ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
20 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1299/2008 tad-9 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2009, il-prezzijiet ta’ gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd konformement mar-Regolament (KE) Nru 104/2000

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokk ta’ aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1302/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar id-dejtabejż ċentrali tal-esklużjoni

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1303/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 983/2008 li jadotta l-pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta’ riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2008 tad-19 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli mill-projbizzjoni tal-ħruġ stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ( 1 )

28

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1305/2008 tad-19 ta' Diċembru 2008 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Maroilles jew Marolles (DPO)]

30

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1306/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2009

35

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1307/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2009

37

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1308/2008 tad-19 ta' Diċembru 2008 li jiffissa l-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat ta' ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2009

41

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1309/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 li jiffissa l-prezzijiet ta’ rtirar u bejgħ tal-Komunità għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2009

42

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1310/2008 tad-19 ta' Diċembru 2008 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2009

52

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1311/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 li jiffissa l-ammont tal-għajnuna li tinġieb ′il quddiem u l-għajnuna b'rata uniformi għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2009

54

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1312/2008 tad-19 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-rati ta’ konverżjoni, l-ispejjeż ta’ l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għall-istadji varji ta’ l-ipproċessar tar-ross (Verżjoni kodifikata)

56

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1313/2008 tad-19 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 501/2008 dwar modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta’ tagħrif u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

61

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1314/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 li jemenda għall-102 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

64

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru ta' l-2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

66

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1316/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd

68

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1317/2008 tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

70

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1318/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur u allokata lill-Istati Uniti ta' l-Amerika

72

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2008 tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

73

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1320/2008 tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fit-Turkija

75

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Diċembru 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

76

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/125/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol bħala sustanzi attivi ( 1 )

78

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta sustanzi attivi ( 1 )

89

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/965/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2008 dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2009 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7667)

112

 

 

2008/966/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2008 li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, lista inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8066)

117

 

 

2008/967/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2008 li tikkonċerna n-nuqqas tal-inklużjoni tal-monossidu tal-karbonju fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8077)  ( 1 )

121

 

 

2008/968/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ żejt għani bl-aċtu arakidoniku minn Mortierella alpina bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8080)

123

 

 

2008/969/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija għall-użu mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi

125

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2008/970/PESK

 

*

Deċiżjoni EUPOL COPPS/1/2008 tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani

139

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1299/2008

tad-9 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2009, il-prezzijiet ta’ gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd konformement mar-Regolament (KE) Nru 104/2000

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 26(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprevedu li għandu jiġi ffissat prezz ta’ gwida u prezz tal-produzzjoni tal-Komunità għal kull sena ta’ sajd biex ikunu stabbiliti l-livelli tal-prezzijiet għall-intervent sabiex jitqegħdu fis-suq ċerti prodotti tas-sajd.

(2)

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jesiġi li l-prezz ta’ gwida jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti u gruppi ta’ prodotti elenkati fil-lista fl-Anness I u II ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Fuq il-bażi tad-dejta kurrenti disponibbli fuq il-prezzijiet tal-prodotti kkonċernati u fuq il-kriterji msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ gwida għandu jiżdied, jinżamm, jew jitnaqqas għas-sena tas-sajd 2009, skond l-ispeċijiet.

(4)

L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jeħtieġ jiġi kkalkolat l-prezz Komunitarju tal-produtturi għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fil-lista fl-Anness III ma’ dak ir-Regolament. Huwa xieraq li jiġi stabbilit prezz Komunitarju tal-produtturi għal wieħed minn dawk il-prodotti u li jiġi kkalkolat il-prezz Komunitarju tal-produtturi għall-oħrajn permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 802/2006 tat-30 ta’ Mejju 2006 li jiffissa l-fatturi ta’ konverżjoni applikabbli għall-ħut tal-ġenera Thunnus u Euthynnus (2).

(5)

Fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) u fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz Komunitarju tal-produtturi għas-sena tas-sajd 2009 għandu jiġi aġġustat.

(6)

Fid-dawl ta’ l-urġenza tal-każ, huwa importanti li tiġi permessa eċċezzjoni għall-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 1(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-prezz ta’ gwida kif previst fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għas-sena tas-sajd mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-prezz Komunitarju tal-produtturi kif previst fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fisseħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. BUSSEREAU


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 144, 31.5.2006, p. 15.


ANNESS I

Annessi

Speċi

Prodotti msemmija fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Preżentazzjoni Kummerċjali

Prezz ta’ gwida

(EUR/tunnellata)

I

1.

Aringi ta’ l-ispeċi Clupea harengus

Ħut sħiħ

281

2.

Sardin ta’ l-ispeċi Sardina pilchardus

Ħut sħiħ

574

3.

Mazzola Griża (Squalus acanthias)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 112

4.

Gattarell (Scyliorhinus spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

725

5.

Redfish (Sebastes spp.)

Ħut sħiħ

1 200

6.

Merluzz ta’ l-ispeċi Gadus morhua

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 655

7.

Pollakkju (Pollachius virens)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

776

8.

Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 038

9.

Merlangu (Merlangius merlangus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

955

10.

Linarda (Molva spp)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 214

11.

Kavall ta’ l-ispeċi Scomber scombrus

Ħut sħiħ

323

12.

Kavall ta’ l-ispeċi Scomber japonicus

Ħut sħiħ

291

13.

Inċova (Engraulis spp.)

Ħut sħiħ

1 300

14.

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras mill-1.1.2009 sat-30.4.2009

1 079

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras mill-1.5.2009 sal-31.12.2009

1 499

15.

Marlozz ta’ l-ispeċi Merluccius merluccius

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

3 620

16.

Lingwata (Lepidorhombus spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

2 528

17.

Barbun (Limanda limanda)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

854

18.

Barbun komuni (Platichthys flesus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

522

19.

Alonga jew tonn tax-xewka twila (Thunnus alalunga)

Ħut sħiħ

2 197

Ħut imnaddaf bir-ras

2 415

20.

Siċċa (Sepia officinalis u Rossia macrosoma)

Sħiħ

1 729

21.

Petriċa (Lophius spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

2 968

Mingħajr ras

6 107

22.

Gambli ta’ l-ispeċi Crangon crangon

Sempliċement mgħollijin fl-ilma

2 498

23.

Gambli tat-tramuntana (Pandalus borealis)

Sempliċement mgħollijin fl-ilma

6 539

Frisk jew imkessaħ

1 622

24.

Granċ jittiekel (Cancer pagurus)

Sħiħ

1 783

25.

Awwista tan-Norveġja (Nephrops norvegicus)

Sħiħ

5 470

Dnub

4 364

26.

Lingwata (Solea spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

6 880

II

1.

Ħalibatt ta’ Greenland (Reinhardtius hippoglossoides)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 955

2.

Marlozzi ta’ l-ispeċi Merluccius spp.

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 196

Iffriżat, iffilitjat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 483

3.

Pagri (Dentex dentex and Pagellus spp.)

Iffriżat, fi kwantitajiet jew fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 554

4.

Pixxispad (Xiphias gladius)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

3 998

5.

Siċċa (Sepia officinalis) (Rossia macrosoma) (Sepiola rondeletti)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 954

6.

Qarnit (Octopus spp.)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

2 183

7.

Klamari (Loligo spp.)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 203

8.

Klamari (Ommastrephes sagittatus)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

961

9.

Illex argentinus

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

869

10.

Gambli tal-familja Penaeidae

 

 

Gambli ta’ l-ispeċi Parapenaeus longirostris

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

4 032

Speċijiet oħra tal-familja Penaeidae

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

7 897


ANNESS II

Speċi

Prodotti elenkati fl-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Piż

Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Il-prezz Komunitarju tal-produttur

(EUR/tunnellata)

Tonn tax-xewka safra (Thunnus albacares)

li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

1 275

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

 

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

Alonga (Thunnus alalunga)

li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

 

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

 

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

Palamit (Katsuwonus pelamis)

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 

Tonn (Thunnus thynnus)

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 

Speċijiet oħra tal-ġeneru Thunnus u Euthynnus

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/6


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1300/2008

tat-18 ta' Diċembru 2008

li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokk ta’ aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) jipprevedi li, sabiex jinkiseb l-għan stabbilit fih, il-Komunità għandha tapplika l-approċċ ta’ prekawzjoni meta tadotta miżuri għall-protezzjoni u konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin, sabiex tipprovdi għall-isfruttar sostenibbli tagħhom u sabiex tnaqqas għal minimu l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi marini.

(2)

Parir xjentifiku reċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (International Council for the Exploration of the Sea, ICES) u mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries, STECF) jindika li l-istokk tal-aringi (Clupea harengus) li jinsab fl-ibħra lejn il-Punent tal-Iskozja huwa sfruttat kemmxejn aktar meta mqabbel mal-ogħla rendiment sostenibbli.

(3)

Jeħtieġ li jiġi stabbilit pjan pluriennali bl-iskop li jkun żgurat li l-istokk ikun sfruttat abbażi tal-ogħla rendiment sostenibbli u taħt kondizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(4)

Għal dan il-għan, il-pjan għandu jiċċentra fuq l-implimentazzjoni progressiva ta’ approċċ għall-ġestjoni tas-sajd ibbażat fuq l-ekosistema, u għandu jikkontribwixxi għal attivitajiet effiċjenti ta’ sajd f’industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva, li jġib standard ġust ta’ għajxien għal dawk li jiddependu mis-sajd tal-aringi fil-Punent tal-Iskozja u li jqis l-interessi tal-konsumaturi.

(5)

Parir xjentifiku mis-STECF u mill-ICES jindika li l-istokk ta’ aringi fl-ibħra lejn il-Punent tal-Iskozja ikun sostenibbli u jħalli rendiment raġonevolment għoli jekk jiġi sfruttat abbażi ta’ mortalità mis-sajd ta’ 0,25 meta l-livell tal-bijomassa tal-istokk ikun ugwali għal, jew aktar minn, 75 000 tunnellata metrika u abbażi ta’ mortalità mis-sajd ta’ 0,2 meta l-livell tal-bijomassa tal-istokk ikun anqas minn 75 000 tunnellata metrika iżda ugwali għal jew aktar minn 50 000 tunnellata metrika,.

(6)

Dak il-parir għandu jkun implimentat billi jkun stabbilit metodu xieraq sabiex ikunu ffissati l-qabdiet totali permissibbli (TACs) għall-istokk ta’ aringi fl-ibħra lejn il-Punent tal-Iskozja f’livell konsistenti ma’ mortalità mis-sajd xierqa għall-perijodu fit-tul u b'kont meħud tal-livell tal-bijomassa ta' dan l-istokk ta' ħut.

(7)

Sabiex tkun żgurata stabbiltà fil-possibbiltajiet tas-sajd, jeħtieġ li l-varjazzjoni fit-TACs minn sena għall-oħra tiġi limitata meta l-livell tal-bijomassa tal-istokk ikun ugwali għal jew aktar minn 50 000 tunnellata metrika.

(8)

Sabiex tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta’ kontroll minbarra dawk stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd (3), mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (4) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut tal-Istati Membri (5).

(9)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli sabiex jikkwalifikaw il-pjan pluriennali introdott b'dan ir-Regolament bħala pjan ta' rkupru fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni dwar is-Sajd u għall-finijiet tal-Artikolu 21(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (6) jew bħala pjan ta' ġestjoni fis-sens tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u għall-finijiet tal-Artikolu 21(a)(iv) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006, b'kont meħud tal-livell tal-bijomassa tal-istokk.

(10)

L-istabbiliment tal-qabdiet totali permissibbli, ir-reviżjoni tar-rati minimi ta' mortalità mis-sajd, kif ukoll ċerti adattamenti meħtieġa għall-pjanijiet ta' ġestjoni u ta' rkupru fid-dawl tal-effikaċja tagħhom u tal-funzjonament tagħhom, jikkostitwixxu miżuri ta' importanza fundamentali fil-Politika Komuni tas-Sajd. Huwa għaldaqstant kunsiljabbli li l-Kunsill jirriżerva d-dritt li jeżerċita direttament is-setgħat implimentazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet speċifiċi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali għall-attivitajiet tas-sajd li jisfruttaw l-istokk ta’ aringi (Clupea harengus) f’ibħra internazzjonali u f’dawk tal-Komunità taż-żoni Vb u VIb tal-ICES, u f’dik il-parti taż-żona VIa tal-ICES li tinsab fil-Punent tal-meridjan ta' lonġitudini 7oW u fit-Tramuntana tal-parallel ta' latitudini 55oN jew fil-Lvant tal-meridjan ta' lonġitudini 7oW u fit-Tramuntana tal-parallel ta' latitudini 56oN, bl-esklużjoni ta’ Clyde (minn hawn ’il quddiem imsejħa “iż-żona fil-Punent tal-Iskozja”).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Addizzjonalment, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a)

“iż-żoni ICES”: iż-żoni definiti fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta' statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (7);

(b)

“it-total permissibbli ta' qabdiet (TAC)”: il-kwantità li tista’ tinqabad u tinħatt l-art, mill-istokk kull sena;

(c)

“VMS”: is-Sistema ta’ Sorveljanza ta’ Vapuri bbażata fuq satellita (VMS) fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita (8);

(d)

“grupp ta' età adatta”: l-età minn tliet sa seba′ snin inklużi, jew gruppi oħra ta' età indikati bħala adatti mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (CSTEP).

KAPITOLU II

OBJETTIV U MIRI

Artikolu 3

Objettivi u miri

1.   Il-pjan pluriennali għandu jiżgura l-isfruttar tal-istokk ta’ aringi fiż-żona fil-Punent tal-Iskozja abbażi tal-ogħla rendiment sostenibbli.

2.   L-objettiv fil-paragrafu 1 għandu jintlaħaq billi:

(a)

ir-rata ta’ mortalità tas-sajd tinżamm f’0,25 fis-sena għal gruppi ta’ età adatta meta l-livell tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk ikun aktar minn 75 000 tunnellata;

(b)

ir-rata ta’ mortalità tas-sajd tinżamm f’mhux aktar minn 0,2 fis-sena għal gruppi ta’ età adatta meta l-livell tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk ikun anqas minn 75 000 tunnellata iżda ugwali għal jew aktar minn 50 000 tunnellata;

(c)

ikun previst l-għeluq tas-sajd fil-każ li l-livell tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk jinżel taħt il-50 000 tunnellata.

3.   L-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jintlaħaq f'varjazzjoni annwali tat-TAC limitata għal 20 % jew 25 % abbażi tas-sitwazzjoni tal-istokk.

KAPITOLU III

QBID TOTALI AMMISSIBBLI

Artikolu 4

Iffissar tat-TACs

1.   Kull sena, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, b’maġġoranza kwalifikata abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, kemm għandu jkun it-TAC, għas-sena ta’ wara, applikabbli għall-istokk tal-aringi fiż-żona fil-punent tal-Iskozja, konformement mal-paragrafi 2 sa 6.

2.   Meta fl-opinjoni tas-STECF il-livell tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk ikun ta' 75 000 tunnellata jew aktar fis-sena li għaliha jkollha tkun iffissata t-TAC, dan għandu jiġi stabbilit f’livell li, abbażi tal-parir tas-STECF, jirriżulta f’rata ta’ mortalità tas-sajd ta’ 0,25 fis-sena. Madankollu, il-varjazzjoni annwali tat-TAC għandha tkun limitata għal 20 %.

3.   Meta fl-opinjoni tas-STECF il-livell tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk ikun anqas minn 75 000 tunnellata iżda ugwali għal jew aktar minn 50 000 tunnellata fis-sena li għaliha jkollu jiġi ffissat it-TAC, dan għandu jiġi stabbilit f’livell li, abbażi tal-parir tas-STECF, jirriżulta f’rata ta’ mortalità tas-sajd ta’ 0,2 fis-sena. Madankollu, il-varjazzjoni minn sena għall-oħra tat-TAC għandha tkun limitata għal:

(a)

20 % jekk il-livell tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk ikun ta' 62 500 tunnellata jew aktar iżda anqas minn 75 000 tunnellata;

(b)

25 % jekk il-livell tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk ikun ta' 50 000 tunnellata jew aktar iżda anqas minn 62 500 tunnellata.

4.   Meta fl-opinjoni tas-STECF il-livell tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk ikun anqas minn 50 000 tunnellata fis-sena li għaliha jkollu jiġi ffissat it-TAC, dan għandu jiġi stabbilit għal 0 tunnellati.

5.   Għall-fini tal-kalkolu li għandu jsir konformement mal-paragrafi 2 u 3, is-STECF għandu jikkunsidra li l-istokk iġarrab rata ta’ mortalità fis-sajd ta’ 0,25 fis-sena qabel is-sena li għaliha għandha tkun iffissata t-TAC.

6.   B′deroga mill-paragrafi 2 jew 3, jekk, fl-opinjoni tas-STECF, l-istokk tal-aringi fiż-żona fuq in-naħa tal-punent tal-Iskozja ma jkunx qed jirkupra biżżejjed, it-TAC għandha tiġi ffissata f'livell aktar baxx minn dak previst f'dawk il-paragrafi.

Artikolu 5

Permess speċjali tas-sajd

1.   Sabiex jistadu għall-aringi fiż-żona fil-punent tal-Iskozja, il-bastimenti għandu jkollhom permess speċjali tas-sajd maħruġ taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1627/94.

2.   Għandu jkun ipprojbit għal kull bastiment tas-sajd li ma jkollux permess tas-sajd kif imsemmi fil-paragrafu 1 li jistad għal kull kwantità ta’ aringi jew li jżommha abbord waqt li l-bastiment ikun qiegħed fuq vjaġġ tas-sajd li kien jinkludi l-preżenza ta’ dak il-bastiment fiż-żona fil-punent tal-Iskozja.

3.   Bastimenti tas-sajd li jkun inħarġilhom il-permess speċjali tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 m’għandhomx jitħallew jistadu barra miż-żona fil-punent tal-Iskozja matul l-istess vjaġġ tas-sajd.

4.   Il-paragrafu 3 m’għandux japplika għall-bastimenti li jibagħtu r-rapport dwar il-qabda tagħhom kuljum liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera, kif previst fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, sabiex jidħol fid-database kompjuterizzata tiegħu.

5.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta' bastimenti li jkollhom il-permess speċjali msemmi fil-paragrafu 1 u jagħmluha disponibbli għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra fuq is-sit web uffiċjali tiegħu. Il-bastimenti li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 għandhom ikunu identifikati b’mod ċar fuq din il-lista.

Artikolu 6

Kontroverifiki

Minbarra l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kontroverifiki amministrattivi bejn id-dikarazzjonijiet tal-ħatt, iż-żoni tas-sajd u l-qbid irreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord, rapporti ta’ qbid mibgħuta taħt l-Artikolu 5(4) ta' dan ir-Regolament u d-data VMS. Tali kontroverifiki għandhom ikunu rreġistrati u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fuq it-talba tagħha.

KAPITOLU IV

SEGWITU

Artikolu 7

Reviżjoni tar-rati minimi ta’ mortalità tas-sajd

Meta l-Kummissjoni, abbażi ta’ parir mis-STECF, issib li r-rati ta’ mortalità fis-sajd u l-livelli relatati ma’ bijomassa ta’ stokkijiet li jbidu speċifikati fl-Artikolu 3(2) ma jkunux adatti sabiex tintlaħaq il-mira speċifikata fl-Artikolu 3(1), il-Kunsill għandu fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata dwar reviżjoni ta’ dawk il-livelli tal-bijomassa u/jew koeffiċjenti.

Artikolu 8

Evalwazzjoni u reviżjoni tal-pjan

1.   Il-Kummissjoni għandha kull sena titlob parir mingħand is-STECF u mill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku dwar kif għandhom jintlaħqu l-miri tal-pjan multiannwali. Fejn il-parir jindika li l-miri ma jkunux qegħdin jintlaħqu, il-Kunsill tal-UE għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni dwar miżuri addizzjonali jew alternattivi, jew it-tnejn, sabiex jiżgura li l-miri jintlaħqu.

2.   F’intervalli ta’ mhux anqas minn erba’ snin mit-18 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni għandha tirrivedi ż-żona ġeografika ta' applikazzjoni, il-livelli ta' referenza bijoloġika u l-adegwatezza u l-operat tal-pjan multiannwali. Fil-qafas ta' tali reviżjoni, il-Kummissjoni għandha titlob il-parir tas-STECF u tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku. Jekk ikun il-każ, il-Kunsill tal-UE għandu jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifika fuq proposta mill-Kummissjoni dwar adattamenti adatti għall-pjan multiannwali, fir-rigward taż-żona ġeografika ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, il-livelli ta' referenza bijoloġika msemmija fl-Artikolu 3 jew ir-regoli għall-iffissar tat-TACs msemmija fl-Artikolu 4.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Fond Ewropew għas-Sajd

Fejn il-bijomassa riproduttiva tal-aringi tiġi valutata mis-STECF bħala ta' livell ta' 75 000 tunnellata jew aktar, il-pjan multiannwali għandu jitqies bħala pjan ta’ ġestjoni fis-sens tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u għall-finijiet tal-Artikolu 21(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006. F'każ kuntrarju, il-pjan multiannwali għandu jitqies li huwa pjan ta' rkupru fit-tifsira tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u għall-finijiet tal-Artikolu 21(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  L-Opinjoni tal-4 ta' Diċembru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(3)  ĠU L 171, 6.07.1994, p. 7.

(4)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1.

(6)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1.

(8)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1301/2008

tad-19 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

CR

110,3

MA

82,4

TR

91,2

ZZ

94,6

0707 00 05

JO

167,2

MA

63,0

TR

110,3

ZZ

113,5

0709 90 70

MA

126,5

TR

110,9

ZZ

118,7

0805 10 20

AR

17,0

BR

44,6

CL

52,1

EG

51,1

MA

76,3

TR

76,0

UY

30,6

ZA

44,5

ZW

25,4

ZZ

46,4

0805 20 10

MA

76,3

TR

64,0

ZZ

70,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

50,3

IL

73,9

TR

66,7

ZZ

63,6

0805 50 10

MA

64,0

TR

58,5

ZZ

61,3

0808 10 80

CA

82,7

CN

85,8

MK

30,3

US

94,9

ZA

118,0

ZZ

82,3

0808 20 50

CN

48,4

TR

42,4

US

117,2

ZZ

69,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 1302/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

dwar id-dejtabejż ċentrali tal-esklużjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 215/2008 tal-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-10 Fond ta’ Żvilupp Ewropew (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni li hija responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u l-fondi l-oħra kollha ġestiti mill-Komunitajiet, hi obbligata li twaqqaf u topera dejtabejż ċentrali, b’konformità mar-regoli tal-Komunità dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, bl-għanijiet li l-mekkaniżmu tal-esklużjoni jkun effiċjenti kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju u għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet. B’mod partikolari, id-dejtabejż għandha tkopri l-eżekuzzjoni tal-fondi kollha tal-Komunità indipendetement mill-mod ta’ ġestjoni applikabbli.

(2)

Ir-Regolament Finanzjarju ipoġġi obbligazzjonijiet fuq l-istituzzjonijiet rigward l-għoti ta’ kuntratti u għotjiet lil terzi persuni fil-kuntest ta’ ġestjoni ċentralizzata tal-fondi tal-Komunità. B’mod partikolari, l-Artikoli 93 u 114(3) jistabbilixxu obbligazzjoni sabiex terzi persuni jiġu esklużi milli jipparteċipaw fi proċeduri ta’ ksib jew għoti ta’ għotjiet fejn ikunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 93(1). L-Artikoli 94 u 114(3) jipprojbixxu l-għoti ta’ kuntratt jew għotja lil terzi persuni li, waqt proċedura ta’ ksib jew għotja speċifika, ikunu f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess jew ikunu taw dikjarazzjoni falza fl-għoti tal-informazzjoni mitluba mill-istituzzjoni bħala kondizzjoni ta’ parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ ksib jew għoti ta’ kuntratti. Minbarra dan, l-Artikoli 96 u 114(4) jistabbilixxu l-possibilità li l-awtorità tal-kuntratti timponi penali amministrattivi u finanzjarji lil terzi persuni, b’mod partikolari fil-forma ta’ esklużjoni minn benefiċċji ta’ kwalunkwe fond tal-Komunità għal perjodu li jiġi determinat mill-istituzzjoni konċernata skont l-Artikolu 133a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3).

(3)

L-Artikli 74 u 75 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) jeħtieġu lil dawn il-korpi sabiex japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

(4)

L-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tat-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard għall-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jistabbilixxi l-istatut għal aġenziji eżekuttivi li jkunu fdati b’ċerti ħidmiet fit-tmexxija ta’ programmi tal-Komunità (5) jobbliga lill-aġenziji eżekuttivi japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju imsemmija hawn fuq għall-implimentazzjoni tal-baġit operattiv tagħhom.

