|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
* |
|
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kunsill |
|
|
|
|
2009/75/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2009/76/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2009/77/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli ( 1 ) |
|
|
|
|
2009/78/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej ( 1 ) |
|
|
|
|
2009/79/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ( 1 ) |
|
|
|
IV Atti oħrajn |
|
|
|
|
SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW |
|
|
|
|
Kumitat Konġunt taż-ŻEE |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 85/2009
tad-19 ta’ Jannar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 161,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Billi:
|
(1) |
Il-kriżi bla preċedent li qed tolqot is-swieq finanzjarji internazzjonali ħolqot sfidi kbar għall-Komunità, li titlob rispons rapidu biex tilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija in ġenerali, u b’mod partikolari biex issostni l-investimenti sabiex jiġu promossi it-tkabbir u l-impjiegi. |
|
(2) |
Il-qafas regolatorju tal-perijodu ta’ programmar 2007-2013 ġie adottat bil-għan li tinkiseb aktar simplifikazzjoni fl-ipprogrammar u l-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, l-effikaċja u s-sussidjarjetà tagħhom fit-termini tal-implimentazzjoni tagħhom. |
|
(3) |
L-adattament ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (1) huwa meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-immobilizzar tal-fondi Komunitarji sabiex jingħata bidu għall-programmi operattivi kif ukoll għall-proġetti megħjuna fil-qafas ta’ dawn il-programmi, b’mod li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tagħhom u għalhekk l-impatt tal-investimenti fuq l-ekonomija. |
|
(4) |
Jeħtieġ li tissaħħaħ il-possibbiltà għall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) li jgħinu lill-Istati Membri għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi. |
|
(5) |
B’kont meħud tal-istatus tal-BEI u l-FEI bħala entitajiet finanzjarji rikonoxxuti mit-Trattat, meta jiġu organizzati operazzjonijiet ta’ inġinerija finanzjarja li jinvolvuhom bħala fondi ta’ investiment, għandu jkun possibli li jingħatalhom kuntratt direttament. |
|
(6) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ strumenti ta’ inġinerija finanzjarja, b’mod partikolari fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli, jeħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà ta’ kontribuzzjonijiet in natura meqjusa bħala nefqa eliġibbli fil-kostituzzjoni ta’, jew kontribuzzjonijiet lejn, il-fondi. |
|
(7) |
Biex jingħata appoġġ lill-impriżi, u b’mod partikolari l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, jeħtieġ ukoll aktar flessibilità fil-kondizzjonijiet li jirregolaw il-pagamenti bil-quddiem fil-qafas tal-għajnuniet tal-Istat skont l-Artikolu 87 tat-Trattat. |
|
(8) |
Sabiex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-proġetti maġġuri, jeħtieġ li l-ispejjeż relatati mal-proġetti maġġuri li għadhom ma ġewx adottati mill-Kummissjoni, ikunu jistgħu jiġu inklużi fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa. |
|
(9) |
Biex jissaħħu r-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u b’hekk ikun iffaċilitat bidu rapidu tal-programmi operattivi f’kuntest ta’ kriżi, jeħtieġ li jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rigwar il-finanzjament bil-quddiem. |
|
(10) |
Il-pagament tal-ħlas akkont fil-bidu tal-programmi operattivi għandu jkun kapaċi jiggarantixxi dħul u ħruġ ta’ flus regolari u jiffaċilita l-pagamenti għall-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti xi dispożizzjonijiet għall-pagament tal-kontijiet għall-Fondi strutturali: 7,5 % (għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea hekk kif kienet ikkostitwita qabel l-1 ta’ Mejju 2004) u 9 % (għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara) sabiex jikkontribwixxu biex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi. |
|
(11) |
Skont il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali, l-emendi relatati mal-Artikoli 56(2) u 78(1) għandhom japplikaw matul il-perjodu ta’ programmar 2007-2013 kollu. Għalhekk, l-applikazzjoni retroattiva hija neċessarja mill-1 ta’ Awwissu 2006, id-data li fiha daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006. Billi l-kriżi bla preċedent li qed taffettwa is-swieq finanzjarji internazzjonali teħtieġ rispons rapidu biex tilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija in ġenerali, emendi oħrajn għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 44, it-tieni subparagrafu għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 46(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Il-BEI jew l-FEI jistgħu, fuq talba tal-Istati Membri, jipparteċipaw fl-azzjonijiet ta’ għajnuna teknika msemmija fl-ewwel subparagrafu.”; |
|
(3) |
L-Artikolu 56(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet in natura, l-ispejjeż ta’ deprezzament u n-nefqa ġenerali, jistgħu jiġu ttrattati bħala spejjeż imħallsa mill-benefiċjarji għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet, fil-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. B’ deroga mill-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet in natura, fil-każ ta’ strumenti tal-inġinerija finanzjarja u għall-finijiet tal-Artikolu 78(6)(1), jistgħu jiġu pproċessati bħala nefqa għall-kostituzzjoni tal-fondi jew fondi ta’ titoli jew għall-kontribuzzjoni ta’ dawn, fil-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-ispejjeż imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(4) |
L-Artikolu 78 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madanakollu, l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 1(4) il-punt (a), għandhom japplikaw mill-1 ta’ Awwissu 2006.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GANDALOVIČ
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 86/2009
tat-28 ta’ Jannar 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
JO |
78,3 |
|
MA |
48,5 |
|
|
TN |
134,4 |
|
|
TR |
97,0 |
|
|
ZZ |
89,6 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
167,2 |
|
MA |
116,0 |
|
|
TR |
131,2 |
|
|
ZZ |
138,1 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
146,2 |
|
TR |
112,5 |
|
|
ZZ |
129,4 |
|
|
0709 90 80 |
EG |
82,9 |
|
ZZ |
82,9 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
50,5 |
|
IL |
62,4 |
|
|
MA |
63,7 |
|
|
TN |
43,2 |
|
|
TR |
55,0 |
|
|
ZZ |
55,0 |
|
|
0805 20 10 |
IL |
144,6 |
|
MA |
85,8 |
|
|
TR |
54,0 |
|
|
ZZ |
94,8 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
66,3 |
|
EG |
88,5 |
|
|
IL |
74,9 |
|
|
JM |
93,7 |
|
|
PK |
46,6 |
|
|
TR |
61,0 |
|
|
ZZ |
71,8 |
|
|
0805 50 10 |
EG |
48,1 |
|
MA |
67,1 |
|
|
TR |
62,8 |
|
|
ZZ |
59,3 |
|
|
0808 10 80 |
CA |
84,9 |
|
CN |
65,1 |
|
|
MK |
32,6 |
|
|
US |
101,9 |
|
|
ZZ |
71,1 |
|
|
0808 20 50 |
CL |
115,7 |
|
CN |
34,8 |
|
|
TR |
40,0 |
|
|
US |
110,3 |
|
|
ZA |
119,5 |
|
|
ZZ |
84,1 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 87/2009
tat-28 ta’ Jannar 2009
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Jannar 2009 bir-Regolament (KE) Nru 327/98
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' 10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 fetaħ u ddefinixxa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX għar-Regolament imsemmi. |
|
(2) |
Is-subperjodu tax-xaħar ta' Jannar huwa l-ewwel subperjodu għall-kwoti provduti fil-punti a), b), c) u d) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98. |
|
(3) |
Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 8 a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4148 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Jannar 2009, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jinvolvu kwantità li taqbeż dik disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwota/i kkonċernata/i. |
|
(4) |
Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Jannar 2009, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jinvolvu kwantità li ma taqbiżx [jew hija daqs] dik disponibbli. |
|
(5) |
Għaldaqstant jeħtieġ li, għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4148 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, jiġu definiti l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4148 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol ta' Jannar 2009, għandhom jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, mqassma skont il-koeffiċjent/i ta' allokazzjoni stabbilit(i) fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti koperti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4148 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 i msemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98, għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu tax-xahar ta' Jannar 2009 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98
a) Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
|
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2009 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' April 2009 (kg) |
|
L-Istati Uniti ta' l-Amerika |
09.4127 |
— (2) |
22 545 000 |
|
It-Tajlandja |
09.4128 |
— (2) |
8 738 852 |
|
L-Awstralja |
09.4129 |
— (3) |
1 019 000 |
|
Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor |
09.4130 |
— (3) |
1 805 000 |
b) Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
|
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2009 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' April 2009 (kg) |
|
Il-pajjiżi kollha |
09.4148 |
1,690006 % |
0 |
c) Kwota ta' ross miksur, kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 , provduta bl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
|
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2009 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2009 (kg) |
|
It-Tajlandja |
09.4149 |
— (2) |
31 370 790 |
|
L-Awstralja |
09.4150 |
— (1) |
16 000 000 |
|
Il-Gujana |
09.4152 |
— (1) |
11 000 000 |
|
L-Istati Uniti ta' l-Amerika |
09.4153 |
— (2) |
6 215 000 |
|
Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor |
09.4154 |
1,449194 % |
6 000 010 |
d) Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
|
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2009 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2009 (kg) |
|
It-Tajlandja |
09.4112 |
1,298370 % |
0 |
|
