ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
* |
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kunsill |
|
|
|
2009/24/KE |
|
|
* |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2009/25/Euratom |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
2009/26/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/27/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Jannar 2009 li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 9000) ( 1 ) |
|
|
|
2009/28/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2009 dwar in-non-inklużjoni tal-flurprimidol fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8967) ( 1 ) |
|
|
III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE |
|
|
|
ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 21/2009
ta’ l-14 ta’ Jannar 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ta' fil-15 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
147,8 |
MA |
42,4 |
|
TN |
134,4 |
|
TR |
117,3 |
|
ZZ |
110,5 |
|
0707 00 05 |
JO |
155,5 |
MA |
98,3 |
|
TR |
147,7 |
|
ZZ |
133,8 |
|
0709 90 70 |
MA |
119,1 |
TR |
131,1 |
|
ZZ |
125,1 |
|
0805 10 20 |
EG |
44,7 |
IL |
56,2 |
|
MA |
60,4 |
|
TN |
47,4 |
|
TR |
59,3 |
|
ZZ |
53,6 |
|
0805 20 10 |
MA |
82,3 |
TR |
58,0 |
|
ZZ |
70,2 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
63,6 |
EG |
91,8 |
|
IL |
64,7 |
|
JM |
120,5 |
|
TR |
68,1 |
|
ZZ |
81,7 |
|
0805 50 10 |
EG |
47,1 |
MA |
67,1 |
|
TR |
60,5 |
|
ZZ |
58,2 |
|
0808 10 80 |
CA |
87,4 |
CN |
64,4 |
|
MK |
34,8 |
|
US |
115,3 |
|
ZZ |
75,5 |
|
0808 20 50 |
CN |
41,5 |
US |
114,7 |
|
ZZ |
78,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 22/2009
ta' l-14 ta’ Jannar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1347/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Jannar 2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1347/2008 (3). |
(2) |
Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1347/2008. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1347/2008 għandu jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1347/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-15 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
(3) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 81.
ANNESS I
Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-15 ta’ Jannar 2009
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju ta' l-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
1002 00 00 |
SEGALA |
21,96 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
19,22 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
19,22 |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
21,96 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
2.1.2009-13.1.2009
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 23/2009
ta’ l-14 ta’ Jannar 2009
li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1282/2001 f'dak li jirrigwarda d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-prospetti tal-ħsad u tal-produzzjoni għas-sena tas-suq 2008/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2001 (2) jipprovdi li l-produtturi għandhom jippreżentaw il-prospetti tal-ħsad u tal-produzzjoni sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru, bil-għan li l-produzzjoni Komunitarja tal-inbid tingħaraf fil-waqt. |
(2) |
Fi Stat Membru wieħed, il-ħtieġa li s-sistema tal-kompjuter tkun adattata biex titratta d-dikjarazzjonijiet obbligatorji b’riżultat tal-miżuri ġodda introdotti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 3/2008, u li jħassar r-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/199 (3), li għandhom rabta mar-raba’ tad-dwieli tar-reġistru tal-dwieli, partikolarment id-distillazzjoni f’alkoħol tajjeb għax-xorb, ikkawżat dewmien fid-disponibbiltà ta’ din is-sistema għall-produtturi. |
(3) |
Fi Stat Membru ieħor, irriżulta li kien hemm problema ta' kapaċità f'uħud miċ-ċentri tal-informatika fejn il-produtturi jeħtiġilhom jagħmlu l-prospetti msemmija. Dawn iċ-ċentri ma jistgħux jilqgħu l-prospetti kollha qabel id-data tal-għeluq. |
(4) |
Bħala rimedju għal dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet differenti, li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-produtturi, u biex għalhekk jiġu evitati penali mhux ġustifikati għall-produtturi, jeħtieġ li jingħatalhom perjodu supplimentari għall-preżentazzjoni tal-prospetti tal-ħsad u tal-produzzjoni u li l-Istati Membri jibqgħalhom il-possibbiltà li jestendu dan il-perjodu sa data tal-għeluq finali. |
(5) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Artikolu 1 B'deroga mill-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2001, għas-sena tas-suq 2008/2009, il-prospetti msemmija fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament imsemmi jistgħu jitressqu sal-31 ta' Diċembru 2008. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu itawlu dan il-perjodu sa mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar 2009.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-10 ta’ Diċembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.
(2) ĠU L 176, 29.6.2001, p. 14.
DIRETTIVI
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/7 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/119/KE
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni ta’ l-għoġiela
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni ta’ l-għoġiela (3) ġiet emendata diversi drabi b’mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri rratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għall-iskopijiet ta’ biedja. Il-Komunità approvat ukoll din il-Konvenzjoni, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 78/923/KEE (5). |
(3) |
L-għoġiela, li huma annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista tal-prodotti stabbilita fl-Anness I tat-Trattat. |
(4) |
Iż-żamma ta’ l-għoġiela hija parti integrali ta’ l-agrikoltura. Tikkostitwixxi sors ta’ dħul għal parti mill-popolazzjoni agrikola. |
(5) |
Id-differenzi li jistgħu jkollhom l-effett ta' distorsjoni fuq il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni jfixklu l-operat inostakolat ta’ l-organizzazzjoni tas-suq komuni ta’ l-għoġiela u l-prodotti ta’ l-għoġiela. |
(6) |
Għalhekk hemm il-bżonn li jkunu stabbiliti standards minimi komuni għall-protezzjoni tat-trobbija ta’ l-għoġiela jew ta' għoġiela għas-simna sabiex ikun żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni. |
(7) |
Huwa rikonoxxut xjentifikament li l-għoġiela għandhom jibbenefikaw minn ambjent li jkun jikkorrispondi għall-bżonnijiet tagħhom bħala speċi li tgħix f’merħla. Għal dik ir-raġuni, dawn għandhom jitrabbew fi gruppi. L-għoġiela, kemm dawk li jgħixu fi gruppi kif ukoll dawk li jinżammu għalihom, għandu jkollhom spażju biżżejjed għall-eżerċizzju, għall-kuntatt ma’ bhejjem oħra, u għall-movimenti normali meta dawn ikunu bil-wieqfa jew mimdudin. |
(8) |
Hemm bżonn li s-servizzi uffiċjali, il-produtturi, il-konsumaturi u oħrajn jinżammu aġġornati bl-iżviluppi f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni għandha għalhekk, fuq il-bażi ta’ opinjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel, timxi lejn riċerka xjentifika attiva fis-sistema(i) ta' stock-farming l-iktar effiċjenti f'dak li jirrigwarda l-benessere ta' l-għoġiela. Għandu għalhekk jiġi provdut perijodu ta' żmien provviżorju sabiex il-Kummissjoni tingħata l-opportunita' tlesti dan l-inkarigu b’suċċess. |
(9) |
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi konferiti fuq il-Kummissjoni (6). |
(10) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbililti fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni ta’ l-għoġiela miżmuma għat-trobbija u għas-simna.
Artikolu 2
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“għoġol” ifisser annimal ta’ l-ispeċi bovin li għandu sa sitt xhur; |
(2) |
“l-awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tikkonċerna l-ispezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u ta’ prodotti bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (7). |
Artikolu 3
1. Mill-1 ta' Jannar 1998, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-azjendi mibnijin ġodda jew mibnijin mill-ġdid u għall-dawk li jibdew jitħaddmu wara l-1 ta’ Jannar 1998:
(a) |
l-ebda għoġol m’għandu jinżamm f’maqjel għalih waħdu wara l-età ta’ tmien ġimgħat, sakemm il-veterinarju ma jkunx iċċertifika li s-saħħa jew l-imġiba tiegħu tkun tirrikjedi li jiġi iżolat biex jingħata l-kura. Kull maqjel individwali għal għoġol għandu jkun wiesa’ ta’ l-anqas daqs l-għoli ta’ l-għoġol sal-ħotba tas-sinsla, meta mkejjel bil-wieqfa, u għandu jkun twil ta’ l-anqas daqs it-tul tal-ġisem ta’ l-għoġol, imkejjel mit-tarf ta’ mnieħru sat-tarf tad-denb tat-tuber ischii (il-pin bone), immultiplikat b’1,1. Imqajel individwali għall-għoġiela (ħlief għal dawk fejn jiġu iżolati annimali morda) m’għandux ikollhom ħitan solidi, iżda ħitan imtaqqba li jkunu jippermettu lill-għoġiela li jkollhom kuntatt dirett bil-vista u bil-mess; |
(b) |
fil-każ ta’ l-għoġiela li jinżammu fi gruppi, l-ispazju mingħajr tfixkil li għandu jkollu kull għoġol għandu jkun ta’ l-anqas ekwivalenti għal 1,5 m2 għal kull għoġol b’piż ħaj ta’ anqas minn 150 kilogramm, ta’ l-anqas ekwivalenti għal 1,7 m2 għal kull għoġol b’piż ħaj ta’ 150 kilogramm jew aktar iżda anqas minn 220 kilogramm, u ta’ l-anqas ekwivalenti għal 1,8 m2 għal kull għoġol b’piż ħaj ta’ 220 kilogramm jew aktar. |
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ l-ewwel subparagrafu m’għandhomx japplikaw għal:
(a) |
azjendi b’anqas minn sitt għoġiela; |
(b) |
għoġiela miżmuma ma’ ommhom biex jerdgħu. |
2. Mill-31 ta’ Diċembru 2006, id-disposizzjonijiet previsti f’paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-azjendi kollha.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet għat-trobbija ta’ l-għoġiela jimxu mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’Anness I.
