn fuq ħallset biss madwar 4,5 % ta’ taxxa fuq il-profitt tagħha ta’ 2,8 biljuni ta’ CNY fl-2007 minflok it-taxxa fuq id-dħul standard tal-kumpaniji ta’ 33 %. Wieħed mir-rapporti msemmija hawn fuq, “Money for Metal”, jiġbor fil-qosor it-tipi u l-ammonti varji ta’ sussidji tal-Gvern li rċevew il-produtturi Ċiniżi ewlenin tal-azzar matul l-aħħar għaxar snin. L-istess rapport jidentifika aktar minn 393 biljun ta’ CNY f’sussidji mogħtija lill-produtturi Ċiniżi tal-azzar u jikkonkludi li dan wassal għal tkabbir artifiċjali tal-kapaċità u tal-produzzjoni Ċiniżi tal-azzar għad-detriment tal-kompetituri internazzjonali tagħhom.

(64)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw fuq il-konklużjonijiet ta’ hawn fuq.

(65)

Bosta produtturi esportaturi argumentaw li d-deċiżjoni li jinċaħad MET lill-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjunament taħt l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, abbażi ta’ spejjeż mgħawġa għall-materja prima, kienet misinterpretazzjoni ta’ dak l-Artikolu, li huma qalu li għandu jiftiehem li japplika għall-kumpaniji b’mod individwali, aktar milli għas-settur b’mod ġenerali. Barra minn hekk xi kumpaniji argumentaw li l-valuri tas-suq imsemmija f’dan l-artikolu għandhom ikunu interpretati bħala valuri tas-suq fir-RPĊ aktar milli bħala valuri tas-suq internazzjonali.

(66)

B’risposta għal dawn l-argumenti, hu nnotat li l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku jeħtieġ, inter alia, li l-ispejjeż tal-inputs prinċipali jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq. L-input prinċipali għall-qfieli, il-vireg tal-wajer tal-azzar, jammonta għal madwar 50 % tal-ispiża tal-manifattura. Abbażi tad-dejta miksuba u vverifikata waqt l-investigazzjoni kif ukoll minn sorsi indipendenti tas-suq, bħall-“iSteel Bulletin Board”, m’hemmx dubju li l-prezzijiet għall-vireg tal-wajer tal-azzar fis-suq domestiku Ċiniż huma konsiderevolment irħas mill-prezzijiet fi swieq oħra. Minħabba li l-RPĊ ma tibbenefika mill-ebda vantaġġ komparattiv naturali rigward il-ħadid mhux maħdum, li hi timporta bi prezzijiet tas-suq internazzjonali, hu meqjus li m’hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-prezzijiet baxxi b’mod mhux normali tal-vireg tal-wajer tal-azzar, li ma jirriflettux sostanzjalment il-valuri tas-suq. Din il-konklużjoni tapplika bl-istess mod għas-settur b’mod ġenerali kif ukoll b’mod individwali għall-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjunament investigati. Għalhekk il-kriterju 1 tal-Artikolu 2(7)(c) mhuwiex meqjus li qiegħed jintlaħaq.

(67)

Rigward l-interpretazzjoni tal-“valur tas-suq”, il-“valur tas-suq” għandu jiftiehem bħala prezz tas-suq mhux distortiv. F’dan ir-rigward, kif imsemmi hawn fuq, hemm diversi sorsi u studji li jindikaw interferenza mill-Istat fis-settur tal-azzar Ċiniż. Barra minn hekk, kif imsemmi hawn fuq, xi wħud mill-akbar produtturi tal-vireg tal-wajer tal-azzar Ċiniżi rċevew diversi tipi ta’ sussidji fl-2006 u l-2007, kif jixhdu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tagħhom. Wieħed għandu jkun konxju li hu f’idejn il-produtturi esportaturi li juru li huma joperaw taħt kondizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq u li l-ispejjeż tal-inputs prinċipali tagħhom sostanzjalment jirriflettu l-valuri tas-suq. Dan ma ntweriex f’dan il-każ.

(68)

Xi produtturi esportaturi argumentaw ukoll li anke kieku kien hemm differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-materja prima fis-suq domestiku Ċiniż u swieq internazzjonali oħra, din id-differenza tista’ tiġi spjegata minn differenzi fil-kwalità. Huwa ċar madankollu, li anke jekk jeżistu xi differenzi fil-kwalità, huma ma jistgħux jispjegaw id-differenza kbira fil-prezz misjuba bejn azzar ta’ gradi simili użati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-produtturi Komunitarji u Indjani. Barra minn hekk, id-differenza bejn il-prezzijiet Ċiniżi tal-vireg tal-wajer tal-azzar u l-prezzijiet fi swieq oħra hi sinifikanti ħafna; skont id-dejta ppubblikata mill-iSteel Bulletin Board, il-prezzijiet domestiċi Ċiniżi tal-vireg tal-wajer tal-azzar kienu fil-firxa ta’ 300-350 EUR/MT fil-PI filwaqt li l-prezzijiet fl-Amerika ta’ Fuq, fl-Ewropa u fil-Ġappun varjaw bejn 400 u 500 EUR/MT għall-istess kwalità. Id-dejta miksuba u vverifikata matul l-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjunament u l-produtturi Komunitarji hija konformi mad-dejta ppubblikata ta’ hawn fuq. Għalhekk hu sostnut li, anke kieku kien hemm xi differenza fil-kwalità, din ma tistax tispjega d-differenza kbira fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-materja prima li jinsabu fis-suq domestiku Ċiniż u dawk mitluba fi swieq internazzjonali oħra.

(69)

Xi produtturi esportaturi argumentaw ukoll li kwalunkwe distorsjoni fil-prezzijiet tal-materja prima għandha tkun itrattata billi jkun aġġustat il-valur normali fil-kalkolu tad-dumping aktar milli jinċaħad MET. Madankollu, f’dan il-każ, minħabba l-proporzjon għoli ta’ vireg tal-wajer tal-azzar fl-ispiża totali, hu ċar li l-Artikolu 2(7)(c), li jirrikjedi, inter alia, li l-“ispejjeż tal-inputs prinċipali jirriflettu b’mod sostanzjali l-valuri tas-suq” ma ntlaħaqx. Għalhekk, kwalunkwe aġġustament fil-kalkoli tad-dumping sabiex jiġu indirizzati l-ispejjeż distortivi tal-input jirrendi l-Artikolu 2(7)(c) fil-biċċa l-kbira bla tifsira.

(70)

Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi argumenta li l-konklużjoni li l-MET għandu jinċaħad minħabba li nstab ukoll li l-Istat Ċiniż (b’sehem ta’ 47,18 %) kien f’pożizzjoni li jew jinfluwenza b’mod sinifikanti jew iwaqqaf kwalunkwe deċiżjoni rigward kumpanija, u ppreżenta xhieda f’dan ir-rigward. B’mod partikolari, hu argumenta li d-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet, l-ispejjeż u l-inputs ittieħdu mill-maniġer ġenerali u l-viċi maniġers ġenerali, maħtura mill-Bord tad-Diretturi u mhux mis-sidien tal-ishma. Għalhekk hu qal li l-fatt li ċerti deċiżjonijiet kienu adottati mil-laqgħa tas-sidien tal-ishma b’maġġoranza ta’ 2/3 kien irrilevanti, għaliex l-ebda waħda minn dawk id-deċiżjonijiet ma kienet tikkonċerna deċiżjonijiet ta’ negozju rigward prezzijiet, spejjeż u inputs.

(71)

Hu kkunsidrat li l-fatt li l-Bord tad-Diretturi, maħtur mis-sid kontrollur tal-ishma, baqa’ mhux mibdul waqt il-proċess tal-privatizzazzjoni jitfa’ dubji fuq l-indipendenza tal-membri tal-Bord fil-konfront tal-Istat. Ta’ min jinnota wkoll li l-kompożizzjoni tal-Bord tad-Diretturi ma rriflettietx il-proporzjon tas-sjieda tal-ishma fil-grupp wara l-privatizzazzjoni. Għalhekk ma jistax ikun eskluż li d-deċiżjonijiet tan-negozju kienu indirettament influwenzati mill-Istat u l-kumpanija ma setgħet tipprovdi l-ebda evidenza li turi l-kuntrarju.

(72)

Għalhekk qiegħda tinżamm il-konklużjoni inizjali li l-MET għandu jinċaħad lil dan il-grupp ukoll għal din ir-raġuni.

(73)

Produttur esportatur ieħor li nċaħad MET ikkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-istandards tal-kontabilità u d-distorsjonijiet riportati mis-sistema ekonomika mhux tas-suq ta’ qabel u ppreżenta argumenti li dawn il-konklużjonijiet m’għandhomx ikunu bażi biex jinċaħadlu MET. Dawn il-konklużjonijiet kienu analizzati fid-dettall. Rigward l-istandards tal-kontabilità, m’hemmx dubju li l-kumpanija ma kkonformatx mal-istandards tal-kontabilità internazzjonali u Ċiniżi rigward id-deprezzament ta’ assi fiss. Rigward id-distorsjonijiet riportati mis-sistema ekonomika mhux tas-suq ta’ qabel relatata mal-privatizzazzjoni tal-kumpanija qabel il-PI, il-kumpanija ma ppreżentat l-ebda evidenza ġdida li tkun tippermetti lill-Kummissjoni tbiddel il-konklużjonijiet tagħha rigward il-proċess tal-privatizzazzjoni.

(74)

Għalhekk qiegħda tinżamm il-konklużjoni inizjali li l-MET għandu jinċaħad lil din il-kumpanija għal dawn iż-żewġ raġunijiet ulterjuri.

(75)

Produttur esportatur ieħor argumenta li l-fatt li maġġoranza tal-kapital tiegħu kien ikkontrollat minn Trejdjunjin ma kienx jimplika li l-ewwel kriterju ta’ MET ma kienx sodisfatt. Madankollu, il-kumpanija ma setgħetx turi kif is-sidien tal-ishma setgħu jeżerċitaw kontroll fuq il-kumpanija liberament u skont il-kapital tas-sehem tagħhom, bħalma hu l-każ f’ambjent ta’ ekonomija tas-suq. Għalhekk, l-interferenza mill-Istat ma tistax tkun eskluża. L-istess kumpanija kkontestat il-konklużjoni li hi rċeviet appoġġ finanzjarju mill-Istat b’kondizzjonijiet partikolarment favorevoli, minħabba li d-djun tagħha lill-Istat kellhom rata ta’ interess fuqhom li kienet qrib tar-rati prevalenti tas-suq. Madankollu, mhux biss ir-rata ta’ interess maqbula kienet taħt il-livelli tas-suq, iżda wkoll id-djun mal-Istat ma kinux qed jitħallsu lura skont l-iskedi maqbula. Din il-kumpanija talbet ukoll li għandhom jintużaw biss standards tal-kontabilità Ċiniżi bħala kriterju biex jingħata MET.

(76)

Madankollu, l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku jeħtieġ li l-kumpaniji jkunu awditjati f’konformità mal-istandards tal-kontabbiltà internazzjonali, kif imsemmi hawn fuq. Barra minn hekk, il-prattiċi tal-kontabilità ta’ din il-kumpanija nstab ukoll li mhumiex konformi mar-regolamenti Ċiniżi tal-kontabilità. It-talbiet tagħhom għalhekk kellhom jitwarrbu.

1.2.   Kumpaniji mogħtija eżami individwali

(77)

Kif imsemmi fuq, erba’ produtturi esportaturi mhux magħżula fil-kampjun talbu u ngħataw eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

(78)

Grupp produttur wieħed ipprovda informazzjoni qarrieqa u għalhekk kienu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. Il-MET inċaħad lil żewġ kumpaniji oħra minn tlieta li fadal għall-istess raġunijiet deskritti hawn fuq għall-kumpaniji inklużi fil-kampjunament, jiġifieri ma laħqux l-ewwel kriterju għal MET skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku minħabba li l-ispejjeż tal-input prinċipali tagħhom, il-wajer tal-azzar, ma jirriflettux sostanzjalment il-valuri tas-suq internazzjonali. Rigward ir-raba’ kumpanija, inċaħad MET għaliex din il-kumpanija ma ssodisfatx it-tieni u t-tielet kriterju għal MET.

(79)

Waħda mill-kumpaniji mogħtija eżami individwali kkontestat il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-MET għandu jinċaħdilha abbażi tan-nuqqas li taqdi l-ewwel kriterju għal MET, billi qalet li l-wajer tal-azzar ma kienx input prinċipali fil-proċess tal-produzzjoni tagħha u barra minn hekk, parti minnu kien ġej minn sorsi barra minn funderiji tal-azzar Ċiniżi. Madankollu, l-ispejjeż ta’ din il-kumpanija fil-PI kienu inflazzjonati bi spejjeż tal-bidu, u għalhekk għamlu l-proporzjon ta’ wajer tal-azzar fl-ispiża totali jidher inqas sinifikanti milli kieku f’ċirkostanzi normali. Rigward il-proporzjon ta’ wajer tal-azzar li ġej minn funderiji tal-azzar Ċiniżi, dan kien jammonta għall-maġġoranza tal-wajer tal-azzar mixtrija waqt il-PI. Dawn it-talbiet għaldaqstant ma ntlaqgħux.

2.   Trattament individwali (TI)

2.1.   Kumpaniji inklużi fil-kampjunament

(80)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, hu stabbilit dazju (jekk hemm) għall-pajjiż kollu għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jistgħu juru, skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li l-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni tagħhom kif ukoll il-kondizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma ddeterminati liberament; li r-rati tal-kambju jitwettqu bir-rati tas-suq; u li kwalunkwe interferenza mill-Istat mhijiex tali li tippermetti li wieħed idur ma’ u jiskappa l-miżuri jekk l-esportaturi jingħataw rati ta’ dazju differenti.

(81)

Il-ħames produtturi esportaturi fil-kampjun li nċaħdilhom MET talbu wkoll TI fil-każ li ma jingħatawx MET. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli inizjalment instab li erbgħa minn dawn il-kumpaniji laħqu r-rekwiżiti kollha biex jingħataw TI skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(82)

Kif muri lill-partijiet interessati fid-dokument ta’ informazzjoni li jippreżenta l-konklużjonijiet preliminari tal-investigazzjoni, fil-bidu kien hemm l-intenzjoni li ma jingħatax TI lill-ħames kumpanija abbażi li ma setgħetx turi li s-sidien tal-ishma esterni kienu ħielsa li jirripatrijaw il-kapital u l-profitti, kif meħtieġ mir-Regolament bażiku. Wara li kienu żvelati l-konklużjonijiet preliminari, madankollu, il-kumpanija ppreżentat spjegazzjonijiet addizzjonali, li kienu kkonfermati waqt smigħ ma’ rappreżentant tas-sid tal-ishma estern. Hu għalhekk aċċettat li ma kien hemm l-ebda restrizzjoni għar-ripatrijazzjoni tal-kapital u tal-profitti, u li l-kumpanija tista’ għalhekk tingħata TI.

(83)

Għalhekk ġie konkluż li mid-disa’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjunament fir-RPĊ, TI għandu jingħata lil dawn li ġejjin:

Ningbo Yonghong Fasteners Co., Ltd.

Ningbo Jinding Fastener Co., Ltd.

Biao Wu Tensile Fasteners Co., Ltd.

Kunshan Chenghe Standard Components Co., Ltd.

Changshu City Standard Parts Factory u Changshu British Shanghai International Fastener Co., Ltd.

2.2.   Kumpaniji mogħtija eżami individwali

(84)

It-tliet produtturi esportaturi kollha miċħuda MET ukoll talbu TI fil-każ li ma jingħatawx MET. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli nstab li huma kollha laħqu r-rekwiżiti biex jingħataw TI skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(85)

Għalhekk ġie konkluż li għandu jingħata TI lit-tliet produtturi esportaturi li ġejjin fir-RPĊ:

CELO Suzhou Precision Fasteners Co., Ltd

Golden Horse (Dong Guan) Metal Manufactory Co., Ltd

Yantai Agrati Fasteners Co., Ltd

3.   Stabbiliment tal-valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ma ngħatax MET

3.1.   Pajjiż analogu

(86)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET għandu jkun stabbilit abbażi tal-prezzijiet jew il-valur kostruwit f’pajjiż analogu.

(87)

Fl-Avviż ta’ Bidu, kienet indikata l-intenzjoni li tintuża l-Indja bħala pajjiż analogu adatt għall-fini li jkun stabbilit valur normali għar-RPĊ u l-partijiet interessati kienu mistednin biex jikkummentaw dwar dan.

(88)

Bosta importaturi fil-Komunità u produtturi esportaturi fir-RPĊ opponew l-għażla tal-Indja, billi argumentaw li l-firxa tal-prodott tagħha mhijiex komparabbli ma’ dik tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Bosta minn dawn il-partijiet issuġġerew li minflok jintuża t-Tajwan.

(89)

Il-Kummissjoni fittxet attivament koperazzjoni minn produtturi magħrufa tal-qfieli mad-dinja kollha, inkluż it-Tajwan. Madankollu, l-ebda wieħed mill-produtturi tat-Tajwan ma qabel li jikkopera. Lanqas ma kien hemm offerti ta’ koperazzjoni fil-proċediment minn produtturi f’pajjiżi terzi. Għall-kuntrarju, żewġ produtturi Indjani qablu li jikkoperaw billi wieġbu għall-kwestjonarju intenzjonat għall-produtturi f’pajjiż analogu. Id-dejta ppreżentata fir-risposti tagħhom għall-kwestjonarju ġiet ivverifikata fuq il-post ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji. Madankollu hi biss kumpanija waħda li pprovdiet dejta suffiċjentement dettaljata biex tintuża bħala bażi biex ikun stabbilit il-valur normali.

(90)

Wara l-iżvelar definittiv, għadd ta’ importaturi u esportaturi wrew tħassib dwar kemm huwa xieraq l-użu tad-dejta minn dan il-produttur tal-aħħar minħabba li i) il-kwantità mmanifatturata u mibjugħa fis-suq domestiku Indjan minn dan il-produttur, allegatament, ma tkunx rappreżentattiva tal-kwantità esportata mir-RPĊ lejn il-Komunità u ii) dan il-produttur Indjan allega rabtiet kummerċjali ma’ wieħed mill-produtturi Komunitarji li jsostni l-ilment. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li i) il-volum ta’ bejgħ tal-produttur Indjan tqies li hu rappreżentattiv biżżejjed biex jippermetti li jiġu stabbiliti valuri normali u affidabbli u ii) il-fatt li l-produttur tal-pajjiż analogu għandu rabtiet ma’ produttur Komunitarju li jsostni l-ilment ma jfissirx li l-għażla ta’ dan il-produttur Komunitarju mhijiex raġjonevoli. Ġie nnotat ukoll li dawn ir-rabtiet ġew stabbiliti wara l-PI. Meta jitqies dak li ntqal hawn fuq u n-nuqqas ta’ koperazzjoni minn produtturi ta’ pajjiżi terzi oħra, l-għażla tal-Indja bħala pajjiż analogu tqieset raġjonevoli.

(91)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, meta jkunu kkunsidrati l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni u l-ftuħ tas-suq Indjan, u l-fatt li l-produttur Indjan li kkopera biegħ tipi ta’ prodott komparabbli ma’ dawk esportati mill-produtturi esportaturi tar-RPĊ, ġie konkluż li l-Indja kienet pajjiż terz b’ekonomija tas-suq adatt fit-tifsira tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

3.2.   Valur normali

(92)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET kien stabbilit abbażi ta’ informazzjoni verifikata mill-produttur fil-pajjiż analogu kif imniżżel hawn isfel.

