ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 13 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew ( 1 ) |
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1032/2006 f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi ta' skambju tad-dejta tat-titjira li jappoġġjaw is-servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta (servizzi data-link) ( 1 ) |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2009/38/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/881/KE u 2002/459/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Awstrija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8995) ( 1 ) |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
17.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 13/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 28/2009
tas-16 ta’ Jannar 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ta' fis-17 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
147,8 |
JO |
75,8 |
|
MA |
43,7 |
|
TN |
134,4 |
|
TR |
99,0 |
|
ZZ |
100,1 |
|
0707 00 05 |
JO |
155,5 |
MA |
110,5 |
|
TR |
153,1 |
|
ZZ |
139,7 |
|
0709 90 70 |
MA |
147,0 |
TR |
129,2 |
|
ZZ |
138,1 |
|
0805 10 20 |
EG |
44,4 |
IL |
56,2 |
|
MA |
61,8 |
|
TN |
49,5 |
|
TR |
69,8 |
|
ZZ |
56,3 |
|
0805 20 10 |
MA |
86,2 |
TR |
58,0 |
|
ZZ |
72,1 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
63,2 |
EG |
96,8 |
|
IL |
55,0 |
|
JM |
94,4 |
|
TR |
67,7 |
|
ZZ |
75,4 |
|
0805 50 10 |
MA |
67,1 |
TR |
65,6 |
|
ZZ |
66,4 |
|
0808 10 80 |
CA |
87,4 |
CN |
72,5 |
|
MK |
34,7 |
|
TR |
67,5 |
|
US |
110,1 |
|
ZZ |
74,4 |
|
0808 20 50 |
CN |
62,1 |
KR |
148,7 |
|
TR |
97,0 |
|
US |
110,9 |
|
ZZ |
104,7 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
17.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 13/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 29/2009
tas-16 ta’ Jannar 2009
li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku ta’ l-Ajru (Ir-Regolament ta’ interoperabilità) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Iż-żidiet osservati u mistennija fil-livelli tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa jitolbu żidiet paralleli fil-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Dan iwassal għal ħtieġa ta’ titjib operattiv b’mod notevoli biex tittejjeb l-effiċjenza tal-komunikazzjonijiet bejn il-kontrolluri u l-bdoti. Il-frekwenzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi qegħdin kull ma jmur jimtlew iżżejjed u jaqbel li jiġu supplimentati b’komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta bejn l-ajru u l-art. |
(2) |
Għadd ta’ studji u provi mwettqa ġewwa l-Komunità Ewropea u l-Eurocontrol ikkonfermaw il-kapaċità tas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta biex jagħmlu possibbli il-forniment ta’ kapaċità addizzjonali fil-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Dawn is-servizzi għandhom jiġu introdotti b’manjiera kkoordinata biex isir l-aħjar użu tal-benefiċċji potenzjali. |
(3) |
L-Eurocontrol ingħatat mandat skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 biex tiżviluppa rekwiżiti għall-introduzzjoni kkoordinata ta’ servizzi ta’ kollegament tad-dejta. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rapport ta’ mandat li ngħata b’riżultat t’hekk fid-19 ta’ Ottubru 2007. |
(4) |
Mhuwiex l-għan ta’ dan ir-Regolament li jkopri operazzjonijiet u taħriġ militari kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004. |
(5) |
L-introduzzjoni bikrija ta’ servizzi ta’ kollegament tad-dejta biex jikkumplimentaw il-komunikazzjonijiet bil-vuċi bejn il-bdoti u l-kontrolluri fil-fażi ta’ waqt ir-rotta hija prevista mill-Pjan Komprensiv għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (l-ATM) (il-pjan komprensiv għall-ATM) li jirriżulta mill-fażi ta’ definizzjoni tal-proġett SESAR ibbażat fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru (SESAR) (3). |
(6) |
Is-servizzi ta’ kollegament tad-dejta għandhom jiġu introdotti f’partijiet kontinwi u omoġenji tal-ispazju tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew, u dan għandu jsir l-ewwel għall-ispazju tal-ajru ta’ fuq b’densità għolja. Meta titqies l-importanza tas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-iżvilupp ulterjuri tan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-EATMN), jaqbel li l-użu tagħhom jiġi estiż progressivament għall-ikbar parti tal-ispazju tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew kif iddefinit fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta’ l-ispazju ta’ l-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta’ l-ispazju ta’ l-arja) (4). |
(7) |
Għadd sinifikanti ta’ servizzi ta’ kollegament tad-dejta ġew iddefiniti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-ICAO) u mill-Organizzazzjoni Ewropea għat-Tagħmir tal-Avjazzjoni Ċivili (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Eurocae). Dawk is-servizzi li ġew ivvalidati f’livell tal-Eurocontrol b’mod suffiċjenti biss jistgħu ikunu s-suġġett ta’ introduzzjoni mandatorja, ibbażati fuq l-istandards iddefiniti minn dawn l-organizzazzjonijiet. |
(8) |
Iż-żieda fil-kapaċità tat-traffiku li hi possibbli bis-servizzi ta’ kollegament tad-dejta tiddependi fuq il-perċentwali ta’ titjiriet li jsiru bil-kapaċità ta’ kollegament tad-dejta. Perċentwali sinifikanti ta’ titjiriet, ta’ mhux inqas minn 75 %, jistgħu jkunu mgħammra b’mod li jippermetti żieda suffiċjenti fil-kapaċità. |
(9) |
L-operaturi jeħieġu żmien suffiċjenti ta’ notifika biex jgħammru l-inġenji tal-ajru tagħhom b’kapaċitajiet ġodda, kemm għall-inġenji tal-ajru l-ġodda kif ukoll għall-flotta eżistenti. Dan għandu jitqies meta jiġu stipulati d-dati għat-tagħmir mandatorju. |
(10) |
Għadd ta’ inġenji tal-ajru, l-aktar dawk għal titjiriet oċeaniċi fit-tul, diġà tgħammru bil-kapaċità ta’ kollegament tad-dejta bl-użu ta’ standards magħrufin bħala Sistemi tal-Futur għan-Navigazzjoni tal-Ajru (FANS) 1/A. Mhuwiex ekonomikament ġustifikabbli li l-operaturi jintalbu jinstallaw tagħmir ulterjuri għall-kollegament tad-dejta fuq it-tali inġenji tal-ajru biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, fit-tul tista’ tintlaħaq konverġenza bejn is-soluzzjonijiet tekniċi użati għat-titjiriet oċeaniċi u dawk iddefiniti minn dan ir-Regolament. Għaldaqstant jaqbel li tiġi stabbilita data xierqa f’dan ir-rigward. |
(11) |
Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ xi inġenji tal-ajru li jkollhom kostitwenti tal-kollegament tad-dejta li, b’mod temporanju, ma jkunux operattivi, jistgħu jiġu speċifikati fil-lista applikabbli dwar it-tagħmir minimu meħtieġa mill-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili (5) u mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (6), u mir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
(12) |
Għandhom jiġu identifikati kriterji għal eżenzjoni possibbli, ibbażati b’mod partikulari fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi jew ta’ ħtieġa teknika partikulari, biex jippermettu lill-operaturi jagħmlu eċċezzjonijiet u ma jgħammrux tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru bil-kapaċità ta’ kollegament tad-dejta. |
(13) |
Inġenji tal-ajru Statali li huma tat-trasport jirrappreżentaw l-ikbar kategorija tal-inġenji tal-ajru Statali li jtiru bħala traffiku tal-ajru ġenerali fl-ispazju tal-ajru li fih japplika dan ir-Regolament. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jgħammru t-tali tip ta’ inġenji tal-ajru ġodda b’kapaċitajiet ta’ kollegament tad-dejta abbażi ta’ standards li mhumiex speċifiċi għar-rekwiżiti operattivi militari, huma jistgħu jintalbu jimplimentaw soluzzjonijiet tekniċi li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. |
(14) |
L-applikazzjoni uniformi ta’ proċeduri speċifiċi fi ħdan l-ispazju tal-ajru uniku Ewropew relatati mal-użu ta’ ħolqa ta’ dejta hija kruċjali għall-kisba tal-interoperabbiltà u ta’ operazzjonijiet mingħajr problemi. |
(15) |
L-ICAO iddefiniet il-ġestjoni tal-kuntest (minn hawn ’il quddiem imsejħa s-CM) ta’ applikazzjonijiet standardizzati mill-ajru għall-art u ddefiniet il-komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta bejn il-kontrollur u l-bdot (minn hawn ’il quddiem imsejħin is-CPDLC) għall-introduzzjoni tas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta. Il-fornituri tas-servizzi u l-operaturi tat-traffiku tal-ajru għandhom jappoġġjaw dawn l applikazzjonijiet u jużaw sett standardizzat u komuni ta’ messaġġi biex jiżguraw implimentazzjonijiet interoperabbli minn tarf għall-ieħor (“end-to-end”) tas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta. |
(16) |
Diversi protokolli ta’ komunikazzjoni jistgħu jintużaw għall-iskambju tad-dejta bejn applikazzjonijiet mill-ajru għall-art. Madankollu, bħala minimu, għandu jintuża sett komuni fuq in-naħa tal-art biex tkun żgurata l-interoperabbiltà ġenerali fi ħdan l-ispazju tal-ajru li fih japplika dan ir-Regolament. Il-protokolli ddefiniti mill-ICAO ibbażati fuq in-Netwerk għat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-ATN) u fuq il-ħolqa diġitali ta’ frekwenza għolja ħafna tal-Mod 2 (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-VDL 2) bħalissa huma meqjusa bħala l-unika soluzzjoni vvalidata li tista’ tinżamm għal użu armonizzat. Għaldaqstant l-Istati Membri jistgħu jintalbu jiżguraw id-disponibbiltà ta’ din is-soluzzjoni. |
(17) |
Proċeduri reġjonali u supplimentari tal-ICAO li huma applikabbli fl-Ewropa qed jiġu mmodifikati sabiex jippermettu l-ġarr mandatorju tal-kostitwenti tal-kollegament tad-dejta fl-ispazju tal-ajru ta’ xi Stati Membri. |
(18) |
