ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
31 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1360/2008 tat-2 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagamenti tal-Istati Membri

11

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)

12

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1362/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

18

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/979/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-iffirmar f’isem il-Komunità u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

23

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

24

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/980/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2008 li taħtar il-membri u s-sostituti tal-Kumitat għal Terapiji Avvanzati biex jirrappreżentaw lill-kliniċisti u lill-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti ( 1 )

31

 

 

2008/981/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2008 li testendi d-derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mogħtija lill-Irlanda u lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7703)

32

 

 

2008/982/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2008 li tawtorizza lir-Renju Unit jikkonkludi ftehim mal-Bailiwick ta' Jersey, mal-Bailiwick ta' Guernsey u ma' l-Isle of Man sabiex it-trasferimenti ta' fondi bejn ir-Renju Unit u kull wieħed minn dawn it-territorji jitqiesu bħala trasferimenti ta' fondi fi ħdan ir-Renju Unit, skond ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7812)

34

 

 

2008/983/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2008 li tawtorizza lir-Renju Unit sabiex jibbenefika mid-diżpożizzjoni elenkata f'punt 8.5 tal-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 fir-rigward ta' sistema kollettiva tal-isforz tas-sajd għal bastimenti tat-tkarkir u bastimenti tas-sajd simili li qed jaħdmu fil-Baħar tat-Tramuntana u lejn il-Punent tal-Iskozja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7801)

36

 

 

2008/984/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2008 li temenda l-Anness C għad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE u d-Deċiżjoni 2004/226/KE fir-rigward ta’ testijiet dijanjostiċi għal bruċellożi bovina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7642)  ( 1 )

38

 

 

2008/985/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' weraq ta' Morinda citrifolia bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8108)

46

 

 

2008/986/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2008 dwar l-esklużjoni tal-antraquinone fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8133)  ( 1 )

48

 

 

2008/987/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-allokazzjoni lil-Latvja ta’ jiem ta’ sajd addizzjonali fil-Baħar Baltiku fis-subdiviżjonijiet 25 u 26 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8217)

50

 

 

2008/988/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Olanda fil-lista ta’ Stati Membri liberi mill-marda Aujeszky u l-Ungerija fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8325)  ( 1 )

52

 

 

2008/989/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2008 li tawtorizza lill-Istati Membri, skond id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE, biex jieħdu deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-garanziji mogħtija permezz tal-materjal riproduttiv għall-foresti li għandu jiġi importat minn ċerti pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8589)

55

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2008/990/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2008 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2009 (BĊE/2008/20)

58

 

 

Tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

 

 

2008/991/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tal-15 ta' Diċembru 2008 biex jiġu adottati emendi għall-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija

59

 

*

Informazzjoni fuq id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni li temenda l-Anness IV tal-ftehim ta' Sħubija AKP-KE

61

 

*

Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika CARIFORUM-KE

62

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni 2007/792/KE tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tas-26 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/446/KE li tistabbilixxi terminu perentorju għall-impenn tal-fondi tad-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) ( ĠU L 320, 6.12.2007 )

63

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1359/2008

tat-28 ta’ Novembru 2008

li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd konformement mal-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura aċċess għall-ilmijiet u għar-riżorsi u l-eżerċizzju sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd billi jittieħed kont, inter alia, tal-parir xjentifiku disponibbli u ta’ kwalunkwe parir mogħti mill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali stabbiliti taħt l-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd għal kull tip ta’ sajd jew grupp ta’ tipi ta’ sajd u li jallokahom konformement mal-kriterji preskritti.

(3)

L-aħħar parir xjentifiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) dwar ċerti stokkijiet ta’ ħut li jinsabu fil-baħar fond jindika li dawk l-istokkijiet qed jinqabdu b’rati insostenibbli, u li l-opportunitajiet ta’ sajd għal dawk l-istokkijiet għandhom jitnaqqsu sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom.

(4)

L-ICES ukoll tat parir li r-rata ta’ sfruttament tal-orange roughy fis-subżona VII tal-ICES hija għolja wisq. Barra minn hekk il-parir xjentifiku jindika li l-orange roughy fis-subżona VI huma eżawriti ferm u ġew identifikati żoni ta’ aggregazzjonijiet vulnerabbli ta’ dik l-ispeċi. Huwa għalhekk xieraq li s-sajd għall-orange roughy jiġi pprojbit f’dawk iż-żoni.

(5)

Konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta’ aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta’ ħażniet tal-baħar fond (2), l-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-fond, kif definiti fl-Anness I għal dak ir-Regolament, jiġu deċiżi fuq bażi biennali. Madankollu, teżisti eċċezzjoni għall-istokkijiet tal-greater silver smelt u tal-linarda li għalihom l-opportunitajiet tas-sajd jiddependu fuq l-eżitu tan-negozjati annwali man-Norveġja. L-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet għalhekk għad iridu jiġu stabbiliti fir-Regolament annwali dwar l-opportunitajiet tas-sajd li jiġi deċiż mill-Kunsill f’Diċembru.

(6)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tal-kwoti, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet speċifiċi li hija suġġetta għalihom l-attività tas-sajd.

(7)

Taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (3), hu meħtieġ li jiġi indikat liema stokkijiet huma suġġetti għad-diversi miżuri stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu ffissati b’referenza għaż-żoni ICES kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta’ statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (4) u għaż-żoni CECAF (il-Kumitat għas-Sajd tal-Lvant tal-Atlantiku Ċentrali) kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar is-sottomissjoni ta’ statistiċi nominali tas-sajd mill-Istati Membri li jistadu f’żoni li mhumiex fin-Nord Atlantiku (5).

(9)

L-opportunitajiet ta’ sajd għandhom jiġu utilizzati konformement mal-leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam, partikolarment ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut tal-Istati Membri (6), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 tal-20 ta’ Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-immarkar u d-dokumentazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd (7), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (8), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta’ Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd (9), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni taż-żgħar ta’ organiżmi tal-baħar (10), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound (11).

(10)

Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Komunità, huwa importanti li dawn iż-żoni tas-sajd jinfetħu fl-1 ta’ Jannar 2009. Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, huwa essenzjali li tingħata deroga għall-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fit-Titolu I, l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd annwali disponibbli għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji għall-istokkijiet tal-ispeċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet Komunitarji u f’ċerti ilmijiet mhux Komunitarji fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qabdiet, u l-kundizzjonijiet speċifiċi li taħthom jistgħu jiġu utilizzati opportunitajiet ta’ sajd bħal dawn.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “permess għas-sajd fil-baħar fond” tfisser il-permess imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002.

2.   Id-definizzjonijiet taż-żoni ICES u CECAF huma dawk stipulati, rispettivament, fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91 u r-Regolament (KE) Nru 2597/95.

Artikolu 3

L-iffissar tal-opportunitajiet ta’ sajd

L-opportunitajiet ta’ sajd għall-istokkijiet ta’ speċijiet tal-baħar fond għall-bastimenti Komunitarji huma ffissati kif imniżżel fl-Anness.

Artikolu 4

Allokazzjoni fost l-Istati Membri

L-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri prevista fl-Anness għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

skambji taħt l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b)

allokazzjonijiet mill-ġdid magħmula taħt l-Artikoli 21(4) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(c)

żbark addizzjonali permess taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d)

kwantitajiet miżmuma taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e)

tnaqqis magħmul taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Artikolu 5

Flessibbiltà tal-kwoti

Għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/96, il-kwoti kollha fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala kwoti “Analitiċi”.

Madankollu, il-miżuri previsti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m’għandhomx japplikaw għal dawn il-kwoti.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-iżbark ta’ qabdiet u qabdiet inċidentali

1.   Ħut minn stokkijiet li għalih l-opportunitajiet ta’ sajd huma stabbiliti minn dan ir-Regolament jista’ jinżamm abbord jew jiġi żbarkat biss jekk inqabad minn bastimenti ta’ Stat Membru bi kwota li tkun għadha ma ntlaħqitx. L-iżbark kollu jitnaqqas mill-kwota.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal qabdiet li jsiru matul investigazzjonijiet xjentifiċi mwettqa taħt l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 850/98. Qabdiet bħal dawn m’għandhomx jitnaqqsu mill-kwota.

Artikolu 7

Orange roughy

1.   Is-sajd għall-orange roughy għandu jkun ipprojbit fiż-żoni tal-baħar li ġejjin:

(a)

dik iż-żona ta’ baħar magħluqa minn linji rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-pożizzjonijiet li ġejjin:

 

57°00′ N, 11°00′ W

 

57°00′ N, 8°30′ W

 

56°23′ N, 8°30′ W

 

55°00′ N, 8°30′ W

 

55°00′ N, 11°00′ W

 

57°00′ N, 11°00′ W;

(b)

dik iż-żona ta’ baħar magħluqa minn linji rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-pożizzjonijiet li ġejjin:

 

55°30′ N, 15°49′ W

 

53°30′ N, 14°11′ W

 

50°30′ N, 14°11′ W

 

50°30′ N, 15°49′ W;

(c)

dik iż-żona ta’ baħar magħluqa minn linji rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-pożizzjonijiet li ġejjin:

 

55°00′ N, 13°51′ W

 

55°00′ N, 10°37′ W

 

54°15′ N, 10°37′ W

 

53°30′ N, 11°50′ W

 

53°30′ N, 13°51′ W.

Dawk il-pożizzjonijiet u l-linji rombu u l-pożizzjonijiet tal-bastimenti korrispondenti għandhom jitkejlu konformement mal-istandard WGS84.

2.   Bastimenti li jkollhom permess għas-sajd fil-baħar fond, li jkunu daħlu fiż-żoni definiti fil-paragrafu 1, m’għandhom iżommu abbord jew jittrażbordaw l-ebda kwantità ta’ orange roughy, u lanqas m’għandhom jiżbarkaw kwalunkwe kwantità ta’ orange roughy fi tmiem dik is-sajda sakemm:

(a)

kwalunkwe tagħmir tas-sajd miżmum abbord ma jkunx marbut sew u stivat matul it-tranżitu konformement mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93; jew

(b)

il-veloċità medja matul it-tranżitu ma tkunx ugwali għal, jew akbar minn, 8 mili nawtiċi fis-siegħa.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti li jkollhom permess għas-sajd fil-baħar fond jiġu ssorveljati tajjeb miċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) li għandhom ikollhom sistema għad-ditezzjoni u r-reġistrazzjoni tad-dħul, it-tranżitu u l-ħruġ tal-bastimenti miż-żoni ddefiniti fil-paragrafu 1.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)   ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6.

(3)   ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(4)   ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1.

(5)   ĠU L 270, 13.11.1995, p. 1.

(6)   ĠU L 276, 10.10.1983 p. 1.

(7)   ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.

(8)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(9)   ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7.

(10)   ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.

(11)   ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.


ANNESS

PARTI 1

Definizzjoni ta’ Speċi u ta’ Gruppi ta’ Speċi

1.

Fil-lista li tinsab fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetika li ġejja tal-ismijiet tal-ispeċi bil-Latin. Madankollu, klieb il-baħar tal-fond jitqiegħdu fil-bidu ta’ dik il-lista. Hawn taħt tinsab tabella ta’ korrispondenza ta’ ismijiet komuni u ismijiet bil-Latin għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

Isem Komuni

Isem Xjentifiku

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Alfonsinos

Beryx spp.

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

Linarda

Molva dypterygia

Paġella Ħamra

Pagellus bogaraveo

Lipp tal-qawwi

Phycis blennoides

2.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “klieb il-baħar tal-fond”, tfisser il-lista ta’ speċijiet li ġejjin:

Isem Komuni

Isem Xjentifiku

Iceland catshark

Apristuris spp.

Żagħrun

Centrophorus granulosus

Leafscale gulper shark

Centrophorus squamosus

Mazzola Portugiża

Centroscymnus coelolepis

Longnose velvet dogfish

Centroscymnus crepidater

Mazzola sewda

Centroscyllium fabricii

Mazzola (Birdbeak dogfish)

Deania calceus

Murruna Sewda

Dalatias licha

Mazzola kbira tal-fanal

Etmopterus princeps

Mazzola tal-Fanal (velvet belly)

Etmopterus spinax

Blackmouth dogfish

Galeus melastomus

Mouse catshark

Galeus murinus

Greenland shark

Somniosus microcephalus

PARTI 2

Opportunitajiet annwali ta’ sajd applikabbli għal bastimenti Komunitarji f’żoni fejn jeżistu limitazzjonijiet fuq il-qabdiet abbażi tal-ispeċi u taż-żona (f’tunnellati ta’ piż ħaj)

Ir-referenzi kollha huma għas-subżoni u/jew diviżjonijiet tal-ICES sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

Speċi

:

Klieb il-Baħar tal-Fond

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI, VII, VIII u IX (DWS/56789-)

Sena

2009 (1)

2010 (2)

 

Ġermanja

20

0

 

Estonja

1

0

 

Irlanda

55

0

 

Spanja

93

0

 

Franza

339

0

 

Litwanja

1

0

 

Polonja

1

0

 

Portugall

127

0

 

Renju Unit

187

0

 

KE

824

0

 


Speċi

:

Klieb il-Baħar tal-Fond

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ X (DWS/10-)

Sena

2009 (3)

2010 (4)

 

Portugall

10

0

 

KE

10

0

 


Speċi

:

Klieb il-Baħar tal-Fond u Deania histricosa u Deania profondorum

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ XII DWS(12-)

Sena

2009 (5)

2010 (6)

 

Irlanda

1

0

 

Spanja

17

0

 

Franza

6

0

 

Renju Unit

1

0

 

KE

25

0

 


Speċi

:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ I, II, III u IV (BSF/1234-)

Sena

2009

2010

 

Ġermanja

4

4

 

Franza

4

4

 

Renju Unit

4

4

 

KE

12

12

 


Speċi

:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Żona

:

L-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI, VII u XII (BSF/56712-)

Sena

2009

2010

 

Ġermanja

32

29

 

Estonja

15

14

 

Irlanda

78

73

 

Spanja

156

145

 

Franza

2 189

2 036

 

Latvja

102

95

 

Litwanja

1

1

 

Polonja

1

1

 

Renju Unit

156

145

 

Oħrajn (7)

8

8  (7)

 

KE

2 738

2 547

 


Speċi

:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII, IX u X (BSF/8910-)

Sena

2009

2010

 

Spanja

11

11

 

Franza

28

26

 

Portugall

3 561

3 311

 

KE

3 600

3 348

 


Speċi

:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Żona

:

Ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ CECAF 34.1.2. (BSF/C3412-)

Sena

2009

2010

 

Portugall

4 285

4 285

 

KE

4 285

4 285

 


Speċi

:

Alfonsinos

Beryx spp.

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV (ALF/3X14-)

Sena

2009

2010

 

Irlanda

10

10

 

Spanja

74

74

 

Franza

20

20

 

Portugall

214

214

 

Renju Unit

10

10

 

KE

328

328

 


Speċi

:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ I, II, IV u Va (RNG/1245 A-)

Sena

2009

2010

 

Danimarka

2

2

 

Ġermanja

2

2

 

Franza

11

11

 

Renju Unit

2

2

 

KE

17

17

 


Speċi

:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ III (RNG/03-)

Sena

2009

2010

 

Danimarka

804

804

 

Ġermanja

5

5

 

Svezja

41

41

 

KE

850

850

 


Speċi

:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ Vb, VI, VII (RNG/5B67-)

Sena

2009 (8)

2010 (8)

 

Ġermanja

7

6

 

Estonja

57

49

 

Irlanda

254

216

 

Spanja

63

54

 

Franza

3 222

2 738

 

Litwanja

74

63

 

Polonja

37

32

 

Renju Unit

189

160

 

Oħrajn (9)

7

6

 

KE

3 910

3 324

 


Speċi

:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII, IX, X, XII u XIV (RNG/8X14-)

Sena

2009 (10)

2010 (10)

 

Ġermanja

34

34

 

Irlanda

7

7

 

Spanja

3 734

3 734

 

Franza

172

172

 

Latvja

60

60

 

Litwanja

7

7

 

Polonja

1 168

1 168

 

Renju Unit

15

15

 

KE

5 197

5 197

 


Speċi

:

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VI (ORY/06-C.)

Sena

2009

2010

 

Irlanda

2

0

 

Spanja

2

0

 

Franza

11

0

 

Renju Unit

2

0

 

KE

17

0

 


Speċi

:

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VII (ORY/07-C.)