Artikolu 5
Id-dispożizzjonijiet f’Anness I jistgħu jkunu emendati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 10(2) sabiex jittiħed kont tal-progress xjentifiku.
Artikolu 6
Sa l-1 ta’ Jannar 2006, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport, imħejji fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel, dwar is-sistema(i) tal-biedja intensiva li jimxu mar-rekwiżiti għall-benessere ta’ l-għoġġiela mil-lat patoloġiku, żootekniku, fiżjoloġiku u ta’ l-imġiba, kif ukoll l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tas-sistemi differenti, flimkien mal-proposti rilevanti tal-konklużjonijiet tar-rapport.
Il-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq dawn il-proposti mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jintbagħtu.
Artikolu 7
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet isiru taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità kompetenti sabiex jivverifikaw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu mħarsa.
Dawn l-ispezzjonijiet, li jistgħu jsiru fl-okkażjoni ta’ l-ispezzjonijiet għal skopijiet oħra, għandhom kull sena jkopru kampjun statistikament rappreżentattiv tas-sistemi differenti tal-biedja użati f’kull Stat Membru.
2. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 10(2), tħejji kodiċi tar-regoli li għandhom ikunu applikati meta jsiru l-ispezzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. Kull sentejn, sa l-aħħar ġurnata xogħol ta’ April u għall-ewwel darba sat-30 ta’April 1996, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru matul is-sentejn ta’ qabel skond dan l-Artikolu, inklużi n-numri ta’ l-ispezzjonijiet li saru rigward in-numru ta’ ażjendi fit-territorju tagħhom.
Artikolu 8
Sabiex ikunu importati fil-Komunità, l-annimali li ġejjin minn pajjiż terz jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti, li jiċċertifika li rċevew trattament mill-inqas ekwivalenti għal dak mogħti lill-annimali li ġejjin mill-Komunità kif previst f’din id-Direttiva.
Artikolu 9
Esperti veterinari mill-Kummissjoni jistgħu, fejn neċessarju għall-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, iwettqu spezzjonijiet fuq il-post bil-koperazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Il-persuni li jwettqu dawn l-ispezzjonijiet għandhom jimplimentaw il-miżuri personali speċjali ta’ l-iġjene neċessarji sabiex jeskludu kull riskju li jinfirex il-mard.
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun qed issir spezzjoni għandu jagħti l-assistenza kollha neċessarja lill-esperti sabiex iwettqu dmirijiethom. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membru konċerant bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet.
L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat għandha tieħu l-miżuri kollha li jistgħu jkunu neċessarji sabiex jikkunsidraw ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet.
Rigward ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, għandhom japplikaw d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' spezzjonijiet veterinarji fuq annimali deħlin fil-Komunita' minn pajjiżi terzi (8).
Ir-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 10
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (9).
2. Meta jsir riferiment għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
Artikolu 11
L-Istati Membri jistgħu, konformement mar-regoli ġenerali tat-Trattat, iżommu jew japplikaw ġewwa t-territorji tagħhom dispożizzjonijiet aktar stretti għall-protezzjoni ta’ l-għoġiela minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni b’tali miżuri.
Artikolu 12
Id-Direttiva 91/629/KEE, kif emendata mill-Atti elenkati fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 13
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 14
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) Opinjoni tal-11 ta' Diċembru 2007 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 324, 30.12.2006, p. 26.
(3) ĠU L 340, 11.12.1991, p. 28.
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
(5) ĠU L 323, 17.11.1978, p. 12.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(7) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(8) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
ANNESS I
1. |
Il-materjal użat għall-bini ta’ l-akkomodazzjoni ta’ l-għoġiela u partikolarment il-kaxxi u t-tagħmir li miegħu jistgħu jkollhom kuntatt l-għoġiela m’għandux jagħmel ħsara lill-għoġiela u għandu jkun kapaċi jitnaddaf u jiġi disinfettat. |
2. |
Sakemm jiġu stabbiliti regoli tal-Komunità fuq din il-kwistjoni, iċ-ċirkwiti elettriċi u t-tagħmir għandu ikun istallat skond ir-regoli nazzjonali viġenti biex jiġu evitati xokkijiet elettriċi. |
3. |
Insulazzjoni, tisħin u ventilazzjoni tal-bini għandhom jiżguraw li ċ-ċirkolazzjoni ta’ l-arja, il-livell tat-trab, it-temperatura, l-umdita’ relattiva ta’ l-arja u l-konċentrazzjonijiet tal-gass jinżammu fil-limiti li ma jagħmlux ħsara lill-għoġiela. |
4. |
It-tagħmir kollu awtomatiku jew mekkaniku li hu meħtieġ għas-saħħa ta’ l-għoġiela għandu jkun spezzjonat mill-inqas darba kuljum. Fejn jinstabu difetti, dawn għandhom jiġu rranġati minnufih jew, jekk dan ma jkunx possibbli, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi mħarsa s-saħħa ta’ l-għoġiela sakemm id-difett jiġi irranġat, l-aktar bl-użu ta’ metodi alternattivi ta’ għalf u li jinżamm ambjent sodisfaċenti. Fejn sistema artifiċjali ta’ ventilazzjoni hija użata, għandha tiġi provduta sistema supplimentari adegwata sabiex tiggarantixxi li l-arja tinbidel biżżejjed biex tippriserva s-saħħa u l-benessere ta’ l-għoġiela fil-każ li ma taħdimx is-sistema prinċipali u għandha tiġi provduta sistema ta’ alarm biex tavża lil dak li jżomm l-għoġiela bil-ħsara. Is-sistema ta’ l-alarm trid tkun eżaminata regolarment. |
5. |
L-għoġiela ma għandhomx jinżammu fid-dlam b'mod permanenti. Biex jitħarsu l-bżonnijiet ta’ l-imġiba u fisjoloġika tagħhom, trid issir dispożizzjoni li tippermetti għall-kondizzjonijiet differenti ta’ klima fl-Istati Membri, għal dawl xieraq naturali jew artifiċjali; fil-każ ta' dan ta’ l-aħħar, irid jaħdem għal perjodu ta’ mill-inqas għall-perijodu tad-dawl naturali normalment disponibbli bejn id-9 a.m. u l-5 p.m. Barra minn hekk, irid ikun disponibbli dawl xieraq (imwaħħal jew jista’ jinġarr) b’saħħtu biżżejjed biex jippermetti li l-għoġiela jkunu spezzjonati f’kull ħin. |
6. |
L-għoġiela li jinżammu ġewwa għandhom jiġu spezzjonati mis-sid jew mill-persuna responsabbli għall-annimali ta’ l-anqas darbtejn kull jum u l-għoġiela li jinżammu barra ta’ l-anqas darba kull jum; Kull għoġol li jkun jidher marid jew korrut għandu jiġi kurat kif imiss mingħajr dewmien u għandu jinkiseb il-parir veterinarju kemm jista’ jkun malajr għal kull għoġol li ma jkunx jirrispondi għall-kura ta’ dak li jkun irabbih. Fejn meħtieġ, l-għoġiela morda jew korruti għandhom jiġu iżolati f’akkommodazzjoni adegwata b’post fejn jimteddu li jkun niexef u komdu. |
7. |
L-akkommodazzjoni għall-għoġġiela għandha tkun mibnija b’tali mod li tkun tippermetti li kull għoġol ikun jista’ jimtedd, jistrieħ, iqum bil-wieqfa u jnaddaf lilu nnifsu mingħajr diffikultà. |
8. |
L-għoġiela m’għandhomx jintrabtu bl-eċċezzjoni ta’ l-għoġġiela li jinżammu fi gruppi li jistgħu jintrabtu għal perjodi ta’ mhux aktar minn siegħa waqt li jinsqew il-ħalib jew is-sostitut tal-ħalib. Meta jintuża l-irbit, dan m’għandux ikorri lill-għoġiela u għandu jiġi spezzjonat regolarment u aġġustat skond kif meħtieġ biex jiġi żgurat li ma jkunx issikkat. Kull irbit għandu jkun magħmul biex jevita r-riskju ta’ strangolazzjoni jew korriment u jkun jippermetti li l-għoġol jiċċaqlaq skond il-punt 7. |
9. |
Akkomodazzjoni, maqjel, tagħmir u għodda użati għall-għoġiela jridu jitnaddfu u jkunu disinfettati sew biex ikunu evitati infezzjonijiet minn wieħed għall-ieħor u ż-żieda ta’ l-organiżmi li jġorru l-mard. Ħmieġ, urina u ikel mhux mittiekel jew maqlub irid jitneħħa kull meta hemm bżonn biex titnaqqas ir-riħa u jkun evitat li jiġbdu l-attenzjoni tad-dubbien u l-gerriema. |
10. |
L-art trid tkun lixxa imma mhux tiżloq biex ikun evitat l-korriment ta’ l-għoġiela u ddisinjata biex ma tkorrix jew tikkawża sofferenza lill-għoġġiela weqfin jew li jimteddu fuqha. Għandha tkun adattata għad-daqs u t-toqol ta’ l-għoġiela u tifforma wiċċ riġidu, indaqs u stabbli. In-naħa fejn jimteddu trid tkun komda, nadifa, u jitneħħa l-ilma b’mod adegwat u ma tridx taffettwa ħażin lill-għoġiela. Sodod xierqa jridu jkunu provduti għall-għoġiela kollha li għandhom inqas minn ħmistax. |
11. |