L-operaturi u l-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni għall-iskambju tad-dejta bejn l-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandha titħallielhom il-possibbiltà li jużaw protokolli differenti minn barra l-ATN jew il-VDL 2. Madankollu dawn il-protokolli jistgħu jikkonformaw ma’ rekwiżiti adegwati li jiżguraw li tinżamm l-interoperabbiltà minn tarf għall-ieħor bejn l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-inġenji tal-ajru. |
(19) |
Il-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-ATS) jistgħu jagħżlu li jiddependu fuq organizzazzjonijiet oħrajn għall-forniment tas-servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta mill-ajru għall-art. F’dan il-każ, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza, s-sigurtà u l-effiċjenza ta’ dawn is-servizzi, ftehimiet dwar il-livell tas-servizz jistgħu jiġu stabbiliti bejn il-partijiet ikkonċernati. |
(20) |
Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà minn tarf għall-ieħor tas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta, l-inġenji tal-ajru u l-unitajiet tal-ATS b’kapaċità ta’ kollegament tad-dejta jistgħu ikunu kapaċi jitsabbilixxu komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta irrispettivament mill-arranġamenti magħmula mill-operaturi u mill-fornituri tal-ATS biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art. Għalhekk għandhom jittieħdu miżuri adegwati għal dan il-għan. |
(21) |
L-informazzjoni dwar il-kapaċità tat-titjiriet għal kollegament tad-dejta tista’ tkun inkluża fil-pjan tat-titjira, ipproċessata u trażmessa bejn l-unitajiet tal-ATS. L-informazzjoni t’identifikazzjoni, li tippermetti l-użu ta’ applikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta mill-ajru għall-art u tagħti l-possibbiltà lill-unità tal-ATS li jkun imissha biex tibda l-iskambju tad-dejta mal-inġenji tal-ajru, tista’ wkoll tiġi pproċessata u trażmessa bejn l-unitajiet tal-ATS. |
(22) |
Jistgħu jittieħdu miżuri mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u mill-entitajiet l-oħra li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta mill-ajru għall-art biex tiġi żgurata s-sigurtà adegwata għall-iskambji ta’ informazzjoni. |
(23) |
Il-kwalità tas-servizz tal-komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta mill-ajru għall-art tista’ tiġi mmonitorjata regolarment mill-fornituri tal-ATS. |
(24) |
Jaqbel li tiġi użata skema komuni t’indirizzar sabiex ikunu identifikati mingħajr ambigwità dawk l-istazzjonijiet kollha tal-ajru u tal-art milqutin mill-iskambji tal-kollegamenti tad-dejta. |
(25) |
Bil-għan li jżommu jew isaħħu l-livelli eżistenti ta’ sikurezza tal-operazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jintalbu jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati jwettqu valutazzjoni tas-sikurezza li tinkludi l-identifikazzjoni tal-perikli, il-valutazzjoni tar-riskju u l-proċessi ta’ mitigazzjoni tar-riskju. |
(26) |
B’konformità mal-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, regoli ta’ implimentazzjoni għall-interoperabbiltà jistgħu jiddeskrivu l-proċeduri speċifiċi tal-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-konformità jew tal-addattament għall-użu tal-kostitwenti, kif ukoll għall-verifika tas-sistemi. |
(27) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ajru Uniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-introduzzjoni kkoordinata tas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta bbażati fuq komunikazzjonijiet tad-dejta mill-ajru għall-art minn punt għall-ieħor (“point-to-point”) kif iddefiniti fl-Artikolu 2, punt 5.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal:
(a) |
sistemi li jipproċessaw id-dejta tat-titjiriet, il-kostitwenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom, u sistemi ta’ interazzjoni bejn il-bniedem u l-magni, il-kostitwenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom li jaqdu l-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru li jipprovdu servizz lit-traffiku tal-ajru ġenerali; |
(b) |
kostitwenti tas-sistemi ta’ interazzjoni bejn il-bniedem u l-magni li jinġarru fl-ajru u l-proceduri assoċjati magħhom; |
(ċ) |
sistemi ta’ komunikazzjoni mill-ajru għall-art, il-kostitwenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom. |
3. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-titjiriet kollha li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali b’konformità mar-regoli tat-titjir bl-istrumenti fi ħdan l-ispazju tal-ajru ’l fuq minn FL 285 kif iddefinit fil-Parti A tal-Anness I.
Kif ukoll għandu japplika mill-5 ta’ Frar 2015 għal kull titjira operata bħala traffiku tal-ajru ġenerali b’konformità mar-regoli tat-titjir bl-istrumenti fi ħdan l-ispazju tal-ajru ’l fuq minn FL 285 kif iddefinit fil-Parti B tal-Anness I.
4. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (minn hawn ’il quddiem imsejħa “fornituri ATS”) li jipprovdu servizzi lit-traffiku tal-ajru ġenerali fi ħdan l-ispazju tal-ajru msemmi fil-paragrafu 3 u b’konformità mad-dati ta’ applikazzjoni rilevanti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.
Għandhom japplikaw ukoll it-tifsiriet li ġejjin:
(1) |
“servizz ta’ kollegament tad-dejta” tfisser sett ta’ tranżazzjonijiet dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru li huma relatati, li huma appoġġjati minn komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta mill-ajru għall-art, u li għandhom għan operattiv imfisser b’mod ċar u li jibdew u jintemmu ma’ avveniment operattiv; |
(2) |
“operatur” tfisser persuna, organizzazzjoni jew impriża involuta f’operazzjoni tal-inġenji tal-ajru jew li toffri li tkun involuta fiha; |
(3) |
“unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru” (minn hawn ’il quddiem imsejħa unità tal-“ATS”) tfisser unità ċivili jew militari responsabbli għall-forniment tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru; |
(4) |
“ftehim dwar il-livell tas-servizz” tfisser dik il-parti ta’ kuntratt tas-servizz bejn organizzazzjonijiet fejn jintlaħaq ftehim dwar ċertu livell ta’ servizz, b’mod partikulari b’rabta mal-kwalità u mal-prestazzjoni tas-servizz tal-komunikazzjoni tad-dejta; |
(5) |
“komunikazzjoni mill-ajru għall-art minn punt għall-ieħor” tfisser komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet bejn inġenju tal-ajru u entità ta’ komunikazzjoni fuq l-art li sserraħ fuq sett ta’ funzjonijiet imqassma biex tikseb:
|
(6) |
“inġenji tal-ajru Statali” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru użat mill-militar, mid-dwana u mill-pulizija; |
(7) |
“inġenji tal-ajru Statali tat-trasport” tfisser inġenji tal-ajru Statali bil-ġwienaħ fissi li huma ddisinjati għall-ġarr ta’ persuni u/jew ta’ merkanzija; |
(8) |
“applikazzjoni mill-ajru għall-art” tfisser sett ta’ funzjonijiet ta’ kooperazzjoni mill-ajru għall-art li jappoġġjaw lis-servizzi tat-traffiku tal-ajru; |
(9) |
“komunikazzjoni minn tarf għall-ieħor” tfisser it-trasferiment ta’ informazzjoni bejn applikazzjonijiet mill-ajru għall-art korrispondenti; |
(10) |
“komunikazzjoni mill-ajru għall-art” tfisser komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet bejn is-sistemi ta’ komunikazzjoni tal-inġenji tal-ajru u dawk fuq l-art; |
(11) |
“politika ta’ sigurtà” tfisser sett ta’ objettivi, regoli dwar l-imġiba għall-utenti u l-amministraturi, u rekwiżiti għall-konfigurazzjoni u l-ġestjoni tas-sistemi li b’mod kollettiv huma maħsuba biex jissalvagwardjaw sistemi u riżorsi ta’ komunikazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-forniment ta’ servizzi ta’ kollegament tad-dejta minn atti ta’ interferenza illegali; |
(12) |
“informazzjoni tal-indirizzar” tfisser informazzjoni relatata mas-sistema jew mal-indirizz tan-netwerk ta’ xi entità li tkun qed tipparteċipa f’komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta mill-ajru għall-art, u li tippermetti ukoll li jiġi ddeterminat mingħajr ambigwità fejn tinsab l-entità; |
(13) |
“sistema integrata għall-ipproċessar tal-pjan iniżjali tat-titjira” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “IFPS”) tfisser sistema fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru li permezz tagħha jiġi pprovdut servizz iċċentralizzat ta’ pproċessar u tqassim tal-ippjanar tat-titjiriet, li jittratta r-riċeviment, il-validazzjoni u t-tqassim tal-pjanijiet tat-titjiriet, fi ħdan l-ispazju tal-ajru kopert minn dan ir-Regolament; |
(14) |
“mhux operattiv” għal kostitwent li jinġarr fl-ajru tfisser li l-kostitwent ma jwettaqx il-funzjoni li għaliha jkun maħsub jew li b’mod konsistenti ma jkunx qed jaħdem fi ħdan il-limiti operattivi jew il-kriterji tat-tolleranza tiegħu. |
Artikolu 3
Is-servizzi ta’ kollegament tad-dejta
1. Il-fornituri tal-ATS għandhom jiżguraw li l-unitajiet tal-ATS li jipprovdu servizzi tat-traffiku tal-ajru fi ħdan l-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3) ikollhom il-kapaċità li jipprovdu u jħaddmu s-servizzi ta’ kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, operaturi għandhom jiżguraw li l-inġenji tal-ajru li jkunu qed joperaw titjiriet imsemmija fl-Artikolu 1(3) b’ċertifikat individwali dwar in-navigabbiltà (“airworthiness”) maħruġ għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara, ikollhom il-kapaċità li joperaw is-servizzi ta’ kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi għandhom jiżguraw li inġenji tal-ajru li joperaw titjiriet imsemmija fl-Artikolu 1(3) b’ċertifikat individwali dwar in-navigabbiltà maħruġ għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2011, ikollhom il-kapaċità li joperaw is-servizzi ta’ kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II, b’effett mill-5 ta’ Frar 2015.