(5)

Billi l-aġenziji eżekuttivi għandhom l-istatus ta’ uffiċjali li jawtorizzaw permezz ta’ delega tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet operattivi li japplika għalihom ir-Regolament Finanzjarju, dawn għandhom ikollhom aċċess għad-dejtabejż tal-esklużjoni bl-istess mod bħala servizzi tal-Kummissjoni.

(6)

L-għanijiet u l-iskop tad-dejtabejż tal-esklużjoni għandhom ikunu definiti sabiex jiġi determinat l-użu tad-dejta.

(7)

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jkollu aċċess għad-dejtabejż tal-esklużjoni sabiex jagħmel ix-xogħlijiet ta’ investigazzjoni regolatorja tiegħu u fil-kisba ta’ informazzjoni riżervata u fl-attivitajiet tiegħu għall-prevenzjoni tal-frodi li jsiru skont l-Artikolu 1 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-25 ta’ Mejju 1999 rigward investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju ta’ Kontra l-Frodi Ewropew (OLAF) (6) u Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 tat-25 ta’ Mejju 1999 rigward investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju ta’ Kontra l-Frodi Ewropew (OLAF) (7).

(8)

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jassigura l-amministrazzjoni tad-dejtabejż tal-esklużjoni u jkollu d-dritt li jimmodifika tagħrif li jinsab fid-dejtabejż. Is-servizz tal-Kummissjoni relevanti jew l-istituzzjonijiet l-oħra għandhom ikunu responsabbli sabiex jitolbu d-dħul ta’ twissijiet ta’ esklużjoni fid-dejtabejż tal-esklużjoni.

(9)

Ir-regoli tal-aċċess għad-dejtabejż tal-esklużjoni għandhom jiddistingwu bejn servizzi tal-Kummissjoni, aġenziji eżekuttivi u l-istituzzjonijiet u aġenziji kollha tal-Komunità li jużaw sistema ta’ kontabilità provduta mill-Kummissjoni (hawnhekk aktar ’il quddiem) li tippermetti aċċess dirett għal twissijiet, min-naħa, u l-istituzzjonijiet, awtoritajiet u aġenziji tal-implimentazzjoni li m’għandhomx aċċess, fuq in-naħa l-oħra. Għalhekk, dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikollhom aċċess permezz ta’ punti tal-kuntatt speċifikati u l-awtoritajiet u l-aġenziji tal-implimentazzjoni għandhom ikollhom aċċess permezz ta’ punti tal-komunikazzjoni u kooperazzjoni.

(10)

Għandu jkun possibbli li l-aċċess għad-dejtabejż tal-esklużjoni jiġi limitat fejn l-awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni jiġġestixxu fondi b’livell ta’ deċentralizzazzjoni limitata ħafna, li jagħmel l-aċċess għad-dejtabejż tal-esklużjoni mhux adattat jew fejn dan l-aċċess kellu jiġi miċħud minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tad-dejta

(11)

Sabiex jiġu definiti b’mod ċar ir-responsabbiltajiet tagħhom, ix-xogħlijiet tal-punti tal-kuntatt u tal-punti tal-komunikazzjoni u kooperazzjoni għandhom jiġu determinati.

(12)

Sabiex jiġi rifless il-fatt li d-dejtabejż għandha tkun komuni għall-istituzzjonijiet, il-fluss tad-dejta għandu jiġi dirett direttament lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

(13)

Sabiex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet bejn esklużjoni deċiża skont l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju għall-proċedura ta’ ksib jew għotja speċifika u d-determinazzjoni tat-tul tal-esklużjoni mill-istituzzjoni, din tal-aħħar għandha tkun tista’ titlob reġistrazzjoni proviżorja ta’ twissija ta’ esklużjoni.

(14)

Sabiex jiġu evitati twissijiet qodma, b’mod partikolari dawk relatati ma’ entitajiet li għalqu, it-twissijiet li jindikaw esklużjoni skont l-Artikolu 93(1) (a) u (d) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jitneħħew awtomatikament wara ħames snin.

(15)

Billi l-esklużjonijiet skont l-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju jirrigwardaw proċeduri speċifiċi ta’ ksib jew għotjiet u mhux – kif jistipula l-Artikolu 93(1) – sitwazzjoni ta’ esklużjoni ġenerali, il-perjodu tar-reġistrazzjoni għandu jkun limitat u mneħħi awtomatikament.

(16)

Għandha tiġi spjegata fid-detall il-proċedura għal talbiet ibbażati fuq informazzjoni mill-awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni, li tapplika għall-modi kollha tal-ġestjoni bl-eċċezzjoni għall-ġestjoni ċentralizzata diretta.

(17)

Għandu jiġi spjegat b’mod ċar is-sehem tar-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni marbut mad-dejta komunikata, minn punt tal-komunikazzjoni u kooperazzjoni minn naħa u mill-uffiċjal tal-kontabilità min-naħa l-oħra, lis-servizz responsabbli tal-Kummissjoni, inkluża r-rettifikazzjoni, aġġornament jew tneħħija ta’ tagħrif.

(18)

Sabiex jiġi stipulat b’mod ċar sett ta’ regoli fil-każi kollha fejn l-awtorità jew aġenzija tal-implimentazzjoni ma ddeterminatx it-tul ta’ esklużjoni skont l-Artikolu 133a(1) tar-Regoli tal-Implimentazzjoni, għandu jiġi ddikjarat li d-deċiżjoni dwar il-perjodu tal-esklużjoni għandha tiġi mħejjija mis-servizz tal-Kummissjoni responsabbli u adottata mill-Kummissjoni.

(19)

Il-fluss ta’ informazzjoni bejn utenti awtorizzati tad-dejtabejż tal-esklużjoni għandu jinkludi d-dettalji kollha; persuni li jiġu kkuntattjati għal kull każ ta’ twissija għandhom jiġu determinati, li għandhom jipprovdu informazzjoni dwar it-twissija konċernata lil utenti awtorizzati tad-dejtabejż tal-esklużjoni.

(20)

Dispożizzjoni speċifika għandha tkopri każi fejn prova provduta minn terzi persuni mhix konsistenti mad-dejta fid-dejtabejż tal-esklużjoni, sabiex jiġi żgurat li d-dejta fid-dejtabejż tal-esklużjoni tkun korretta u aġġornata.

(21)

Għandha tiġi definita struttura adattata sabiex jingħata lok għal skambju tal-aqwa prattiċi bejn l-istituzzjonijiet u biex jiġu indirizzati materji relatati mal-użu tad-dejtabejż tal-esklużjoni.

(22)

L-ipproċessar tad-dejta personali inerenti għat-tħaddim tad-dejtabejż tal-esklużjoni għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi rigward l-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta, applikabbli għall-Istati Membri (8) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi relatat mal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u aġenziji tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (9) li huma applikabbli kompletament.

(23)

Dan ir-Regolament ġie mfassal wara li ġiet debitament ikkunsidrata l-opinjoni tal-Kontrollur Tal-Protezzjoni tad-Dejta. Barraminnhekk ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jistipula li dan l-ipproċessar hu soġġett għal kontroll minn qabel mill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta bħala konsegwenza tan-notifika tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Kummissjoni.

(24)

Għall-finijiet ta’ kjarezza, id-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jippreċiżaw id-drittijiet tal-persuni li d-dejta tagħhom hi inkluża jew tista’ tiġi introdotta fid-dejtabejż tal-esklużjoni. Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi għandhom inkunu infurmati bl-introduzzjoni tad-dejta li tikkonċerna lilhom fid-dejtabejż tal-esklużjoni.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Is-suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi dejtabejż ċentrali (hawnhekk aktar il-quddiem: “id-dejtabejż tal-esklużjoni”) imsemmija fl-Artikolu 95 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (aktar il-quddiem f’dan id-dokument: “ir-Regolament Finanzjarju”).

2.   Id-dejta fid-dejtabejż tal-esklużjoni tista’ tintuża biss sabiex jiġu applikati l-Artikoli 93 sa 96 u 114 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 133 sa 134b tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 kif ukoll Artikoli 96 sa 99 u 110 tar- Regolament (KE) Nru 215/2008.

3.   L-OLAF jista’ juża d-dejta għall-investigazzjonijiet tiegħu bskont ir- Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 kif ukoll għall-kisba ta’ informazzjoni riżervata u l-attivitajiet tagħha għall-prevenzjoni tal-frodi, inkluż l-analiżi tar-riskji.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“istituzzjonijiet” tfisser Parlament Ewropew, Kunsill, Kummissjoni, Qorti tal-Ġustizzja, Qorti tal-Awdituri, Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Kumitat tar-Reġjuni, Ombudsmen, Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta, aġenziji u korpi eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 185(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(2)

“awtorità jew aġenzija tal-implimentazzjoni” tfisser awtoritajiet tal-Istati Membri u pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi oħra li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament Finanzjarju, bl-eċċezzjoni ta’ aġenziji u korpi eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 185(1) tar-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jqassmu l-kompiti stipulati f’dan ir-Regolament lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali oħra, li għandhom jiġu assimilati mal-awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni.

(3)

“terzi persuni” tfisser kandidati, offerenti, kuntratturi, fornituri, fornituri ta’ servizzi u s-sottokuntratturi rispettivi tagħhom, kif ukoll applikanti għal għotjiet, benefiċjarji ta’ għotjiet, inklużi benefiċjarji ta’ assistenza diretta, kuntratturi ta’ benefiċjarji ta’ għotjiet u entitajiet li jirċievu appoġġ finanzjarju minn benefiċjarju ta’ għotja tal-Komunità skont l-Artikolu 120 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 3

Twissija ta’ esklużjoni

It-twissijiet ta’ esklużjoni għandhom ikollhom id-dejta li ġejja:

(a)

informazzjoni li tidentifika terzi persuni, li huma f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1), 94, 96(1)(b) u 96(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju;

(b)

informazzjoni rigward persuni b’setgħat ta’ rappreżentazzjoni, teħid ta’ deċiżjoni jew kontroll fuq entitajiet legali, meta dawn il-persuni jkunu sabu ruħhom f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1), 94, 96(1)(b) u 96(2)(a) tar- Regolament Finanzjarju;

(ċ)

ir-raġunijiet għall-esklużjoni ta’ terzi persuni imsemmija fil-punt (a) jew persuni imsemmija fil-punt (b) u, fejn hu adattat, it-tip ta’ kundanna ta’ ħtija u t-tul ta’ żmien tal-perjodu tal-esklużjoni.

Artikolu 4

Amministrazzjoni tad-dejtabejż tal-esklużjoni

1.   L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jew l-istaff subordinat tiegħu li jkunu ġew delegati lilhom ċerti kompiti fl-applikazzjoni tal-Artikolu 62 tar-Regolament Finanzjarju (hawnhekk aktar ’il quddiem “l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni”) għandu jassigura l-amministrazzjoni tad-dejtabejż tal-esklużjoni u jagħmel l-arranaġamenti tekniċi meħtieġa.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jdaħħal, jimmodifika jew ineħħi twissijiet ta’ esklużjoni skont talbiet mingħand istituzzjonijiet.

2.   L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jadotta miżuri tal-implimentazzjoni rigward aspetti tekniċi u jiddefinixxi l-proċeduri ta’ appoġġ assoċjati, inkluż il-qasam tas-sigurtà.

Hu għandu jinnotifika dawk il-miżuri lis-servizzi tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fejn jgħodd, il-punti tal-kuntatt tal-istituzzjonijiet l-oħra indikati skont l-Artikolu 6(1) jew il-punti ta’ komunikazzjoni u kooperazzjoni indikati skont l-Artikolu 7(2).

Artikolu 5

Aċċess għad-dejtabejż tal-esklużjoni

1.   L-Istituzzjonijiet, minbarra l-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi, għandhom ikollhom aċċess dirett għad-dejta fid-dejtabejż tal-esklużjoni permezz ta’ sistema tal-kontabilità provvduta mill-Kummissjoni (ABAC) jew permezz ta’ punti tal-kuntatt.

2.   L-awtoritajiet tal-implimentazzjoni jew il-korpi li jiġġestixxu fondi taħt ġestjoni bi sħab u korpi tas-settur pubbliku nazzjonali tal-Istati Membri li jiġġestixxu fondi taħt ġestjoni ċentralizzata indiretta għandhom ikollhom aċċess għad-dejta fid- dejtabejż tal-esklużjoni permezz ta’ punti tal-komunikazzjoni u kooperazzjoni.

3.   L-awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni li jiġġestixxu fondi taħt ġestjoni ċentralizzata indiretta, deċentralizzata, jew ġestjoni bi sħab għandhom ikollhom aċċess għad-dejta fid-dejtabejż tal-esklużjoni permezz ta’ punti tal-komunikazzjoni u kooperazzjoni meta dawn jiċċertifikaw lis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli li huma japplikaw il-miżuri tal-protezzjoni tad-dejta adegwati kif stabbilit fil-ftehim konkluż skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 134a(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

Iżda, l-awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni m’għandhomx jingħataw aċċess għad-dejtabejż tal-esklużjoni fi kwalunkwe każ li ġej:

(a)

is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli ma rċeviex iċ-ċertifikat imsemmi fl-ewwel subparagrafu;

(b)

is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli ikollu fil-pussess tiegħu evidenza li l-awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni ma japplikawx miżuri ta’ protezzjoni tad-dejta adegwati;

(ċ)

is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli jikkonsidra li l-aċċess ma jkunx adattat f’każi ta’ livell limitat ta’ deċentralizzazzjoni li jinkludi kontroll ex ante mill-Kummissjoni.

F’każ li l-aċċess għad-dejta fid-dejtabejż tal-esklużjoni jiġi miċħud, is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiġi assigurat talanqas l-istess livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet. Fl-istruttura ta’ dawn il-miżuri, qabel ma tingħata l-għotja jew kuntratt, is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli għandu jivverifika li t-terza persuna kkonċernata mhix soġġetta għal twissija tal-esklużjoni.

4.   L-aċċess għal dejta fid-dejtabejż tal-esklużjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi huwa stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/969/KE, Euratom (10).

Artikolu 6

Punti tal-kuntatt u utenti awtorizzati fi ħdan l-istituzzjonijiet

1.   Kull istituzzjoni, minbarra l-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi, għandhom jindikaw il-punt tal-kuntatt responsabbli rigward il-materji relatati mad-dejtabejż tal-esklużjoni u tikkomunika l-ismijiet tal-persuni inkarigati lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

2.   Il-punti tal-kuntatt jistgħu jipprovdu aċċess għal informazzjoni li qiegħda fid-dejtabejż tal-esklużjoni lill-utenti awtorizzati, li għandhom ikunu membri tal-istaff tal-istituzzjonijiet, li għalihom aċċess għad-dejtabejż hu indispensabbli għall-eżerċizzju xieraq tax-xogħlijiet tagħhom. Kull punt tal-kuntatt għandu jżomm reġistru tal-utenti awtorizzati u jagħti aċċess lill-Kummissjoni għalih meta jintalab.

L-utenti awtorizzati jistgħu jipproċedu għal konsultazzjoni attiva onlajn tad-dejtabejż tal-esklużjoni.

3.   L-istituzzjoni għandha tieħu miżuri ta’ sigurtà xierqa sabiex tipprevjenu li informazzjoni tinqara jew tiġi kkupjata minn persuni mhux awtorizzati.

Artikolu 7

Punti tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni u utenti awtorizzati fi ħdan awtoritajiet u aġenziji tal-implimentazzjoni

1.   Il-punti tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni għandhom ikunu responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Kummissjoni rigward il-materji kollha relatati mad-dejtabejż tal-esklużjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu jindika punt tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni għall-fondi li jimplimenta b’ġestjoni bi sħab skont il-punt (b) tal-Artikolu 53 u l-fondi implimentati b’ġestjoni ċentralizzata indiretta permezz ta’ korpi nazzjonali mis-settur pubbliku skont il-punt (c) tal-Artikolu 54(2) tar- Regolament Finanzjarju. B’eċċezzjoni u għal raġunijiet ġustifikati b’mod korrett, il-Kummissjoni tista’ tapprova aktar minn punt ta’ komunikazzjoni u koordinazzjoni wieħed għal kull Stat Membru.

3.   Kull pajjiż terz li jimplimenta l-fondi permezz ta’ ġestjoni deċentralizzata skont il-punt (b) tal-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju għandu jindika punt tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni meta jintalab mis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli.

Kull aġenzija tal-implimentazzjoni li timplimenta fondi permezz ta’ ġestjoni bi sħab skont il-punt (c) tal-Artikolu 53 jew permezz ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta skont il-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 54(2) ta’ dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ korpi nazzjonali mis-settur pubbliku, għandha tindika l-punt tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni meta jintalab mis-servizz tal-Kummissjoni responsabbli.

Iżda, is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli m’għandux jitlob in-nomina ta’ punt tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni fejn dan il-punt tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni diġà jeżisti.

Meta s-servizz tal-Kummissjoni responsabbli jirtira aċċess ta’ punt tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni għad-dejtabejż tal-esklużjoni, dan għandu jinforma lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni dwarha.

4.   Kull Stat Membru u kull awtorità jew aġenzija imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jikkomunikaw l-ismijiet tal-persuni responsabbli mill-punt ta’ komunikazzjoni u koordinazzjoni rispettiv tagħhom lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jippubblika l-lista ta’ pajjiżi terzi u aġenziji tal-implimentazzjoni li jqiegħdu f’ordni l-punti tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni fuq is-sit tal-Internet intern tal-Kummissjoni.

5.   Il-punti tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni aċċess għal informazzjoni li qiegħda fid-dejtabejż tal-esklużjoni.

L-awtoritajiet u aġenziji tal-implimentazzjoni jistgħu jinnominaw utenti awtorizzati fost il-membri tal-istaff tagħhom. In-numru ta’ dawn l-utenti awtorizzati għandu jkun limitat għal persuni li għalihom l-aċċess għal dik id-dejtabejż hu indispensabbli għall-eżerċizzju xieraq tal-ħidma tagħhom. Kull awtorità jew aġenzija tal-implimentazzjoni għandha żżomm reġistru tal-utenti awtorizzati u tagħti aċċess għalih lill-Kummissjoni meta jintalab.

Għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratti marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit jew mal-Fond tal-Iżvilupp Ewropew, l-utenti awtorizzati jistgħu jipproċedu għal konsultazzjoni attiva onlajn tad-dejtabejż tal-esklużjoni. Fejn ma’ tkunx possibbli l-konsultazzjoni onlajn, l-utent awtorizzat jista’ jirċievi dejta mniżżla. Fil-każ tal-aħħar, id-dejta għandha tkun aġġornata talanqas kull xahar.

6.   L-awtorità jew aġenzija li tkun indikat il-punt tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni jew l-utenti awtorizzati għandha tagħmel arranġamenti għall-miżuri ta’ sigurtà adegwati sabiex tevita li informazzjoni tinqara jew tiġi kkupjata minn persuni mhux awtorizzati.

Artikolu 8

Talbiet mill-istituzzjonijiet

1.   It-talbiet kollha għar-reġistrazzjoni, rettifikazzjoni, aġġornament jew tneħħija ta’ twissijiet ta’ esklużjoni għandhom jiġu indirizzati lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

L-istituzzjonijiet biss jistgħu jissottomettu dawn it-talbiet. Għal dawn l-għanijiet, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi responsabbli għandhom jużaw il-mudelli magħmula fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/969/KE, Euratom u l-punti ta’ kuntatt ta’ istituzzjonijiet oħra għandhom jużaw il-mudelli magħmula 2fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

2.   F’kull talba għar-reġistrazzjoni ta’ twissija ta’ esklużjoni, is-servizzi tal- Kummissjoni jew l-aġenzija eżekuttiva responsabbli għandha tiċċertifika li l-informazzjoni kkomunikata ġiet stabbilita u trażmessa skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u tindika l-persuna li tiġi kuntattjata f’każ ta’ twissija li tassumi r-responsabbiltà kif stabbilit fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.

Meta tintalab ir-reġistrazzjoni ta’ twissija tal-esklużjoni, il-punti tal-kuntatt għandhom jiċċertifikaw li l-informazzjoni kkomunikata ġiet stabbilita u trażmessa skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-punti tal-kuntatt għandhom jassumu r-resposabbiltajiet ta’ persuna li tiġi kkuntattjata f’każ ta’ twissija.

3.   Kull istituzzjoni għandha titlob reġistrazzjoni proviżorja ta’ twissija tal-esklużjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwar it-tul taż-żmien tal-esklużjoni.

4.   Is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli jew istituzzjoni oħra li talbet reġistrazzjoni ta’ twissija ta’ esklużjoni għandha tkun responsabbli għat-talba ta’ rettifikazzjoni, aġġornament jew tneħħija ta’ dik it-twissija.

Artikolu 9

Talbiet ibbażati fuq informazzjoni minn awtoritajiet u aġenziji tal-implimentazzjoni

1.   Il-punti tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni rċevuta mill-awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni dwar is-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 93(1) punt e tar- Regolament Finanzjarju lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni li għandu jgħaddi din l-informazzjoni lis-servizz tal-Kummissjoni responsabbli għall-programm, azzjoni jew leġislazzjoni u identifikata mill-awtoritajiet jew aġenziji. Dawn għandhom ukoll jittrażmettu ċ-ċertifikazzjoni tal-awtorità jew aġenzija tal-implimentazzjoni li l-informazzjoni kkomunikata lilhom ġiet stabbilita u trażmessa skont il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.

Għal dan il-għan, il-punti tal-komunikazzjoni u koordinazzjoni għandhom jużaw il-mudell fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

2.   Hekk kif tiġi rċevuta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli għandu jitlob lill-uffiċjal tal-kontabilità tal- Kummissjoni jdaħħal it-twissija ta’ esklużjoni fid-dejtabejż tal-esklużjoni għal tul ta’ żmien determinat mill-awtorità jew aġenzija tal-implimentazzjoni sal-massimu tat-tul ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 93(3) tar-Regolament Finanzjarju.

Meta t-tul ta’ żmien ma jkunx determinat, is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli għandu jitlob reġistrazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 10(2), waqt li wieħed ikun qed jistenna d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli għandu jirreferi l-każ kemm jista’ jkun malajr lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni.

3.   L-awtorità jew aġenzija tal-implimentazzjoni għandha tkun responsabbli għad-dejta komunikata. Din, għandha mingħajr dewmien, tinforma lis-servizz tal-Kummissjoni responsabbli, permezz ta’ punt tal-komunikazzjoni u kooperazzjoni, kull meta jkun hemm il-bżonn li l-informazzjoni trażmessa tiġi rettifikata, aġġornata jew imneħħija.

Għal dak il-għan, l-awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni u l-punti tal-komunikazzjoni u kooperazzjoni għandhom jużaw il-mudell fl-Anness II.

Hekk kif tiġi rċevuta l-informazzjoni aġġornata, is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli għandu jitlob lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni sabiex jirrettifika, jaġġorna jew ineħħi t-twissija tal-esklużjoni konċernata.

Artikolu 10

Perjodu tar-reġistrazzjoni fid-dejtabejż tal-esklużjoni

1.   It-twissijiet dwar esklużjonijiet skont il-punti (b), (c), (e) u (f) fl-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu reġistrati għall-perjodu determinat mill-istituzzjoni li tagħmel it-talba u speċifikati f’din it-talba.

2.   Twissija ta’ esklużjoni bbażata fuq talba ippreżentata skont l-Artikolu 8(3) għandha tiġi rreġistrata provviżorjament għal perjodu ta’ tliet xhur. Ir-reġistrazzjoni provviżorja tista’ tiġġedded hekk kif issir it-talba.

Iżda, ir-reġistrazzjoni provviżorja ta’ twissija ta’ esklużjoni bbażata fuq it-talbiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2), tista’ tkun, f’każi eċċezzjonali, imġedda għal perjodu addizzjonali ta’ tliet xhur.

3.   It-twissijiet ta’ esklużjonijiet skont il-punti (a) jew (d) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu rreġistrati għal perjodu ta’ ħames snin.

4.   It-twissijiet ta’ esklużjonijiet mill-għoti ta’ kuntratt jew għotja fi proċedura speċifika skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu rreġistrati għal perjodu ta’ sitt xhur.

Artikolu 11

Tneħħija ta’ twissijiet ta’ esklużjoni

It-twissijiet ta’ esklużjoni għandhom jitneħħew b’mod awtomatiku wara li jgħaddi ż-żmien stipulat fl-Artikolu 10.