L-Istati Uniti ta' l-Amerika |
09.4116 |
2,081253 % |
0 |
|
L-Indja |
09.4117 |
1,315789 % |
0 |
|
Il-Pakistan |
09.4118 |
1,072615 % |
0 |
|
Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor |
09.4119 |
1,092084 % |
0 |
|
Il-pajjiżi kollha |
09.4166 |
1,002539 % |
17 011 012 |
(1) L-ebda applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja
(2) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa
(3) L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 88/2009
tat-28 ta’ Jannar 2009
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tad-19 sa tat-23 ta’ Jannar 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn tad-19 sa tat-23 ta’ Jannar 2009 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numru tas-serje 09.4332 (2008-2009). |
|
(2) |
F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa minn tad-19 sa tat-23 ta’ Jannar 2009 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja
Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2008/09
|
Nru tas-serje |
Pajjiż |
% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009 |
Limitu |
|
09.4331 |
Il-Barbados |
100 |
|
|
09.4332 |
Il-Beliż |
100 |
Intlaħqu |
|
09.4333 |
Il-Kosta tal-Avorju |
100 |
|
|
09.4334 |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
100 |
|
|
09.4335 |
Il-Fiġi |
100 |
|
|
09.4336 |
Il-Ġeorġja |
100 |
|
|
09.4337 |
L-Indja |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4338 |
Il-Ġamajka |
100 |
|
|
09.4339 |
Il-Kenja |
100 |
|
|
09.4340 |
Il-Madagaskar |
100 |
|
|
09.4341 |
Il-Malawi |
100 |
|
|
09.4342 |
Il-Mawrizju |
100 |
|
|
09.4343 |
Il-Możambik |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4344 |
Saint Kitts u Nevis |
— |
|
|
09.4345 |
Is-Surinam |
— |
|
|
09.4346 |
Is-Sważiland |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4347 |
It-Tanzanija |
100 |
|
|
09.4348 |
Trinidad u Tobago |
100 |
|
|
09.4349 |
L-Uganda |
— |
|
|
09.4350 |
Iż-Żambja |
100 |
|
|
09.4351 |
Iż-Żimbabwe |
100 |
|
Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja
Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq Lulju-Settembru 2009
|
Nru tas-serje |
Pajjiż |
% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009 |
Limitu |
|
09.4331 |
Il-Barbados |
— |
|
|
09.4332 |
Il-Beliż |
— |
|
|
09.4333 |
Il-Kosta tal-Avorju |
— |
|
|
09.4334 |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
— |
|
|
09.4335 |
Il-Fiġi |
— |
|
|
09.4336 |
Il-Ġeorġja |
— |
|
|
09.4337 |
L-Indja |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4338 |
Il-Ġamajka |
— |
|
|
09.4339 |
Il-Kenja |
— |
|
|
09.4340 |
Il-Madagaskar |
— |
|
|
09.4341 |
Il-Malawi |
— |
|
|
09.4342 |
Il-Mawrizju |
— |
|
|
09.4343 |
Il-Możambik |
100 |
|
|
09.4344 |
Saint Kitts u Nevis |
— |
|
|
09.4345 |
Is-Surinam |
— |
|
|
09.4346 |
Is-Sważiland |
100 |
|
|
09.4347 |
It-Tanzanija |
— |
|
|
09.4348 |
Trinidad u Tobago |
— |
|
|
09.4349 |
L-Uganda |
— |
|
|
09.4350 |
Iż-Żambja |
— |
|
|
09.4351 |
Iż-Żimbabwe |
— |
|
Zokkor kumplementari
Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2008/09
|
Nru tas-serje |
Pajjiż |
% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009 |
Limitu |
|
09.4315 |
L-Indja |
— |
|
|
09.4316 |
Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP |
— |
|
Zokkor konċessjonijiet CXL
Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2008/2009
|
Nru tas-serje |
Pajjiż |
% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009 |
Limitu |
|
09.4317 |
L-Awstralja |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4318 |
Il-Brażil |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4319 |
Kuba |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4320 |
Pajjiżi terzi oħra |
0 |
Intlaħqu |
Zokkor Balkani
Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2008/2009
|
Nru tas-serje |
Pajjiż |
% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009 |
Limitu |
|
09.4324 |
L-Albanija |
100 |
|
|
09.4325 |
Il-Bożnja u Ħerzegovina |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4326 |
Is-Serbja u l-Kosovo (*1) |
100 |
|
|
09.4327 |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
100 |
|
|
09.4328 |
Il-Kroazja |
100 |
|
Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali
Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2008/2009
|
Nru tas-serje |
Tip |
% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009 |
Limitu |
|
09.4380 |
Eċċezzjonali |
— |
|
|
09.4390 |
Industrijali |
100 |
|
Zokkor APE supplimentari
Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2008/2009
|
Nru tas-serje |
Pajjiż |
% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009 |
Limitu |
|
09.4431 |
Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, Iż-Żambja, iż-Żimbabwe |
100 |
|
|
09.4432 |
Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda |
100 |
|
|
09.4433 |
Is-Sważiland |
100 |
|
|
09.4434 |
Il-Możambik |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4435 |
Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4436 |
Ir-Repubblika Dominikana |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4437 |
Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida |
100 |
|
L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007
Is-sena tas-suq 2008/2009
|
Nru tas-serje |
Tip |
% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009 |
Limitu |
|
09.4365 |
Il-Bulgarija |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4366 |
Ir-Rumanija |
100 |
|
(*1) Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 89/2009
tat-28 ta' Jannar 2009
li jiftaħ għas-sena 2009 il-kwota tariffarja applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għall-ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (3), minn naħa, u l-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE (4), jiddeterminaw l-arranġamenti tan-negozju għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati bejn il-Partijiet Kontraenti. |
|
(2) |
Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat mid-Deċiżjoni 138/2004 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (5), jistipula dazju ta' rata żero li huwa applikabbli għal ċerti tipi ta' ilma miżjuda biz-zokkor jew b'materjal ieħor tal-ħlewwa jew għat-togħma, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 u ċerti xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 90 10 . |
|
(3) |
Id-dazju ta' rata żero fuq it-tipi ta' ilma u x-xarbiet ikkonċernati ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja mill-Ftehim f'Forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6), minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE. Skont il-punt IV tal-Minuti Maqbula tal-Ftehim, l-importazzjonijiet eżenti mid-dazju ta' prodotti tal-kodiċi NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta' kwota ta eżenzjoni mid-dazju, filwaqt li għandu jitħallas id-dazju fuq importazzjonjiet barra mill-allokazzjoni tal-kwota. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2008 (7) irtira s-sospensjoni temporanja tar-reġim tad-dazju ħieles għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ ċerti oġġetti tal-kodiċijiet NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw min-Norveġja. |
|
(5) |
Jeħtieġ li tinfetaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2009 għax-xarbiet mingħajr alkoħol ikkonċernati. L-aħħar kwota annwali għall-2007 għall-prodotti fil-kwistjoni nfetħet permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2006 (8). Ma nfetħet l-ebda kwota annwali għall-2008. Il-volum tal-kwota għall-2009 għalhekk għandha tibqa’ l-istess għall-2007. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (9), jistabbilixxi r-regoli għall-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament għandha titmexxa skont dawk ir-regoli. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2009, il-kwota tariffarja tal-Komunità mniżżla fl-Anness hija miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma elenkati f'dak l-Anness, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fih.
2. Ir-regoli tal-oriġini applikabbli reċiprokament għall-prodotti elenkati fl-Anness għandhom ikunu kif stipulat fi Protokoll 3 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.
3. Għal kwantitajiet impurtati li jaqbżu l-volum tal-kwota, se jiġi applikat dazju preferenzali ta' 0,047 EUR/litru.
Artikolu 2
Il-kwota tariffarja tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.
(2) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70; Edizzjoni Speċjali nil-Malti ĠU L 53M, 7.6.2006, p. 276.
(3) ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.
(4) ĠU L 22, 24.1.2002, p. 34.
(5) ĠU L 342, 18.11.2004, p. 30.
(6) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.
(8) ĠU L 341, 7.12.2006, p. 17; Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 397.
ANNESS
Kwota Tariffarja għall-2009 applikabbli mal-importazzjoni fil-Komunità ta' oġġetti li ġejjin min-Norveġja
|
Nru tal-Ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Kwota Annwali tal-Volum għall-2009 |
Rata ta' dazju applikabbli fil-limiti tal-kwota |
Rata ta' dazju applikabbli 'l fuq mill-volum tal-kwota |
|
09.0709 |
2202 10 00 |
Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, miżjuda biz-zokkor jew b'materjal ieħor ta' ħlewwa jew għat-togħma |
17,303 miljun litru |
Eżenzjoni |
0,047 EUR/litru |
|
ex 2202 90 10 |
Xarbiet mhux alkoħoliċi oħra li fihom iz-zokkor (sukrożju jew zokkor invertit) |
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Diċembru 2008
dwar il-ħatra ta' erba' membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)
(2009/75/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 65(1) u 65(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-lista tal-kandidati mħejjija mill-Kummissjoni fis-16 ta' Settembru 2008,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
|
|
Is-Sinjura Mary G. BAKER, imwielda Londra (ir-Renju Unit) fis-27 ta' Ottubru 1936, |
|
|
is-Sur Mike O'DONOVAN, imwieled Londra (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Settembru 1946, |
|
|
is-Sinjura Lisette TIDDENS-ENGWIRDA, imwielda Amsterdam (l-Olanda) fil-25 ta' Ġunju 1950 u |
|
|
is-Sur Henk VAARKAMP, imwieled Terschuur (l-Olanda) fit-22 ta' Ġunju 1950, |
huma b'dan maħtura membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) għal perijodu ta' tliet snin.
Artikolu 2
Id-data li minnha għandu jibda l-perijodu ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 1 għandha tkun determinata mill-Bord ta' Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA).