4. Il-paragrafi 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għal li ġej:
(a) |
inġenji tal-ajru li għandhom ċertifikat individwali dwar in-navigabbiltà maħruġ għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2014 u mgħammrin b’tagħmir għall-kollegament tad-dejta ċċertifikat skont ir-rekwiżiti ta’ wieħed mid-dokumenti tal-Eurocae speċifikati fil-punt (10) tal-Anness III; |
(b) |
għal inġenji tal-ajru li għandhom ċertifikat individwali dwar in-navigabbiltà maħruġ għall-ewwel darba mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1998 u li se jtemmu l-operat fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3) mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017; |
(ċ) |
għal inġenji tal-ajru Statali; |
(d) |
għal inġenji tal-ajru li jittajru fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3) għall-finijiet ta’ ttestjar, ta’ kunsinna jew ta’ manutenzjoni jew li għandhom kostitwenti tal-kollegament tad-dejta li, b’mod temporanju, ma jkunux operattivi, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-lista applikabbli dwar it-tagħmir minimu meħtieġa mill-punt (1) tal-Anness III u mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
5. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jgħammru inġenji tal-ajru Statali tat-trasport ġodda li jkunu se jidħlu fis-servizz mill-1 ta’ Jannar 2014 bil-kapaċità ta’ kollegament tad-dejta li tiddependi fuq standards li mhumiex speċifiċi għar-rekwiżiti operattivi militari, għandhom jiżguraw li dawn l-inġenji tal-ajru jkollhom il-kapaċità li joperaw is-servizzi ta’ kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II.
Artikolu 4
Il-proċeduri assoċjati
Il-fornituri tal-ATS li jipprovdu servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-operaturi li jużaw servizzi tat-traffiku tal-ajru appoġġjati mis-servizzi ta’ kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II għandhom japplikaw proċeduri komuni standardizzati li jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Civili (ICAO) għal:
(a) |
it-twaqqif ta’ komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta bejn il-kontrollur u l-bdot (minn hawn ’il quddiem imsejħin is-CPDLC); |
(b) |
l-iskambju ta’ messaġġi operattivi tas-CPDLC; |
(ċ) |
it-trasferiment tas-CPDLC; |
(d) |
il-waqfien temporanju mill-użu ta’ talbiet tas-CPDLC mill-bdot; |
(e) |
il-falliment u l-għeluq tas-CPDLC; |
(f) |
l-iffajljar ta’ pjanijiet tat-titjira li jirrigwardaw informazzjoni dwar il-kapaċità tal-kollegament tad-dejta. |
Artikolu 5
L-obbligi tal-fornituri tal-ATS f’dak li għandu x’jaqsam mal-komunikazzjonijiet tal-kollegament tad-dejta
1. Il-fornituri tal-ATS għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ fuq l-art imsemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kostitwenti tagħhom jappoġġjaw l-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.
2. Il-fornituri tal-ATS għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ fuq l-art imsemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u l-kostitwenti tagħhom japplikaw komunikazzjonijiet minn tarf għall-iehor f’konformità mar-rekwiżiti tal-Parti A tal-Anness IV għall-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.
3. Il-fornituri tal-ATS li jiddependu fuq organizzazzjonijiet oħrajn għall-forniment tas-servizzi ta’ komunikazzjoni għall-iskambji tad-dejta mal-inġenji tal-ajru li huma meħtieġa għall-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III għandhom jiżguraw li dawn is-servizzi jiġu pprovduti skont it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ ftehim dwar il-livell tas-servizz li jinkludi b’mod partikulari:
(a) |
id-deskrizzjoni tas-servizzi ta’ komunikazzjoni skont ir-rekwiżiti tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II; |
(b) |
id-deskrizzjoni tal-polza tas-sigurtà implimentata biex tiżgura skambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art li huma ddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III; |
(ċ) |
il-materjal rilevanti li għandu jiġi pprovdut għall-monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz u tal-prestazzjoni tas-servizzi ta’ komunikazzjoni. |
4. Il-fornituri tal-ATS għandhom jagħmlu arranġamenti adattati biex jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu stabbiliti skambji tad-dejta mal-ingenji tal-ajru kollha li jittajru fl-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li jkollhom il-kapaċità tal-kollegament tad-dejta f’konformita mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, waqt li jitqiesu b’mod xieraq il-limitazzjonijiet ta’ kopertura possibbli li jkunu inerenti ghat-teknoloġija tal-komunikazzjoni użata.
5. Il-fornituri tal-ATS għandhom jimplimentaw, fis-sistemi għall-ipproċessar tad-dejta dwar it-titjira tagħhom, il-proċessi ta’ identifikazzjoni bil-quddiem (“log on forward”) u tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jkun imiss (“next authority notification”) bejn l-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 (7) f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti għas-sistemi awtomatiċi għall-iskambju tad-dejta dwar it-titjir li jappoġġjaw is-servizzi ta’ kollegament tad-dejta.
6. Il-fornituri tal-ATS għandhom iwettqu monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni u jivverifikaw il-konformità tagħhom mal-livell ta’ prestazzjoni meħtieġ għall-ambjent operattiv taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
Artikolu 6
L-obbligi tal-operaturi f’dak li għandu x’jaqsam mal-komunikazzjonijiet tal-kollegament tad-dejta
1. L-operaturi għandhom jiżguraw li s-sistemi li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u l-kostitwenti tagħhom installati abbord l-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 3(2) u (3) jappoġġjaw l-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.
2. L-operaturi għandhom jiżguraw li s-sistemi li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u l-kostitwenti tagħhom installati abbord l-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 3(2) u (3) japplikaw komunikazzjonijiet minn tarf għall-iehor f’konformità mar-rekwiżiti tal-parti A tal-Anness IV għall-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.
3. L-operaturi għandhom jiżguraw li s-sistemi li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u l-kostitwenti tagħhom installati abbord l-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 3(2) u (3) japplikaw komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art f’konformità mar-rekwiżiti tal-Parti B jew tal-Parti Ċ tal-Anness IV għall-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO specifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.
4. L-operaturi msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jagħmlu l-arranġamenti adattati biex jiżguraw li l-iskambji tad-dejta jkunu jistgħu jiġu stabbiliti bejn l-inġenji tal-ajru tagħhom li għandhom il-kapaċità ta’ kollegament tad-dejta u l-unitajiet kollha tal-ATS li jistgħu jikkontrollaw it-titjiriet li huma joperaw fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3), waqt li jitqiesu b’mod xieraq il-limitazzjonijiet ta’ kopertura possibbli li jkunu inerenti għat-teknoloġija tal-komunikazzjoni użata.