L-istituzzjoni li talbet ir-reġistrazzjoni għandha titlob it-tneħħija tat-twissija ta’ esklużjoni qabel ma jagħlaq iż-żmien tal-għeluq, fejn it-terza persuna ma tkunx f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni, b’mod partikolari għal każi msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 10 jew għal żbalji ċari skoperti wara r-reġistrazzjoni tal-esklużjoni.

Artikolu 12

Koperazzjoni

1.   Il-persuna li tiġi kuntattjata f’każ ta’ twissija msemmija fl-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament għandha tipprovdi, bil-kitba jew permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-informazzjoni kollha relevanti disponibbli sabiex tippermetti lill-istituzzjoni li tagħmel it-talba tiegħu deċiżjonijiet ta’ esklużjoni skont l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju jew tippermetti lill-awtorità jew aġenzija tal-implimentazzjoni tikkunsidraha fl-għoti ta’ kuntratti marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit.

2.   F’każi, fejn ċertifikati jew evidenza miksuba minn istituzzjoni mhumiex konsistenti mat-twissijiet ta’ esklużjoni rreġistrati, l-istituzzjoni konċernata għandha tinforma immedjatament lill-persuna li tiġi kkuntattjata f’każ ta’ twissija. Il-persuna li tiġi kkuntattjata f’każ ta’ twissija u fejn xieraq il-punt tal-komunikazzjoni u kooperazzjoni konċernat għandhom jieħdu azzjoni xierqa.

3.   F’każi, fejn ċertifikati jew evidenza miksuba minn awtorità jew aġenzija tal-implimentazzjoni mhumiex konsistenti mat-twissijiet ta’ esklużjoni reġistrati, l-awtorità jew l-aġenzija għandha tittrasmetti l-informazzjoni, permezz tal-punt tal-komunikazzjoni u kooperazzjoni tagħha, lill-persuna li tiġi kkuntattjata f’każ ta’ twissija. Il-persuna li tiġi kkuntattjata f’każ ta’ twissija u fejn hu adattat il-punt tal-komunikazzjoni u kooperazzjoni konċernat għandhom jieħdu azzjoni xierqa.

4.   L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u l-punti tal-kuntatt tal- istituzzjonijiet għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-aqwa prattiċi.

Materji relatati mad-dejtabejż tal-esklużjoni għandhom jiġu diskussi f’qafas ta’ laqgħat bejn l-awtorità jew aġenzija tal-implimentazzjoni u s-servizzi tal- Kummissjoni responsabbli.

Artikolu 13

Protezzjoni tad-dejta

1.   Fis-sejħiet għal offerti u sejħiet għal proposti u, fl-assenza ta’ sejħiet, qabel ma jingħataw il-kuntratti jew għotjiet, l-istituzzjonijiet u awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni għandhom jinfurmaw lil terzi persuni dwar id-dejta li tikkonċernahom li tista’ tiġi inkluża fid-dejtabejż tal-esklużjoni u tal-entitajiet li lilhom tista’ tiġi komunikata d-dejta. F’każi, fejn it-terzi persuni huma entitajiet legali, l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet u aġenziji tal-implimentazzjoni għandhom jinfurmaw lill-persuni li għandhom is-setgħat li jirrappreżentaw, jieħdu deċiżjonijiet jew jikkontrollaw dawn l-entitajiet legali.

2.   L-istituzzjoni li titlob reġistrazzjoni ta’ twissija ta’ esklużjoni għandha tkun responsabbli għar-relazzjonijiet mal-persuna fiżika jew ġuridika li dejta tiegħu/tagħha ġiet introdotta fid-dejtabejż tal-esklużjoni (aktar ’il quddiem f’dan id-dokument: “id-dejta tas-suġġett konċernat”).

L-istituzzjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta konċernat dwar it-talba għall-attivazzjoni, aġġornament u tneħħija ta’ twissija ta’ esklużjoni li tikkonċernah direttament u tiddikjara r-raġunijiet tagħha.

L-istituzzjoni għandha twieġeb ukoll għal talbiet mis-suġġetti tad-dejta konċernati sabiex tiġi rettifikata dejta personali mhux eżatta jew mhux kompluta u kwalunkwe talbiet jew mistoqsijiet oħra minn għand dawk is-suġġetti.

Talbiet jew mistoqsijiet minn għand suġġetti tad-dejta konċernati relatati ma’ informazzjoni provduta mill-awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni għandhom jiġu trattati minn dawk l-awtoritajiet jew aġenziji. Is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli għandu jirreferi dawn it-talbiet u mistoqsijiet lill-punt tal-komunikazzjoni u kooperazzjoni konċernat u jinforma lis-suġġett tad-dejta konċernat dwarhom

3.   Bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fil-paragrafu 2, persuna fiżika identifikata kif suppost għandha tkun tista’ titlob informazzjoni dwar jekk dejta li tikkonċernaha hix reġistrata fid-dejtabejż tal-esklużjoni.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jinformah bil-kitba jew permezz ta’ mezzi elettroniċi, jekk l-individwu hux reġistrat fid-dejtabejż tal-esklużjoni. Jekk l-individwu hu reġistrat, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jehmeż id-dejta maħżuna fid-dejtabejż tal-esklużjoni li tikkonċerna lil dak l-individwu. Hu għandu jinforma lill-istituzzjoni li talbet it-twissija dwaru.

4.   Bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fil-paragrafu 2, ir-rappreżentant awtorizzat kif suppost tal-persuna ġuridika jista’ jitlob informazzjoni dwar jekk dik il-persuna legali hix reġistrata fid-dejtabejż tal-esklużjoni.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jinformah bil-kitba jew permezz ta’ mezzi elettroniċi, jekk l-individwu hux reġistrat fid-dejtabejż tal-esklużjoni. Jekk l-individwu hu reġistrat, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jehmeż id-dejta maħżuna fid-dejtabejż tal-esklużjoni li tikkonċerna lil dak l-individwu. Hu għandu jinforma lill-istituzzjoni li talbet it-twissija dwaru.

5.   Twissijiet imneħħija għandhom ikunu aċċessibbli għal skopijiet ta’ reviżjoni tal-kontijiet u investigazzjoni biss u m’għandhomx ikunu viżibbli għall-utenti tad-dejtabejż.

Iżda, dejta personali li qiegħda fit-twissijiet ta’ esklużjoni li jirreferu għal individwi għandha tibqa’ aċċessibbcli għal dawn l-iskopijiet biss għal ħames snin wara t-tneħħija tat-twissija.

Artikolu 14

Id-dispożizzjonijiet transizzjonali

1.   L-informazzjoni minn għand l-awtoritajiet jew aġenziji tal-implimentazzjoni għandha tirreferi esklussivament ma’ sentenzi mogħtija wara l-1 ta’ Jannar 2009.

2.   Twissijiet reġistrati skont l-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jkunu għadhom attivi f’dik id-data għandhom jikkostitwixxu twissijiet ta’ esklużjoni u għandhom jiġu mdaħħla minnufih fid-dejtabejż tal-esklużjoni.

3.   F’każ, fejn terza parti ma ġietx infurmata dwar ir-reġistrazzjoni tat-twissija ta’ esklużjoni msemmija fil-paragrafu 2, is-servizzi tal-Kummissjoni jew l-istituzzjoni li talbet ir-reġistrazzjoni għandha tinforma lit-terza persuna li d-dejta tagħha ġiet introdotta fid-dejtabejż tal-esklużjoni fi żmien xahar mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

4.   Is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli jew istituzzjoni oħra li talbet reġistrazzjoni ta’ twissija ta’ esklużjoni msemmija fil-paragrafu 2 tibqa’ responsabbli għall-modifikazzjoni jew tneħħija ta’ talbiet ta’ dik it-twissija skont dan ir-Regolament.

5.   Għal esklużjonijiet deċiżi mis-servizz tal-Kummissjoni jew aġenzija eżekuttiva skont il-punti (b) u (e) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju qabel l-1 ta’ Mejju 2007, fit-tul taż-żmien tal-perjodu ta’ esklużjoni għandu jiġi kkunsidrat il-perjodu ta’ rekord kriminali taħt il-liġi nazzjonali.

Għal din l-esklużjoni għandu japplika perjodu massimu ta’ erba’ snin mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni. Jekk dak il-perjodu jkun għadda, is-servizz tal- Kummissjoni jew aġenzija eżekuttiva responsabbli għandha titlob it-tneħħija tat-twissija.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Dalia GRYBAUSKAITĖ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)  ĠU L 297,, 22.9.2004, p. 6.

(6)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(7)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8.

(8)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(9)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(10)  Ara paġna 125 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali


ANNESS I

Talba għal dħul ta' dejta fil-bażi tad-dejta tal-esklużjoni, u l-immodifikar jew tneħħija tagħha minn istituzzjonijiet oħra għajr il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

It-talba għandha tintbagħat skont il-proċedura għall-informazzjoni kklassifikata skont ir-regoli stabbiliti mill-istituzzjoni. Hija għandha tintbagħat f'envelopp wieħed magħluq.

Il-Kummissjoni Ewropea
Direttorat Ġenerali Baġit
Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni
BRE2 13/505
B-1049 BRUXELLES

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Komunikazzjoni ta' informazzjoni minn awtoritajiet jew entitajiet ta' implimentazzjoni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1303/2008

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 983/2008 li jadotta l-pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta’ riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(g) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba żvista amministrattiva, fl-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2008 (2), rigward it-trasferimenti intra-Komunitarji taz-zokkor, ġew elenkati aġenziji żbaljati fir-rigward tal-aġenziji awtorizzati biex jirċievu z-zokkor għal-Litwanja u l-Portugall rispettivament. Korrezzjoni ta’ dawn l-iżbalji hija meħtieġa biex tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-pjan.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 983/2008 għandu għalhekk jiġi korrett skont dan. Il-korrezzjoni għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-miżura pprovduta f’dan ir-Regolament hija skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 983/2008, ir-raba’ kolonna, “Id-Destinatarju”, hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-punt 2, “Ministério das Finanças, Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo, Direcção de Serviços de Licenciamento, Portugal” għandha tinbidel b’“IFAP, Portugal”.

(2)

Fil-punt 4, “NMA, Lietuva” għandha tinbidel bi “Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-10 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 268, 9.10.2008, p. 3


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1304/2008

tad-19 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli mill-projbizzjoni tal-ħruġ stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(c), l-Artikoli 11 u 12 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 (2) jistipula regoli għall-kontroll, monitoraġġ, sorveljanza u restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ ċerti annimali, fir-rigward tal-bluetongue, fi u minn żoni ristretti.

(2)

L-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament jistipula li movimenti ta’ annimali, tas-semen, l-ova u l-embriji tagħhom, minn azjenda jew ċentru għall-ġbir jew għall-ħażna tas-semen li jinsabu f’żona ristretta lejn azjenda oħra jew ċentru għall-ġbir jew għall-ħażna tas-semen għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjoni tal-ħruġ stipulata fid-Direttiva 2000/75/KE, suġġetta għall-ħtieġa li l-annimali, is-semen, l-ova u l-embriji tagħhom ikunu konformi ma’ ċerti kondizzjonaijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.

(3)

L-esperjenza wriet li f’għadd ta’ Stati Membri l-effettività tal-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 biex ikun żgurat il-ħarsien tal-annimali kontra l-attakki minn vektors tista’ tiġi kompromessa minn kombinazzjoni ta’ fatturi Dawk il-fatturi jinkludu l-ispeċi tal-vektors, il-kondizzjonijiet tal-klima u t-tip ta’ trobbija ta’ annimali suxxettibbli li jixtarru.

(4)

Għalhekk, bħala miżura transitorja, l-Artiklu 9a tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 394/2008 (3) jistipula li, sal-31 ta’ Diċembru 2008, l-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jitolbu li l-moviment ta’ ċerti annimali, li huma koperti mill-eżenzjoni stipulata fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet addizzjonali, abbażi ta’ evalwazzjoni ta’ riskju li tqis il-kondizzjonijiet entomoloġiċi u epidemijoloġiċi li fihom qed jiddaħħlu l-annimali.

(5)

Fil-perjodu ta’ wara l-adozzjoni ta’ dik il-miżura transitorja, l-esperjenza wriet li f’għadd ta’ Stati Membri l-applikazzjoni tal-miżuri biex ikun żgurat il-ħarsien tal-annimali kontra l-attakki mill-vektors mhijiex effettiva. Barra minn hekk, l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà tal-Ikel tistqarr, fl-Opinjoni tagħha dwar il-bluetongue tad-19 ta’ Ġunju 2008 (4), li l-ebda protokolli ta’ trattament ma ġew formalment approvati fil-Komunità għall-ħarsien effettiv tal-annimali kontra l-attakki Culicoides.

(6)

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi u sakemm issir aktar evalwazzjoni xjentifika fil-ġejjieni, huwa xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artiklu 9a tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007, id-data “31 ta’ Diċembru 2008” għandha tkun mibdula bid-data “31 ta’ Diċembru 2009”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

(2)  ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.

(3)  ĠU L 117, 1.5.2008, p. 22.

(4)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar is-Saħħa u s-Sigurtà tal-Annimali fuq talba mill-Kummisjoni Ewropea (DG SANCO) dwar il-Bluetongue. Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 735, 1-69.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1305/2008

tad-19 ta' Diċembru 2008

li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Maroilles jew Marolles (DPO)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2006 (1), u partikolarment it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skont l-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Franza g]all-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Maroilles jew Marolles”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 (2).

(2)

It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi tippreċiża l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ trattamenti u addittivi għall-ħalib u fil-produzzjoni tal-“Maroilles ou Marolles”. Dawn il-prattiki jiżguraw iż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tad-denominazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista' tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament,

(4)

F’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (3), u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, jeħtieġ li jkun ippubblikat sinteżi sommarju tal-ispeċifikazzjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Maroilles jew Marolles” hija b'dan emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Is-sommarju konsolidat bl-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.


ANNESS I

B'dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Maroilles jew Marolles”

“Metodu ta' produzzjoni”

Il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni rigward id-deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni huwa kkompletat bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“(…) L-operazzjoni tat-tibqit tal-ħalib għandha ssir esklussivament bit-tames.

Il-konċentrazzjoni tal-ħalib bl-eliminazzjoni parzjali tal-parti ilmija qabel il-koagolazzjoni hija pprojbita.

Minbarra l-materja prima tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew prodotti sekondarji jew addittivi awtorizzati fil-ħalib, u waqt il-produzzjoni, huma t-tames, il-kulturi innoffensivi tal-batterji, il-ħmira, il-moffa, il-klorur tal-kalċju u l-melħ.

(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’temperatura negattiva tal-materja prima tal-ħalib, tal-prodotti fil-proċess tal-produzzjoni, tal-baqta jew tal-ġobon frisk (fromage frais).

(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’atmosfera mmodifikata tal-ġobniet friski jew tal-ġobniet li għaddejjin mill-maturazzjoni.”


ANNESS II

SOMMARJU

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

“MAROILLES jew MAROLLES”

Nru tal-KE: FR-PDO-0117-0123/29.03.2006

DPO (X) IĠP ( )

Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'finijiet ta’ informazzjoni biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru:

Isem:

Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

Indirizz:

51, rue d’Anjou, 75008 Paris

Tel.:

+33 (0)1 53 89 80 00

Feks:

+33 (0)1 53 89 80 60

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp:

Isem:

Syndicat des Fabricants et Affineurs du fromage de Maroilles

Indirizz:

Uriane, BP 20, 148 avenue du Général-de-Gaulle, 02260 La Capelle

Tel.:

+33 (0)3 23 97 57 57

Feks:

+33 (0)3 23 97 57 59

Posta elettronika:

sfam@uriane.com

Kompożizzjoni:

produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.3

Ġobnijiet

4.   Speċifikazzjoni

(sommarju tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

Maroilles jew Marolles

4.2.   Deskrizzjoni:

Magħmul mill-ħalib tal-baqar, il-ġobon huwa artab u għandu qoxra ħamra fl-oranġo, ta’ forma kwadra bi ġnub minn 12.5 sa 13-il ċm tul, imma wkoll fi tliet forom oħra aktar żgħar (Sorbais, Mignon u Quart); fih tal-anqas 45 % xaħam.

Il-ġobon hua kremuż u grass, omeġenu u minn lewn il-krema.

4.3.   Żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tinfirex fuq it-territorji tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

 

Departiment tal-Aisne:

 

It-territorju kollu tad-distretti ta': Aubenton, Hirson, La Capelle, Le Nouvion-en-Thiérache u Vervins.

 

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet ta': Archon, Les Autels, Le Sourd, Brunehamel, Cuiry-lès-Iviers, Dagny-Lambercy, Dohis, Etreux, Flavigny-le-Grand-et-Beaurain, Grandrieux, Guise, Iron, Lavaqueresse, Lemé, Malzy Marly-Gomont, Monceau-sur-Oise, Morgny-en-Tiérache, Oisy, Parfondeval, Proizy, Résigny, Romery, Villers-lès-Guise u Wiège-Faty.

 

Departiment tan-Nord:

 

It-territorju kollu tad-distretti ta': Avesne-sur-Helpe-Nord, Avesne-sur-Helpe-Sud, Solre-le-Château u Trélon.

 

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet ta': Aulnoye-Aymeries, Bachant, Bazuel, Beaufort, Berlaimont, Catillon-sur-Sambre, Damousies, Eclaibes, Ecuélin, Le Favril, Fontaine-au-Bois, La Groise, Hecq, Landrecies, Leval, Limont-Fontaine, Locquignol, Maroilles, Monceau-Saint-Waast, Noyelles-Sur-Sambre, Obrechies, Ors, Pommereuil, Pont-sur-Sambre, Preux-aux-Bois, Prisches, Quievelon, Rejet-de-Beaulieu, Saint-Rémy-Chaussée, Robersart, Sassegnies u Wattignies-la-Victoire.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Kull lok tal-iproċessar u kull lok tal-maturazzjoni jeħtiġilhom jimlew “dikjarazzjoni ta' kapaċità” irreġistrata mis-servizzi tal-I.N.A.O. u li tippermetti lil dan tal-aħħar li jidentifika l-operaturi kollha. Dawn għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-I.N.A.O. r-reġistri kif ukoll kull dokument meħtieġ għall-kontroll tal-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon.

Fil-qafas tal-kontroll li jsir fuq il-karatteristiċi tal-prodott b’denominazzjoni tal-oriġini, eżami analitiku u organolettiku għandu l-għan li jassigura l-kwalità u t-tipiċità tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Il-produzzjoni tal-ħalib, u l-produzzjoni u l-manifattura tal-ġobniet iridu jsiru fiż-żona ġeografika.

Il-ġobon huwa prodott esklussivament bil-ħalib tal-baqar ittrattat bit-tames; il-baqta hija sseparata u ma tinħasilx; titħalla tqattar weħidha; il-ġobna titmellaħ fin-niexef; il-maturazzjoni tvarja skont il-format, b’tal-anqas 5 ġimgħat għall-format bażiku, li matulhom il-qoxra tinħasel diversi drabi fis-salmura bla użu ta’ fungiċidi.

4.6.   Rabta:

Kienu l-irhieb tal-Abbazija ta’ Maroilles, imwaqqfa fis-seklu VII, li pperfezzjonaw il-produzzoni ta’ dan il-ġobon madwar is-sena 960. Mis-seklu XI ‘il quddiem, il-privileġ tal-produzzjoni twessa’ għall-vilaġġi ġiriein. L-irhieb tejbu r-razza tal-baqar fid-dawl tal-klime u l-produzzjoni tal-ġobon. Id-denominazzjoni ingħatat ir-rikonoxximent tal-qrati fis-17 ta’ Lulju 1955.

Id-denominazzjoni twieldet firreġjun naturali tat-Thiérache, madwar il-belt ta’ Maroilles u tal-abbazija tagħha, bi klima friska u niedja, b’art impermeabbli li tant tiffavorixxi l-ħaxix li t-trobbija tal-bhejjem saret esklussiva; l-għarfien tal-irhieb, li għaddewh lill-popolazzjoni tal-inħawi, ippermetta l-iżvilupp armonjuż tal-Maroilles.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

Indirizz:

51, rue d’Anjou, 75008 Paris

Tel.:

+33 (0)1 53 89 80 00

Feks:

+33 (0)1 53 89 80 60

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

L-Institut National de lOrigine et de la qualité huwa entità pubblika ta' natura amministrattiva, b'personalità ċivili, u jaqa' taħt il-Ministeru tal-Agrikoltura.

Il-kontroll tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni li għandhom denominazzjoni tal-oriġini qiegħed f’idejn l-INAO.

Isem:

Direction Générale de la Concurrence, de la Consommation et de la Répression des Fraudes (DGCCRF)

Indirizz:

59, boulevard Vincent Auriol, 75703 Paris Cedex 13

Tel.:

+33 (0)1 44 87 17 17

Feks:

+33 (0)1 44 97 30 37

Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Industrija u tal-Impjiegi.

4.8.   Tikkettar:

Huwa obbligatorju li l-ġobniet iġibu isem id-denominazzjoni.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1306/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(1) u (6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezz tal-bejgħ tal-Komunità għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f'livell talanqas ugwali għas-70 % u li ma jaqbiżx id-90 % tal-prezz ta’ gwida.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1299/2008 (2) jiffissa prezzijiet ta' gwida għas-sena tas-sajd 2009 għall-prodotti kollha kkonċernati.

(3)

Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skont l-ispeċi u kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-marlozz.

(4)

Il-fatturi tal-konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispecijiet differenti u l-preżentazzjonijiet tal-prodotti ffriżati li jinsabu fil-Komunità sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jibda l-miżura ta' intervent previst fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(5)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, applikabbli matul is-sena tas-sajd 2009 għall-prodotti elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi ta’ konverżjoni li jirrelataw għalihom huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi tal-konverżjoni

Speċijiet

Preżentazzjoni

Fattur ta’ konverżjoni

Livell ta' intervent

Prezz tal-bejgħ

(Eur/tunellata)

Ħalibatt ta' Greenland

(Reinhardtius hippoglossoides)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 662

Marlozz

(Merluccius spp.)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 017

Fletti individwali

 

 

 

bil-ġilda

1,0

0,85

1 261

bla ġilda

1,1

0,85

1 387

Sparidae

(Dentex dentex u Pagellus spp.)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 321

Pixxispad

(Xiphias gladius)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

3 398

Gambli Penaeidae

Iffriżat

 

 

 

(a)

Parapenaeus Longirostris

1,0

0,85

3 427

(b)

Penaeidae oħrajn

1,0

0,85

6 712

Siċċ

(Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti)

Iffriżat

1,0

0,85

1 661

Klamari (Loligo spp.)

(a)

Loligo patagonica

sħaħ, mhux imnaddfa

1,00

0,85

1 023

imnaddfa

1,20

0,85

1 227

(b)

Loligo vulgaris

sħaħ, mhux imnaddfa

2,50

0,85

2 556

imnaddfa

2,90

0,85

2 965

Qarnit

(Octopus spp.)

Iffriżat

1,00

0,85

1 856

Illex argentinus

sħaħ, mhux imnaddfa

1,00

0,80

695

tubu

1,70

0,80

1 182

Forom ta’ preżentazzjoni kummerċjali:

sħaħ, mhux imnaddfa

:

prodott li ma għadda minn ebda trattament

imnaddaf

:

prodott li għallinqas ikun tnaddaf

tubu

:

ġisem ta’ klamar li għallinqas ikun imnaddaf u tneħħietlu r-ras


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1307/2008

tad-19 ta’ Diċembru 2008

li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(1) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jistabbilixxi illi l-prezzijiet ta' referenza validi għall-Komunità jistgħu jiġu ffissati kull sena, skont il-kategorija ta' prodotti, għall-prodotti li huma s-suġġett ta' sospensjoni tat-tariffa skont l-Artikolu 28(1). L-istess jgħodd għal prodotti li, billi jkunu jew soġġetti għal tnaqqis tariffarju li jorbot taħt it-WTO jew xi arranġamenti preferenzjali oħra, għandhom jikkonformaw ma’ prezz ta' referenza.

(2)

Skont l-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti elenkati fl-Anness I, il-Partijiet (A) u (B) ta’ dak ir-Regolament, għandu jkun l-istess bħall-prezz ta’ rtirar, stabbilit skont l-Artikolu 20(1) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Il-prezzijiet Komunitarji tal-irtirar għall-prodotti konċernati huma stabbiliti għas-sena tas-sajd 2009 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1309/2008 (2).

(4)

F’konformità mal-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti minbarra dawk elenkati fl-Annessi I u II għal dak ir-Regolament għandu jiġi stabbilit b’mod partikolari fuq il-bażi tal-medja aġġustata tal-valuri tad-dwana rreġistrati fis-swieq tal-importazzjoni jew fil-portijiet tal-importazzjoni fit-tliet snin immedjatament qabel id-data li fiha jiġi stabbilit il-prezz ta’ referenza.