L-għoġiela kollha għandhom jiġu provduti b’dieta tajba li tkun addattata għall-età, il-piż u l-ħtiġiet tagħhom f’dak li huwa komportament u fiżjoloġija, biex jikbru b’saħħithom u kkurati kif imiss. Għal dan il-għan, l-ikel tagħhom għandu jkun fih ħadid biżżejjed biex jiġi żgurat li l-livell medju ta’ l-emoglobina fid-demm ikun ta’ l-anqas ta’ 4,5 mmol/litru u r-razzjon minimu ta’ l-ikel fibruż ta’ kull jum għandu jiġi provdut għal kull għoġol li jkollu aktar minn ġimgħatejn, filwaqt li l-kwantità tiegħu tiżdied minn 50 g għall-250 g kull jum fil-każ ta’ l-għoġġiela ta’ minn tmienja sa 20 ġimgħa. L-għoġiela m’għandux ikollhom sarima. |
12. |
L-għoġiela kollha jridu jitgħallfu għall-inqas darbtejn kuljum. Fejn l-għoġiela jinżammu fi gruppi u mhux mgħalfa ad libitum, jew b’sistema awtomatika ta’ għalf, kull għoġol irid ikollu aċċess għall-ikel fl-istess ħin bħall-oħrajn tal-grupp. |
13. |
L-għoġiela kollha li għandhom iktar minn ħmistax irid ikollhom aċċess għal kwantità suffiċjenti ta’ ilma frisk jew ikunu jistgħu jaqtgħu l-għatx tagħhom billi jixorbu likwidu oħra. Iżda, f’kondizzjonijiet ta’ temp sħun jew fil-każ ta’ l-għoġiela li jkunu morda, l-ilma tax-xorb għandu jkun disponibbli l-ħin kollu. |
14. |
It-tagħmir ta’ l-għalf u ta’ l-ilma jrid ikun iddisinjat, mibni, impoġġi u miżmum sabiex il-kontaminazzjoni ta’ l-għalf u l-ilma ta’ l-għoġiela jitnaqqas kemm jista’. |
15. |
Kull għoġol għandu jirċievi kolostrum bovin kemm jista’ jkun malajr malli jitwieled u f’kull każ fl-ewwel sitt sigħat tal-ħajja. |
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 12)
Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 97/2/KE |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/182/KE |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 |
Anness III, punt 25 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmi fl-Artikolu 12)
Direttivi |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
91/629/KEE |
1 ta’ Jannar 1994 |
97/2/KE |
31 ta’ Diċembru 1997 |
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 91/629/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikoli 1 u 2 |
Artikoli 1 u 2 |
Artikolu 3(1) |
— |
Artikolu 3(2) |
— |
Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 3(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(4) |
— |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4 |
Artikoli 5 sa 10 |
Artikoli 5 sa 10 |
Artikolu 11(1) |
— |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 11 |
— |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-4 ta' Diċembru 2008
li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2009/24/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010 (1). |
(2) |
Post ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar battal wara li ntemm il-mandat tas-Sinjura María Dolores ALARCÓN MARTÍNEZ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan li ġej huwa b'dan maħtur fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membru supplenti għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:
— |
Is-Sur Juan Antonio MORALES RODRÍGUEZ, Director General de Relaciones Institucionales y Acción Exterior, Murcia. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
N. KOSCIUSKO-MORIZET
(1) ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.
Kummissjoni
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-4 ta’ Diċembru 2006
dwar l-approvazzjoni ta’ Ftehim ta’ Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakstan
(2009/25/Euratom)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101,
Wara li kkunsidrat l-approvazzjoni tal-Kunsill,
Billi:
Għandu jiġi konkluż il-Ftehim għal Kooperazzjoni fl-Użu Paċifiku tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u r-Repubblika tal-Każakstan.
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakstan huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kummisjoni jew il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Enerġija huwa b’dan awtorizzat li jiffirma l-Ftehim u li jieħu l-passi kollha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim li għandu jiġi konkluż f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Andris PIEBALGS
Membru tal-Kummissjoni
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/16 |
FTEHIM
għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan
IL-KOMUNITA EWROPEA GHALL-ENERGIJA ATOMIKA, minn issa ’l quddiem imsejħa “il-Komunità”,
u
L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-KAZAKSTAN, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Gvern tal-Kazakstan”,
it-tnejn li huma wkoll ġeneralment imsejħa minn issa ’l quddiem “il-Parti” jew “il-Partijiet”, skond ma jkun il-każ,
KONXJI li l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kazakstan, min-naħa ’l oħra, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999, jistabbilixxi li l-kummerċ f’materjali nukleari għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ Ftehim speċifiku li għandu jkun konkluż bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kazakstan,
BILLI l-Partijiet iffirmaw il-Ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u r-Repubblika tal-Kazakstan fil-qasam tas-sigurtà nukleari u l-Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2003 u t-13 ta’ April 2004, rispettivament;
BILLI l-Istati Membri kollha tal-Komunità u r-Repubblika tal-Każakstan huma Partijiet għat-Trattat dwar in-Non-proliferazzjoni tal-Armi Nukleari, minn issa ’l quddiem imsejjaħ NPT,
BILLI l-Komunità, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kazakstan huma impenjati li jiżguraw li r-riċerka, l-iżvilupp u l-użu tal-enerġija nukleari għal skopijiet paċifiċi jitwettqu b’mod konsistenti mal-objettivi tal-NPT,
BILLI salvagwardji nukleari huma applikati fil-Komunità kemm taħt il-Kapitolu VII tat-Titolu II tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “it-Trattat Euratom” kif ukoll taħt ftehim ta’ salvagwardji konklużi bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha u l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika, minn issa ’l quddiem imsejħa “l-IAEA”, u fir-Repubblika tal-Kazakstan taħt il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Kazakstan u l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika għall-applikazzjoni tas-salvagwardji marbuta mal-NPT li daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Awwissu 1995, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar l-applikazzjoni tas-salvagwardji ”,
BILLI l-Komunità, l-Istati Membri tagħha u l-Gvern tal-Kazakstan jirriaffermaw l-appoġġ tagħhom għall-IAEA u għas-sistema ta’ salvagwardja msaħħa tagħha,
BILLI l-Partijiet għandhom jiffaċilitaw il-kummerċ nukleari bejniethom jew bejn persuni jew impriżi awtorizzati stabbiliti fit-territorji rispettivi tal-Komunità u tar-Repubblika tal-Kazakstan fl-interess reċiproku tal-produtturi, tal-industrija taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, tas-servizzi u tal-konsumaturi,
BILLI għandu jittieħed kont tal-impenji meħuda mill-Gvern ta’ kull Stat Membru tal-Komunità u tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan fil-qafas tal-Grupp ta’ Fornituri Nukleari,
BILLI huwa l-każ li tiġi msaħħa l-bażi għall-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fis-settur nukleari ċivili permezz ta’ ftehim kwadru,
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan il-Ftehim
(1) |
“materjal nukleari” tfisser kwalunkwe materjal ta’ sors jew materjal speċjali li jista’ jinferaq skond ma’ dawk it-termini huma definiti fl-Artikolu XX tal-Istatut tal l-IAEA; |
(2) |
“Komunità” tfisser kemm:
|
(3) |
“awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet” tfisser:
|
Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla, il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni diplomatiċi.
Artikolu 2
Objettiv
L-objettiv ta’ dan il-Ftehim huwa li jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari bil-ħsieb li tissaħħaħ ir-relazzjoni ta’ kooperazzjoni ġenerali bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakstan abbażi tal-benefiċċji reċiproċi u r-reċiproċità u mingħajr preġudizzju għas-setgħat rispettivi ta’ kull Parti.
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni tal-kooperazzjoni
1. Il-Partijiet jistgħu jikkooperaw bil-mod kif speċifikat fl-Artikoli 4 sa 8 hawn taħt fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari fl-oqsma li ġejjin:
(a) |
is-sigurtà nukleari (Artikolu 4); |
(b) |
il-fużjoni nukleari kkontrollata (Artikolu 5); |
(ċ) |
ir-riċerka u l-iżvilupp f’oqsma oħra ta’ użi paċifiċi tal-enerġija nukleari minbarra dawk previsti taħt a) u b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu (Artikolu 6); |
(d) |
il-kummerċ f’materjali nukleari u l-forniment ta’ servizzi taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari (Artikolu 7); |
(e) |
oqsma oħra rilevanti għas-suġġett ta’ dan il-Ftehim (Artikolu 8). |
2. Il-kooperazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu, kif bejn il-Partijiet, tista’ sseħħ ukoll bejn persuni u impriżi awtorizzati stabbiliti fil-Komunità u fir-Repubblika tal-Kazakstan.