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Jannar 2009
li temenda, fir-rigward tal-awditur estern tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta, id-Deċiżjoni 1999/70/KE li tikkonċerna l-awdituri esterni tal-Banek ċentrali nazzjonali
(2009/76/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2008/19 tal-5 ta' Diċembru 2008 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Malta (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti maħtura fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta ser jiskadi wara l-verifika tal-kontijiet tas-sena finanzjarja 2008. Hu għalhekk meħtieġ li jinħatar awditur estern mis-sena finanzjarja 2009. |
|
(3) |
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew irrakkomanda li KPMG jinħatru bħala l-awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013. |
|
(4) |
Huwa opportun li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(15) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“15. KPMG huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-BĊE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KALOUSEK
Kummissjoni
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Jannar 2009
li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/77/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bħala parti mill-proċess hekk imsejjaħ ta’ Lamfalussy, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2001/527/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej (1) (minn issa ’l quddiem “il-Kumitat”). Il-Kumitat beda jiffunzjona fis-7 ta’ Ġunju 2001, u jservi bħala korp indipendenti għal riflessjoni, dibattitu u konsulenza għall-Kummissjoni fil-qasam tat-titoli. |
|
(2) |
Sabiex taqdi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (2), il-Kummissjoni wettqet eżami tal-proċess ta’ Lamfalussy fl-2007 u ppreżentat il-valutazzjoni tagħha fil-Komunikazzjoni tal-20 ta’ Novembru 2007 intitolata “Reviżjoni tal-proċess Lamfalussy - It-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza” (3). |
|
(3) |
Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni rrimarkat dwar l-importanza tal-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej, il-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej [il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej] u l-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitati tas-Superviżuri”) f’suq finanzjarju Ewropew dejjem aktar integrat. Qafas ċar għall-attivitajiet ta’ dawk il-Kumitati fil-qasam tal-konverġenza u l-kooperazzjoni superviżorja tqies neċessarju. |
|
(4) |
Filwaqt li eżamina l-funzjonament tal-proċess Lamfalussy, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tiċċara r-rwol tal-Kumitati tas-Superviżuri u tqis l-alternattivi differenti kollha biex issaħħaħ il-ħidma ta’ dawk il-Kumitati, mingħajr ma jintilef il-bilanċ tal-istruttura istituzzjonali attwali jew ma titnaqqas ir-responsabbiltà tas-superviżuri (4). |
|
(5) |
Fil-laqgħa tiegħu fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill Ewropew talab għat-titjib imħaffef tal-funzjonament tal-Kumitati tas-Superviżuri (5). |
|
(6) |
Fl-14 ta’ Mejju 2008 (6), il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Kumitati tas-Superviżuri sabiex jiġu ggarantiti l-koerenza u l-konsistenza fil-mandati u l-kompiti tagħhom kif ukoll biex jissaħħu l-kontributi tagħhom favur il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja. Il-Kunsill innota li kompiti speċifiċi jistgħu espliċitament jingħataw lill-Kumitati sabiex tisseddaq il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja, u jittejjeb ir-rwol tagħhom fl-ivvalutar tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. Għaldaqstant għandu jiġi pprovdut qafas ġuridiku msaħħaħ rigward ir-rwol u l-kompiti tal-Kumitat f’dan ir-rigward. |
|
(7) |
Il-Kumitat għandu jservi bħala grupp konsultattiv indipendenti tal-Kummissjoni fil-qasam tat-titoli. |
|
(8) |
Il-Kumitat għandu wkoll jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni ordinarja komuni u uniformi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u l-applikazzjoni konsistenti tagħha mill-awtoritajiet superviżorji. |
|
(9) |
Il-Kumitat ma għandu l-ebda setgħat regolatorji fil-livell Komunitarju. Għandu jwettaq analiżi laterali, jippromwovi l-aqwa prassi u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u standards mhux vinkolanti sabiex tiżdied il-konverġenza madwar il-Komunità. |
|
(10) |
Kooperazzjoni superviżorja bilaterali u multilaterali mtejba tiddependi fuq il-fehim u fiduċja reċiproki fost l-awtoritajiet superviżorji. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxu għat-titjib tat-tali kooperazzjoni. |
|
(11) |
Il-Kumitat għandu jseddaq ukoll il-konverġenza superviżorja madwar il-Komunità. Sabiex ikun hemm aktar speċifiċità dwar dan l-għan, għandha tiġi stabbilita lista indikattiva u miftuħa ta’ kompiti li għandhom jitwettqu mill-Kumitat. |
|
(12) |
Sabiex jiġu riżolti t-tilwimiet ta’ natura transkonfinali bejn l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri, il-Kumitat għandu jipprovdi mekkaniżmu ta’ medjazzjoni volontarju u mhux vinkolanti. |
|
(13) |
Sabiex jibbenefikaw mill-għarfien espert miksub mill-Kumitat u mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom il-fakultà li jirreferu kwistjonijiet lill-Kumitat bil-ħsieb li tinkiseb l-opinjoni mhux vinkolanti tiegħu. |
|
(14) |
L-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji huwa fundamentali għall-funzjonijiethom. Huwa kruċjali għas-superviżjoni effiċjenti tas-swieq tat-titoli u għall-istabbiltà finanzjarja. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni tat-titoli timponi obbligi ċari legali fuq l-awtoritajiet superviżorji biex jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni, il-Kumitat għandu jiffaċilita l-iskambju prattiku ta’ kuljum tal-informazzjoni fosthom, soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ kunfidenzjalità stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli. |
|
(15) |
Sabiex titnaqqas id-dupplikazzjoni tal-kompiti superviżorji u b’hekk jiġi rrazzjonalizzat il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq il-parteċipanti fis-suq, il-Kumitat għandu jiffaċilita d-delegazzjoni tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti. |
|
(16) |
Bil-ħsieb li tisseddaq il-konverġenza u l-konsistenza fost il-kulleġġi tas-superviżuri u b’hekk jiġi żgurat kuntest ekwu, il-Kumitat għandu jimmonitorja l-funzjonament tagħhom mingħajr ħsara għall-indipendenza tal-membri tal-kulleġġ. |
|
(17) |
Il-kwalità, il-komparabbiltà u l-konsistenza tar-rappurtar superviżorju huma ċentrali għall-kosteffiċjenza tal-arranġamenti superviżorji Komunitarji u l-piż tal-konformità fuq l-istituzzjonijiet transkonfinali. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi għall-iżgurar li d-dupplikazzjoni parzjali jew totali tiġi eliminata u li d-dejta tar-rappurtar tkun kumparabbli u ta’ kwalità xierqa. |
|
(18) |
Is-sistemi finanzjarji fil-Komunità huma marbuta mill-qrib u l-avvenimenti fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji fi Stat Membru ieħor. L-emerġenza kontinwa ta’ konglomerati finanzjarji u d-distinzjoni li qed tixxejjen bejn l-attivitajiet tad-ditti fis-setturi bankarji, tat-titoli u tal-assigurazzjoni qed iwasslu għal sfidi superviżorji addizzjonali fil-livell nazzjonali u Komunitarju. Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja, tinħtieġ sistema fil-livell tal-Kumitat, tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol sabiex jiġu identifikati r-riskji potenzjali, fost il-fruntieri u fost is-setturi, fi stadju bikri u, fejn meħtieġ, jiġu infurmati l-Kummissjoni u l-Kumitati l-oħra. Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-Kumitat jiżgura li jiġu infurmati l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Kumitat għandu r-rwol, f’dan ir-rigward, li jidentifika r-riskji fis-setturi tat-titoli u li regolarment jirrapporta l-eżitu lill-Kummissjoni. Dwar dawn il-valutazzjonijiet għandu jiġi infurmat ukoll il-Kunsill. Il-Kumitat għandu jikkoopera wkoll mal-Parlament Ewropew u jipprovdilu informazzjoni perjodika dwar is-sitwazzjoni fis-settur tat-titoli. Il-Kumitat ma għandux, f’dan ir-rigward, jiżvela informazzjoni dwar entitajiet individwali ssupervizzati. |
|
(19) |
Sabiex jiġu ttrattati kif xieraq kwisjonijiet transsettorjali, l-attivitajiet tal-Kumitat għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. Dan huwa ta’ importanza partikolari għall-indirizzar ta’ riskji transsettorjali possibbli għall-istabbiltà finanzjarja. |
|
(20) |
Sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni fix-xogħol, biex ma jitħallewx inkonsistenzi, biex il-Kumitat jinżamm aġġornat dwar il-progress u jingħata l-opportunità li jiskambja informazzjoni mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u mal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol fir-rigward tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji, il-Kumitat jista’ jipparteċipa fil-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji. |
|
(21) |
Fid-dawl tal-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u ż-żieda fl-importanza tal-istandards internazzjonali, il-Kumitat għandu jseddaq ukoll id-djalogu u l-kooperazzjoni mas-superviżuri barra l-Komunità. |
|
(22) |
Ir-responsabbiltà tal-Kumitat lejn l-Istituzzjonijiet Komunitarji hija ta’ importanza kbira u għandha tkun ta’ livell stabbilit sew filwaqt li titħares l-indipendenza tas-superviżuri. |
|
(23) |
Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu tal-proċedura u jirrispetta bis-sħiħ il-prerogattivi tal-istituzzjonijiet u l-bilanċ istituzzjonali stabbiliti bit-Trattat. Il-qafas imtejjeb tal-attivitajiet tal-Kumitat għandu jiġi akkumpanjat minn proċessi operattivi mtejba. Għal dan il-għan, jekk kunsens ġenerali ma jkunx jista’ jintlaħaq, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kkwalifikata bħal fir-regoli stabbiliti fit-Trattat. |
|
(24) |
Għal raġunijiet ta’ sigurtà u ċarezza legali, id-Deċiżjoni 2001/527/KE għandha tiġi rrevokata, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Bil-preżenti huwa stabbilit grupp konsultattiv indipendenti dwar it-titoli fil-Komunità, imsejjaħ “il-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).
Artikolu 2
Il-Kumitat għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ miżuri implimentattivi fil-qasam tat-titoli, inklużi dawk b’rabta ma’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (l-UCITS), minn rajh jew fuq talba tal-Kummissjoni.
Fejn il-Kummissjoni titlob il-parir tal-Kumitat, tista’ tistipula skadenza li fiha l-Kumitat għandu jipprovdi t-tali parir. It-tali skadenza għandha tkun stipulata b’qies għall-urġenza tal-kwistjoni.
Artikolu 3
Il-Kumitat għandu jaqdi l-kompiti assenjati lilu u jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni komuni u uniformi u l-applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja permezz tal-ħruġ ta’ linji ta’ gwida, rakkomandazzjonijiet u standards mhux vinkolanti.