(5)

Ma hemmx ħtieġa li jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta' referenza għal dawk il-prodotti koperti mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 li jiġu importati minn pajjiżi terzi fi kwantitajiet insinifikanti.

(6)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet ta' referenza għas-sena ta' sajd 2009 tal-prodotti tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  Ara paġna 42 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS (1)

1.   Prezzijiet ta' referenza għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000

Speċi

Daqs (2)

Prezz ta' referenza (EUR/tunnellata)

Imnaddaf bir-ras (2)

Ħut sħiħ (2)

Kodiċi Taric addizzjonali

Extra, A (2)

Kodiċi Taric addizzjonali

Extra, A (2)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

ex 0302 40 00

1

 

F011

132

2

 

F012

202

3

 

F013

191

4a

 

F016

121

4b

 

F017

121

4c

 

F018

253

5

 

F015

225

6

 

F019

112

7a

 

F025

112

7b

 

F026

101

8

 

F027

84

Redfish

(Sebastes spp.)

ex 0302 69 31 u ex 0302 69 33

1

 

F067

972

2

 

F068

972

3

 

F069

816

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

ex 0302 50 10

1

F073

1 192

F083

861

2

F074

1 192

F084

861

3

F075

1 125

F085

662

4

F076

894

F086

497

5

F077

629

F087

364

 

 

Mgħolli fl-ilma

Frisk jew imkessaħ

Kodiċi Taric addizzjonali

Extra, A (2)

Kodiċi Taric addizzjonali

Extra, A (2)

Gambli tal-ilma fond

Pandalus borealis

ex 0306 23 10

1

F317

5 035

F321

1 103

2

F318

1 766

2.   Prezzijiet ta' referenza għall-prodotti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000

Prodott

Kodiċi Taric addizzjonali

Preżentazzjoni

Prezz ta' referenza

(EUR/tunnellata)

1.   

Redfish

 

 

Sħiħ:

 

ex 0303 79 35

ex 0303 79 37

F411

bir-ras jew mingħajrha

941

ex 0304 29 35

ex 0304 29 39

 

Fletti:

 

F412

bix-xewk (“standard”)

1 914

F413

bla xewk

2 137

F414

blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

2 239

2.   

Cod

ex 0303 52 10 , ex 0303 52 30 , ex 0303 52 90 , ex 0303 79 41

F416

Sħaħ, bir-ras jew mingħajrha

1 095

ex 0304 29 29

 

Fletti:

 

F417

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 501

F418

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 717

F419

fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda

2 550

F420

fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda

2 943

F421

blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

2 903

ex 0304 99 33

F422

Biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok kapuljati

1 463

3.   

Pollakkju

ex 0304 29 31

 

Fletti:

 

F424

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 518

F425

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 722

F426

fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda

1 476

F427

fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda

1 646

F428

blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

1 786

ex 0304 99 41

F429

Biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok kapuljati

986

4.   

Haddock

ex 0304 29 33

 

Fletti:

 

F431

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 264

F432

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 606

F433

fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda

2 537

F434

fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda

2 710

F435

blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

2 960

5.   

Pollakkju tal-Alaska

 

 

Fletti:

 

ex 0304 29 85

F441

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 147

F442

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 324

6.   

Aringi

 

 

Ġnub tal-aringi

 

ex 0304 19 97

ex 0304 99 23

F450

ta’ aktar minn 80g l-biċċa

510

F450

ta’ aktar minn 80g l-biċċa

464


(1)  Il-kodiċi addizzjonali li għandu jissemma għall-kategoriji kollha għajr dawk espliċitament imsemmija fil-punti 1 u 2 tal-Anness huwa “F499: Oħrajn”.

(2)  Il-kategoriji ta' freskezza, tad-daqs u tal-preżentazzjoni huma dawk stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1308/2008

tad-19 ta' Diċembru 2008

li jiffissa l-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat ta' ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2813/2000 tal-21 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti prodotti tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1)

L-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-somma tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji rreġistrati fil-Komunità matul is-sena tas-sajd ta'qabel is-sena inkwistjoni.

(2)

Sabiex jiġi skoraġġut il-ħżin fit-tul, biex jitqassru ż-żminijiet tal-ħlas u jitnaqqas il-piż tal-kontrolli, l-għajnuna għall-ħżin privat għandha titħallas f'pagament wieħed.

(3)

Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2009, l-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin privat, imsemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, għall-prodotti elenkati fl-Anness II ta' dak ir-Regolamemt għandu jkun kif ġej:

:

L-ewwel xahar

:

EUR 216 kull tunnellata

:

It-tieni xahar

:

EUR 0 kull tunnellata

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 326, 22.12.2000, p. 30.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/42


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1309/2008

tad-19 ta’ Diċembru 2008

li jiffissa l-prezzijiet ta’ rtirar u bejgħ tal-Komunità għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) u l-Artikolu (22) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li l-prezzijiet ta’ rtirar u bejgħ fil-Komunità ta’ kull prodott elenkat fl-Anness I tiegħu għandhom ikunu ffissati skont il-freskezza, id-daqs jew il-piż u l-preżentazzjoni tal-prodott bl-applikazzjoni tal-fattur ta’ konverżjoni għall-kategorija tal-prodott ikkonċernat sa ammont ta’ mhux aktar minn 90% tal-prezz ta’ gwida rilevanti.

(2)

Il-prezzijiet ta’ rtirar jistgħu jkunu mmultiplikati b’fatturi ta’ aġġustament f’postijiet tal-ħatt li huma mbiegħda ħafna miċ-ċentri ewlenin tal-konsum fil-Komunità. Il-prezzijiet ta' gwida għas-sena ta' sajd 2009 kienu ffissati għall-prodotti kollha kkonċernati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1299/2008 (2).

(3)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-fatturi ta’ konverżjoni użati biex ikunu kkalkulati l-prezzijiet ta’ rtirar u bejgħ tal-Komunità, kif imsemmi fl-Artikoli 20 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, għas-sena tas-sajd 2009 għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, huma stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Il-prezzijiet Komunitarji ta’ rtirar u bejgħ applikabbli għas-sena tas-sajd 2009 u l-prodotti li huma relatati magħhom huma mniżżla fl-Anness II.

L-Artikolu 3

Il-prezzijiet ta’ rtirar applikabbli għas-sena ta’ sajd 2009 f’postijiet tal-ħatt li huma mbiegħda ħafna miċ-ċentri ewlenin ta’ konsum fil-Komunità u l-prodotti relatati magħhom huma mniżżla fl-Anness III.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

Il-Fatturi ta’ konverżjoni għall-prodotti elenkati fil-punti A, B u C tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

L-Ispeċi

Id-Daqs (*)

Il-Fatturi ta’ konverżjoni

Ħut imnaddaf, bir-ras (*)

Ħut sħiħ (*)

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

1

0,00

0,47

2

0,00

0,72

3

0,00

0,68

4a

0,00

0,43

4b

0,00

0,43

4c

0,00

0,90

5

0,00

0,80

6

0,00

0,40

7a

0,00

0,40

7b

0,00

0,36

8

0,00

0,30

Sardin tal-ispeċi

Sardina pilchardus

1

0,00

0,51

2

0,00

0,64

3

0,00

0,72

4

0,00

0,47

Mazzol griż

Squalus acanthias

1

0,60

0,60

2

0,51

0,51

3

0,28

0,28

Mazzol griż

Scyliorhinus spp.

1

0,64

0,60

2

0,64

0,56

3

0,44

0,36

Redfish

Sebastes spp.

1

0,00

0,81

2

0,00

0,81

3

0,00

0,68

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

1

0,72

0,52

2

0,72

0,52

3

0,68

0,40

4

0,54

0,30

5

0,38

0,22

Pollakkju

Pollachius virens

1

0,72

0,56

2

0,72

0,56

3

0,71

0,55

4

0,61

0,30

Haddock

Melanogrammus aeglefinus

1

0,72

0,56

2

0,72

0,56

3

0,62

0,43

4

0,52

0,36

Merlangu

Merlangius merlangus

1

0,66

0,50

2

0,64

0,48

3

0,60

0,44

4

0,41

0,30

Lipp

Molva spp.

1

0,68

0,56

2

0,66

0,54

3

0,60

0,48

Kavalli tal-ispeċi

Scomber scombrus

1

0,00

0,72

2

0,00

0,71

3

0,00

0,69

Kavalli tal-għajn tal-ispeċi

Scomber japonicus

1

0,00

0,77

2

0,00

0,77

3

0,00

0,63

4

0,00

0,47

Inċova

Engraulis spp.

1

0,00

0,68

2

0,00

0,72

3

0,00

0,60

4

0,00

0,25

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

1

0,75

0,41

2

0,75

0,41

3

0,72

0,41

4

0,52

0,34

Marlozz tal-ispeċi

Merluccius merluccius

1

0,90

0,71

2

0,68

0,53

3

0,68

0,52

4

0,56

0,43

5

0,52

0,41

Megrims

Lepidorhombus spp.

1

0,68

0,64

2

0,60

0,56

3

0,54

0,49

4

0,34

0,29

Dab

Limanda limanda

1

0,71

0,58

2

0,54

0,42

Barbun

Platichthys flesus

1

0,66

0,58

2

0,50

0,42

Alonga

Thunnus alalunga

1

0,90

0,81

2

0,90

0,77

Siċċ

Sepia officinalis u Rossia macrosoma

1

0,00

0,64

2

0,00

0,64

3

0,00

0,40


L-Ispeċi

Id-Daqs (**)

Il-Fattur ta’ konverżjoni

 

Ħut sħiħ

Ħut bla ras (**)

Ħut imnaddaf, bir-ras (**)

 

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Petriċa

Lophius spp.

1

0,61

0,77

 

2

0,78

0,72

3

0,78

0,68

4

0,65

0,60

5

0,36

0,43

 

 

Il-preżentazzjonijiet kollha

 

Extra, A (**)

 

Gambli tal-ispeċi

Crangon crangon

1

0,59

 

 

2

0,27

 

 

Imsajjar fl-ilma

Fresh or chilled

 

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Gambli tal-fond

Pandalus borealis

1

0,77

0,68

 

2

0,27

 

 

Sħaħ (**)

 

 

Granċi li jittieklu

Cancer pagurus

1

0,72

 

 

2

0,54

 

 

Sħaħ (**)

 

Dnub (**)

E' (**)

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Ksampu

Nephrops norvegicus

1

0,86

0,86

0,81

2

0,86

0,59

0,68

3

0,77

0,59

0,50

4

0,50

0,41

0,41

 

 

Ħut imnaddaf, bir-ras (**)

Ħut sħiħ (**)

 

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Lingwata

Solea spp.

1

0,75

0,58

 

2

0,75

0,58

3

0,71

0,54

4

0,58

0,42

5

0,50

0,33


(*)  Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar- Regolament (KE) Nru 104/2000.

(**)  Il-kategoriji tal-freskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar- Regolament (KE) Nru 104/2000.


ANNESS II

Prezzijiet tal-irtirar u l-bejgħ fil-Komunità tal-prodotti elenkati fil-punti A, B u C tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

L-Ispeċi

Id-Daqs (*)

Prezz tal-irtirar (EUR/t)

Ħut imnaddaf, bir-ras (*)

Ħut sħiħ (*)

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

1

0

132

2

0

202

3

0

191

4a

0

121

4b

0

121

4c

0

253

5

0

225

6

0

112

7a

0

112

7b

0

101

8

0

84

Sardin tal-ispeċi

Sardina pilchardus

1

0

293

2

0

367

3

0

413

4

0

270

Mazzol griż

Squalus acanthias

1

667

667

2

567

567

3

311

311

Mazzol griż

Scyliorhinus spp.

1

464

435

2

464

406

3

319

261

Redfish

Sebastes spp.

1

0

972

2

0

972

3

0

816

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

1

1 192

861

2

1 192

861

3

1 125

662

4

894

497

5

629

364

Pollakkju

Pollachius virens

1

559

435

2

559

435

3

551

427

4

473

233

Haddock

Melanogrammus aeglefinus

1

747

581

2

747

581

3

644

446

4

540

374

Merlangu

Merlangius merlangus

1

630

478

2

611

458

3

573

420

4

392

287

Lipp

Molva spp.

1

826

680

2

801

656

3

728

583

Kavalli tal-ispeċi

Scomber scombrus

1

0

233

2

0

229

3

0

223

Kavalli Spanjoli tal-ispeċi

Scomber japonicus

1

0

224

2

0

224

3

0

183

4

0

137

Inċova

Engraulis spp.

1

0

884

2

0

936

3

0

780

4

0

325

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

1 ta’ Jannar sa 30 ta’ April 2009

1

809

442

2

809

442

3

777

442

4

561

367

1 ta’ Mejju sa 31 ta’ Diċembru 2009

1

1 124

615

2

1 124

615

3

1 079

615

4

779

510

Marlozz tal-ispeċi

Merluccius merluccius

1

3 258

2 570

2

2 462

1 919

3

2 462

1 882

4

2 027

1 557

5

1 882

1 484

Megrims

Lepidorhombus spp.

1

1 719

1 618

2

1 517

1 416

3

1 365

1 239

4

860

733

Dab

Limanda limanda

1

606

495

2

461

359

Barbun

Platichthys flesus

1

345

303

2

261

219

Alonga

Thunnus alalunga

1

2 174

1 780

2

2 174

1 692

Siċċ

Sepia officinalis u Rossia macrosoma

1

0

1 107

2

0

1 107

3

0

692

 

 

Ħut sħiħ

Ħut bla ras (*)

Ħut imnaddaf, bir-ras (*)

 

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Petriċa

Lophius spp.

1

1 810

4 702

2

2 315

4 397

3

2 315

4 153

4

1 929

3 664

5

1 068

2 626

 

 

Il-preżentazzjonijiet kollha

Extra, A (*)

Gambli tal-ispeċi

Crangon crangon

1

1 474

2

674

 

 

Imsajjar fl-ilma

Frisk jew imkessaħ

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Gambli tal-fond

Pandalus borealis

1

5 035

1 103

2

1 766


L-Ispeċi

Id-Daqs (**)

Prezzijiet tal-bejgħ (EUR/t)

 

Sħaħ (**)

 

Granċi li jittieklu

Cancer pagurus

1

1 284

 

 

2

963

 

 

Sħaħ (**)

Dnub (**)

E′ (**)

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Ksampu

Nephrops norvegicus

1

4 704

4 704

3 535

2

4 704

3 227

2 968

3

4 212

3 227

2 182

4

2 735

2 243

1 789

 

 

Ħut imnaddaf, bir-ras (**)

Ħut sħiħ (**)

 

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Lingwata

Solea spp.

1

5 160

3 990

 

2

5 160

3 990

3

4 885

3 715

4

3 990

2 890

5

3 440

2 270


(*)  Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(**)  Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


ANNESS III

Prezzijiet ta’ rtirar f’postijiet tal-ħatt li huma 'l bogħod ħafna miċ-ċentri ewlenin tal-konsum

L-Ispeċi

Post tal-ħatt

Il-Konverżjoni Il-Fattur

Id-Daqs (*)

Prezz ta’ rtirar

(f'EUR/tunnellata)

Ħut imnaddaf, bir-ras (*)

Ħut sħiħ (*)

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

Ir-Reġjuni kostali u l-gżejjer tal-L-Irlanda

0,90

1

0

119

2

0

182

3

0

172

4a

0

109

Ir-Reġjuni kostali tal-Ingilterra tal-Lvant minn Berwick sa Dover

Ir-Reġjuni kostali tal-Iskozja minn Portpatrick sa Eyemouth u l-gżejjer li jinsabu fil-Punent u t-Tramuntana ta’ dawk ir-reġjuni

Ir-reġjuni kostali ta’ County Down (L-Irlanda ta' Fuq)

0,90

1

0

119

2

0

182

3

0

172

4a

0

109

Kavalli tal-ispeċi

Scomber scombrus

Ir-Reġjuni kostali u l-gżejjer tal-Irlanda

0,96

1

0

223

2

0

220

3

0

214

Ir-Reġjuni kostali u l-gżejjer ta’ Cornwall u Devon fir-Renju Unit

0,95

1

0

221

2

0

218

3

0

212

Marlozz tal-ispeċi

Merluccius merluccius

Ir-Reġjuni kostali minn Troon (fil-Lbiċ tal-Iskozja) sa Wick (fil-Grigal tal-Iskozja) u l-gżejjer li jinsabu fil-Punent u t-Tramuntana ta’ dawk ir-reġjuni

0,75

1

2 444

1 928

2

1 846

1 439

3

1 846

1 412

4

1 520

1 167

5

1 412

1 113

Albacore jew alonga

Thunnus alalunga

Il-gżejjer tal-Azores u l-Madeira

0,48

1

1 043

854

2

1 043

812

Sardin tal-ispeċi

Sardina pilchardus

Il-Gżejjer Kanarji

0,48

1

0

141

2

0

176

3

0

198

4

0

129

Ir-Reġjuni kostali u l-gżejjer ta’ Cornwall u Devon fir-Renju Unit

0,74

1

0

217

2

0

272

3

0

306

4

0

200

Ir-Reġjuni kostali Atlantiċi tal-Portugall

0,93

2

0

342

0,81

3

0

335


(*)  Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1310/2008

tad-19 ta' Diċembru 2008

li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) u (8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi biex jitħallas kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi li jirtiraw, minħabba ċerti kondizzjonijiet, il-prodotti elenkati fl-Anness I, (A) u (B) ta' dak ir-Regolament. L-ammont ta' kumpens finanzjarju bħal dan għandu jkun imnaqqas bil-valuri standard fil-każ tal-prodotti maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar ir-rimi ta' ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq (2) jispeċifika l-modi ta' rimi tal-prodotti rtirati mis-suq. Il-valur ta’ dawn il-prodotti għandu jkun iffissat fuq livell standard għal kull wieħed minn dawn il-modi ta’ rimi, billi jitqies id-dħul medju li jista’ jinkiseb minn dan ir-rimi fl-Istati Membri varji.

(3)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta' Novembru 2000 li jistabilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta' kumpens finanzjarju għall-irtirar ta' ċerti prodotti tas-sajd (3), regoli speċjali jipprovdu li, meta organizzazzjoni ta' produtturi jew wieħed mill-membri tagħha tqiegħed il-prodotti tagħha għall-bejgħ fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż li fih tkun rikonoxxuta, dak il-korp responsabbli għall-għoti tal-kumpens finanzjarju jrid ikun infurmat. Dan il-korp huwa dak fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni ta' produtturi tkun rikonoxxuta. Il-valur standard li jista' jitnaqqas għandu għalhekk ikun il-valur applikat f'dak l-Istat Membru.

(4)

L-istess metodu ta' kalkolu għandu jkun applikat għall-ħlasijiet bil-quddiem fuq kumpens finanzjarju kif provdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000.

(5)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2009, il-valuri standard li jridu jintużaw biex jiġi kkalkulat l-kumpens finanzjarju u l-ħlasijiet bil-quddiem marbuta miegħu fuq il-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq minn organizzazzjonijiet ta' produtturi u maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem, kif jirreferi għalihom l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 huma stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-valur standard li jrid jitnaqqas mill-kumpens finanzjarju u l-ħlasijiet bil-quddiem marbuta miegħu għandu jkun dak applikat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni ta' produtturi tkun rikonoxxuta.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.

(3)  ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.


ANNESS

Valuri standard

L-użu ta' prodotti rtirati mis-suq

EUR/t

1.

Użu wara l-ipproċessar fi tħin (għalf tal-annimali):

 

(a)

Aringi tal-ispeċi Clupea harengus u kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus:

 

Id-Danimarka u l-Iżvezja

60

Ir-Renju Unit

50

Stati Membri oħra

15

France

2

(b)

Gambli tal-ispeċi Crangon crangon u gambli tal-fond (Pandalus borealis)

 

Id-Danimarka u l-Isvezja

0

Stati Membri oħra

10

(c)

Prodotti oħrajn:

 

Id-Danimarka:

40

L-Iżvezja, il-Portugall u l-Irlanda

20

Ir-Renju Unit

28

Stati Membri oħra

1

2.

Użu frisk jew ippreservat (għalf għall-annimali)

 

(a)

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus u inċova (Engraulis spp.):

 

l-Istati Membri kollha

8

(b)

Prodotti oħra:

 

L-Iżvezja

0

Franza

30

Stati Membri oħra

30

3.

Użu bħala lixka

 

Franza

60

Stati Membri oħra

20

4.

Użata għal skopijiet oħra għajr għall-għalf tal-annimali.

0


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/54


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1311/2008

tad-19 ta’ Diċembru 2008

li jiffissa l-ammont tal-għajnuna li tinġieb ′il quddiem u l-għajnuna b'rata uniformi għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2814/2000 tal-21 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti tal-għajnuna li tinġieb ′il quddiem fuq ċerti prodotti tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2001 tal-14 ta' Mejju 2001 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti tal-għajnuna b'rata uniformi fuq ċerti prodotti tas-sajd (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li tista' tingħata għajnuna fuq kwantitajiet ta' ċerti prodotti friski rtirati mis-suq u li jew ikunu ġew ipproċessati biex ikunu stabbilizzati u maħżuna jew li jkunu ġew ppreservati.

(2)

L-iskop ta' dik l-għajnuna huwa li jingħata inċentiv xieraq lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi biex jipproċessaw jew jippreservaw il-prodotti rtirati mis-suq sabiex tkun evitata l-qerda tagħhom.

(3)

Il-livell ta' għajnuna m'għandux ikun tali li jfixkel il-bilanċ tas-suq għall-prodotti inkwistjoni jew li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(4)

Il-livell tal-għajnuna m'għandux jaqbeż l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji marbuta mal-operazzjonijiet essenzali għall-istabbilizzazzjoni u ħżin irreġistrati fil-Komunità matul is-sena tas-sajd ta' qabel is-sena inkwistjoni.

(5)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2009, l-ammonti tal-għajnuna li tinġieb ′il quddiem imsemmijin fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 u l-ammonti tal-għajnuna b’rata uniformi imsemmijin fl-Artikolu 24(4) ta' dak ir-Regolament huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 326, 22.12.2000, p. 34.

(3)  ĠU L 132, 15.5.2001, p. 10.


ANNESS

1.

Ammont tal-għajnuna li tinġieb 'il quddiem għall-prodotti elenkati fl-Anness I (A) u (B) u fuq il-lingwata (Solea spp.) elenkata fl-Anness I (C) għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi ta’ pproċessar elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Għajnuna

(EUR/tunnellata)

(1)

(2)

I.   

Iffriżar u ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, u prodotti mqattgħin

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus

355

Speċijiet oħrajn

288

II.

Qtugħ fi fletti, iffriżar u ħżin

386

III.

Tmelliħ u/jew tnixxif u ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew prodotti mqattgħin jew fi fletti

277

IV.

Marinar u ħżin

257

2.

Ammont tal-għajnuna li tinġieb 'il quddiem għall-prodotti l-oħra elenkati fl-Anness I (C) tar-Regolament (KE) Nru 140/2000

Metodi ta’ pproċessar u/jew preservazzjoni elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Prodotti

Għajnuna

(EUR/tunnellata)

(1)

(2)

(3)

I.

Iffriżar u ħżin

Ksampi

(Nephrops norvegicus)

323

Dnieb tal-Ksampi

(Nephrops norvegicus)

245

II.

Tneħħija tar-ras, iffriżar u ħżin

Ksampi

(Nephrops norvegicus)

290

III.

Tisjir, iffriżar u ħżin

Ksampi

(Nephrops norvegicus)

323

Granċi li jittieklu

(Cancer pagurus)

245

IV.

Pasturizzazzjoni u ħżin

Granċi li jittieklu

(Cancer pagurus)

386

V.

Ħżin ħaj f’tankijiet jew ġaġeġ fissi

Granċi li jittieklu

(Cancer pagurus)

210

3.

Ammont tal-għajnuna b'rata uniformi fuq prodotti elenkati fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi tal-ipproċessar

Għajnuna

(EUR/tunnellata)

I.

Iffriżar u ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew prodotti mqattgħin

288

II.

Qtugħ fi fletti, iffriżar u ħżin

386


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/56


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1312/2008

tad-19 ta' Diċembru 2008

li jistabbilixxi r-rati ta’ konverżjoni, l-ispejjeż ta’ l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għall-istadji varji ta’ l-ipproċessar tar-ross

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) flimkien ma' l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 467/67 tal- 21 ta’ Awissu 1967 li jiffissa r-rati ta’ konverżjoni, l-ispejjeż ta’ l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għall-istadji varji ta’ l-ipproċessar tar-ross (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Kummissjoni tista' tistabbilixxi r-rati ta’ konverżjoni, l-ispejjeż ta' pproċessar u valur tal-prodotti derivati li għandu jingħata kont tagħhom, meta jkun qed jiġi applikat l-imsemmi Regolament, sabiex jiġu kkonvertiti l-valuri jew kwantitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istadji varji ta’ l-ipproċessar tar-ross (ross għadu fil-fosdqa, imqaxxar, nofsu mitħun jew mitħun).