Artikolu 4
Sigurtà nukleari
Il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà nukleari għandha tkun implimentata skond il-ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u r-Repubblika tal-Kazakstan fil-Qasam tas-Sigurtà Nukleari, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2003.
Artikolu 5
Fużjoni nukleari kontrollata
Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata għandha tkun implimentata skond il-Ftehim għall-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan fil-Qasam tal-Fużjoni Nukleari Kontrollata, li daħal fis-seħħ fit-13 ta’ April 2004.
Artikolu 6
Riċerka u żvilupp f’oqsma oħra ta’ użi paċifiċi tal-enerġija nukleari
1. Il-kooperazzjoni għandha testendi għall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp nukleari ta’ interess reċiproku għall-Partijiet għajr dawk previsti fl-Artikoli 4 u 5 hawn fuq, kif miftiehem bejn il-Partijiet, sa fejn huma koperti mill-programmi rispettivi tagħhom.
2. Il-kooperazzjoni tista’ tinkludi, b’mod partikolari, l-oqsma li ġejjin:
(a) |
l-applikazzjonijiet ta’ enerġija nukleari fl-oqsma tal-mediċina u l-industrija, inkluż il-ħolqien ta’ l-elettriku; |
(b) |
l-impatt ambjentali tal-enerġija nukleari; |
(ċ) |
kwalunkwe qasam ieħor ta’ riċerka u żvilupp nukleari kif miftiehem bejn il-Partijiet u sa fejn ikunu koperti mill-programmi rispettivi tagħhom. |
3. Il-kooperazzjoni għandha tkun implimentata b’mod partikolari permezz ta’:
(a) |
skambju ta’ informazzjoni teknika permezz ta’ rapporti, żjajjar, seminars, laqgħat tekniċi, eċċ.; |
(b) |
skambju ta’ personal bejn il-laboratorji u/jew l-korpi involuti, inkluż għal skopijiet ta’ taħriġ; |
(ċ) |
skambju ta’ kampjuni, materjali, strumenti u tagħmir għal skopijiet sperimentali; |
(d) |
parteċipazzjoni bilanċjata fi studji u attivitajiet konġunti. |
4. Sa fejn hu neċessarju, il-kamp ta’ applikazzjoni, it-termini u l-kondizzjonijiet għall-kooperazzjoni fi proġetti konkreti ser ikunu stabbiliti f’arranġamenti ta’ implimentazzjoni, li jkunu daħlu fihom l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet li jipproċedu skond il-ħtiġijiet rispettivi ta’ leġislazzjoni tal-Komunità u l-leġislazzjoni tar-Repubblika tal-Kazakstan.
Dawn l-arranġamenti implimentattivi jistgħu, inter alia, ikopru d-dispożizzjonijiet finanzjarji, l-għoti ta’ responsabbiltajiet maniġerjali u d-dispożizzjonijiet dettaljati dwar id-disseminazzjoni ta’ l-informazzjoni u d-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali.
5. L-Ispejjeż li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ kooperazzjoni għandhom jitħallsu mill-Parti li tagħmilhom, dment li ma jkunx miftiehem speċifikament mod ieħor mill-Partijiet.
Artikolu 7
Kummerċ ta’ materjali nukleari u forniment ta’ servizzi rilevanti
1. Il-materjal nukleari trasferit bejn il-Partijiet, jew direttament jew permezz ta’ pajjiż terz, għandu jkun soġġett għal dan il-Ftehim mad-dħul tiegħu fil-ġurisdizzjoni territorjali tal-Komunità jew tar-Repubblika tal-Kazakstan, dment li l-Parti fornitriċi tkun innotifikat bil-miktub lill-Parti riċeventi qabel jew fil-ħin tat-trasport, skond il-proċeduri definiti fl-Arranġament Amministrattiv li għandu jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet.
2. Il-materjal nukleari msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jibqa’ soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim sakemm
(a) |
jiġi ddeterminat skond id-dispożizzjonijiet għat-tmiem tas-salvagwardji fil-ftehim rilevanti msemmi fil-paragrafu 6.b) ta’ dan l-Artikolu, li m’għadux aktar utilizzabbli għal kwalunkwe attività nukleari rilevanti mil-lat tas-salvagwardji, jew prattikament ma jistax jerġa’ jiġi rkuprat; |
(b) |
jkun ġie trasferit lil hinn mill-ġurisdizzjoni tal-Komunità jew tar-Repubblika tal-Kazakstan skond il-paragrafu 6.e) ta’ dan l-Artikolu; jew |
(ċ) |
il-Partijiet jaqblu bil-miktub li m’għandux jibqa’ aktar soġġett għal dan il-Ftehim. |
3. Kwalunkwe trasferiment nukleari mwettaq skond l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni għandu jsir skond l-impenji internazzjonali rilevanti tal-Komunità, tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u tar-Repubblika tal-Kazakstan fir-rigward tal-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari kif elenkati fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-kummerċ ta’ materjali nukleari u l-forniment ta’ servizzi rilevanti bejn il-Partijiet għandhom jitwettqu bi prezzijiet relatati mas-suq.
5. Il-Partijiet għandhom jippruvaw jevitaw sitwazzjonijiet ta’ kunflitt li jeħtieġu miżuri ta’ salvagwardja kummerċjali fil-kummerċ reċiproku tagħhom fil-materjali nukleari. Jekk xorta waħda jinqalgħu problemi fil-kummerċ reċiproku tagħhom f’materjali nukleari li jistgħu jikkompromettu b’mod serju l-vijabilità tal-industrija nukleari, inkluż dik tal-minjieri tal-uranju, tal-Komunità jew tar-Repubblika tal-Kazakstan, kwalunkwe Parti tista’ titlob konsultazzjonijiet li għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr fil-qafas ta’ Kumitat ad hoc, u l-proċedura għat-tlaqqigħ, il-perijodu u l-livell tal-parteċipanti għat-twettiq tal-konsultazzjonijiet għandha tiġi ddefinita mill-Partijiet.
Jekk, fil-konsultazzjonijiet, ma tistax tinstab soluzzjoni għal dawn il-problemi, li hija aċċettabbli għaż-żewġ naħat, il-Parti li tkun għamlet it-talba għall-konsultazzjonijiet tista’ tieħu l-miżuri ta’ salvagwardja kummerċjali xierqa biex issolvihom jew biex ittaffi l-effetti tagħhom skond il-leġislazzjoni tal-Komunità u tar-Repubblika tal-Kazakstan u skond il-prinċipji rilevanti tal-liġi internazzjonali.
L-implimentazzjoni tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-Trattat tal-Euratom u l-leġislazzjoni sekondarja taħtu.
6. It-trasferimenti ta’ materjal nukleari għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-materjal nukleari għandu jintuża għal finijiet paċifiċi u mhux għal xi dispożittiv splussiv nukleari jew għal riċerka dwar, jew żvilupp ta’, kwalunkwe dispożittiv simili; |
(b) |
il-materjal nukleari għandu jkun soġġett:
|
(ċ) |
fl-każ li tiġi sospiża jew imwaqqfa l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-Ftehim mal-AIEA minn dawk imsemmija fil-paragrafu 6.b) ta’ dan l-Artikolu għal kwalunkwe raġuni fil-Komunità jew ir-Repubblika tal-Kazakstan, il-parti rilevanti għandha tidħol fi ftehim mal-AIEA li jipprevedi għall-effikaċja u l-kopertura ekwivalenti għal dik prevista fil-ftehim ta’ salvagwardji msemmija fil-paragrafi 6.b 1) jew 6.b 2), jew, jekk dan ma jkunx possibbli, il-Komunità, sa fejn hi kkonċernata, għandha tapplika salvagwardji bbażati fuq is-sistema ta’ Salvagwardji tal-Euratom, li jipprevedi effettività u kopertura ekwivalenti għal dik prevista mill-ftehim ta’ salvagwardji msemmija fil-paragrafu 6.b 1) jew, jekk dan mhux possibbli, il-Partijiet għandhom jidħlu f’arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ salvagwardji, li jipprevedu effettività u kopertura ekwivalenti għal dik prevista mill-ftehim ta’ salvagwardji msemmija fil-paragrafi 6.b 1) jew 6.b 2); |
(d) |
l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni fiżika f’livelli li jissodisfaw bħala minimu l-kriterji stipulati fl-Anness Ċ għad-dokument tal-AIEA INFCIRC/245/Rev.6/Parti 1 (Linji Gwida għat-Trasferimenti Nukleari) kif jista’ jiġi rivedut; supplimentari għal dan id-dokument, l-Istati Membri tal-Komunità, il-Kummissjoni Ewropea, kif xieraq, u r-Repubblika tal-Kazakstan se jirreferu meta jkunu qed japplikaw il-miżuri għall-protezzjoni fiżika għar-rakkomandazzjonijiet fid-dokument INFCIRC/225/REV.4 kkoreġut (Protezzjoni Fiżika ta’ Materjal Nukleari u Faċilitajiet Nukleari) tal-IAEA hekk kif jista’ jkun rivedut. It-trasport internazzjonali għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni Fiżika ta’ Materjali Nukleari (dokument INFCIRC/274/Rev.1 tal-IAEA), hekk kif jista’ jkun rivedut u aċċettat mill-Partijiet u mill-Istati Membri tal-Komunità u għar-Regolamenti tal-IAEA għat-Trasport Sikur ta’ Materjali Radjoattivi (Standards ta’ Sikurezza tal-IAEA - Serje TS-R-1/ST-1, Riveduti), hekk kif jistgħu jkunu riveduti u trasposti fil-leġislazzjoni tal-Komunità u tar-Repubblika tal-Kazakstan; |
(e) |
ri-trasferimenti ta’ kwalunkwe oġġett soġġett għal dan l-Artikolu barra l-ġurisdizzjoni tal-Komunità jew tar-Repubblika tal-Kazakstan għandhom isiru biss taħt il-kondizzjonijiet tal-Linji Gwida għal Trasferimenti Nukleari, kif stipolat fid-dokument INFCIRC/254/Rev.6/Parti 1 tal-IAEA, hekk kif jista’ jkun rivedut. |
7. L-ebda dispożizzjoni amministrattiva marbuta mal-kummerċ, l-operazzjonijiet industrijali jew iċ-ċaqliq ta’ materjal nukleari fuq it-territorji tal-Komunità jew tar-Repubblika tal-Kazakstan m’għandhom jintużaw għar-restrizzjoni tal-kummerċ jew sabiex ixekklu l-interessi kummerċjali ta’ kwalunkwe Parti fir-rigward tal-użu paċifiku tal-enerġija nukleari kemm internazzjonalment kif ukoll fil-livell domestiku.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim m’għandhomx jintużaw biex ixekklu l-moviment liberu ta’ materjal nukleari fit-territorju tal-Komunità.