(93)

Kien eżaminat jekk kull tip ta’ prodott ikkonċernat mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku Indjan jistax ikun ikkunsidrat bħala li nbiegħ waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi għal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ profittabbli lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(94)

Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett ugwali għal jew aktar mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien ugwali għal jew aktar mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali. Dan il-prezz kien ikkalkulat bħala medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip magħmul waqt il-PI, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ ħalliex profitt jew le.

(95)

Fejn il-volum ta’ bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja peżata tal-bejgħ bi profitt ta’ dak it-tip biss.

(96)

Skont it-tip ta’ prodott, il-valur normali kien stabbilit abbażi ta’ prezzijiet tal-bejgħ medji peżati tal-bejgħ kollu jew il-prezzijiet tal-bejgħ medji peżati tal-bejgħ bi profitt biss, fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu bbażat fuq dejta verifikata ta’ produttur wieħed f’dak il-pajjiż.

(97)

Waħda mill-kumpaniji mogħtija eżami individwali u xi importaturi qalu li l-valur normali miksub minn produttur wieħed fl-Indja, li allegatament ma jipproduċix tipi simili ta’ qfieli bħall-kumpanija inkwistjoni, ma jipprovdix l-aħjar bażi għal tqabbil proprju. Għalhekk hi ssuġġeriet li, kif previst fl-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jkun ikkalkulat “fuq kwalunkwe bażi raġjonevoli oħra”, f’dan il-każ abbażi taċ-ċifri proprji tal-esportaturi, aġġustati għad-distorsjonijiet allegati fl-ispejjeż tal-materja prima.

(98)

It-talba ta’ hawn fuq inċaħdet, għaliex instab li l-produttur Indjan, kif imsemmi fil-premessa (91), ukoll biegħ tipi ta’ qfieli li kienu komparabbli ma’ dawk esportati mill-produtturi esportaturi tar-RPĊ. Barra dan, kif spjegat fil-premessa (103) hawn isfel, saru l-aġġustamenti xierqa li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezz għall-valur normali.

3.3.   Prezzijiet tal-esportazzjoni

(99)

Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li fil-fatt tħallsu jew kienu pagabbli.

(100)

Rigward iż-żewġ produtturi esportaturi, il-bejgħ tal-esportazzjoni kollu jew parti minnu tagħhom lill-Komunità sar permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu fil-Komunità u sussegwentement mibjugħ lil kumpaniji mhux relatati fil-Komunità. F’dawn il-każijiet il-prezz tal-esportazzjoni kien kostruwit, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-prezz li bih il-prodotti importati kienu l-ewwel mibjugħa mill-ġdid lil xerrej indipendenti, aġġustati kif dovut għall-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u l-profitti. Il-marġini tal-profitt kien stabbilit abbażi tal-informazzjoni disponibbli minn importaturi mhux relatati li kkoperaw.

3.4.   Tqabbil

(101)

Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu mqabbla fuq bażi eks-ħidmiet. Sabiex ikun żgurat tqabbil ekwu bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ingħata spazju debitu fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(102)

Il-tqabbil tal-prezz bejn il-qfieli esportati mir-RPĊ u dawk mibjugħa fis-suq Indjan mill-produttur Indjan li kkopera sar billi saret distinzjoni bejn tipi ta’ qfieli standard u speċjali.

(103)

Barra dan, abbażi ta’ evidenza miġbura fil-post, il-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità applikati mill-produttur Indjan li d-dejta tiegħu ntużat biex ikun stabbilit il-valur normali kienu aktar avvanzati minn dawk osservati għand il-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw, li pproduċew u esportaw l-aktar tipi standard ta’ qfieli. F’dawn il-każijiet sar aġġustament abbażi tal-ispiża tal-kontroll tal-kwalità li kienet osservata għand il-produttur Indjan għall-valur normali Indjan.

(104)

Barra dan ta’ hawn fuq, ingħataw aġġustamenti adatti rigward trasport, assigurazzjoni, immaniġġjar u spejjeż anċillari, imballaġġ, kreditu, u spejjeż bankarji fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati minn evidenza vverifikata.

4.   Marġini ta’ dumping

4.1.   Għall-produtturi esportaturi li kkkoperaw, inklużi fil-kampjunament u mogħtija TI

(105)

Għall-ħames kumpaniji inklużi fil-kampjunament li ngħataw TI, il-marġini ta’ dumping kienu stabbiliti billi tqabbel il-valur normali medju peżat stabbilit għall-produttur Indjan li kkopera b’mod sħiħ mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat ta’ kull kumpanija lill-Komunità, kif previst fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

(106)

Il-medja tal-kampjun kienet ikkalkulata bħala medja peżata tal-marġini ta’ dumping tal-ħames kumpaniji kollha inklużi fil-kampjunament li kkoperaw konformement mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

(107)

Il-marġnijiet definittivi ta’ dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-importazzjoni CIF fil-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ dumping

Biao Wu Tensile Fasteners Co., Ltd.

69,9  %

Kunshan Chenghe Standard Components Co., Ltd.

93,2  %

Ningbo Jinding Fastener Co., Ltd.

74,5  %

Ningbo Yonghong Fasteners Co., Ltd.

105,3  %

Changshu City Standard Parts Factory and Changshu British Shanghai International Fastener Co., Ltd

63,1  %

Produtturi esportaturi li kkoperaw mhux magħżula biex jiffurmaw parti mill-kampjun

78,1  %

4.2.   Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw mogħtija eżami individwali

(108)

Il-marġnijiet ta’ dumping kienu stabbiliti kif deskritt hawn fuq, fil-premessa (107).

(109)

Il-marġnijiet definittivi ta’ dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-importazzjoni CIF fil-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Kumpanija

Marġini ta’ dumping

CELO Suzhou Precision Fasteners Co., Ltd

0,0  %

Golden Horse (Dong Guan) Metal Manufactory Co., Ltd

26,5  %

Yantai Agrati Fasteners Co., Ltd

0,0  %

4.3.   Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha

(110)

Sabiex ikun ikkalkulat il-marġini ta’ dumping mal-pajjiż kollu applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ, l-ewwel kien stabbilit il-livell ta’ koperazzjoni. L-ammont ta’ koperazzjoni jista’ jitqies bħala baxx, jiġifieri bejn wieħed u ieħor 53 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Għalhekk il-marġini ta’ dumping għall-kumpaniji li ma kkoperawx kien stabbilit bħala medja tal-valur misjuba mid-dejta tal-Eurostat u l-ogħla marġnijiet misjuba għal tipi ta’ prodotti mibjugħa fi kwantità rappreżentattiva mill-produttur esportatur li kkopera bl-ogħla marġini ta’ dumping.

(111)

Fuq din il-bażi, l-marġini ta’ dumping għall-pajjiż kollu hu ta’ 115,4 % tas-CIF Komunitarju prezz tal-fruntiera, bid-dazju mhux imħallas.

D.   ĦSARA

1.   Produzzjoni Komunitarja

(112)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-prodott simili hu manifatturat minn numru kbir ta’ produtturi fil-Komunità stmat għal fuq minn 300 li l-biċċa kbira huma impriżi żgħar u ta’ daqs medju iżda li jinkludu ftit kumpaniji akbar. Il-maġġoranza tal-produtturi Komunitarji ma ppreżentawx lilhom infushom wara l-pubblikazzjoni tal-Avviż ta’ Bidu. Il-produtturi li lmentaw li f’isimhom tressaq l-ilment ikkoperaw mal-investigazzjoni, għalkemm waħda mill-kumpaniji, magħżula fil-kampjun, ma pprovdietx informazzjoni suffiċjenti waqt il-verifika fuq il-post biex tkun ikkunsidrata bħala li kkoperat. Din il-kumpanija hi għalhekk eskluża mid-dejta relatata mal-industrija Komunitarja. Numru ta’ produtturi oħra, li appoġġjaw jew opponew l-ilment, ipprovdew dejta ġenerali dwar il-volum tagħhom ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ. Minħabba li ħafna produtturi fil-Komunità, l-aktar l-intrapriżi ż-żgħar, ma kkoperawx mal-investigazzjoni, ma kienx possibbli li jkun iddefinit b’mod preċiż il-volum totali tal-produzzjoni Komunitarja abbażi tad-dejta individwali tal-kumpaniji.

(113)

Konsegwentement, il-volum tal-produzzjoni Komunitarja ġie stmat billi ntużat id-dejta tal-Eurostat dwar il-produzzjoni industrijali. Abbażi ta’ dik id-dejta, il-produzzjoni Komunitarja totali fl-2006 nstab li kienet 1 431 602. MT.

2.   Definizzjoni tal-industrija Komunitarja

(114)

Il-produzzjoni tal-produtturi Komunitarji li appoġġjaw l-ilment u kkoperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni tirrappreżenta 27,0 % tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità. Hu għalhekk ikkunsidrat li dawn il-kumpaniji jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fit-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

(115)

Kien allegat minn xi importaturi u produtturi esportaturi Komunitarji, u kkonfermat mill-investigazzjoni, li numru ta’ produtturi Komunitarji li kkoperaw, barra l-faċilitajiet tagħhom għall-manifattura fil-Komunità kienu wkoll importaw kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju.

(116)

Barra minn hekk, tressaq l-argument li tlieta mill-produtturi Komunitarji li kkoperaw kienu riallokaw parzjalment il-produzzjoni tagħhom billi stabbilew siti għall-produzzjoni fir-RPĊ u li, għalhekk, għandhom ikunu esklużi minn dan il-kalkolu. Madankollu, instab li s-sussidjarji Ċiniżi ta’ dawn il-produtturi kienu stabbiliti predominantement biex iservu s-suq tar-RPĊ u ċ-ċentru tal-interess ta’ dawn il-kumpaniji baqa’ l-Komunità.

(117)

Rigward il-volum tal-importazzjonijiet mill-manifatturi li kkoperaw fil-Komunità, l-investigazzjoni wriet li xi kumpaniji importaw kwantitajiet relattivament baxxi tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ, meta mqabbel mal-bejgħ tal-produzzjoni tagħhom stess fil-Komunità. Dak il-bejgħ, għalkemm permezz ta’ kumpaniji relatati u mhux relatati, kien fi kwantitajiet ferm aktar baxxi milli kien allegat mill-partijiet imsemmija hawn qabel.

(118)

L-investigazzjoni wriet li ċ-ċentru tal-interess ta’ dawn il-kumpaniji kien bla dubju l-Komunità, u li minkejja l-importazzjonijiet tagħhom mir-RPĊ huma kollha għandhom ikunu kkunsidrati bħala parti mill-produzzjoni Komunitarja.

3.   Konsum Komunitarju

(119)

Il-konsum Komunitarju fl-2006 kien stabbilit abbażi tal-volum totali tal-produzzjoni rrapportat mill-Eurostat mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, flimkien mal-importazzjonijiet bit-tnaqqis tal-esportazzjonijiet. Il-konsum apparenti nstab li hu konformi ma’ dak imsemmi fl-ilment. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, id-dejta li tinsab fl-ilment għall-2004-2005 intużat ukoll. Għas-snin bejn l-2003 u l-PI, il-volumi tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni kienu bbażati fuq id-dejta mill-Eurostat. Għall-2003 ma kienet disponibbli l-ebda dejta u għalhekk ma kinitx possibbli stima tal-konsum u l-ishma fis-suq Komunitarji.

(120)

Abbażi ta’ din id-dejta, instab li bejn l-2004 u l-PI d-domanda għall-prodott ikkonċernat fil-Komunità żdiedet b’29 %.

 

2003

2004

2005

2006

PI

Konsum Komunitarju (MT)

N/A

1 761 838

1 744 473

2 104 425

2 272 981

Indiċi 2004 = 100

N/A

100

99

119

129

Sorsi: Eurostat, Comext, ilment.

4.   Importazzjonijiet fil-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat

4.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(121)

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ inkiseb mid-dejta tal-Eurostat. F’termini ta’ volum u sehem mis-suq, l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kienet kif ġej:

 

2003

2004

2005

2006

PI

Volumi importati mir-RPĊ (MT)

216 085

295 227

387 783

485 435

601 887

Indiċi

100

137

179

225

279

Sehem mis-suq RPĊ

N/A

17  %

22  %

23  %

26  %

Sors: Eurostat.

(122)

Waqt li l-konsum tal-prodott ikkonċernat żdied b’29 % bejn l-2004 u l-PI, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu kontinwament, b’103 % matul l-istess perjodu. Konsegwentement, is-sehem mis-suq tar-RPĊ waqt il-perjodu kkunsidrat żdied minn 17 % għal 26 % fl-istess perjodu.

4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet u tnaqqis sostanzjali fil-prezz

(123)

It-tabella li ġejja turi l-iżvilupp tal-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-RPĊ. Matul il-perjodu kkunsidrat, dawn il-prezzijiet baqgħu fil-biċċa l-kbira stabbli, b’żieda żgħira sal-2005 u bi tnaqqis fl-2006.

 

2003

2004

2005

2006

PI

Prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ EUR/MT

938,70

968,11

992,56

931,30

958,28

Indiċi

100

103

106

99

102

Sors: Eurostat.

(124)

Rigward il-prezz tal-bejgħ fis-suq Komunitarju tal-prodott ikkonċernat waqt il-PI, sar tqabbil bejn il-prezzijiet tal-produtturi Komunitarji inklużi fil-kampjunament u dawk tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjunament fir-RPĊ. Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti tal-industrija Komunitarja kienu dawk għal konsumaturi indipendenti, aġġustati fejn meħtieġ għal livell ta’ eks-ħidmiet, jiġifieri jeskludu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar fil-Komunità u wara li jinqatgħu l-iskontijiet. Dawn il-prezzijiet tqabblu mal-prezzijiet tal-bejgħ meħuda mill-produtturi esportaturi Ċiniżi netti għal skontijiet u fejn meħtieġ aġġustati għall-prezzijiet tal-fruntiera Komunitarja CIF b’aġġustament adatt għall-ispejjeż tal-awtorizzazzjoni doganali u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. Billi l-industrija Komunitarja tbigħ il-produzzjoni tagħha kemm lil distributuri u utenti finali, filwaqt li l-merkanzija Ċiniża hi mibjugħa permezz ta’ importaturi u/jew kummerċjanti relatati jew le, sar aġġustament fil-prezz tal-importazzjoni fejn meħtieġ biex ikun żgurat li t-tqabbil isir fl-istess livell ta’ kummerċ.

(125)

Kif imsemmi fuq, l-importaturi u l-produtturi esportaturi Komunitarji ssottomettew li l-prodotti Ċiniżi huma l-aktar qfieli standard ta’ kwalità bażika, waqt li l-industrija Komunitarja għandha t-tendenza li tkopri għall-partijiet tas-suq tal-qfieli li jqumu l-aktar. Għalhekk, kien sostnut li kwalunkwe tqabbil tal-prezz abbażi tal-prezzijiet medji jkun qarrieq. F’dan ir-rigward, għandu jkun innotat li l-marġini ta’ tnaqqis sostanzjali fil-prezz kien stabbilit abbażi ta’ dejta tal-kumpaniji skont it-tip tal-prodott, li jikkunsidra l-karatteristiċi tal-prodotti li qed jitqabblu. B’mod partikolari, intuża metodu simili għal dak deskritt fil-premessi (102) u (103) u l-qfieli standard, li jikkostitwixxu l-maġġornaza l-kbira tal-esportazzjonijiet Ċiniżi, kienu distinti minn tipi speċjali ta’ qfieli.

(126)

It-tqabbil juri li, waqt il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat inbiegħu fil-Komunità bi prezzijiet li kienu anqas b’mod sostanzjali mill-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità, meta espressi bħala perċentwali ta’ dawn tal-aħħar, b’medja ta’ aktar minn 40 %.

5.   Sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja

(127)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ fuq l-industrija Komunitarja kienu jinkludu analiżi tal-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija mill-2003 sal-PI. L-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja twettqet għall-kumpaniji inklużi fil-kampjunament kif imsemmi hawn fuq, ħlief għall-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi u l-produttività, fejn iċ-ċifri huma għall-industrija Komunitarja kollha u huma bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi Komunitarji li kkoperaw.

5.1.   Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

(128)

L-evoluzzjoni tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità għall-industrija Komunitarja kienet kif ġejja:

Industrija Komunitarja Totali

2003

2004

2005

2006

PI

Produzzjoni f’volum (MT)

379 354

407 185

371 884

387 057

403 040

Indiċi

100

107

98

102

106

Kapaċità ta’ produzzjoni (MT)

712 567

726 171

731 200

742 901

768 689

Indiċi

100

102

102

104

108

Utilizzazzjoni tal-kapaċità (%)

53  %

56  %

51  %

52  %

52  %

(129)

Minkejja ż-żieda sinifikanti fid-domanda ta’ 29 % bejn l-2004 u l-PI, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja kien fi fluss matul il-perjodu kkunsidrat u kien biss 6 % ogħla fil-PI meta mqabbel mal-2003.

(130)

Il-kapaċità tal-produzzjoni kibret biss ftit matul il-perjodu kkunsidrat, li jfisser li l-utilizzazzjoni tal-kapaċità baqgħet f’livell baxx ħafna ta’ 52 sa 53 % matul il-perjodu. Xi importaturi Komunitarji qalu li ċ-ċifri rigward il-kapaċitajiet tal-produzzjoni kienu stmati żżejjed, pereżempju billi tqies li kien hemm produzzjoni kontinwa (24 siegħa/365 jum) jew billi kien stmat inqas il-ħin meħtieġ biex tkun swiċċjata l-għodda għal tipi ġodda ta’ produzzjoni jew billi kien inkluż tagħmir antik. Madankollu, il-kapaċità kienet ikkalkulata abbażi ta’ tliet xiftijiet fuq 220 jum, b’konsiderazzjoni mogħtija lill-perjodi meta l-produzzjoni tonqos li f’bosta każijiet instab li kien fil-linja tat-trattament bis-sħana. Ġie vverifikat in-numru disponibbli ta’ magni li jifformaw mingħajr sħana, u l-ħin medju meħtieġ biex tkun adattata l-għodda għal lottijiet ta’ produzzjoni ġdida (li jista’ jvarja bejn sagħtejn u 12-il siegħa) kien ikkunsidrat fil-kalkolu tal-kapaċità disponibbli.

(131)

L-evoluzzjoni tal-produzzjoni u l-indikaturi tal-kapaċità tal-industrija Komunitarja jistgħu jiġu spjegati kif ġej:

L-industrija Komunitarja żammet jew ippruvat ittejjeb il-preżenza tagħha fil-partijiet tas-suq ta’ prodott ta’ kwalità ogħla (prodotti speċjali), li jitolbu prezz ogħla għal kull unità, iżda huma prodotti wkoll fi kwantitajiet iżgħar.

L-industrija Komunitarja kellha għalhekk tgħolli l-livell tat-tagħmir tagħha u tadatta l-istrutturi tal-produzzjoni sabiex tipproduċi dawn it-tipi ta’ prodotti aktar speċjalizzati, li jispjega ż-żieda żgħira fil-kapaċità ġenerali u wkoll il-perċentwal għoli ta’ kapaċità mhux użata, preċedentement iddedikata għall-produzzjoni tat-tipi standard.

(132)

L-importaturi mhux relatati mal-Komunità argumentaw ukoll li, kieku l-produtturi Komunitarji pproduċew ukoll il-kwantitajiet ekwivalenti li kienu importati mir-RPĊ fil-perjodu kkunsidrat, l-impatt fuq l-utilizzazzjoni tal-kapaċità kien ikun żgħir ħafna u kien jibqa’ taħt is-60 %. F’dan ir-rigward, għandu jkun innotat li l-kwantitajiet importati mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat huma sinifikanti għax jirrappreżentaw madwar 26,9 % tal-produzzjoni Komunitarja totali fl-2006. Konsegwentement, l-effett pożittiv fuq l-utilizzazzjoni tal-kapaċità kien ikun aktar sinifikanti milli allegat kieku dawn il-kwantitajiet kienu prodotti fil-Komunità, fejn il-kapaċità għalihom kienet disponibbli.