(3)

Għal dan il-għan għandu jingħata kont ta’ l-informazzjoni miksuba mill-industriji tal-Komunità l-aktar attrezzati.

(4)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-tmexxija għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-rata ta’ konverżjoni bejn ir-ross imqaxxar u r-ross li jkun għadu fil-fosdqa għandha tkun kif ġej:

Ross imqaxxar

Ross li jkun għadu fil-fosdqa

1

1,25

2.   Ir-rata ta’ konverżjoni bejn ross imqaxxar u ross mitħun għandha tkun kif ġej:

 

Ross imqaxxar

Ross mitħun

Ross fit-tond

1

0,775

Ross tal-qamħa medja jew tal-qamħa tawwalija

1

0,69

3.   Ir-rata ta’ konverżjoni bejn ross mitħun u ross nofsu mitħun għandha tkun kif ġej:

 

Ross mitħun

Ross nofsu mitħun

Ross fit-tond

1

1,065

Ross tal-qamħa medja jew tal-qamħa tawwalija

1

1,072

Artikolu 2

1.   L-ispejjeż ta' l-ipproċessar li jridu jitqiesu meta r-ross li jkun fil-fosdqa jiġi konvertit f'ross imqaxxar għandu jkun ta' 47,13 EUR għal kull tunnellata ross li jkun fil-fosdqa.

2.   L-ispejjeż ta' l-ipproċessar li jridu jitqiesu meta r-ross imqaxxar jiġi konvertit f'ross mitħun għandu jkun ta' 47,13 EUR għal kull tunnellata ross imqaxxar.

3.   L-ispejjeż ta' l-ipproċessar għall-konverżjoni minn ross nofsu mitħun għal ross mitħun ma għandhomx jitqiesu.

Artikolu 3

1.   Il-valur tal-prodotti derivati miksuba mill-ipproċessar ta' ross li jkun fil-fosdqa f'ross imqaxxar għandu jiġi kkunsidrat bħala żero.

2.   Il-valur tal-prodotti derivati miksuba mill-ipproċessar ta' ross imqaxxar għal ross mitħun għandu jkun ta':

(a)

41,00 EUR għal kull tunnellata ross fit-tond imqaxxar;

(b)

52,00 EUR għal kull tunnellata ross tal-qamħa medja jew tal-qamħa tawwalija mqaxxar.

3.   Il-valur tal-prodotti derivati miksuba mill-ipproċessar ta' ross nofsu mitħun għal ross mitħun għandu jkun ta':

(a)

12,62 EUR għal kull tunnellata ross fit-tond nofsu mitħun;

(b)

14,05 EUR għal kull tunnellata ross tal-qamħa medja u tal-qamħa tawwalija nofsu mitħun.

Artikolu 4

Il-konverżjoni tal-valur ta' kwantità ta' ross imqaxxar fil-valur ta' l-istess kwantità ta' ross fi stadju ieħor ta' pproċessar għandha ssir fuq il-bażi ta' ross imqaxxar li jkun fih 3 % ta' ross imfarrak. Jekk ir-ross imqaxxar ikun fih iktar minn 3 % ross ta' imfarrak, din il-konverżjoni issir wara li jsir aġġustament fuq il-bażi tal-valur ta' 110 EUR għal kull tunnellata ross imfarrak.

Il-konverżjoni tal-valur ta' kwantità ta' ross nofsu mitħun jew ross mitħun fil-valur ta' l-istess kwantità ta' ross fi stadju ta' pproċessar ieħor għandha ssir fuq il-bażi ta' ross nofsu mitħun jew mitħun li ma jkun fih ebda ross imfarrak. Jekk xi ross nofsu mitħun jew mitħun ikun fih ross imfarrak, din il-konverżjoni għandha ssir wara li jsir aġġustament fuq il-bażi ta' valur ta' 150 EUR għal kull tunnellata ross imfarrak.

L-aġġustamenti li għalihom jipprovdu l-ewwel u t-tieni paragrafu ma għandhomx isiru meta l-prezzijiet tar-ross imqaxxar u l-prezzijiet tar-ross nofsu mitħun jew ross mitħun meqjusa sabiex jiġu stabbiliti l-ħlasijiet u r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jkunu iktar baxxi minn:

110 EUR għal kull tunnellata ross imqaxxar,

150 EUR għal kull tunnellata ross nofsu mitħun jew mitħun.

Artikolu 5

1.   Il-konverżjoni tal-valur ta’ kwantità ta’ ross imqaxxar fil-valur ta’ l-istess kwantità ta’ ross li jkun għadu fil-fosdqa għandha ssir billi:

ikun diviż il-valur li jkun ser jiġi kkonvertit bir-rata stabbilita fl-Artikolu 1(1) għall-ross li jkun għadu fil-fosdqa; u

jitnaqqas l-ammont hekk miksub bl-ispejjeż ta’ l-ipproċessar stabbiliti fl-Artikolu 2(1).

Il-konverżjoni tal-valur ta’ kwantità ta’ ross li għadu fil-fosdqa fil-valur ta’ l-istess kwantità ta’ ross imqaxxar għandha ssir billi:

jiżdied il-valur li għandu jkun ikkonvertit bl-ispejjeż ta’ l-ipproċessar stabbiliti fl-Artikolu 2(1), u

jiġi mmoltiplikat l-ammont hekk miksub bir-rata stabbilita fl-Artikolu 1(1) għall-ross li jkun għadu fil-fosdqa.

2.   Il-konverżjoni tal-valur ta’ kwantità ta’ ross imqaxxar fil-valur ta’ l-istess kwantità ta’ ross mitħun għandha ssir billi:

jiżdied il-valur li għandu jkun ikkonvertit bl-ispejjeż ta’ l-ipproċessar stabbiliti fl-Artikolu 2(2), u

jitnaqqas il-valur li għandu jkun ikkonvertit bil-valur tal-prodotti derivati stabbilit fl-Artikolu 3(2), u

jiġi diviż l-ammont hekk miksub bir-rata stabbilita fl-Artikolu 1(2) għar-ross mitħun.

Il-konverżjoni tal-valur ta’ kwantità ta’ ross mitħun fil-valur ta’ l-istess kwnatità ta’ ross imqaxxar għandha ssir billi:

jiġi mmoltiplikat il-valur li jkun ser jiġi ikkonvertit bir-rata stabbilita fl-Artikolu 1(2) għal ross mitħun,

jitnaqqas l-ammont hekk miksub bl-ispejjez ta’ l-ipproċessar stabbiliti fl-Artikolu 2(2), u

jiżdied l-ammont hekk miksub bil-valur tal-prodotti derivati stabbilit fl-Artikolu 3(2).

3.   Il-konverżjoni tal-valur ta’ kwantità ta’ ross mitħun fil-valur ta’ l-istess kwantità ta’ ross nofsu mitħun għandha ssir billi:

ikun diviż il-valur li jkun ser jiġi kkonvertit bir-rata stabbilita fl-Artikolu 1(3) għal ross nofsu mitħun, u

jiżdied l-ammont hekk miksub bil-valur tal-prodotti derivati stabbilit fl-Artikolu 3(3).

Il-konverżjoni tal-valur ta’ kwantità ta’ ross nofsu mitħun fil-valur ta’ l-istess kwantità ta’ ross mitħun għandha tkun effetwata billi:

jitnaqqas il-valur li għandu jkun ikkonvertit bil-valur tal-prodotti derivati stabbilit fl-Artikolu 3(3), u

jiġi mmoltiplikat l-ammont hekk miksub bir-rata stabbilita fl-Artikolu 1(3) għar-ross nofsu mitħun tal-grupp in kwistjoni.

Artikolu 6

1.   Il-konverżjoni ta’ kwantità ta’ ross imqaxxar fi kwantità li tikkorrispondi ta’ ross li għadu fil-fosdqa jew ross mitħun għandha ssir billi tiġi mmoltiplikata l-kwantità li ser tiġi kkonvertita bir-rata stabbilita fl-Artikolu 1(1) għal ross li għadu fil-fosdqa, jew bir-rata stabbilita fl-Artikolu 1(2) għal ross mitħun, skond il-każ.

Il-konverżjoni ta’ kwantità ta’ ross li għadu fil-fosdqa jew ross mitħun fi kwantità li tikkorrispondi ta’ ross imqaxxar għandha ssir billi tiġi diviża l-kwantità li ser tiġi kkonvertita bir-rata stabbilita fl-Artikolu 1(1) għal ross li għadu fil-fosdqa, jew bir-rata stabbilita fl-Artikolu 1(2) għal ross mitħun, skond il-każ.

2.   Il-konverżjoni ta’ kwantità ta’ ross mitħun fi kwantità li tikkorrispondi ta’ ross nofsu mitħun għandha ssir billi tiġi mmoltiplikata l-kwantità li tkun ser tiġi kkonvertita bir-rata stabbilita fl-Artikolu 1(3) għal ross nofsu mitħun.

Il-konverżjoni ta’ kwantità ta’ ross nofsu mitħun fi kwantità li tikkorrispondi ta’ ross mitħun għandha ssir billi tiġi diviża l-kwantità li tkun ser tiġi kkonvertita bir-rata stabbilita fl-Artikolu 1(3) għal ross nofsu mitħun.

Artikolu 7

Ir-Regolament Nru 467/67/KEE hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU 204, 24.8.1967, p. 1.

(3)  Ara l-Anness I.


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni Nru 467/67/KEE

(ĠU 204, 24.8.1967, p. 1)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1608/71

(ĠU L 168, 27.7.1971, p. 17)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1499/72

(ĠU L 158, 14.7.1972, p. 22)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1808/74

(ĠU L 188, 12.7.1974, p. 34)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1484/75

(ĠU L 150, 11.6.1975, p. 7)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1572/77

(ĠU L 174, 14.7.1977, p. 26)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1771/79

(ĠU L 203, 11.8.1979, p. 6)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2119/80

(ĠU L 206, 8.8.1980, p. 20)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2120/81

(ĠU L 208, 28.7.1981, p. 7)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1871/82

(ĠU L 206, 14.7.1982, p. 15)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1998/83

(ĠU L 196, 20.7.1983, p. 16)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1548/84

(ĠU L 148, 5.6.1984, p. 16)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2249/85

(ĠU L 210, 7.8.1985, p. 13)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2325/88

(ĠU L 202, 27.7.1988, p. 41)

Artikolu 1 biss


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament Nru 467/67/KEE

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 4

Artikoli 1 sa 4

Artikolu 5 (1) (a) u (b)

Artikolu 5(1) l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 5 (2) (a) u (b)

Artikolu 5 (2) l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 5(3) (a) u (b)

Artikolu 5 (3) l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Anness I

Anness II


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/61


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1313/2008

tad-19 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 501/2008 dwar modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta’ tagħrif u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ tagħrif u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (1), b’mod partikolari l-Artikoli 4, 5 u 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-emenda tagħhom bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (2), l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 jistipulaw azzjonijiet ta’ tagħrif fuq id-deskrizzjonijiet ġodda għall-inbejjed tal-Komunità u fuq il-modi ta’ konsum f’dak li għandu x’jaqsam max-xorb u fuq l-effetti ħżiena tal-konsum perikoluż tal-alkoħol. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 501/2008 (3) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(2)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 501/2008 jistabbilixxi l-lista tat-temi u tal-prodotti kif ukoll il-linji gwida għall-promozzjoni fis-suq intern.

(3)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 501/2008 jistabbilixxi l-lista tal-prodotti suġġetti għall-azzjonijiet ta’ promozzjoni fil-pajjiżi terzi u l-lista tas-swieq li fihom dawn l-azzjonijiet jistgħu jitwettqu.

(4)

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 501/2008 jistabbilixxi l-baġit indikattiv annwali tal-oqsma differenti.

(5)

Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 3/2008, l-Annessi I, II u III għar-Regolament (KE) Nru 501/2008 jeħtiġilhom għalhekk jiġu emendati.

(6)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u III għar-Regolament (KE) Nru 501/2008 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 147, 6.6.2008, p. 3.


ANNESS

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 501/2008 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-parti “A. LISTA TA’ TEMI U PRODOTTI”, il-ħdax-il inċiż għandu jinbidel bit-test li ġej:

“—

inbejjed bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew bl-indikazzjoni ġeografika protetta, inbejjed bl-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid,”

(b)

Fil-parti “B. LINJI GWIDA”, il-linja gwida li tirrigwarda “L-INBEJJED TAL-MEJDA VQPRD BL-INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA” għandha tinbidel bit-test li ġej:

“INBEJJED BID-DENOMINAZZJONI PROTETTA TAL-ORIĠINI JEW BL-INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA, INBEJJED BL-INDIKAZZJONI TAL-VARJETÀ TAL-GĦENEB TAL-INBID,

1.   Analiżi globali tas-sitwazzjoni

Is-settur huwa kkaratterizzat minn produzzjoni għolja kontra konsum statiku, jekk mhux ukoll li sejjer lura għal ċerti kategoriji, filwaqt li qed tiżdied l-offerta minn pajjiżi terzi.

2.   Għanijiet

il-konsumaturi jiġu mgħarrfa dwar il-varjetà, il-kwalità u l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbejjed tal-Komunità, kif ukoll dwar ir-riżultati tal-istudji xjentifiċi,

il-konsumaturi jiġu mgħarrfa dwar il-konsum tax-xorb alkoħoliku u dwar ir-riskji marbutin mal-abbuż tal-alkoħol.

3.   Gruppi fil-mira

distributuri,

konsumaturi, minbarra ż-żgħażagħ u l-adolexxenti msemmija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2001/458/KE (*),

dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika: ġurnalisti, esperti fil-gastronomija,

stabbilimenti ta’ tagħlim fis-settur tal-lukandi u tal-kejtering.

4.   Messaġġi prinċipali

Leġiżlazzjoni Komunitarja b’regoli stretti dwar il-produzzjoni, it-tagħrif dwar il-kwalità, it-tikkettar u l-kummerċjalizzazzjoni, li lill-konsumatur jiggarantixxulu l-kwalità u t-traċċabilità tal-prodott offrut,

il-gost li tista’ tagħżel fost varjetà wiesgħa ta’ nbejjed tal-Komunità ta’ oriġini differenti,

tagħrif dwar il-koltivazzjoni tad-dwieli tal-inbid tal-Komunità u r-rabta mal-kundizzjonijiet, il-kulturi u l-gosti reġjonali u lokali,

tagħrif dwar il-konsum tax-xorb u dwar l-effetti ħżiena tal-alkoħol.

5.   Strumenti prinċipali

Azzjonijiet ta’ tagħrif u ta’ relazzjonijiet pubbliċi,

taħriġ għad-distributuri u l-fornituri tal-ikel,

kuntatti mal-istampa speċjalizzata,

strumenti oħra (siti tal-Internet, fuljetti u brochures) biex il-konsumaturi jorjentaw l-għażla tagħhom,

wirjiet u fieri: stands bil-prodotti ta’ bosta Stati Membri.

6.   Tul tal-programmi

Minn tnax sa sitta u tletin xahar, preferibbilment għall-programmi multiannwali waqt li jiġu stabbiliti għanijiet għal kull fażi

(*)  ĠU L 161, 16.6.2001, p. 38.”"

2.

Fl-Anness II, il-ħames u s-sitt inċiż tal-parti “A LISTA TAL-PRODOTTI SUĠĠETTI GĦALL-PROMOZZJONI” għandhom jinbidlu bit-test li ġej:

“—

inbejjed bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew bl-indikazzjoni ġeografika protetta, inbejjed bl-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid,

xorb spirituż bl-indikazzjoni ġeografika protetta,”

3.

Fl-Anness III, il-punt 11 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“11.

inbejjed bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew bl-indikazzjoni ġeografika protetta, inbejjed bl-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid: EUR 12-il miljun”.



20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/64


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1314/2008

tad-19 ta’ Diċembru 2008

li jemenda għall-102 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-26 ta' Settembru u fit-2 ta' Diċembru 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom japplikaw, billi jneħħi żewġ persuni mil-lista. L-Anness I għandu għalhekk ikun emendat.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja għandha titneħħa mill-intestatura “Persuni naturali”:

(1)

Mohamad Nasir ABAS (alias (a) Abu Husna, (b) Addy Mulyono, (c) Malik, (d) Khairudin, (e) Sulaeman, (f) Maman, (g) Husna), Taman Raja Laut, Sabah, Il-Malasja; data tat-twelid: 6 ta' Mejju 1969, post tat-twelid: Singapor; nazzjonalità: Malażjana; Numru tal-Passaport: A 8239388; Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 690506-71-5515.

(2)

Abdullkadir Hussein Mahamud (magħruf ukoll bħala Abdulkadir Hussein Mahamud). Data tat-twelid: (a) 12.10.1966, (b) 11.11.1966. Post tat-twelid: Somali. Tagħrif ieħor: Firenze, l-Italja.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/66


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1315/2008

tad-19 ta’ Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru ta' l-2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (dwar l-OKS Unika)) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 ta' l-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 għandhom ikunu assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.1.2009-31.3.2009

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.4.2009-30.6.2009

(f'kg)

P1

09.4067

3,378444

P2

09.4068

8,673892

P3

09.4069

0,914921

P4

09.4070

81,100141


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/68


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1316/2008

tad-19 ta’ Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 jinvolvu, għal ċerti kwoti, kwantitajiet li huma anqas minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 għandhom ikunu assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 539/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sal-30 ta' Ġunju 2009, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.1.2009-31.3.2009

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.4.2009-30.6.2009

(f'kg)

E1

09.4015

 (1)

108 000 000

E2

09.4401

60,637664

E3

09.4402

 (2)

7 055 897


(1)  Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.

(2)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/70


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1317/2008

tad-19 ta' Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 għal ċerti kwoti jinvolvu kwantitajiet li huma anqas minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 skond ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 Ġunju 2009, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta' Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.1.2009-31.3.2009

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1.4.2009-30.6.2009

(kg)

1

09.4410

0,707216

2

09.4411

 (1)

1 275 000

3

09.4412

0,765696

4

09.4420

1,386962

5

09.4421

6,802721

6

09.4422

1,592356


(1)  Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/72


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1318/2008

tad-19 ta’ Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur u allokata lill-Istati Uniti ta' l-Amerika

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 536/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2009 jinvolvu kwantitajiet li huma anqas minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4169 skond ir-Regolament (KE) Nru 536/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ April sal-30 ta’ Ġunju 2009, huma ta’ 12 498 750 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/73


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1319/2008

tad-19 ta' Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas- 26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 jinvolvu kwantitajiet li huma anqas minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2009, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta' Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu 1.1.2009-31.3.2009

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu 1.4.2009-30.6.2009

(f'kg)

IL1

09.4092

 (1)

392 000

IL2

09.4091

 (1)

140 000


(1)  Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/75


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1320/2008

tad-19 ta' Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fit-Turkija

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Uniku]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1383/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fit-Turkija (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 Marzu 2009 huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4103 skond ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2009, huma 250 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta' Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 34.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/76


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1321/2008

tad-19 ta’ Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Diċembru 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Marzu 2009 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Marzu 2009 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.1.2009-31.3.2009

(f %)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.4.2009-30.6.2009

(f kg)

1

09.4211

0,566899

4

09.4214

5,969534

7

09.4217

7,785879


DIRETTIVI

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/78


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/125/KE

tad-19 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-ħsieb li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol.

(2)

Għal dawk is-sustanzi attivi l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew ivvalutati skont id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikanti. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għal aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester u sulcotrione l-Istat Membru relatur kien il-Ġermanja u l-informazzjoni kollha tressqet fid-19 ta’ Ġunju 2007 għal aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide u 2,5-dichlorobenzoic acid methylester u fid-9 ta’ Awwissu 2006 għal sulcotrione. Għal metamitron, u triadimenol l-Istat Membru relatur kien ir-Renju Unit u l-informazzjoni kollha rilevanti tressqet fit-22 ta’ Awwissu 2007 u d-29 ta’ Mejju 2006 rispettivament. Għal cymoxanil l-Istat Membru relatur kien l-Awstrija u l-informazzjoni kollha rilevanti tressqet fil-15 ta’ Ġunju 2007. Għall-fenamiphos l-Istat Membru relatur kienet l-Olanda u l-informazzjoni kollha rilevanti tressqet fid-9 ta’ Frar 2007. Għal tebuconazole l-Istat Membru relatur kien id-Danimarka u l-informazzjoni kollha rilevanti tressqet fil-5 ta’ Marzu 2007.

(3)

Ir-rapporti ta’ valutazzjoni ġew riveduti b’sistema inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA u ġew ippreżentati lill-Kummissjoni fid-29 ta’ Settembru 2008 għal aluminium phosphide, calcium phosphide u metamitron, fit-30 ta’ Settembru 2008 għal magnesium phosphide, fis-17 ta’ Settembru 2008 għal cymoxanil u dodemorph, fis-26 ta’ Settembru 2008 għal 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, fil-31 ta’ Lulju 2008 għal sulcotrione u fil-25 ta’ Settembru 2008 għal tebuconazole u triadimenol fl-għamla ta’ Rapporti Xjentifiċi tal-EFSA (4). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-28 ta’ Ottubru 2008 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għal aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol.

(4)

Minn investigazzjonijiet varji li saru deher li jista’ jiġi mistenni li l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole jew triadimenolj issodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment fir-rigward tal-użi li ġew investigati u ddettaljati fir-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li dawn is-sustanzi attivi jiġu inklużi fl-Anness I, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jistgħu jiġu konċessi l-awtorizzazzjonijiet lill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi skont id-disposizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għall-kundizzjonijiet. Għalhekk, huwa xieraq għal metamitron biex in-notifikant jiġi obbligat li jippreżenta informazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-metabolit M3 tal-ħamrija fuq l-ilma ta’ taħt l-art, fuq residwi fl-uċuh tar-raba’, fuq ir-riskju fit-tul għal għasafar insettivori u fuq ir-riskju speċifiku għall-għasafar u l-mammiferi li jistgħu jiġu kkontaminati mix-xorb ta’ ilma f’raba’ li jinħarat. Barra minn dan, għal sulcotrione huwa xieraq li n-notifikant jiġi obbligat jippreżenta informazzjoni ulterjuri fir-rigward tad-degradazzjoni fil-ħamrija u l-ilma għall-grupp ta’ atomi ta’ cyclohexadione u r-riskju fit-tul ta’ għasafar insettivori. Barra minn hekk, huwa xieraq li jintalab li tebuconazole jkun suġġett għal aktar testijiet għall-konferma tal-valutazzjoni tar-riskji għall-għasafar u l-mammiferi u din it-tip ta’ informazzjoni għandha titressaq min-notifikant. Barra dan, huwa xieraq li jintalab li tebuconazole u triadimenol jiġu soġġetti għal aktar testijiet tal-proprjetajiet potenzjali tagħhom ta’ tħarbit endokrinali, malli jiġu stabbiliti l-linjigwida ta’ prova tal-Organizazjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp fuq it-tħarbit endokrinali, jew, minflok, linjigwida miftiehma bi prova tal-Komunità. Fl-aħħar nett, huwa xieraq li jintalab li triadimenol ikun suġġett għal aktar testijiet għall-konferma tal-ispeċifikazzjoni kimika u r-riskju fit-tul għall-għasafar u l-mammiferi u li informazzjoni ta’ dan it-tip għandha titressaq min-notifikant.

(6)

Għandu jitħalla jiskadi perjodu raġjonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni.

(7)

Bla ħsara għall-obbligi definiti bid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol biex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati bid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, huma sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirtiraw, kif xieraq, awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jiġi stipulat perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk biex jiġu evitati aktar diffikultajiet jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I.