Artikolu 4
1. Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fil-qasam tat-titoli u jseddaq il-konverġenza tal-prattiki u l-approċċi superviżorji tal-Istati Membri madwar il-Komunità. Għal dan il-għan, għandu jwettaq, tal-anqas, il-kompiti segwenti:
|
(a) |
ilaqqa’ u jiffaċilita l-medjazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba ta’ awtorità superviżorja; |
|
(b) |
jipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba tagħhom; |
|
(c) |
jippromwovi l-iskambju effikaċi bilaterali u multilaterali tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji soġġett għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità; |
|
(d) |
jiffaċilità l-iddelegar tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolament bl-identifikar tal-kompiti li jistgħu jiġu ddelegati u bil-promozzjoni tal-aqwa prassi; |
|
(e) |
jikkontribwixxi fl-iżgurar tal-funzjonament effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri partikolarment permezz tal-istipular ta’ linji ta’ gwida għall-funzjonament operattiv tal-kulleġġi, il-monitoraġġ tal-koerenza tal-prattiki tal-kulleġġi differenti u l-kondiviżjoni tal-aqwa prassi; |
|
(f) |
jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ standards ta’ kwalità għolja u komuni ta’ rappurtar superviżorju; |
|
(g) |
janalizza l-applikazzjoni prattika tal-linji ta’ gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-istandards mhux vinkolanti maħruġa mill-Kumitat. |
2. Il-Kumitat għandu janalizza l-prattiki superviżorji tal-Istati Membri u jivvaluta l-konverġenza tagħhom fuq bażi kontinwa. Il-Kumitat għandu jirrapporta annwalment dwar il-progress miksub u jidentifika l-ostakli li jkun fadal.
3. Il-Kumitat għandu jiżviluppa għodod prattiċi ġodda ta’ konverġenza biex jippromwovi approċċi superviżorji komuni.
Artikolu 5
1. Il-Kumitat għandu jimmonitorja u jivvaluta l-iżviluppi fis-settur tat-titoli u, fejn meħtieġ, jinforma lill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej, lill-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u lill-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jiżgura li l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri jiġu infurmati dwar problemi potenzjali jew imminenti.
2. Il-Kumitat għandu, tal-anqas darbtejn fis-sena, jipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjonijiet dwar ix-xejriet mikroprudenzjali, ir-riskji potenzjali u d-dgħjufijiet fis-settur tat-titoli.
Il-Kumitat għandu jinkludi f’dawn il-valutazzjonijiet klassifika tar-riskji u d-dgħjufijiet ewlenin u jindika kemm hu possibbli li t-tali riskji u d-dgħjufijiet jheddu l-istabbiltà finanzjarja u, fejn meħtieġ, jipproponi azzjonijiet preventivi u rimedjali.
Il-Kunsill għandu jiġi infurmat dwar dawn il-valutazzjonijiet.
3. Il-Kumitat għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jippermettu l-awtoritajiet superviżorji jirreaġixxu minnufih. Fejn xieraq, il-Kumitat għandu jiffaċilita valutazzjoni konġunta fost is-superviżuri fi ħdan il-Komunità dwar ir-riskji u d-dgħjufijiet li jistgħu jaffettwaw negattivament l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Komunità.
4. Il-Kumitat għandu jiżgura li jkunu koperti b’mod xieraq l-iżviluppi, r-riskji u d-dgħjufijiet transsettorjali permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej, mal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.
Artikolu 6
1. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ prattiki superviżorji komuni fil-qasam tat-titoli, kif ukoll fuq bażi transsettorjali b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.
2. Għal dan il-għan, partikolarment għandu jistabbilixxi programmi tat-taħriġ settorjali u transsettorjali, jiffaċilita l-iskambju tal-persunal u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jintesifikaw l-użu tal-iskemi ta’ sekondament, ta’ timijiet ta’ spezzjoni konġunta u ta’ żjarat superviżorji u għodod oħra.
3. Il-Kumitat għandu, fejn xieraq, jiżviluppa strumenti ġodda għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ prattiċi superviżorji komuni.
4. Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi, partikolarment bil-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi komuni tat-taħriġ.
Artikolu 7
1. Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti fil-qasam tat-titoli, inklużi l-UCITS. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant ta’ livell għoli mill-awtorità kompetenti tiegħu sabiex jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun preżenti fil-laqgħat tal-Kumitat u għandha taħtar rappreżentant ta’ livell għoli sabiex jieħu sehem fid-dibattiti tiegħu.
3. Il-Kumitat għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu.
4. Il-Kumitat jista’ jistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.
Artikolu 8
1. Il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu meħtieġa ma jiżvelawx informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Il-parteċipanti kollha fid-diskussjonijiet għandhom ikunu obbligati jikkonformaw mar-regoli applikabbli tas-segretezza professjonali.
2. Kull meta d-diskussjoni dwar agendum tinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali li tikkonċerna istituzzjoni supervizzata, il-parteċipazzjoni fit-tali diskussjoni tista’ tiġi ristretta għall-membri involuti direttament.
Artikolu 9
1. Il-Kumitat għandu jinforma regolarment lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-attivitajiet tiegħu. Għandu jkollu kuntatti regolari mal-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (7) u mal-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.
2. Il-Kumitat għandu jiżgura l-konsistenza transsettorjali tal-ħidma fis-setturi tas-servizzi finanzjarji permezz ta’ kooperazzjoni regolari u mill-qrib mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.
3. Il-president tal-Kumitat għandu jkollu kuntatt regolari mal-presidenti tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol tal-anqas darba fix-xahar.
Artikolu 10
Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna għal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma bħala osservatur.
Artikolu 11
Il-Kumitat jista’ jipparteċipa fil-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji.
Artikolu 12
Qabel ma jittrasmetti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni, il-Kumitat għandu, fi stadju bikri, jikkonsulta estensivament mal-parteċipanti, l-konsumaturi u l-utenti finali tas-suq b’mod miftuħ u trasparenti. Il-Kumitat għandu jippubblika r-riżultati tal-konsultazzjonijiet, sakemm il-parteċipant ma jitlobx xort’oħra.
Artikolu 13
Il-Kumitat għandu jistabbilixxi programm annwali ta’ ħidma u jibagħtu lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni sa tmiem Ottubru ta’ kull sena. Il-Kumitat għandu perjodikament u tal-anqas kull sena jinforma lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-ksib tal-attivitajiet stipulati fil-programm ta’ ħidma.
Artikolu 14
Il-Kumitat għandu jopera bil-kunsens tal-membri tiegħu. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata. Il-voti tar-rappreżentanti tal-membri tal-Kumitat għandhom jikkorrispondu għall-voti tal-Istati Membri kif stipulati fl-Artikolu 205(2) u (4) tat-Trattat.
Il-membri tal-Kumitat li ma jsegwux il-linji ta’ gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-istandards u miżuri oħra miftehma fil-Kumitat għandhom ikunu lesti jippreżentaw ir-raġunijiet għal din l-għażla.
Artikolu 15
Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura u jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu stess.
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-emendi tar-regoli ta’ proċedura u ta’ elezzjonijiet fil-Bord tal-Kumitat jew tat-tneħħija minnu, ir-regoli ta’ proċedura jistgħu jipprevedu proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet li jkunu differenti minn dawk stipulati fl-Artikolu 14.
Artikolu 16
Id-Deċiżjoni 2001/527/KE hija rrevokata.
Artikolu 17
Din id-Deċiżjoni għandha tidħhol fis-seħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 191, 13.7.2001, p. 43.
(3) COM(2007) 727 finali.
(4) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 15698/07 tal-4 ta’ Diċembru 2007.
(5) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 7652/1/08, Rev 1.
(6) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 8515/3/08, Rev 3.