(133)

Wara l-iżvelar definittiv, bosta importaturi Komunitarji mhux relatati argumentaw li jekk il-miżuri jiġu finalment adottati, dawn iwasslu għal nuqqas ta’ forniment fis-suq Komunitarju, ta’ aktar minn 200 000 MT. Madankollu, fuq il-bażi tal-livelli ta’ kapaċità żejda misjuba fil-PI, huwa stmat li l-kapaċità ta’ produzzjoni reali disponibbli fil-Komunità hija 'l fuq minn 2,5 miljun MT jiġifieri ferm iżjed mil-livell ta’ konsum Komunitarju ta’ 2,27 miljun MT. Għaldaqstant, instab li l-kapaċità ta’ produzzjoni żejda disponibbli fil-Komunità hija ferm ogħla mill-allegat nuqqas ta’ 200 000 MT u faċilment tissodisfa d-domanda għall-prodott ikkonċernat.

5.2.   Ħażniet

(134)

Iċ-ċifri ta’ hawn isfel jirrappreżentaw il-volum tal-industrija Komunitarja ta’ ħażniet fl-aħħar ta’ kull perjodu.

Industrija Komunitarja Inkluża fil-Kampjunament

2003

2004

2005

2006

PI

Ħażna f’volum ta’ merkanzija lesta

78 722

82 275

77 293

72 360

74 859

Indiċi

100

105

98

92

95

(135)

Il-ħażniet naqsu b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja s-7 % tnaqqis fil-produzzjoni. Dan hu relatat prinċipalment mas-sehem dejjem anqas tal-prodotti standard fil-portafoll tal-indstrija Komunitarja. Madankollu, billi l-produzzjoni ta’ prodott simili fil-Komunità hi predominantement b’ordni, il-livell tal-inventarji mhuwiex ikkunsidrat li hu indikatur li jfisser ħafna għal dan il-prodott.

5.3.   Bejgħ, sehem mis-suq, tkabbir u prezzijiet medji għal kull unità fil-Komunità

(136)

Iċ-ċifri ta’ hawn isfel jirrappreżentaw il-bejgħ tal-industrija Komunitarja lil klijenti indipendenti fil-Komunità.

Industrija Komunitarja Totali

2003

2004

2005

2006

PI

Bejgħ mill-industrija Komunitarja fil-Komunità (000 EUR)

722 974

739 563

754 101

816 532

874 380

Indiċi

100

102

104

113

121

Bejgħ mill-industrija Komunitarja fil-Komunità (MT)

338 417

383 625

351 296

378 650

377 966

Indiċi

100

113

104

112

112

Prezz tal-bejgħ għal kull unità mill-industrija Komunitarja fil-Komunità (EUR/MT)

2 136

1 928

2 147

2 156

2 313

Indiċi

100

90

100

101

108

Sehem mis-suq tal-Industrija Komunitarja f’(MT)

N/A

22  %

20  %

18  %

17  %

Indiċi

N/A

100

92

83

76

(137)

Il-volumi ta’ bejgħ tal-industrija Komunitarja żdied bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat u b’21 % fil-valur bħala riżultat tas-sehem li żdied ta’ prodotti speċjali abbażi ta’ talbiet mill-klijenti.

(138)

Fl-istess ħin, instab li l-prezzijiet medji tal-bejgħ lil xerrejja mhux relatati fis-suq Komunitarju żdiedu waqt il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda fil-prezz għandha tidher fid-dawl taż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-materja prima u l-fatt li l-industrija Komunitarja kienet ikkonċentrat l-isforzi tagħha fuq segment ogħla tas-suq (prodotti speċjali) li kien inqas affettwat mill-importazzjonijiet iddampjati. Il-prodotti ta’ kwalità għolja, li jilħqu ħtiġijiet speċjali mill-klijenti, għall-kuntrarju tal-prodotti standard, ġeneralment iqumu aktar fuq bażi tal-prezz tal-bejgħ għal kull unità. Għalhekk, iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ tirrifletti kemm iż-żieda fl-ispejjeż għall-materja prima iżda wkoll il-bidliet fil-firxa tal-prodott li hu prodott mill-industrija Komunitarja.

(139)

Wara żieda bejn l-2003 u l-2004, il-volum ta’ bejgħ mill-produtturi Komunitarji naqas b’1 %. Fl-istess ħin, il-konsum Komunitarju żdied b’29 % li jfisser li l-industrija Komunitarja ma kinitx kapaċi tieħu vantaġġ miż-żieda fil-konsum Komunitarju u għalhekk is-sehem mis-suq tal-produtturi Komunitarji naqas b’24 % f’inqas minn tliet snin. Probabbilment it-tnaqqis fis-sehem tas-suq tal-produtturi Komunitarji, jekk ikkalkulat għall-perjodu kollu kkunsidrat (jiġifieri bl-2003 inkluża), ikun ogħla.

(140)

Għalhekk instab li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir tas-suq li rriżulta miż-żieda fil-konsum Komunitarju minħabba li l-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ ċaħħdu lill-produtturi tal-Komunità mill-opportunità li jkomplu l-produzzjoni ta’ prodotti standard fuq skala akbar.

5.4.   Profittabilità u likwidità

Industrija Komunitarja Inkluża fil-Kampjunament

2003

2004

2005

2006

PI

Profittabilità tal-bejgħ ta’ prodott simili fil-Komunità

2,1  %

4,7  %

3,4  %

2,9  %

4,4  %

Likwidità minn bejgħ ta’ prodott simili fil-Komunità EUR 1 000

60 772

69 501

80 874

73 372

65 200

Indiċi

100

114

133

121

107

(141)

Il-livelli ta’ profitt mill-bejgħ ta’ prodott simili mill-industrija Komunitarja varjaw matul il-perjodu kkunsidrat waqt li laħaq biss livelli moderatament pożittivi.

(142)

Il-profittabilità kienet fl-inqas livell fl-2003 (2,1 %) iżda minn dakinhar tjiebet, u dan hu marbut parzjalment mal-isforzi tal-industrija Komunitarja biex tnaqqas l-ispejjeż tal-manifattura u żżid il-produttività u l-fatt li huma kkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq il-forniment ta’ prodotti ta’ kwalità għolja li jiġġeneraw dħul akbar mill-prodotti standard, billi dawn tal-ewwel huma inqas affettwati minn importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ milli dawn tal-aħħar.

(143)

Ta’ min jinnota li l-profittabilità pożittiva globali waqt il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat ikkoinċidiet ma’ suq li qed jespandi waqt fażi ta’ espansjoni taċ-ċiklu ekonomiku li saret matul l-2004 u l-bidu tal-2008, u li x’aktarx ser tiddeterjora b’mod sinifikanti meta dawn ix-xejriet jinqalbu. Fil-fatt, bħala prodott industrijali mifrux, il-qfieli huma sensittivi ħafna għall-varjazzjonijiet fis-sitwazzjoni ekonomika ġenerali u l-produzzjoni industrijali b’mod partikolari.

(144)

L-evoluzzjoni tal-likwidità mill-bejgħ fil-Komunità tal-prodott simili żdiedet bi 33 % sal-2005, iżda fil-PI rritornat għal qrib il-livell tal-bidu.

5.5.   Investimenti, ritorni fuq l-investimenti u abbiltà li jinġabar kapital

(145)

Il-produzzjoni tal-qfieli hi relattivament sensittiva għall-kapital. L-industrija Komunitarja argumentat li l-ottimizzazzjoni tal-produzzjoni hi meħtieġa biex ikun hemm risposta għal ambjent tas-suq aktar ta’ sfida. Sabiex tintlaħaq din il-flessibbiltà, l-industrija Komunitarja żammet livelli relattivament għolja ta’ investiment, li naqas kemxejn matul il-perjodu kkunsidrat iżda xorta jibqa’ f’livell sinifikanti. Dan l-investiment kien prinċipalment għax-xiri ta’ makkinarju ġdid biex tkun ottimizzata l-produzzjoni.

Industrija Komunitarja Inkluża fil-Kampjunament

2003

2004

2005

2006

PI

Totali fil-Perjodu Kkunsidrat (1 000 EUR)

35 294

23 965

31 373

30 634

31 442

Indiċi

100

68

89

87

89

(146)

Matul il-perjodu kkunsidrat, ir-ritorn fuq l-investiment, imfisser bħala perċentwali tal-bejgħ nett, żdied b’seba’ punti perċentwali bejn l-2003 u l-PI. Dan kien spjegat mill-fatt li l-industrija Komunitarja ppruvat timmassimizza l-użu tal-kapaċitajiet eżistenti għall-produzzjoni tagħha mingħajr ma tagħmel investimenti fuq skala kbira. Kif deher waqt l-investigazzjoni, il-produtturi kollha inklużi fil-kampjunament żviluppaw ir-riżorsi tal-għodod interni tagħhom sabiex jadattaw il-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħhom għall-bażi ta’ klijenti ġodda tagħhom (prodotti speċjali bbażati fuq talbiet tal-klijenti).

Industrija Komunitarja Inkluża fil-Kampjunament

2003

2004

2005

2006

PI

Ritorn fuq l-investiment

6  %

16  %

12  %

12  %

13  %

(147)

Ma nstabet l-ebda evidenza rigward abbiltà mnaqqsa jew miżjuda biex jinġabar il-kapital fil-perjodu kkunsidrat.

5.6.   Impjiegi u produttività

(148)

L-evoluzzjoni tal-impjiegi, tal-produttività u tal-ispejjeż għax-xogħol fl-industrija Komunitarja kienet kif ġej:

Industrija Komunitarja Totali

2003

2004

2005

2006

PI

Numru ta’ impjegati

5 600

6 353

6 359

6 272

6 257

Indiċi

100

113

114

112

112

Produttività (MT/impjegat)

68

64

58

62

64

Indiċi

100

95

86

91

95

(149)

L-industrija Komunitarja żiedet in-numru ta’ impjegati tagħha bejn l-2003 u l-PI. Dan kien ir-riżultat kemm ta’ sforz biex jinżamm il-volum tal-produzzjoni u l-produzzjoni ta’ aktar prodotti diversifikati kumplessi li jeħtieġu flessibbiltà kostanti ta’ għodod u makkinarju. Ir-riżultat ta’ dan il-proċess strateġiku fl-industrija Komunitarja kien rifless ukoll fil-produttività, li baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat għalkemm kellhom jadattaw għal bażi ta’ klijentela ġdida (prodotti speċjali bbażati fuq talbiet tal-klijenti) li jitolbu aktar riżorsi umani.

5.7.   Pagi

(150)

Il-livelli medji tal-pagi żdiedu moderatament waqt il-perjodu kkunsidrat.

Industrija Komunitarja Inkluża fil-Kampjunament

2003

2004

2005

2006

PI

Spejjeż tax-xogħol għal kull impjegat għall-perjodu Kkunsidrat

30 478

32 042

32 089

34 232

35 662

Indiċi

100

105

105

112

117

5.8.   Kobor tal-marġini attwali ta’ dumping u rkupru minn dumping preċedenti

(151)

Kif indikat fil-premessa ta’ hawn fuq, il-marġini ta’ dumping li nstabu huma b’mod ċar ogħla minn de minimis. Barra minn hekk, meta jkunu kkunsidrati l-volum u l-prezz tal-importazzjonijiet iddampjati, l-impatt tal-marġini attwali ma jistax ikun ikkunsidrat bħala negliġibbli.

(152)

Il-Komunità mhijiex tirkupra mill-effetti ta’ dumping li sar fl-imgħoddi għaliex ma twettqet l-ebda investigazzjoni qabel din.

5.9.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(153)

Bejn l-2003 u l-PI l-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdied bi kważi 180 %, billi laħaq 26 % tas-sehem mis-suq fil-PI. Barra minn hekk, fil-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ mill-industrija Komunitarja kienu sostanzjalment limitati minn dawk tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. Fuq bażi ta’ medja peżata, it-tnaqqis fil-prezz kien ta’ aktar minn 40 %.

(154)

Fl-istess ħin, waqt li l-konsum Komunitarju żdied b’29 %, il-volum tal-bejgħ mill-industrija Komunitarja naqas biss b’1 %. Is-sehem mis-suq tagħha niżel b’24 % u ma setax jgħaddi għal kollox iż-żieda globali fil-prezzijiet tal-materja prima lill-klijenti tiegħu, li rriżulta f’livelli aktar baxxi ta’ profittabilità.

(155)

Bħala konsegwenza, il-produzzjoni ma żdiditx bl-istess pass bħall-konsum Komunitarju, u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità baqgħet baxxa ħafna, għal madwar 50 %, waqt il-perjodu kkunsidrat. Dan kellu wkoll impatt negattiv fuq il-profittabilità, għaliex żamm lill-industrija milli tieħu vantaġġ sħiħ mill-ekonomiji ta’ skala.

(156)

L-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq il-profittabilità tal-industrija Komunitarja kien imtaffi xi ftit matul il-perjodu inkonsiderazzjoni mill-espansjoni tas-suq Komunitarju u ċ-ċiklu ekonomiku favorevoli. Madankollu, din is-sitwazzjoni tista’ titreġġa’ lura meta ċ-ċiklu jasal fi tmiemu.

(157)

Minkejja l-isforzi konsiderevoli tal-industrija biex iżżomm volum tal-produzzjoni, permezz ta’ produzzjoni flessibbli matul il-perjodu kkunsidrat u l-isforzi kontinwi tagħha biex iżżid il-produttività u l-kompetittività, il-profittabilità tagħha, il-likwidità u r-ritorn fuq l-investiment ma rriflettewx iż-żieda kontinwa tad-domanda Komunitarja għall-prodott ikkonċernat. Din it-tendenza jista’ jkollha impatt sever fuq il-kapaċità tal-industrija Komunitarja li żżomm il-produzzjoni ta’ partijiet ta’ kwalità għolja.

(158)

Sussegwentement għall-preżentazzjoni tad-dokument ta’ informazzjoni, il-produtturi esportaturi fiċ-Ċina u l-importaturi Komunitarji argumentaw li ladarba xi indikaturi bħall-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet, u l-profitt juru evoluzzjoni pożittiva waqt il-perjodu kkunsidrat, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi li l-industrija Komunitarja ma sofrietx ħsara materjali.

(159)

L-industrija Komunitarja, min-naħa l-oħra, argumentat li l-livelli baxxi kurrenti ta’ profittabilità qed jaffettwaw dejjem aktar l-abbiltà tagħha li żżomm u ttejjeb l-apparat għall-produzzjoni f’livell li jippermettilha li żżomm preżenza sinifikanti fl-ogħla tarf tas-suq. Għalhekk, it-telf ta’ volumi ta’ produzzjoni għolja ta’ prodotti standard qed jaffettwa wkoll il-kapaċità tal-industrija Komunitarja li tkompli tipprovdi prodotti ta’ kwalità għolja.

(160)

L-investigazzjoni minn dakinhar ikkonfermat li l-ħsara materjali rriżultat mill-ispostament sinifikanti ta’ prodotti Komunitarji minn importazzjonijiet Ċiniżi f’xi segmenti importanti tas-suq, b’impatt negattiv fuq l-utilizzazzjoni tal-kapaċità u l-profittabilità, għalkemm dan l-impatt kien imtaffi xi ftit mill-fatt li l-industrija rnexxielha tikkumpensa għall-volumi ta’ produzzjoni aktar baxxi billi tiffoka fuq segmenti tas-suq u prodotti li jiġġeneraw dħul akbar.

(161)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li l-industrija Komunitarja sofriet ħsara materjali fit-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Rimarka preliminari

(162)

Skont l-Artikoli 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-ħsara materjali li sofriet l-industrija Komunitarja. Fatturi magħrufa barra l-importazzjonijiet iddampjati, li setgħu fl-istess waqt ikunu ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja, kienu wkoll eżaminati biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma tkunx attribwita lill-importazzjonijiet iddampjati.

2.   Effett tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(163)

Bejn l-2004 u l-PI, il-konsum Komunitarju apparenti żdied b’29 % (fil-volum), waqt li l-bejgħ mill-produtturi Komunitarji żdied biss bi 17 %. Il-produtturi Komunitarji għalhekk tilfu 'l fuq minn 6,8 punti perċentwali ta’ sehem mis-suq fl-istess perjodu.

(164)

Ċl-importaturi mhux relatati mal-Komunità argumentaw li jekk il-bejgħ kien espress f’valur aktar milli fi kwantitajiet, l-istampa kieku kienet tkun ħafna differenti, minħabba li l-prezz tal-bejgħ għal kull unità ta’ qfieli prodotti fil-Komunità hu konsiderevolment ogħla minn prodotti tar-RPĊ u żdied waqt il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, meta jkun analizzat l-impatt tal-importazzjonijiet bi prezz baxx fuq is-suq Komunitarju, kien ikkunsidrat xieraq, f’konformità mal-prattika tal-passat, li jkunu vvalutati t-tendenzi tal-importazzjoni u l-ishma fis-suq primarjament f’volumi u mhux b’valuri. Barra minn hekk il-valuri tal-bejgħ huma affettwati minn bidliet fit-taħlita tal-prodotti, bħalma hu l-każ hawnhekk fejn l-industrija Komunitarja għaddiet għal prodotti ta’ valur ogħla. Finalment, għandu jkun innotat li t-tendenzi fil-bejgħ huma biss wieħed mill-fatturi ta’ ħsara u fihom infushom mhumiex deċisivi.

(165)

Iż-żieda sinifikanti fil-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ b’aktar minn 170 % bejn l-2003 u l-PI u tas-sehem mis-suq tagħhom bħala volum tas-suq Komunitarju minn 17 % għal 26 % bejn l-2004 u l-PI ikkoinċidiet mat-telf dejjem jonqos tas-sehem mis-suq tal-produtturi Komunitarji.

(166)

Fil-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati baqgħu relattivament stabbli u baxxi, minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima esperjenzata fuq livell dinji. Għall-kuntrarju tal-esportaturi tar-RPĊ, il-prezzijiet tal-bejgħ applikati mill-produtturi Komunitarji segwew it-tendenza ‘l fuq fl-ispejjeż tal-materja prima.

(167)

B’reazzjoni għall-kwantitajiet dejjem jiżdiedu tal-importazzjonijiet ta’ prodotti standard li joriġinaw fir-RPĊ, l-industrija Komunitarja żviluppat l-attivitajiet tagħha tal-produzzjoni ta’ parts speċjali (abbażi ta’ talbiet mill-klijenti), u b’hekk irnexxielha żżomm il-volumi tal-produzzjoni tagħha u tevita aktar deterjorament tal-profittabilità. Madankollu, dawn il-prodotti, li huma fl-ogħla tarf tas-suq ma jistgħux jikkumpensaw għal kollox għat-telf ta’ volumi għolja ta’ produzzjoni ta’ prodotti standard.

(168)

Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati llimitaw dawk tal-industrija Komunitarja u eżerċitaw pressjoni b’saħħitha 'l isfel fil-waqt li l-ispejjeż tal-materja prima żdiedet b’mod sinifikanti. L-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja ma kinitx f’pożizzjoni li tgħaddi ż-żidiet kollha fl-ispejjeż lill-klijenti tagħha minħabba l-pressjoni ħarxa tal-prezz eżerċitata mill-volumi sinifikanti ta’ prodotti ddampjati importati mir-RPĊ. Dan wassal għal nuqqas ta’ livelli suffiċjenti ta’ profittabilità, u ritorn baxx fuq l-investiment u l-likwidità.