(9)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Sat-28 ta’ Frar 2010 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2010

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri, fejn meħtieġ, u skont id-Direttiva 91/414/KEE, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol bħala sustanzi attivi sat-28 ta’ Frar 2010.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li jintlaħqu l-kundizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernaw aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-entrata li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol bħala jew l-unika sustanza attiva inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li kollha kemm huma ġew elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2009, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-entrata fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol rispettivament. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jistabbilixxu dan l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li fih aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole jew triadimenol bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2014; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole jew triadimenol bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn jeħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-28 ta’ Frar 2014 jew sad-data stipulata għal emenda bħal din jew l-irtirar tagħha fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li inkludiet/inkludew is-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom seħħet l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2009.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 182, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva aluminium phosphide (iffinalizzat fid-29 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 183, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva calcium phosphide (iffinalizzat fid-29 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 190, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva magnesium phosphide (iffinalizzat fit-30 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 167, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva cymoxanil (iffinalizzat fis-17 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 170, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva dodemorph (iffinalizzat fis-17 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 180, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva 2,5-dichlorobenzoic acid methylester (iffinalizzat fis-26 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 185, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva metamitron (iffinalizzat fid-29 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 150, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva sulcotrione (iffinalizzat fil-31 ta’ Lulju 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 176, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva tebuconazole (iffinalizzat fil-25 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 177, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva triadimenol (25 ta’ Settembru 2008).


ANNESS

L-entrata li ġejja għandha tiġi inkluża fl-aħħar parti tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

L-isem IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“266

Aluminium phosphide

CAS No 20859-73-8

CIPAC No 227

Aluminium phosphide

≥ 830 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala insettiċida jew rodentiċida fil-forma ta' prodotti lesti għall-użu li fihom aluminium phosphide.

Bħala rodentiċida jistgħu jiġu awtorizzati biss użi fil-beraħ.

L-awtorizzazzonijiet għandhom ikunu limitati għal utenti professjonali.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar aluminium phosphide, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Ottubru 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni ta' konsumaturi u jiżguraw li l-prodotti skaduti lesti għall-użu li fihom aluminium phosphide jitneħħew mill-komodità tal-ikel fl-użi kontra organiżmi ta' ħsara u sussegwentament jiġi applikat perjodu addizzjonali adegwat ta' kustodja.

lis-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' tagħmir xieraq ta' protezzjoni personali u respiratorja;

lill-protezzjoni ta' operaturi u ħaddiema matul l-affumugazzjoni għal użi fuq ġewwa;

lill-protezzjoni ta' operaturi u ħaddiema malli jidħlu lura (wara perjodu ta' affumugazzjoni) għal użi fuq ġewwa;

il-protezzjoni ta' persuni fl-inħawi kontra t-tnixxija tal-gass għal użi fuq ġewwa;

lill-protezzjoni tal-għasafar u l-mammiferi. Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' taffija tar-riskju, pereżempju jingħalqu ħofor fl-art tal-annimali u l-kisba tal-inkorporazzjoni kompleta ta' granuli fil-ħamrija, fejn xieraq;

lill-protezzjoni ta’ organiżmi akwatiċi. Kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri tat-taffija tar-riskju, bħala huma żoni ta' paraventu bejn żoni ttrattati u korpi tal-ilma ta' taħt l-art, fejn xieraq.

267

Calcium phosphide

CAS No 1305-99-3

CIPAC No 505

Calcium phosphide

≥ 160 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awwissu 2019

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala rodentiċida fil-forma ta' prodotti lesti għall-użu li fihom calcium phosphide.

L-awtorizzazzonijiet għandhom ikunu limitati għal utenti professjonali.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar calcium phosphide, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Ottubru 2008.

In this overall assessment Member States must pay particular attention to:

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' tagħmir xieraq ta' protezzjoni personali u respiratorja;

lill-protezzjoni tal-għasafar u l-mammiferi. Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' taffija tar-riskju, pereżempju jingħalqu ħofor fl-art tal-annimali u l-kisba tal-inkorporazzjoni kompleta ta' granuli fil-ħamrija, fejn xieraq;

268

Magnesium phosphide

CAS No 12057-74-8

CIPAC No 228

Magnesium phosphide

≥ 880 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awwissu 2019

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala insettiċida jew rodentiċida fil-forma ta' prodotti lesti għall-użu li fihom magnesium phosphide.

Bħala rodentiċida jistgħu jiġu awtorizzati biss użi fil-beraħ.

L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu limitati għal utenti professjonali.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar magnesium phosphide, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Ottubru 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni ta' konsumaturi u jiżguraw li l-prodotti skaduti lesti għall-użu li fihom magnesium phosphide jitneħħew mill-komodità tal-ikel fl-użi kontra organiżmi ta' ħsara u sussegwentament jiġi applikat perjodu addizzjonali adegwat ta' kustodja.

lis-sikurezza tal-operaturi u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' tagħmir xieraq ta' protezzjoni personali u respiratorja;

lill-protezzjoni ta' operaturi u ħaddiema matul l-affumugazzjoni għal użi fuq ġewwa;

lill-protezzjoni ta' operaturi u ħaddiema malli jidħlu lura (wara perjodu ta' affumugazzjoni) għal użi fuq ġewwa;

il-protezzjoni ta' persuni fl-inħawi kontra t-tnixxija tal-gass għal użi fuq ġewwa;

lill-protezzjoni tal-għasafar u l-mammiferi. Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' taffija tar-riskju, pereżempju jingħalqu ħofor fl-art tal-annimali u l-kisba tal-inkorporazzjoni kompleta ta' granuli fil-ħamrija, fejn xieraq;

lill-protezzjoni ta’ organiżmi akwatiċi. Kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri tat-taffija tar-riskju, bħala huma żoni ta' paraventu bejn żoni trattati u korpi tal-ilma ta' taħt l-art, fejn xieraq.

269

Cymoxanil

CAS No 57966-95-7

CIPAC No 419

1-[(E/Z)-2-cyano-2-methoxyiminoacetyl]-3-ethylurea

> 970 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-cymoxanil, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta' Ottubru 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta' protezzjoni personali xieraq;

lill-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'kundizzjonjiet vulnerabbli tal-ħamrija u/jew klimatiċi;

lill-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri ta' taffija tar-riskju bħalma huma ż-żoni ta’ paraventu.

270

Dodemorph

CAS No 1593-77-7

CIPAC No 300

cis/trans-[4-cyclododecyl]-2,6-dimethylmorpholine

≥ 950 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awwissu 2019

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala funġiċida fuq pjanti ornamentali f'serer.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar dodemorph, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Ottubru 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' tagħmir xieraq ta' protezzjoni personali u respiratorja fejn xieraq;

lill-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'kundizzjonijiet vulnerabbli tal-ħamrija;

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskju, fejn xieraq.

271

2,5-Dichlorobenzoic acid methylester

CAS No 2905-69-33

CIPAC No 686

methyl-2,5-dichlorobenzoate

≥ 995 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awwissu 2019

PARTI A

Jitgħu jiġu awtorizzati biss bħala regolatur tal-kobor tal-pjanti u fungiċida għat-tlaqqim tad-dwieli.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar 2,5-Dichlorobenzoic acid methylester u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Ottubru 2008.

272

Metamitron

CAS No41394-05-2

CIPAC No 381

4-amino-4,5-dihydro-3-methyl-6-phenyl-1,2,4-triazin-5-one

≥ 960 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom metamitron għal użu għajr uċuh b’għeruq speċjalizzati, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull dejta u informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar metamitron, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Ottubru 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' tagħmir xieraq ta' protezzjoni personali u respiratorja fejn xieraq;

lill-ħarsien tal-ilma taħt l-art, meta s-sustanza attiva hija applikata fir-reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta' klima vulnerabbli.

lir-riskju għall-għasafar u l-mammiferi, u pjanti terrestri mhux immirati.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' taffija tar-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrikjedu l-preżentazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-metabolit M3 tal-ħamrija fuq l-ilma ta' taħt l-art, fuq residwi fl-uċuh tar-raba', fuq ir-riskju fit-tul għal għasafar insettivori u fuq ir-riskju speċifiku għall-għasafar u l-mammiferi li jistgħu jiġu kkontaminati mix-xorb ta' ilma f'raba' li jinħarat. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom ġiet inkluża metamitron f’dan l-Anness jipprovdu informazzjoni bħal din lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Awwissu 2011.

273

Sulcotrione

CAS No 99105-77-8

CIPAC No 723

2-(2-chloro-4-mesylbenzoyl)cyclohexane-1,3-dione

≥ 950 g/kg

Impuritajiet:

hydrogen cyanide: Mhux iktar minn 80 mg/kg

toluene: mhux iktar minn 4 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar sulcotrione, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Ottubru 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sikurezza tal-operaturi u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni tat-tagħmir ta' protezzjoni personali fejn xieraq;

lir-riskju għal għasafar insettivori, pjanti akkwatiċi u terrestri mhux immirati, u antropodi mhux immirati.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' taffija tar-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrikjedu l-preżentazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri dwar id-degradazzjoni fil-ħamrija u l-ilma tal-grupp ta' atomi cyclohexadione u r-riskju fit-tul għall-għasafar insettivori. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom ġiet inkluża sulcotrione f’dan l-Anness jipprovdu informazzjoni bħal din lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2011.

274

Tebuconazole

CAS No 107534-96-3

CIPAC No 494

(RS)-1-p-chlorophenyl-4,4-dimethyl-3-(1H-1,2,4-triazol-1-ylmethyl)- pentan-3-ol

≥ 905 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar tebuconazole, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Ottubru 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

is-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta' protezzjoni personali xieraq;

l-espożizzjoni djetetika tal-konsumaturi għal tebuconazole (triazole) metabolites;

il-protezzjoni tal-għasafar u l-mammiferi granivori u mammiferi erbivori u jridu jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri ta' taffija tar-riskju.

lill-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri ta' taffija tar-riskju bħalma huma ż-żoni ta’ paraventu.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni ulterjuri sabiex jikkonfermaw il-valutazzjoni tar-riskju għal għasafar u l-mammiferi. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom ġiet inkluża tebuconazole l f’dan l-Anness jipprovdu informazzjoni bħal din lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2011.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant iressaq aktar informazzjoni lill-Kummissjoni li jindirizzaw il-proprjetajiet potenzjali ta' tħarbit endokrinali ta' tebuconazole fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-linjigwida ta' prova tal-OECD dwar it-tħarbit endokrinali jew, minflok, linjigwida ta’ prova miftiehma mill-Komunità.

275

Triadimenol

CAS No 55219-65-3

CIPAC No 398

(1RS,2RS;1RS,2SR)-1-(4-chlorophenoxy)-3,3-dimethyl-1-(1H-1,2,4-triazol-1-yl)butan-2-ol

≥ 920 g/kg

isomer A (1RS,2SR), isomer B (1RS,2RS)

Diastereomer A, RS + SR, firxa:: 70 to 85 %

Diastereomer B, RR + SS, firxa: 15 to 30 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar triadimenol, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Ottubru 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-preżenza ta' N-methylpyrrolidone fi prodotti formulati fir-rigward tal-esponiment tal-operaturi, il-ħaddiema u l-persuni fl-inħawi;

lill-protezzjoni tal-għasafar u l-mammiferi. B’rabta ma' dawn ir-riskji identifikati, il-miżuri għat-taffija tar-riskju, bħal żoni ta' paraventu, għandhom jiġu applikati fejn xieraq.

L-Istati membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant jippreżenta lill-Kummissjoni

informazzjoni ulterjuri dwar l-ispeċifikazzjoni;

informazzjoni biex tindirizza dejjem aktar l-istima tar-riskju għall-għasafar u l–mammiferi.

informazzjoni biex tindirizza dejjem aktar ir-riskju ta' effetti ta' tħarbit endokrinali fuq il-ħut.

Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom ġiet inkluża triadimenol f’dan l-Anness jipprovdu informazzjoni bħal din lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2011.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant iressaq aktar informazzjoni lill-Kummissjoni li jindirizzaw il-proprjetajiet potenzjali ta' tħarbit endokrinali ta' triadimenol fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-linjigwida ta' prova tal-OECD dwar it-tħarbit endokrinali jew, minflok, linjigwida ta’ prova miftiehma mill-Komunità.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi jingħataw fir-rapport ta’ reviżjoni.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/89


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/127/KE

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi s-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva.

(2)

Bir-Regolament (KE) Nru 1095/2004 (4) ddaħħal Artikolu 24b ġdid fir-Regolament (KE) Nru 2229/2004 biex jippermetti sustanzi attivi li għalihom hemm indikazzjonijiet ċari li jista’ jkun mistenni li ma għandhomx effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin jew dik tal-annimali jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art jew xi influwenza mhux aċċettabbli fuq l-ambjent, biex jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mingħajr ma ntalab parir xjentifiku dettaljat mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA).

(3)

Għas-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness ta’ din id-Direttiva l-Kummissjoni eżaminat skont l-Artikolu 24a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-effetti fuq is-saħħa tal-bnedmin, l-annimali, l-ilma ta’ taħt l-art u l-ambjent għal użi varji proposti min-notifikanti, bil-konklużjoni li dawk is-sustanzi attivi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 24b tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004.

(4)

Skont l-Artikolu 25 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-Kummissjoni ppreżentat abbozz ta’ rapporti ta’ reviżjoni għal sustanzi attivi mniżżla fl-Anness ta’ din id-Direttiva lill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, biex jiġi eżaminat. Dawn ir-rapporti saritilhom reviżjoni mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali u ġew finalizzati fit-28 ta’ Marzu 2008 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-Kummissjoni se titlob lill-EFSA biex tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapporti ta’ reviżjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

(5)

Minn eżamijiet varji li saru deher li prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li jkunu inklużi fl-Anness I għal dik id-Direttiva s-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva jistgħu jingħataw skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(6)

Għandu jitħalla jiskadi perjodu raġjonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni.

(7)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jagħmlu reviżjoni ta’ awtorizzazjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mniżżla fl-Anness biex jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, huma ssodisfati. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirtiraw, kif xieraq, awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta’ deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk biex jiġu evitati aktar diffikultajiet jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(9)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri ser jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2010 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala sustanzi attivi sat-28 ta’ Frar 2010.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness jiġu ssodisfatti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tirrigwarda dik is-sustanza attiva, u li d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet jkollhom, jew ikollhom aċċess għal, fajls li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness II għal dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih wieħed mis-sutanzi attivi mniżżla fl-Anness jew bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda mill-ħafna sustanzi attivi li kollha kienu mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2009, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III għal dik id-Direttiva u li jikkunsidra l-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jistabbilixxu dan l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih wieħed mis-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala sustanza attiva ewlenija, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala waħda minn ħafna sustanzi attivi, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Awwissu 2015 jew sad-data ffissata għal emenda bħal din jew l-irtirar tagħha fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li inkludiet/inkludew is-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, tkun liema tkun dik tal-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2009.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(4)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“224

Aċidu aċetiku

Nru CAS: 64-19-7

Nru CIPAC: mhux assenjat

Aċidu aċetiku

≥ 980 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-aċidu aċetiku (SANCO/2602/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

225

Sulfat tal-ammonju tal-aluminju

Nru CAS: 7784-26-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

Sulfat tal-ammonju tal-aluminju

≥ 960 g/kg

1 ta’ Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sulfat tal-ammonju tal-aluminju (SANCO/2985/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

226

Silikat tal-aluminju

Nru CAS: 1332-58-7

Nru CIPAC: mhux assenjat

Mhux disponibbli

Isem kimiku: Il-kawlina

≥ 999,8 g/kg

1 ta’ Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-silikat tal-aluminju (SANCO/2603/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

227

Aċetat tal-ammonju

Nru CAS: 631-61-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

Aċetat tal-ammonju

≥ 970 g/kg

Impurità rilevanti Metalli Tqal bħal Pb massimu 10 ppm

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala attirant biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-aċetat tal-ammonju (SANCO/2986/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

228

Smida tad-demm.

Nru CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

Mhux disponibbli

≥ 990 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. Is-smida tad-demm trid tkun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-smida tad-demm (SANCO/2604/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

229

Calcium carbide

Nru CAS: 75-20-7

Nru CIPAC: mhux assenjat

Calcium carbide

Calcium acetylide

≥ 765 g/kg

Li fih 0,08-0,52 g/kg ta' Calcium Phosphide

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-calcium carbide (SANCO/2605/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

230

Karbonat tal-kalċju

Nru CAS: 471-34-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

Calcium carbonate

≥ 995 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-karbonat tal-kalċju (SANCO/2606/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

231

Diossidu tal-karbonju

Nru CAS: 124-38-9

Diossidu tal-karbonju

≥ 99,9 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala fumigant biss jista’ jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar id-diossidu tal-karbonju (SANCO/2987/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

232

Denathonium benzoate

Nru CAS: 3734-33-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

Benzyldiethyl[[2,6-xylylcarbamoyl]methyl]ammonium benzoate

≥ 995 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-denathonium benzoate (SANCO/2607/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

233

Ethylene

Nru CAS: 74-85-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

Ethene

≥ 99 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-ethylene (SANCO/2608/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

234

Estratt mis-siġra tat-te

Nru CAS: Żejt tas-Siġra tat-Te 68647-73-4

Komponenti ewlenin:

 

terpinen-4-ol 562-74-3

 

γ-terpinene 99-85-4

 

α-terpinene 99-86-5

 

1,8-cineol 470-82-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

Iż-Żejt tas-Siġra tat-Te hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi.

Komponenti ewlenin:

 

terpinen-4-ol ≥ 300 g/kg

 

γ-terpinene ≥ 100 g/kg

 

α-terpinene ≥ 50 g/kg

 

1,8-cineol traċċja

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-estratt mis-siġra tat-te (SANCO/2609/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

235

Residw mid-distillazzjoni tax-xaħam

Nru CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

mhux disponibbli

≥ 40 % tal-aċidi grassi separati

Impurità rilevanti Ni massimu ta' 200 mg/Kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. Ir-residwi tad-distillazzjoni tax-xaħam li jiġi mill-annimali jridu jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ir-residwi tad-distillazzjoni tax-xaħam (SANCO/2610/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

236

Aċidi grassi C7 to C20

Nru CAS: 112-05-0 (Aċidu Pelargoniku)

67701-09-1 (Aċidi grassi C7-C18 u C18 imluħ mhux saturati tal-potassju)

124-07-2 (Aċidu Kapriliku)

334-48-5 (Aċidu Kapriku)

143-07-7 (Aċidu Lawriku)

112-80-1 (Aċidu Olejku)

85566-26-3 (Aċidi grassi C8-C10 Esteri Me)

111-11-5 (Methyl octanoate)

110-42-9 (Methyl decanoate)

Nru CIPAC: mhux assenjat

Aċidu nonaoiku

Aċidu Kapriliku, Aċidu Pelargoniku, Aċidu Kapriku, Aċidu Lawriku, Aċidu Olejku (ISO f'kull każ)

Aċidu Oktanojku, Aċidu Nonanojku, Aċidu Dekanojku, Aċidu Dodekanojku, Aċidu Oktadekanojku cis-9 (IUPAC f'kull każ)

Aċidi grassi, C7-C10, esteri Me

≥ 889 g/kg (Aċidu Pelargoniku)

≥ 838 g/kg aċidi grassi

≥ 99 % aċidi grassi methyl esters

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala insettiċida, akariċida, u erbiċida u bħala regolatur għat-tkabbir tal-pjanti biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-aċidi grassi (SANCO/2610/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

237

Estratt tat-tewm

Nru CAS: 8008-99-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

Konċentrat ta' meraq tat-tewm bi grad ta' ikel

≥ 99,9 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent, insettiċida jew nematiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-estratt tat-tewm (SANCO/2612/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

238

Gibberellic acid

Nru CAS: 77-06-5

Nru CIPAC: 307

(3S,3aS,4S,4aS,7S,9aR,9bR,12S)-7,12-dihydroxy-3-methyl-6-methylene-2-oxoperhydro-4a,7-methano-9b,3-propenol(1,2-b)furan-4-carboxylic acid

Alt: (3S,3aR,4S,4aS,6S,8aR,8bR,11S)- 6,11-dihydroxy-3-methyl-12-methylene-2-oxo-4a,6-methano-3,8b-prop-lenoperhydroindenol (1,2-b) furan-4-carboxylic acid

≥ 850 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-gibberellic acid (SANCO/2613/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

239

Gibberellins

Nru CAS: GA4: 468-44-0

GA7: 510-75-8

Taħlita ta' GA4A7: 8030-53-3

Nru CIPAC: mhux assenjat

GA4:

(3S,3aR,4S,4aR,7R,9aR,9bR,12S)-12-hydroxy-3-methyl-6-methylene-2-oxoperhydro-4a,7-methano-3,9b-propanoazuleno[1,2-b]furan-4-carboxylic acid

GA7:

(3S,3aR,4S,4aR,7R,9aR,9bR,12S)-12-hydroxy-3-methyl-6-methylene-2-oxoperhydro-4a,7-methano-9b,3-propenoazuleno[1,2-b]furan-4-carboxylic acid

Rapport ta' reviżjoni (SANCO/2614/2008).

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-gibberellins (SANCO/2614/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

240

Proteini idrolizzati

Idrolisat tal-urea tal-ġulepp tal-pitravi

Idrolisat tal-proteina tal-kollaġni

Nru CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

mhux disponibbli

Idrolisat tal-urea tal-ġulepp tal-pitravi: Ekwivalenti ta' Proteina minima fi stat naturali 360 gr/kg 360 g/kg (36 % w/w)

Idrolisat tal-proteina tal-kollaġni: kontenut ta' nitroġenu organiku > 240 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat. Proteini idrolizzati li ġejjin mill-annimali jridu jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-proteini idrolizzati (SANCO/2615/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

241

Sulfat tal-ħadid

Anidru tas-sulfat tal-ħadid(II): Nru CAS: 7720-78-7

Monoidrat tas-sulfat tal-ħadid(II): Nru CAS: 17375-41-6

Ettaidrat tas-sulfat tal-ħadid(II): Nru CAS: 7782-63-0

Nru CIPAC: mhux assenjat

Sulfat tal-ħadid(II)

Anidru tas-sulfat tal-ħadid(II) ≥ 367,5 g/kg

Monoidrat tas-sulfat tal-ħadid(II) ≥ 300 g/kg

Ettaidrat tas-sulfat tal-ħadid(II) ≥ 180 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sulfat tal-ħadid (SANCO/2616/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

242

Kieselgur (Trab tad-dijatoma)

Nru CAS: 61790-53-2

Nru CIPAC: 647

Kieselgur (trab tad-dijatoma)

920 ± 20 g SiO2/kg DE

Massimu ta' 0.1 % ta' partiċelli ta' Silika Kristallina (b'dijametru anqas minn 50 um.)

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala insettiċidi u akariċidi biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-kieselgur (SANCO/2617/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

243

Ġebla tal-ġir

Nru CAS: 1317-65-3

Nru CIPAC: mhux assenjat

mhux disponibbli

≥ 980 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-ġebla tal-ġir (SANCO/2618/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

244

Methyl nonyl ketone

Nru CAS: 112-12-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

Undecan-2-one

≥ 975 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-methylnonyl ketone (SANCO/2619/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

245

Bżar

Nru CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

Bżar iswed - Piper nigrum

Hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi, il-komponent piperin bħala indikatur għandu jkun ta' 4 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-bżar (SANCO/2620/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

246

Żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella

Nru CAS: 8000-29-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

Iż-Żejt taċ-Ċitronella hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi.

Il-komponenti ewlenin huma:

 

Citronellal (3,7-dimethyl-6-octenal).

 

Geraniol ((E)-3,7-dimethyl-2,6-octadien-1-ol).

 

Citronellol (3,7-dimethyl-6-octan-2-ol).

 

Geranyl acetate (3,7-dimethyl-6-octen-1yl acetate).

Impuritajiet rilevanti methyl eugenol u methyl-isoeugenol massimu ta' 0,1 %.

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt taċ-ċitronella (SANCO/2621/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

247

Żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol

Nru CAS: 94961-50-2 (essenza tal-qronfol)

97-53-0 (Eugenol – Komponent ewlieni)

Nru CIPAC: mhux assenjat

L-Essenza tal-Qronfol hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi.

Il-komponent ewlieni huwa l-eugenol

≥ 800 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użu bħala funġiċida u batteriċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-essenza tal-qronfol (SANCO/2622/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

248

Żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza

Nru CAS: 8002-13-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

Żejt tal-kolza

Iż-żejt tal-kolza hija taħlita kumplessa ta' aċidi grassi

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala insettiċidi u akariċidi biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt tal-kolza (SANCO/2623/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

249

Żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ

Nru CAS: 8008-79-5

Nru CIPAC: mhux assenjat

Żejt tan-nagħniegħ

≥ 550 g/kg as L-Carvone

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt tan-nagħniegħ (SANCO/2624/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

250

Karbonat idroġenu tal-Potassju

Nru CAS: 298-14-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

Karbonat idroġenu tal-Potassju

≥ 99,5 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-karbonat idroġenu tal-potassju (SANCO/2625/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

251

Putrescin (1,4-Diaminobutane)

Nru CAS: 110-60-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

Butane-1,4-diamine

≥ 990 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-putrescin (SANCO/2626/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

252

Piretrini

Nru CAS: (A) u (B):

Piretrini: 8003-34-7

Estratt A: estrattivi tal-Chrysanthemum cinerariaefolium: 89997-63-7

piretrin 1: CAS121-21-1

piretrin 2: CAS121-29-9

ċinerin 1 CAS25402-06-6

ċinerin 2 CAS121-20-0

jasmolin 1: CAS4466-14-2

jasmolin 2: CAS1172-63-0

Estratt B: piretrin 1: CAS121-21-1

piretrin 2: CAS121-29-9

ċinerin 1 CAS25402-06-6

ċinerin 2 CAS121-20-0

jasmolin 1: CAS4466-14-2

jasmolin 2: CAS1172-63-0

Nru CIPAC 32

Il-Piretrini huma taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi.