L-implimentazzjoni tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-Trattat tal-Euratom u l-leġislazzjoni sekondarja taħtu.
8. Minkejja s-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim għal kwalukwe raġuni, il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandu jibqa’ japplika sakemm kwalunkwe materjal nukleari soġġett għal dawn id-dispożizzjonijiet jibqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Komunità jew tar-Repubblika tal-Kazakstan jew sakemm issir determinazzjoni skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 8
Oqsma oħra rilevanti għas-suġġett ta’ dan il-ftehim
1. Il-Partijiet jistgħu jaqblu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom dwar kooperazzjoni f’attivitajiet oħra fil-qasam tal-enerġija nukleari.
2. Min-naħa tal-Komunità, l-attivitajiet iridu jkunu koperti minn programmi ta’ azzjoni rilevanti u jikkorrispondu għall-kondizzjonijiet speċifikati għalih, per eżempju f’oqsma bħas-sigurtà nukleari, it-trasport sikur tal-materjal nukleari, is-salvagwardji jew il-kooperazzjoni industrijali biex jippromwovu ċerti aspetti tas-sikurezza ta’ l-installazzjonijiet nukleari.
3. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6, paragrafu 4, japplikaw bl-istess mod għal din ilkooperazzjoni.
Artikolu 9
Liġi applikabbli
Il-kooperazzjoni skond dan il-Ftehim għandha tkun skond il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fil-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakstan kif ukoll skond il-ftehim internazzjonali li daħlu għalihom il-Partijiet.
Artikolu 10
Proprjetà intellettwali
L-utilizzazzjoni u d-diffużjoni ta’ informazzjoni u tad-drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali, il-brevetti u d-drittijiet tal-awtur marbuta mal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni skond dan il-Ftehim għandhom ikunu skond l-Annessi għall-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fl-oqsma tas-sikurezza nukleari u l-fużjoni nukleari kkontrollata li jissemmew hawn fuq fl-Artikoli 4 u 5, rispettivament, ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 11
Konsultazzjoni u arbitraġġ
1. Il-Partijiet se jkollhom konsultazzjonijiet regolari fil-qafas tal-PCA biex jimmonitoraw il-kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim sakemm il-Partijiet ma jipprevedux mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni speċifiċi.
2. Kwalunkwe disputa dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tkun trattata skond l-Artikolu 88 tal-PCA.
Artikolu 12
Ftehim ta’ kooperazzjoni nukleari bilaterali
1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim għandhom jieħdu l-preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bejn l-Istati Membri individwali tal-Komunità u tar-Repubblika tal-Kazakstan li jipprevedu drittijiet u l-obbligi li hemm f’dan il-ftehim.
2. Sa fejn id-dispożizzjonijiet fil-ftehim bilaterali msemmija hawn fuq bejn l-Istati Membri individwali tal-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakstan jipprevedu drittijiet u obbligi għall-Istati Membri rispettivi u għar-Repubblika tal-Kazakstan lil hinn minn dawk f’dan il-ftehim, dawk id-drittijiet u l-obbligi jkomplu jiġu implimentati taħt il-ftehim bilaterali rispettivi.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ u dewmien
1. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li l-Partijiet, bi skambju bejniethom ta’ noti diplomatiċi dwar it-tlestija tal-proċeduri xierqa, jispeċifikaw id-dħul fis-seħħ tiegħu u għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu ta’ għaxar snin.
2. Minn hemm il quddiem, dan il-Ftehim għandu jiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ ħames snin, dment li xi waħda mill-Partijiet, b’notifika bil-miktub, ma titlobx it-terminazzjoni tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jiskadi fi żmien sitt xhur mid-data li tasal in-notifika mill-Parti rilevanti.
3. Jekk waħda mill-Partijiet jew kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità jikser kwalunkwe dispożizzjoni materjali ta’ dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra tista’ tissospendi jew twaqqaf, permezz ta’ notifika bil-miktub f’dan ir-rigward, il-kooperazzjoni kompletament jew parzjalment taħt dan il-Ftehim. Qabel ma’ xi waħda mill-Partijiet tieħu azzjoni f’dan is-sens il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar il-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu u ż-żmien li fih għandhom jitwettqu dawn il-miżuri. Azzjoni bħal din għandha tittieħed biss jekk kien hemm nuqqas fit-teħid tal-miżuri maqbula fi żmien il-perijodu miftiehem jew, fil-każ li ma jintlaħaqx qbil wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ żmien iddefinit mill-Partijiet.
Artikolu 14
Bil-qbil reċiproku tal-Partijiet, l-emendi u l-bidliet fil-forma tal-minuti jistgħu jiġu inklużi fil-Ftehim li għandu jkun parti integrali mill-Ftehim.
Dan il-Ftehim għandu jitfassal f’żewġ kopji biċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Isvediż u l-Każak, fejn kull test ikun awtentiku bl-istess mod.
Magħmul fi Brussell, fil-5 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Komunità Ewropea Għall-Enerġija Atomika
Andris PIEBALGS
Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan
Bakhtykozha IZMUKHAMBETOV
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Diċembru 2008
dwar ir-rikjesta tar-Renju Unit li taċċetta r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8554)
(2009/26/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 11a tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Ġunju 2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (1). |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, ir-Renju Unit ma pparteċipax fl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 593/2008. |
(3) |
Skond l-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra bid-data tal-24 ta’ Lulju 2008, li waslet għand il-Kummissjoni fit-30 ta’ Lulju 2008, bl-intenzjoni tiegħu li jaċċetta r-Regolament (KE) Nru 593/2008 u li jipparteċipa fih. |
(4) |
Fil-11 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni tat opinjoni pożittiva lill-Kunsill dwar it-talba tar-Renju Unit. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 għandu japplika għar-Renju Unit skond l-Artikolu 2.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 għandu jidħol fis-seħħ għar-Renju Unit mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni. Għandu japplika mis-17 ta’ Diċembru 2009, ħlief għall-Artikolu 26 li għandu japplika mis-17 ta’ Ġunju 2009.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' Jannar 2009
li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 9000)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/27/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bulgarija ngħatat perjodi ta’ tranżizzjoni bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1). |
(2) |
L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni ġie emendat bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/26/KE (2), 2007/689/KE (3), 2008/209/KE (4), 2008/331/KE (5), 2008/547/KE (6), 2008/672/KE (7) u 2008/827/KE (8). |
(3) |
Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li erba’ stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa huma konformi b’mod sħiħ mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Dawk l-istabbilimenti għandhom il-permess li jirċievu u jipproċessaw ħalib nej mhux konformi mingħajr separazzjoni. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jiżdied mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. Stabbiliment wieħed qed jingħata permess jirċievi u jipproċessa ħalib nej konformi u mhux konformi f’linji separati bis-sħiħ. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jiżdied mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. |
(4) |
Stabbiliment wieħed elenkat fil-Kapitolu I għandu jipproċessa biss ħalib nej konformi u għalhekk għandu jkun approvat bħala stabbiliment tal-UE tal-ipproċessar tal-ħalib. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jitneħħa mil-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. |
(5) |
L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 282, 26.10.2007, p. 60.