(169)

Numru ta’ esportaturi, importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom issottomettew li l-esportazzjonijiet Ċiniżi mhumiex f’kompetizzjoni mal-prodotti tal-industrija Komunitarja għaliex qegħdin f’kategoriji ta’ prodott differenti u komplimentari. Waqt li jidher li hu minnu li l-esportazzjonijiet Ċiniżi waqt il-PI kienu kkonċentrati fuq xi segmenti tas-suq bħal viti u boltijiet standard, għandu jitfakkar li madankollu xorta hemm soprapożizzjoni sinifikanti tas-suq bejn il-prodotti magħmula u mibjugħa mill-industrija Komunitarja u l-esportazzjonijiet Ċiniżi, u li din hi sitwazzjoni li qed tevolvi b’mod dinamiku. L-industrija Komunitarja diġà tilfet bosta mis-sehem tas-suq tagħha għal importazzjonijiet f’xi segmenti tas-suq, iżda tista’ titlef ukoll is-suq fil-prodotti li bħalissa sejrin tajjeb, jekk tkompli t-tendenza preżenti.

(170)

Barra minn hekk, dejta mill-Eurostat uriet kwantitajiet sostanzjali ta’ produzzjoni fil-Komunità għal kull kodiċi NM, f’kompetizzjoni ma’ importazzjonijiet mir-RPĊ. Xi importaturi argumentaw li għalkemm hemm produzzjoni Komunitarja fil-kodiċijiet NM kollha, dan mhuwiex il-każ għal xi tipi u kwalitajiet ta’ prodotti f’kull kodiċi NM. Madankollu, ma ġiet ipprovduta l-ebda dejta biex tkun appoġġjata din id-dikjarazzjoni. Barra minn hekk, kif muri fit-taqsima 4.5.1., il-produtturi Komunitarji bħalissa qed jużaw madwar nofs il-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom, u huma teknikament kapaċi li jipproduċu kull tip ta’ qfieli jekk iġġustifikat mill-kondizzjonijiet tas-suq.

(171)

Għalhekk ġie konkluż li l-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet iddampjati, li żdiedu konsiderevolment fil-volum tagħhom u s-sehem mis-suq mill-2003 'l quddiem, u li saru bi prezzijiet iddampjati, kellha rwol determinanti fil-ħsara li sofriet l-industrija Komunitarja.

3.   Effett ta’ fatturi oħra

3.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(172)

Kif imsemmi fuq, ir-RPĊ kienet l-aktar esportatur sinifikanti tal-prodott simili lejn is-suq Komunitarju waqt il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem tal-importazzjonijiet mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat mill-importazzjonijiet totali kollha mill-bqija tad-dinja żdied b’20 % matul il-perjodu kkunsidrat biex laħaq il-61 % fl-aħħar tal-PI.

 

2003

2004

2005

2006

PI

Importazzjonijiet totali mill-bqija tad-dinja (eskluża r-RPĊ) - MT

321 059

337 402

306 525

359 860

391 590

Indiċi

100

105

95

112

122

Importazzjonijiet totali mill-bqija tad-dinja (eskluża r-RPĊ) - 1 000 EUR

725 264

799 161

825 250

929 873

1 052 993

Indiċi

100

110

114

128

145

Prezz kull Unità: (EUR/MT)

2 258

2 368

2 692

2 583

2 689

Indiċi

100

105

119

114

119

Sehem tal-Importazzjonijiet tal-RPĊ mit-Total tal-bqija tad-dinja (%)

40,23  %

46,67  %

55,85  %

57,43  %

60,58  %

Sors: Comext.

(173)

Barra minn hekk, kif muri fil-graff ta’ hawn isfel (sors: Comext), instab li l-prezzijiet tal-bejgħ medji għal kull unità (f’Ewro) ta’ importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja ma kinux isegwu l-istess tendenza bħall-importazzjonijiet mir-RPĊ, għaliex tal-ewwel żdiedu b’19 % matul il-perjodu kkunsidrat kontra t-2 % għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. Il-prezz medju għal kull unità (f’Ewro) kull MT tal-bqija tad-dinja kien 180 % ogħla mill-prezz medju għal kull unità kull MT importati mir-RPĊ.

Image

(174)

Għaldaqstant, hu kkunsidrat li l-importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi oħra ma setgħux ikkontribwew għall-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja. B’mod aktar speċifiku, it-tabella ta’ hawn isfel li tinkludi l-informazzjoni għall-pajjiżi esportaturi prinċipali, jiġifieri t-Tajwan, il-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerka, turi eżattament l-istess tendenzi bħal għall-Bqija tad-Dinja.

 

2003

2004

2005

2006

PI

Tajwan (MT)

171 770

180 176

160 765

169 777

186 901

Ġappun (MT)

22 392

17 289

21 735

52 056

56 852

USA (MT)

6 537

6 132

6 059

7 254

7 459

Indiċi (aggregat)

100

101

94

114

125

Prezz Aggregat għal kull Unità: (EUR/MT)

2 238

2 297

2 626

2 456

2 510

Sors: Comext.

3.2.   Andament fl-esportazzjoni mill-industrija Komunitarja

(175)

Kien eżaminat ukoll jekk huwiex minnu jew le li l-esportazzjonijiet tal-industrija Komunitarja lejn pajjiżi mhux Komunitarji setgħu kkontribwew għall-ħsara mġarrba waqt il-perjodu kkunsidrat. L-esportazzjonijiet lejn pajjiżi mhux Komunitarji rrappreżentaw biss madwar 11 % tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja tal-prodott simili fl-2006. Dawn l-esportazzjonijiet żdiedu b’madwar 81 % bejn l-2003 u l-PI. Barra minn hekk, dawn l-esportazzjonijiet kienu konsistentement magħmula bi prezzijiet konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq Komunitarju. Hu għalhekk konkluż li l-andament fl-esportazzjoni lil pajjiżi terzi ma kinitx sors ta’ ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.

 

2003

2004

2005

2006

PI

Esportazzjonijiet Komunitarji lill-Bqija tad-Dinja għall-Perjodu Kkunsidrat (MT)

114 211

135 656

149 463

171 240

197 722

Indiċi

100

119

131

150

173

Esportazzjonijiet Komunitarji lill-Bqija tad-Dinja għall-Perjodu Kkunsidrat (1 000 EUR)

513 286

611 366

683 624

825 528

927 644

Indiċi

100

119

133

161

181

Prezz kull Unità: (EUR/MT):

4 494

4 506

4 573

4 820

4 691

3.3.   Żieda fil-prezzijiet tal-materja prima

(176)

Waqt li l-evidenza disponibbli turi xi żieda fil-prezzijiet tal-azzar fil-Komunità matul il-PI, jidher li dawn iż-żidiet ma kinux fattur deċiżiv fit-taħżin tas-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja. Dan it-taħżin kien dovut l-aktar għat-telf tas-sehem mis-suq kif innotat fil-premessa (165). L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet medji tal-bejgħ għal kull unità li żdiedu waqt il-perjodu kkunsidrat kienu dovuti prinċipalment għaż-żieda tas-sehem ta’ tipi speċjali fit-taħlita tal-prodotti tal-industrija Komunitarja għaliex dawn it-tipi jqumu aktar biex jiġu mmanifatturati.

(177)

Madankollu, l-industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b’mod suffiċjenti biex tagħmel tajjeb għaż-żieda fl-ispiża ġġenerata mill-produzzjoni ta’ prodotti tat-tarf ogħla. Din l-inflessibilità fil-prezzijiet kienet ikkawżata miż-żieda simultanja ta’ importazzjonijiet iddampjati li joriġinaw fir-RPĊ, bi prezzijiet li jillimitaw b’mod sinifikanti lil dawk tal-industrija Komunitarja. F’dawn iċ-ċirkostanzi ġie konkluż li l-industrija Komunitarja kienet esposta għal pressjoni qawwija fil-prezz minn dawn l-importazzjonijiet iddampjati u konsegwentement ma kellha l-ebda possibbiltà li tikkumpensa għal kollox għaż-żieda fl-ispejjeż billi tgħolli l-prezzijiet tagħha tal-bejgħ.

(178)

Finalment, għandu jkun innotat li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima kellha taffettwa l-operaturi kollha fis-suq, inkluż lill-produtturi esportaturi Ċiniżi u għalhekk ma tistax tkun ikkunsidrata bħala fattur partikolari li kkawża ħsara lill-industrija Komunitarja, speċjalment għaliex il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ baqgħu stabbli minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima.

(179)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, hu konkluż li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima per se ma tiksirx ir-relazzjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja.

4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(180)

Il-ħsara f’dan il-każ tieħu l-forma prinċipalment ta’ telf fil-volum potenzjali tal-bejgħ f’suq li qed jikber u fis-sehem mis-suq. Id-depressjoni fil-prezz li tirriżulta u t-telf ta’ l-ekonomiji ta’ skala minħabba l-utilizzazzjoni baxxa tal-kapaċità wasslu għal livell insuffiċjenti ta’ profittabilità minkejja l-kondizzjonijiet ekonomiċi ġenerali favorevoli li kienu prevalenti waqt il-perjodu kkunsidrat.

(181)

L-investigazzjoni wriet li n-nuqqas ta’ titjib rigward is-sitwazzjoni ta’ bosta mill-indikaturi ta’ ħsara tal-industrija Komunitarja kien jikkoinċidi ma’ żieda f’daqqa fil-volumi ta’ importazzjoni u sehem mis-suq mir-RPĊ u limitar sostanzjali fil-prezz minn dawn l-importazzjonijiet. Instab ukoll li l-importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi oħra ma setgħux ikkontribwew għall-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja għaliex il-prezzijiet medji tal-importazzjoni huma sinifikattivament ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mhux mir-RPĊ naqas meta mqabbel mal-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-Komunità.

(182)

L-evoluzzjoni pożittiva tal-esportazzjonijiet tal-industrija Komunitarja lil pajjiżi mhux tal-KE tfisser li l-effett potenzjali ta’ dik l-evoluzzjoni ma jistax iwaqqaf l-għaqda kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ u l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja.

(183)

Barra minn hekk, għalkemm il-prezzijiet tal-materja prima esperjenzaw żieda bla preċedenti fil-perjodu kkunsidrat, dan kellu jaffettwa lill-operaturi kollha fis-suq u, barra minn hekk, l-istruttura taż-żmien tal-indikaturi tal-ħsara ma tissuġġerix li din kienet il-kawża prinċipali tal-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja.

(184)

Għalhekk hu konkluż li l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping li joriġinaw mir-RPĊ ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja fit-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   INTERESS KOMUNITARJU

1.   Konsiderazzjonijiet ġenerali

(185)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien investigat jekk jeżistux raġunijiet obbligatorji li jistgħu jwasslu għall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li timponi miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Intbagħtu kwestjonarji lill-importaturi, kummerċjanti u utenti industrijali kollha li ssemmew fl-ilment. Kienu riċevuti risposti għall-kwestjonarju minn seba’ importaturi, u kienet riċevuta wkoll xi informazzjoni mill-utenti industrijali.

2.   Interess tal-industrija Komunitarja

(186)

L-impożizzjoni ta’ miżuri hi mistennija li twaqqaf aktar distorsjonijiet u tirrestawra kompetizzjoni ġusta fis-suq. L-industrija Komunitarja hi industrija kompetittiva u vijabbli; dan jidher mill-fatt li hi tista’ tesporta varjetà ta’ prodotti fi swieq dinjija kompetittivi ħafna. Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri għandha tippermettilha li tilħaq livelli raġonevoli ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità, u ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Dan jippermettilha wkoll li tkompli investimenti fit-teknoloġija u biex timmodernizza l-faċilitajiet tagħha tal-produzzjoni, u b’hekk tkun garantita s-sopravivenza tal-industrija Komunitarja.

(187)

Min-naħa l-oħra, jekk ma jkunux imposti miżuri anti-dumping, x’aktarx li s-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja tiddeterjora. Din ma tkunx tista’ twettaq l-investimenti meħtieġa sabiex tikkompeti b’mod effettiv mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u b’mod partikolari mir-RPĊ. Dan jisforza lill-kumpaniji biex iwaqqfu l-produzzjoni u jkeċċu lill-impjegati tagħhom fil-futur qrib. Bl-għeluq tal-produzzjoni Komunitarja, l-industrija Komunitarja f’numru ta’ setturi downstream issir dipendenti fuq fornituri barra l-Komunità.

(188)

Għaldaqstant, hu konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tippermetti lill-industrija Komunitarja li tirkupra mill-effetti ta’ dumping ta’ ħsara mġarrba u li għalhekk hi fl-interess tal-industrija Komunitarja.

3.   Interess ta’ importaturi/kummerċjanti mhux relatati fil-Komunità

(189)

Seba’ importaturi magħżula fil-kampjun finali (ara l-premessi (28) hawn fuq) ikkoperaw fl-investigazzjoni billi ppreżentaw risposta għall-kwestjonarju. Dawn is-seba’ importaturi jirrappreżentaw madwar 15 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità waqt il-PI. Madankollu, importatur wieħed ma aċċettax żjara ta’ verifika u l-informazzjoni rigward din il-kumpanija kellha titwarrab. Għall-importaturi li kkoperaw bis-sħiħ, il-prodott ikkonċernat kien jirrappreżenta parti sinifikanti mit-fatturat tagħhom. Instab li, bħala medja, il-profittabilità tal-prodott ikkonċernat hi ogħla mill-profittabilità ġenerali tal-kumpaniji. Setgħet tkun osservata żieda ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn dawn l-importaturi waqt il-perjodu kkunsidrat, kif ukoll tnaqqis ta’ xirjiet mingħand produtturi Komunitarji.

(190)

F’bosta preżentazzjonijiet riċevuti minn importaturi Komunitarji mhux relatati, intqal li jekk ikunu imposti miżuri, l-impatt negattiv ikun doppju: a) assenza ta’ kapaċità suffiċjenti fil-Komunità, jekk ikun hemm, biex jinżamm l-istess livell ta’ forniment tal-prodott ikkonċernat, u b) prezzijiet aktar għolja tal-prodott ikkonċernat, li ma jistgħux jiġu mgħoddija lill-klijenti finali, li jwassal għal telf fil-profittabilità mill-importaturi. L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat hu biss parti limitata tal-firxa ta’ prodotti offruti mill-importaturi Komunitarji mhux relatati, bil-bqija jinxtara fil-biċċa l-kbira fil-Komunità. Barra minn hekk, sabiex ma jistriħux fuq sors uniku, l-importaturi Komunitarji qed jixtru l-istess tip ta’ prodott bl-istess mod mingħand produtturi Komunitarji u tar-RPĊ, għalkemm jixtru l-akbar kwantitajiet mingħand produtturi esportaturi tar-RPĊ. Barra dan, instab li l-importaturi Komunitarji xorta għadhom jistrieħu fuq produtturi Komunitarji għall-forniment ta’ kwantitajet żgħar tal-prodott ikkonċernat sabiex jilħqu ħtiġijiet b’terminu qasir minn klijenti u biex ikomplu joffru firxa sħiħa ta’ prodotti. L-importaturi Komunitarji ma setgħu jipprovdu l-ebda evidenza konvinċenti biex jipprovaw li l-produtturi Komunitarji ma setgħux jissodisfaw id-domanda għat-tipi kollha ta’ qfieli, kemm jekk ikunu standard kif ukoll jekk jikkorrispondu għal ħtiġijiet speċifiċi tal-konsumaturi. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-importaturi Komunitarji qed dejjem aktar joffru servizzi loġistiċi speċjali addizzjonali lill-klijenti tagħhom barra s-sempliċi forniment ta’ qfieli. Għalhekk, miżuri eventwali li jkunu applikati biss għal porzjon limitat tal-firxa tal-prodott ikollhom impatt aktar limitat għaliex l-għoti tas-servizzi loġistiċi qed jiġġenera spejjeż u dħul ġodda. Għalhekk, jekk ikunu imposti miżuri, l-importaturi Komunitarji xorta jistgħu joffru l-istess livell ta’ servizzi lill-klijenti tagħhom minħabba l-kapaċitajiet tal-produzzjoni sinifikanti u diversifikati disponibbli fil-Komunità li jkunu jillimitaw l-impatt tal-miżuri fuq il-profittabilità tal-importaturi Komunitarji.

(191)

L-investigazzjoni wriet li s-sitt importaturi Komunitarji mhux relatati li saritilhom żjara żiedu b’mod sinifikanti l-bejgħ tagħhom ta’ prodotti tar-RPĊ waqt il-perjodu kkunsidrat u dan kellu effetti partikolarment pożittivi fuq il-profittabilità tal-bejgħ tagħhom tal-qfieli. Bħala medja l-marġini ta’ profitt għall-prodott ikkonċernat instab li hu superjuri għall-profitt globali tagħhom u qrib il-medja ta’ 10 %. Il-profittabilità globali għas-sitt importaturi Komunitarji mhux relatati li saritilhom żjara nstabet ukoll li hi pożittiva fil-każijiet kollha u tvarja bejn 5 u 10 %.

(192)

It-taħlita tal-prodotti offruta mill-kumpaniji investigati hi wiesgħa ħafna u l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta biss porzjon minnha. Barra minn hekk, l-importaturi jkomplu jixtru l-prodott ikkonċernat minn produtturi Komunitarji u jimportaw minn pajjiżi terzi oħra sabiex ma jistriħux għal kollox fuq il-forniment minn produtturi tar-RPĊ, iżda biex jirrispondu wkoll għal ħtiġijiet b’terminu qasir. Minħabba li l-importaturi qed jiddiversifikaw is-sorsi ta’ forniment tagħhom bejn il-produtturi Komunitarji u tal-Lvant Imbiegħed sabiex joffru l-aktar taħlita wiesgħa possibbli tal-prodott lill-klijenti tagħhom, jista’ jitqies li l-konsegwenzi tal-eżistenza eventwali ta’ miżuri anti-dumping fuq pajjiż esportatur wieħed m’għandhomx ikunu tali li jxekkluhom milli jkomplu joffru l-istess prodotti waqt li jżommu marġini ta’ profitt adegwati.

(193)

Wara l-iżvelar tal-konklużjonijiet ta’ hawn fuq, numru ta’ importaturi u assoċjazzjonijiet tagħhom iddikjaraw li l-miżuri proposti jkollhom impatt negattiv qawwi fuq in-negozju tagħhom, f’termini tal-volum tan-negozju, profittabilità u impjiegi. B’mod partikolari, l-importaturi ddikjaraw li l-impożizzjoni tad-dazji, flimkien maż-żidiet f’daqqa li kien hemm dan l-aħħar fil-prezzijiet tal-qfieli minħabba ż-żidiet fil-prezz tal-materja prima, toħloq pressjoni fuq il-likwidità tagħhom, u żżid il-ħtiġijiet tagħhom ta’ finanzi u kapital. Ġie ddikjarat ukoll li l-konsumaturi jsibu diffikultà biex jaċċettaw aktar żidiet fil-prezzijiet, u l-kuntratti eżistenti f’ħafna każijiet ikunu jfissru li l-importaturi ma jkunux kapaċi li jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet li jirriżultaw mid-dazji. Xi importaturi ddikjaraw ukoll li jiddependu b’mod qawwi fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ u li jkun diffiċli li jsibu fornituri alternattivi, fil-Komunità jew f’pajjiżi terzi oħrajn. Dan ikun partikolarment il-każ għal importaturi li investew f’faċilitajiet ta’ produzzjoni fir-RPĊ, jew li stabbilew relazzjonijiet mal-produtturi tar-RPĊ eż. għall-produzzjoni ta’ tipi ta’ qfieli partikolari.