Estratt A: ≥ 500 g/kg Piretrin

Estratt B: ≥ 480 g/kg Piretrini

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-piretrini (SANCO/2627/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

253

Ramel tal-kwarz

Nru CAS: 14808-60-7

Nru CIPAC: mhux assenjat

Kwarz, Kwartz, Siliciumdioxid, Silika, diossidu tas-Silikun, SiO2

≥ 915 g/kg

Massimu ta' 0,1 % ta' partiċelli ta' Silika Kristallina (b'dijametru anqas minn 50 um.)

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ir-ramel tal-kwarz (SANCO/2628/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

254

Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt mill-ħut

Nru CAS: 100085-40-3

Nru CIPAC: mhux assenjat

Żejt mill-Ħut

≥ 99 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. Iż-żejt mill-ħut irid ikun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt mill-ħut (SANCO/2629/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

255

Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-ngħaġ

Nru CAS: 98999-15-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

Xaħam tan-nagħaġ

Xaħam tan-nagħaġ pur li fih massimu ta' 0,18 % w/w/ilma.

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. Ix-xaħam tan-nagħaġ irid ikun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ix-xaħam tan-nagħaġ (SANCO/2630/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

256

Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat CAS Nru: 8002-26-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

Żejt tat-Tall mhux raffinat

Iż-żejt tat-Tall mhux raffinat huwa taħlita kumplessa ta' raża tat-tall u aċidi grassi

1 ta' Settembru 2009

31 ta' Awissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt tat-tall mhux raffinat (SANCO/2631/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

257

Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall Nru CAS: 8016-81-7

Nru CIPAC: mhux assenjat

Żift taż-Żejt tat-Tall

Taħlita kumplessa ta' esteri ta' aċidi grassi, raża u ammonti żgħar ta' dimeri u trimeri ta' aċidi tar-raża u aċidi grassi.

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żift taż-żejt tat-tall (SANCO/2632/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

258

Estratt mill-alka tal-baħar (magħruf qabel bħala estratt mill-alka tal-baħar u ħaxix tal-baħar)

Nru CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

Estratt mill-alka tal-baħar

L-estratt mill-alka tal-baħar hija taħlita kumplessa. Komponenti ewlenin bħala indikaturi: mannitol, fucoidans u alġinati. Rapport ta' reviżjoni SANCO/2634/2008

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-estratt tal-alka tal-baħar (SANCO/2634/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

259

Silikat tal-aluminju tas-sodju

Nru CAS: 1344-00-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

Silikat tal-aluminju tas-sodju: Nax[(AlO2)x(SiO2)y] × zH2O

1 000 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-silikat tal-aluminju tas-sodju (SANCO/2635/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

260

Ipoklorit tas-Sodju

Nru CAS: 7681-52-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

Ipoklorit tas-Sodju

10 % (w/w) espress bħala klorin

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala diżinfettant biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-ipoklorit tas-sodju (SANCO/2988/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

261

Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta

Grupp ta' aċetat:

Rapport ta' reviżjoni (SANCO/2633/2008)

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala attiranti biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-feromoni tal-lepidopterani ta' katina dritta (SANCO/2633/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

(E)-5-decen-1-yl acetate

CAS No: 38421-90-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

(E)-5-decen-1-yl acetate

(E)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: 38363-29-0

Nru CIPAC:

mhux assenjat

(E)-8-dodecen-1-yl acetate

(E/Z)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: mhux disponibbli

Nru CIPAC: mhux disponibbli

(E/Z)-8-dodecen-1-yl acetate bħala iżomeri individwali

(Z)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: 28079-04-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-8-dodecen-1-yl acetate

(Z)-9-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: 16974-11-1

Nru CIPAC: 422

(Z)-9-dodecen-1-yl acetate

(E,Z)-7,9-dodecadien-1-yl acetate

Nru CAS: 54364-62-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

(E,Z)-7,9-dodecadien-1-yl acetate

(E)-11-tetradecen-1-yl acetate

Nru CAS: 33189-72-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

(E)-11-tetradecen-1-yl acetate

(Z)-9-tetradecen-1-yl acetate

Nru CAS: 16725-53-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-9-tetradecen-1-yl acetate

(Z)-11-tetradecen-1-yl acetate

Nru CAS: 20711-10-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-11-tetradecen-1-yl acetate

(Z, E)-9, 12-tetradecadien-1-yl acetate

Nru CAS: 31654-77-0

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z, E)-9, 12-tetradecadien-1-yl acetate

Z-11-hexadecen-1-yl acetate

Nru CAS: 34010-21-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

Z-11-hexadecen-1-yl acetate

(Z, E)-7, 11-hexadecadien-1-yl acetate

Nru CAS: 51606-94-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

Z, E)-7, 11-hexadecadien-1-yl acetate

(E, Z)-2, 13-octadecadien-1-yl acetate.

Nru CAS: 86252-65-5

Nru CIPAC: mhux assenjat

(E, Z)-2, 13-octadecadien-1-yl acetate.

Grupp ta' alkoħol:

Grupp ta' alkoħol:

(E)-5-decen-1-ol

Nru CAS: 56578-18-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

(E)-5-decen-1-ol

(Z)-8-dodecen-1-ol

Nru CAS: 40642-40-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-8-dodecen-1-ol

(E,E)-8,10-dodecadien-1-ol

Nru CAS: 33956-49-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

(E,E)-8,10-dodecadien-1-ol

tetradecan-1-ol

Nru CAS: 112-72-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

tetradecan-1-ol

(Z)-11-hexadecen-1-ol

Nru CAS: 56683-54-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-11-hexadecen-1-ol

Grupp ta' aldeidi:

Grupp ta' aldeidi:

(Z)-7-tetradecenal

Nru CAS: 65128-96-3

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-7-tetradecenal

(Z)-9-hexadecenal

Nru CAS: 56219-04-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-9-hexadecenal

(Z)-11-hexadecenal

Nru CAS: 53939-28-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-11-hexadecenal

(Z)-13-octadecenal

Nru CAS: 58594-45-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

(Z)-13-octadecenal

Taħlit ta' aċetati:

Taħlit ta' aċetati:

i)

(Z)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: 28079-04-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

i)

(Z)-8-dodecen-1-yl acetate

u ii) Dodecyl acetate

Nru CAS: 112-66-3

Nru CIPAC: mhux assenjat

u ii) Dodecyl acetate;

i)

(Z)-9-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: 16974-11-1

Nru CIPAC: 422

Kif ukoll

i)

(Z)-9-dodecen-1-yl acetate

kif ukoll

ii)

Dodecyl acetate

Nru CAS: 112-66-3

Nru CIPAC: 422;

ii)

Dodecyl acetate;

i)

(E,Z)-7,9-dodecadien-1-yl acetate

Nru CAS: 55774-32-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

Kif ukoll

i)

(E,Z)-7,9-dodecadien-1-yl acetate,

kif ukoll

ii)

(E,E)-7,9-dodecadien-1-yl acetate

Nru CAS: 54364-63-5

Nru CIPAC: mhux assenjat

ii)

(E,E)-7,9-dodecadien-1-yl acetate;

i)

(Z,Z)-7,11-hexadecadien-1-yl acetate

kif ukoll

i)

(Z,Z)-7,11-hexadecadien-1-yl acetate

kif ukoll

ii)

(Z,E)-7,11-hexadecadien-1-yl acetate

Nru CAS: i) & ii) 53042-79-8

Nru CAS: i) 52207-99-5

Nru CAS: ii) 51606-94-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

ii)

(Z,E)-7,11-hexadecadien-1-yl acetate;

Taħlit ta' aldeidi:

Taħlit ta' aldeidi:

i)

(Z)-9-hexadecenal

Nru CAS: 56219-04-6

Nru CIPAC: mhux assenjat

Kif ukoll

i)

(Z)-9-hexadecenal

Kif ukoll

ii)

(Z)-11-hexadecenal

Nru CAS: 53939-28-9

CIPAC mhux assenjat

Kif ukoll

ii)

(Z)-11-hexadecenal

Kif ukoll

iii)

(Z)-13-octadecenal

Nru CAS: 58594-45-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

iii)

(Z)-13-octadecenal;

Taħlit ta' taħlit:

Taħlit ta' taħlit:

i)

(E)-5-decen-1-yl acetate

Nru CAS: 38421-90-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

Kif ukoll

i)

(E)-5-decen-1-yl acetate u

ii)

(E)-5-decen-1-ol

Nru CAS: 56578-18-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

ii)

(E)-5-decen-1-ol;

i)

(E/Z)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: Bħala iżomeri individwali

Nru CIPAC: mhux assenjat

kif ukoll

i)

(E/Z)-8-dodecen-1-yl acetate

kif ukoll

i)

(E)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: (E) 38363-29-0

Nru CIPAC: mhux assenjat

kif ukoll

i)

(E)-8-dodecen-1-yl acetate

kif ukoll

i)

(Z)-8-dodecen-1-yl acetate

Nru CAS: (Z) 28079-04-1

Nru CIPAC: mhux assenjat

kif ukoll

i)

(Z)-8-dodecen-1-yl acetate

kif ukoll

ii)

(Z)-8-dodecen-1-ol

Nru CAS: ii) 40642-40-8

Nru CIPAC: mhux assenjat

ii)

(Z)-8-dodecen-1-ol;

i)

(Z)-11-hexadecenal

Nru CAS: 53939-28-9

Nru CIPAC: mhux assenjat

kif ukoll

i)

(Z)-11-hexadecenal

kif ukoll

ii)

(Z)-11-hexadecen-1-yl acetate

Nru CAS: 34010-21-4

Nru CIPAC: mhux assenjat

ii)

(Z)-11-hexadecen-1-yl acetate

262

Idroklorur tat-trimetilamin

Nru CAS: 593-81-7

Nru CIPAC: mhux assenjat

Idroklorur tat-trimetilamin

≥ 988 g/kg

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-idroklorur tat-trimetilamin (SANCO/2636/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

263

Urea

Nru CAS: 57-13-6

Nru CIPAC: 8352

Urea

≥ 98 % w/w

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala attirant u funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-urea (SANCO/2637/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

264

Z-13-hexadecen-11-yn-1-yl acetate

Nru CAS: 78617-58-0

CIPAC mhux assenjat

Z-13-hexadecen-11-yn-1-yl acetate

≥ 75 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar Z- 13- hexadecen-11-yn-1-yl acetate (SANCO/2649/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

265

Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-docosatetraen-1-yl isobutyrate

Nru CAS 135459-81-3

CIPAC mhux assenjat

Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-docosatetraen-1-yl isobutyrate

≥ 90 %

1 ta' Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-docosatetraen-1-yl isobutyrate (SANCO/2650/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi jingħataw fir-rapport ta’ reviżjoni.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/112


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Diċembru 2008

dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2009 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7667)

(Il-verżjonijiet bl-Ispanjol, bid-Daniż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2008/965/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 28(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin jistgħu jingħataw għajnuna Komunitarja.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistipula regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jipprevedi li l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati jitwettqu b’mod effiċjenti u l-benefiċjarji jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ fi ħdan ċerti limiti ta’ żmien.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità hija stipulata fi ftehim ta’ partenarjat li huwa appoġġjat minn programm ta’ ħidma multi-annwali.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat il-programmi ta’ ħidma u l-estimi ta’ baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għas-sena 2009.

(5)

Skont dan, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità magħżula biex iwettqu l-funzjonijiet u d-doveri stipulati fl-atti li ġejjin:

Id-Direttiva Tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (4),

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda Newcastle (5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (6),

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri Komunitarji minimi għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut (7),

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995 li tintroduċi miżuri minimi komunitarji għall-kontroll ta’ xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi (8),

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika biex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzar ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (9),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KEE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (10),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KEE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (11),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (12),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (13),

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-12 ta’ Lulju 1996 li tinnomina l-korp ta’ referenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali tar-razza pura tal-ispeċi tal-bovini (14);

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għal bruċellosi.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (15),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (16),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).

(6)

L-għajnuna finanzjarja għat-tħaddim u l-organizzazzjoni ta’ workshops ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Komunità wkoll għandhom ikunu konformi mar-regoli ta’ eliġibilità stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (19), il-qerda tal-mard tal-annimali u l-programmi ta’ kontroll (miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (EAGF). Barra minn hekk, l-Artikolu 13, it-tieni paragrafu tar-regolament jipprevedi li f’każi eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq, għal miżuri u programmi koperti bid-Deċiżjoni 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-infiq fil-qasam veterinarju, l-infiq marbut ma’ spejjeż amministrattivi u tal-istaff imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-EAGF għandhom jiġu mill-Fond. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-marda Afrikana taż-żwiemel, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Central de Sanidad Animal de Algete, Algete (Madrid), fi Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 92/35/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 101 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, li minnha massimu ta’ EUR 35 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar il-marda Afrikana taż-żwiemel.

Artikolu 2

Għall-marda ta’ Newcastle, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Veterinary Laboratory, Agency (VLA), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 92/66/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 88 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 3

Għall-marda li ttella’ nfafet żgħar fil-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFRC Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Laboratorju ta’ Pirbright, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 92/119/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 125 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 4

Għall-mard tal-ħut, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja, lill-Università Teknika tad-Danimarka, l-Istitut Nazzjonali Veterinarju, id-Dipartiment tat-Tjur, Ħut u Annimali bis-suf, Aarhus, id-Danimarka, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness C tad-Direttiva 93/53/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 255 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 5

Għall-marda tal-molluski bivalvi, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-IFREMER, La Tremblade, Franza, biex twettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness B tad-Direttiva 95/70/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 105 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 6

Għas-seroloġija ta’ l-idrofobija, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, Nancy, fi Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2000/258/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 205 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 7

Għall-bluetongue, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFRC Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Laboratorju ta’ Pirbright, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II(B) tad-Direttiva 2000/75/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 298 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 8

Għad-deni klassiku tal-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Hannover, il-Ġermanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 2001/89/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 215 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 9

Għall-marda Afrikana tal-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 2002/60/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dak iċ-ċentru ta’ riċerka għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 208 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, li minnha massimu ta’ EUR 43 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar il-marda Afrikana taż-żwiemel.

B’deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, il-laboratorju msemmi fl-ewwel paragrafu se jkun intitolat li jitlob l-għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta’ 50 parteċipant għal wieħed mill-workshops tiegħu msemmija fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 10

Għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Laboratorju ta’ Pirbright, tal-Kunsill tar-Riċerka tax-Xjenzi Bijoteknoloġiċi u Bijoloġiċi (BBSRC), Pirbright, fir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness XVI tad-Direttiva 2003/85/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 300 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 11

Biex jikkollabora ħalli ġġib l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ta’ razza pura tal-ispeċi tal-bovini, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Ċentru INTERBULL, Dipartiment tat-Tagħmir tal-Annimali u tal-Ġenetika, l-Università Svediża tax-Xjenzi Agrikoli, Uppsala, l-Iżvezja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 96/463/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan iċ-ċentru għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 91 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 12

Għall-bruċellosi, l-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 246 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, li minnha massimu ta’ EUR 28 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-bruċellosi.

Artikolu 13

Għall-influwenza tat-tjur, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Veterinary Laboratory, Agency (VLA), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness VII tad-Direttiva 2005/94/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 400 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 14

Għall-mard tal-krustaċeji, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Ċentru għall-Ambjent, Sajd u Xjenza tal-Akwakultura (Cefas), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fil-Parti I tal-Anness VI tad-Direttiva 2006/88/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 95 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 15

Għall-mard ekwin għajr għal Marda Afrikana taż-Żwiemel, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses/Laboratoire d’études et de recherche en pathologie equine, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 180/2008.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 515 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, li minnha massimu ta’ EUR 40 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar il-mard ekwin.

Artikolu 16

Għar-rabja, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, Nancy, fi Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) 737/2008.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 285 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, li minnha massimu ta’ EUR 25 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar ir-rabja.

Artikolu 17

Għat-tuberkulożi, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio de Vigilancia Veterinaria (VISAVET) of the Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Madrid, Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) 737/2008.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 205 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, li minnha massimu ta’ EUR 25 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-tuberkolosi.

Artikolu 18

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

Għall-mard Afrikan taż-żwiemel, Laboratorio Central de Sanidad Animal, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, Ctra. De Algete km. 8, Valdeolmos, 281100, Algete (Madrid), Spanja; Is-Sinjura Concepcion Gómez Tejedor, tel.. 34 916 29 03 00

Għall-mard Newcastle: Veterinary Laboratories Agency (VLA) Weybridge, New Haw Addlestone Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit; Is-Sur Ian Brown, tel.. 44 1932 35 73 39

Għall-marda tal-infafet fil-ħnieżer: AFRC Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Laboratorju ta’ Pirbright, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit Is-Sur D.J. Paton, tel.. 44 7900 16 20 31

Għall-mard tal-ħut: l-Università Teknika tad-Danimarka, l-Istitut Nazzjonali Veterinarju, id-Dipartiment tat-Tjur, Ħut u Annimali bis-suf, Hangovej 2, 8200-Aarhus, id-Danimarka; Is-Sur Kristian Møller, tel.. 45 72 34 61 89

Għall-mard tal-molluski bivalvi: IFREMER, B.P. 133 17390 La Tremblade, Franza; Is-Sinjura Isabelle Arzul, tel.. 33 54 67 62 647

Għas-seroloġija tar-rabja: AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, site de Nancy, Domaine de Pixérécourt, BP 9, F-54220 Malzéville, Franza; Is-Sinjura Florence Cliquet, tel.. 33 383 29 89 50

Għall-bluetongue: AFRC Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Laboratorju ta’ Pirbright, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit Is-Sur D.J. Paton, tel.. 44 7900 16 20 31

Għad-deni klassiku tal-ħnieżer: L-Istitut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Bischofsholer Damm 15, D-3000 Hannover, il-Ġermanja; Is-Sur Peter Joppe, tel.. 495-11 953 80 20

Għad-deni tal-ħnieżer Afrikan: Centro de Investigación en Sanidad Animal, Ctra. De Algete a El Casar, Valdeolmos 28130, Madrid, Spanja; Is-Sinjura Marisa Arias, tel.. 34 600 31 51 89

Għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer: AFRC Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Laboratorju ta’ Pirbright, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit Is-Sur D.J. Paton, tel.. 44 7900 16 20 31

Biex jikkollabora ħalli jġib l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ta’ razza pura tal-ispeċi tal-bovini: iċ-Ċentru INTERBULL, Dipartiment tat-Tagħmir tal-Annimali u tal-Ġenetika SLU, Università tax-Xjenzi Agrikoli, Kaxxa: 7023; S-75007 Uppsala, l-Iżvezja. Is-Sur João Walter Dürr, tel.. 46-18 67 20 98

Għall-bruċellożi: AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, 23 avenue du Général de Gaulle 94706 Maisons-Alfort, Cedex Franza; Is-Sur Bruno Garin-Bastuji, tel.. 33 607 94 26 31

Għall-influwenza tat-Tjur: Veterinary Laboratories Agency (VLA) Weybridge, New Haw Addlestone Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit; Is-Sur Ian Brown, tel.. 44 1932 35 73 39

Għall-mard tal-krustaċeji: Ċentru għall-Ambjent, Sajd u Xjenza tal-Akwakultura (Cefas), Weymouth Laboratory, The Nothe, Barrack Road, Weymouth, Dorset DT4 8UB, Ir-Renju Unit. Is-Sur David Grant Stentiford, tel.. 44 1305 20 67 22

Għall-mard ekwin: AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, 23 avenue du Général de Gaulle 94706 Maisons-Alfort, Cedex Franza; Is-Sur Stéphan Zientara, tel.. 33 143 96 72 80

Għas-seroloġija tar-rabja: AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, site de Nancy, Domaine de Pixérécourt, BP 9, F-54220 Malzéville, Franza; Is-Sinjura Florence Cliquet, tel.. 33 383 29 89 50

Għat-tuberkolożi: VISAVET - Laboratorio de vigilancia veterinaria, Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Avda. Puerta de Hierro, s/n. Ciudad Universitaria, 28040. Madrid, Spanja; Is-Sinjura Alicia Aranaz, tel. 34 913 94 39 92

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1, il-verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1

(3)  ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.

(4)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.

(5)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.

(6)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(7)  ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23.

(8)  ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33.

(9)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

(10)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

(11)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(12)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.

(13)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(14)  ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19.

(15)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(16)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(17)  ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4.

(18)  ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29.

(19)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/117


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Diċembru 2008

li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, lista inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8066)

(2008/966/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-reġjun bijoġeografiku Steppiku msemmi fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa magħmul minn partijiet mit-territorju tar-Rumanija, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fl-20 ta’ April 2005 mill-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat dwar il-Ħabitati”.

(2)

Hemm bżonn li, fil-kuntest ta’ proċess mibdi fl-1995, ikompli jsir progress fit-twaqqif reali tan-netwerk Natura 2000, li huwa element essenzjali fil-ħarsien tal-bijodiversità fil-Komunità.

(3)

Għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku, listi tas-siti proposti bħala siti ta’ importanza Komunitarja fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE ntbagħtu lill-Kummisjoni mir-Rumanija f’Ottubru tal-2007, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.

(4)

Il-listi tas-siti proposti kellhom magħhom tagħrif dwar kull sit, mogħti fil-format stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/266/KE tat-18 ta’ Diċembru 1996 dwar format ta’ tagħrif fuq is-siti għas-siti proposti għan-Natura 2000 (2).

(5)

Dak it-tagħrif jinkludi l-mappa l-aktar riċenti u definittiva tas-sit li ntbagħtet mill-Istat Membru kkonċernat, l-isem, il-post u l-firxa tas-sit, u d-dejta li nġabret mill-applikazzjoni tal-kriterji speċifikati fl-Anness III għad-Direttiva 92/43/KEE.

(6)

Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassal mill-Kummissjoni bi qbil ma’ kull Stat Membru kkonċernat, li jidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta’ ħabitati naturali jew speċijiet ta’ prijorità, għandha tiġi adottata lista tas-siti magħżulin bħala siti ta’ importanza Komunitarja.

(7)

L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta’ ħabitati naturali u tal-ispeċijiet qiegħed dejjem jevolvi minħabba s-sorveljanza skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell Komunitarju saru billi ntuża l-aqwa tagħrif disponibbli bħalissa.

(8)

L-Istat Membru kkonċernat ma ssuġġeriex biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta’ ħabitati u speċijiet. Għalhekk, għal dawk it-tipi ta’ ħabitati u speċijiet, wieħed ma jistax jikkonkludi li n-netwerk huwa komplut. Meta wieħed iqis id-dewmien biex jasal it-tagħrif u biex jintlaħaq qbil mal-Istat Membru, hemm bżonn li tiġi adottata lista inizjali tas-siti, li se jkollha bżonn tiġi riveduta skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(9)

Ladarba l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta’ xi wħud mit-tipi ta’ ħabitati naturali tal-Anness I u tal-ispeċijiet tal-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE għadu mhux komplut, ma għandux jiġi konkluż li n-netwerk huwa komplut jew li mhuwiex. Il-lista inizjali għandha tiġi riveduta, jekk ikun hemm bżonn, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(10)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE, hija mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(2)  ĠU L 107, 24.4.1997, p. 1.


ANNESS

Lista inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku

Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SCI) huwa identifikat mit-tagħrif mogħti fil-format tan-Natura 2000, inkluż il-mappa korrispondenti. Dan it-tagħrif intbagħat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti t-tagħrif li ġej:

A

:

il-kodiċi tal-SCI li fih disa’ karattri, li minnhom l-ewwel tnejn huma l-kodiċi tal-ISO tal-Istat Membru;

B

:

isem l-SCI;

C

:

* = il-preżenza fl-SCI ta’ mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali wieħed u/jew speċi waħda ta’ prijorità fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

D

:

l-erja tal-wiċċ tal-SCI f’ettari jew it-tul f’km;

E

:

il-koordinati ġeografiċi tal-SCI (il-latitudni u l-lonġitudni).