Sena

2009

2010

 

Irlanda

15

0

 

Spanja

0

0

 

Franza

50

0

 

Renju Unit

0

0

 

Oħrajn

0

0

 

KE

65

0

 


Speċi

:

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV (ORY/1CX14C)

Sena

2009

2010

 

Irlanda

2

0

 

Spanja

1

0

 

Franza

9

0

 

Portugall

2

0

 

Renju Unit

1

0

 

KE

15

0

 


Speċi

:

Linarda

Molva dypterygia

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ II, IV u V (BLI/245-)

Sena

2009

2010

 

Danimarka

5

4

 

Ġermanja

5

4

 

Irlanda

5

4

 

Franza

28

25

 

Renju Unit

18

15

 

Oħrajn

5

4  (11)

 

KE

66

56

 


Speċi

:

Linarda

Molva dypterygia

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ III (BLI/03-)

Sena

2009

2010

 

Danimarka

5

4

 

Ġermanja

3

3

 

Svezja

5

4

 

KE

13

11

 


Speċi

:

Paġella Ħamra

Pagellus bogaraveo

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VI, VII u VIII (SBR/678-) (12)

Sena

2009

2010

 

Irlanda

7

6  (13)

 

Spanja

204

172  (13)

 

Franza

10

9  (13)

 

Renju Unit

25

22  (13)

 

Oħrajn

7

6  (13)  (14)

 

KE

253

215

 


Speċi

:

Paġella Ħamra

Pagellus bogaraveo

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ IX (SBR/09-) (15)

Sena

2009

2010 (16)

 

Spanja

722

614

 

Portugall

196

166

 

KE

918

780

 


Speċi

:

Paġella Ħamra

Pagellus bogaraveo

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ X (SBR/10-)

Sena

2009

2010

 

Spanja

10

10  (17)

 

Portugall

1 116

1 116  (17)

 

Renju Unit

10

10  (17)

 

KE

1 136

1 136  (17)

 


Speċi

:

Lipp tal-qawwi

Phycis blennoides

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ I, II, III u IV (GFB/1234-)

Sena

2009

2010

 

Ġermanja

9

9

 

Franza

9

9

 

Renju Unit

13

13

 

KE

31

31

 


Speċi

:

Lipp tal-qawwi

Phycis blennoides

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI u VII (GFB/567-)

Sena

2009

2010

 

Ġermanja

10

10

 

Irlanda

260

260

 

Spanja

588

588

 

Franza

356

356

 

Renju Unit

814

814

 

KE

2 028

2 028

 


Speċi

:

Lipp tal-qawwi

Phycis blennoides

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX (GFB/89-)

Sena

2009

2010

 

Spanja

242

242

 

Franza

15

15

 

Portugall

10

10

 

KE

267

267

 


Speċi

:

Lipp tal-qawwi

Phycis blennoides

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ X u XII (GFB/1012-)

Sena

2009

2010

 

Franza

9

9

 

Portugall

36

36

 

Renju Unit

9

9

 

KE

54

54

 


(1)  Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd speċifiku għall-klieb il-baħar tal-fond.

(2)  Huwa permess sajd inċidentali sa 10 % tal-kwoti tal-2009.

(3)  Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd speċifiku għall-klieb il-baħar tal-fond.

(4)  Huwa permess sajd inċidentali sa 10 % tal-kwoti tal-2009.

(5)  Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd speċifiku għall-klieb il-baħar tal-fond.

(6)  Huwa permess sajd inċidentali sa 10 % tal-kwoti tal-2009.

(7)  Esklussivament għal qabdiet inċidentali. L-ebda sajd speċifiku mhu permess taħt din il-kwota.

(8)  Massimu ta’ 8 % ta’ kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII, IX, X, XII u XIV.

(9)  Qabdiet inċidentali biss. L-ebda sajd speċifiku mhu permess taħt din il-kwota.

(10)  Massimu ta’ 8 % ta’ kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ Vb, VI, VII.

(11)  Esklussivament għal qabdiet inċidentali. L-ebda sajd speċifiku mhu permess taħt din il-kwota.

(12)  Għandu jiġi rispettat daqs minimu ta’ żbark ta’ 30 cm (tul totali) fl-2009 u 35 cm (tul totali) fl-2010. Madankollu, fl-2010, 15 % tal-ħut żbarkat jista’ jkollu daqs minimu ta’ żbark ta’ mill-inqas 30 cm (bħala tul totali).

(13)  Sa 10 % tal-kwoti tal-2010 jistgħu jinqabdu f’Diċembru 2009.

(14)  Qabdiet inċidentali biss. L-ebda sajd speċifiku mhu permess taħt din il-kwota.

(15)  Għandu jiġi rispettat daqs minimu ta’ żbark ta’ 30 cm (tul totali) fl-2009 u 35 cm (tul totali) fl-2010. Madankollu, fl-2010, 15 % tal-ħut żbarkat l-art jista’ jkollu daqs minimu ta’ żbark ta’ mill-inqas 30 cm (bħala tul totali).

(16)  Sa 10 % tal-kwoti tal-2010 jistgħu jinqabdu f’Diċembru 2009.

(17)  Sa 10 % tal-kwoti tal-2010 jistgħu jinqabdu f’Diċembru 2009.


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/11


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1360/2008

tat-2 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagamenti tal-Istati Membri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

In-numru kbir ta’ Stati Membri li attwalment ma jagħmlux parti miż-żona tal-euro jaffettwa t-talba potenzjali għall-assistenza finanzjarja Komunitarja fuq perijodu ta' żmien medju u, flimkien mal-evoluzzjoni fil-kuntest internazzjonali, jeżiġi li jiżdied il-limitu għall-ammont ta’ self pendenti li jista’ jingħata lill-Istati Membri stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 332/2002 (1) minn EUR 12-il biljun għal EUR 25 biljun. Jekk tkun meħtieġa urġentement reviżjoni tal-limitu, l-istituzzjonijiet rilevanti għandhom jipproċedu minnufih skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(2)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 huwa b'dan emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-ammont ta' self pendenti li jista' jingħata lill-Istati Membri taht din il-facilità għandu jkun limitat għal EUR 25 biljun ta' kapital.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)   ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/12


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1361/2008

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 171 u 172 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Sa minn meta ġiet stabbilita l-Impriża Konġunta SESAR (“l-Impriża Konġunta”), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 stabbilixxa l-Impriża Konġunta Clean Sky (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 stabbilixxa l-Impriża Konġunta ENIAC (4), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 stabbilixxa l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (5), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 stabbilixxa l-Impriża Konġunta ARTEMIS sabiex timplimenta l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (6). Dawk l-Impriżi Konġunti huma korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet taħt l-Artikolu 185(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolamenti Finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7). Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968 li jistipula ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (8) japplika għall-persunal tagħhom, u l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej japplika għalihom u għall-persunal tagħhom.

(2)

Bħala korp stabbilit mill-Unjoni Ewropea, ikun xieraq li l-istatus legali tal-Impriża Konġunta SESAR jiġi allinjat ma’ dak tal-Impriżi Konġunti oħra stabbiliti reċentement sabiex jiżgura li l-Impriża Konġunta SESAR tibbenefika mill-istess trattament li jingħata lill-Impriżi Konġunti l-oħra, reċentement stabbiliti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (9) tistabbilixxi li r-riċerka għandha tiżviluppa u timplimenta Sistema għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Arju (ATM, Air Traffic Management) fil-kuntest tal-inizjattiva SESAR, li għandha tiżgura wkoll koordinazzjoni mill-aktar effettiva tal-iżvilupp tas-sistemi ATM fl-Ewropa.

(4)

Konformement mal-programmi ta’ ħidma annwali għall-2007 u l-2008 li jikkonċernaw il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”, it-Trasport (inkluża l-ajrunawtika), li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), il-Kummissjoni tipprovdi l-kontributi kull sena mis-Seba’ Programm Kwadru għall-Impriża Konġunta SESAR għal ammont stimat ta’ EUR 350 miljun tul il-programm kollu.

(5)

Il-programm ta’ ħidma multi-annwali għal għotjiet fil-qasam tan-networks tat-Trasport trans-Ewropew għall-perijodu 2007-2013 jidentifika l-proġett SESAR għall-modernizzazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa bħala prijorità orizzontali maġġura b’allokkament baġitarju lilu stmat li jkun EUR 350 miljun tul dak il-perijodu.

(6)

Il-Kummissjoni tikkalkula li l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-Impriża Konġunta SESAR ser tkun ta’ EUR 700 miljun li għandhom jiġu f’partijiet ugwali mis-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp u mill-programm tan-networks tat-Trasport Trans-Ewropew.

(7)

Ladarba l-Impriża Konġunta SESAR hija korp stabbilit mill-Komunità, il-proċess deċiżjonali tagħha għandu jiggarantixxi l-awtonomija deċiżjonali tal-Komunità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jkollhom impatt fuq l-orjentazzjoni strateġika ta’ SESAR u l-Impriża Konġunta, fuq il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u fuq l-indipendenza u t-trattament ugwali tal-persunal tal-Impriża Konġunta.

(8)

Għandu jintlaħaq ftehim bejn l-Impriża Konġunta SESAR u l-Belġju dwar il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li l-Belġju għandu jagħti lill-Impriża Konġunta SESAR.

(9)

Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi pprovduti lill-Impriża Konġunta għall-attivitajiet tagħha ta’ riċerka u sabiex ikun żgurat li, safejn possibbli, l-Impriża Konġunta tingħata l-istess trattament bħal dak ta’ impriżi komparabbli oħrajn, huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-materji fiskali tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej jiġu applikati b’mod retroattiv minn data adatta.

(10)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi lir-Regolament (KE) Nru 219/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 219/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Impriża Konġunta għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2016 jew tmien snin wara l-għoti ta’ approvazzjoni mill-Kunsill tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (‘il-Pjan Regolatorju tal-ATM’) li jirriżulta mill-fażi ta’ definizzjoni tal-proġett SESAR, liema waħda hija l-aktar kmieni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar tali approvazzjoni billi jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.”

(2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Status ġuridiku

L-Impriża Konġunta għandha tkun korp Komunitarju u jkollha personalità ġuridika. F’kull Stat Membru, hija għandha tgawdi il-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva possibbli li tkun mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi ta’ dak l-Istat. Hija tista’ wkoll, b’mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tista’ tkun ukoll parti fi proċedimenti legali.”

(3)

Għandhom jiġu inseriti l-Artikoli 2a, 2b, 2c u 2d li ġejjin:

“Artikolu 2a

Persunal

1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli li jiġu adottati konġuntement mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal tal-Impriża Konġunta u għad-Direttur Eżekuttiv tagħha.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2) tal-Istatuti tagħha, l-Impriża Konġunta tkun tista’ teżerċita s-setgħat konferiti lill-awtorità tal-ħatramir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u konferiti lill-awtorità mogħtija s-setgħa li tikkonkludi kuntratti mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-persunal tagħha.

3.   Il-Bord Amministrattiv, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta r-regoli implimentattivi adatti msemmija fl-Artikolu 110(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

4.   Ir-riżorsi umani tal-persunal għandhom jiġu determinati fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Impriża Konġunta li jiġi ppreżentat fil-baġit annwali.

5.   Il-persunal tal-Impriża Konġunta għandu jkun magħmul minn aġenti temporanji u aġenti b’kuntratt ta’ impjieg għal perijodu fiss li jista’ jiġi mġedded darba u għal perijodu fiss biss. Il-perijodu totali tal-impjieg m’għandux ikun itwal minn tmien snin u fl-ebda każ ma għandu jkun itwal mit-tul taż-żmien tal-Impriża Konġunta.

6.   L-ispejjeż kollha relatati mal-persunal għandhom jitħallsu mill-Impriża Konġunta.

Artikolu 2b

Privileġġi u immunitajiet

1.   Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Impriża Konġunta u, sa fejn dawn ikunu suġġetti għar-regoli msemmijin fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2a, għall-persunal tagħha u għad-Direttur Eżekuttiv tagħha. Safejn ikunu kkonċernati t-taxxi u d-dazji doganali, il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Impriża Konġunta mill-15 ta’ Ottubru 2008.

2.   Għandu jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn l-Impriża Konġunta u l-Belġju dwar il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jiġi provdut mill-Belġju lill-Impriża Konġunta.

Artikolu 2c

Responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Impriża Konġunta għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim jew għall-kuntratt in kwistjoni.

2.   Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta għandha, konformement mal-prinċipji ġenerali li huma komuni fir-rigward tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkawżata mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu.

3.   Kwalunkwe pagament li jsir mill-Impriża Konġunta fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafu 1 u 2 u l-infiq u l-ispejjeż li ġġarrab f’konnessjoni ma’ dan għandhom jiġu kkunsidrati bħala nfiq tal-Impriża Konġunta u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi tal-Impriża Konġunta.

4.   L-Impriża Konġunta għandha tkun unikament responsabbli sabiex tissoddisfa l-obbligi tagħha.

Artikolu 2d

Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-liġi applikabbli

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni:

(a)

fir-rigward ta’ kwalunkwe disputa bejn il-membri li tirrelata mal-materja ta’ dan ir-Regolament u/jew tal-Istatuti msemmija fl-Artikolu 3;

(b)

taħt kull klawsola ta’ arbitraġġ fi strumenti ta’ ftehim u f’kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta;

(ċ)

f’azzjonijiet li jinġiebu kontra l-Impriża Konġunta, li jinkludu deċiżjonijiet meħuda mil-korpi tagħha, taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat;

(d)

fir-rigward ta’ disputi relatati ma’ kumpens għall-ħsara kkawżata mill-persunal tal-Impriża Konġunta fiit-twettiq ta’ dmirijietu.

2.   Fir-rigward ta’ kull materja li mhijiex koperta minn dan ir-Regolament jew minn xi att ieħor tal-liġi Komunitarja, għandha tapplika l-liġi tal-Istat ta’ fejn tinsab is-sede tal-Impriża Konġunta.”

(4)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-kontribuzzjoni Komunitarja massima għandha tkun ta’ EUR 700 miljun li EUR 350 miljun minnhom għandhom jitħallsu mis-somma li l-baġit jalloka għat-‘Trasport (li jinkludi l-Ajrunawtika)’ tal-Programm Speċifiku ta’ Kooperazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u EUR 350 miljun għandhom jitħallsu mill-baġit tal- Programm Kwadru tan-Networks Trans-Ewropej għall-perijodu 2007 - 2013. Il-kontribuzzjoni Komunitarjagħandha titħallas konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (*1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ir-Regolament Finanzjarju).

L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarjagħandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim ġenerali u ta’ strumenti ta’ ftehim annwali ta’ implimentazzjoni finanzjarja, li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, u l-Impriża Konġunta.

Il-ftehim ġenerali għandu jipprovdi għad-dritt li l-Kummissjoni jkollha li topponi l-użu tal-kontribut Komunitarju għal finijiet li hija tħoss imorru kontra l-prinċipji tal-programmi Komunitarji msemmija hawn fuq jew kontra r-Regolament Finanzjarju tagħha jew għaliex dan ikun ta’ ħsara għall-interessi tal-Komunità. F’każ li l-Kummissjoni topponi, il-kontribut Komunitarju ma jistax jintuża mill-Impriża Konġunta għal dawn il-finijiet.

(*1)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.” "

(5)

Għandhom jiġu inseriti l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

“Artikolu 4a

Regoli finanzjarji

1.   L-Impriża Konġunta għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi konformement mal-Artikolu 185(1) tar-Regolament Finanzjarju. Dawn jistgħu jvarjaw mir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju (*2) fejn il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tal-Impriża Konġunta hekk jeħtieġu u suġġett għal kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

2.   L-Impriża Konġunta għandha jkollha l-kapaċità tal-verifika interna tagħha.

Artikolu 4b

Kwittanza

Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena ‘n’ tal-Impriża Konġunta għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni tal-Kunsill qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena ‘n + 2’. Il-Bord Amministrattiv, fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta, għandu jipprovdi għall-proċedura li tiġi segwita fl-għoti tal-kwittanza b’kont meħud tal-karatteristiċi partikolari li jirriżultaw min-natura tal-Impriża Konġunta bħala sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat u speċjalment mill-kontribut għall-baġit mis-settur privat.

(*2)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.” "

(6)

Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-pożizzjoni tal-Komunità fil-Bord Amministrattiv fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-adeżjoni ta’ membri ġodda u dwar modifiki importanti fil-Pjan Regolatorju dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-arju għandha tiġi adottata konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6.3.”

(7)

L-Anness għandu jiġi emendat konformement mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet transizzjonali relatat mal-persunal tal-Impriża Konġunta

1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-punt (3) tal-Artikolu 1, il-kuntratti kollha tal-impjieg li jkunu saru mill-Impriża Konġunta SESAR li jkunu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009 (minn hawn ‘il quddiem “kuntratti preċedenti”) għandhom jiġu rispettati sad-data tal-iskadenza tagħhom mingħajr il-possibbiltà li jiġu mġedda.

2.   Il-persunal kollu li jkollu kuntratt preċedenti għandu jingħata l-possibbiltà li japplika għal kuntratt ta’ aġent temporanju taħt l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 fil-gradi diversi kif previsti fil-pjan ta’ stabbiliment.

Sabiex jiġu verifikati l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ applikanti potenzjali, għandu jiġi applikat proċess intern ta’ selezzjoni tal-persunal kollu li jkollu kuntratt preċedenti, ħlief għad-Direttur Eżekuttiv. Dan il-proċess intern ta’ selezzjoni għandu jsir qabel l-1 ta’ Lulju 2009 mill-awtorità li tkun awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti.

Abbażi tat-tip u l-livell tal-funzjonijiet imwettqa, l-applikanti li jirnexxu għandhom jiġu offerti kuntratti ta’ aġent temporanju għal tul ta’ żmien li jikkorrispondi għall-anqas għaż-żmien li jkun fadal taħt il-kuntratt preċedenti.