(5) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 97.
(6) ĠU L 176, 4.7.2008, p. 11.
(7) ĠU L 220, 15.8.2008, p. 27.
(8) ĠU L 294, 1.11.2008. p. 9.
ANNESS
Fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:
Nru |
Nru Veterinarju |
Isem tal-istabbiliment |
Belt/Triq jew Raħal/Reġjun |
“13 |
BG 1512033 |
ET ‘Voynov-Ventsislav Hristakiev’ |
s. Milkovitsa obsht. Gulyantsi |
14 |
BG 1612020 |
ET ‘Bor - Chvor’ |
s. Dalbok izvor obsht. Parvomay |
15 |
BG 1612013 |
‘Polidey - 2’ OOD |
s. Domlyan” |
Fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, titneħħa l-annotazzjoni li ġejja:
Nru |
Nru Veterinarju |
Isem tal-istabbiliment |
Belt/Triq jew Raħal/Reġjun |
“2 |
BG 2012022 |
‘Bratya Zafirovi’ OOD gr. Sliven ul. ‘Treti mart’ 7 |
gr. Sliven Industrialna zona Zapad” |
Fil-Kapitolu II tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:
Nru |
Nru Veterinarju |
Isem tal-istabbiliment |
Belt/Triq jew Raħal/Reġjun |
“15 |
BG 2812003 |
‘Balgarski yogurt’ OOD |
s. Veselinovo, obl. Yambolska” |
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta' Jannar 2009
dwar in-non-inklużjoni tal-flurprimidol fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8967)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/28/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru, matul perjodu ta’ 12-il sena min-notifika ta’ dik id-Direttiva, jista’ jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jkunu diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawn is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati bil-mod fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma. |
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-flurprimidol. |
(3) |
Għall-flurprimidol, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew eżaminati skond id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) skond l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għall-flurprimidol l-Istat Membru relatur kien il-Finlandja u t-tagħrif kollu rilevanti ġie ppreżentat fl-20 ta’ April 2007. |
(4) |
Ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni esperta mill-Istati Membri u l-EFSA fil-Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tiegħu u kien ippreżentat lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Lulju 2008 fil-format tal-konklużjoni tal-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva flurprimidol (4). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzat fis-26 ta’ Settembru 2008 fil-format ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-flurprimidol. |
(5) |
Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. B’mod partikolari, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-espożizzjoni tal-operatur u tal-ħaddiem taqbeż l-AOEL (il-livelll ta’ espożizzjoni aċċettabbli għall-operatur) f’kull każ valutat u f’kull kundizzjoni ta’ użu. Barra minn hekk, l-ebda dejta ma kienet disponibbli dwar il-profil ta’ impurità tal-lott użat fl-istudji tossikoloġiċi. Konsegwentement, ma kienx possibbli li tintlaħaq konklużjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli li l-flurprimidol laħaq il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(6) |
Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni esperta u dwar jekk kienx beħsiebu jkompli jappoġġja s-sustanza. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li ġew investigati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib identifikat ma setax jitneħħa, u l-valutazzjonijiet li saru fuq il-bażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat tal-esperti tal-EFSA ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, skond il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flurprimidol jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(7) |
Għalhekk, il-flurprimidol m’għandux ikun inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(8) |
Għandhom jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom il-flurprimidol jiġu rtirati fi żmien il-perjodu preskritt u ma jiġġeddux, kif ukoll biex ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida għal dawn il-prodotti. |
(9) |
Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn xi Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flurprimidol għandu jkun limitat għal perjodu ta’ tnax-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun ieħor tat-tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flurprimidol jistgħu jibqgħu jinkisbu mill-bdiewa sa 18-il xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċizjoni. |
(10) |
Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-flurprimidol skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, li r-regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati tagħha tniżżlu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 (5) fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-flurprimidol m’għandux ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flurprimidol ikunu rtirati sat-13 ta’ Lulju 2009; |
(b) |
l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flurprimidol ma tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Kull perjodu fuq ir-riħ garantit mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun mill-iqsar possibbli u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-13 ta’ Lulju 2010.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(3) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.
(4) Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2008) 151, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-flurprimidol, finalizzat fil-31 ta’ Lulju 2008.
III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE
ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/29/PESK
tat-22 ta’ Diċembru 2008
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Somala dwar l-istatus tal-forzi navali mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Somala fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-UE Atalanta
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 1814 li titlob lill-Istati u l-organizzazzjonijiet reġjonali biex jieħdu azzjoni sabiex jipproteġu l-bastimenti li qed jieħdu sehem fit-trasport u t-twassil ta’ għajnuna umanitarja lis-Somalja u f’attivitajiet awtorizzati min-Nazzjonijiet Uniti. |
(2) |
Fit-2 ta’ Ġunju 2008, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 1816 (2008) li tawtorizza, għal perijodu ta’ sitt xhur mid-data tar-Riżoluzzjoni, lill-Istati li jikkoperaw mal-Gvern Federali ta’ Transizzjoni tas-Somalja, biex jidħlu fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja u biex jużaw, b’mod konsistenti mad-dritt internazzjonali rilevanti, il-mezzi kollha meħtieġa biex irażżnu l-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-armi fuq il-baħar. Dawk id-dispożizzjonijiet ġew imtawla għal perijodu ieħor ta’ 12-il xahar bir-Riżoluzzjoni 1846 (2008) tal-KSNU, adottata fit-2 ta’ Diċembru 2008. |
(3) |
Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (operazzjoni “Atalanta”). |
(4) |
L-Artikolu 11 ta’ dik l-Azzjoni Konġunta tipprovdi li l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-UE u l-persunal tagħhom stazzjonati fuq l-art fit-territorju ta’ Stati terzi, jew joperaw fl-ilmijiet territorjali jew interni ta’ Stati terzi, għandu jkun maqbul konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tat-Trattat. |
(5) |
Wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill fit-18 ta’ Settembru 2007, konformement mal-Artikolu 24 tat-Trattat, il-Presidenza, megħjuna mis-SĠ/RGħ, innegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Somala dwar l-istatus tal-forzi navali mmexxijin mill-UE fir-Repubblika Somala. |
(6) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Somala dwar l-istatus tal-forzi navali mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Somala huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim li jorbot lill-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
B. KOUCHNER
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/29 |
TRADUZZJONI
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u ir-Repubblika Somala dwar l-istatus tal-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Somala fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-UE, Atalanta
L-UNJONI EWROPEA (UE),
fuq naħa waħda, u
IR-REPUBBLIKA SOMALA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Istat Ospitanti”,
fuq in-naħa l-oħra,
Flimkien minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Partijiet”,
WARA LI KKUNSIDRAW:
ir-Riżoluzzjonijiet 1814 (2008), 1816 (2008) u 1838 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u Riżoluzzjonijiet suċċessivi,
l-ittra bid-data l-1 ta’ Novembru 2008 mill-Prim Ministru tal-Gvern Federali ta’ Transizzjoni tar-Repubblika tas-Somalja lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-UE/Rappreżentant Għoli tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-UE bi tweġiba għall-offerta ta’ koperazzjoni mill-UE u n-notifika mill-Gvern Federali ta’ Transizzjoni tar-Repubblika tas-Somalja ta’ din l-offerta lis-Segretarju Ġenerali tan-NU bid-data l-14 ta’ Novembru 2008,
l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-UE 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (operazzjoni “Atalanta”),
li dan il-Ftehim mhux ser jolqot id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet taħt ftehimiet internazzjonali u strumenti oħrajn li jistabbilixxu qrati u tribunali internazzjonali, inkluż l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,
FTEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
1. Dan il-Ftehim għandu japplika għall-Forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea u l-persunal tagħhom.
2. Dan il-Ftehim għandu japplika biss fit-territorju tal-Istat Ospitanti, inklużi l-ilmijiet interni, il-baħar territorjali u l-ispazju tal-ajru tiegħu.
3. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:
(a) |
“Forza Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR)” għandha tfisser il-kwartieri ġenerali militari tal-UE u l-kontinġenti nazzjonali li jikkontribwixxu għall-operazzjoni, il-bastimenti tagħhom, l-inġenji tal-ajru tagħhom, it-tagħmir u l-assi tagħhom u l-mezzi tat-trasport tagħhom; |
(b) |
“operazzjoni” għandha tfisser it-tħejjija, l-istabbiliment, l-eżekuzzjoni u l-appoġġ tal-missjoni militari segwenti għall-mandat li jirriżulta mir-Riżoluzzjonijiet 1814 (2008) u 1816 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u kull Riżoluzzjoni sussegwenti rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982; |
(ċ) |
“Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE” għandha tfisser il-Kmandant tal-Operazzjoni; |
(d) |
“Kmandant tal-Forza tal-UE” għandha tfisser il-Kmandant fiż-żona tal-operazzjonijiet; |
(e) |
“kwartieri ġenerali militari tal-UE” għandha tfisser il-kwartieri ġenerali militari u l-elementi tagħhom, irrispettiv minn fejn jinsabu, taħt l-awtorità tal-kmandanti militari tal-UE li jeżerċitaw il-kmand militari jew il-kontroll tal-operazzjoni; |
(f) |
“kontinġenti nazzjonali” għandha tfisser l-unitajiet, il-bastimenti, l-inġenji tal-ajru u l-elementi li huma l-proprjetà tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati l-oħra li jipparteċipaw fl-operazzjoni, inklużi stakkamenti tal-protezzjoni tal-bastimenti u forzi militari imbarkati abbord bastimenti merkantili; |
(g) |
“persunal tal-EUNAVFOR” għandha tfisser il-persunal ċivili u militari assenjat lill-EUNAVFOR kif ukoll il-persunal skjerat għat-tħejjija tal-operazzjoni u l-persunal fuq missjoni għal Stat Mittenti jew istituzzjoni tal-UE fil-qafas tal-operazzjoni, li jinsabu, ħlief kif ipprovdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, fit-territorju tal-Istat Ospitanti, bl-eċċezzjoni tal-persunal impjegat lokalment u l-persunal impjegat minn kuntratturi kummerċjali internazzjonali; |
(h) |
“Stat Mittenti” għandha tfisser Stat li jipprovdi kontinġent nazzjonali għall-EUNAVFOR; |
(i) |
“ilmijiet” għandha tfisser l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali tal-Istat Ospitanti u l-ispazju tal-ajru fuq dawn l-ilmijiet. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. L-EUNAVFOR u l-persunal tal-EUNAVFOR għandhom josservaw il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Ospitanti u għandhom jastjenu minn kull azzjoni jew attività li tkun inkompatibbli mal-objettivi tal-operazzjoni.
2. L-EUNAVFOR għandha tgħarraf lill-gvern tal-Istat Ospitanti bil-bastimenti u l-inġenji tal-ajru li joperaw fl-ilmijiet tal-Istat Ospitanti u bil-bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-Istat Ospitanti.
Artikolu 3
Identifikazzjoni
1 Il-membri tal-persunal tal-EUNAVFOR li jkunu fuq l-art fit-territorju tal-Istat Ospitanti għandhom dejjem iġorru magħhom passaporti jew karti tal-identità militari.
2. L-inġenji tal-ajru u l-bastimenti tal-EUNAVFOR għandu jkollhom marka ta’ identifikazzjoni distintiva tal-EUNAVFOR, li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Ospitanti għandhom ikunu nnotifikati biha.
3. L-EUNAVFOR għandu jkollha d-dritt li turi l-bandiera tal-Unjoni Ewropea u marki bħal ma huma insinji militari, titoli u simboli uffiċjali, fuq l-inġenji tal-ajru u l-bastimenti tagħha. Fuq l-art fit-territorju tal-Istat Ospitanti, l-uniformijiet tal-persunal tal-EUNAVFOR għandu jkollhom emblema distintiva tal-EUNAVFOR. Il-bnadar jew l-insinji nazzjonali tal-kontinġenti nazzjonali kostitwenti tal-operazzjoni jistgħu jkunu murija fuq l-uniformijiet tal-EUNAVFOR, kif deċiż mill-Kmandant tal-Forza tal-UE.
Artikolu 4
Qsim tal-fruntieri u moviment fit-territorju tal-Istat Ospitanti
1. Il-persunal tal-EUNAVFOR ma għandux jidħol fl-art fit-territorju tal-Istat Ospitanti ħlief bi preżentazzjoni tad-dokumenti previsti fl-Artikolu 3 (1). Il-membri tal-persunal għandhom ikunu eżenti mir-regolamenti fir-rigward tal-passaporti u l-viżi, l-ispezzjonijiet dwar l-immigrazzjoni u l-kontroll tad-dwana mad-dħul, mal-ħruġ jew fit-territorju tal-Istat Ospitanti.
2. Il-persunal tal-EUNAVFOR għandu jkun eżenti mir-regolamenti tal-Istat Ospitanti dwar ir-reġistrazzjoni u l-kontroll tal-barranin, iżda ma għandu jikseb l-ebda dritt għal residenza jew domiċilju permanenti fit-territorju tal-Istat Ospitanti.
3. L-assi u l-mezzi tat-trasport tal-EUNAVFOR li jidħlu fi, jgħaddu jew joħorġu mit-territorju tal-Istat Ospitanti b’appoġġ għall-operazzjoni għandhom ikunu eżenti minn kull rekwiżit li jipproduċu inventarji jew dokumentazzjoni oħra doganali, u minn kull spezzjoni.
4. Il-membri tal-persunal tal-EUNAVFOR jistgħu jsuqu vetturi bil-mutur, jinnavigaw bastimenti u jħaddmu inġenji tal-ajru fit-territorju tal-Istat Ospitanti bil-kondizzjoni li jkollhom liċenzji tas-sewqan, ċertifikati ta’ kaptan ta’ bastiment jew liċenzji ta’ bdot validi nazzjonali, internazzjonali jew militari, kif meħtieġ.
5. Għall-fini tal-operazzjoni, l-Istat Ospitanti għandu jagħti lill-EUNAVFOR u lill-persunal tal-EUNAVFOR il-libertà tal-moviment u l-libertà tal-ivvjaġġar fit-territorju tiegħu, inkluż fl-ilmijiet u fl-ispazju tal-ajru tiegħu. Il-libertà tal-moviment fil-baħar territorjali tal-Istat Ospitanti għandha tinkludi l-waqfien u l-ankoraġġ fi kwalunkwe ċirkostanza.
6. Għall-fini tal-operazzjoni, l-EUNAVFOR tista’ twettaq kull eżerċizzju jew prattika bl-armi kif ukoll l-illanċjar, l-inżul jew it-teħid abbord ta’ kull inġenju tal-ajru jew tagħmir militari fl-ilmijiet tal-Istat Ospitanti u fl-ispazju tal-ajru tiegħu.
7. Għall-fini tal-operazzjoni, is-sottomarini tal-EUNAVFOR mhumiex meħtieġa jinnavigaw fil-wiċċ u juru l-bandiera tagħhom fil-baħar territorjali tal-Istat Ospitanti.
8. Għall-fini tal-operazzjoni, l-EUNAVFOR u l-mezzi tat-trasport li tikri jistgħu jużaw it-toroq pubbliċi, il-pontijiet, il-laneċ, l-ajruporti u l-portijiet mingħajr ma jħallsu dazji, imposti, pedaġġi, taxxi u tariffi simili. L-EUNAVFOR ma għandhiex tkun eżenti minn ħlasijiet raġonevoli għas-servizzi li tingħata fuq talba tagħha, bil-kondizzjonijiet li japplikaw għal dawk mogħtija lill-forzi armati tal-Istat Ospitanti.
Artikolu 5
Privileġġi u immunitajiet tal-EUNAVFOR mogħtija mill-Istat Ospitanti
1. Il-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tal-EUNAVFOR għandhom ikunu invjolabbli. L-aġenti tal-Istat Ospitanti ma għandhomx jidħlu fihom mingħajr il-kunsens tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.
2. Il-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tal-EUNAVFOR kif ukoll il-mezzi tat-trasport tagħha għandu jkollhom immunità minn tfittxija, rekwiżizzjoni, irbit jew eżekuzzjoni.
3. L-EUNAVFOR, il-bastimenti, l-inġenji tal-ajru, il-proprjetà u l-assi tagħha, irrispettivament minn fejn u f’idejn min jinsabu, għandu jkollhom immunità minn kull forma ta’ proċess legali.
4. L-arkivji u d-dokumenti tal-EUNAVFOR għandhom ikunu dejjem invjolabbli, ikunu fejn ikunu.
5. Il-korrispondenza uffiċjali tal-EUNAVFOR għandha tkun invjolabbli. Korrispondenza uffiċjali tfisser kull korrispondenza relatata mal-operazzjoni u l-funzjonijiet tagħha.
6. Fir-rigward tal-merkanzija mixtrija u importata, is-servizzi pprovduti u l-faċilitajiet użati mill-EUNAVFOR għall-finijiet tal-operazzjoni, l-EUNAVFOR, kif ukoll il-fornituri jew il-kuntratturi tagħha, għandhom ikunu eżenti mill-imposti, it-taxxi u t-tariffi simili kollha nazzjonali, reġjonali u komunali. L-EUNAVFOR ma għandhiex tkun eżenti mill-imposti, it-taxxi jew it-tariffi li jirrappreżentaw ħlas għal servizzi mwettqa.
7. L-Istat Ospitanti għandu jippermetti d-dħul tal-oġġetti għall-operazzjoni u jagħtihom eżenzjoni mid-dazji doganali, l-imposti, il-pedaġġi, it-taxxi u t-tariffi simili kollha ħlief għat-tariffi għal ħżin, ġarr u servizzi oħra mwettqa.
Artikolu 6
Privileġġi u immunitajiet tal-persunal tal-EUNAVFOR mogħtija mill-Istat Ospitanti
1. Il-persunal tal-EUNAVFOR ma għandu jkun soġġett għal ebda forma ta’ arrest jew detenzjoni.
2. Id-dokumenti, il-korrispondenza u l-proprjetà tal-persunal tal-EUNAVFOR għandhom ikunu invjolabbli.
3. Il-persunal tal-EUNAVFOR għandu jkollu immunità mill-ġurisdizzjoni kriminali, ċivili u amministrattiva tal-Istat Ospitanti fiċ-ċirkostanzi kollha.