Artikolu 7
L-obbligi ġenerali tal-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-komunikazzjonijiet tal-kollegament tad-dejta
1. L-Istati Membri li jkunu ħatru fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru ddefinit fl-Artikolu 1(3) għandhom jiżguraw li servizzi ta’ komunikazzjoni mill-ajru għall-art li japplikaw ir-rekwiżiti tal-Parti B tal-Anness IV jkunu disponibbli għall-operaturi għal inġenji tal-ajru li jittajru ġewwa dan l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom għal skambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III, waqt li jitqiesu b’mod xieraq il-limitazzjonijiet ta’ kopertura possibbli li jkunu inerenti għat-teknoloġija tal-komunikazzjoni użata.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u entitajiet oħra li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni jimplimentaw polza tas-sigurtà adegwata għall-iskambji tad-dejta tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II, b’mod partikulari billi japplikaw regoli komuni tas-sigurtà biex jipproteġu r-riżorsi fiżiċi mqassmin li jappoġġjaw dawn l-iskambji tad-dejta.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu japplikaw proċeduri armonizzati għall-ġestjoni tal-indirizzar tal-informazzjoni sabiex jiġu identifikati mingħajr ambigwità s-sistemi ta’ komunikazzjoni fl-ajru u fuq l-art li jappoġġjaw l-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.
Artikolu 8
Il-komunikazzjoni tal-kollegament tad-dejta għall-inġenji tal-ajru Statali tat-trasport
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u l-kostitwenti tagħhom installati abbord inġenji tal-ajru Statali tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 3(5) ikunu jappoġġjaw l-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u l-kostitwenti tagħhom installati abbord inġenji tal-ajru Statali tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 3(5) japplikaw komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor f’konformità mar-rekwiżiti tal-Parti A tal-Anness IV għall-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(c) u l-kostitwenti tagħhom installati abbord inġenji tal-ajru Statali tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 3(5) japplikaw komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fil-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness IV għall-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.
Artikolu 9
L-obbligi tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u ta’ entitajiet oħrajn f’dak li għandu x’jaqsam mal-komunikazzjonijiet tal-kollegament tad-dejta
Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u entitajiet oħra li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni għall-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ fuq l-art imsemmija fl-Artikolu 1(2)(c) japplikaw komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art f’konformità mar-rekwiżiti tal-Parti B jew tal-Parti Ċ tal-Anness IV.
Artikolu 10
Ir-rekwiżiti tas-sikurezza
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe tibdiliet fis-sistemi eżistenti msemmija fl-Artikolu 1(2) jew l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda jsiru wara li l-partijiet ikkonċernati jkunu wettqu valutazzjoni tas-sikurezza, li tkun tinkludi l-identifikazzjoni tal-perikli, il-valutazzjoni tar-riskju u l-mitigazzjoni tar-riskju.
Artikolu 11
Il-konformità jew l-adattament għall-użu tal-kostitwenti
Qabel ma joħorġu dikjarazzjoni tal-KE dwar il-konformità jew dwar l-adattament għall-użu tal-kostitwenti, imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, il-manifatturi tal-kostitwenti tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom stabbiliti fil-Komunità, għandhom jivvalutaw il-konformità jew l-adattament għall-użu ta’ dawn il-kostitwenti f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.
Il-proċessi taċ-ċertifikazzjoni tan-navigabbiltà li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, meta jkunu applikati għall-kostitwenti li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) u (c) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala proċeduri aċċettabbli għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ dawn il-kostitwenti jekk dawn ikunu jinkludu t-turija ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Il-verifika tas-sistemi
1. Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li juru jew li wrew li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI għandhom iwettqu l-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (c) f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII.
2. Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li ma jistgħux juru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI għandhom jagħtu b’sottokuntratt il-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (c) lil korp innotifikat. Din il-verifika għandha titwettaq skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VII.
Artikolu 13
Rekwiżiti addizzjonali
1. Il-fornituri tal-ATS għandhom jiżguraw li l-iskambji tad-dejta mill-ajru għall-art tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III jkunu rreġistrati f’konformità mal-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (6), (7) u (8) tal-Anness III sakemm huma relatati mal-funzjoni ta’ reġistrazzjoni tal-komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta bbażata fuq l-art.
2. Id-dokument tal-Eurocae speċifikat fil-punt 9 tal-Anness III għandu jitqies bħala mezz suffiċjenti ta’ konformità fir-rigward tar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni tal-iskambji tad-dejta mill-ajru għall-art imsemmija fl-ewwel subparagrafu u identfikati fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (6), (7) u (8) tal-Anness III.
3. Il-fornituri tal-ATS għandhom:
(a) |
jiżviluppaw u jżommu manwali tal-operazzjonijiet li jkun fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex jippermettu lill-persunal ikkonċernat kollu japplika dan ir-Regolament; |
(b) |
jiżguraw li l-manwali msemmija fil-punt (a) jkunu aċċessibbli u miżmuma aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu suġġetti għal ġestjoni adegwata tal-kwalità u tal-konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni; |
(ċ) |
jiżguraw li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. |
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-servizz iċċentralizzat ta’ pproċessar u tqassim tal-ippjanar tat-titjiriet:
(a) |
jiżviluppa u jżomm manwali tal-operazzjonijiet li jkun fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex jippermettu lill-persunal ikkonċernat kollu japplika dan ir-Regolament; |
(b) |
jiżgura li l-manwali msemmija fil-punt (a) jkunu aċċessibbli u miżmuma aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni jkunu suġġetti għal ġestjoni adegwata tal-kwalità u tal-konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni; |
(ċ) |
jiżgura li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. |
5. Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jiżguraw li l-persunal ikkonċernat kollu jiġi mgħarraf dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti f’dan ir-Regolament fi żmien xieraq u li jitħarreġ b’mod adegwat għall-funzjonijiet tal-impjieg tiegħu.
6. L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persunal li jħaddem it-tagħmir tal-kollegament tad-dejta jiġi mgħarraf dwar dan ir-Regolament fi żmien xieraq u li jitħarreġ b’mod adegwat għall-funzjonijiet tal-impjieg tiegħu, u li fejn ikun vijabbli jkunu disponibbli fil-kabina tal-bdot struzzjonijiet dwar kif għandu jintuża t-tagħmir tal-kollegament tad-dejta.
7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persunal involut fl-ippjanar tat-titjira li jopera l-IFPS jiġi mgħarraf dwar ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament fi żmien xieraq u li jitħarreġ b’mod adegwat għall-funzjonijiet tal-impjieg tiegħu.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti dwar l-użu tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta tiġi ppubblikata fil-pubblikazzjonijiet nazzjonali ta’ informazzjoni dwar l-ajrunawtika.
Artikolu 14
Eżenzjonijiet
1. Meta ċirkustanzi partikulari, ibbażati fuq il-kriterji ddefiniti fil-paragrafu 3, iżommu inġenji tal-ajru ta’ tipi speċifiċi milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Dicembru 2012, informazzjoni ddettaljata li tiġġustifika l-ħtieġa għall-għoti ta’ eżenzjonijiet lil dawn it-tipi ta’ inġenji tal-ajru.
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rikjesti għall-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandha wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati tadotta deċiżjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.
3. Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
tipi ta’ inġenji tal-ajru li qed joqorbu lejn tmiem il-ħajja ta’ produzzjoni tagħhom u li qed jiġu prodotti f’numri limitati; u |
(b) |
tipi ta’ inġenji tal-ajru li għalihom l-ispejjeż tal-inġinerija mill-ġdid ma jkunux proporzjonati minħabba d-disinn qadim tagħhom. |
Artikolu 15
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mis-7 ta’ Frar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(3) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1. ĠU L 4 M, 8.1.2008, p. 162.
(4) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
(5) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.
(7) ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27. ĠU L 322 M, 2.12.2008, p. 228.
ANNESS I
L-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3)
IL-PARTI A
L-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3)(a) għandu jinkludi l-ispazju tal-ajru ‘l fuq minn FL 285 fir-Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir (l-FIR) u fir-Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir ta’ aktar ‘il fuq (l-UIR) li ġejjin:
— |
Amsterdam FIR, |
— |
Wien FIR, |
— |
Barcelona UIR, |
— |
Brindisi UIR, |
— |
Brussels UIR, |
— |
Canarias UIR, |
— |
France UIR, |
— |
Hannover UIR, |
— |
Lisboa UIR, |
— |
London UIR, |
— |
Madrid UIR, |
— |
Milano UIR, |
— |
Rhein UIR, |
— |
Roma UIR, |
— |
Scottish UIR, |
— |
Shannon UIR. |
IL-PARTI B
L-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3)(b) għandu jinkludi l-ispazju tal-ajru ‘l fuq minn FL 285 iddefinit fil-parti A kif ukoll ir-Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir (l-FIR) u r-Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir ta’ aktar ‘il fuq (l-UIR) li ġejjin:
— |
Bratislava FIR, |
— |
Bucuresti FIR, |
— |
Budapest FIR, |
— |
Kobenhavn FIR, |
— |
Ljubljana FIR, |
— |
Nicosia FIR, |
— |
Praha FIR, |
— |
Sofia FIR, |
— |
Warszawa FIR, |
— |
Finland UIR fin-nofsinhar ta’ 61°30′, |
— |
Hellas UIR, |
— |
Malta UIR, |
— |
Riga UIR, |
— |
Sweden UIR fin-nofsinhar ta’ 61°30′, |
— |
Tallinn UIR, |
— |
Vilnius UIR. |
ANNESS II
Definizzjoni tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta msemmija fl-Artikoli 3, 4, 5 u 7 u fl-Anness IV
1. Definizzjoni tal-Kapaċità li jinbdew komunikazzjonijiet tal-kollegament tad-dejta (id-DLIC)
Is-servizz tad-DLIC għandu jippermetti l-iskambju tal-informazzjoni neċessarja għat-twaqqif ta’ komunikazzjonijiet tal-kollegament tad-dejta bejn is-sistemi tal-kollegament tad-dejta fuq l-art u dawk fl-inġenji tal-ajru.