3.   Jekk kien ġie konkluż kuntratt preċedenti għat-tul ta’ żmien tal-Impriża Konġunta SESAR u l-membru tal-persunal jaċċetta kuntratt ġdid ta’ aġent temporanju taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, dak il-kuntratt ġdid għandu jiġi konkluż għal perijodu indefinit konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

4.   Il-liġi Belġjana li tapplika għal kuntratti tax-xogħol u strumenti rilevanti oħra għandha tibqa’ tapplika għall-membri tal-persunal b’kuntratti preċedenti li jagħżlu li ma japplikawx għal kuntratti ta’ aġent temporanju jew li ma jiġux offerti kuntratti ta’ aġent temporanju taħt il-paragrafu 2.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet transizzjonali relatati mal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv li jkun attwalment fil-funzjoni fl-1 ta’ Jannar 2009 għandu jiskadi fid-data li fiha tintemm l-Impriża Konġunta SESAR, kif stabbilit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 219/2007. F’każ ta’ estensjoni tat-tul taż-żmien tal-Impriża Konġunta SESAR, għandha tiġi varata proċedura ġdida li twassal għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv konformement mal-Artikolu 7(2) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 219/2007. Jekk, matul il-mandat tiegħu, id-Direttur Eżekuttiv ikollu jiġi sostitwit, is-suċċessur tiegħu għandu jinħatar konformement mal-Artikolu 7(2) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 219/2007.

Artikolu 4

Kuntratti u ftehim pre-eżistenti

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, dan ir-Regolament m’għandux jinċidi fuq id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn kull kuntratt u ftehim ieħor konkluż mill-Impriża Konġunta SESAR qabel fl-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BACHELOT-NARQUIN


(1)  L-Opinjoni tat-18 ta’ Novembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)   ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.

(4)   ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21

(5)   ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38.

(6)   ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52

(7)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(8)   ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(9)   ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86. Ikkoreġut bil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 30.


ANNESS

L-Istatuti tal-Impriża Konġunta għandom jiġu emendati kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, fl-aħħar tal-paragrafu 1(f) jiżdiedu l-kliem li ġejjin:

“u jissorvelja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv”;

(2)

fl-Artikolu 5, il-kliem “Regolamenti Finanzjarji” fil-paragrafu 1(h) jiġu sostitwiti b’ “regoli finanzjarji”;

(3)

l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1 tiġi miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita, fir-rigward tal-personal, is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 2a(2) tar-Regolament (KE) Nru 219/2007.”

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv abbażi ta’ lista ta’ mill-inqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni wara sejħa għal applikazzjonijiet minn dawk interessati ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f’perijodiċi oħra jew siti tal-Internet. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar għal perijodu ta’ tliet snin. Wara evalwazzjoni mill-Bord Amministrattiv tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv matul dan il-perijodu, it-terminu tal-mandat tiegħu jista’ jiġi estiż darba waħda b’perijodu ulterjuri ta’ mhux aktar minn erba’ snin. Fi kwalunkwe każ, it-terminu tal-mandat ma jistax jeċċedi t-tul taż-żmien tal-Impriża Konġunta stabbilit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 219/2007.”

(ċ)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit minn:

(i)

il-punt (a) ġie sostitwit minn:

“(a)

jimpjega, imexxi u jissorvelja l-personal tal-Impriża Konġunta, inkluż il-personal imsemmi fl-Artikolu 8;”

(ii)

fil-punt (e) il-kliem “Regolamenti Finanzjarji” huma sostitwiti b’ “Regoli finanzjarji”;

(4)

jiżdied l-Artikolu 7a li ġej

“Artikolu 7a

Il-funzjoni tal-verifika interna

Il-funzjonijiet mogħtija permezz tal-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju lill-awditur intern tal-Kummissjoni għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Bord Amministrattiv, li għandu jagħmel il-provvedimenti adegwati, b’kont meħud tad-daqs u l-ambitu tal-Impriża Konġunta.”;

(5)

l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Sekondar ta’ personal mal-Impriża Konġunta

Kwalunkwe membru tal-Impriża Konġunta jista’ jipproponi lid-Direttur Eżekuttiv sabiex jiġu sekondati membri tal-personal tiegħu mal-Impriża Konġunta konformement mal-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim rilevanti msemmi fl-Artikolu 1(3) ta’ dawn l-Istatuti. Il-personal issekondat mal-Impriża Konġunta għandu jaġixxi b’indipendenza assoluta taħt is-superviżjoni tad-Direttur Eżekuttiv.”;

(6)

l-Artikolu 14 huwa mħassar;

(7)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-membri stimi tal-ispejjeż tal-proġett SESAR kif approvat mill-Bord Amministrattiv. Il-Bord Amministrattiv, fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta, għandu jipprovdi għall-proċedura li għandha tiġi segwita meta jintbagħtu l-istimi tal-ispejjeż.”

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Abbażi tal-istimi tal-ispejjeż tal-proġett approvati, u b’kont meħud tal-kummenti riċevuti mill-membri, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-abbozz tal-baġit għas-sena ta’ wara u jippreżentah lill-Bord Amministrattiv għall-adozzjoni. Il-Bord Amministrattiv għandu, fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta, jipprovdi għall-proċedura li għandha tiġi segwita meta jippreżenta l-abbozz tal-baġit.”;

(8)

fl-Artikolu 17 jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Id-deċiżjonijiet kollha adottati u l-kuntratti kollha konklużi mill-Impriża Konġunta, għandhom jipprevedu b’mod espliċitu li l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jistgħu jwettqu ispezzjonijiet fuq il-post tad-dokumenti tal-kuntratturi u s-subkuntratturi kollha li rċevew fondi Komunitarji, anke fil-bini tal-benefiċjarji finali.”;

(9)

l-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Trasparenza

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (*1) għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta SESAR.

2.   L-Impriża Konġunta SESAR għandha, sal-1 ta’ Lulju 2009, tadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Impriża Konġunta Sesar taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ azzjoni miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

(*1)   ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.”;"

(10)

l-Artikolu 21 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Assigurazzjoni

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipproponi lill-Bord Amministrattiv sabiex jipprovdi għal kwalunkwe assigurazzjoni meħtieġa u l-Impriża Konġunta għandha tipprovdi għal tali assigurazzjoni kif rikjest mill-Bord Amministrattiv.”;

(11)

fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Jekk il-Bord Amministrattiv jaqbel mal-proposti msemmija fil-paragrafu 1 b’maġġoranza ta’ 75 % tal-voti u konformement mal-Artikolu 4(5) ta’ dawn l-Istatuti, dawn il-proposti għandhom jiġu preżentati bħala abbozz ta’ emendi lill-Kummissjoni, li għandha tadottahom kif meħtieġ konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 219/2007.”;

(12)

fl-Artikolu 24, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Madankollu, kwalunkwe emenda li tolqot l-elementi essenzjali ta’ dawn l-Istatuti u b’mod partikolari l-emendi lill-Artikoli 1, 3, 4, 5, 7, 12, 17, 18, 19, 20, 22, 24 u 25 għandhom jiġu adottati konformement mal-Artikolu 172 tat-Trattat.”.


(*1)   ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.”;”


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/18


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1362/2008

tat-18 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Diċembru 1996 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2505/96 (1). Id-domanda Komunitarja għall-prodotti li r-Regolament japplika għalihom għandha tintlaħaq skont l-aqwa kundizzjonijiet possibbli. Għal dak il-għan, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, kwota waħda ta’ tariffa Komunitarja ġdida għandha tinfetaħ bir-rata żero ta’ dazju għal ammont xieraq filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq ta’ dan il-prodott.

(2)

L-ammonti tal-kwota għal żewġ kwoti tat-tariffi awtonomi Komunitarji mhumiex biżżejjed biex jilħqu l-bżonnijiet tal-industrija Komunitarja għall-perjodu tal-kwota attwali li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2008. Għaldaqstant, dawk l-ammonti tal-kwota għandhom jiżdiedu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

(3)

L-ammont tal-kwota għal kwota waħda ta’ tariffa Komunitarja awtonoma jfixkel is-suq Komunitarju intern. Għaldaqstant, dan l-ammont tal-kwota għandu jitnaqqas.

(4)

Ma għadux fl-interess tal-Komunità li fl-2009 tkompli tagħti kwoti tat-tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti li fl-2008 kienu stabbiliti dawn il-kwoti għalihom. Għalhekk, dawk il-kwoti għandhom jingħalqu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 u l-prodotti korrispondenti għandhom jitneħħew mil-lista fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96.

(5)

Fid-dawl tal-ħafna bidliet li għad iridu jsiru, iċ-ċarezza tesiġi li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jinbidel fl-intier tiegħu.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Fid-dawl tal-importanza ekonomika ta' dan ir-Regolament, huwa neċessarju li jsir użu mir-raġunijiet ta' urġenza previsti fil-punt I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

(8)

Billi l-kwoti tat-tariffi għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2008, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96:

(a)

il-volum tal-kwota għall-kwota tat-tariffa għan-numru tal-ordni 09.2812 għandu jkun ffissat għal 4 000 tunnellata;

(b)

il-volum tal-kwota għall-kwota tat-tariffa għan-numru tal-ordni 09.2950 għandu jkun ffissat għal 15 000 tunnellata.

Artikolu 3

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96:

il-volum tal-kwota għall-kwota tat-tariffa għan-numru tal-ordni 09.2908 għandu jkun stipulat għal 40 000 tunnellata.

Artikolu 4

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandha tiddaħħal ringiela għan-numru tal-ordni 09.2631.

Artikolu 5

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandhom jitħassru r-ringieli għan-numri tal-ordnijiet 09.2618, 09.2713, 09.2719, 09.2771 u 09.2775.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)   ĠU L 345, 31.12.1996, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

In-numru tal-ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Id-deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Id-dazju fuq il-kwota

09.2849

ex 0710 80 69

10

Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1)  (2)

1.1.-31.12.

700 tunnellata

0  %

09.2913

ex 2401 10 35

91

Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ f’daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux inqas minn 450 ewro għal kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala legatur jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 2402 10 00  (1)

1.1-31.12.

6 000 tunnellata

0  %

ex 2401 10 70

10

ex 2401 10 95

11

ex 2401 10 95

21

ex 2401 10 95

91

ex 2401 20 35

91

ex 2401 20 70

10

ex 2401 20 95

11

ex 2401 20 95

21

ex 2401 20 95

91

09.2841

ex 2712 90 99

10

Taħlita ta1-alkeni li fihom 80 % tal-piż jew iktar tal-alkeni b’tul ta’ katina ta’ 20 u 22 atomu tal-karbonju

1.1.-31.12.

10 000 tunnellata

0  %

09.2703

ex 2825 30 00

10

Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1)

1.1-31.12.

13 000 tunnellata

0  %

09.2806

ex 2825 90 40

30

Triossidu tat-tungsteni

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0  %

09.2611

ex 2826 19 90

10

Fluworid tal-kalċju li fih kontenut totali ta’ aluminju, manjeżju u sodju ta’ 0,25 mg/kg jew inqas, fil-forma ta’ trab

1.1.-31.12.

55 tunnellata

0  %

09.2837

ex 2903 49 80

10

Bromoklorometan

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0  %

09.2933

ex 2903 69 90

30

1,3-Diklorobenżin

1.1.-31.12.

2 600 tunnellata

0  %

09.2950

ex 2905 59 98

10

2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-subintestatura 4002 99 90  (1)

1.1.-31.12.

15 000 tunnellata

0  %

09.2851

ex 2907 12 00

10

O-Kresol b’purità ta’ mhux inqas minn 98,5 % skont il-piż

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2624

2912 42 00

 

Etilvanillin (3-etossi-4-idrossibenżaldeide)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0  %

09.2767

ex 2910 90 00

80

Eteru tal-allil gliċidil

1.1.-31.12.

1 500 tunnellata

0  %

09.2972

2915 24 00

 

Anidride aċetiku

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2769

ex 2917 13 90

10

Sebakat tad-dimentil

1.1.-31.12.

1 300 tunnellata

0  %

09.2808

ex 2918 22 00

10

Aċidu aċetilsaliċiliku

1.1.-31.12.

120 tunnellata

0  %

09.2975

ex 2918 30 00

10

Benżofenon-3,3′:4,4′-tetrakarbossiliku dianidrid

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0  %

09.2602

ex 2921 51 19

10

o-Fenilendiammina

1.1.-31.12.

1 800 tunnellata

0  %

09.2977

2926 10 00

 

Akrilonitril

1.1.-31.12.

30 000 tunnellata

0  %

09.2030

ex 2926 90 95

74

Klorotalonil

1.1.-31.12.

1 500 tunnellata

0  %

09.2002

ex 2928 00 90

30

Fenilidrażin

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0  %

09.2917

ex 2930 90 13

90

Ċistina

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0  %

09.2603

ex 2930 90 85

79

Bis(3-trietossisililpropil)tetrasulfid

1.1.-31.12.

9 000 tunnellata

0  %

09.2810

2932 11 00

 

Tetraidrofuran

1.1-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2955

ex 2932 19 00

60

Flurtamon (ISO)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0  %

09.2812

ex 2932 29 85

77

Eża-6-olid

1.1.-31.12.

4 000 tunnellata

0  %

09.2615

ex 2934 99 90

70

Aċidu ribonuklejku

1.1.-31.12.

110 tunnellata

0  %

09.2619

ex 2934 99 90

71

2-Tijenilaċetonitril

1.1.-31.12.

80 tunnellata

0  %

09.2945

ex 2940 00 00

20

D-Ksilożju

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0  %

09.2908

ex 3804 00 90

10

Linjosulfonat tas-sodju

1.1.-31.12.

40 000 tunnellata

0  %

09.2889

3805 10 90

 

Terpentina tas-sulfat

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2935

3806 10 10

 

Rożin u aċidi tar-reżin miksuba minn oleoreżini friski

1.1.-31.12.

280 000 tunnellata

0  %

09.2814

ex 3815 90 90

76

Katalizzatur magħmul mid-diossidu tat-titanju u t-triossidu tat-tungstenu

1.1.-31.12.

1 600 tunnellata

0  %

09.2829

ex 3824 90 97

19

Estratt solidu ta’ residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba waqt l-estrazzjoni tar-reżin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

kontenut aċiduż ta’ reżin li ma jaqbiżx it-30 % bil-piż,

numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110

u

punt tat-tidwib ta' 100 °C jew iktar

1.1.-31.12.

1 600 tunnellata

0  %

09.2914

ex 3824 90 97

26

Soluzzjoni tal-ilma li fiha mhux inqas minn 40 % tal-piż ta' estratt niexef tal-betaina u bejn 5 % u 30 % tal-piż ta' mluħ organiċi jew inorganiċi

1.1.-31.12.

5 000 tunnellata

0  %

09.2986

ex 3824 90 97

76

Taħlita ta' ammini terzjarji li fihom:

60 % dodeċildimetilammina jew iktar skont il-piż

20 % dimetil(tetradeċil)ammina jew iktar skont il-piż

0,5 % eżadeċildimetilammina jew iktar skont il-piż,

għall-użu fil-produzzjoni ta' ossidi tal-ammini (1)

1.1-31.12.

14 315 tunnellata

0  %

09.2907

ex 3824 90 97

86

Taħlita ta' ammini terzjarji li fihom piż ta’:

75 % jew iktar sterols,

mhux iktar minn 25 % ta’ stanoli

għall-użu fil-produzzjoni ta' esteri tal-istanoli/steroli (1)

1.1.-31.12.

2 500 tunnellata

0  %

09.2140

ex 3824 90 97

98

Taħlita ta' ammini terzjarji li fihom piż ta’:

2,0-4,0 % ta' N,N-dimetil-1-ottanammina

minimu ta' 94 % ta’ N,N-dimetil-1-dekanammina

massimu ta' 2 % ta’ N,N-dimetil-1-dodekanammina

1.1.-31.12.

4 500 tunnellata

0  %

09.2992

ex 3902 30 00

93

Kopolimer tal-propilen-butilen, li fih 60 % jew iktar skont il-piż imma mhux iktar minn 68 % ta’ propilen u 32 % jew iktar imma mhux iktar minn 40 % ta' butilen, b'viskożità tat-tidwib mhux ogħla minn 3 000  mPa f'190 °C, kif iddeterminat bil-metodu ASTM D 3236, għall-użu bħala adeżiv fil-produzzjoni ta' prodotti li jaqgħu taħt is-subintestatura 4818 40  (1)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0  %

09.2947

ex 3904 69 90

95

Poli(viniliden fluworid), fil-forma ta' trab, għall-preparazzjoni ta' żebgħa jew verniċ għall-kisi tal-metall (1)

1.1.-31.12.

1 300 tunnellata

0  %

09.2604

ex 3905 30 00

10

Poli(vinil alkoħol) parzjalment aċetalizzat b'5-(4-ażido-2-sulfobenżiliden)-3-(formilpropil)-rodanin, melħ tas-sodju

1.1.-31.12.

100 tunnellata

0  %

09.2616

ex 3910 00 00

30

Polidimetilsilossan b'livell ta' polimerizzazzjoni ta' 2 800  unità ta' monomeri (± 100)

1.1.-31.12.

1 300 tunnellata

0  %

09.2816

ex 3912 11 00

20

Laqx tal-aċetat taċ-ċelluloża għall-użu fil-produzzjoni ta' truf tal-filament tal-aċetat taċ-ċelluloża (1)

1.1.-31.12.

45 500 tunnellata

0  %

09.2818

ex 6902 90 00

10

Briks reffrattorji b’

tul tat-tarf ta’ iktar minn 300 mm u

kontenut ta’ TiO2 ta’ mhux iktar minn 1 % skont il-piż u

kontenut ta’ Al2O3 ta’ mhux iktar minn 0,4 % skont il-piż u

bidla fil-volum ta’ inqas minn 9 % f’1 700  °C

1.1.-31.12.