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Jannar 2009
li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/78/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bħala parti mill-proċess hekk imsejjaħ ta’ Lamfalussy, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2004/5/KE tal-5 ta’ Novembru 2003, li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej (1) (minn issa ‘l quddiem “il-Kumitat”). Il-Kumitat beda jiffunzjona fl-1 ta’ Jannar 2004, u jservi bħala korp indipendenti għal riflessjoni, dibattitu u konsulenza għall-Kummissjoni fil-qasam tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni bankarji. |
|
(2) |
Sabiex taqdi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (2), il-Kummissjoni wettqet eżami tal-proċess Lamfalussy fl-2007 u ppreżentat il-valutazzjoni tagħha fil-Komunikazzjoni tal-20 ta’ Novembru 2007 intitolata “Reviżjoni tal-proċess Lamfalussy - It-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza” (3). |
|
(3) |
Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni rrimarkat dwar l-importanza tal-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitati tas-Superviżuri”) f’suq finanzjarju Ewropew dejjem aktar integrat. Qafas ċar għall-attivitajiet ta’ dawk il-Kumitati fil-qasam tal-konverġenza u l-kooperazzjoni superviżorja tqies neċessarju. |
|
(4) |
Filwaqt li eżamina l-funzjonament tal-proċess Lamfalussy, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tiċċara r-rwol tal-Kumitati tas-Superviżuri u tqis l-alternattivi differenti kollha biex issaħħaħ il-ħidma ta’ dawk il-Kumitati, mingħajr ma jintilef il-bilanċ tal-istruttura istituzzjonali attwali jew ma titnaqqas ir-responsabbiltà tas-superviżuri (4). |
|
(5) |
Fil-laqgħa tiegħu fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill Ewropew talab għat-titjib imħaffef tal-funzjonament tal-Kumitati tas-Superviżuri (5). |
|
(6) |
Fl-14 ta’ Mejju 2008 (6), il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Kumitati tas-Superviżuri sabiex jiġu ggarantiti l-koerenza u l-konsistenza fil-mandati u l-kompiti tagħhom kif ukoll biex jissaħħu l-kontributi tagħhom favur il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja. Il-Kunsill innota li kompiti speċifiċi jistgħu espliċitament jingħataw lill-Kumitati sabiex tisseddaq il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja, u jittejjeb ir-rwol tagħhom fl-ivvalutar tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. Għaldaqstant għandu jiġi pprovdut qafas ġuridiku msaħħaħ rigward ir-rwol u l-kompiti tal-Kumitat f’dan ir-rigward. |
|
(7) |
Il-kompożizzjoni tal-Kumitat għandha tirrifletti l-organizzazzjoni tas-superviżjoni bankarja u għandha tqis ukoll ir-rwol tal-banek ċentrali fir-rigward tal-istabbiltà kumplessiva tas-settur bankarju fil-livell nazzjonali u Komunitarju. Id-drittijiet rispettivi tal-kategoriji differenti tal-parteċipanti għandhom ikunu identifikati b’mod ċar. Partikolarment, id-drittijiet tal-presidenza u tal-vot għandhom ikunu riservati għall-awtoritajiet superviżorji kompetenti ta’ kull Stat Membru. Il-parteċipazzjoni f’diskussjonijiet kunfidenzjali dwar istituzzjonijiet individwali supervizzati għandhom, fejn xieraq, ikunu ristretti għall-awtoritajiet superviżorji kompetenti u għall-banek ċentrali fdati b’responsabbiltajiet operattivi speċifiċi għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet supervizzati konċernati. |
|
(8) |
Il-Kumitat għandu jservi bħala grupp konsultattiv indipendenti tal-Kummissjoni fil-qasam tas-superviżjoni bankarja. |
|
(9) |
Il-mandat tal-Kumitat għandu jkopri s-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji. Sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni fix-xogħol, biex ma jitħallewx inkonsistenzi, biex il-Kumitat jinżamm aġġornat dwar il-progress u jingħata l-opportunità li jiskambja informazzjoni, il-kollaborazzjoni mal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol fir-rigward tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji għandha titwettaq fil-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji. |
|
(10) |
Il-Kumitat għandu wkoll jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni ordinarja komuni u uniformi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u l-applikazzjoni konsistenti tagħha mill-awtoritajiet superviżorji. |
|
(11) |
Il-Kumitat ma għandu l-ebda setgħat regolatorji fil-livell Komunitarju. Għandu jwettaq analiżi laterali, jippromwovi l-aqwa prassi u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u standards mhux vinkolanti sabiex tiżdied il-konverġenza madwar il-Komunità. |
|
(12) |
Kooperazzjoni superviżorja bilaterali u multilaterali mtejba tiddependi fuq il-fehim u fiduċja reċiproki fost l-awtoritajiet superviżorji. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxu għat-titjib tat-tali kooperazzjoni. |
|
(13) |
Il-Kumitat għandu jseddaq ukoll il-konverġenza superviżorja madwar il-Komunità. Sabiex ikun hemm aktar speċifiċità dwar dan l-għan, għandha tiġi stabbilita lista indikattiva u miftuħa ta’ kompiti li għandhom jitwettqu mill-Kumitat. |
|
(14) |
Sabiex jiġu riżolti t-tilwimiet ta’ natura transkonfinali bejn l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri, il-Kumitat għandu jipprovdi mekkaniżmu ta’ medjazzjoni volontarju u mhux vinkolanti. |
|
(15) |
Sabiex jibbenefikaw mill-għarfien espert miksub mill-Kumitat u mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom il-fakultà li jirreferu kwistjonijiet lill-Kumitat bil-ħsieb li tinkiseb l-opinjoni mhux vinkolanti tiegħu. |
|
(16) |
L-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji huwa fundamentali għall-funzjonijiethom. Huwa kruċjali għas-superviżjoni effiċjenti tal-gruppi bankarji u għall-istabbiltà finanzjarja. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni bankarja timponi obbligi ċari legali fuq l-awtoritajiet superviżorji biex jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni, il-Kumitat għandu jiffaċilita l-iskambju prattiku ta’ kuljum tal-informazzjoni fosthom, soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ kunfidenzjalità stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli. |
|
(17) |
Sabiex titnaqqas id-dupplikazzjoni tal-kompiti superviżorji u b’hekk jiġi rrazzjonalizzat il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq il-gruppi bankarji, il-Kumitat għandu jiffaċilita d-delegazzjoni tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti. |
|
(18) |
Bil-ħsieb li tisseddaq il-konverġenza u l-konsistenza fost il-kulleġġi tas-superviżuri u b’hekk jiġi żgurat kuntest ekwu, il-Kumitat għandu jimmonitorja l-funzjonament tagħhom mingħajr ħsara għall-indipendenza tal-membri tal-kulleġġ. |
|
(19) |
Il-kwalità, il-komparabbiltà u l-konsistenza tar-rappurtar superviżorju huma ċentrali għall-kosteffiċjenza tal-arranġamenti superviżorji Komunitarji u l-piż tal-konformità fuq l-istituzzjonijiet transkonfinali. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi għall-iżgurar li d-dupplikazzjoni parzjali jew totali tiġi eliminata u li d-dejta tar-rappurtar tkun kumparabbli u ta’ kwalità xierqa. |
|
(20) |
Is-sistemi finanzjarji fil-Komunità huma marbuta mill-qrib u l-avvenimenti fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji fi Stat Membru ieħor. L-emerġenza kontinwa ta’ konglomerati finanzjarji u d-distinzjoni li qed tixxejjen bejn l-attivitajiet tad-ditti fis-setturi bankarji, tat-titoli u tal-assigurazzjoni qed iwasslu għal sfidi superviżorji addizzjonali fil-livell nazzjonali u Komunitarju. Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja, tinħtieġ sistema fil-livell tal-Kumitat, tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol sabiex jiġu identifikati r-riskji potenzjali, fost il-fruntieri u fost is-setturi, fi stadju bikri u, fejn meħtieġ, jiġu infurmati l-Kummissjoni u l-Kumitati l-oħra. Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-Kumitat jiżgura li jiġu infurmati l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Kumitat għandu rwol, f’dan ir-rigward, li jidentifika r-riskji fis-settur bankarju u li regolarment jirrapporta l-eżitu lill-Kummissjoni. Dwar dawn il-valutazzjonijiet għandu jiġi infurmat ukoll il-Kunsill. Il-Kumitat għandu jikkoopera wkoll mal-Parlament Ewropew u jipprovdilu informazzjoni perjodika dwar is-sitwazzjoni fis-settur bankarju. Il-Kumitat ma għandux, f’dan ir-rigward, jiżvela informazzjoni dwar entitajiet individwali ssupervizzati. |
|
(21) |
Sabiex jiġu ttrattati kif xieraq kwisjonijiet transsettorjali, l-attivitajiet tal-Kumitat għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. Dan huwa ta’ importanza partikolari għall-indirizzar ta’ riskji transsettorjali possibbli għall-istabbiltà finanzjarja. |
|
(22) |
Fid-dawl tal-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u ż-żieda fl-importanza tal-istandards internazzjonali, il-Kumitat għandu jseddaq ukoll id-djalogu u l-kooperazzjoni mas-superviżuri barra l-Komunità. |
|
(23) |
Ir-responsabbiltà tal-Kumitat lejn l-Istituzzjonijiet Komunitarji hija ta’ importanza kbira u għandha tkun ta’ livell stabbilit sew filwaqt li titħares l-indipendenza tas-superviżuri. |
|
(24) |
Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu tal-proċedura u jirrispetta bis-sħiħ il-prerogattivi tal-istituzzjonijiet u l-bilanċ istituzzjonali stabbiliti bit-Trattat. Il-qafas imtejjeb tal-attivitajiet tal-Kumitat għandu jiġi akkumpanjat minn proċessi operattivi mtejba. Għal dan il-għan, jekk kunsens ġenerali ma jkunx jista’ jintlaħaq, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata bħal fir-regoli stabbiliti fit-Trattat. |
|
(25) |
Għal raġunijiet ta’ sigurtà u ċarezza legali, id-Deċiżjoni 2004/5/KE għandha tiġi rrevokata. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
B’dan huwa stabbilit grupp konsultattiv indipendenti dwar is-superviżjoni bankarja fil-Komunità, imsejjaħ “il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).
Artikolu 2
Il-Kumitat għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ miżuri implimentattivi fil-qasam tal-attivitajiet bankarji u fil-qasam tal-konglomerati finanzjarji, minn rajh jew fuq talba tal-Kummissjoni.
Fejn il-Kummissjoni titlob il-parir tal-Kumitat, tista’ tistipula skadenza li fiha l-Kumitat għandu jipprovdi t-tali parir. It-tali skadenza għandha tkun stipulata b’qies għall-urġenza tal-kwistjoni.
Artikolu 3
Il-Kumitat għandu jaqdi l-kompiti assenjati lilu u jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni komuni u uniformi u l-applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja permezz tal-ħruġ ta’ linji ta’ gwida, rakkomandazzjonijiet u standards mhux vinkolanti.
Artikolu 4
1. Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fil-qasam bankarju u jseddaq il-konverġenza tal-prattiki u l-approċċi superviżorji tal-Istati Membri madwar il-Komunità. Għal dan il-għan, għandu jwettaq, tal-anqas, il-kompiti segwenti:
|
(a) |
ilaqqa’ u jiffaċilita l-medjazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba ta’ awtorità superviżorja; |
|
(b) |
jipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba tagħhom; |
|
(c) |
jippromwovi l-iskambju effikaċi bilaterali u multilaterali tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji soġġett għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità; |
|
(d) |
jiffaċilità l-iddelegar tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolament bl-identifikazzjoni tal-kompiti li jistgħu jiġu ddelegati u bil-promozzjoni tal-aqwa prassi; |
|
(e) |
jikkontribwixxi fl-iżgurar tal-funzjonament effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri partikolarment permezz tal-istipular ta’ linji ta’ gwida għall-funzjonament operattiv tal-kulleġġi, il-monitoraġġ tal-koerenza tal-prattiki tal-kulleġġi differenti u l-kondiviżjoni tal-aqwa prassi; |
|
(f) |
jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ standards ta’ kwalità għolja u komuni ta’ rappurtar superviżorju; |
|
(g) |
janalizza l-applikazzjoni prattika tal-linji ta’ gwida, r-rakkomandazzjonijiet u l-istandards mhux vinkolanti maħruġa mill-Kumitat. |
2. Il-Kumitat għandu janalizza l-prattiki superviżorji tal-Istati Membri u jivvaluta l-konverġenza tagħhom fuq bażi kontinwa. Il-Kumitat għandu jirrapporta annwalment dwar il-progress miksub u jidentifika l-ostakli li jkun fadal.