(194)

Għalkemm id-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq ma jistgħux jiġu vverifikati, ma jistax jiġi eskluż li l-miżuri jista’ jkollhom impatt negattiv fuq xi importaturi u kummerċjanti oħra fil-Komunità, għall-inqas matul perjodu ta’ żmien qabel ma l-kuntratti jistgħu jiġu negozjati mill-ġdid u l-katina ta’ distribuzzjoni organizzata mill-ġdid. L-impatt negattiv x’aktarx li jiddependi fuq il-pożizzjoni partikolari fis-suq ta’ dawn l-operaturi, kif ukoll fuq ir-relazzjonijiet tagħhom ma’ produtturi esportaturi Ċiniżi. Madankollu, ta’ min jinnota li teżisti kapaċità ta’ produzzjoni żejda sinifikanti fost il-produtturi Komunitarji u dan huwa sors alternattiv possibbli ta’ forniment bħalma huma fornituri ta’ pajjiżi terzi oħra.

(195)

Fir-rigward tal-impatt fuq il-prezzijiet, ta’ min jinnota li għalkemm kien hemm żieda qawwija u mingħajr preċedent fil-prezz tal-vireg tal-wajer tal-azzar matul l-ewwel nofs tal-2008, dan inqaleb matul l-ewwel nofs tas-sena, u għalhekk l-impożizzjoni tad-dazju x’aktarx li sseħħ f’kuntest ta’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat.

(196)

F’konklużjoni, minkejja li l-impatt tal-miżuri proposti fuq l-importaturi u d-distributuri ma jitqiesx li hu daqstant qawwi kif iddikjarat minn xi wħud mill-partijiet, ma jistax jiġi eskluż li jkunu milquta' ħażin f'termini ta’ likwidità u profittabilità, b'mod partikolari matul perjodu inizjali wara l-impożizzjoni tal-miżuri.

4.   Interess tal-utenti u l-konsumaturi

(197)

Intbagħtu kwestjonarji maħsuba għall-utenti lil 16-il kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji. Kienu riċevuti biss tliet risposti. Żewġ manifatturi tal-karozzi indikaw li huma ma kinux ikkonċernati mill-proċediment li għaddej, għaliex huma ma kinux jixtru l-prodott ikkonċernat direttament mir-RPĊ u ma kinux jafu s-sitwazzjoni rigward il-fornituri tagħhom. Meta jkunu kkunsidrati l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jidher li l-industrija awtomobilistika fis-sens wiesa’ (inklużi manifatturi tal-karozzi u l-fornituri tal-parts kollha tagħhom) bħalissa qed tixtri l-prodott ikkonċernat prinċipalment mill-Komunità.

(198)

It-tielet risposta ntbagħtet mill-Verband der Automobilindustries (“VDA”) – assoċjazzjoni tal-manifatturi tal-vetturi Ġermaniża, li fiha hu ddikjarat li l-membri tal-VDA qed jixtru prinċipalment il-prodott ikkonċernat minn produtturi Komunitarji, biex b’hekk ikkonfermaw id-dikjarazzjonijiet magħmula miż-żewġ utenti msemmija hawn fuq. Madankollu, il-VDA topponi l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping abbażi li l-membri tagħha għandhom interess li jżommu kemm jista’ jkun sorsi ta’ forniment alternattivi possibbli. F’dan ir-rigward, jitfakkar li mhuwiex l-iskop tal-miżuri li jagħlqu s-suq Komunitarju għal fornituri minn pajjiżi terzi, iżda biss li jreġġgħu l-kompetizzjoni għal livell ekwu. Anke bil-miżuri anti-dumping proposti, in-numru ta’ atturi mill-Komunità, mir-RPĊ u pajjiżi terzi oħra hu mistenni li jkun suffiċjenti biex jiżgura forniment kompetittiv ta’ qfieli lill-industrija awtomobilistika Komunitarja.

(199)

L-ebda wieħed mill-utenti li ġew ikkuntattjati ma ta reazzjoni għall-iżvelar tad-dokument ta’ informazzjoni. Wara l-iżvelar definittiv, madankollu, produttur wieħed ta’ għamara mmuntata awtomatikament iddikjara li d-dazji anti-dumping proposti jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ispejjeż tal-prodotti tiegħu. Ta’ min jinnota li ċ-ċifri li tressqu ma setgħux jiġu vverifikati billi l-informazzjoni ngħatat tard wisq fl-investigazzjoni. Fid-dawl ta’ dan, l-allegat impatt fuq l-ispejjeż globali tal-għamara ta’ din il-kumpanija jidher li hu esaġerat fid-dawl tal-volum tipiku tal-prodott ikkonċernat li jinsab fl-għamara mmuntata awtomatikament.

(200)

Qabel u wara l-iżvelar definittiv, xi importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom urew tħassib simili dwar l-impatt possibbli fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-kostruzzjoni, li hija utent ewlieni tal-qfieli u qed tbati minn deterjorazzjoni ċiklika qawwija. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota l-ewwel nett li l-industrija tal-kostruzzjoni mhijiex esposta għall-kompetizzjoni internazzjonali, u dan jillimita l-impatt taż-żidiet fl-ispejjeż fuq il-qagħda tagħha fis-suq. It-tieni, il-piż tal-prodott ikkonċernat fl-ispejjeż ta’ din l-industrija qatt ma ġie kwantifikat mill-partijiet li ressqu dawn il-kummenti.

(201)

B’mod ġenerali, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-fajl, il-qfieli, f’bosta mill-każijiet, jikkostitwixxu biss parti żgħira mill-ispiża tal-produzzjoni totali u d-dazji anti-dumping mhux ser ikollhom impatt prinċipali fuq l-ispejjeż u s-sitwazzjoni tal-industriji utenti kkonċernati

(202)

Wara l-iżvelar definittiv, bejjiegħ wieħed bl-imnut u żewġ assoċjazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imut tat-taqsima tad-DIY iddikjaraw li l-miżuri jkollhom impatt qawwi fuq il-prezzijiet bl-imnut, b’konsegwenzi negattivi f’termini ta’ inflazzjoni, il-benessri tal-konsumatur u s-sitwazzjoni ekonomika fis-settur tad-DIY. Minkejja li dawn id-dikjarazzjonijiet ma setgħux jiġu vverifikati fid-dettall minħabba d-dewmien tal-kummenti tagħhom, ta’ min jinnota li d-dazji proposti ma jirrappreżentawx aktar minn ftit perċentwali tal-prezzijiet bl-imnut tal-qfieli osservati fis-settur tad-DIY. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-prodott ikkonċernat jirrappreżenta biss madwar 0,5 % tal-valur tal-bejgħ tas-settur tad-DIY, u dan jindika wkoll li l-prodott ikkonċernat ma jirrappreżentax komponent ewlieni f’tendenza ta’ konsum ta’ konsumatur tipiku.

(203)

Produttur wieħed u żewġ assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-produtturi tal-hekk imsejħa ankri ppreżentaw il-kummenti wara l-iżvelar definittiv. Dawn il-partijiet kollha opponew il-miżuri, għalkemm assoċjazzjoni waħda għarfet li l-membri tagħha ħabbtu wiċċhom ma sitwazzjonijiet differenti, u ħadu pożizzjonijiet diverġenti, f’dan ir-rigward. Id-dikjarazzjoni ewlenija tagħhom kienet li l-manifatturi tal-ankri fil-Komunità jsibu ruħhom fi żvantaġġ kompetittiv, billi l-miżuri ma jkunux ikopru l-prodott aħħari tagħhom, jiġifieri l-ankri, iżda jkopru xi komponenti li huma importati mir-RPĊ. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li dawn il-komponenti ma setgħux jinkisbu fil-Komunità, u dan ġie kkontestat mill-industrija Komunitarja. Billi dawn id-dikjarazzjonijiet saru relattivament tard fil-proċediment, ma setgħux jiġu verifikati b'mod xieraq. Madankollu, ġie stabbilit li jekk ikun meħtieġ, il-produtturi Komunitarji huma f’pożizzjoni li jfornu l-komponenti li bħalissa huma importati mir-RPĊ.

5.   Interess tal-fornituri tal-azzar

(204)

L-Eurofer qalet li l-industrija tal-azzar Komunitarja upstream, jiġifieri l-produtturi Komunitarji tal-vireg wajer u staneg għal applikazzjonijiet mingħajr trattament bis-sħana, iffaċċjaw deterjorazzjoni tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tagħhom bejn l-2004 u l-2007, allegatament minħabba kemm il-pressjoni tal-importazzjoni diretta fil-firxa tal-prodott tagħhom u t-tgħawwir tas-swieq downstream tagħhom minn kompetizzjoni inġusta. Għalhekk, din l-organizzazzjoni qalet li l-produtturi Komunitarji tal-vireg wajer u ta’ staneg għal applikazzjonijiet mingħajr trattament bis-sħana ukoll għandhom kapaċità disponibbli biex iservu lill-produtturi Komunitarji tal-prodott ikkonċernat.

(205)

Ftit wara, din id-dikjarazzjoni kienet ripetuta minn żewġ produtturi tal-wajer tal-azzar ibbażati fi Spanja u fir-Repubblika Ċeka. Skont dawn il-kumpaniji, hemm biżżejjed kapaċità fil-Komunità biex taqdi għal żieda eventwali tal-produzzjoni Komunitarja tal-prodott ikkonċernat.

(206)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, hu konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun fl-interess tal-fornituri tal-materja prima fil-Komunità.

6.   Kompetizzjoni u l-effetti tad-distorsjoni tal-kummerċ

(207)

Bosta importaturi, esportaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom qalu li l-impożizzjoni ta’ miżuri twassal għal rinfurzar tal-pożizzjoni allegatament dominanti tal-akbar żewġ produtturi Komunitarji.

(208)

F’dan ir-rigward, instab li hemm numru kbir ta’ produtturi fil-Komunità, kif ukoll importazzjonijiet minn diversi pajjiżi terzi li ser jiżguraw li l-utenti u l-bejjiegħa bl-imnut ikomplu jkollhom għażla wiesgħa ta’ fornituri differenti ta’ prodott simili bi prezzijiet raġjonevoli. Barra minn hekk, hu kkunsidrat li l-prodotturi esportaturi fir-RPĊ ser ikunu jistgħu jkomplu jbigħu il-prodott ikkonċernat, minkejja li bi prezzijiet mhux ta’ ħsara, għaliex għandhom pożizzjoni b’saħħitha fis-suq fil-Komunità.

(209)

Għalhekk, ser ikun hemm numru sinifikanti ta’ atturi fis-suq, li ser ikunu jistgħu jissodisfaw id-domanda. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, hu għalhekk konkluż li l-kompetizzjoni x’aktarx li ser tibqa’ b’saħħitha wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping.

7.   Żviluppi wara l-PI

(210)

Bosta importaturi, esportaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom sostnew li wara l-PI, minħabba żviluppi fl-ispejjeż tal-materja prima, is-sitwazzjoni tas-suq fir-RPĊ u ż-żieda fl-ispejjeż tat-trasport, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdiedet sewwa f’daqqa. Intqal li dan ser iwassal għal livelli konsiderevolment aktar baxxi ta’ dumping u ħsara, bl-impożizzjoni tal-miżuri ma tibqax aktar f’lokha.

(211)

Għandu jkun innotat li l-iżviluppi tal-prezzijiet tal-merkanzija globali, l-enerġija eċċ. jaffettwaw l-atturi kollha fis-suq bl-istess mod, u għalhekk mhux ser iwasslu per se għal livelli aktar baxxi ta’ dumping jew tnaqqis minn dawk misjuba waqt il-PI.

(212)

Il-kwistjoni ġiet madankollu eżaminata. Skont l-aħħar dejta statistika disponibbli, l-importazzjonijiet mir-RPĊ matul l-ewwel nofs tal-2008 qed juru biss żieda żgħira fil-prezz għal kull unità meta mqabbel mas-sena preċedenti, minkejja żieda sewwa f’daqqa fil-prezzijiet internazzjonali tal-azzar. Barra minn hekk, il-kwantitajiet importati mir-RPĊ ma naqsux fl-ewwel nofs tal-2008.

(213)

Ġie konkluż, għalhekk, li m’hemm l-ebda żviluppi wara l-PI li jrendu l-impożizzjoni ta’ miżuri inadatta mill-perspettiva tal-interess Komunitarju.

8.   Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(214)

L-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku jirreferi għall-ħtieġa li tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa ta’ rimedju għall-effetti li jxekklu l-kummerċ ta’ dumping li jagħmel ħsara u li tiġi stabbilita mill-ġdid kompetizzjoni effettiva, minkejja li din id-dispożizzjoni partikolari trid titqies fil-qafas globali tat-test dwar l-interess Komunitarju kif stabbilit fl-Artikolu msemmi qabel. Għaldaqstant, għandhom jitqiesu l-effetti tal-impożizzjoni jew tan-nuqqas ta’ impożizzjoni tal-miżuri fuq il-partijiet kollha kkonċernati.

(215)

Ma jistax jiġi eskluż li l-impożizzjoni tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq xi imporaturi u kummerċjanti fil-Komunità. Madankollu, jitqies li l-impożizzjoni tal-miżuri se ġġib magħha ċerti benefiċċji għall-industrija Komunitarja kif ukoll għall-industriji fornituri fil-Komunità, bħal żieda fil-produzzjoni u fl-impjiegi.

(216)

Minkejja li l-koperazzjoni mill-utenti kienet limitata, huwa stmat li l-impatt tal-miżuri fuq l-ispejjeż ta’ dawk l-industriji jkun relattivament negliġibbli, u li l-miżuri ma jwasslux għal nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq Komunitarju.

(217)

Bħala konklużjoni, fid-dawl tal-marġnijiet għolja ta’ dumping u ħsara, jitqies li, f’dan il-każ partikolari, fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mhemmx evidenza biżżejjed biex jiġi konkluż li l-impożizzjoni possibbli ta’ miżuri tkun biċ-ċar sproporzjonata u kontra l-interess Komunitarju.

G.   IMPENJI

(218)

Il-Kummissjoni rċeviet offerti ta’ impenn minn bosta produtturi esportaturi individwali, u mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti tal-Elettriku (“CCCME”) li tirrappreżenta l-esportaturi tar-RPĊ, f’isem il-membri tagħha. Bosta produtturi esportaturi oħra indikaw il-ħsieb tagħhom li joffru l-impenji.

(219)

L-ewwel nett, ta’ min jinnota li hemm aktar minn 100 produttur tal-esportazzjoni involuti f'dan il-proċediment. In-numru tal-produtturi esportaturi attwali u potenzjali tqies li kien kbir wisq biex ikun prattikabbli, billi jwassal biex ikun ferm diffiċli li jiġi mmonitorjat kwalunkwe tip ta’ prezz. Barra minn hekk, tmienja biss minn dawn il-kumpaniji ġew invesigati u ngħataw TI.

(220)

It-tieni, il-prodott ikkonċernat huwa kkaratterizzat minn numru konsiderevoli ta’ tipi ta’ prodotti, bi prezzijiet b’mod sinifikanti differenti u xi karatteristiċi ma jistgħux jiġu faċilment osservati mal-importazzjoni. Dan jagħmilha prattikament impossibbli li jiġu stabbiliti prezzijiet minimi għal kull tip ta’ prodott, li jkun ġust u jista’ jiġi mmonitorjat b’mod xieraq mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri mal-importazzjoni. Barra minn hekk, l-għadd kbir ta’ tipi ta’ prodotti differenti, klassifikati taħt mhux inqas minn 10 Kodiċi NM, iżid ir-riskju ta’ evażjoni b’mod konsiderevoli. Fl-istess waqt, ta’ min jinnota li bħalissa hemm miżuri anti-dumping imposti fuq ċerti qfieli tal-istainless steel li joriġinaw, inter alia, fir-RPĊ (6). Minħabba l-fatt li numru żgħir biss ta’ produtturi esportaturi jistgħu jiġu investigati individwalment, ma jistax jiġi eskluż li xi kumpaniji li joffru impenn, jipproduċu u jbigħu wkoll dawk il-qfieli tal-istainless steel lill-istess konsumaturi fl-UE. F’dawn il-każijiet, hemm riskju addizzjonali ta’ evażjoni.

(221)

Fl-aħħar nett, il-prodott ikkonċernat wera volatilità konsiderevoli fil-prezzijiet u għaldaqstant mhuwiex adegwat għal impenn ta’ prezz fiss għal perjodu ta’ żmien estiż. Il-volatilità fil-prezzijiet hija dovuta għall-volatilità, b’mod partikolari f’dawn l-aħħar xhur, ta’ prezzijiet tal-materja prima, jiġifieri vireg tal-wajer tal-azzar. Dan iżid il-kumplessità tal-monitoraġġ tal-impenji.

(222)

Taħt dawn iċ-ċirkustanzi, tqies li l-impenji tal-prezzijiet ma kinux prattikabbli u ma setgħux jiġu aċċettati.

H.   MIŻURI DEFINITTIVI

1.   Livelli ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(223)

Il-livell ta’ kwalunkwe miżura anti-dumping għandu jkun suffiċjenti biex jelimina l-ħsara lill-industrija Komunitarja kkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati, mingħajr ma jaqbeż il-marġini ta’ dumping li nstabu. Meta jkun ikkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ta’ dumping ta’ ħsara, ġie kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja li takkwista profitt qabel it-taxxa li jista’ jintlaħaq raġjonevolment taħt kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ importazzjonijiet iddampjati. Għal dan il-għan, kien ikkunsidrat li marġini ta’ profitt ta’ 5 % hu livell xieraq li l-industrija Komunitarja tista’ tkun mistennija li takkwista wkoll rigward il-prodott simili fl-assenza ta’ dumping ta’ ħsara.

(224)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz imbagħad kienet stabbilita abbażi ta’ paragun, skont it-tip tal-prodott, tal-prezz tal-importazzjoni medju peżat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-tnaqqis tal-prezz, bil-prezz mhux ta’ ħsara tal-prodott simili mibjugħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Il-prezz mhux ta’ ħsara kien akkwistat billi kien aġġustat il-prezz tal-bejgħ mill-industrija Komunitarja sabiex jirrifletti l-marġini ta’ profitt imsemmi hawn fuq. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan il-paragun imbagħad ġiet espressa bħala perċentwali tal-valur tal-importazzjoni CIF totali.

(225)

Wara l-iżvelar definittiv, esportatur wieħed indika żball klerikali fil-kalkolu tal-marġni ta’ ħsara. Instab li dan l-iżball affettwa l-marġnijiet ta’ ħsara għall-esportaturi kollha. Il-marġnijiet kollha ta’ ħsara ġew ikkoreġuti skont dan.

(226)

Il-paragun tal-prezz imsemmi hawn fuq wera l-marġnijiet ta’ ħsara li ġejjin, għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjunament:

Kumpanija

Marġini ta’ ħsara

Biao Wu Tensile Fasteners Co., Ltd.

99,0  %

Changshu City Standard Parts Factory u Changshu British Shanghai International Fastener Co., Ltd.

65,3  %

Kunshan Chenghe Standard Components Co., Ltd.

79,5  %

Ningbo Jinding Fastener Co., Ltd.

64,4  %

Ningbo Yonghong Fasteners Co., Ltd.

78,3  %

Produtturi esportaturi li kkoperaw mhux magħżula biex jifformaw parti mill-kampjun

77,5  %

(227)

Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw mogħtija eżami individwali, il-marġnijiet ta’ ħsara, ikkalkulati kif spjegat hawn fuq, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ ħsara

CELO Suzhou Precision Fasteners Co., Ltd.

0,3  %

Golden Horse (Dong Guan) Metal Manufactory Co., Ltd.

133,2  %

Yantai Agrati Fasteners Co., Ltd.

0  %

(228)

Kif imsemmi fil-premessa (110) hawn fuq, il-grad ta’ koperazzjoni tal-produtturi esportaturi tar-RPĊ jista’ jkun ikkunsidrat baxx. Għalhekk il-marġini ta’ ħsara għall-kumpaniji li ma kkoperawx kien stabbilit bħala medju tal-valur misjub fid-dejta mill-Eurostat u l-ogħla marġnijiet misjuba għal tipi ta’ prodotti mibjugħa fi kwantità rappreżentattiva mill-produttur esportatur li kkopera bl-ogħla livell ta’ ħsara.