75 tunnellata

0  %

09.2628

ex 7019 52 00

10

Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b'piż ta' 120 gm/m2 (± 10 gm/m2, ta’ tip li jintuża fl-iskrins ta’ kontra n-nemus, li għandhom qafas fiss u li jistgħu jitgerrbu

1.1.-31.12.

350 000 m2

0  %

09.2799

ex 7202 49 90

10

Ferro-kromju li fih 1,5 % jew iktar imma mhux iktar minn 4 % ta' karbonju skont il-piż u mhux iktar minn 70 % ta' kromju

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0  %

09.2629

ex 7616 99 90

85

Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-produzzjoni tal-bagalji (1)

1.1.-31.12.

240 000 unità

0  %

09.2763

ex 8501 40 80

30

Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ iktar minn 750 W, u b’qawwa tal-input ta' iktar minn 1 600  W imma mhux iktar minn 2 700  W, dijametru estern ta’ iktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux iktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ iktar minn 30 000  rpm imma mhux iktar minn 50 000  rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

1.1.-31.12.

2 000 000 unità

0  %

09.2620

ex 8526 91 20

20

Muntaġġ għal sistema tal-GPS b'funzjoni ta' determinazzjoni tal-pożizzjoni

1.1.-31.12.

2 000 000 unità

0  %

09.2003

ex 8543 70 90

63

Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f'elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat, miżmum f’qafas b’dimensjonijiet esterni ta' mhux iktar minn 30 × 30 mm

1.1.-31.12.

1 400 000 unità

0  %

09.2631

ex 9001 90 00

80

Lentijiet tal-ħġieġ mhux immuntati, priżmi u elementi mgħaqqda għall-użu fil-produzzjoni ta’ oġġetti bil-kodiċijiet tan-Nm 9005 , 9013 u 9015  (1)

1.1.-31.12.

5 000 000 unità

0  %


(1)  Id-dħul taħt din is-subintestatura huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti Komunitarji (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1)).

(2)  Madankollu, il-miżura ma titħalliex titwettaq meta l-ipproċessar isir mill-istabbilimenti tal-catering jew li jbiegħu bl-imnut.”.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Diċembru 2008

dwar l-iffirmar f’isem il-Komunità u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

(2008/979/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37, 133 u 152(4)(b), flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Konfederazzjoni Svizzera bil-ħsieb li jiġi aġġornat u adattat il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli..

(2)

Il-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera nnegozjaw Ftehim li jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim imsemmi.

(3)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kondeferazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli għandu jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Jannar 2009 sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, u l-Att Finali tiegħu, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/i mogħtija s-setgħa biex tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim, u l-Att Finali tiegħu, f’isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sakemm ikunu kompluti l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu, il-Ftehim għandu japplika provviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2009 skont l-Artikolu 2 tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Komunità”,

U

IL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Isvizzera”,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa flimkien “il-partijiet”,

Billi:

(1)

Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

L-Anness 11 tal-Ftehim, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-Anness”, jikkonċerna l-miżuri tas-saħħa tal-annimali u dawk żootekniċi li japplikaw għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u ta’ prodott tal-annimali.

(3)

L-Isvizzera ntrabtet li tinkludi fil-leġislazzjoni tagħha id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1). Għaldaqstant, il-Partijiet għandhom jemendaw il-Ftehim biex jinżamm kont tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi.

(4)

l-Isvizzera ntrabtet li tinkludi fil-leġislazzjoni tagħha d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (4), tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (5) u tad-dispożizzjonijiet kollha adottati għall-implimentazzjoni tagħhom fil-qasam tal-kontroll ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għall-Unjoni Ewropea u, bħala riżultat, il-Partijiet għandhom bħala konsegwenza jadattaw id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.

(5)

Il-Kumitat Veterinarju Konġunt m’għandux is-setgħat li jwettaq l-emendi u l-aġġustamenti meħtieġa bħala riżultat tal-bidliet għal-leġislazzjoni rispettiva. Għalhekk l-Anness 11 tal-Ftehim jeħtieġ li jiġi aġġornat u emendat.

QABLU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

Artikolu 1

(1)   It-tielet inċiż għandu jiżdied fl-aħħar tal-Artikolu 1(1) tal-Anness 11:

“—

il-movimenti mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi.”;

(2)   it-titolu tat-Titolu I tal-Anness 11 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Kummerċ ta’ annimali ħajjin, l-isperma, il-bajd u l-embrijuni tagħhom u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi”.

(3)   l-Artikolu 3 tat-Titolu I tal-Anness 11 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-Partijiet b’dan jaqblu li l-kummerċ ta’ annimali ħajjin, l-isperma, il-bajd u l-embrijuni tagħhom u l-moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi għandhom jitwettqu skont il-leġislazzjoni speċifikata fl-Appendiċi 2. Dik il-leġislazzjoni għandha tapplika soġġett għar-regoli u l-proċeduri speċjali stabbiliti f’dak l-Appendiċi.”;

(4)   L-Artikoli 15 tal-Anness 11 għandu jiġi sostitwit b’dan liġej:

“Artikolu 15

Prodotti tal-annimali: kontrolli fil-fruntieri u l-ħlas ta’ miżati

Il-kontrolli fuq il-kummerċ ta’ prodotti tal-annimali bejn il-Komunità u l-Isvizzera għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 10.”.

Artikolu 2

Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri interni tagħhom.

Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta’ dawn il-proċeduri.

Dan il-Ftehim għandu japplika provviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2009 sakemm jiġu kompluti dawk il-proċeduri.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika.

Artikolu 3

Dan il-Ftehim għandu jitfassal f’żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

B’xhieda ta’ dan, il-plenipotenzjarji qiegħdu l-firma tagħhom fl-aħħar ta’ dan il-Ftehim.

Съставен в Париж на двадесет и трети декември две хиляди и осма година.

Hecho en París, el veintitrés de diciembre de dos mil ocho.

V Paříži dne dvacátého třetího prosince dva tisíce osm.

Udfærdiget i Paris, den treogtyvende december to tusind og otte

Geschehen zu Paris am dreiundzwanzigsten Dezember zweitausendacht.

Sõlmitud kahekümne kolmandal detsembril kahe tuhande kaheksandal aastal Pariisis.

Έγινε στο Παρίσι, στις είκοσι τρεις Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες οκτώ.

Done at Paris, on the twenty-third day of December in the year two thousand and eight.

Fait à Paris, le vingt-trois décembre deux mil huit.

Fatto a Parigi, addì ventitré di dicembre duemilaotto

Parīzē, divtūkstoš astotā gada divdesmit trešajā decembrī.

Priimta Paryžiuje du tūkstančiai aštuntųjų metų gruodžio dvidešimt trečią dieną.

Kelt Párizsban, a kétezer-nyolcadik év december havának huszonharmadik napján.

Magħmul f'Pariġi, fit-tlieta u għoxrin jum ta' Diċembru elfejn u tmienja.

Gedaan te Parijs op drieëntwintig december tweeduizendacht.

Sporządzono w Paryżu dnia dwudziestego trzeciego grudnia dwa tysiące ósmego roku.

Feito em Paris, aos vinte e três de Dezembro de dois mil e oito.

Încheiat la Paris, la douăzeci și trei decembrie două mii opt.

V Paríži dvadsiateho tretieho decembra dvetisícosem

Sestavljeno v Parizu, triindvajsetega decembra leta dva tisoč osem.

Tehty Pariisissa kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.

Undertecknat i Paris den tjugotredje december tjugohundraåtta.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vārdā

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image 1

Image 2

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā

Šveicarijos Konfederacijos vardu

a Svájci Államszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suíça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarsku konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

På Schweiziska edsförbundets vägnar

Image 3


(1)   ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(2)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(5)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

ATT FINALI

Ir-rappreżentanti ta’

Il-KOMUNITÀ EWROPEA

Minn naħa waħda, u ta’

Il-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,

Min-naħa l-oħra,

li ltaqgħu fit-23 ta’ Diċembru elfejn u tmienja f’Pariġi għall-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, adottaw id-Dikjarazzjoni mill-Isvizzera li tidher hawn isfel u li ġiet mehmuża ma’ dan l-Att finali:

Dikjarazzjoni mill-Isvizzera dwar l-importazzjoni ta’ laħam prodott bl-użu ta’ ormoni bħala stimulaturi tal-prestazzjoni tal-annimali.

Съставен в Париж на двадесет и трети декември две хиляди и осма година.

Hecho en París, el veintitrés de diciembre de dos mil ocho.

V Paříži dne dvacátého třetího prosince dva tisíce osm.

Udfærdiget i Paris, den treogtyvende december to tusind og otte

Geschehen zu Paris am dreiundzwanzigsten Dezember zweitausendacht.

Sõlmitud kahekümne kolmandal detsembril kahe tuhande kaheksandal aastal Pariisis.

Έγινε στο Παρίσι, στις είκοσι τρεις Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες οκτώ.

Done at Paris, on the twenty-third day of December in the year two thousand and eight.

Fait à Paris, le vingt-trois décembre deux mil huit.

Fatto a Parigi, addì ventitré di dicembre duemilaotto

Parīzē, divtūkstoš astotā gada divdesmit trešajā decembrī.

Priimta Paryžiuje du tūkstančiai aštuntųjų metų gruodžio dvidešimt trečią dieną.

Kelt Párizsban, a kétezer-nyolcadik év december havának huszonharmadik napján.

Magħmul f'Pariġi, fit-tlieta u għoxrin jum ta' Diċembru elfejn u tmienja.

Gedaan te Parijs op drieëntwintig december tweeduizendacht.

Sporządzono w Paryżu dnia dwudziestego trzeciego grudnia dwa tysiące ósmego roku.

Feito em Paris, aos vinte e três de Dezembro de dois mil e oito.

Încheiat la Paris, la douăzeci și trei decembrie două mii opt.

V Paríži dvadsiateho tretieho decembra dvetisícosem

Sestavljeno v Parizu, triindvajsetega decembra leta dva tisoč osem.

Tehty Pariisissa kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.

Undertecknat i Paris den tjugotredje december tjugohundraåtta.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vārdā

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image 4

Image 5

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā

Šveicarijos Konfederacijos vardu

a Svájci Államszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suíça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarsku konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

På Schweiziska edsförbundets vägnar

Image 6

DIKJARAZZJONI MILL-ISVIZZERA

dwar l-importazzjoni ta’ laħam prodott bl-użu ta’ ormoni bħala stimulaturi tal-prestazzjoni tal-annimali

L-Isvizzera tiddikjara li ser tieħu kont debitu tad-deċiżjoni definittiva li ser tingħata mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fir-rigward tal-possibbiltà li tiġi pprojbita l-importazzjoni ta’ laħam prodott bl-użu ta’ ormoni bħala stimulaturi tal-prestazzjoni tal-annimali, u li għalhekk ser terġa’ teżamina r-regoli ta’ importazzjoni ta’ laħam li joriġina minn pajjiżi li ma jipprojbixxux l-użu ta’ ormoni bħala stimulaturi tal-prestazzjoni tal-annimali, u billi tallinja ruħha, jekk ikun meħtieġ, mar-regoli Komunitarji fil-qasam.


Kummissjoni

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Diċembru 2008

li taħtar il-membri u s-sostituti tal-Kumitat għal Terapiji Avvanzati biex jirrappreżentaw lill-kliniċisti u lill-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/980/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali għal terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 jistabbilixxi regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni, is-sorveljanza u l-farmakoviġilanza ta’ prodotti mediċinali għal terapija avvanzata. L-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi li għandu jitwaqqaf Kumitat għal Terapiji Avvanzati fi ħdan l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.

(2)

Is-subparagrafu (c) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 jistabbilixxi li l-Kumitat għal Terapiji Avvanzati għandu jinkludi żewġ membri u żewġ sostituti maħtura mill-Kummissjoni, fuq bażi ta' sejħa pubblika għal espressjonijiet ta' interess u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, u dan sabiex jirrappreżentaw lill-kliniċisti.

(3)

Is-subparagrafu (d) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 jistabbilixxi li l-Kumitat għal Terapiji Avvanzati għandu jinkludi żewġ membri u żewġ sostituti maħtura mill-Kummissjoni, fuq bażi ta' sejħa pubblika għal turiji ta' interess u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, u dan sabiex jirrappreżentaw lill-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti.

(4)

Skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007, saret sejħa pubblika għal turija ta' interess mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat ukoll dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet li waslu.

(5)

Il-membri u s-sostituti tal-Kumitat għal Terapiji Avvanzati għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin, li jibda mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’hekk maħtura membri u sostituti tal-Kumitat għal Terapiji Avvanzati biex jirrappreżentaw lill-kliniċisti għal terminu ta’ tliet snin, mit-30 ta’ Diċembru 2008:

Dietger Niederwieser (Membru) u Per Ljungman (Sostitut);

George Dickson (Membru) u Thierry VandenDriessche (Sostitut).

Artikolu 2

Dawn li ġejjin huma b’hekk maħtura membri u sostituti tal-Kumitat għal Terapiji Avvanzati biex jirrappreżentaw lill-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti għal terminu ta’ tliet snin, mit-30 ta’ Diċembru 2008:

Fabrizia Bignami (Membru) u Michele Lipucci di Paola (Sostitut);

Alastair Kent (Membru) u Nicholas Meade (Sostitut).

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)   ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121.


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Diċembru 2008

li testendi d-derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mogħtija lill-Irlanda u lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7703)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2008/981/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (1), u b'mod partikolari Artikolu 14a(3) tiegħu, kif ukoll għad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet [iż-żamma ta’ imposti] għall-użu ta' infrastruttura (2) tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà, b'mod partikolari Artikolu 33(3) tiegħu.

Billi:

(1)

Skont l-Art 14a tad-Direttiva 91/440/KEE u l-Art 33 tad-Direttiva 2001/14/KE l-Irlanda u r-Renju Unit, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, igawdu minn, minħabba l-pożizzjoni speċifika ġeografika tagħhom, derogi mill-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dawn id-Direttivi bħar-rekwiżiti sabiex jafdaw lil entità indipendenti l-funzjonijiet li jiġi ddeterminat b'mod ġust u mhux diskriminatorju l-aċċess għall-infrastruttura, l-istabbiliment ta' entità indipendenti regulatorja, dispożizzjonijiet relatati mad-drittijiet ta' kapaċità, ftehimiet ta' qafas u miżuri f'każ ta' saturazzjoni tan-netwerk ferrovjarju kif ukoll dispożizzjonijiet oħra. Dawn id-derogi skadew fl-14 ta' Marzu 2008.

(2)

Fit-13 ta' Marzu 2007 l-Irlanda talbet estensjoni tad-derogi b'ħames snin u r-Renju Unit għamel l-istess talba fl-14 ta' Marzu 2007.

(3)

Skont evidenza pprovduta mill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-pożizzjoni ġeografika speċifika tal-Irlanda u tal-Irlanda ta' Fuq u, f'dan l-istadju, in-nuqqas ta' prospetti ta' żvilupp għas-servizzi tal-ġarr ta' merkanzija bil-ferroviji u servizzi internazzjonali bil-ferroviji għall-passiġġieri, jiġġustifikaw l-estensjoni tad-derogi b'5 snin oħra. Fis-snin li ġejjin, l-ispiża potenzjali għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttivi koperti mid-derogi se tkun ħafna akbar mill-benefiċċji potenzjali ta' implimentazzjoni sħiħa tal-qafas regolatorju għal suq mifrux mal-Komunità għas-servizzi ta' trasport bil-ferroviji.

(4)

Bosta talbiet mill-Kummissjoni għal aktar sostanzjar tat-talbiet u d-dewmien fit-twettiq tagħhom wasslu għal dewmien fl-istabbiliment ta' din id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjoni li testendi d-derogi mogħtija lill-Irlanda u lir-Rennju Unit, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, għandu jibda jkollha effett retroattiv mill-15 ta' Marzu 2008.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Ferroviji Ewropej, stabbilit mill-Artikolu 11a tad-Direttiva 91/440/KEE u l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2001/14/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-deroga mogħtija lill-Irlanda u lir-Renju Unit, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, imsemmija fl-Artikolu 14a(1) tad-Direttiva 91/440/KEE giet estiża sal-14 ta' Marzu 2013.

Artikolu 2

Id-deroga mogħtija lill-Irlanda u lir-Renju Unit, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, imsemmija fl-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2001/14/KE giet estiża sal-14 ta' Marzu 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-15 ta' Marzu 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda u lir-Renju Unit.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)   ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25.

(2)   ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29.


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta' Diċembru 2008

li tawtorizza lir-Renju Unit jikkonkludi ftehim mal-Bailiwick ta' Jersey, mal-Bailiwick ta' Guernsey u ma' l-Isle of Man sabiex it-trasferimenti ta' fondi bejn ir-Renju Unit u kull wieħed minn dawn it-territorji jitqiesu bħala trasferimenti ta' fondi fi ħdan ir-Renju Unit, skond ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7812)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2008/982/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-applikazzjoni tar-Renju Unit,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Diċembru 2006, ir-Renju Unit talab deroga, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006, għat-trasferimenti ta' fondi bejn il-Bailiwick ta' Jersey, il-Bailiwick ta' Guernsey, l-Isle of Man u r-Renju Unit.