L-immunità mill-ġurisdizzjoni tal-persunal tal-EUNAVFOR tista’ titneħħa mill-Istat Mittenti jew l-istituzzjoni tal-UE kkonċernata, kif ikun jeħtieġ il-każ. Din it-tneħħija għandha dejjem tkun bil-miktub.
4. Il-bidu ta’ proċedimenti mill-persunal tal-EUNAVFOR għandu jipprekludih milli jinvoka l-immunità mill-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kull kontrotalba relatata direttament mat-talba prinċipali.
5. Il-persunal tal-EUNAVFOR mhux obbligat li jagħti xhieda.
6. L-ebda miżura ta’ eżekuzzjoni ma tista’ tittieħed fir-rigward tal-persunal tal-EUNAVFOR.
7. L-immunità tal-persunal tal-EUNAVFOR mill-ġurisdizzjoni tal-Istat Ospitanti ma teżentahx mill-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Mittenti rispettivi.
8. Il-persunal tal-EUNAVFOR għandu jkun eżenti minn kull forma ta’ tassazzjoni fl-Istat Ospitanti fuq is-salarju u l-emolumenti mħallsa lilu mill-EUNAVFOR jew mill-Istati Mittenti, kif ukoll fuq kull dħul li jirċievi minn barra l-Istat Ospitanti.
9. L-Istat Ospitanti għandu, konformement ma’ dawk il-liġijiet u r-regolamenti li jista’ jadotta, jippermetti d-dħul ta’ oġġetti għall-użu personali tal-persunal tal-EUNAVFOR u jeżentahom minn kull dazju doganali, taxxa u tariffa relatata ħlief għat-tariffi għal ħżin, ġarr u servizzi simili.
Il-bagalji personali tal-persunal tal-EUNAVFOR għandhom ikunu eżenti mill-ispezzjoni, dment li ma jkunx hemm raġunijiet serji biex wieħed jaħseb li fihom oġġetti li ma jkunux għall-użu personali tal-persunal tal-EUNAVFOR, jew oġġetti li l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tagħhom tkun ipprojbita bil-liġi jew ikkontrollata bir-regolamenti ta’ kwarantina tal-Istat Ospitanti. Tali spezzjoni għandha titwettaq biss fil-preżenza tal-persunal tal-EUNAVFOR ikkonċernat jew ta’ rappreżentant awtorizzat tal-EUNAVFOR.
Artikolu 7
Ġurisdizzjoni kriminali
L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Mittenti għandu jkollhom id-dritt jeżerċitaw fit-territorju tal-Istat Ospitanti l-ġurisdizzjoni kriminali u s-setgħat dixxiplinarji kollha mogħtija lilhom bil-liġi tal-Istat Mittenti fir-rigward tal-persunal kollu tal-EUNAVFOR soġġett għal-liġi rilevanti tal-Istat Mittenti.
Artikolu 8
Uniformi u armi
1. L-ilbies tal-uniformi għandu jkun soġġett għar-regoli adottati mill-Kmandant tal-Forza tal-UE.
2. Il-persunal militari tal-EUNAVFOR jista’ jġorr armi u munizzjon bil-kondizzjoni li jkun awtorizzat jagħmel dan bl-ordnijiet li jkollu.
Artikolu 9
Appoġġ mill-Istat Ospitanti u għoti ta’ kuntratti
1. Fil-limiti tal-mezzi u l-kapaċitajiet tiegħu, l-Istat Ospitanti għandu jgħin fit-tħejjija, l-istabbiliment, it-twettiq u l-appoġġ għall-operazzjoni.
2. Il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-EUNAVFOR fl-Istat Ospitanti għandha tkun stabbilita fil-kuntratt.
3. L-Istat Ospitanti għandu jiffaċilita l-implimentazzjonui tal-kuntratti konklużi mill-EUNAVFOR ma’ entitajiet kummerċjali għall-finijiet tal-operazzjoni.
Artikolu 10
Persunal deċedut tal-EUNAVFOR
Il-Kap tal-Forza tal-UE għandu jkollu d-dritt jieħu f’idejh u jagħmel l-arranġamenti adatti għar-ripatrijazzjoni ta’ kull membru deċedut tal-persunal tal-EUNAVFOR, kif ukoll tal-proprjetà personali tiegħu.
Artikolu 11
Sigurtà tal-EUNAVFOR
L-EUNAVFOR hija awtorizzata, fuq l-art fit-territorju tal-Istat Ospitanti u l-ilmijiet interni tiegħu, li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tipproteġi l-bastimenti, l-inġenji tal-ajru u l-assi tagħha kif ukoll il-bastimenti li qed tipproteġi, kontra kull attakk estern jew intrużjoni.
Artikolu 12
Komunikazzjoni
L-EUNAVFOR għandu jkollha d-dritt għal komunikazzjoni bla restrizzjoni bir-radju (inkluż radju tas-satellita, mobbli u tal-idejn), bit-telefonu, bit-telegrafu, bil-faksimili u b’mezzi oħra. L-Istat Ospitanti għandu jagħti l-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi mingħajr ħlas.
Artikolu 13
Talbiet minħabba mewt, korriment, dannu jew telf
1. L-EUNAVFOR u l-persunal tal-EUNAVFOR ma għandhom ikunu responsabbli għal ebda dannu jew telf ta’ proprjetà ċivili jew governattiva relatati ma’ ħtiġijiet operattivi jew ikkawżati minn attivitajiet marbuta ma’ inkwiet ċivili jew mal-protezzjoni tal-EUNAVFOR.
2. It-talbiet abbażi ta’ dannu jew telf ta’ proprjetà ċivili jew governattiva mhux koperti bil-paragrafu 1, kif ukoll talbiet minħabba mewt jew korriment ta’ persuni u minħabba dannu jew telf ta’ proprjetà tal-EUNAVFOR, għandhom jiġu solvuti b’mezzi diplomatiċi.
3. Fil-każ ta’ azzjoni legali mressqa b’rabta ma’ preġudizzju kkawżat lil partijiet terzi, ir-Repubblika tas-Somalja għandha tieħu l-post tal-EUNAVFOR fil-proċedimenti. Fi kwalunkwe każ, ir-Repubblika tas-Somalja għandha tħallas kull kumpens dovut bħala riparazzjoni għal preġudizzju kkawżat lil partijiet terzi minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1. Jekk dak il-kumpens ikun attribwibbli għall-EUNAVFOR, l-ammont ta’ kumpens għandu jintradd lura kollu jew parzjalment mill-EUNAVFOR.
Artikolu 14
Kollegament u disputi
1. Il-kwistjonijiet kollha li jirriżultaw b’rabta mal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu eżaminati konġuntement mir-rappreżentanti tal-EUNAVFOR u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Ospitanti.
2. Sakemm ma tinkisibx riżoluzzjoni minn qabel, id-disputi rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti esklużivament b’mezzi diplomatiċi bejn l-Istat Ospitanti u rappreżentanti tal-UE.
Artikolu 15
Dispożizzjonijiet oħra
1. Kull meta dan il-Ftehim jirreferi għall-privileġġi, l-immunitajiet u d-drittijiet tal-EUNAVFOR u tal-persunal tal-EUNAVFOR, il-Gvern tal-Istat Ospitanti għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom u għall-konformità magħhom min-naħa tal-awtoritajiet lokali kkonċernati tal-Istat Ospitanti.
2. L-ebda parti minn dan il-Ftehim ma hi maħsuba jew ma għandha tinftiehem li tidderoga minn kull dritt li jista’ jkollu Stat Membru tal-UE jew kull Stat ieħor li jikkontribwixxi għall-EUNAVFOR bis-saħħa ta’ ftehimiet oħrajn.
Artikolu 16
Arranġamenti ta’ implimentazzjoni
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, kwistjonijiet operattivi, amministrattivi u tekniċi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ arranġamenti separati li jiġu konklużi bejn il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jew il-Kmandant tal-Forza tal-UE minn naħa waħda u l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Ospitanti min-naħa l-oħra.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fil-jum meta jiġi ffirmat u għandu jibqa’ fis-seħħ sad-data tat-tluq tal-aħħar element tal-EUNAVFOR u tal-aħħar membri tal-persunal tal-EUNAVFOR, kif ikun innotifikat mill-EUNAVFOR.
2. Minkejja l-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 4(8), 5(1-3), 5(6-7), 6(1), 6(3-4), 6(6), 6(8-9) u 13 għandhom jitqiesu li kienu japplikaw mid-data tal-iskjerament tal-ewwel membri tal-persunal tal-EUNAVFOR jekk dik id-data kienet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
3. Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat permezz ta’ ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet.
4. It-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim ma għandha tinċidi fuq l-ebda dritt jew obbligu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ dan il-Ftehim qabel tali terminazzjoni.
Magħmul f’Nairobi, il-31 ta’ Diċembru 2008 Duplikatament f’żewġ eżemplari bl-Ingliż.
Għall-Unjoni Ewropea
għall-Istat Ospitanti
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.