(229)

Fuq din il-bażi l-marġini ta’ ħsara mifrux mal-pajjiż kollu jammonta għal 185,0 % tal-prezz fil-fruntiera Komunitarja CIF, bid-dazju mhux imħallas.

(230)

Waqt il-proċediment, u b'mod partikulari wara l-għeluq definittiv, xi importaturi ddikjaraw li huma wettqu għadd ta’ operazzjonijiet fir-RPĊ, bħal imballaġġ tal-bejgħ u kontroll tal-kwalità li l-valur tagħhom ma għandux ikun inkluż fil-prezz tas-CIF fuqu jkun se jiġi applikat id-dazju. Iżda, din is-sitwazzjoni ma nstabet fl-ebda produttur tal-esportazzjoni li kien investigat u anki jekk ippruvata, tidher li taffettwa biss frazzjoni żgħira tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ teżamina aktar din il-kwistjoni.

(231)

Fid-dawl ta’ dan ta’ qabel u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, hu kkunsidrat li għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli li joriġinaw mir-RPĊ fil-livell tal-inqas marġini ta’ dumping jew ħsara.

2.   Miżuri definittivi

(232)

Konsegwentement, id-dazji anti-dumping għandhom ikunu kif ġej:

Biao Wu Tensile Fasteners Co., Ltd.

69,9  %

CELO Suzhou Precision Fasteners Co., Ltd.

0,0  %

Changshu City Standard Parts Factory and Changshu British Shanghai International Fastener Co., Ltd.

63,1  %

Golden Horse (Dong Guan) Metal Manufactory Co., Ltd.

26,5  %

Kunshan Chenghe Standard Components Co., Ltd.

79,5  %

Ningbo Jinding Fastener Co., Ltd.

64,4  %

Ningbo Yonghong Fasteners Co., Ltd.

78,3  %

Yantai Agrati Fasteners Co., Ltd.

0,0  %

Co-operating companies not included in the sample (listed in Annex).

77,5  %

Kumpaniji l-oħra kollha

85,0  %

(233)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt dik l-investigazzjoni rigward dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (kuntrarju għad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fir-RPĊ u prodotti minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmula minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dan imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn din ir-rata u għandhom ikunu soġġetti għal dazju għall-pajjiż kollu.

(234)

Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta’ rata tad-dazju anti-dumping għal kumpanija individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda għall-produzzjoni jew għall-bejgħ) għandha tkun indirizzata minnufih lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija relatata mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjat, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament ser jiġi għaldaqstant emendat billi tkun aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenfikaw minn dazji individwali.

(235)

Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien intenzjonat li tkun irrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping definittivi. Huma ngħataw ukoll perjodu li fih jistgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal din il-preżentazzjoni. Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet kienu debitament ikkunsidrati u, fejn xieraq, il-konklużjonijiet kienu għaldaqstant modifikati.

(236)

Sabiex ikun żgurat trattament ugwali bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun, imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament, għandha ssir previżjoni għad-dazju medju peżat impost fuq il-kumpaniji tal-aħħar li jkun applikat għal kwalunkwe esportatur ġdid li inkella jkun intitolat li jkun rivedut skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, bl-11(4) ma japplikax fejn intuża l-kampjunament.

3.   Monitoraġġ speċjali

(237)

Biex jiġu minimizzati r-riskji ta’ evażjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju fost il-produtturi esportaturi, jitqies li jinħtieġu miżuri speċjali f’dan il-każ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu dan li ġej:

(238)

Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet Doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li mhumiex akkumpanjati minn din il-fattura għandhom ikunu soġġetti għal dazju residwu ta’ anti-dumping applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha.

(239)

F’każ li l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi, jiżdiedu b’mod sinfikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fit-tendenza tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkustanzi u sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet jista’ jingħata bidu għal investigazzjoni kontra l-evażjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju mal-pajjiż kollu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan hu impost dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar, barra minn stainless steel, jiġifieri viti tal-injam (esklużi viti coach), viti self-tapping, viti u boltijiet oħra bl-irjus (kemm jekk bl-iskorfini jew woxers tagħhom kif ukoll jekk le, iżda li jeskludu viti li saru minn bars, vireg, profili jew wajer, ta’ sezzjoni solida, ta’ ħxuna tat-tul li ma taqbiżx is-6 mm u li jeskludu viti u boltijiet biex jitwaħħal materjal għall-kostruzzjoni ta’ linji ferrovjarji), u woxers, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7318 12 90, 7318 14 91, 7318 14 99, 7318 15 59, 7318 15 69, 7318 15 81, 7318 15 89, ex 7318 15 90, ex 7318 21 00 u ex 7318 22 00 (Kodiċi TARIC 7318159019, 7318159069, 7318159089, 7318210029, 7318210099, 7318220029 u 7318220099).

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn isfel għandu jkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju

(%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

Biao Wu Tensile Fasteners Co., Ltd., Shanghai

69,9

A924

CELO Suzhou Precision Fasteners Co., Ltd., Suzhou

0,0

A918

Changshu City Standard Parts Factory and Changshu British Shanghai International Fastener Co., Ltd., Changshu

63,1

A919

Golden Horse (Dong Guan) Metal Manufactory Co., Ltd., Dong Guan

26,5

A920

Kunshan Chenghe Standard Components Co., Ltd., Kunshan

79,5

A921

Ningbo Jinding Fastener Co., Ltd., Ningbo

64,4

A922

Ningbo Yonghong Fasteners Co., Ltd., Ningbo

78,3

A923

Yantai Agrati Fasteners Co., Ltd., Yantai

0,0

A925

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness I

77,5

A928

Il-kumpaniji l-oħra kollha

85,0

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali invalida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

4.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 2

Fejn kwalunkwe parti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina tipprovdi evidenza suffiċjenti lill-Kummissjoni li hija ma esportatx il-merkanzija deskritta fl-Artikolu 1(1) li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007; li hija mhijiex relatata ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u li fil-fatt hi esportat il-merkanzija kkonċernata jew daħlet f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex tesporta kwantità sinifikanti lill-Komunità wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kunsill, billi jaġixxi b’maġġornaza sempliċi fuq proposta mill-Kummissjoni, wara li jikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, jista’ jemenda l-Artikolu 1(2) sabiex jattribwixxi lil dik il-parti d-dazju applikabbli għal produtturi li kkoperaw mhux fil-kampjun, jiġifieri 77,5 %.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU C 267, 9.11.2007, p. 31.

(3)  Sors: Steel Bulletin Board u dejta akkwistata minn u vverifikata fil-kumpaniji investigati.

(4)  Pereżempju “Money for Metal: A detailed Examination of Chinese Government Subsidies to its Steel Industry” minn Wiley Rein LLP, Lulju 2007, “China Government Subsidies Survey” minn Anne Stevenson-Yang, Frar 2007, “Shedding Light on Energy Subsidies in China: An Analysis of China's Steel Industry from 2000-2007” minn Usha C.V. Haley, “China's Specialty Steel Subsidies: Massive, Pervasive and Illegal” mill-ISpecialty Steel Industry tal-Amerika ta’ Fuq u “The China Syndrome: How Subsidies and Government Intervention Created the World's Largest Steel Industry” minn Wiley Rein & Fielding LLP, Lulju 2006.

(5)  Rapporti Annwali għall-2007 mill-Maanshan Iron & Steel Co., Ltd u Baoshan Iron & Steel Co., Ltd.

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005, ĠU L 302, 19.11.2005, p. 1.


ANNESS I

PRODUTTURI ESPORTATURI LI KKOPERAW, MHUX INKLUŻI FIL-KAMPJUN

Kodiċi Addizzjonali TARIC A928

Abel Manufacturing Co., Ltd.

Shanghai

Autocraft Industrial (Shanghai) Ltd.

Shanghai

Changshu Fuxin Fasteners Manufacturing Co., Ltd.

Changshu

Changshu Shining Sun Fasteners Manufacturing Co., Ltd.

Changshu

Changzhou Oread Fasteners Co., Ltd.

Changzhou

Chun Yu (Dongguan) Metal Products Co., Ltd.

Dongguan

Cixi Zhencheng Machinery Co., Ltd.

Cixi

Dongguan Danny & Kuen Metal & Co., Ltd.

Dongguan

Foshan Nanhai Gubang Metal Goods Co., Ltd.

Foshan

Gem-year industrial Co., Ltd.

Jiashan

Guangzhou Tianhe District Zhonggu Hardware Screw Manufacture

Guangzhou

Haining Xinxin Hardware Standard Tools Co., Ltd.

Haining

Haiyan Flymetal Hardware Co., Ltd.

Jiaxing

Haiyan Haitang Fasteners Factory

Jiaxing

Haiyan Hardware Standard Parts Co., Ltd.

Jiaxing

Haiyan Lianxiang Hardware Products Co., Ltd.

Jiaxing

Haiyan Mengshi Screws Co., Ltd.

Jiaxing

Haiyan Self-tapping Screws Co., Ltd.

Jiaxing

Haiyan Sun's Jianxin Fasteners Co., Ltd.

Jiaxing

Haiyan Xinan Standard Fastener Co., Ltd.

Jiaxing

Haiyan Xinglong Fastener Co., Ltd.

Jiaxing

Hangzhou Everbright Metal Products Co., Ltd.

Hangzhou

Hangzhou Spring Washer Co., Ltd.

Hangzhou

Hott Metal Part and Fasteners Inc.

Changshu

J. C. Grand (China) Corporation

Jiaxing

Jiangsu Jiangyu Metal Work Co., Ltd.

Dongtai

Jiashan Yongda Screw Co., Ltd.

Jiashan

Jiaxiang Triumph Hardware Co., Ltd.

Haining

Jiaxing Victor Screw Co., Ltd.

Jiaxing

Jinan Star Fastener Co., Ltd.

Jinan

Jin-Well Auto-parts (zhejiang) Co., Ltd.

Jiashan

Kinfast Hardware Co., Ltd.

Haining

Ningbo Alliance Screws and Fasteners Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Anchor Fasteners Industrial Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Dafeng Machinery Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Development Zone Yonggang Fasteners Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Fastener Factory

Ningbo

Ningbo Haixin Hardware Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Haixin Railroad Material Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Jinhui Gaoqiang Fastener Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Jinpeng High Strength Fastener Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Jintai Fastener Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Jinwei Standard Parts Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Jiulong Fasteners Manufacture Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Londex Industrial Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Minda Machinery & Electronics Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Ningli High-Strength Fastener Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Qunli Fastener Manufacture Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Special - Wind - Fasteners (China) Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Xinxing Fasteners Manufacture Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Yonggang Fasteners Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Zhenhai Xingyi Fasteners Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Zhongbin Fastener Manufacture Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Zhongjiang High Strength Bolt Co., Ltd.

Ningbo

Robertson Inc. (Jiaxing)

Jiashan

Shanghai Boxed Screw Manufacturing Company Limited

Shanghai

Shanghai Fenggang Precision Inc.

Shanghai

Shanghai Foreign Trade Xiasha No. 2 Woodscrew Factory Co., Ltd.

Shanghai

Shanghai Great Diamond Fastener Co., Ltd.

Shanghai

Shanghai Hang Hong Metal Products Co., Ltd.

Shanghai

Shanghai Hangtou Fasteners Co., Ltd.

Shanghai

Shanghai Huaming Hardware Products Co., Ltd.

Shanghai

Shanghai Moregood C&F Fastener Co., Ltd.

Shanghai

Shanghai Moresun Fasteners Co., Ltd.

Shanghai

Shanghai Qingpu Ben Yuan Metal Products Co., Ltd.

Shanghai

Shanghai Ren Sheng Standardized Item Manufacture Ltd, Co

Shanghai

Shanghai Shuyuan Woodscrews Factory

Shanghai

Shanghai SQB Automotive Fasteners Company Ltd.

Shanghai

Shanghai Tapoo Hardware Co., Ltd.

Shanghai

Shanghai Yifan High-Intensity Fasteners Co., Ltd.

Shanghai

Shanxi Jiaocheng Zhicheng Foundry Ltd.

Jiaocheng

Shenzhen Top United Steel Co., Ltd.

Shenzhen

Sundram Fasteners (Zhejiang) Limited

Jiaxing

Sunfast (Jiaxing) Enterprise Co., Ltd.

Jiaxing

Suzhou Escort Hardware Manufacturing Co., Ltd.

Suzhou

Taicang Rongtong Metal Products Co., Ltd.

Taicang

Tangshan Huifeng Standard Component Make Co., Ltd.

Tangshan

Tangshan Xingfeng Screws Co., Ltd.

Tangshan

Tapoo Metal Products (Shanghai) Co., Ltd.

Shanghai

Tianjin Jiuri Manufacture & Trading Co., Ltd.

Tianjin

Wenzhou Excellent Hardware Apparatus Packing Co., Ltd.

Wenzhou

Wenzhou Junhao Industry Co., Ltd.

Wenzhou

Wenzhou Tian Xiang Metal Products Co., Ltd.

Wenzhou

Wenzhou Yili Machinery Development Co., Ltd.

Wenzhou

Wenzhou Yonggu Fasteners Co., Ltd.

Wenzhou

Wuxi Huacheng Fastener Co., Ltd.

Wuxi

Wuxi Qianfeng Screw Factory

Wuxi

Xingtai City Ningbo Fasteners Co., Ltd.

Xingtai

Yueqing Quintessence Fastener Co., Ltd.

Yueqing

Zhejiang Jingyi Standard Components Co., Ltd.

Yueqing

Zhejiang New Oriental Fastener Co., Ltd.

Jiaxing

Zhejiang Qifeng Hardware Make Co., Ltd.

Jiaxing

Zhejiang Rising Fasteners Co., Ltd.

Hangzhou

Zhejiang Yonghua Fasteners Co., Ltd.

Rui' An

Zhejiang Zhongtong Motorkits Co., Ltd.

Shamen

Zhongshan City Jinzhong Fastener Co., Ltd.

Zhongshan


ANNESS II

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej, għandha tidher fuq fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

1.

[L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħarġet il-fattura kummerċjali.]

2.

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-[volum] ta’ prodotti ta’ qfieli mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Komunità Ewropea koperti minn din il-fattura kien immanifatturat minn [l-isem u l-indirizz tal-kumpanija] [kodiċi addizzjonali TARIC] fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija kompluta u korretta.

[Data u firma]”


31.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 29/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 92/2009

tat-30 ta’ Jannar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

73,2

MA

47,2

TN

134,4

TR

94,6

ZZ

87,4

0707 00 05

JO

167,2

MA

113,1

TR

193,7

ZZ

158,0

0709 90 70

MA

137,0

TR

163,2

ZZ

150,1

0709 90 80

EG

94,4

ZZ

94,4

0805 10 20

EG

53,0

IL

50,0

MA

57,6

TN

43,4

TR

68,5

ZZ

54,5

0805 20 10

IL

121,3

MA

94,0

TR

63,0

ZZ

92,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

64,6

IL

82,7

JM

75,5

PK

46,6

TR

61,4

ZZ

66,2

0805 50 10

EG

48,1

MA

67,1

TR

53,5

ZZ

56,2

0808 10 80

CA

84,9

CL

67,8

CN

63,8

MK

31,6

US

105,9

ZZ

70,8

0808 20 50

CL

71,6

CN

66,8

TR

40,0

US

107,2

ZA

123,4

ZZ

81,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


31.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 29/38


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 93/2009

tat-30 ta’ Jannar 2009

li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 [qamħ durum ta' kwalità għolja], 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji ta' l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Frar 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Frar 2009, id-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-17 ta’ Jannar 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

14,11

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

16,72

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

16,72

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

14,11


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.1.2009-29.1.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

198,21

116,02

Prezz FOB USA

240,07

230,07

210,07

135,81

Tariffa fuq il-Golf

58,31

17,18

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

9,96  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

7,47  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


31.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 29/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 94/2009

tat-30 ta' Jannar 2009

li jadotta miżuri ta’ appoġġ temporanji u eċċeżżjonali għas-suq tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga fil-forma ta’ skema ta’ rimi fl-Irlanda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 191 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Meta wieħed jikkunsidra s-sejbiet riċenti tal-livelli elevati ta’ diossini u bifenili poliklorinati (PCBs) fil-laħam tal-majjal li joriġina fl-Irlanda, is-sitwazzjoni tas-suq tal-laħam tal-majjal fl-Irlanda hija partikolarment kritika. L-awtoritajiet kompetenti ħadu diversi miżuri biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni.

(2)

Għalf kontaminat kien ikkonsenjat fl-irziezet tal-majjali u tal-baqar fl-Irlanda. L-irziezet tal-majjali affetwati jikkostitwixxu 7 % tal-produzzjoni totali tal-majjali fl-Irlanda. L-għalf kontaminat jikkostitwixxi porzjon kbir ħafna tad-dieta tal-majjali u jirriżulta f’livelli għoljin ta’ diossini fil-laħam mill-majjali mill-irziezet affetwati. Minħabba d-diffikultajiet biex jittraċċaw lura l-laħam tal-majjal fl-irziezet u minħabba l-livelli għoljin ta’ diossini li nstabu fil-laħam tal-majjal affetwat, l-awtoritajiet Irlandiżi ddeċidew li bħala miżura ta’ prekawzjoni jiġbru lura l-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-majjal kollha mis-suq.

(3)

Minħabba ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali u d-diffikultajiet prattiċi li qed jesperjenza is-suq tal-laħam tal-majjal Irlandiż, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 1278/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 li jaddotta miżuri għall-appoġġ ta' emerġenza għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-forma ta’ għajnuna għall-ħżin privat fl-Irlanda (2).

(4)

Il-kontaminazzjoni tad-diossina u l-applikazzjoni tal-miżura ta’ prekawzjoni biex jinġabar l-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal kollha qed joħolqu tfixkil kbir ħafna fis-suq tal-laħam tal-majjal Irlandiż. Is-sitwazzjoni hija direttament marbuta ma’ telf fil-fiduċja tal-konsumatur li ġejja mir-riskji potenzjali għas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, kien baqa’ xi baqar fil-farms fejn kampjuni minn baqar oħra wrew livelli għoljin ta’ diossina. L-awtoritajiet Irlandiżi, għalhekk talbu lill-Kummissjoni tipprovdi miżuri ta’ appoġġ ta' emerġenza għas-suq tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga fl-Irlanda.

(5)

Il-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta’ Diċembur 2008 stieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa bdiewa u biċċeriji fl-Irlanda permezz ta’ miżuri kofinanzjati biex jitneħħew l-annimali u l-prodotti konċernati mis-suq.

(6)

It-Taqsima I tal-Kapitolu II tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tipprovdi għal miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ. B’mod partikolari, l-Artikolu 44 tiegħu jipprovdi li l-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' appoġġ speċjali għas-suq fil-każ ta’ mard tal-annimali u l-Artikolu 45 jipprovdi li, fir-rigward tas-setturi tal-laħam u l-bajd tat-tjur, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri eċċezzjonali ta' sostenn għas-suq sabiex jittieħed kont ta' disturbi serji fis-suq attribwiti direttament għal telf ta' fiduċja tal-konsumatur minħabba riskji għas-saħħa pubblika, jew għas-saħħa tal-annimali. Biex jissolvew il-problemi prattiċi li ġejjin mis-sitwazzjoni attwali tas-suq tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga Irlandiż, huwa xieraq li tittieħed miżura temporanja u eċċezzjonali ta’ appoġġ għal dak is-suq, simili għal dawk stipulati fit-Taqsima I.