(2)

F’konformità ma’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006, it-trasferimenti ta' fondi bejn il-Bailiwick ta' Jersey, il-Bailiwick ta' Guernsey u l-Isle of Man rispettivament u r-Renju Unit ilhom jitqiesu provviżorjament bħala trasferimenti ta' fondi fi ħdan ir-Renju Unit mill-1 ta' Jannar 2007.

(3)

L-Istati Membri ġew mgħarrfa waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu tat-18 ta' April 2008 li l-Kummissjoni qieset li kienet irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tevalwa t-talba tar-Renju Unit.

(4)

Il-Bailiwick ta' Jersey, il-Bailiwick ta' Guernsey u l-Isle of Man ma jagħmlux parti mit-territorju tal-Komunità, kif iddeterminat skond l-Artikolu 299 tat-Trattat tal-KE, imma jagħmlu parti miż-żona monetarja tar-Renju Unit u għalhekk jikkonformaw mal-kriterju stipulat fl-Artikolu 17(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006.

(5)

Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament fil-Bailiwick ta' Jersey, fil-Bailiwick ta' Guernsey u fl-Isle of Man jipparteċipaw direttament fis-sistemi ta' pagament u ta' kumpens tar-Renju Unit, u fil-futur ser jipparteċipaw fis-sistema ta’ “Pagamenti Mħaffa” [“Faster Payments”]. Għalhekk huma jikkonformaw mal-kriterju stipulat fl-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006.

(6)

Il-Bailiwick ta' Jersey, il-Bailiwick ta' Guernsey u l-Isle of Man rispettivament integraw, fis-sistemi ġuridiċi tagħhom, dispożizzjonijiet li jikkorrispondu ma' dawk tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006 partikolarment bir-Regolamenti ta' l-2007 dwar id-Dispożizzjonijiet Komunitarji (Trasferimenti Elettroniċi) (Jersey) [“Community Provisions (Wire Transfers) (Jersey) Regulations 2007”], bl-Ordinanzi dwar it-Trasferimenti ta' Fondi għal Guernsey, Sark u Alderney (Bailiwick ta' Guernsey) [“Transfers of Funds Ordinances for Guernsey, Sark and Alderney (Bailiwick of Guernsey)”], l-ordni ta' l-Isle of Man ta' l-2007 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament dwar it-trasferimenti elettroniċi tal-Komunitajiet Ewropej [“Isle of Man's European Communities (Wire Transfers Regulation) (Application) Order 2007”] u bir-Regolament ta' l-2007 ta' l-Isle of Man dwar it-Trasferimenti Elettroniċi [“Isle of Man's EC Wire Transfer Regulations 2007”].

(7)

L-Ordni ta' l-2008 dwar il-Ħasil ta' Flus (Jersey) [“Money Laundering (Jersey) Order 2008”], issupplimentata bil-Manwal dwar il-Prevenzjoni u l-Iskoperta tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu [“Handbook for the Prevention and Detection of Money Laundering and the Financing of Terrorism”], ir-Regolamenti ta' l-2007 tal-Ġustizzja Kriminali tal-Bailiwick ta' Guernsey (Rikavati mill-Kriminalità) [“Bailiwick of Guernsey's Criminal Justice (Proceeds of Crime) Regulations 2007”], issupplimentat bil-Manwal għan-Negozji tas-Servizzi Finanzjarji dwar il-Ġlieda kontra l-Kriminalità Finanzjarja u l-Finanzjament tat-Terroriżmu [“Handbook for Financial Services Businesses on Countering Financial Crime and Terrorist Financing”], u l-Kodiċi ta' l-2007 tal-Ġustizzja Kriminali (Ħasil tal-Flus) ta' l-Isle of Man [“Isle of Man's Criminal Justice (Money Laundering) Code 2007”], issupplimentat bil-Manwal ta' Noti ta' Gwida kontra l-Ħasil tal-Flus [“Anti-Money Laundering Guidance Notes Handbook”], rispettivament jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' reġim sod kontra l-ħasil tal-flus f'dawn it-tliet ġurisdizzjonijiet.

(8)

L-Ordni ta' l-2001 (SI 2001 Nru 3363) dwar it-Terroriżmu (Miżuri tan-Nazzjonijiet Unit) (Channel Islands) [“Terrorism (United Nations Measures) (Channel Islands) Order 2001 (SI 2001 No 3363)”] u l-Ordni ta' l-2001 (SI 2001 Nru 3364) dwar it-Terroriżmu (Miżuri tan-Nazzjonijiet Unit) (Isle of Man) [“Terrorism (United Nations Measures) (Isle of Man) Order 2001 (SI 2001 No 3364)”], kif ukoll l-Ordni ta' l-2002 (SI 2002 Nru 258) dwar l-Al-Qa’ida u t-Taliban (Miżuri tan-Nazzjonijiet Unit) (Channel Islands) [“Al-Qaida and Taliban (United Nations Measures) (Channel Islands) Order 2002 (SI 2002 No 258)”] u ukoll l-Ordni ta' l-2002 (SI 2002 Nru 259) dwar l-Al-Qa’ida u t-Taliban (Miżuri tan-Nazzjonijiet Unit) (Channel Islands) [“Al-Qa’ida and Taliban (United Nations Measures) (Isle of Man) Order 2002 (SI 2002 No 259)”], flimkien ma' l-użu ta' lista kkonsolidata ta' assi identifikati biex jiġu ffriżati, maħruġa mir-Renju Unit, li tkopri l-miri għal sanzjonijiet finanzjarji elenkati min-Nazzjonijiet Uniti, mill-Unjoni Ewropea u mir-Renju Unit, jiżguraw li jeżistu miżuri xierqa fil-Bailiwick ta' Jersey, fil-Bailiwick ta' Guernsey u fl-Isle of Man sabiex jimponu penali finanzjarji fuq entitajiet jew persuni elenkati min-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Unjoni Ewropea.

(9)

Għalhekk, il-Bailiwick ta' Jersey, il-Bailiwick ta' Guernsey u l-Isle of Man adottaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti skond ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 u jeżiġu li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament rispettivi tagħhom japplikawhom u b'hekk jissodisfaw il-kriterju stipulat fl-Artikolu 17(1)(c) ta' dak ir-Regolament.

(10)

Huwa għalhekk xieraq li r-Renju Unit jingħata d-deroga mitluba.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Renju Unit għandu jkun awtorizzat jikkonkludi ftehimiet mal-Bailiwick ta' Jersey, mal-Bailiwick ta' Guernsey u ma' l-Isle of Man rispettivament, sabiex it-trasferimenti ta' fondi bejn il-Bailiwick ta' Jersey, il-Bailiwick ta' Guernsey u l-Isle of Man rispettivament u r-Renju Unit jitqiesu bħala trasferimenti ta' fondi fi ħdan ir-Renju Unit għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Diċembru 2008

li tawtorizza lir-Renju Unit sabiex jibbenefika mid-diżpożizzjoni elenkata f'punt 8.5 tal-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 fir-rigward ta' sistema kollettiva tal-isforz tas-sajd għal bastimenti tat-tkarkir u bastimenti tas-sajd simili li qed jaħdmu fil-Baħar tat-Tramuntana u lejn il-Punent tal-Iskozja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7801)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2008/983/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fl-2008, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (1), u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-punt 8.7 tal-Anness IIA tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mir-Renju Unit,

Billi:

(1)

Il-punti 8 u 14 tal-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 jispeċifikaw l-isforz massimu ta' sajd permess billi jiddefinixxu n-numru massimu ta' jiem fuq il-baħar li fihom bastimenti Komunitarji b'tul totali ta’ 10 metri jew aktar li jġorru abbord ċerti tipi ta' rkaptu jistgħu jkunu preżenti ġewwa ċerti żoni mill-Kattegat u lejn il-Punent tal-Iskozja.

(2)

Punt 8.5 ta' dak l-Anness jippermetti li l-Istati Membri jamministraw, matul il-perjodu amminstrattiv tal-2008, l-isforzi tas-sajd allokati lilhom skont sistema ta' kilowatt-jiem. Sistema amministrattiva bħal din tippermetti l-allokazzjoni lill-bastimenti tas-sajd ta' numru massimu ta' jiem fuq il-baħar differenti minn dak elenkati f'dak l-Anness, sakemm ikun rispettat l-ammont totali ta' kilowatt-jiem li jikkorrispondi għall-kombinazzjoni ta' kategorija tal-irkaptu u ż-żona ta' operazzjoni li għaliha jappartjeni l-bastiment.

(3)

Punt 8.6 ta' dak l-Anness jispeċifika li din it-tip ta' allokazzjoni mill-ġdid tal-jiem fuq il-baħar għandha ssir bil-ħsieb ta' użu aktar effiċjenti tal-opportunitajiet tas-sajd jew sabiex jiġu stimolati prattiki ta' sajd li jwasslu għal tnaqqis fir-rimi u li jnaqqsu l-mortalità mis-sajd kemm ta' ħut ta’ età żgħira kif ukoll ta' ħut adult.

(4)

Punt 8.7 ta' dak l-Anness jispeċifika l-livell dettaljat tad-dejta li huwa mitlub minn Stat Membru li jixtieq jirċievi l-awtorizzazzjoni tal-Kummisssjoni sabiex jimplimenta din it-tip ta' sistema alternattiva għall-amministrazzjoni tal-isforzi tas-sajd.

(5)

Ir-Renju Unit issottometta talba lil-Kummissjoni b'ittri datati 14 t'April, 2 ta' Mejju u 22 ta' Lulju, u b'rapporti b'format eletroniku mibgħuta f'Mejju, Awwissu u Settembru 2008 f’dak li jikkonċerna din it-tip ta' sistema amministrattiva alternattiva fir-Renju Unit, japplika għal bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tat-tkarkir jew tartaruni Daniżi b'daqs tal-malja bejn jew 70 u 89 mm jew 100 mm u iktar, li qed jaħdmu f'ibħra tal-KE tal-Baħar Norveġiż, il-Baħar tat-Tramuntana jew lejn il-Punent tal-Iskozja (Żoni ICES IIa, IVa sa IVc jew VIa). Dik it-talba u r-rapporti kellhom it-tagħrif u d-dejta rikjesta taħt punt 8.7 tal-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 410/2008, partikolarment dwar l-ambitu, il-pjan, il-kalkolazzjoni, l-operat, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' dik is-sistema.

(6)

Inizjalment is-sistema tar-Renju Unit tapplika għal 867 bastiment. L-isforz aggregat massimu tagħhom matul il-perjodu amministrattiv tal-2008 huwa dak ta' 21 095 690 kilowatt-jiem għal-kategoriji tal-irkaptu li jkunu fil-medda ta' daqsijiet tal-malja minn 70 sa 89 mm u joperaw fi kwalunkwe miż-żoni msemmija, u 27 867 735 kilowatt-jiem għal-kategoriji tal-irkaptu li jkunu fil-medda ta' daqs tal-malja minn 100 mm jew aktar u joperaw fi kwalunkwe miż-żoni msemmija. Fid-dawl tal-ammont inqas ta' ġranet disponibbli fuq il-baħar għal-kategoriji tal-irkaptu ta' daqs tal-malja b'medda minn 100 mm meta jkunu qed joperaw lejn il-punent tal-Iskozja, huwa applikabbli valur massimu sekondarju ieħor ta' 24 622 862 kilowatt-jiem għal vjaġġi tas-sajd tagħhom lejn il-Punent tal-Iskozja. Għalhekk, il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 8.5 tal-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 huma sodisfatti b'dik is-sistema.

(7)

Il-Kummissjoni evalwat dik is-sistema u kkonkludiet li din isservi l-oġġettivi elenkati f'punt 8.6 tal-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008. Is-sistema terġa talloka l-jiem mill-ġdid bil-ħsieb ta' użu aktar effiċjenti ta' opportunitajiet ta' sajd u sabiex jiġu stimolati prattiki ta' sajd li jwasslu għal tnaqqis fir-rimi u li jnaqqsu l-mortalità mis-sajd kemm ta' ħut żgħir kif ukoll ta' ħut adult kif suppost skont dak il-punt. Barra minn hekk, taħt dik is-sistema, il-bastimenti parteċipi huma obbligati li jħaddnu miżuri speċifiċi ta' konservazzjoni. Dawn ivarjaw ftit fil-kunċett u l-importanza skont ir-reġjuni, u jinkludu l-komponenti li ġejjin: rispett lejn għeluq fil-ħin reali taż-żoni li jkunu ġew stabbiliti mar-rilevament tal-aggregazzjonijiet tal-merluzz; l-użu ta' xbieki ta' malji kwadri ikbar sabiex tiżdied is-selettività tal-whitefish; parteċipazzjoni fi provi għal irkaptu aktar selettiv; u l-użu ta' rkaptu wieħed biss minflok diversi rkapti matul vjaġġ. L-impatt ta' dawn il-miżuri ikun irid jiġi evalwat aktar tard.

(8)

Wieħed mill-inċentivi sabiex is-sajjieda jipparteċipaw fis-sistema huwa l-allokazzjoni ta' sforz stabbli meta mqabbel mal-perjodu amministrattiv tal-2007, magħruf bħala “l-krediti ta' konservazzjoni” ġewwa l-Iskozja, minkejja t-tnaqqis fin-numru massimu ta' jiem fuq il-baħar li japplika għall-bastimenti tat-tkarkir fil-Baħar tat-Tramuntana u lejn il-Punent tal-Iskozja għall-perjodu amministrattiv tal-2008.

(9)

Għalhekk l-isforz tas-sistema kollettiva amministrattiva tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa, IVa sa IVc u VIa, sforz tas-sajd tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u irkapti simili, apparti xbieki tat-tkarkir bit-travi, b'daqs tal-malja l-istess bħal jew akbar minn 70 mm iżda inqas minn 90 mm jew l-istess bħal jew akbar minn 100 mm bl-allokazzjoni u l-monitoraġġ tal-kilowatt-jiem ikun awtorizzat għall-perjodu amministrattiv tal-2008.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-isforz tas-sistema kollettiva amministrattiva tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa, IVa sa IVc u VIa, sforz tas-sajd tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u irkapti simili, apparti xbieki tat-tkarkir bit-travi, b'daqs tal-malja l-istess bħal jew akbar minn 70 mm iżda inqas minn 90 mm jew l-istess bħal jew ikbar minn 100 mm bl-allokazzjoni u l-monitoraġġ tal-kilowatt-jiem, sottomess fl-14 ta' April, it-2 ta' Mejju u t-22 ta' Lulju 2008, qed ikun awtorizzat għall-perjodu amministrattiv tal-2008.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Diċembru 2008

li temenda l-Anness C għad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE u d-Deċiżjoni 2004/226/KE fir-rigward ta’ testijiet dijanjostiċi għal bruċellożi bovina

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7642)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/984/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2)(b) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness C għad-Direttiva 64/432/KEE jistabbilixxi l-metodi dijanjostiċi għall-bruċellożi bovina li għandhom jintużaw għall-kontroll u l-qerda ta’ din il-marda u għas-sorveljanza u l-monitoraġġ, kif ukoll għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ status ta’ merħla uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi u ċ-ċertifikazzjoni meħtieġa għall-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/226/KE tal-4 ta’ Marzu 2004 li tapprova t-testijiet għas-sejbien tal-antikorpi kontra l-bruċellożi bovina fi ħdan il-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (2) tapprova ċerti testijiet għall-bruċellożi bovina li jistgħu jintużaw bħala alternattiva għat-test obbligatorju ta’ agglutinazzjoni tas-serum (SAT) għaċ-ċertifikazzjoni ta’ annimali bovini skont l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 64/432/KEE.

(3)

L-analiżi bi fluworexxenza polarizzata (FPA) huwa test dijanjostiku ġdid li ġie inkluż bħala test preskritt għall-kummerċ internazzjonali fil-Kapitolu 2.4.3 (il-bruċellożi bovina) tal-Manwal ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Tilqim għall-Annimali tal-Art, is-Sitt Edizzjoni, 2008 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

(4)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) biex tagħti opinjoni xjentifika dwar kemm hu xieraq il-FPA għall-inklużjoni fl-Anness C għad-Direttiva 64/432/KEE.

(5)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-EFSA biex tevalwa kemm hu xieraq il-FPA u t-testijiet imniżżla fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/226/KE għall-għan ta’ ċertifikazzjoni ta’ annimali bovini għall-kummerċ intra-Komunitarju.

(6)

Fil-11 ta’ Diċembru 2006, il-Bord dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali adotta opinjoni xjentifika dwar il-metodi dijanjostiċi tal-bruċellożi għall-bovini (3), li fiha kkonkluda li, għajr għas-SAT, it-testijiet dijanjostiċi għall-bruċellożi bovina, inklużi fl-Anness C għad-Direttiva 64/432/KEE huma xierqa li jibqgħu bħala testijiet standard għall-għan ta’ ċertifikazzjoni tal-annimali bovini individwali għall-kummerċ intra-Komunitarju.

(7)

Madankollu, billi s-SAT huwa t-test ta’ qabel ma jkunu mċaqilqa l-annimali għall-kummerċ tal-merħliet preskritt direttament fl-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 64/432/KEE, għandha tkun disponibbli speċifikazzjoni teknika fl-Anness C għal dik id-Direttiva.

(8)

Barra minn hekk, l-opinjoni xjentifika tal-11 ta’ Diċembru 2006 ikkonkludiet li s-sensittività u l-ispeċifiċità tal-FPA huma komparabbli għal dawk tat-testijiet inklużi fl-Anness C għad-Direttiva 64/432/KEE u nstab ukoll li huma xierqa għal inklużjoni f’dak l-Anness bħala test standard għal dijanjożi tal-bruċellożi f’annimali bħal dawn għal kummerċ intra-Komunitarju.