3. Il-Kumitat għandu jiżviluppa għodod prattiċi ġodda ta’ konverġenza biex jippromwovi approċċi superviżorji komuni.
Artikolu 5
1. Il-Kumitat għandu jimmonitorja u jivvaluta l-iżviluppi fis-settur bankarju u, fejn meħtieġ, jinforma lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, lill-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u lill-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jiżgura li l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri jiġu infurmati dwar problemi potenzjali jew imminenti.
2. Il-Kumitat għandu, tal-anqas darbtejn fis-sena, jipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjonijiet dwar ix-xejriet mikroprudenzjali, ir-riskji potenzjali u d-dgħjufijiet fis-settur bankarju.
Il-Kumitat għandu jinkludi f’dawn il-valutazzjonijiet klassifika tar-riskji u d-dgħjufijiet ewlenin u jindika kemm hu possibbli li t-tali riskji u d-dgħjufijiet jheddu l-istabbiltà finanzjarja u, fejn meħtieġ, jipproponi azzjonijiet preventivi u rimedjali.
Il-Kunsill għandu jiġi infurmat dwar dawn il-valutazzjonijiet.
3. Il-Kumitat għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jippermettu l-awtoritajiet superviżorji jirreaġixxu minnufih. Fejn xieraq, il-Kumitat għandu jiffaċilita valutazzjoni konġunta fost is-superviżuri fi ħdan il-Komunità dwar ir-riskji u d-dgħjufijiet li jistgħu jaffettwaw negattivament l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Komunità.
4. Il-Kumitat għandu jiżgura li jkunu koperti b’mod xieraq l-iżviluppi, r-riskji u d-dgħjufijiet transsettorjali permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, mal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.
Artikolu 6
1. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ prattiki superviżorji komuni fil-qasam bankarju, kif ukoll fuq bażi transsettorjali b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.
2. Għal dan il-għan, partikolarment għandu jistabbilixxi programmi tat-taħriġ settorjali u transsettorjali, jiffaċilita l-iskambju tal-personal u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jintesifikaw l-użu tal-iskemi ta’ sekondament, ta’ timijiet ta’ spezzjoni konġunta u ta’ żjarat superviżorji u għodod oħra.
3. Il-Kumitat għandu, fejn xieraq, jiżviluppa strumenti ġodda għall-promozzjoni tal-prattiki superviżorji komuni.
4. Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi, partikolarment bil-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi komuni tat-taħriġ.
Artikolu 7
1. Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli mill-organizzazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, minn hawn ‘il quddiem “l-awtoritajiet superviżorji kompetenti”; |
|
(b) |
il-banek ċentrali nazzjonali inkarigati b’responsabbiltajiet operattivi speċifiċi għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet individwali tal-kreditu flimkien ma’ awtorità superviżorja kompetenti; |
|
(c) |
il-banek ċentrali li ma jkunux direttament involuti fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet individwali tal-kreditu, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew. |
2. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentanti ta’ livell għoli sabiex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jinnomina rappreżentant ta’ livell għoli sabiex jipparteċipa fil-Kumitat.
3. Il-Kummissjoni għandha tkun preżenti fil-laqgħat tal-Kumitat u għandha taħtar rappreżentant ta’ livell għoli sabiex jieħu sehem fid-dibattiti tiegħu.
4. Il-Kumitat għandu jeleġġi president minn fost ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti.
5. Il-Kumitat jista’ jistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.
Artikolu 8
1. Il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu meħtieġa ma jiżvelawx informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Il-parteċipanti kollha fid-diskussjonijiet għandhom ikunu obbligati jikkonformaw mar-regoli applikabbli tas-segretezza professjonali.
2. Kull meta d-diskussjoni dwar agendum tinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali li tikkonċerna istituzzjoni ssupervizzata, il-parteċipazzjoni fit-tali diskussjoni tista’ tiġi ristretta għall-awtoritajiet superviżorji kompetenti involuti direttament u l-banek ċentrali nazzjonali inkarigati b’responsabbiltajiet operattivi speċifiċi għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet individwali tal-kreditu konċernati.
Artikolu 9
1. Il-Kumitat għandu jinforma regolarment lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-attivitajiet tiegħu. Għandu jkollu kuntatti regolari mal-Kumitat tal-Banek Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE (7) u mal-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.
2. Il-Kumitat għandu jiżgura l-konsistenza transsettorjali tal-ħidma fis-setturi tas-servizzi finanzjarji permezz ta’ kooperazzjoni regolari u mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.
3. Il-president tal-Kumitat għandu jiltaqa’ mal-presidenti tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol tal-anqas darba fix-xahar.
Artikolu 10
Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna għal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma bħala osservatur.
Artikolu 11
Il-Kumitat għandu jikkoopera fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji mal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol f’Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji.
Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom ikunu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji bħala osservaturi.
Artikolu 12
Qabel ma jittrasmetti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni, il-Kumitat għandu, fi stadju bikri, jikkonsulta estensivament mal-parteċipanti, l-konsumaturi u l-utenti finali tas-suq b’mod miftuħ u trasparenti. Il-Kumitat għandu jippubblika r-riżultati tal-konsultazzjonijiet, sakemm il-parteċipant ma jitlobx xort’oħra.
Meta jkun qed jagħti parir dwar dispożizzjonijiet applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet tal-kreditu kif ukoll għad-ditti tal-investiment, il-Kumitat għandu jikkonsulta l-awtoritajiet kollha li jkunu kompetenti għas-superviżjoni tad-ditti tal-investiment u li ma jkunux diġà rrappreżentati fil-Kumitat.
Artikolu 13
Il-Kumitat għandu jfassal programm annwali ta’ ħidma u jibagħtu lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni sa tmiem Ottubru ta’ kull sena. Il-Kumitat għandu perjodikament u tal-anqas kull sena jinforma lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-ksib tal-attivitajiet stipulati fil-programm ta’ ħidma.
Artikolu 14
Il-Kumitat għandu jopera bil-kunsens tal-membri tiegħu. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata. Il-voti tal-membri tal-Kumitat għandhom jikkorrispondu għall-voti tal-Istati Membri kif stipulati fl-Artikolu 205(2) u (4) tat-Trattat.
Il-membri tal-Kumitat li ma jsegwux il-linji ta’ gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-istandards u miżuri oħra miftehma fil-Kumitat għandhom ikunu lesti jippreżentaw ir-raġunijiet għal din l-għażla.
Artikolu 15
Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura u jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu stess.
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-emendi tar-regoli ta’ proċedura u ta’ elezzjonijiet fil-Bord tal-Kumitat jew tat-tneħħija minnu, ir-regoli ta’ proċedura jistgħu jipprevedu proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet li jkunu differenti minn dawk stipulati fl-Artikolu 14.
Artikolu 16
Id-Deċiżjoni 2004/5/KE hija rrevokata.
Artikolu 17
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(3) COM(2007) 727 finali.
(4) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 15698/07 tal-4 ta’ Diċembru 2007.
(5) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 7652/1/08, Rev 1.
(6) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 8515/3/08, Rev 3.