Is-servizz tad-DLIC għandu jkun disponibbli biex jappoġġja:
— |
l-assoċjazzjoni mingħajr ambigwità tad-dejta dwar it-titjira mill-inġenju tal-ajru mad-dejta dwar il-pjan tat-titjira użata minn unità tal-ATS; |
— |
l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-tip u l-verżjoni tal-applikazzjoni mill-ajru għall-art li tkun appoġġjata; |
— |
u l-l-kunsinna tal-informazzjoni tal-indirizzar tal-entità li jkollha fiha l-applikazzjoni. |
L-iskambji bejn is-sistemi tal-kollegament tad-dejta li jinġarru fl-ajru u dawk ta’ fuq l-art għat-twettiq tas-servizz tad-DLIC għandhom jikkonformaw:
— |
mal-metodi operattivi, mal-figuri tas-sekwenza skont il-ħin u mal-messaġġi għall-bidu tad-DLIC u għall-funzjonijiet ta’ kuntatt tad-DLIC speċifikati fis-sezzjoni 4.1 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III; |
— |
mar-rekwiżiti tas-sikurezza speċifikati fis-sezzjoni 4.2.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III; |
— |
mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni speċifikati fis-sezzjoni 4.3.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III. |
2. Definizzjoni tas-servizz tal-Ġestjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-ATC (l-ACM)
Is-servizz tal-ACM għandu jipprovdi assistenza awtomatizzata lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru biex iwettqu t-trasferiment tal-komunikazzjonijiet tal-ATC (bil-vuċi u tad-dejta) li jinkludu:
— |
it-twaqqif fil-bidu tas-CPDLC ma’ unità tal-ATS; |
— |
it-trasferiment tas-CPDLC u tal-vuċi għal xi titjira minn unità waħda tal-ATS għall-unità tal-ATS li jkun imiss, jew l-istruzzjoni biex issir bidla fil-frekwenza tal-komunikazzjoni bil-vuċi fi ħdan unità jew settur tal-ATS; |
— |
it-tmiem normali tas-CPDLC ma’ unità tal-ATS. |
L-iskambji bejn is-sistemi tal-kollegament tad-dejta li jinġarru fl-ajru u dawk ta’ fuq l-art għat-twettiq tas-servizz tal-ACM għandhom jikkonformaw:
— |
mal-metodi operattivi u mal-figuri tas-sekwenza skont il-ħin speċifikati fis-sezzjonijiet 5.1.1.1.1 sa 5.1.1.1.7 u 5.1.1.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III; |
— |
mar-rekwiżiti tas-sikurezza speċifikati fis-sezzjoni 5.1.2.3 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III, ħlief għar-rekwiżiti relatati mal-awtorizzazzjoni dixxendentali; |
— |
mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-fażi ta’ waqt ir-rotta speċifikati fis-sezzjoni 5.1.3.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III. |
3. Definizzjoni tas-servizz ta’ awtorizzazzjoni u ta’ informazzjoni tal-ATC (l-ACL)
Is-servizz tal-ACL għandu jipprovdi lill-ekwipaġġi u lill-kontrolluri tat-titjira l-ħila li jwettqu skambji operattivi li jinkludu:
— |
t-talbiet u r-rapporti mill-ekwipaġġi tat-titjiriet lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru; |
— |
l-awtorizzazzjonijiet, l-istruzzjonijiet u n-notifiki maħruġin mill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru lill-ekwipaġġi tat-titjiriet. |
L-iskambji bejn sistemi ta’ kollegament tad-dejta li jinġarru fl-ajru u dawk ta’ fuq l-art għat-twettiq tas-servizz tal-ACL għandhom jikkonformaw:
— |
mal-metodi operattivi u mal-figuri tas-sekwenza skont il-ħin speċifikati fis-sezzjonijiet 5.2.1.1.1 sa 5.2.1.1.4 u 5.2.1.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III; |
— |
ma’ subsett komuni tal-elementi tal-messaġġ speċifikati fis-sezzjoni 5.2.1.1.5 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III kif adegwat għall-ambjent operattiv ta’ waqt ir-rotta; |
— |
mar-rekwiżiti tas-sikurezza speċifikati fis-sezzjoni 5.2.2.3 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III; |
— |
mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-fażi ta’ waqt ir-rotta speċifikati fis-sezzjoni 5.2.3.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III. |
4. Definizzjoni tas-servizz ta’ ċċekkjar tal-mikrofonu tal-ATC (l-AMC)
Is-servizz tal-AMC għandu jipprovdi lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru l-kapaċità li jibagħtu, fl-istess waqt, istruzzjoni lil diversi inġenji tal-ajru mgħammra b’tagħmir għall-kollegament tad-dejta, sabiex jordnaw lill-ekwipaġġi tat-titjiriet jivverifikaw li t-tagħmir ta’ komunikazzjoni bil-vuċi tagħhom ma jkunx qed jimblokka xi frekwenza ta’ komunikazzjoni bil-vuċi partikulari.
Din l-istruzzjoni għandha tinħareġ biss lil dawk l-inġenji tal-ajru ntunati fuq il-frekwenza li tkun imblukkata.
L-iskambji bejn sistemi tal-kollegament tad-dejta li jinġarru fl-ajru u dawk ta’ fuq l-art għat-twettiq tas-servizz tal-AMC għandhom jikkonformaw:
— |
mal-metodi operattivi u mal-figuri tas-sekwenza skont il-ħin speċifikati fis-sezzjonijiet 5.3.1.1.1 sa 5.3.1.1.2 u 5.3.1.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III; |
— |
mar-rekwiżiti tas-sikurezza speċifikati fis-sezzjoni 5.3.2.3 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III; |
— |
mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni speċifikati fis-sezzjoni 5.3.3.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III. |
ANNESS III
Dispożizzjonijiet tal-ICAO msemmija fl-Artikoli 3, 5, 6, 7, 8, 9 u 13 u fl-Anness IV
Dokumenti tal-Eurocae msemmija fl-Artikoli 3 u 13 u fl-Anness II
1. |
Is-Sottoparti B, l-OPS 1 030 tal-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 3922/91. |
2. |
Il-Kapitolu 3 – “Aeronautical Telecommunication Network” (In-Netwerk għat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika), is-sezzjoni 3.5.1.1 il-punti ta' applikazzjoni a) u b) tal-“Context Management” (il-Ġestjoni tal-kuntest) (CM) tal-Anness 10 tal-ICAO – “Aeronautical Telecommunications” (It-Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi) – il-Parti I tal-Volum III (“Digital Data Communication Systems” (Sistemi ta' Komunikazzjoni tad-Dejta Diġitali)) (L-ewwel edizzjoni ta' Lulju 1995 li tinkorpora l-Emenda nru 81 (23/11/2006)). |
3. |
Il-Kapitolu 3 – “Aeronautical Telecommunication Network” (In-Netwerk għat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika), is-sezzjoni 3.5.2.2 il-punti ta' applikazzjoni a) u b) tal-“Controller-Pilot Data Link Communications” (il-Komunikazzjonijiet ta' kollegament tad-dejta bejn il-kontrollur u l-bdot) (CPDLC) tal-Anness 10 tal-ICAO – “Aeronautical Telecommunications” (It-Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi) - il-Parti I tal-Volum III (“Digital Data Communication Systems” (Sistemi ta' Komunikazzjoni tad-Dejta Diġitali)) (L-ewwel edizzjoni ta' Lulju 1995 li tinkorpora l-Emenda nru 81 (23/11/2006)). |
4. |
Il-Kapitolu 3 – “Aeronautical Telecommunication Network” (In-Netwerk għat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika), is-sezzjonijiet 3.3, 3.4 u 3.6 tal-Anness 10 tal-ICAO – “Aeronautical Telecommunications” (It-Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi) – il-Parti I tal-Volum III (“Digital Data Communication Systems” (Sistemi ta' Komunikazzjoni tad-Dejta Diġitali)) (L-ewwel edizzjoni ta' Lulju 1995 li tinkorpora l-Emenda nru 81 (23/11/2006)). |
5. |
Il-Kapitolu 6 – “VHF air–ground digital link (VDL)” (Il-Kollegament diġitali ta' frekwenza għolja ħafna (VHF) mill-ajru għall-art (il-VDL)) tal-Anness 10 tal-ICAO – “Aeronautical Telecommunications” (It-Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi) – il-Parti I tal-Volum III (“Digital Data Communication Systems” (Sistemi ta' Komunikazzjoni tad-Dejta Diġitali)) (L-ewwel edizzjoni ta' Lulju 1995 li tinkorpora l-Emenda nru 81 (23/11/2006)). |
6. |
Il-Kapitolu 3 – “General procedures for the international aeronautical telecommunication service” (Il-proċeduri ġenerali għas-servizz internazzjonali tat-telekomunikazzjoni ajrunawtika), is-sezzjoni 3.5.1.5 tal-Anness 10 tal-ICAO – “Aeronautical Telecommunications” (It-Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi) – il-Volum II (“Communication Procedures” (Il-Proċeduri ta' Komunikazzjoni)) (Is-sitt edizzjoni ta' Ottubru 2001 li tinkorpora l-Emenda nru 81 (23/11/2006)). |
7. |
Il-Kapitolu 2 – “General” (Ġenerali), - is-sezzjonijiet 2.25.3 tal-Anness 11 tal-ICAO – “Air Traffic Services” (Is-servizzi tat-traffiku tal-ajru) (It-tlettax-il edizzjoni ta' Lulju 2001 li tinkorpora l-Emenda nru 45 (16/7/2007)). |
8. |
Il-Kapitolu 6 – “Air traffic services requirements for communications” (Ir-rekwiżiti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għall-komunikazzjonijiet), is-sezzjoni 6.1.1.2 tal-Anness 11 tal-ICAO – “Air Traffic Services” (Is-servizzi tat-traffiku tal-ajru) (It-tlettax-il edizzjoni ta' Lulju 2001 li tinkorpora l-Emenda nru 45 (16/7/2007)). |
9. |
L-Eurocae ED-111, “Functional specifications for CNS/ATM ground recording” (L-ispeċifikazzjonijiet dwar il-funzjoni għar-reġistrazzjoni fuq l-art tas-CNS/ATM), Lulju 2002 inkluż l-Emenda nru 1 (30/7/2003). |
10. |
L-Eurocae ED-100 (Settembru 2000) u ED-100 A (April 2005), “Interoperability requirements for ATS applications using ARINC 622 Data Communications” (Ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà għall-applikazzjonijiet tal-ATS li jużaw il-Komunikazzjonijiet tad-Dejta ARINC 622). |
11. |
L-Eurocae ED-120 “Safety and Performance Requirements Standard for Air Traffic Data Link Services in Continental Airspace” (L-istandard tar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni għas-servizzi tal-kollegament tad-dejta tat-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru Kontinentali), ippubblikat f'Mejju 2004, inkluż il-Bidla nru 1, ippubblikata f'April 2007, u l-Bidla nru 2, ippubblikata f'Ottubru 2007. |