(7)

Dik il-miżura eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għandha tkun fil-forma ta’ skema ta’ rimi ta’ ċerti majjali u baqar li ġejjin minn farms li użaw għalf kontaminat. Huwa xieraq ukoll li tkun provduta skema ta’ rimi ta’ prodotti tal-laħam tal-majjal li huma bblukkati fi, jew taħt ir-responsabbiltà u l-kontroll ta’ biċċeriji fl-Irlanda, u li ma huwiex ċert kemm dawn il-prodotti ġew minn majjali li ġew minn farms li użaw għalf kontaminat. Il-miżura għandha tneħħi l-possibbiltà li prodotti minn annimali li jista’ jkollhom livelli għoljin ta’ kontaminazzjoni jidħlu fil-katina tal-ikel jew tal-għalf.

(8)

Il-miżura eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għandha tkun iffinanzjata parzjalment mill-Komunità. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-kumpens għandha tkun espressa bħal ammonti medji massimi għal kull annimal jew kull tunnellata ta’ laħam tal-majjali, għal kwantità limitata ta’ prodotti konċernati, waqt li l-awtoritajiet Irlandiżi għandhom jintalbu jiddeterminaw il-prezz ta’ kumpens u għalhekk l-ammont tal-finanzjament parzjali abbażi tal-valur tal-annimali u l-prodotti fis-suq ikkumpensati fil-limiti speċifikati.

(9)

L-awtoritajiet Irlandiżi kompetenti għandhom japplikaw il-kontrolli u l-miżuri ta’ sorveljanza kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tajba tal-miżura eċċezzjonali pprovduta f’dan ir-Regolament u jinfurmaw lil-Kummissjoni b’dawn.

(10)

Billi għal raġunijiet ta’ benessri tal-annimali, saħħa pubblika u provvista tas-suq, l-awtoritajiet Irlandiżi bdew jeqirdu u jarmu l-annimali kif ukoll il-prodotti konċernati mit-13 ta’ Diċembru 2008, huwa meħtieġ li jkun ipprovdut li dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data.

(11)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Miżura eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-Irlanda qiegħda hawnhekk tiġi introdotta fil-forma ta’ skema ta’ rimi għal:

(a)

majjali li kienu fil-farms li użaw għalf kontaminat bejn l-1 ta’ Settembru 2008 u s-6 ta’ Diċembru 2008;

(b)

baqar li għadhom fil-farms fejn kampjuni minn baqar oħrajn urew riżultati pożittivi ta’ livelli għoljin ta’ diossini u bifenili poliklorinati (PCBs);

(c)

laħam tal-majjal frisk, imkessaħ jew iffriżat ġej minn annimali li ġew maqtula mhux aktar tard mis-6 ta’ Diċembru 2008 fl-Irlanda u li huma maħżuna fl-Irlanda:

(i)

fil-biċċerija, jew

(ii)

barra l-biċċerija, taħt ir-responsabbiltà u l-kontroll tal-biċċerija, sakemm il-biċċerija tissodisfa l-awtoritajiet Irlandiżi kompetenti.

Artikolu 2

Rimi ta’ annimali u laħam

1.   L-Irlanda hija awtorizzata biex tikkumpensa għar-rimi tal-annimali u l-laħam imsemmi fl-Artikolu 1, bi skop li jinqatlu u jinqerdu għal kollox dawn l-annimali u l-prodotti sekondarji rilevanti tagħhom u li l-laħam jinqered f'konformità mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti.

Il-qerda tal-annimali ħajjin għandha ssir billi jinġarru lejn biċċerija, u wara li jingħaddu u jintiżnu, il-karkassi kollha jiġu ttrasportati lejn impjant tar-rendering, fejn il-materjali kollha jiġu ttrattati.

Meta l-annimali ma jistgħux jiġu trasportati lejn biċċerija, jistgħu jinqatlu fil-farm.

Il-qerda tal-laħam issir wara l-użin u t-trasport lejn impjant tar-rendering, fejn il-materjali kollha jiġu ttrattati.

Dawn l-operazzjonijiet għandhom jitwettqu taħt is-sorveljanza permanenti tal-awtoritajiet kompetenti Irlandiżi, bl-użu ta’ listi standard ta’ kontroll li jinkorporaw paġni ta' wżin u għadd.

2.   Il-kumpens li se jitħallas mill-awtoritajiet kompetenti Irlandiżi għar-rimi tal-annimali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1 u l-prodotti msemmija fil-punt (c) ta’ dak l-Artikolu ma għandux jaqbeż l-valur tas-suq tal-annimali u l-prodotti konċernati fil-waqt ta’ qabel id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Irlandiżi li jiġbru, bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal kollha mis-suq.

Sabiex ikun evitat kumpens żejjed, il-kumpens imħallas mill-awtoritajiet kompetenti Irlandiżi għandu jqis kwalunkwe tip ieħor ta’ kumpens li l-fornituri tal-annimali jew biċċeriji jistgħu jkunu intitolati għalih.

3.   Il-kumpens għall-prodotti li se jintremew skont dan ir-Regolament għandu jitħallas mill-awtoritajiet kompetenti Irlandiżi wara li l-impjant tar-rendering jirċievi l-prodotti u wara l-kontrolli skont l-Artikolu 4(1)(c). Il-kumpens imħallas skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti Irlandiżi għandu jkun eliġibbli għal finanzjament parzjali mill-Komunità wara li tkun stabbilita l-qerda kompluta tal-prodotti konċernati abbażi tal-verifiki dokumentarji u fiżiċi kollha meħtieġa.

Il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (3) għandu japplika mutatis mutandis.

Għandu jkun eliġibbli biss għal finanzjament parzjali mill-Komunità dak l-infiq iddikjarat sa mhux aktar tard minn dak għall-Lulju 2009.

Artikolu 3

Finanzjament

1.   Għall kull annimal jew laħam li jinqered kompletament, il-Komunità għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tal-infiq imġarrab skont l-Artikolu 2(1). Dan il-finanzjament parzjali għandu jkun ekwivalenti għal mhux aktar minn ammont medju massimu ta:

(a)

EUR 54,77 għal kull ras għal mhux iktar minn 130 000 majjal;

(b)

EUR 468,62 għal kull ras għal mhux iktar minn 7 000 baqra;

(c)

EUR 1 133,50 għal kull tunnellata ta’ laħam tal-majjal għal mhux iktar minn 9 050 tunnellata ta’ laħam tal-majjal.

2.   L-awtoritajiet kompetenti Irlandiżi għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-finanzjament parzjali għall kull annimal u prodott tal-laħam ikkumpensat abbażi tal-valur fis-suq imsemmi fl-Artikolu 2(2) u jirrispetta l-ammonti medji massimi stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   L-Irlanda għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2009, bit-total tal-infiq kumpensatorju, billi tindika l-għadd u l-kategoriji ta' majjali u baqar kif ukoll il-volum u t-tipi ta' laħam tal-majjal li ntremew skont dan ir-Regolament.

4.   Jekk jiġi stabbilit li l-benefiċjarju tal-ammont imħallas skont l-Artikolu 2(3) jkun irċieva wkoll kumpens taħt polza ta' assikurazzjoni jew kumpens imħallas minn persuna terza, l-Irlanda għandha tirkupra dak l-ammont u tikkredita 50 % tiegħu lill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija bħala tnaqqis tal-infiq korrispondenti. Jekk l-ammont imħallas skont l-Artikolu 3(3) kien ogħla mill-kumpens riċevut, l-Irlanda għandha tirkupra ammont ugwali għal dak il-kumpens.

Artikolu 4

Kontrolli u komunikazzjoni

1.   L-Irlanda għandha tadotta l-miżuri meħtieġa kollha biex tiżgura l-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, partikolarment billi:

(a)

tiżgura li ebda prodott kumpensat skont l-Artikolu 2 ma jidħol fil-katina tal-ikel u l-għalf billi tipprevedi sorveljanza adattata fuq il-post, aġenti ta’ denaturazzjoni kif jixraq u siġilli fuq il-konsenji;

(b)

twettaq kontrolli amministrattivi u ta’ kontabilità, talanqas darba kull xahar, f’kull impjant tar-rendering parteċipanti biex tiżgura li l-karkassi u l-laħam tal-majjal kollha trasportati mill-bidu tal-iskema jew mill-aħħar kontroll ġew trattati;

(c)

twettaq kontroll tal-inventarju fuq il-post, rigward laħam tal-majjal frisk, imkessaħ jew iffriżat maħżun f’lokalitajiet għajr minn biċċeriji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(c)(ii), biex tistabbilixxi l-kwantità tal-laħam tal-majjal derivat minn annimali maqtula mhux aktar tard mis-6 ta’ Diċembru 2008, biex tiżgura li dak il-laħam tal-majjal huwa sikur, jista’ jiġi identifikat faċilment u jinżamm fiżikament apparti minn ħażniet oħrajn, u li l-operazzjonijiet ta’ tneħħija huma soġġetti għall-kontrolli ta’ identifikazzjoni u wżin meħtieġa;

(d)

tipprovdi għal kontrolli fuq il-post u rapporti dettaljati dwar dawk il-kontrolli li partikolarment jindikaw:

(i)

il-firxa tal-età, klassifika u għadd totali ta’ annimali trasportati mill-farm, id-data u l-ħin tat-trasport tagħhom u l-wasla f’biċċerija;

(ii)

il-kwantitajiet ta’ karkassi trasportati taħt siġill mill-biċċerija u milqugħa fl-impjant tar-rendering, il-permess tal-moviment tal-annimali u n-numri tas-siġilli;

(iii)

fil-każ ta’ qtil fil-farm kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1), l-għadd ta’ annimali maqtula fil-farm, l-għadd ta’ karkassi trasportati taħt siġill mill-farm u l-kwantità milqugħa fl-impjanti tar-rendering, il-permess tal-moviment tal-annimali, u n-numri tas-siġilli;

(iv)

għall kull prodott tal-laħam tal-majjal, id-data tal-qtil tal-annimal li minnu ssawwar il-prodott u protokoll tal-piż ta’ dak il-prodott; u rigward laħam tal-majjal frisk, imkessaħ jew iffriżat maħżun f’lokalitajiet għajr biċċeriji, il-lokalità u l-passi meħuda biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-prodott konċernat matul il-ħażna u t-trasport;

(v)

il-kwantitajiet u l-klassifika ta’ prodott tal-laħam tal-majjal trasportat taħt siġill mill-punt tal-ġbir u milqugħ fl-impjant tar-rendering, il-permess tal-moviment u n-numri tas-siġilli;

(vi)

l-aspetti, ir-reġistri u d-dokumenti verifikati skont il-kontroll meħtieġ taħt il-punt (b) hawn fuq, u talanqas sommarju għal kull ġurnata tal-kwantitajiet ta’ karkassi u laħam tal-majjal li jidħol fl-impjant tar-rendering, id-dati korrispondenti u l-kwantitajiet li jiddewbu.

2.   L-Irlanda għanda tibgħat lill-Kummissjoni:

(a)

kemm jista’ jkun malajr wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, deskrizzjoni tal-arranġamenti implimentati tagħha għall-kontroll u r-rappurtar tal-operazzjonijiet involuti kollha;

(b)

sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2009 rapport dettaljat dwar il-kontrolli mwettqa skont il-paragrafu 1.

Artikolu 5

Miżura ta’ intervent

Il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament għandhom jiġu meqjusa bħala miżuri ta’ intervent biex jirregolaw swieq agrikoli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (4).

Artikolu 6

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mit-13 ta' Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 78.

(3)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


DIRETTIVI

31.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 29/45


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/5/KE

tat-30 ta’ Jannar 2009

li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mal-attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE jinkludi lista inizjali ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (2) kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (3).

(2)

L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2006/22/KE jipprovdi għall-possibbiltà li dak l-Anness jiġi addattat bil-ħsieb li jiġu stabbiliti linji ta' gwida dwar firxa komuni ta’ ksur tar-regolamenti, maqsuma f'kategoriji. L-aktar każijiet serji ta’ ksur għandhom jinkludu dawk li joħolqu riskju serju ta’ mewt jew ta’ feriment personali serju.

(3)

Il-provvediment ta’ aktar linji ta’ gwida għall-kategorizzazzjoni tal-ksur huwa pass importanti sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali għall-impriżi u l-kompetizzjoni aktar ġusta bejn l-impriżi.

(4)

Il-kategorizzazzjoni armonizzata tal-ksur hija mixtieqa wkoll sabiex tipprovdi bażi komuni għas-sistemi li jikklassifikaw ir-riskju li l-Istati Membri għandhom jintroduċu skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/22/KE. Abbażi ta’ dawn il-kategoriji armonizzati, l-inklużjoni ta’ ksur li jitwettaq minn sewwieq jew impriża fi Stati Membri differenti mill-Istat Membru ta’ stabbiliment se tiġi ffaċilitata.

(5)

Bħala regola ġenerali, il-kategorizzazzjoni tal-ksur għandha tiddependi mill-gravità tagħhom u mill-konsegwenzi possibbli għas-sikurezza tat-toroq, kif ukoll mill-kapaċità għall-kontroll tal-konformità tas-sewwieq u tal-impriża mal-leġiżlazzjoni.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KEE huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.

(2)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.


ANNESS

“ANNESS III

Ksur

B’konformità mal-Artikolu 9(3), it-tabella ta’ hawn taħt tinkludi linji ta’ gwida dwar firxa komuni ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, maqsuma f'kategoriji skont il-gravità tagħhom.

1.   Gruppi ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006

Nru

Bażi ġuridika

Tipi ta’ ksur

Livell ta’ serjetà (*)

VSI

SI

MI

A

Ekwipaġġ

 

 

 

A1

Art. 5.1

L-etajiet minimi tas-sewwieqa mhux irrispettati

 

X

 

B

Perjodi ta’ sewqan

 

 

 

B1

Art. 6.1.

Aktar minn 9 sigħat sewqan meta mhux permessa estensjoni għal limitu ta’ 10 sigħat

9 h<…<10 h

 

 

X

B2

10 h<…<11 h

 

X

 

B3

11 h<…

X

 

 

B4

Aktar mil-limitu estiż ta’ 10 sigħat sewqan meta l-estensjoni hija permessa

10 h<…<11 h

 

 

X

B5

11 h<…<12 h

 

X

 

B6

12 h<…

X

 

 

B7

Art. 6.2

Aktar sewqan mil-limitu permess għal ġimgħa

56 h<…<60 h

 

 

X

B8

60 h<…<70 h

 

X

 

B9

70 h<…

X

 

 

B10

Art. 6.3

Ħin totali ta’ sewqan f’2 ġimgħat konsekuttivi ogħla mil-limitu

90 h<…<100 h

 

 

X

B11

100 h<…<112 h 30

 

X

 

B12

112 h 30<…

X

 

 

C

Waqfien għall-mistrieħ

 

 

 

C1

Art. 7

Aktar sewqan mil-limitu permess għal sewqan bla waqfien

4 h 30<…<5 h

 

 

X

C2

5 h<…<6 h

 

X

 

C3

6 h<…

X

 

 

D

Perjodi ta' Serħan

 

 

 

D1

Art. 8.2.

Perjodu insuffiċjenti ta’ serħan ta’ inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta’ serħan ta’ kuljum

10 h<…<11 h

 

 

X

D2

8 h 30<…<10 h

 

X

 

D3

…<8 h 30

X

 

 

D4

Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta’ serħan ta’ kuljum inqas minn 9 sigħat meta permess tnaqqis

8 h<…<9 h

 

 

X

D5

7 h<…<8 h

 

X

 

D6

…<7 h

X

 

 

D7

Perjodu maqsum insuffiċjenti ta’ serħan ta’ kuljum ta’ inqas minn 3h+9h

3h+[8h<…<9h]

 

 

X

D8

3h+[7h<…<8h]

 

X

 

D9

3h+[…<7h]

X

 

 

D10

Art. 8.5

Perjodu insuffiċjenti ta’ serħan ta’ kuljum ta’ inqas minn 9 sigħat għal vettura b’aktar minn sewwieq wieħed

8 h<…<9 h

 

 

X

D11

7 h<…<8 h

 

X

 

D12

…<7 h

X

 

 

D13

Art. 8.6

Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta’ serħan fil-ġimgħa inqas minn 24 siegħa

22 h<…<24 h

 

 

X

D14

20 h<…<22 h

 

X

 

D15

…<20 h

X

 

 

D16

Perjodu insuffiċjenti ta’ serħan fil-ġimgħa inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta’ serħan fil-ġimgħa

42 h<…<45 h

 

 

X

D17

36 h<…<42 h

 

X

 

D18

…<36 h

X

 

 

E

Tipi ta’ ħlas

 

 

 

E1

Art. 10.1

Relazzjoni bejn il-paga u d-distanza misjuqa jew l-ammont ta’ oġġetti trasportati

X

 

 


2.   Gruppi ta’ ksur tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85

Nru

Bażi ġuridika

Tipi ta’ ksur

Livell ta’ serjetà (**)

VSI

SI

MI

F

Installazzjoni ta’ tagħmir tar-reġistrazzjoni

 

 

 

F1

Art. 3.1

Ebda tagħmir tar-reġistrazzjoni approvat mhu installat jew użat

X

 

 

G

Użu ta’ tagħmir tar-reġistrazzjoni, karta tas-sewwieq jew folja ta’ reġistrazzjoni

 

 

 

G1

Art. 13

Tagħmir tar-reġistrazzjoni ma jaħdimx sew (pereżempju: tagħmir tar-reġistrazzjoni li mhux spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat kif xieraq).