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Jannar 2009
li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/79/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bħala parti mill-proċess hekk imsejjaħ ta’ Lamfalussy, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2004/6/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (1) (minn issa ‘l quddiem “il-Kumitat”). Il-Kumitat beda jiffunzjona fl-24 ta’ Novembru 2003, u jservi bħala korp indipendenti għal riflessjoni, dibattitu u konsulenza għall-Kummissjoni fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. |
|
(2) |
Sabiex taqdi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (2), il-Kummissjoni wettqet eżami tal-proċess ta’ Lamfalussy fl-2007 u ppreżentat il-valutazzjoni tagħha fil-Komunikazzjoni tal-20 ta’ Novembru 2007 intitolata “Reviżjoni tal-proċess Lamfalussy - It-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza” (3). |
|
(3) |
Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni rrimarkat dwar l-importanza tal-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej, il-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej u l-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitati tas-Superviżuri”) f’suq finanzjarju Ewropew dejjem aktar integrat. Qafas ċar għall-attivitajiet ta’ dawk il-Kumitati fil-qasam tal-konverġenza u l-kooperazzjoni superviżorja tqies neċessarju. |
|
(4) |
Filwaqt li eżamina l-funzjonament tal-proċess Lamfalussy, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tiċċara r-rwol tal-Kumitati tas-Superviżuri u tqis l-alternattivi differenti kollha biex issaħħaħ il-ħidma ta’ dawk il-Kumitati, mingħajr ma jintilef il-bilanċ tal-istruttura istituzzjonali attwali jew ma titnaqqas ir-responsabbiltà tas-superviżuri (4). |
|
(5) |
Fil-laqgħa tiegħu fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill Ewropew talab għat-titjib imħaffef tal-funzjonament tal-Kumitati tas-Superviżuri (5). |
|
(6) |
Fl-14 ta’ Mejju 2008 (6), il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Kumitati tas-Superviżuri sabiex jiġu ggarantiti l-koerenza u l-konsistenza fil-mandati u l-kompiti tagħhom kif ukoll biex jissaħħu l-kontributi tagħhom favur il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja. Il-Kunsill innota li kompiti speċifiċi jistgħu espliċitament jingħataw lill-Kumitati sabiex tisseddaq il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja, u jittejjeb ir-rwol tagħhom fl-ivvalutar tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. Għaldaqstant għandu jiġi pprovdut qafas ġuridiku msaħħaħ rigward ir-rwol u l-kompiti tal-Kumitat f’dan ir-rigward. |
|
(7) |
Il-Kumitat għandu jservi bħala grupp konsultattiv indipendenti tal-Kummissjoni fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. Madankollu, fil-qasam tal-pensjonijiet tax-xogħol, filwaqt li l-Kumitat għandu jqis l-aspetti regolatorji u superviżorji dwar it-tali arranġamenti, ma għandux jindirizza aspetti tal-liġi tax-xogħol u tal-liġi soċjali, bħall-organizzazzjoni tar-reġimi tax-xogħol, u partikolarment, il-kwistjonijiet dwar is-sħubija (l-affiljazzjoni) obbligatorja jew dwar il-ftehimiet kollettivi. |
|
(8) |
Il-mandat tal-Kumitat għandu jkopri s-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji. Sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni fix-xogħol, biex ma jitħallewx inkonsistenzi, biex il-Kumitat jinżamm aġġornat dwar il-progress u jingħata l-opportunità li jiskambja informazzjoni, il-kollaborazzjoni mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej fir-rigward tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji għandha titwettaq fil-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji. |
|
(9) |
Il-Kumitat għandu wkoll jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni ordinarja komuni u uniformi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u l-applikazzjoni konsistenti tagħha mill-awtoritajiet superviżorji. |
|
(10) |
Il-Kumitat ma għandu l-ebda setgħat regolatorji fil-livell Komunitarju. Għandu jwettaq analiżi laterali, jippromwovi l-aqwa prassi u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u standards mhux vinkolanti sabiex tiżdied il-konverġenza madwar il-Komunità. |
|
(11) |
Kooperazzjoni superviżorja bilaterali u multilaterali mtejba tiddependi fuq il-fehim u fiduċja reċiproki fost l-awtoritajiet superviżorji. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxu għat-titjib tat-tali kooperazzjoni. |
|
(12) |
Il-Kumitat għandu jseddaq ukoll il-konverġenza superviżorja madwar il-Komunità. Sabiex ikun hemm aktar speċifiċità dwar dan l-għan, għandha tiġi stabbilita lista indikattiva u miftuħa ta’ kompiti li għandhom jitwettqu mill-Kumitat. |
|
(13) |
Sabiex jiġu riżolti t-tilwimiet ta’ natura transkonfinali bejn l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri, il-Kumitat għandu jipprovdi mekkaniżmu ta’ medjazzjoni volontarju u mhux vinkolanti. |
|
(14) |
Sabiex jibbenefikaw mill-għarfien espert miksub mill-Kumitat u mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom il-fakultà li jirreferu kwistjonijiet lill-Kumitat bil-ħsieb li tinkiseb l-opinjoni mhux vinkolanti tiegħu. |
|
(15) |
L-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji huwa fundamentali għall-funzjonijiethom. Huwa kruċjali għas-superviżjoni effiċjenti tal-gruppi tal-assigurazzjoni u għall-istabbiltà finanzjarja. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni timponi obbligi ċari legali fuq l-awtoritajiet superviżorji biex jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni, il-Kumitat għandu jiffaċilita l-iskambju prattiku ta’ kuljum tal-informazzjoni fosthom, soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ kunfidenzjalità stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli. |
|
(16) |
Sabiex titnaqqas id-dupplikazzjoni tal-kompiti superviżorji u b’hekk jiġi rrazzjonalizzat il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq il-gruppi tal-assigurazzjoni, il-Kumitat għandu jiffaċilita d-delegazzjoni tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti. |
|
(17) |
Bil-ħsieb li tisseddaq il-konverġenza u l-konsistenza fost il-kulleġġi tas-superviżuri u b’hekk jiġi żgurat kuntest ekwu, il-Kumitat għandu jimmonitorja l-funzjonament tagħhom mingħajr ħsara għall-indipendenza tal-membri tal-kulleġġ. |
|
(18) |
Il-kwalità, il-komparabbiltà u l-konsistenza tar-rappurtar superviżorju huma ċentrali għall-kosteffiċjenza tal-arranġamenti superviżorji Komunitarji u l-piż tal-konformità fuq l-istituzzjonijiet transkonfinali. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi għall-iżgurar li d-dupplikazzjoni parzjali jew totali tiġi eliminata u li d-dejta tar-rappurtar tkun kumparabbli u ta’ kwalità xierqa. |
|
(19) |
Is-sistemi finanzjarji fil-Komunità huma marbuta mill-qrib u l-avvenimenti fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji fi Stat Membru ieħor. L-emerġenza kontinwa ta’ konglomerati finanzjarji u d-distinzjoni li qed tixxejjen bejn l-attivitajiet tad-ditti fis-setturi bankarji, tat-titoli u tal-assigurazzjoni qed iwasslu għal sfidi superviżorji addizzjonali fil-livell nazzjonali u Komunitarju. Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja, tinħtieġ sistema fil-livell tal-Kumitat, tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli sabiex jiġu identifikati r-riskji potenzjali, fost il-fruntieri u fost is-setturi, fi stadju bikri u, fejn meħtieġ, jiġu infurmati l-Kummissjoni u l-Kumitati l-oħra. Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-Kumitat jiżgura li jiġu infurmati l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Kumitat għandu r-rwol, f’dan ir-rigward, li jidentifika r-riskji fis-setturi tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol u li regolarment jirrapporta l-eżitu lill-Kummissjoni. Dwar dawn il-valutazzjonijiet għandu jiġi infurmat ukoll il-Kunsill. Il-Kumitat għandu jikkoopera wkoll mal-Parlament Ewropew u jipprovdilu informazzjoni perjodika dwar is-sitwazzjoni fis-settur tal-assigurazzjoni. Il-Kumitat ma għandux, f’dan ir-rigward, jiżvela informazzjoni dwar entitajiet individwali ssupervizzati. |
|
(20) |
Sabiex jiġu ttrattati kif xieraq kwisjonijiet transsettorjali, l-attivitajiet tal-Kumitat għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. Dan huwa ta’ importanza partikolari għall-indirizzar ta’ riskji transsettorjali possibbli għall-istabbiltà finanzjarja. |
|
(21) |
Fid-dawl tal-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u ż-żieda fl-importanza tal-istandards internazzjonali, il-Kumitat għandu jseddaq ukoll id-djalogu u l-kooperazzjoni mas-superviżuri barra l-Komunità. |
|
(22) |
Ir-responsabbiltà tal-Kumitat lejn l-Istituzzjonijiet Komunitarji hija ta’ importanza kbira u għandha tkun ta’ livell stabbilit sew filwaqt li titħares l-indipendenza tas-superviżuri. |
|
(23) |
Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu tal-proċedura u jirrispetta bis-sħiħ il-prerogattivi tal-istituzzjonijiet u l-bilanċ istituzzjonali stabbiliti bit-Trattat. Il-qafas imtejjeb tal-attivitajiet tal-Kumitat għandu jiġi akkumpanjat minn proċessi operattivi mtejba. Għal dan il-għan, jekk kunsens ġenerali ma jkunx jista’ jintlaħaq, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata bħal fir-regoli stabbiliti fit-Trattat. |
|
(24) |
Għal raġunijiet ta’ sigurtà u ċarezza legali, id-Deċiżjoni 2004/6/KE għandha tiġi rrevokata, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
B’dan huwa stabbilit grupp konsultattiv indipendenti dwar l-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol fil-Komunità, imsejjaħ “il-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).
Artikolu 2
Il-Kumitat għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ miżuri implimentattivi fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u tal-konglomerati finanzjarji, minn rajh jew fuq talba tal-Kummissjoni.
Fejn il-Kummissjoni titlob il-parir tal-Kumitat, tista’ tistipula skadenza li fiha l-Kumitat għandu jipprovdi t-tali parir. It-tali skadenza għandha tkun stipulata b’qies għall-urġenza tal-kwistjoni.
Artikolu 3
Il-Kumitat għandu jaqdi l-kompiti assenjati lilu u jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni komuni u uniformi u l-applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja permezz tal-ħruġ ta’ linji ta’ gwida, rakkomandazzjonijiet u standards.
Artikolu 4
1. Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u jseddaq il-konverġenza tal-prattiki u l-approċċi superviżorji tal-Istati Membri madwar il-Komunità. Għal dan il-għan, għandu jwettaq, tal-anqas, il-kompiti segwenti:
|
(a) |
ilaqqa’ u jiffaċilita l-medjazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba ta’ awtorità superviżorja; |
|
(b) |
jipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba tagħhom; |
|
(ċ) |
jippromwovi l-iskambju effikaċi bilaterali u multilaterali tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji soġġett għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità; |
|
(d) |
jiffaċilità l-iddelegar tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolament bl-identifikazzjoni tal-kompiti li jistgħu jiġu ddelegati u bil-promozzjoni tal-aqwa prassi; |
|
(e) |
jikkontribwixxi fl-iżgurar tal-funzjonament effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri partikolarment permezz tal-istipular ta’ linji ta’ gwida għall-funzjonament operattiv tal-kulleġġi, il-monitoraġġ tal-koerenza tal-prattiki tal-kulleġġi differenti u l-kondiviżjoni tal-aqwa prassi; |
|
(f) |
jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ standards ta’ kwalità għolja u komuni ta’ rappurtar superviżorju; |
|
(g) |
janalizza l-applikazzjoni prattika tal-linji ta’ gwida, r-rakkomandazzjonijiet u l-istandards mhux vinkolanti maħruġa mill-Kumitat. |
2. Il-Kumitat għandu janalizza l-prattiki superviżorji tal-Istati Membri u jivvaluta l-konverġenza tagħhom fuq bażi kontinwa. Il-Kumitat għandu jirrapporta annwalment dwar il-progress miksub u jidentifika l-ostakli li jkun fadal.
3. Il-Kumitat għandu jiżviluppa għodod prattiċi ġodda ta’ konverġenza biex jippromwovi l-approċċi superviżorji komuni.
Artikolu 5
1. Il-Kumitat għandu jimmonitorja u jivvaluta l-iżviluppi fis-settur tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u, fejn meħtieġ, jinforma lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, lill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u lill-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jiżgura li l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri jiġu infurmati dwar problemi potenzjali jew imminenti.