ANNESS IV
Ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 9
Il-Parti A: Ir-rekwiżiti tal-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor
1. |
Il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor għandhom jiżguraw il-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mingħajr problemi fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3). |
2. |
Il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor għandhom jappoġġaw l-iskambju ta’ messaġġi b’appoġġ għas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II, f’konformità ma’ sett komuni ta’ messaġġi standardizzati. |
3. |
Il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor għandhom jappoġġaw mekkaniżmu komuni u standardizzat ta’ protezzjoni minn tarf għall-ieħor biex jiżguraw l-integrità tal-messaġġi riċevuti b’konsistenza mar-rekwiżiti tas-sikurezza tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II. |
Il-Parti B: Ir-rekwiżiti tal-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art ibbażati fuq l-ATN u l-VDL Mode 2
1. |
Il-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandhom ikunu ddisinjati biex jappoġġaw il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor u biex jiżguraw il-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mingħajr problemi għall-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3). |
2. |
Il-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II. |
3. |
Il-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandhom ikunu bbażati fuq skema komuni ta’ indirizzar. |
4. |
It-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ unitajiet tad-dejta bejn is-sistemi ta’ fuq l-art u dawk fl-inġenji tal-ajru li jkollhom fihom l-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III għandhom ikunu bbażati fuq protokolli tal-komunikazzjoni li jkunu konformi mal-istandards tal-ICAO li jiddefinixxu n-Netwerk għat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika li hemm referenza għalih fil-punt (4) tal-Anness III. |
5. |
Il-karatteristiċi tas-sistemi ta’ komunikazzjoni ta’ fuq l-art u dawk fl-inġenji tal-ajru u t-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ “bit frames” bejn is-sistemi ta’ komunikazzjoni ta’ fuq l-art u dawk fl-inġenji tal-ajru għandhom ikunu konformi mal-istandards tal-ICAO li jiddefinixxu l-kollegament diġitali ta’ frekwenza għolja ħafna, il-VDL Mode 2, li hemm referenza għalih fil-punt (5) tal-Anness III. |
Il-Parti Ċ: Ir-rekwiżiti tal-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art ibbażati fuq protokolli oħrajn tal-komunikazzjoni
1. |
Il-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandhom ikunu ddisinjati biex jappoġġaw il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor u biex jiżguraw il-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mingħajr problemi għall-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3). |
2. |
Il-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II. |
3. |
Il-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandhom ikunu bbażati fuq skema komuni ta’ indirizzar. |
4. |
It-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ “bit frames” bejn is-sistemi ta’ komunikazzjoni ta’ fuq l-art u dawk fl-inġenji tal-ajru għandhom ikunu bbażati fuq protokolli tal-komunikazzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-parti D. |
Il-Parti D: Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-Parti Ċ
1. |
Il-protokolli tal-komunikazzjoni jridu jappoġġaw il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor. |
2. |
Il-protokolli tal-komunikazzjoni jridu jkunu suġġetti għal każ tas-sikurezza biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II. |
3. |
Il-protokolli tal-komunikazzjoni jridu jappoġġaw il-komunikazzjonijiet minn punt għall-ieħor u fiż-żewġ direzzjonijiet bl-użu ta’ dawk il-partijiet tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju identifikati mill-ICAO bħala adegwati għall-komunikazzjonijiet tad-dejta mill-ajru għall-art b’appoġġ għas-servizzi tat-traffiku tal-ajru. |
4. |
Il-protokolli tal-komunikazzjoni jridu jinkludu mekkaniżmu biex il-konnettività mobbli bejn l-istazzjonijiet ta’ fuq l-art u dawk li jinġarru fl-ajru tkun amministrata b’mod trasparenti. |
5. |
Il-protokolli tal-komunikazzjoni jridu jkunu speċifikati u vvalidati fir-rigward tar-regolamenti dwar in-navigabbiltà u r-regolamenti dwar l-approvazzjoni tal-operat li huma applikabbli għat-tagħmir tal-komunikazzjoni tal-inġenji tal-ajru. |
6. |
Is-sistemi tal-komunikazzjoni li jappoġġaw dawn il-protokolli ma jridux joħolqu effetti negattivi fuq l-istallazzjonijiet li jinġarru fl-ajru jew dawk ta’ fuq l-art li jappoġġaw il-VDL 2. |
ANNESS V
Ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni mseemmija fl-Artikolu 11 tal-konformità jew tal-addattament għall-użu tal-kostitwenti
1. |
L-attivitajiet ta’ verifika għandhom juru l-konformità jew l-addattament għall-użu tal-kostitwenti li jimplimentaw is-servizzi tal-kollegament tad-dejta, il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor u l-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament waqt li dawn il-kostitwenti jkunu qed jitħaddmu fl-ambjent ta’ ttestjar. |
2. |
Il-manifattur għandu jamministra l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità u b’mod partikulari għandu:
|
3. |
Il-manifattur għandu jiżgura li l-kostitwenti li jimplimentaw is-servizzi tal-kollegament tad-dejta, il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor u l-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art li jkunu integrati fl-ambjent ta’ ttestjar jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
4. |
Wara li jkun issodisfa t-tlestija tal-verifika tal-konformità jew tal-addattament għall-użu, il-manifattur għandu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jimla d-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-konformità jew l-addattament għall-użu, li tispeċifika b’mod partikulari r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament li jkunu ġew issodisfati mill-kostitwent u l-kundizzjonijiet tal-użu assoċjati miegħu f’konformità mal-punt (3) tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 552/2004. |
ANNESS VI
Il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12
1. |
Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jkollu implimentati metodi ta’ rrappurtar fi ħdan l-organizzazzjoni li jiżguraw u juru l-imparzjalità u l-indipendenza tal-ġudizzju fir-rigward tal-attivitajiet ta’ verifika. |
2. |
Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jwettaq il-kontrolli bl-ikbar inetgrità professjonali possibbli u bl-iktar kompetenza teknika possibbli u li dan ikun ħieles minn kwalunkwe pressjoni jew inċentiv, b’mod partikulari ta’ tip finanzjarju, li jista’ jaffettwa l-ġudizzju tiegħu jew ir-riżultati tal-kontrolli tiegħu, b’mod partikulari minn persuni jew minn gruppi ta’ persuni milquta mir-riżultati tal-kontrolli. |
3. |
Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkollu aċċess għat-tagħmir li jippermettilu li jwettaq sew il-kontrolli meħtieġa. |
4. |
Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkollu taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb, għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-verifiki li jrid iwettaq, esperjenza adegwata tat-tali ħidmiet, u l-ħila meħtieġa biex iħejji d-dikjarazzjonijiet, ir-reġistri u r-rapporti biex juri li l-verifiki jkunu twettqu. |
5. |
Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkun kapaċi jwettaq il-kontrolli tiegħu b’imparzjalità. Il-ħlas tiegħu m’għandux jiddependi fuq l-għadd ta’ kontrolli mwettqa, jew fuq ir-riżultati tat-tali kontrolli. |
ANNESS VII
Il-Parti A: Ir-rekwiżiti tal-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 12(1)
1. |
Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament f’ambjent ta’ valutazzjoni li jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawn is-sistemi. |
2. |
Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq f’konformità ma’ prattiki ta’ ttestjar adattati u rrikonoxxuti. |
3. |
L-għodod ta’ ttestjar użati għall-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandu jkollhom funzjonalitajiet adattati. |
4. |
Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku mitlub mill-punt (3) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:
|
5. |
Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jamministra l-attivitajiet tal-verifika u b’mod partikulari għandu:
|
6. |
Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) li jitħaddmu f’ambjent operattiv ta’ valutazzjoni jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
7. |
Wara li lesta b’suċċess il-verifika tal-konformità, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jimlew id-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-verifika tas-sistema u jibagħtuha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif mitlub mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004. |
Il-Parti B: Ir-rekwiżiti tal-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 12(2)
1. |
Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament f’ambjent ta’ valutazzjoni li jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawn is-sistemi. |