(9)

Il-metodi ta’ reazzjoni katina tal-polimerażi li ġew żviluppati dan l-aħħar kif deskritti fit-Taqsima 1(d) tal-Kapitolu 2.4.3 tal-Manwal ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Tilqim għall-Annimali tal-Art, is-Sitt Edizzjoni, 2008 tal-OIE jipprovdu mezzi addizzjonali ta’ sejbien u identifikazzjoni ta’ Brucella spp. u għaldaqstant għandhom jiġu inklużi fl-Anness C għad-Direttiva 64/432/KEE.

(10)

L-Anness C għad-Direttiva 64/432/KEE u d-Deċiżjoni 2004/226/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness C għad-Direttiva 64/432/KEE qed jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/226/KE qed jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

It-test tal-fissazzjoni kumplimentari, it-test tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat (it-test rose Bengal (RBT)), it-testijiet tal-ELISA u l-analiżi bi fluworexxenza polarizzata (FPA) imwettqa skont l-Anness C għad-Direttiva 64/432/KEE huma b’dan approvati għal għanijiet ta’ ċertifikazzjoni.”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)   ĠU L 68, 6.3.2004, p. 36.

(3)  http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753812_1178620772731.htm


ANNESS

1.   

L-Anness C għad- Direttiva 64/432/KEE qed jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS C

BRUĊELLOŻI

1.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-AĠENT

Id-dimostrazzjoni permezz ta’ tbajja’ aċidu-reżistenti jew immunospeċifiċi ta’ organiżmi bil-morfoloġija tal-Brucella fil-materjal tal-abort, fit-tnixxijat vaġinali jew fil-ħalib tagħti evidenza preżuntiva ta’ bruċellożi, speċjalment jekk tkun sostnuta minn testijiet seroloġiċi. Il-metodi ta’ reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) jipprovdu mezzi addizzjonali ta’ sejbien.

Fejn ikun possibbli, il-Brucella spp. għandha tiġi iżolata billi jintużaw mezzi komuni jew selettivi skont il-kultura minn tnixxijat uterini, feti abortiti, tnixxijat tal-glandola mammarja jew tessuti magħżula, bħal glandoli limfatiċi u organi riproduttivi maskili u femminili.

Wara l-iżolament, l-ispeċi u l-bijovarjanti għandhom jiġu identifikati mil-lisi faġika u/jew testijiet ta’ metaboliżmu ossidativ, kriterji kulturali, bijokimiċi u seroloġiċi. Il-PCR tista’ tipprovdi kemm metodu komplementari kif ukoll dak bijotipiku bbażati fuq sekwenzi ġenomiċi speċifiċi.

It-tekniki u l-mezzi użati, l-istandardizzazzjoni u l-interpretazzjoni tagħhom tar-riżultati għandhom jikkonformaw ma’ dak speċifikat fil-Manwal tal-OIE ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Tilqim għall-Annimali tal-Art, is-Sitt Edizzjoni, 2008, il-Kapitolu 2.4.3. (bruċellożi bovina), il-Kapitolu 2.7.2 (bruċellożi kaprina u ovina) u l-Kapitolu 2.8.5 (bruċellożi tal-ħnieżer).

2.   TESTIJIET IMMUNOLOĠIĊI

2.1.   Standards

2.1.1.   Ir-razza Nru 99 ta’ Weybridge jew ir-razza 1119-3 tal-USDA tal-bijovarjanti 1 tal-Brucella abortus għandhom jintużaw għall-preparazzjoni tal-antiġeni kollha użati fit-test rose Bengal (RBT), fit-test ta’ agglutinazzjoni tas-serum (SAT), fit-test tal-fissazzjoni kumplimentari (CFT) u fit-test taċ-ċirku fuq il-ħalib (MRT).

2.1.2.   Is-serum standard ta’ referenza għat-testijiet RBT, SAT, CFT u MRT għandu jkun is-serum standard ta’ referenza (OIEISS) qabel imsejjaħ it-tieni serum internazzjonali standard anti-Brucella abortus tal-WHO (ISAbS).

2.1.3.   Is-sjeri ta’ referenza standard għal analiżijiet ta’ immunoassorbiment enzimatiċi (ELISAs) għandhom ikunu:

l-OIEISS,

is-serum standard ELISA pożittiv b’mod dgħajjef tal-OIE (OIEELISAWPSS),

is-serum standard ELISA pożittiv b’mod qawwi tal-OIE (OIEELISASPSS),

is-serum standard ELISA negattiv tal-OIE (OIEELISANSS).

2.1.4.   Is-sjeri ta’ referenza standard għal analiżijiet bi fluworexxenza polarizzata (FPAs) għandhom ikunu:

is-serum standard ELISA pożittiv b’mod dgħajjef tal-OIE (OIEELISAWPSS),

is-serum standard ELISA pożittiv b’mod qawwi tal-OIE (OIEELISASPSS),

is-serum standard ELISA negattiv tal-OIE (OIEELISANSS).

2.1.5.   Is-sjeri standard imniżżla fil-punti 2.1.3 u 2.1.4 huma disponibbli mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju għall-bruċellożi jew mill-Veterinary Laboratories Agency (VLA), Weybridge, ir-Renju Unit.

2.1.6.   L-OIEISS, l-OIEELISAWPSS„ l-OIEELISASPSS u l-OIEELISANSS huma standards primarji internazzjonali li minnhom l-istandards nazzjonali ta’ referenza sekondarji tas-sjeri (‘standards ta’ ħidma’) għandhom jiġu stabbiliti għal kull test imsemmi fil-punt 2.1.1 f’kull Stat Membru.

2.2.   Analiżijiet ta’ immuno-assorbiment enzimatiċi (ELISAs) jew analiżijiet oħra ta’ agglutinazzjoni għas-sejbien ta’ bruċellożi bovina fis-serum jew fil-ħalib.

2.2.1.   Materjali u reaġenti

It-teknika użata u l-interpretazzjoni tar-riżultati għandhom ikunu ġew validati skont il-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu 1.1.4 tal-Manwal tal-OIE ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Tilqim għall-Annimali tal-Art, is-Sitt Edizzjoni, 2008, u għandha tinkludi għall-inqas studji djanjostiċi u tal-laboratorju.

2.2.2.   Standardizzazzjoni tat-test

2.2.2.1.   Standardizzazzjoni tal-proċedura tat-test għal kampjuni individwali tas-serum:

(a)

predilwizzjoni ta’ 1/150 (1) tal-OIEISS jew predilwizzjoni ta’ 1/2 tal-OIEELISAWPSS jew predilwizzjoni ta’ 1/16 tal-OIEELISASPSS magħmula b’serum negattiv (jew f’taħlita ta’ seri negattivi) għandha tagħti reazzjoni pożittiva;

(b)

predilwizzjoni ta’ 1/600 tal-OIEISS jew predilwizzjoni ta’ 1/8 tal-OIEELISAWPSS jew predilwizzjoni ta’ 1/64 tal-OIEELISASPSS magħmula f’serum negattiv (jew f’taħlita ta’ seri negattivi) għandha tagħti reazzjoni negattiva;

(ċ)

l-OIEELISANSS għandha dejjem tagħti reazzjoni negattiva.

2.2.2.2.   Standardizzazzjoni tal-proċedura tat-test tat-taħlit ta’ kampjuni tas-serum:

(a)

predilwizzjoni ta’ 1/150 tal-OIEISS jew predilwizzjoni ta’ 1/2 tal-OIEELISAWPSS jew predilwizzjoni ta’ 1/16 tal-OIEELISASPSS magħmula f’serum negattiv (jew f’taħlita ta’ seri negattivi) u dilwita mill-ġdid ma’ seri negattivi għal numru ta’ drabi daqs dak tal-kampjuni li jagħmlu t-taħlita għandha tagħti reazzjoni pożittiva;

(b)

l-OIEELISANSS għandha dejjem tagħti reazzjoni negattiva;

(ċ)

it-test għandu jkun adegwat biex isib evidenza ta’ infezzjoni f’annimal wieħed mill-grupp ta’ annimali, li l-kampjuni tagħhom tas-serum kienu ġew imħallta.

2.2.2.3.   Standardizzazzjoni tal-proċedura tat-test għal ħalib imħallat jew ta’ xorrox:

(a)

predilwizzjoni ta’ 1/1 000 tal-OIEISS jew predilwizzjoni ta’ 1/16 tal-OIEELISAWPSS jew predilwizzjoni ta’ 1/125 tal-OIEELISASPSS magħmula f’serum negattiv (jew f’taħlita ta’ seri negattivi) u dilwita mill-ġdid għal 1/10 f’ħalib negattiv għandha tagħti reazzjoni pożittiva;

(b)

l-OIEELISANSS dilwita għal 1/10 f’ħalib negattiv għandha dejjem tagħti reazzjoni negattiva;

(ċ)

it-test għandu jkun adegwat biex isib l-infezzjoni f’annimal wieħed mill-grupp ta’ annimali, li l-kampjuni tal-ħalib u tax-xorrox tagħhom ikunu ġew imħallta.

2.2.3.   Kundizzjonijiet għall-użu tal-ELISAs għad-dijanjożi tal-bruċellożi bovina:

2.2.3.1.   Fl-użu tal-kundizzjonijiet ta’ kalibrazzjoni għall-ELISAs stabbiliti fil-punti 2.2.2.1 u 2.2.2.2 fuq il-kampjuni tas-serum, is-sensittivita’ dijanjostika tal-ELISA għandha tkun daqs jew akbar mir-RBT jew CFT filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika li fiha tiġi użata.

2.2.3.2.   Fl-użu tal-kundizzjonijiet ta’ kalibrazzjoni għall-ELISA stabbiliti fil-punt 2.2.2.3 fuq it-taħlita ta’ kampjuni tal-ħalib, is-sensittivita’ dijanjostika tal-ELISA għandha tkun daqs jew akbar mill-MRT filwaqt li titiqies mhux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika iżda wkoll is-sistemi ta’ trobbija medji u estremi mistennija.

2.2.3.3.   Meta l-ELISAs jintużaw għall-għanijiet ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) jew għall-istabbiliment jew iż-żamma tal-istatus ta’ merħla skont l-Anness A(II)(10), it-taħlit tal-kampjuni tas-serum għandu jsir b’tali mod li r-riżultati tat-test ikunu jistgħu jiġu bla dubju relatati mal-annimali individwali inklużi fit-taħlita. Kull test ta’ konferma għandu jsir fuq il-kampjuni ta’ serum meħuda mill-annimali individwali.

2.2.3.4.   L-ELISAs jistgħu jintużaw fuq kampjun ta’ ħalib meħud mill-ħalib miġbur minn razzett b’għall-inqas 30 % tal-baqar tal-ħalib ikollhom il-ħalib. Jekk jintuża dan il-metodu, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-kampjuni meħuda għall-eżaminazzjoni jistgħu jiġu mingħajr dubju relatati mal-annimali individwali li minnhom ikun oriġina l-ħalib. Kull test ta’ konferma għandu jsir fuq kampjuni ta’ serum meħuda mill-annimali individwali.

2.3.   Test ta’ fissazzjoni kumplimentari (CFT)

2.3.1.   L-antiġenu jirrappreżenta sospensjoni ta’ batterji f’soluzzjoni fenol-salina (NaCl 0.85 % (m/v) u fenol b’0.5 % (v/v)) jew f’ilqugħ veronali. L-antiġeni jistgħu jitwasslu fl-istat konċentrat sakemm il-fattur ta’ dilwizzjoni li għandu jintuża jiġi indikat fuq it-tikketta tal-flixkun. L-antiġenu għandu jinħażen f’4 °C u mhux iffriżat.

2.3.2.   Is-seri għandhom jiġu inattivati kif ġej:

serum tal-bovini: 56 sa 60 °C għal 30 sa 50 minuta,

serum tal-ħnieżer: 60 °C għal 30 sa 50 minuta.

2.3.3.   Sabiex issir ir-reazzjoni ġenwina fil-proċedura tat-test, għandha tintuża doża kumplimentari ogħla mill-minimu meħtieġ għal emoliżi totali.

2.3.4.   Sabiex isir it-test ta’ fissazzjoni kumplimentari, il-kontrolli li ġejjin għandhom isiru kull darba:

(a)

kontroll tal-effett antikumplimentari tas-serum;

(b)

kontroll tal-antiġenu;

(ċ)

kontroll taċ-ċelluli ħomor tad-demm issensibilizzati;

(d)

kontroll tal-komplement;

(e)

kontroll bl-użu ta’ serum pożittiv ta’ sensittività fil-bidu tar-reazzjoni;

(f)

kontroll tal-ispeċifiċità tar-reazzjoni bl-użu ta’ serum negattiv.

2.3.5.   Kalkolu tar-riżultati

L-OIEISS fih 1 000 unità internazzjonali ta’ CFT (ICFTU) għal kull ml. Jekk l-OIEISS jiġi ttestjat b’metodu partikolari r-riżultat jingħata bħala titrazzjoni (jiġifieri l-ogħla dilwizzjoni diretta tal-OIEISS li tagħti 50 % ta’ emoliżi, TOIEISS). Ir-riżultat tat-test għall-kampjun tas-serum mogħti bħala titrazzjoni (TTESTSERUM) għandu jiġi espress f’ICFTU għal kull ml. Biex tiġi konvertita l-espressjoni ta’ titrazzjoni f’ICFTU, il-fattur (F) meħtieġ għall-konverżjoni ta’ titrazzjoni tal-kampjun tas-serum mhux magħruf (TTESTSERUM) ittestjat b’dak il-metodu fl-espressjoni ICFTU jista’ jinstab mill-formula:

F = 1 000 × 1/TOIEISS

u l-kontenut ta’ unitajiet internazzjonali ta’ CFT għal kull ml ta’ kampjun ta’ serum (ICFTUTESTSERUM) mill-formula:

ICFTUTESTSERUM = F × TTESTSERUM

2.3.6.   Interpretazzjoni tar-riżultati

Serum li jkun fih 20 ICFTU jew aktar għal kull ml jitqies bħala pożittiv.

2.4.   Test taċ-ċirku fuq il-ħalib (MRT)

2.4.1.   L-antiġenu jirrappreżenta sospensjoni ta’ batterji f’soluzzjoni fenol-salina (NaCl 0.85 % (m/v) u fenol b’0.5 % (v/v)) imtebba’ b’ematossilina. L-antiġenu għandu jinħażen f’4 °C u mhux iffriżat.

2.4.2.   Is-sensittività tal-antiġenu għandha tiġi standardizzata b’rabta mal-OIEISS b’tali mod li l-antiġenu jipproduċi reazzjoni pożittiva f’dilwizzjoni ta’ 1/500 tal-OIEISS fil-ħalib negattiv, waqt li dilwizzjoni ta’ 1/1 000 għandha tkun negattiva.

2.4.3.   It-test taċ-ċirku għandu jsir fuq kampjuni li jirrappreżentaw il-kontenuti ta’ kull mastella tal-ħalib jew il-kontenut ta’ kull tank kbir mir-razzett.

2.4.4.   Il-kampjuni tal-ħalib ma’ għandhomx ikunu ġew iffriżati, imsaħħna jew suġġetti għal ċaqliq qawwi.

2.4.5.   Ir-reazzjoni għandha titwettaq bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

fuq kolonna ta’ ħalib ta’ mill-inqas 25 mm għoli u volum ta’ ħalib ta’ 1 ml li miegħu jkunu ġew miżjuda jew 0.03 ml jew 0.05 ml ta’ wieħed mill-antiġeni mtebba’ standardizzati,

fuq kolonna ta’ ħalib ta’ mill-inqas 25 mm għoli u volum ta’ ħalib ta’ 2 ml li miegħu jkunu ġew miżjuda 0.05 ml ta’ wieħed mill-antiġeni mtebba’ standardizzati,

fuq volum ta’ ħalib ta’ 8 ml li miegħu jkunu ġew miżjuda 0.08 ml ta’ wieħed mill-antiġeni mtebba’ standardizzati.

2.4.6.   It-taħlita tal-ħalib u l-antiġeni għandha tiġi inkubata f’37 °C għal 60 minuta, flimkien mal-istandards ta’ ħidma pożittivi u negattivi. Inkubazzjoni sussegwenti ta’ 16 sa 24 siegħa f’4 °C iżżid is-sensittività tat-test.

2.4.7.   Interpretazzjoni tar-riżultati:

(a)

reazzjoni pożittiva: ħalib ikkulurit, krema bla kulur;

(b)

reazzjoni pożittiva:

ħalib u krema kkuluriti b’mod identiku, jew

ħalib bla kulur u krema kkulurita.

2.5.   Test tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat (it-test Rose Bengal (RBT))

2.5.1.   L-antiġenu jirrappreżenta sospensjoni ta’ batterji f’dilwit tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat b’pH ta’ 3.65 ± 0.05, imtebba’ bl-użu tal-kolorant tar-rose Bengal. L-antiġenu għandu jitwassal lest għall-użu u għandu jinħażen f’4 °C u mhux iffriżat.

2.5.2.   L-antiġenu għandu jiġi ppreparat mingħajr referenza għall-konċentrazzjoni taċ-ċelluli, iżda s-sensittività tiegħu għandha tiġi standardizzata skont l-OIEISS b’tali mod li l-antiġenu jipproduċi reazzjoni pożittiva b’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1/45 u reazzjoni negattiva b’dilwizzjoni ta’ 1/55.