X

 

 

G2

Tagħmir tar-reġistrazzjoni użat ħażin (mingħajr l-użu ta’ karta tas-sewwieq valida, abbuż volontarju, …)

X

 

 

G3

Art. 14.1

Għadd insuffiċjenti ta’ folji ta’ reġistrazzjoni fil-vettura

 

X

 

G4

Mudell mhux approvat tal-folja ta’ reġistrazzjoni

 

X

 

G5

Għadd insuffiċjenti ta’ karti għal karti stampati (printouts) fil-vettura

 

 

X

G6

Art. 14.2

L-impriża ma żżommx folji ta' reġistrazzjoni, karti stampati u dejta li titniżżel

X

 

 

G7

Art. 14.4

Is-sewwieq għandu aktar minn karta tas-sewwieq waħda li huma validi

X

 

 

G8

Art. 14.4

Tintuża karta tas-sewwieq li mhix il-karta valida tal-istess sewwieq

X

 

 

G9

Art. 14.4

Tintuża karta tas-sewwieq difettuża jew skaduta

X

 

 

G10

Art. 14.5

Id-dejta rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas 365 ġurnata

X

 

 

G11

Art. 15.1

Jintużaw folji ta’ reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieq maħmuġin jew imħassrin u dejta leġibbli

 

 

X

G12

Jintużaw folji ta’ reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieq maħmuġin jew mħassrin u dejta mhux leġibbli

X

 

 

G13

Ma tintalabx sostituzzjoni tal-karta tas-sewwieq fi żmien 7 ijiem kalendarji minn meta jiġrilha ħsara, tiffunzjona ħażin, tintilef jew tinsteraq

 

X

 

G14

Art. 15.2

Il-folji ta’ reġistrazzjoni/il-karti tas-sewwieqa jintużaw ħażin

X

 

 

G15

Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-dejta rilevanti

X

 

 

G16

Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew karta tas-sewwieq li ma jħallix impatt fuq id-dejta rreġistrata

 

 

X

G17

Tintuża folja ta’ reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat, iżda ma tintilef ebda dejta

 

 

X

G18

Tintuża folja ta’ reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat u tintilef xi dejta

X

 

 

G19

Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ

X

 

 

G20

Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed)

X

 

 

G21

Art. 15.3

Il-ħin irreġistrat fuq il-folja ma jaqbilx mal-ħin uffiċjali tal-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-vettura

 

X

 

G22

Il-mekkaniżmu ta’ kommutazzjoni jintuża ħażin

X

 

 

H

L-informazzjoni li tingħata

 

 

 

H1

Art. 15.5

Il-kunjom ma jidherx fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni

X

 

 

H2

L-isem ma jidherx fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni

X

 

 

H3

Id-data tal-bidu jew tmiem għall-użu tal-folja ma jidherx

 

X

 

H4

Il-post tal-bidu jew tmiem għall-użu tal-folja ma jidherx

 

 

X

H5

In-numru ta’ reġistrazzjoni ma jidherx fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni

 

 

X

H6

Il-qari tal-kilometraġġ (tal-bidu) ta’ fuq l-arloġġ (odometru) ma jidherx fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni

 

X

 

H7

Il-qari tal-kilometraġġ (tat-tmiem) ta’ fuq l-odometru ma jidherx fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni

 

 

X

H8

Il-ħin tal-bdil tal-vettura ma jidherx fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni

 

 

X

H9

Art. 15.5 a

Is-simbolu tal-pajjiż ma jidherx fuq it-tagħmir tar-reġistrazzjoni

 

 

X

I

Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni

 

 

 

I1

Art. 15.7

Rifjut li ssir verifika

X

 

 

I2

Art. 15.7

Mhux possibbli li jiġu ppreżentati r-reġistrazzjonijiet ta’ dakinhar

X

 

 

I3

Mhux possibbli li jiġu ppreżentati r-reġistrazzjonijiet tal-aħħar 28 jum

X

 

 

I4

Mhux possibbli li jiġu ppreżentati r-reġistrazzjonijiet tal-karta tas-sewwieq, meta x-xufier ikollu waħda

X

 

 

I5

Mhux possibbli li jiġu ppreżentati r-reġistrazzjonijiet manwali u l-karti stampati matul dik il-ġimgħa u tul l-aħħar 28 jum

X

 

 

I6

Mhux possibbli li tiġi ppreżentata l-karta tas-sewwieq

X

 

 

I7

Mhux possibbli li jiġu ppreżentati l-karti stampati matul dik il-ġimgħa u tul l-aħħar 28 jum

X

 

 

J

Frodi

 

 

 

J1

Art. 15.8

Falsifikazzjoni, ħabi jew qerda ta’ dejta rreġistrata fuq folji ta’ reġistrazzjoni, maħżuna f’tagħmir tar-reġistrazzjoni jew fuq il-karta tas-sewwieq jew il-karti stampati mit-tagħmir tar-reġistrazzjoni.

X

 

 

J2

Manipulazzjoni tat-tagħmir tar-reġistrazzjoni, l-folja ta’ reġistrazzjoni jew il-karta tas-sewwieq li tista’ twassal biex id-dejta u/jew l-informazzjoni ta’ fuq il-karti stampati jiġu ffalsifikati

X

 

 

J3

Fil-vettura jkun hemm apparat li jista’ jintuża għall-falsifikazzjoni tad-dejta u/jew tal-informazzjoni ta’ fuq il-karti stampati (swiċċ/wajer …)

X

 

 

K

Ħsara

 

 

 

K1

Art. 16.1

Mhux imsewwija minn persuna tas-sengħa jew minn ġaraxx tat-tiswija approvati

X

 

 

K2

Mhux imsewwija waqt il-vjaġġ

 

X

 

L

Input manwali fuq il-karti stampati

 

 

 

L1

Art. 16.2

Is-sewwieq ma jagħtix l-informazzjoni kollha għal dawk il-perjodi ta’ ħin li matulhom ma jsirux reġistrazzjonijiet waqt li t-tagħmir tar-reġistrazzjoni ma jkunx jista’ jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin

X

 

 

L2

In-numru tal-karta tas-sewwieq u/jew l-isem u/jew in-numru tal-liċenzja tas-sewqan ma jidhrux fuq il-folja proviżorja

X

 

 

L3

Il-folja proviżorja mhix iffirmata

 

X

 

L4

Art. 16.3

It-telf jew is-serq tal-karta tas-sewwieq ma jiġix iddikkjarat b’mod formali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn dan iseħħ

X

 

 


(*)  VSI = Ksur serju ħafna/SI = Ksur serju/MI = Ksur inqas serju

(**)  VSI = Ksur serju ħafna/SI = Ksur serju/MI = Ksur inqas serju”


REGOLI INTERNI U TA' PROĊEDURA

Qorti tal-Ġustizzja

31.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 29/51


EMENDI GĦALL-ISTRUZZJONIJIET PRATTIĊI

dwar rikorsi diretti u appelli

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li rat l-Artikolu 125a tar-Regoli tal-Proċedura,

Wara li kkunsidrat dan li ġej:

(1)

Bil-għan li s-seduti għat-trattazzjoni jkunu kemm jista’ jkun utli, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tagħmel xi tibdiliet għall-organizzazzjoni u għall-iżvolġiment tagħhom.

(2)

Fl-ewwel lok, għandha tiġi ġġeneralizzata prassi eżistenti li tikkonsisti, b’mod partikolari, fl-istedina tal-partijiet, meta jissejħu għas-seduta, sabiex iwieġbu ċerti mistoqsijiet, jieħdu pożizzjoni fuq punti speċifiċi waqt it-trattazzjoni tagħhom jew jiffukaw it-trattazzjoni fuq ċerti aspetti tal-kawża li jidhru li jkunu partikolarment importanti għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(3)

Fit-tieni lok, fl-iżvolġiment tas-seduta, għandu jingħata iżjed ħin u importanza lill-iskambji ta’ mistoqsijiet u tweġibiet bejn il-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-persuni li jittrattaw, u għaldaqstant il-ħin għat-trattazzjonijiet infushom jista’ jiġi ffissat għal għoxrin minuta kull parti għas-seduti quddiem il-Qorti Plenarja, l-Awla Manja u l-Awli b’ħames Imħallfin u għal ħmistax-il minuta quddiem l-Awli bi tliet Imħallfin.

(4)

Għaldaqstant għandhom jiġu adattati l-istruzzjonijiet prattiċi u għandhom jiġu aġġornati ċerti indirizzi elettroniċi li jinsabu fihom,

TADOTTA L-EMENDI SEGWENTI GĦALL-ISTRUZZJONIJIET PRATTIĊI TAL-15 TA’ OTTUBRU 2004 (1):

1.

Fit-tieni inċiż tal-punt 1, l-indirizz ecj.registry@curia.eu.int għandu jiġi ssostitwit bl-indirizz “ecj.registry@curia.europa.eu”.

2.

Il-punti 49 sa 51 għandhom jiġu ssostitwiti bit-test segwenti:

“(49)

Is-sejħa għas-seduta għat-trattazzjoni tinforma lill-partijiet b’eventwali miżuri ta’ organizzazzjoni tas-seduta adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn il-miżuri jistgħu b’mod partikolari jikkonsistu fl-istedina tal-partijiet sabiex iwieġbu ċerti mistoqsijiet waqt is-seduta, jieħdu pożizzjoni fuq punti speċifiċi waqt is-seduta, jiffukaw it-trattazzjoni tagħhom fuq ċerti aspetti tal-kawża jew fuq punti partikolari jew fl-istedina tal-partijiet li jkunu qed jiddefendu l-istess pożizzjoni sabiex jikkoordinaw ruħhom għall-finijiet tas-seduta.

Qabel ma tibda s-seduta, l-aġenti jew l-avukati jiġu mistiedna għal laqgħa qasira mal-kulleġġ ġudikanti dwar l-organizzazzjoni tas-seduta. F’din l-okkażjoni, l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali jistgħu jispeċifikaw il-punti li jkunu jixtiequ b’mod partikolari li jiġu żviluppati matul it-trattazzjoni.

(50)

Bħala regola ġenerali seduta tinqasam fi tliet partijiet: it-trattazzjonijiet, il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u r-repliki.

Fid-dawl tal-għarfien li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà għandha tal-atti ppreżentati matul il-proċedura bil-miktub, it-trattazzjonijiet għandhom l-għan li jitfgħu dawl jew jidħlu iktar fid-dettall fuq il-punti li l-persuna li tittratta tqis li huma partikolarment importanti għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. It-trattazzjonijiet għandhom jevitaw ripetizzjoni ta’ dak li diġà ntqal matul il-proċedura bil-miktub. Referenza mill-ġdid għall-kuntest fattwali u ġuridiku tal-kawża hija normalment superfluwa.

Huwa rakkomandat li t-trattazzjoni tibda b’indikazzjoni tal-ordni li jkun ser jiġi segwit.

It-tweġibiet għall-eventwali mistoqsijiet magħmula minn qabel mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jitwieġbu waqt is-seduta għandhom jingħataw waqt it-trattazzjoni.

Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tistieden lill-parteċipanti għas-seduta jiffukaw it-trattazzjoni tagħhom fuq xi punti speċifiċi, il-persuni li jittrattaw m’għandhomx jittrattaw aspetti oħra tal-kawża, sakemm ma jqisux li dawn għandhom importanza partikolari għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Sa fejn huwa possibbli, il-persuni li jittrattaw li jsostnu pożizzjonijiet simili għandhom jevitaw li jesponu mill-ġdid l-argumenti diġà ppreżentati matul l-istess seduta.

F’dak li jirrigwarda t-tul tat-trattazzjonijiet, ara l-punt 51 iktar ’l isfel.

Il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom normalment l-għan li jippermettu lill-persuni li jittrattaw, fid-dawl kemm tat-trattazzjoni tagħhom kif ukoll tal-atti ppreżentati matul il-proċedura bil-miktub, li jikkjarifikaw ċerti punti jew jidħlu iktar fid-dettall fihom.

Ir-repliki għandhom l-għan li jippermettu lill-persuni li jittrattaw jirreaġixxu fil-qosor, u biss jekk iqisu li huwa neċessarju, għall-osservazzjonijiet ifformulati matul is-seduta. Replika għandha sservi biss ta’ tweġiba għal dawn l-osservazzjonijiet u ma tistax toħroġ ’il barra minn dan il-kuntest.

(51)

Il-ħin massimu għat-trattazzjonijiet huwa limitat għal għoxrin minuta għas-seduti quddiem il-Qorti Plenarja, l-Awla Manja u Awla b’ħames Imħallfin u għal ħmistax-il minuta quddiem Awla bi tliet Imħallfin. Il-ħin għat-trattazzjoni ta’ parti intervenjenti huwa limitat għal ħmistax-il minuta quddiem il-kulleġġi ġudikanti kollha.

Jista’ jingħata iktar ħin għat-trattazzjoni, eċċezzjonalment, fuq talba motivata fid-dettall. Tali talba għandha tasal il-Qorti tal-Ġustizzja mhux iktar tard minn ġimagħtejn qabel id-data tas-seduta.

Is-sejħa għas-seduta tistieden lill-aġenti u lill-avukati sabiex jinformaw lir-Reġistru dwar kemm jaħsbu li ser ittul it-trattazzjoni tagħhom. L-informazzjoni mogħtija sservi sabiex jiġi organizzat ix-xogħol tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-ħin għat-trattazzjoni indikat ma jkunx jista’ jinqabeż.”

3.

Fit-tieni paragrafu tal-punt 52, wara l-kliem: “fax (352) 43 03 36 97”, għandu jiżdied il-kliem: “jew posta elettronika: interpret@curia.europa.eu”.

L-emenda li għaliha jirreferi l-punt 2 għandha tkun applikabbli għas-seduti msejħa mill-1 ta’ Frar 2009.

Adottat fil-Lussemburgu, 27 ta’ Jannar 2009.


(1)  ĠU L 361, 8.12.2004, p. 15.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

31.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 29/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Jannar 2009

li temenda r-Regolament (KE) Nru 752/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-Iskema tal-IMO ta’ Numru tal-Identifikazzjoni Uniku għall-Kumpaniji u s-Sidien Irreġistrati

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 148)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/83/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 adotta miżuri adegwati fil-qasam tal-politika tat-trasport marittimu li jistabbilixxu standards konġunti għall-interpretazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ fi ħdan il-Komuintà tal-emendi għall-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà [Sikurezza] tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (il-Konvenzjoni SOLAS) u l-Kodiċi Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Bastimenti u l-Faċilitajiet tal-Portijiet (il-Kodiċi ISPS) adottati mill-Konferenza Diplomatika tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) fit-12 ta’ Diċembru 2002.

(2)

Ir-rekwiżiti li jsawru l-Parti A tal-Kodiċi ISPS, li kienu saru obbligatorji skont il-Kapitolu XI-2 tal-Anness għall-Konvenzjoni SOLAS, kienu mehmuża bħala l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 725/2004.

(3)

Fl-20 ta’ Mejju 2005, l-IMO adottat ir-Riżoluzzjoni MSC 196(80) li temenda l-Kodiċi ISPS fir-rigward tar-rekwiżiti obbligatorji dwar id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI-2 tal-Anness għall-Konvenzjoni SOLAS, li jsawru l-Parti A ta’ dak il-Kodiċi. Għaldaqstant, il-verżjoni aġġornata tal-istrumenti internazzjonali applikabbli msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 għandha tinkludi l-emendi għall-Kodiċi ISPS.

(4)

L-emendi għall-Kodiċi ISPS huma adottati mill-IMO bħala miżura biex ittejjeb is-sikurezza marittima u l-protezzjoni tal-ambjent, kif ukoll biex tiffaċilita l-prevenzjoni tal-frodi marittima. Il-proċedura għall-kontroll tal-konformità stabbilita bl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 ma għandhiex tapplika fir-rigward ta’ bastimenti li joperaw servizzi domestiċi u tal-faċilitajiet tal-port li jaqduhom, minħabba li l-emendi għall-Kodiċi ISPS magħmula bir-Riżoluzzjoni MSC 196(80) jikkostitwixxu aġġornament tekniku tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ISPS.

(5)

Din il-proċedura għall-kontroll tal-konformità lanqas ma għandha tapplika għat-tbaħħir internazzjonali, ġaladarba, abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, m’hemmx riskju li emenda tali tbaxxi l-istandard tas-sikurezza marittima jew tkun inkompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Barra minn hekk, l-ebda Stat Membru ma talab lill-Kumissjoni biex tvara din il-proċedura, u l-Istati Membri lanqas ma esprimew xi nuqqas ta’ qbil dwar li l-emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Parti A tal-Kodiċi ISPS jiddaħħlu fl-istrumenti legali tal-Komunità safejn jirrigwardaw it-traffiku marittimu.

(6)

L-Istati Membri kkonċernati vvutaw bl-unanimità/maġġoranza kwalifikata (2) favur l-integrazzjoni tal-aġġornament tekniku tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ISPS rigward il-bastimenti fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 u rigward il-kumpaniji tagħhom fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 725/2004.

(7)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 725/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 725/2004 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Fir-rigward tat-trasport bil-baħar internazzjonali skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, l-Istati Membri għandhom japplikaw bis-sħiħ, sal-1 ta’ Jannar 2009, l-emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 1 u l-Appendiċi 2 għall-Parti A tal-Anness għall-Kodiċi ISPS kif adottati fl-20 ta’ Mejju 2005 bir-Riżoluzzjoni MSC 196(80) tal-IMO.

Artikolu 3

Fir-rigward tat-trasport domestiku bil-baħar kif definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, l-Istati Membri għandhom japplikaw bis-sħiħ, sal-1 ta’ Jannar 2009, l-emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 1 u l-Appendiċi 2 għall-Parti A tal-Anness għall-Kodiċi ISPS kif adottati fl-20 ta’ Mejju 2005 bir-Riżoluzzjoni MSC 196(80) tal-IMO.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.

(2)  Skont l-eżitu tal-vot.


ANNESS

L-Appendiċi għall-Parti A tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 725/2004 hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Appendiċi 1, “Ċertifikat Internazzjonali tas-Sigurtà tal-Vapuri”, wara l-entrata eżistenti “L-isem u l-indirizz tal-Kumpanija”, għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“Numru ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija”

2.

Fl-Appendiċi 2, “Ċertifikat Internazzjonali Proviżorju tas-Sigurtà tal-Vapuri”, wara l-entrata eżistenti “L-isem u l-indirizz tal-Kumpanija”, għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“Numru ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija”.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

31.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 29/55


DEĊIŻJONI Nru 1/2009 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KE U L-ISVIZZERA

tal-14 ta' Jannar 2009

li jibdel it-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll Nru 2

(2009/84/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, kif emendat mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, li jemenda l-Ftehim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll Nru 2 tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, il-prezzijiet ta’ referenza interna huma stabbiliti għall-Partijiet Kontraenti mill-Kumitat Konġunt.

(2)

Il-prezzijiet proprji nbidlu fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materja prima li għalihom huma applikati miżuri ta’ kumpens tal-prezzijiet.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-prezzijiet u l-ammonti ta’ referenza elenkati fit-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll Nru 2 ikunu aġġornati skont dan.

(4)

Minħabba li l-volatilità tas-swieq hija mistennija tkompli, il-partijiet se jiskambjaw it-tagħrif tal-prezz domestiku fuq bażi bimensili u jekk jibdew jidhru differenzi sostanzjali tista’ ssegwi emenda għal din id-Deċiżjoni

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll Nru 2 huma mibdula bit-tabelli fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kumitat Konġunt

Alan SEATTER

Il-President


ANNESS I

“TABELLA III

Prezzijiet domestiċi ta’ referenza Żvizzeri u tal-KE

Materja prima Agrikola

Prezz ta’ referenza domestiku Żvizzeru

CHF għal kull 100 kg nett

Prezz ta’ referenza domestiku tal-KE

CHF għal kull 100 kg nett

L-Artikolu 4(1)

Applikat fin-naħa Żvizzera

Differenza prezz ta’ referenza Żvizzeru/KE

CHF għal kull 100 kg nett

L-Artikolu 3(3)

Applikat fin-naħa tal-KE

Differenza fil-prezz ta’ referenza Żvizzeru/KE

EUR għal kull 100 kg nett

Qamħ komuni

59,11

25,74

33,35

0,00

Qamħ durum

52,93

51,73

1,20

0,00

Segala

53,63

21,70

31,95

0,00

Xgħir

27,21

27,21

Qamħirrun

23,31

23,31

Dqiq tal-qamħ komuni

111,26

46,02

65,25

0,00

Trab tal-ħalib mhux proċessat

678,50

386,70

291,80

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

555,19

321,37

233,80

0,00

Butir

1 005,04

397,76

607,30

0,00

Zokkor abjad

Bajd (1)

212,80

174,80

38,00

0,00

Patata friska

42,00

23,80

18,20

0,00

Xaħam veġetali (2)

381,00

160,00

221,00

0,00


(1)  Idderivati mill-prezzijiet għall-bajd likwidu tal-għasafar, mhux fil-qoxra, immultiplikat b’fattur ta’ 0,85.

(2)  Prezzijiet għal xaħmijiet veġetali (għall-industrija tal-ħami u tal-ikel) b’kontenut ta’ xaħam ta’ 100 %.”


ANNESS II

“TABELLA IV

b)

L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjus għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

Materja prima agrikola

Applikati fin-naħa Żvizzera Art 3(2)

Ammont bażiku applikat

CHF għal kull 100 kg nett

Applikati fin-naħa tal-KE Art 4(2)

Ammont bażiku applikat

EUR għal kull 100 kg nett

Qamħ komuni

28,00

0,00

Qamħ durum

1,00

0,00

Segala

27,00

0,00

Xgħir

Qamħirrun

Dqiq tal-qamħ komuni

55,00

0,00

Trab tal-ħalib mhux proċessat

248,00

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

199,00

0,00

Butir

516,00

0,00

Zokkor abjad

Bajd

32,00

0,00

Patata friska

15,00

0,00

Xaħam veġetali

188,00

0,00 ”


31.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 29/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.