2. |
Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq f’konformità ma’ prattiki ta’ ttestjar adattati u rrikonoxxuti. |
3. |
L-għodod ta’ ttestjar użati għall-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandu jkollhom funzjonalitajiet adattati. |
4. |
Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku mitlub mill-punt (3) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:
|
5. |
Il-fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jiddetermina l-ambjent adattat operattiv u tekniku ta’ valutazzjoni li jkun jirrifletti l-ambjent operattiv ta’ dawn is-sistemi u għandu jkollu l-attivitajiet ta’ verifika mwettqa minn korp innotifikat. |
6. |
Il-korp innotifikat għandu jamministra l-attivitajiet ta’ verifika u b’mod partikulari għandu:
|
7. |
Il-korp innotifikat għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) li jitħaddmu f’ambjent operattiv ta’ valutazzjoni jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
8. |
Wara li jkun lesta b’suċċess il-ħidmiet tal-verifika, il-korp innotifikat għandu jħejji ċertifikat ta’ konformità fir-rigward tal-kompiti li jkun wettaq. |
9. |
Imbagħad, il-fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jimla d-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-verifika tas-sistema u jibgħatha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif mitlub mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004. |
17.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 13/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 30/2009
tas-16 ta' Jannar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1032/2006 f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi ta' skambju tad-dejta tat-titjira li jappoġġjaw is-servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta (servizzi data-link)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka (Netwerk) Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabilità) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex l-użu ta' applikazzjonijiet ta’ kollegamenti tad-dejta bejn l-ajru u l-art ikun possibbli, iċ-ċentri ta’ kontroll taż-żona li jipprovdu servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew (3) għandu jkollhom aċċess f’waqtu għall-informazzjoni adattata tat-titjira. |
(2) |
Sabiex l-unità ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru li jmiss tkun tista’ tibda tagħmel l-iskambju ta’ dejta mal-ajruplan, meta ċ-ċentri ta’ kontroll taż-żona kkonċernati ma jkollhomx servizz komuni ta’ konnettività ta’ kollegamenti tad-dejta, għandhom jiġu implimentati proċessi awtomatizzati li jkunu relatati mal-informazzjoni u komunikazzjoni tal-log-on mal-awtorità li jmiss. |
(3) |
L-Eurocontrol ingħata s-setgħa, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, li jiżviluppa r-rekwiżiti għall-introduzzjoni kkoordinata ta’ servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rapport tal-mandat riżultanti tad-19 ta’ Ottubru 2007. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ dejta tat-titjira għall-fini ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet bejn unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (4) għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Ajru Uniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1032/2006 hu emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3, għandu jiżdied dan il-paragrafu 4: “4. Il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru li jipprovdu servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmijin fl-Artikolu 1(2)(a) u ċ-ċentri ta’ kontroll taż-żona li joffru s-servizzi, jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' interoperabilità u prestazzjoni speċifikati fl-Anness I, Partijiet A u D.”; |
(2) |
L-Annessi I u III huma emendati kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi-President
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(3) Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27.
ANNESS
L-Annessi I u III tar-Regolament (KE) Nru 1032/2006 huma emendati kif ġejjin:
(1) |
Fl-Anness I, tiżdied din il-Parti D: “PARTI D: REKWIŻITI GĦALL-PROĊESSI LI JAPPOĠĠAW IS-SERVIZZI TA’ KOLLEGAMENTI TAD-DEJTA 1. LOGON FORWARD 1.1. Informazzjoni tat-titjira konċernata 1.1.1. L-informazzjoni suġġetta għall-proċess tal-logon forward għandha tinkludi, tal-anqas:
1.2. Regoli tal-applikazzjoni 1.2.1. Għandu jitwettaq proċess wieħed tal-logon forward għal kull titjira data-link logged-on ippjanata li se taqsam il-fruntiera tal-pajjiż. 1.2.2. Il-proċess tal-logon forward għandu jinbeda fl-aktar ħin kmieni mill-ħinijiet determinati minn dan li ġej, jew malajr kemm jista’ jkun wara dan il-ħin:
skont l-ittri tal-ftehim. 1.2.3. Il-kriterji ta’ eliġibilità għall-proċess tal-logon forward għandhom ikunu konformi mal-ittri tal-ftehim. 1.2.4. L-informazzjoni tal-logon forward għandha tkun inkluża mal-informazzjoni korrispondenti tat-titjira tal-unità li tirċeviha. 1.2.5. L-istatus logged-on tat-titjira jista’ jintwera fil-pożizzjoni tax-xogħol adattata fl-unità li tirċeviha. 1.2.6. It-tlestija tal-proċess tal-logon forward, inkluż il-konferma mill-unità li tirċeviha, għandha tiġi pprovduta lill-unità li titrasferixxi. 1.2.7. F’każ li l-proċess tal-logon forward ma jikkonfermax li jkun lest, fil-limiti applikabbli tar-rekwiżiti ta’ kwalità tas-servizz, dan għandu jwassal għal talba biex jinbeda kuntatt ta’ kollegament tad-dejta bejn l-ajru u l-art għall-ajruplan. 2. NOTIFIKAZZJONI TAL-AWTORITÀ LI JMISS 2.1. Informazzjoni tat-titjira konċernata 2.1.1. L-informazzjoni suġġetta għall-proċess tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss għandha tinkludi, tal-anqas:
2.2. Regoli tal-applikazzjoni 2.2.1. Għandu jitwettaq proċess wieħed tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss għal kull titjira eliġibbli li taqsam il-fruntiera tal-pajjiż. 2.2.2. Il-proċess tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss għandu jinbeda wara li t-talba tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss mal-ajruplan tiġi rikonoxxuta mis-sistema fl-ajru. 2.2.3. Wara li l-proċess tal-informazzjoni tan-notifikazzjoni lill-awtorità li jmiss isir b’mod xieraq, l-unità li tirċeviha għandha tagħti bidu għal talba għal komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta mal-pilota fil-kontroll (CPDLC- controller pilot data link communication) mal-ajruplan. 2.2.4. Jekk l-informazzjoni tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss ma tiġix riċevuta fil-ħin parametru miftiehem bilateralment, l-unità li suppost tirċeviha għandha tapplika l-proċeduri lokali biex jingħata bidu għal komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta mal-ajruplan. 2.2.5. It-tlestija tal-proċess tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss, inkluż il-konferma mill-unità li tirċeviha, għandha tiġi pprovduta lill-unità li titrasferixxi. 2.2.6. F’każ li l-proċess tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss ma jikkonfermax li jkun lest, fil-limiti applikabbli tar-rekwiżiti ta’ kwalità tas-servizz, dan għandu jwassal biex jinbdew il-proċeduri lokali fl-unità li tittrasferixxi.” |
(2) |
Fl-Anness III, il-punti 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:
|
17.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 13/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 31/2009
tas-16 ta’ Jannar 2009
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Jannar 2009 bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti għall-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Istati AKP li huma parti mir-reġjun CARIFORUM, kif ukoll mill-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCT) (2) (titlu mhux uffiċjali), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għas-sena 2009, ir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 250 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Istati li huma parti mir-reġjun CARIFORUM (numru tas-serje 09.4220), kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 25 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Antilli Olandiżi u mill-Aruba (numru tas-serje 09.4189) u kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 10 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej (OCTs) l-anqas żviluppati (numru tas-serje 09.4190). |
(2) |
Is-subperjodu tax-xahar ta’ Jannar huwa l-ewwel subperjodu għal dawn il-kwoti, provduti bl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007. |
(3) |
Mill-komunikazzjoni magħmula skond l-Artikolu 6(a) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4220 – 09.4189 – 09.4190, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Jannar 2009, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament imsemmi, jirrappreżentaw kwantità ekwivalenti ta' ross imqaxxar li hija anqas minn dik disponibbli [jew daqsha]. |
(4) |
Għaldaqstant jeħtieġ li, għall-kwoti tariffarji bin-numri tas-serje 09.4220 – 09.4189 – 09.4190 jiġu ffissati l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skond l-Artikolu 4(1), tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet disponibbli fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4220 – 09.4189 – 09.4190 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1529/2007, għas-subperjodu ta' wara, huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 155.