2.5.3.   Ir-RBT għandu jitwettaq bil-mod li ġej:

(a)

serum (20-30 μl) huwa mħallat ma’ volum ekwivalenti ta’ antiġenu fuq maduma bajda jew platt tal-iżmalt biex tiġi prodotta żona ta’ madwar 2 cm bħala dijametru. It-taħlita tiġi mħallta bil-mod għal erba’ minuti f’temperatura tal-ambjent, u mbagħad osservata f’dawl tajjeb għall-agglutinazzjoni;

(b)

jista’ jintuża metodu awtomatizzat iżda għandu jkun sensittiv u preċiż għall-anqas daqs il-metodu manwali.

2.5.4.   Interpretazzjoni tar-riżultati

Kull reazzjoni viżibbli għandha titqies li hija pożittiva, sakemm ma jkunx hemm nixfa żejda mat-trufijiet.

L-istandards ta’ ħidma pożittivi u negattivi għandhom jiġu inklużi f’kull serje ta’ testijiet.

2.6.   Test ta’ agglutinazzjoni tas-serum (SAT)

2.6.1.   L-antiġenu jirrappreżenta sospensjoni ta’ batterji f’soluzzjoni fenol-salina (NaCl 0.85 % (m/v) u fenol b’0.5 % (v/v)).

Formaldeide ma għandux jintuża.

L-antiġeni jistgħu jitwasslu fl-istat konċentrat sakemm il-fattur ta’ dilwizzjoni li għandu jintuża jiġi indikat fuq it-tikketta tal-flixkun.

Jista’ jiżdied l-EDTA mas-sospensjoni tal-antiġeni ma’ 5 mM tad-dilwizzjoni finali tat-test biex jitnaqqas il-livell ta’ pożittivi foloz fit-test ta’ agglutinazzjoni tas-serum. Sussegwentement il-pH ta’ 7.2 għandu jiġi aġġustat mill-ġdid fis-sospensjoni tal-antiġenu.

2.6.2.   L-OIEISS fih 1 000 unità internazzjonali ta’ agglutinazzjoni.

2.6.3.   L-antiġenu għandu jiġi ppreparat mingħajr referenza għall-konċentrazzjoni taċ-ċelluli, iżda s-sensittività tiegħu għandha tiġi standardizzata b’rabta mal-OIEISS b’tali mod li l-antiġenu jipproduċi jew 50 % ta’ agglutinazzjoni b’dilwizzjoni finali tas-serum ta’ 1/600 sa 1/1 000 jew 75 % ta’ agglutinazzjoni b’dilwizzjoni finali tas-serum ta’ 1/500 sa 1/750.

Għandu mnejn ikun rakkomandabbli wkoll li titqabbel ir-reattività ta’ gruppi ta’ antiġeni ġodda ma’ dik ta’ gruppi standardizzati minn qabel billi jintuża pakket ta’ seri definiti.

2.6.4.   It-test għandu jsir jew f’tubi jew f’mikropjastri. It-taħlita tal-antiġenu u d-dilwizzjonijiet tas-serum għandha tiġi inkubata għal 16 sa 24 siegħa f’37 °C.

Għall-inqas tliet dilwizzjonijiet għandhom jiġu ppreparati għal kull serum. Id-dilwizzjonijiet ta’ serum sospett għandhom isiru b’tali mod li l-qari tar-reazzjoni fil-limitu ta’ pożittività jsir fit-tubu medjan (jew fir-reċipejnt medjan jekk jintuża l-metodu tal-mikropjastri).

2.6.5.   Interpretazzjoni tar-riżultati:

Il-grad ta’ agglutinazzjoni tal-Brucella f’serum għandu jiġi espress f’IU għal kull ml.

Serum li jkun fih 30 IU jew iktar għal kull ml jitqies bħala pożittiv.

2.7.   L-analiżi bi fluworexxenza polarizzata (FPA)

2.7.1.   Il-FPA jista’ jsir f’tubi tal-ħġieġ jew f’format ta’ pjastri ta’ 96 reċipjent. It-teknika użata, l-istandardizzazzjoni u l-interpretazzjoni tagħha tar-riżultati għandhom jikkonformaw ma’ dik speċifikata fil-Kapitolu 2.4.3 (bruċellożi bovina) tal-Manwal tal-OIE ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Tilqim għall-Annimali tal-Art, is-Sitt Edizzjoni, 2008.

2.7.2.   Standardizzazzjoni tat-test

Il-FPA għandu jiġi standardizzat sabiex:

(a)

l-OIEELISASPSS u l-OIEELISAWPSS jagħtu b’mod konsistenti riżultati pożittivi.

(b)

predilwizzjoni ta’ 1/8 tal-OIEELISAWPSS jew predilwizzjoni ta’ 1/64 tal-OIEELISASPSS magħmula f’serum negattiv (jew f’taħlita ta’ seri negattivi) dejjem tagħti reazzjoni negattiva;

(ċ)

l-OIEELISANSS dejjem tagħti reazzjoni negattiva.

Dan li ġej għandu jiġi inkluż f’kull grupp ta’ testijiet: serum pożittiv b’mod qawwi, serum pożittiv b’mod dgħajjef, serum ta’ standard ta’ ħidma negattiv (kalibrat mas-Sera Standard ELISA tal-OIE).

3.   TESTIJIET KUMPLIMENTARI

3.1.   Test tal-bruċellożi fil-ġilda (BST)

3.1.1.   Kundizzjonijiet għall-użu tal-BST

(a)

It-test tal-bruċellożi fil-ġilda ma’ għandux jintuża għall-għan ta’ ċertifikazzjoni għall-kummerċ intra-Komunitarju.

(b)

It-test tal-bruċellożi fil-ġilda huwa wieħed mill-aktar testijiet speċifiċi għas-sejbien tal-bruċellożi fl-annimali mhux imlaqqma; madankollu ma għandhiex issir dijanjożi fuq il-bażi ta’ reazzjonijiet intradermali pożittivi biss.

(c)

L-annimali bovini, li jipproduċu riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet seroloġiċi definti f’dan l-Anness u li jirreaġixxu b’mod pożittiv għall-BST għandhom jitqiesu bħala infettati jew jiġu ssuspettati li huma infettati.

(d)

L-annimali bovini, li jipproduċu riżultat pożittiv f’wieħed mit-testijiet seroloġiċi definiti f’dan l-Anness jistgħu jkunu suġġetti għall-BST biex tiġi sostnuta l-interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet seroloġiċi; b’mod partikolari fejn f’merħliet bovini uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi jew ħielsa mill-bruċellożi ma tistax tiġi eskluża reazzjoni inkroċjata kontra antikorpi oħra.

3.1.2.   It-test għandu jsir permezz ta’ preparazzjoni standardizzata u definita ta’ allerġen kontra l-bruċellożi li ma jkunx fiha antiġenu ta’ lipopolysaccharide (LPS) lixx, minħabba li dan jista’ joħloq reazzjonijiet infjammatorji mhux speċifiċi jew ifixkel it-testijiet seroloġiċi sussegwenti.

Ir-rekwiżiti għall-produzzjoni tal-bruċellina għandhom jikkonformaw mat-Taqsima C1 tal-Kapitolu 2.4.3 tal-Manwal tal-OIE ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Tilqim għall-Annimali tal-Art, is-Sitt Edizzjoni, 2008.

3.1.3.   Proċedura tat-test

3.1.3.1.   Il-volum ta’ 0.1 ml ta’ allerġen kontra l-bruċellożi għandu jiġi injettat fil-ġilda fit-tinja tad-denb, fil-ġilda tal-ġenb, jew fil-ġemb tal-għonq.

3.1.3.2.   It-test għandu jinqara wara 48 sa 72 siegħa.

3.1.3.3.   Il-ħxuna tal-ġilda fil-punt tal-injezzjoni għandha titkejjel bil-kaliper vernier qabel l-injezzjoni u waqt ir-rieżaminazzjoni.

3.1.3.4.   Interpretazzjoni tar-riżultati:

Ir-reazzjonijiet qawwija jiġu faċilment rikonoxxuti min-nefħa u mill-ebusija lokali.

Ħxuna tal-ġilda ta’ 1.5 sa 2 mm għandha titqies bħala reazzjoni pożittiva għall-BST.

3.2.   Test ta’ immunoassorbiment enzimatiku kompetittiv (cELISA)

3.2.1.   Kundizzjonijiet għall-użu ta’ cELISA

It-test cELISA ma’ għandux jintuża għall-għan ta’ ċertifikazzjoni tal-kummerċ intra-Komunitarju.

L-annimali bovini, li jipproduċu riżultat pożittiv f’wieħed mit-testijiet seroloġiċi definiti f’dan l-Anness jistgħu jkunu suġġetti għat-test cELISA biex tiġi sostnuta l-interpretazzjoni tar-riżultati l-oħra tat-testijiet seroloġiċi; b’mod partikolari fejn fil-merħliet bovini uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi jew ħielsa mill-bruċellożi ma tistax tiġi eskluża reazzjoni inkroċjata kontra antikorpi oħra jew biex jiġu eliminati reazzjonijiet dovuti għal antikorpi residwali prodotti f’rispons għat-tilqim b’S19.

3.2.2.   Proċedura tat-test

It-test għandu jitwettaq skont il-preskrizzjoni fit-Taqsima B(2) tal-Kapitolu 2.4.3 tal-Manwal tal-OIE ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Tilqim għall-Annimali tal-Art, is-Sitt Edizzjoni, 2008.”

2.   

Istituzzjonijiet statali u laboratorji ta’ referenza nazzjonali

“4.1.   Dmirijiet u responsabbiltajiet

Laboratorji ta’ referenza nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 6a għandhom ikunu responsabbli għal dan li ġej:

(a)

l-approvazzjoni tar-riżultati tal-istudji ta’ validazzjoni li juru l-affidabilità tal-metodu tat-test użat fl-Istat Membru;

(b)

l-iffissar tan-numru massimu ta’ kampjuni li għandhom jiġu mħallta fit-tagħmir tal-ELISA użat;

(ċ)

il-kalibrazzjoni tal-istandards ta’ ħidma kif imsemmija fil-punt 2.1.6;

(d)

il-kontroll ta’ kwalità tal-gruppi kollha ta’ antiġeni u ta’ tagħmir tal-ELISA użati fl-Istat Membru;

(e)

li jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet tal-laboratorju ta’ referenza Komunitarju għall-bruċellożi u li jkun hemm kooperazzjoni miegħu.”


(1)  Għall-għan ta’ dan l-Anness, id-dilwizzjonijiet mogħtija għall-produzzjoni ta’ reaġenti likwidi huma espressi, pereżempju, bħala dilwizzjoni ta1 f’150.


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Diċembru 2008

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' weraq ta' Morinda citrifolia bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8108)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2008/985/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Novembru 2004 Baker & McKenzie f'isem Morinda Inc. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju biex tqiegħed il-weraq ta' Morinda citrifolia fis-suq bħala ingredjent ġdid għall-ikel.

(2)

Fit-30 ta’ Novembru 2005 l-korp kompetenti għall-valutazzjoni tal-ikel tal-Belġju ħareġ ir-rapport inizjali tiegħu ta' valutazzjoni. F'dak ir-rapport wasal għall-konklużjoni li kien hemm l-obbligu ta' valutazzjoni addizzjonali.

(3)

Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport inizjali ta' valutazzjoni lill-Istati Membri kollha fil-21 ta' Marzu 2006.

(4)

Uħud mill-Istati Membri qajmu mistoqsijiet addizzjonali dwar is-sigurtà tal-weraq ta' Morinda citrifolia.

(5)

Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà Alimentari (EFSA) ġiet ikkonsultata fl-14 ta' Novembru 2006.

(6)

Fl-10 ta' Lulju 2008, l-EFSA adottat l-“Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti tad-dieta, in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji fuq talba tal-Kummissjoni marbuta mas-sigurtà tal-weraq ta' Morinda citrifolia L.”.

(7)

Fl-opinjoni l-Bord wasal għall-konklużjoni li l-użu tal-weraq imnixxef jew inkaljat ta' Morinda citrifolia għall-preparazzjonijiet ta' infużjonijiet fil-livelli antiċipati ta' ġrigħ huwa bla periklu.

(8)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-weraq imnixxef jew inkaljat ta' Morinda citrifolia jikkonformaw mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nu 258/97.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-weraq imnixxef jew inkaljat ta' Morinda citrifolia kif speċifikati fl-Anness jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità bħala ingredjent ġdid tal-ikel għall-preparazzjonijiet ta' infużjonijiet.

Artikolu 2

L-isem tal-ingredjent ġdid tal-ikel awtorizzat b'din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li jinsab fihom għandu jkun “weraq Noni” jew “weraq ta' Morinda citrifolia”.

Artikolu 3

Il-weraq imnixxef jew inkaljat ta' Morinda citrifolia għandhom jintużaw esklussivament għall-preparazzjoni tal-infużjonijiet. Huma għandhom jiġu ppreżentati b'tali mod li tazza ta' infużjoni għal konsum ma titħejjiex b'aktar minn 1 g tal-weraq imnixxef jew inkaljat ta' Morinda citrifolia.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Morinda Inc., 333 West River Park Drive, Provo, Utah 84604, l-Istati Uniti tal-Amerika.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.


ANNESS

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-WERAQ IMNIXXEF JEW INKALJAT TA' MORINDA CITRIFOLIA

Id-Deskrizzjoni

Wara li jinqatgħu, il-weraq Morinda citrifolia huma soġġetti għal stadji ta' tnixxif jew inkaljar. Il-prodott għandu daqs tal-partiċelli li jvarja minn weraq maqsumin għal trab mhux ipproċessat u trab fin. Għandu lewn kannella jagħti fl-aħdar jew kannella.

Il-kompożizzjoni tal-weraq imnixxef jew inkaljat ta' M. citrifolia.

L-indewwa

< 5,2 %

Il-proteina

17 sa 20 %

Il-karboidrati

55 sa 65 %

L-irmied

10 sa 13 %

Ix-xaħam

4 – 9 %

L-aċidu ossaliku

< 0,14 %

L-aċidu tanniku

< 2,7 %

5,15-dimethylmorindol

inqas minn 47 mg/kg

Rubiadin

imperċepibbli

Lucidin

imperċepibbli


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Diċembru 2008

dwar l-esklużjoni tal-antraquinone fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8133)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/986/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkunux jinsabu fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jkunu diġà qegħdin fis-suq sentejn wara n-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi qed jiġu eżaminati b’mod gradwali fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-antraquinone.

(3)

Għall-antraquinone, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew evalwati skond id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 1112/2002 u (KE) Nru 2229/2004 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawk ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri Relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Għall-antraquinone l-Istat Membru Relatur kien il-Belġju u t-tagħrif kollu rilevanti kien ippreżentat f’Settembru 2006.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-antraquinone skond l-Artikolu 24a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Abbozz tar-rapport tar-reviżjoni għal dik is-sustanza ġie rrivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fis-26 ta’ Settembru 2008 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni.

(5)

Matul l-eżaminazzjoni ta’ din is-sustanza attiva mill-Kumitat, b’kunsiderazzjoni tal-kummenti li waslu mingħand l-Istati Membri, ġie konkluż li hemm indikazzjonijiet ċari li jista’ jiġi mistenni li għandha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u b’mod partikolari id-dejta kruċjali nieqsa ma tippermettix li jiġu stipulati d-Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (id-DAK), id-Doża Akuta ta’ Referenza (id-DAR) u l-Livell(i) Aċċettabbli ta’ Espożizzjoni għall-Operaturi (il-LAEO) li ta’ min joqgħod fuqhom u valuri bħal dawn huma meħtieġa biex titwettaq l-istima tar-riskju. Barra minn dan, tħassib ieħor li ġie identifikat mill-Istat Membru relatur fir-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu huwa inkluż fir-rapport ta’ reviżjoni għas-sustanza.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tal-eżaminazzjoni tal-antraquinone u dwar jekk kienx biħsiebu jappoġġja aktar jew le s-sustanza. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li ġew investigati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib identifikat ma setax jitneħħa, u l-evalwazzjonijiet li saru fuq il-bażi tat-tagħrif ippreżentat ma wrewx li jista’ jiġi mistenni li, fil-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-antraquinone jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għalhekk l-antraquinone ma għandux jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-antraquinone jiġu rtirati fi żmien perjodu preskritt u ma jiġġeddux u li ma jingħatawx awtorizzazzjonijiet ġodda għal prodotti bħal dawn.

(9)

Kwalunkwe perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-antraquinone għandu jkun limitat għal 12-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun wieħed ieħor ta’ tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-antraquinone jistgħu jibqgħu disponibbli 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(10)

Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-antraquinone skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (4), bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-antraquinone mhux se jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-antraquinone jiġu rtirati sal-15 ta’ Ġunju 2009;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-antraquinone mhija se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)   ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)   ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(4)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Diċembru 2008

dwar l-allokazzjoni lil-Latvja ta’ jiem ta’ sajd addizzjonali fil-Baħar Baltiku fis-subdiviżjonijiet 25 u 26

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8217)

(It-test bil-Latvjan biss huwa awtentiku)

(2008/987/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1404/2007 tat-26 ta' Novembru 2007 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2008 (1), u b’mod partikolari l-punt 1.3 tal-Anness II tiegħu,

Billi:

(1)

Il-punt 1.1 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1404/2007 jispeċifika l-għadd ta’ jiem li fihom bastiment li jistad bix-xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew akbar, b’għeżula, għeżula tat-tħabbil jew pariti b’malji ta’ 90 mm jew akbar, b’konzijiet tal-qiegħ, konzijiet minbarra xolfa mitluqa mal-kurrent, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix jista’ jkun nieqes mill-port fis-subdiviżjonijiet 25-27 u 28.2 bl-eċċezzjoni tal-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta l-Artikolu 8(1)(b) tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (2).