2. Il-Kumitat għandu, tal-anqas darbtejn fis-sena, jipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjonijiet dwar ix-xejriet mikroprudenzjali, ir-riskji potenzjali u d-dgħjufijiet fis-settur tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol.
Il-Kumitat għandu jinkludi f’dawn il-valutazzjonijiet klassifika tar-riskji u d-dgħjufijiet ewlenin u jindika kemm hu possibbli li t-tali riskji u d-dgħjufijiet jheddu l-istabbiltà finanzjarja u, fejn meħtieġ, jipproponi azzjonijiet preventivi u rimedjali.
Il-Kunsill għandu jiġi infurmat dwar dawn il-valutazzjonijiet.
3. Il-Kumitat għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jippermettu l-awtoritajiet superviżorji jirreaġixxu minnufih. Fejn xieraq, il-Kumitat għandu jiffaċilita pożizzjoni komuni fi ħdan il-Komunità dwar ir-riskji u d-dgħjufijiet li jistgħu jaffettwaw negattivament l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Komunità.
4. Il-Kumitat għandu jiżgura li jkunu koperti b’mod xieraq l-iżviluppi, r-riskji u d-dgħjufijiet transsettorjali permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u mal-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.
Artikolu 6
1. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ prattiki superviżorji komuni fil-qasam tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, kif ukoll fuq bażi transsettorjali b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej.
2. Għal dan il-għan, partikolarment għandu jistabbilixxi programmi tat-taħriġ settorjali u transsettorjali, jiffaċilita l-iskambju tal-persunal u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jintesifikaw l-użu tal-iskemi ta’ sekondament, ta’ timijiet ta’ spezzjoni konġunta u ta’ żjarat superviżorji u għodod oħra.
3. Il-Kumitat għandu, fejn xieraq, jiżviluppa strumenti ġodda għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ prattiċi superviżorji komuni.
4. Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi, partikolarment bil-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi komuni tat-taħriġ.
Artikolu 7
1. Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant ta’ livell għoli mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu sabiex jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun preżenti fil-laqgħat tal-Kumitat u għandha taħtar rappreżentant ta’ livell għoli sabiex jieħu sehem fid-dibattiti tiegħu.
3. Il-Kumitat għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu.
4. Il-Kumitat jista’ jistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.
5. Il-Kumitat ma għandux jindirizza aspetti tal-liġi tax-xogħol u tal-liġi soċjali bħall-organizzazzjoni tar-reġimi tax-xogħol, partikolarment is-sħubija obbligatorja u l-ftehimiet kollettivi.
Artikolu 8
1. Il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu meħtieġa ma jiżvelawx informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Il-parteċipanti kollha fid-diskussjonijiet għandhom ikunu obbligati jikkonformaw mar-regoli applikabbli tas-segretezza professjonali.
2. Kull meta d-diskussjoni dwar agendum jinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali li tikkonċerna istituzzjoni ssupervizzata, il-parteċipazzjoni fit-tali diskussjoni tista’ tiġi ristretta għall-membri involuti direttament.
Artikolu 9
1. Il-Kumitat għandu jinforma regolarment lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-attivitajiet tiegħu. Għandu jkollu kuntatti regolari mal-Kumitat tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE (7) u mal-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.
2. Il-Kumitat għandu jiżgura l-konsistenza transsettorjali tal-ħidma fis-setturi tas-servizzi finanzjarji permezz ta’ kooperazzjoni regolari u mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej.
3. Il-president tal-Kumitat għandu jkollu kuntatt regolari mal-presidenti tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej tal-anqas darba fix-xahar.
Artikolu 10
Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna għal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma bħala osservatur.
Artikolu 11
Il-Kumitat għandu jikkoopera fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej f’Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji.
Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom ikunu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji bħala osservaturi.
Artikolu 12
Qabel ma jittrasmetti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni, il-Kumitat għandu, fi stadju bikri, jikkonsulta estensivament mal-parteċipanti, l-konsumaturi u l-utenti finali tas-suq b’mod miftuħ u trasparenti. Il-Kumitat għandu jippubblika r-riżultati tal-konsultazzjonijiet, sakemm il-parteċipant ma jitlobx xort’oħra.
Artikolu 13
Il-Kumitat għandu jistabbilixxi programm annwali ta’ ħidma u jibagħtu lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni sa tmiem Ottubru ta’ kull sena. Il-Kumitat għandu perjodikament u tal-anqas kull sena jinforma lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-ksib tal-attivitajiet stipulati fil-programm ta’ ħidma.
Artikolu 14
Il-Kumitat għandu jopera bil-kunsens tal-membri tiegħu. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata. Il-voti tal-membri tal-Kumitat għandhom jikkorrispondu għall-voti tal-Istati Membri kif stipulati fl-Artikolu 205(2) u (4) tat-Trattat.
Il-membri tal-Kumitat li ma jsegwux il-linji ta’ gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-istandards u miżuri oħra miftehma fil-Kumitat għandhom ikunu lesti jippreżentaw ir-raġunijiet għal din l-għażla.
Artikolu 15
Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura u jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu stess.
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-emendi tar-regoli ta’ proċedura u ta’ elezzjonijiet fil-Bord tal-Kumitat jew tat-tneħħija minnu, ir-regoli ta’ proċedura jistgħu jipprevedu proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet li jkunu differenti minn dawk stipulati fl-Artikolu 14.
Artikolu 16
Id-Deċiżjoni 2004/6/KE hija rrevokata.
Artikolu 17
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(3) COM(2007) 727 finali.
(4) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 15698/07 tal-4 ta’ Diċembru 2007.
(5) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 7652/1/08, Rev 1.
(6) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 8515/3/08, Rev 3.
IV Atti oħrajn
SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW
Kumitat Konġunt taż-ŻEE
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 127/2008
tal-5 ta’ Diċembru 2008
li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness VII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 755/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 li jemenda l-Anness II mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness VII mal-Ftehim:
|
“— |
32008 R 0755: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 755/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 205, 1.8.2008, p. 10).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 755/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għanda tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2008, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikoli 103(1) tal-Ftehim, ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007, liema minn dawn jiġi fl-aktar stadju tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 223, 21.8.2008, p. 47.
(2) ĠU L 205, 1.8.2008, p. 10.
(*1) M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 128/2008
tal-5 ta' Diċembru 2008
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ′il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/65/KE tas-27 ta' Ġunju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE dwar il-liċenzi tas-sewqan (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 24a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE) tal-Anness XIII tal-Ftehim:
|
“— |
32008 L 0065: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/65/KE tas-27 ta' Ġunju 2008 (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 36).” |
Artikolu 2
Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2008/65/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Diċembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 110.
(2) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 36.
(*1) M’huma indikati ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 129/2008
tal-5 ta' Diċembru 2008
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ′il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà rigward is-subsistema “infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b’veloċità għolja (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE tal-1 ta’ Frar 2008 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-sub-sistema tat-tħaddim tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b’veloċità għolja adottata, imsemmija fl-Artiklu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/734/KE tat-30 ta’ Mejju 2002 (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2008/217/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/732/KE (4) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2008/231/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/734/KE (5) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
It-test tal-punt 37ac (id-Deċiżjoni tal Kummissjoni 2002/732/KE) għandha tiġi mibdula b'dan li ġej: “ 32008 D 0217: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà rigward is-subsistema ‘infrastruttura’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b’veloċità għolja (ĠU L 77, 19.3.2008, p.1).” |
|
(2) |
It-test tal-punt 37ae (id-Deċiżjoni tal Kummissjoni 2002/734/KE) għandha tiġi mibdula b'dan li ġej: “ 32008 D 0231: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE tal-1 ta’ Frar 2008 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-sub-sistema tat-tħaddim tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b’veloċità għolja adottata, imsemmija fl-Artiklu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/734/KE tat- 30 ta’ Mejju 2002 (ĠU L 84, 26.3.2008, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2008/217/KE u 2008/231/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar fis-6 ta' Diċembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 110.
(4) ĠU L 245, 12.9.2002, p. 143.
(5) ĠU L 245, 12.9.2002, p. 370.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 130/2008
tal-5 ta’ Diċembru 2008
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 362/2008 tal-14 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2009 tal-fatturi varjabbli sekondarji mmirati relattivament għall-privazzjoni materjali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (3) għandu jiġi inkorportat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta’ data mill-2009 'il quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta’ dejta dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta’ referenza (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2008 tat-30 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 102/2007 li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2008 dwar il-qagħda tas-suq tax-xogħol tal-migranti u n-nisel tagħhom immedjat (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18w (ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
(2) |
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 18al (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 207/2008):
|
|
(3) |
Dan li ġejjin għandu jiddaħħal fil-punt 18ak (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2007): “, kif emendat b’:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 362/2008, Nru 365/2008, Nru 377/2008 u Nru 391/2008 fl-ilsien Iżlandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplement taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru tal-2008, ladarba jsiru n-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE f’konformità mal-Artikolu 103(1) (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Supplement taż-ŻEE mal-istess ġurnal.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 119.
(2) ĠU L 112, 24.4.2008, p. 1.
(3) ĠU L 112, 24.4.2008, p. 22.
(4) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57.
(5) ĠU L 117, 1.5.2008, p. 15.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 131/2008
tal-5 ta’ Diċembru 2008
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 747/2008 tat-30 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin, rigward id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-implimentazzjoni tar-Rev. 2 tan-NACE Rev. 2 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiżdied fil-Punt 19x (Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim:
“, kif emendat b′li ġej:
|
— |
32008 R 0747: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 747/2008 tat-30 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 202, 31.7.2008, p. 20).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 747/2008 fil-lingwi Iżlandiżi u Norveġiżi, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar fis-6 ta’ Diċembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (3).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 119.
(2) ĠU L 202, 31.7.2008, p. 20.
(3) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.