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Jannar 2009 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007
Oriġini/Prodott |
Nru tas-serje |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2009 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta' Mejju 2009 (f'kg) |
||
Stati li huma parti mir-reġjun CARIFORUM (l-Artikolu (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007) |
09.4220 |
— (2) |
112 436 747 |
||
|
|
|
|
||
OCT (l-Artikolu 1(2)(a) u (b), tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007) |
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
09.4189 |
— (2) |
15 167 000 |
||
|
09.4190 |
— (1) |
6 667 000 |
(1) l-ebda applikazzjoni ta' koeffiċjent tal-allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
(2) l-applikazzjonijiet huma għal kwantitajiet anqas minn dawk disponibbli jew daqshom: għaldaqstant, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.
17.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 13/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 32/2009
tas-16 ta' Jannar 2009
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1498/2007 għaz-zokkor u t-taħlitiet taz-zokkor u l-kawkaw ta' oriġini akkumulat AKP/OCT jew KE/OCT
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(4), il-ħames subparagrafu, tal-Anness III tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1498/2007 tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar il-modalitajiet speċifiċi għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor u tat-taħlitiet taz-zokkor u l-kawkaw ta' oriġini akkumulat AKP/OCT jew KE/OCT (2) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur taz-zokkor. Dan ir-Regolament stabbilixxa, fl-Artikolu 1 tiegħu, li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni ta' kwoti tal-importazzjoni amministrati permezz ta' sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (3) għandu japplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti koperti bil-Kapitolu 17 tan-NM u bil-kodiċijiet tan-NM 1806 10 30 u 1806 10 90 ta' oriġini mill-OCT, permezz tal-kumulu maz-zokkor ta' oriġini mill-AKP u/jew tal-KE. |
(2) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li meta l-kwantitajiet li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu jew għas-subperjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikawh għall-kwantitajiet mitluba f'kull applikazzjoni. |
(3) |
L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2009 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sat-31 ta' Marzu 2009 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa fejn jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, u li jiġi sospiż it-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għal-liċenzji għas-sena 2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni koperti bil-kwota bin-numru tas-serje 09.4652, u mressqa skond ir-Regolament (KE) Nru 1498/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009, għall-kwantitajiet mitluba għandhom jinħarġu liċenzji bl-applikazzjoni ta' koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 68,292682 %.
It-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għas-sena 2008 huwa sospiż.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.
(2) ĠU L 333, 19.12.2007, p. 6.
(3) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
17.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 13/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 33/2009
tas-16 ta’ Jannar 2009
li jiffissa l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mit-12 sat-13 ta’ Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta' Jannar 2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b'dazju doganali ta' żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa' taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità, fil-limiti stipulati għal kull sena. |
(2) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji f'dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta' kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta' Jannar 2009 fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi. |
(4) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli. |
(5) |
Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta' Jannar, għax-xahar imsemmi ma tista' tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fit-12 u 13 ta’ Jannar 2009 skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 99,276933 %.
Il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba md-19 ta’ Jannar 2009 huwa sospiż għal Jannar 2009.
Artikolu 1
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.
(5) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.
17.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 13/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 34/2009
tas-16 ta’ Jannar 2009
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Jannar 2009 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Jannar 2009 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-30 ta’ Ġunju 2009 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-30 ta’ Ġunju 2009 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.4.2009-30.6.2009 (f'%) |
1 |
09.4211 |
0,552846 |
2 |
09.4212 |
|
4 |
09.4214 |
54,279973 |
5 |
09.4215 |
63,441000 |
6 |
09.4216 |
|
7 |
09.4217 |
50,711918 |
8 |
09.4218 |
(1) Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
(2) Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.
17.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 13/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 35/2009
tas-16 ta’ Jannar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 27/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Jannar 2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Jannar 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2009 (3). |
(2) |
Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 27/2009. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 27/2009 għandu jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 27/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-17 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
ANNESS I
Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-17 ta’ Jannar 2009
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju ta' l-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
1002 00 00 |
SEGALA |
14,73 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
19,25 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
19,25 |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
14,73 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
15.1.2009
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
17.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 13/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta' Jannar 2009
li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/881/KE u 2002/459/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Awstrija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8995)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/38/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intraKomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u punt (b) tal-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE tas-7 ta’ Diċembru 2001 li tagħmel lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali u prodotti mill-annimali minn pajjiżi terzi u li taġġorna r-regoli dettaljati dwar il-verifiki li jridu jsiru mill-esperti tal-Kummissjoni (4), tistipula lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal kontrolli veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti tal-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni (‘il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera’). |
(2) |
Il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tinkludi n-numru tal-unità tat-Traces għal kull post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera. Traces hija sistema kompjuterizzata introdotta bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (5). Hija tieħu post is-sistema ta’ qabel, Animo, ibbażata fuq in-netwerk introdott bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/398/KEE tad-19 ta’ Lulju 1991 dwar netwerk kompjuterizzat li jgħaqqad flimkien l-awtoritajiet veterinarji (Animo) (6), għall-intraċċar tal-movimenti ta’ annimali u ċerti prodotti fil-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni. |
(3) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (7) (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. L-Anness Nru 11 ta’ dak il-Ftehim jittratta miżuri għall-kontroll u n-notifika ta’ ċertu mard tal-annimali u l-kummerċ u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ annimali ħajjin, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom. |
(4) |
Il-Ftehim jipprovdi għat-twaqqif ta’ Kumitat Konġunt Veterinarju, magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet involuti. Dan il-Kumitat għandu jikkunsidra kull aspett konness mal-Anness 11 tal-Ftehim u bl-implimentazzjoni tiegħu. Dan jista’ jiddeċiedi li jemenda l-appendiċi ta’ dawn, b’mod partikolari rigward l-adattament u l-aġġornar tagħhom. |
(5) |
L-Anness 11 tal-Ftehim kien emendat bi Ftehim ġdid. Dak il-Ftehim ġdid ġie iffirmat u huwa applikat proviżorjament mill-Komunità skont il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/979/KE dwar l-iffirmar għan-nom tal-Komunità u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li temenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-suq tal-prodotti agrikoli (8). |
(6) |
Barra minn hekk, il-Kunsill emenda l-appendiċi relevanti għall-Anness 11 tal-Ftehim bid-Deċiżjoni Nru 2009/13/KE (9) tiegħu dwar il-pożizzjoni tal-Komunità dwar id-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt Veterinarju mwaqqaf permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-suq tal-prodotti agrikoli rigward l-emenda tal-Appendiċi 2, 3, 4, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim. B’konsegwenza ta’ dawn l-emendi, ċerti postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri fil-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Awstrija se jkollhom iwaqqfu l-kontrolli veterinarji fuq konsenji relevanti ġejjin mill-Iżvizzera. |
(7) |
Għalhekk huwa xieraq li l-annotazzjonijiet għal postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri għall-Iżvizzera fil-Ġermanja: Konstanz Straße u Weil/Rhein; fi Franza: Ferney-Voltaire (Genève), Saint-Louis Bâle (ajruport u triq) u Saint-Julien Bardonnex; fl-Italja: Campocologno, Chiasso (triq u ferrovija) u Gran San Bernardo-Pollein; u fl-Awstrija: Feldkirch-Buchs, Feldkirch-Tisis u Höchst, jiġu mneħħija mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE. |
(8) |
Il-lista ta’ unitajiet fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/459/KE tal-4 ta’ Ġunju 2002 li tinkludi l-unitajiet fin-netwerk tal-kompjuter tal-Animo u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2000/287/KE (10), tinkludi n-numru tal-unità tat-Traces għal kull post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-Komunità. Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, dik il-lista għandha tkun aġġornata biex jitqiesu l-emendi li għandhom isiru fl-Anness għad-Deċiżjoni 2001/881/KE biex l-informazzjoni li tinsab f’dawn iż-żewġ Annessi tkun identika. |
(9) |
Id-Deċiżjonijiet 2001/881/KE u 2002/459/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I mad-Deċiżjoni 2001/881/KE huwa emendat skont l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2002/459/KE huwa emendat skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(2) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(4) ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44.
(5) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.
(6) ĠU L 221, 9.8.1991, p. 30.
(7) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(8) ĠU L 352, 31.12.2008, p. 23.
(10) ĠU L 159, 17.6.2002, p. 27.
ANNESS I
L-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fil-Ġermanja, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fi Franza, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
(3) |
Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fl-Italja, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
(4) |
Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fl-Awstrija, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
ANNESS II
L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/459/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fil-Ġermanja, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fi Franza, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
(3) |
Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fl-Italja, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
(4) |
Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fl-Awstrija, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
17.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 13/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.