(2)

F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 169/2008 (3), is-subdiviżjonijiet 27 u 28.2 ta’ l-ICES huma esklużi mill-ambitu ta’ ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd u minn ċerti obbligi tar-reġistrazzjoni għall-2008, b’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

(3)

Il-punt 1.3 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1404/2007 jippermetti lill-Kummissjoni biex talloka sa 4 jiem addizzjonali tas-sajd nieqsa mill-port fuq il-bażi tal-waqfiet permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li seħħew mill-1 ta' Jannar 2005.

(4)

F’Jannar 2008, il-Latvja ressqet talba f’konformità mal-Punt 1.4 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1404/2007, li fiha, b’mod partikolari, lista ta’ bastimenti Latvjanti li jistadu bl-irkapti msemmija hawn fuq u li waqfu l-attivitajiet mill-1 ta’ Jannar 2005. Il-Latvja ressqet informazzjoni supplimentari fl-4 ta' Ġunju u l-10 ta' Lulju 2008.

(5)

Skond id-database Komunitarja għat-TAC u l-Kwoti, il-Latvja skambjat 661 tunnellata mis-694 tunnellata tal-kwota tal-merluzz tagħha fis-subdiviżjoni 22-24. Il-jiem nieqsa mill-port diġà stabbiliti għal-Latvja għas-sajd fis-subdiviżjoni 22-24 huma biżżejjed għall-opportunitajiet tas-sajd li għad fadlilha, u ma hemm l-ebda ħtieġa biex jiġu allokati jiem addizzjonali għal din iż-żona.

(6)

Fid-dawl tad-dejta mressqa, jistgħu jiġu allokati lil-Latvja 4 ijiem addizzjonali flimkien mal-178 jum fuq il-baħar diġà permessi għall-bastimenti li jistadu bl-irkaptu msemmi hawn fuq, biex din tużahom fl-2008 fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 25 u 26.

(7)

Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għadd massimu ta’ jiem, kif stabbilit fil-punt 1.1 (b) tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1404/2007, li fih bastiment tas-sajd Latvjan jista’ jkun nieqes mill-port, kull sena, fis-subdiviżjonijiet 25 u 26 tal-Baħar Baltiku għandu jiżdied b’4 ijiem addizzjonali. Il-bastimenti tas-sajd li jistadu bix-xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew b’irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew akbar, b’għeżula, għeżula tat-tħabbil jew pariti b’malji ta’ 90 mm jew aktar, b’konzijiet tal-qiegħ, minbarra xolfa mitluqa mal-kurrent, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 312, 30.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(3)   ĠU L 51, 26.2.2008, p. 3.


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Olanda fil-lista ta’ Stati Membri liberi mill-marda Aujeszky u l-Ungerija fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8325)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/988/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u suwini. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jipprovdi l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll nazzjonali obbligatorji għal ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda Aujeszky. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 ta’ dik id-Direttiva jitlob id-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni ta’ Stat Membru jew reġjun bħala ħieles minn ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda Aujeszky.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) tistipula garanziji addizzjonali għal movimenti ta’ ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skond l-istat tal-marda.

(3)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda Aujeszky u fejn t-tilqim huwa pprojbit. L-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn jinsabu fis-seħħ programmi ta’ kontroll approvati għall-marda Aujeszky.

(4)

L-Olanda u l-Ungerija bagħtu dokumentazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istat tal-marda Aujeszky. Fiż-żewġ Stati Membri, kienu ġew implimentati programmi ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky għal bosta snin.

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni ppreżentata minn dawk iż-żewġ Stati Membri u sabet li l-Olanda tikkonforma mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, dak l-Istat Membru għandu jiġi inkluż fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(6)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-programm ta’ kontroll nazzjonali ppreżentat mill-Ungerija jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, l-Ungerija għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(7)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)   ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.


ANNESS

“ANNESS I

Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

AT

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

CY

Ċipru

Ir-reġjuni kollha

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Id-dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Indre, Ille-et-Vilaine, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

NL

L-Olanda

Ir-reġjuni kollha

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales

“ANNESS II

Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn jinsabu fis-seħħ programmi ta’ kontroll approvati għall-marda Aujeszky

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

BE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

ES

Spanja

It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja

It-territorju tal-provinċji ta’ León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León.

It-territorju tal-provinċja ta’ Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji

HU

L-Ungerija

Ir-reġjuni kollha

IT

L-Italja

Il-provinċja ta’ Bolzano


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Diċembru 2008

li tawtorizza lill-Istati Membri, skond id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE, biex jieħdu deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-garanziji mogħtija permezz tal-materjal riproduttiv għall-foresti li għandu jiġi importat minn ċerti pajjiżi terzi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8589)

(2008/989/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ materjal riproduttiv għall-foresti (1), u partikolarment l-Artikolu 19(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 1999/105/KE, qiegħda tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-ekwivalenza ta’ materjal riproduttiv għall-foresti f'pajjiżi terzi li tistipula l-kundizzjonijiet li taħthom materjal riproduttiv għall-foresti tal-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula” prodott f’ċerti pajjiżi terzi jista’ jiġi importat fil-Komunità. Madankollu, għal ċerti pajjiżi terzi oħra t-tagħrif disponibbli bħalissa fil-livell Komunitarju m’huwiex suffiċjenti biex jinkludi f'din id-Deċiżjoni dawk il-pajjiżi terzi. Dan hu l-każ fil-Belarus, il-Bożnja u Ħerżegovina, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u n-New Zealand.

(2)

Sabiex jiġi evitat tfixkil fit-tendenzi tal-kummerċ fl-għeluq tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/942/KE tal-21 ta’ Diċembru 2005 li tawtorizza l-Istati Membri biex jieħdu deċiżjonijiet skond id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE fuq assikurazzjonijiet li jifilħu jagħmlu fir-rigward tal-materjal riproduttiv għall-foresti prodott f'pajjiżi terzi (2), l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jieħdu deċiżjonijiet dwar jekk ċertu materjal importat minn pajjiżi terzi joffrix garanziji ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-materjal riproduttiv għall-foresti prodott fil-Komunità skond id-Direttiva 1999/105/KE.

(3)

Sabiex ikun possibbli li fil-futur ikun hemm estensjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill fuq l-ekwivalenza għall-materjal riproduttiv għall-foresta prodott f'pajjiżi terzi, lil pajjiżi terzi minbarra dawk imniżżla bid-Deċiżjoni t’hawn fuq, qiegħed jiġi mitlub perjodu ta’ żmien suffiċjenti neċessarju għall-implimentazzjoni tal-OECD Skema Internazzjonali għal Ċertifikazzjoni tal-Materjal Riproduttiv għall-Foresti Użat fil-Kummerċ Internazzjonali minn dawk il-pajjiżi terzi. Għaldaqstant, għandu jkun xieraq li l-perjodu ta’ validità ta’ din id-Deċiżjoni jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun twil biżżejjed biex jippermetti li kull riskju ta’ tfixkil fl-importazzjonijiet fl-Istati Membri ikun evitat.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri huma awtorizzati jiddeċiedu fir-rigward tal-pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness, u fir-rigward tal-ispeċi, il-kategoriji u t-tipi tal-materjal bażiku stipulati fih jekk il-materjal riproduttiv għall-foresti prodott f’dawk il-pajjiżi jiflaħx għall-garanziji ekwivalenti fir-rigward tal-approvazzjoni tal-materjal bażiku tiegħu u l-miżuri meħuda għall-produzzjoni tiegħu bil-ħsieb li jitqiegħed fis-suq bħall-materjal riproduttiv għall-foresti prodott fil-Komunità u li hu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/105/KE.

Il-materjal riproduttiv għall-foresti Limniżżel fl-Anness għandu jkun akkumpanjat b’ċertifikat ewlieni jew ċertifikat uffiċjali maħruġ mill-pajjiż tal-oriġini u reġistri li għandu jkollhom dettalji tal-konsenji kollha li se jiġu esportati, għandhom jiġu pprovduti mill-fornitur fil-pajjiż terz.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom javżaw b’mod immedjat lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjonijiet meħuda skond din id-Deċiżjoni, u ta’ kwalunkwe rtirar ta’ deċiżjonijiet bħal dawn.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.

(2)   ĠU L 342, 24.12.2005, p. 92.


ANNESS

Pajjiż tal-oriġini

Speċi

Kategorija

Tip ta' materjal bażiku

Il-Belarus

Picea abies Karst.

SI

SS, St

Il-Bożnja u Ħerżegovina

Pinus nigra Arnold

SI

SS, St

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Abies alba Mill.

SI

SS, St

New Zealand

Pinus radiata D. Don

SI

SS, St

Tifsira:

Kategorija.

SI

Sors Identifikat

Tip ta’ materjal bażiku

SS

Sors taż-Żerriegħa

St

Siġar sfieq


Bank Ċentrali Ewropew

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/58


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Diċembru 2008

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2009

(BĊE/2008/20)

(2008/990/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, partikolarment l-Artikolu 106(2),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġa mill-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ’l quddiem ‘l-Istati Membri parteċipanti’).

(2)

Id-deroga favur is-Slovakkja msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta' l-Adeżjoni ta’ l-2003 hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(3)

Il-15-il Stat Membru parteċipanti ta’ bħalissa u s-Slovakkja ppreżentaw għall-approvazzjoni tal-BĊE l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu fl-2009, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija ta’ tbassir,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu fl-2009

Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu mill-Istati Membri parteċipanti fl-2009 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

(miljuni f’EUR)

 

Ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta’ muniti ta’ kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2009

Il-Belġju

105,4

Il-Ġermanja

632,0

L-Irlanda

65,5

Il-Greċja

85,7

Spanja

390,0

Franza

252,5

L-Italja

234,3

Ċipru

22,5

Il-Lussemburgu

42,0

Malta

15,4

L-Olanda

68,5

L-Awstrija

216,0

Il-Portugall

50,0

Is-Slovenja

27,0

Is-Slovakkja

131,0

Il-Finlandja

60,0

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 11 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)   ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.


Tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/59


DEĊIŻJONI Nru 3/2008 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE

tal-15 ta' Diċembru 2008

biex jiġu adottati emendi għall-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija

(2008/991/KE)

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri ta' l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“il-AKP”) min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju tas-sena 2000 u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE”) (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 15.3, 81 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Kooperazzjoni Finanzjarja ta' l-AKP-KE

Billi:

(1)

Sabiex titjieb l-effiċjenza u tkun promossa l-armoniżazzjoni, serje ta' dispożizzjonijiet ġew inkorporati fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE fir-rigward ta' proċeduri ta' ġestjoni u implimentazzjoni. Madanakollu, id-dispożizzjonijiet fl-Anness IV li jikkonċernaw it-tqassim u l-prestazzjoni ta' kuntratti baqgħu taħt diskussjoni.

(2)

L-iffirmar tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE rivedut, fil-25 ta' Ġunju 2005 kien akkompanjat minn Dikjarazzjoni nru VIII, taħt it-titolu “Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 19a ta' Anness IV”, li tgħid “Il-Kunsill tal-Ministri ser jeżamina, skond l-Artikolu 100 tal-Ftehim ta’ Kotonù, id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness IV dwar l-għoti u l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti bil-ħsieb li dawn jiġu adottati qabel ma jidħol fis-seħħ il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta’ Kotonù.”

(3)

It-test għall-Artikolu ġdid 19c li jieħu post l-Artikoli 21, 23, 25, 27, 28 u 29 ta' l-Anness IV tilħaq l-għanijiet ta' simplifikazzjoni, kjarifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċeduri ta' ksib u l-proċeduri ta' ġestjoni li jirregolaw il-kuntratti li huma ffinazjati mill-Komunità Ewropea.

(4)

Għalhekk huwa f'loku li l-Anness IV tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE jiġi emendat kif xieraq,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Aness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikoli 21, 23, 25, 27, 28 u 29 għandhom jiġu mħassra;

(2)

L-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal:

“Artikolu 19c

Għoti ta' kuntratti, ta' għotjiet u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti

1.   Ħlief għad-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 26, kuntratti u għotjiet għandhom jingħataw u jkunu implimentati skond ir-regoli tal-Komunità u, minn barra f'każijiet speċifiċi mfissrin f'dawn ir-regoli, skond il-proċeduri standard u d-dokumentazzjoni stipulati u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-fini ta' l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u li kieni fis-seħħ fiż-żmien meta l-proċedura msemmija bdiet tintuża.

2.   F′ġestjoni deċentraliżżatta, fejn evalwazzjoni konġunta turi li l-proċeduri wżati għat-tqassim tal-kuntratti u għotjiet fl-Istat AKP jew fir-reġjun li jirċievi jew il-proċeduri approvati mill-fornituri tal-fondi, huma skond il-prinċipji tat-trasparenza, tal-propozjonalità, tat-trattament ugwali, ta' kontra d-diskriminazzjoni u li jipprekludu kull tip ta' konflitt ta' interessi, il-Kummissjoni għandha tuża dawn il-proċeduri, b'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi u bla ħsara għall-Artikolu 26, b'rispett sħiħ lejn ir-regoli li jirregolaw l-awtorità tagħha f'dan il-qasam.

3.   L-Istat AKP jew ir-reġjun reċipjent huwa responsabbli li jiċċekkja, b'mod regolari, li l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond ġew implimentati kif suppost, li jieħu l-miżuri neċessarji biex jostakola l-ksur tar-regoli u l-frodi, u, jekk neċessarju, jieħu passi legali biex jirkupra fondi li tħallsu bla bżonn.

4.   F′ġestjoni deċentraliżżata, il-kuntratti jiġu negozjati, stabbiliti, iffirmati u eżegwiti mill-Istati AKP. Iżda, dawn l-Istati jistgħu jsejħu lill-Kummissjoni biex tinnegozja, tistabbilixxi, tiffirma u teżegwixxi kuntratti hi f'isimhom.

5.   B'konformità mal-impenn imsemmi fl-Artikolu 50 ta' dan il-Ftehim, kuntratti u għotjiet iffinanzjati minn riżorsi tal-Fond se jinħadmu skond standards bażiċi internazzjonali fil-qasam tal-liġi dwar ix-xogħol.

6.   Grupp espert ta' rappreżentanti tas-Segretarjat tal-Grupp ta' l-Istati AKP u l-Kummissjoni se jingħaqad biex jidentifika, fuq talba ta' wieħed jew aktar mill-partijiet, kwalunkwe tibdil li huwa f'loku u biex jipproponi emendi u titjib fir-regoli u l-proċeduri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

Dan il-grupp se jressaq rapport perjodiku, lil Kumitat ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp Finanzjaru AKP-KE biex jassistih f'xogħlu li jeżamina l-problemi marbutin ma' l-implimentazzjoni ta' l-iżvilupp ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni u jipproponi miżuri approprjati”.

Artikolu 2

Il-proċedura għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni preżenti fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-KE għandha tkun proċedura bil-miktub.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE b'delega, għall-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

P. SELLAL


(1)   ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/61


Informazzjoni fuq id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni li temenda l-Anness IV tal-ftehim ta' Sħubija AKP-KE

Id-Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tal-15 ta’ Diċembru 2008 biex jiġu adottati l-emendi għall-Anness IV tal-Ftehim ta’ Sħubija daħlet fis-seħħ fil-15 ta’ Diċembru 2008, b’segwitu għal proċedura bil-miktub bejn iż-żewġ partijiet (1).


(1)  Ara paġna 59 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/62


Il-Komunità Ewropea u l-Antigwa u l-Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliże, id-Dominika, ir-Repubblika Dominikana, il-Grenada, il-Guyana, il-Ġamajka, San Kitts u Nevis, Santa Luċija, San Vinċenz u l-Grenadin, is-Surinam, it-Trinidan u Tobago nnotifikaw dwar l-ikkompletar tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżjorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), skont l-Artikolu 243 ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement il-Ftehim ser japplika proviżorjament mid-29 ta' Diċembru 2008. F'din id-data, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1528/2007, il-Protokoll I tal-Ftehim dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti li joriġinaw” ser jieħu l-preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness II ta' tali Regolament. Fl-istess data, skont l-Artikolu 5.5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 l-proċeduri ta' sospensjoni temporanja mniżżlin fil-paragrafi 2 sa 4 tal-Artikolu 5 għandhom jiġu preċeduti minn dawk li jinsabu fl-Artikolu 20 tal-Ftehim.


(1)   ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.


Corrigendum

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/63


Rettifika għad-Deċiżjoni 2007/792/KE tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tas-26 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/446/KE li tistabbilixxi terminu perentorju għall-impenn tal-fondi tad-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF)

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 320, 6 ta' Diċembru 2007 )

Ir-rettifika ppubblikata f'ĠU L 43, 19.2.2008, p. 40, hija b'din mħassra u ma teħtieġ ebda sostituzzjoni.


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.