It-tagħrif kollu mogħti fil-lista Komunitarja ta’ hawn taħt huwa msejjes fuq id-dejta proposta, mibgħuta u vvalidata mir-Rumanija.

A

B

C

D

E

Il-kodiċi tal-SCI

Isem l-SCI

*

L-erja tal-SCI

(f’ettari)

It-tul tal-SCI

(f’km)

Il-koordinati ġeografiċi tal-SCI

Il-lonġitudni

Il-latitudni

ROSCI0005

Balta Albă - Amara - Jirlău - Lacul Sărat Câineni

*

6 411

 

E 27 17

N 45 13

ROSCI0006

Balta Mică a Brăilei

 

20 460

 

E 27 54

N 44 59

ROSCI0012

Brațul Măcin

*

10 303

 

E 28 7

N 45 0

ROSCI0022

Canaralele Dunării

*

26 064

 

E 28 4

N 44 24

ROSCI0053

Dealul Alah Bair

*

187

 

E 28 13

N 44 30

ROSCI0060

Dealurile Agighiolului

*

1 479

 

E 28 48

N 45 2

ROSCI0065

Delta Dunării

*

457 813,5

 

E 28 55

N 44 54

ROSCI0067

Deniz Tepe

*

425

 

E 28 41

N 45 0

ROSCI0071

Dumbrăveni - Valea Urluia - Lacul Vederoasa

*

18 714

 

E 27 58

N 43 58

ROSCI0072

Dunele de nisip de la Hanul Conachi

*

217

 

E 27 34

N 45 34

ROSCI0083

Fântânița Murfatlar

*

637

 

E 28 23

N 44 9

ROSCI0103

Lunca Buzăului

*

3 991

 

E 26 52

N 45 8

ROSCI0105

Lunca Joasă a Prutului

*

5 656

 

E 28 8

N 45 45

ROSCI0114

Mlaștina Hergheliei - Obanul Mare și Peștera Movilei

*

251

 

E 28 34

N 43 50

ROSCI0123

Munții Măcinului

*

18 546

 

E 28 19

N 45 8

ROSCI0131

Oltenița - Mostiștea - Chiciu

 

11 930

 

E 27 7

N 44 12

ROSCI0133

Pădurea Bădeana

*

56

 

E 27 34

N 46 9

ROSCI0134

Pădurea Balta-Munteni

 

86

 

E 27 27

N 45 56

ROSCI0139

Pădurea Breana-Roșcani

*

151

 

E 27 59

N 45 55

ROSCI0149

Pădurea Eseschioi - Lacul Bugeac

*

3 258

 

E 27 26

N 44 4

ROSCI0151

Pădurea Gârboavele

*

217

 

E 27 59

N 45 34

ROSCI0157

Pădurea Hagieni - Cotul Văii

*

3 652

 

E 28 21

N 43 47

ROSCI0162

Pădurea Merișor - Cotul Zătuanului

 

579

 

E 27 20

N 45 45

ROSCI0163

Pădurea Mogoș-Mâțele

*

65

 

E 27 56

N 45 43

ROSCI0165

Pădurea Pogănești

*

176

 

E 28 1

N 45 58

ROSCI0169

Pădurea Seaca-Movileni

*

52

 

E 27 32

N 46 17

ROSCI0172

Pădurea și Valea Canaraua Fetii - Iortmac

*

14 473

 

E 27 36

N 44 6

ROSCI0175

Pădurea Tălășmani

 

62

 

E 27 50

N 46 7

ROSCI0178

Pădurea Torcești

 

132

 

E 27 29

N 45 40

ROSCI0191

Peștera Limanu

 

12

 

E 28 31

N 43 48

ROSCI0201

Podișul Nord Dobrogean

*

87 229

 

E 28 30

N 44 58

ROSCI0213

Râul Prut

 

12 506

 

E 27 47

N 47 12

ROSCI0215

Recifii Jurasici Cheia

*

5 134

 

E 28 26

N 44 30

ROSCI0259

Valea Călmățuiului

*

17 363

 

E 27 2

N 45 0


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/121


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Diċembru 2008

li tikkonċerna n-nuqqas tal-inklużjoni tal-monossidu tal-karbonju fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8077)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/967/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li tul it-12-il sena ta’ wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, Stat Membru jista’ jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva li diġà jkunu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, waqt li dawk is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati ftit ftit fil-qafas ta’ programm tax-xogħol.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistabbilixxu r-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom ikunu vvalutati biex possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-monossidu tal-karbonju.

(3)

L-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent tal-monossidu tal-karbonju ġew vvalutati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 1112/2002 u (KE) Nru 2229/2004 għall-firxa tal-użi proposti min-notifikant. Barra dan, dawk ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri Relatur li jridu jissottomettu r-rapporti tal-valutazzjoni rilevanti u r-rakkomandazzjonijiet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Għall-monossidu tal-karbonju l-Istat Membru Relatur kien l-Italja u l-informazzjoni rilevanti kollha kienet sottomessa f’Novembru 2007.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat il-monossidu tal-karbonju skont l-Artikolu 24a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. L-Istati Membri u l-Kummissjoni permezz tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali rrivedew abbozz ta’ rapport dwar din is-sustanza u ffinalizzawh fis-26 ta’ Settembru 2008 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni.

(5)

Waqt l-eżaminar ta’ din is-sustanza attiva mill-Kumitat, fejn ġew ikkunsidrati l-kummenti tal-Istati Membri, ġie konkluż li hemm indikazzjonijiet ċari li wieħed jista’ jistenna li għandha effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem u partikolarment li l-fatti kruċjali neqsin ma jippermettux li jkun ffissat AOEL li wieħed jista’ joqgħod fuqu u dan il-valur huwa neċessarju biex issir l-valutazzjoni tar-riskju. Barra dan, tħassib ieħor li ġie identifikat mill-Istati Membri Relaturi fir-rapport ta’ valutazzjoni ta’ din is-sustanza huwa mdaħħal fir-rapport tar-reviżjoni dwarha.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex jissottometti l-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tal-istudju fuq il-monossidu tal-karbonju u dwar jekk kellux intenzjoni jkompli jiffavorixxi s-sustanza. In-notifikant issottometta l-kummenti tiegħu u dawn ġew studjati bir-reqqa. Madankollu, minkejja r-raġunijiet ippreżentati min-notifikant, id-dubji li kienu identifikati ma setgħux jiġu eliminati, u l-istimi li saru fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, fil-kondizzjonijiet tal-użu proposti, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-monossidu tal-karbonju ġeneralment jistgħu jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa kif miktubin fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għalhekk il-monossidu tal-karbonju ma għandux ikun imdaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu l-miżuri biex ikun żgurat li kull awtorizzazzjoni mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-monossidu tal-karbonju jiġu rtirati f’medda ta’ żmien stipulat u ma jkunux imġeddin u li ma jingħatawx awtorizzazzjonijiet ġodda għal dawn il-prodotti.

(9)

Kull perjodu ta’ żmien li jingħata żejjed minn Stat Membru għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq jew użu ta’ stokkijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-monossidu tal-karbonju għandu jkun limitat sa 12-il xahar biex l-istokkijiet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw għal staġun żejjed wieħed, u b’hekk ikun żgurat li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-monossidu tal-karbonju jibqgħu disponibbli għal 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(10)

Din id-Deċiżjoni hi bla ħsara għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-monossidu tal-karbonju skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipolaw regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ din id-Direttiva imma li ma daħlux fl-Anness I tagħha (4), minħabba l-possibbiltà li jkunu mdaħħlin fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-monossidu tal-karbonju mhuwiex se jkun imdaħħal bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-monossidu tal-karbonju jiġu rtirati sat-12 ta’ Ġunju 2009;

(b)

ma tingħata jew tiġġedded l-ebda awtorizzazzjoni għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-monossidu tal-karbonju mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ‘l quddiem.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ żmien li jingħata żejjed mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm hu possibbli u jagħlaq mhux aktar tard mit-12 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni hija indirizzata għall-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(4)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/123


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Diċembru 2008

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ żejt għani bl-aċtu arakidoniku minn Mortierella alpina bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8080)

(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2008/968/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Ġunju 1999 il-kumpanija Abbott Laboratories (issa Suntory Limited, il-Ġappun) għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Olanda biex iż-żejt għani bl-aċtu arakidoniku minn Montierella alpina jitqiegħed fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(2)

Fid-19 ta’ Ottubru 2005 il-korp kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tal-Olanda ħareġ ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali tiegħu. F’dak ir-rapport wasal għall-konklużjoni li ż-żejt għani bl-aċtu arakidoniku minn Mortierella alpina jista’ jintuża bla riskji fil-formuli tat-trabi u l-formuli għat-trabi prematuri.

(3)

Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha fis-17 ta’ Novembru 2005.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tqajmu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont din id-dispożizzjoni.

(5)

Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (EFSA) ġiet ikkonsultata fis-26 ta’ Ġunju 2007.

(6)

Fl-10 ta’ Lulju 2008, l-EFSA adottat l-“Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti djetetiċi, in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji fuq talba tal-Kummissjoni marbuta mas-sikurezza taż-‘żejt fungali minn Mortierella alpina’.”

(7)

Fl-opinjoni l-EFSA waslet għall-konklużjoni li ż-żejt fungali minn Mortierella alpina huwa sors bla riskji tal-aċtu arakidoniku biex jintuża fil-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment.

(8)

L-Anness I u l-Anness II tad-Direttiva tal-Kummissjoni (2006/141/KE) dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (2) tispeċifika r-regoli għaż-żieda ta’ aċti xaħmija poliinsaturati ta’ katina twila (20 u 22 atomu tal-karbonju) u b’mod partikolari aċtu arakidoniku għall-formoli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment.

(9)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li ż-żejt fungali minn Mortierella alpina huwa konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Żejt fungali minn Mortierella alpina kif speċifikat fl-Anness jista’ jitqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fil-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment kif definit fl-Art. 2 tad-Direttiva 2006/141/KE u f’formuli għal trabi prematuri.

Iż-żieda taż-żejt fungali minn Mortierella alpina mal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment għandha tkun limitata mill-kontenut tagħha ta’ aċtu arikodoniku skont ir-regoli speċifikati fl-Anness I, 5.7 u l-Anness II, 4.7 tad-Direttiva 2006/141/KE. L-użu tiegħu fil-formuli għat-trabi prematuri għandu jkun skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE (3) tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari.

Artikolu 2

Id-desinjazzjoni tal-ingredjent tal-ikel ġdid awtorizzat minn din id-Deċiżjoni fuq it-tikketta tal-oġġett tal-ikel li l-ingredjent jinsab fih għandha tkun “żejt minn Mortierella alpina”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Beverage & Food Company, Suntory Limited, 2-4-1 Shibakoen Minato-ku, Tokyo, il-Ġappun.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1

(3)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA’ ŻEJT GĦANI BL-AĊTU ARAKIDONIKU MINN MORTIERELLA ALPINA

Deskrizzjoni

Iż-żejt għani bl-aċtu arakidoniku isfar ċar jinkiseb mill-fermentazzjoni tal-faqqiegħa Mortierella alpina bl-użu ta’ dqiq tas-sojja u żejt tas-sojja bħala sottostrati.

Speċifikazzjonijiet ta’ żejt għani bl-aċtu arakidoniku minn Mortierella alpina

Aċtu arakidoniku

≥ 40 %

Valur ta’ perossidu

≤ 5 meq/kg

Valur tal-aċtu

≤ 0.2 mg KOH/g

Valur ta’ anisidin

≤ 20

Aċti xaħmija liberi

≤ 0.2 %

Sustanza insaponifikabbli

≤ 1 %

Kulur (Lovibond bittija ta’ 50.8 mm) isfar

≤ 50

Kulur (Lovibond bittija ta’ 50.8 mm) aħmar

≤ 10


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/125


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Diċembru 2008

dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija għall-użu mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi

(2008/969/KE, Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Filwaqt li tikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewwropea,

Filwaqt li tikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Filwaqt li tikkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1),

Filwaqt li tikkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni, li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u ta’ kwalunkwe fondi oħra amministrati mill-Komunitajiet b’rispett kif inhu xieraq lejn il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, hija obbligata li tiġġieled kontra l-frodi u kontra kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet.

(2)

Id-Deċiżjoni attwali tal-Kummissjoni dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija (EWS) għandha tiġi ssostitwita b’din id-deċiżjoni wara li jiġu implimentati l-emendi għall-Artikoli 93 sa 96 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ir-Regolament Finanzjarju) u għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru, filwaqt li jiġu osservati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta (3).

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill 17 ta’ Diċembru 2008 (KE, Euratom) 1302/2008 dwar id-database ċentrali ta’ esklużjoni (4) jistabbilixxi database li fiha d-dettalji rilevanti ta’ partijiet terzi li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni fejn għandhom x’jaqsmu proċeduri ta’ għotjiet u ta’ kuntratti pubbliċi u jagħti aċċess għal din id-database lill-istituzzjonijiet, inklużi lil dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Finanzjarju, lill-aġenziji eżekuttivi, lill-entitajiet Komunitarji koperti bl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u kif ukoll lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-baġit.

(4)

L-għan tal-EWS huwa li, fl-ambitu tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi tagħha, tiżgura ċ-ċirkulazzjoni ta’ informazzjoni ristretta dwar partijiet terzi li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-interessi finanzjarji u r-reputazzjoni tal-Komunitajiet jew għal kwalunkwe fond ieħor amministrat mill-Komunitajiet.

(5)

Minħabba li l-aġenziji eżekuttivi jgawdu status ta’ uffiċjali awtorizzanti b’delegazzjoni tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet operattivi, għandu jkollhom aċċess għall-EWS bl-istess mod li għandhom is-servizzi tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet amministrattivi u operattivi.

(6)

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) għandu jkollu aċċess għall-EWS biex ikun jista’ jwettaq il-ħidma regolatorja ta’ investigazzjoni tiegħu u l-attivitajiet tiegħu ta’ intelliġenza u Protezzjoni mill-frodi esegwiti f’konformità mal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) (5) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) (6).

(7)

L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiggarantixxi l-amministrazzjoni tal-EWS. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF u s-Servizz ta’ Verifika Interna (IAS) għandhom ikunu responsabbli biex jitolbu d-dħul, il-modifika jew it-tneħħija tat-twissijiet. Sabiex jinżamm livell xieraq ta’ kontroll, dawn it-talbiet għandhom isiru fuq livell ġerarkiku xieraq.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (7) jistipula li l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Kummissjoni jrid jirrispetta r-rekwiżiti leġittimi tal-ipproċessar u r-rekwiżiti marbuta mat-trasferiment tad-dejta stabbiliti fih, u li dan l-ipproċessar huwa soġġett għal iċċekkjar minn qabel mill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta li jsegwi wara notifika mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Kummissjoni.

(9)

Id-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jistipulaw x’inhuma d-drittijiet tal-persuni li d-dejta tagħhom hi jew tista’ tkun imdaħħla fl-EWS f’konformità mal-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta. Fir-rigward tad-dejta mdaħħla fl-EWS, id-dritt għall-informazzjoni għandu jiddifferenzja bejn il-partijiet terzi li huma persuni fiżiċi li jibbenefikaw minn drittijiet ta’ protezzjoni tad-dejta aktar estensivi u d-drittijiet ta’ dawk it-terzi li huma persuni legali.

(10)

Ċerti drittijiet ta’ protezzjoni tad-dejta huma soġġetti għal eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, li għandhom jitqiesu każ b’każ u li għandhom jiġu applikati fuq bażi temporanja. L-applikazzjoni ta’ dawn l-eċċezzjonijiet għandha tappartjeni biss għas-servizz li jkun responsabbli biex jagħmel talbiet għad-dħul, il-modifikazzjoni, inkluż ir-rettifika, jew it-tneħħija tad-dejta rilevanti.

(11)

Minħabba li l-esklużjonijiet skont l-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju jikkonċernaw proċeduri ta’ għotjiet/kuntratti pubbliċi, dawn it-twissijiet mgħandhomx jaqgħu taħt il-livell W5 iżda taħt kategorija ġdida, jiġifieri l-kategorija W1d, minħabba li t-twissijiet W5 għandhom, b’mod esklussiv, jindikaw sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni li jikkonċernaw il-proċeduri kollha tal-għotjiet/kuntratti pubbliċi.

(12)

Sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, l-Uffiċjal Awtorizzanti b’Delega (AOD) responsabbli għandu, wara li tkun ittieħdet deċiżjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 96 tar-Regolament Finanzjarju, jitlob għal reġistrazzjoni provviżorja ta’ twissija ta’ esklużjoni jekk il-komportament ta’ parti terza jikkostitwixxi wkoll imġiba ħażina professjonali gravi fl-ambitu tat-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju biex jiġi żgurat li l-kuntratti jew l-għotjiet ma jingħatawx lill-parti terza matul il-proċedura ta’ penali li tkun tinsab għaddejja.

(13)

Il-Kummissjoni trid tikkonforma mad-diversi regolamenti tal-Kunsill li jimplimentaw Pożizzjonijiet Komuni adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 15 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (Politika Komuni Barranija u ta’ Sigurtà - CFSP), li skonthom huwa pprojbit li fondi u riżorsi ekonomiċi jkunu disponibbli, direttament jew indirettament, għal, jew għall-benefiċċju ta’ persuni, gruppi jew entitajiet fiżiċi jew legali nnominati,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi s-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija tal-Kummissjoni (minn hawn ‘il quddiem: “l-EWS”) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u kwalunkwe fond ieħor amministrat mill-Komunitajiet.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu applikati d-definizzjonijiet li ġejjin:

“partijiet terzi” tfisser kandidati, dawk li jagħmlu l-offerti, kuntratturi, fornituri, fornituri ta’ servizzi u s-subkuntratturi rispettivi tagħhom kif ukoll applikanti għal għotjiet, benefiċjarji ta’ għotjiet, kuntratturi ta’ benefiċjarji ta’ għotjiet u entitajiet li jirċievu sostenn finanzjarju mingħand benefiċjarju ta’ għotja Komunitarja skont l-Artikolu 120 tar-Regolament Finanzjarju.

“AOD responsabbli” tfisser uffiċjal awtorizzanti b’delega mill-Kummissjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju responsabbli skont ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem “il-baġit”), inklużi diretturi tal-aġenziji eżekuttivi, u l-uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju li jaqdi l-funzjoni ta’ direttur.

Artikolu 3

Twissijiet tal-EWS

1.   It-twissijiet tal-EWS għandhom jinkludu d-dejta li ġejja:

(a)

informazzjoni li tidentifika lil partijiet terzi li huma ta’ theddida għall-interessi finanzjarji u r-reputazzjoni tal-Komunitajiet jew għal kwalunkwe fond ieħor amministrat mill-Komunitajiet minħabba li kienu kkommettew jew huma ssuspettati li kkommettew frodi jew żbalji amministrattivi serji, jew li huma soġġetti għal ordnijiet ta’ sekwestru jew għal ordnijiet ta’ rkupru sinjifikanti, jew li huma esklużi skont ir-Regolament Finanzjarju jew ir-restrizzjonijiet finanzjarji relatati mal-Politika Komuni Barranija u ta’ Sigurtà (CFSP);

(b)

informazzjoni dwar persuni li jgawdu poteri ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fuq entitajiet legali li huma partijiet terzi, meta dawk il-persuni jkunu ta’ theddida għall-interessi finanzjarji u r-reputazzjoni tal-Komunitajiet jew għal kwalunkwe fond ieħor amministrat mill-Komunitajiet għar-raġunijiet elenkati taħt (a);

(c)

it-tip ta’ twissija u r-raġunijiet li għalihom il-partijiet terzi msemmija fil-punt (a) jew il-persuni msemmija fil-punt (b) joffru din it-theddida u, jekk ikun xieraq, it-tul ta’ żmien tagħha u l-persuna ta’ kuntatt għal dik it-twissija.

2.   Bla ħsara għall-Artikoli 1(2) u 1(3) tar-Regolament (KE, Euratom) 1302/2008, id-dejta li tinsab fl-EWS tista’ tintuża biss għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit jew ta’ kwalunkwe fond ieħor amministrat mill-Komunitajiet, inklużi l-proċeduri ta’ għotjiet u kuntratti pubbliċi u kif ukoll ħlasijiet lil partijiet terzi.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista’ juża d-data għall-investigazzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 kif ukoll għall-attivitajiet tiegħu ta’ intelliġenza u ta’ prevenzjoni tal-frodi, inkluż l-analiżi tar-riskji.

Artikoli 4

Amministrazzjoni tal-EWS

1.   L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jew il-persunal ta’ taħtu li lilhom jiddelega ċerta ħidma f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament Finanzjarju (minn hawn ‘il quddiem “l-uffiċjal tal-kontabilità”) għandu jiggarantixxi l-amministrazzjoni tal-EWS u jorganizza l-arranġamenti tekniċi xierqa.

L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jdaħħal, jimmodifika jew ineħħi t-twissijiet tal-EWS skont it-talbiet mill-AOD responsabbli, l-OLAF u s-Servizz ta’ Verifika Interna (IAS).

2.   L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jodotta miżuri implimentattivi li jikkonċernaw l-aspetti tekniċi u jiddefinixxi proċeduri ta’ sostenn assoċjati, inkluż fil-qasam tas-sigurtà.

Huwa għandu javża lis-servizzi tal-Kummissjoni u lill-aġenziji eżekuttivi dwar dawn il-miżuri.

Artikolu 5

Talbiet għal reġistrazzjoni, modifikazzjoni jew tneħħija tat-twissijiet

1.   It-talbiet kollha għar-reġistrazzjoni, il-modifikazzjoni jew it-tneħħija tat-twissijiet għandhom jiġi indirizzati lill-uffiċjal tal-kontabilità.

Huma biss l-AOD responsabbli, id-direttur ġenerali jew direttur tal-OLAF jew l-IAS li jistgħu jissottomettu dawn it-talbiet. Għal dan il-għan, huma għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness.

2.   Is-servizz li jkun stabbilixxa li parti terza tinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 9 għandu jissottometti talba għal twissija tal-EWS lill-uffiċjal tal-kontabilità, b’kopja lill-uffiċjal tal-EWS imsemmi fl-Artikolu 7, anki jekk il-parti terza hija diġà soġġetta għal twissija tal-EWS.

3.   Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2, is-servizz li jkun talab għal twissija tal-EWS għandu javża lill-uffiċjal tal-kontabilità, bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness, dwar:

(a)

kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni inkluża fit-twissija tal-EWS ikkonċernata;

(b)

it-tneħħija ta’ din it-twissija tal-EWS hekk kif ma tibqax tapplika aktar ir-raġuni għat-twissija.

Madankollu, tagħrif dwar bidla tal-persuna ta’ kuntatt fejn għandha x’taqsam it-twissija, jista’ jintbagħat permezz ta’ nota rreġistrata.

4.   Is-servizz li jkun talab għal reġistrazzjoni ta’ twissija tal-EWS huwa wkoll responsabbli għat-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ koordinazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit bħala konsegwenza ta’ din it-twissija skont l-Artikoli 15 sa 22.

5.   L-attivazzjoni ta’ twissija għal persuna li tgawdi l-poteri ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fuq persuna legali stabbilita titlob li ssir talba addizzjonali, distinta minn dik immirata lejn il-persuna legali kkonċernata.

Artikolu 6

Aċċess għall-EWS u l-użu tagħha

1.   Is-servizzi tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi għandu jkollhom aċċess dirett għad-data fl-EWS permezz tas-sistema ta’ kontabilità pprovduta mill-Kummissjoni (ABAC).

Is-servizz tal-Kummissjoni jew l-aġenzija eżekuttiva responsabbli għal sistema lokali jistgħu jużaw din is-sistema biex jiksbu aċċess għad-dejta fl-EWS, diment li tiġi garantita konsistenza fid-data bejn is-sistema lokali u s-sistema ta’ kontabilità tal-ABAC.

2.   L-AOD responsabbli jew il-persunal tiegħu għandhom jivverifikaw jekk hemmx twissija fl-EWS li tikkonċerna partijiet terzi fl-istadji li ġejjin:

(a)

f’każ ta’ impenji baġitarji individwali, qabel id-dħul għal dan it-tip ta’ impenn;

(b)

f’każ ta’ impenji baġitarji globali, qabel l-irreġistrar ta’ kwalunkwe impenn legali individwali għall-impenn globali;

(c)

f’każ ta’ impenji baġitarji provviżorji, qabel il-konklużjoni ta’ impenn legali li joħloq intitolament għal ħlasijiet sussegwenti.

Meta l-impenji msemmija fil-punt (ċ) jkopru l-ħlas tal-persunal u r-rimborż tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar marbut ma’ parteċipazzjoni f’laqgħat u kompetizzjonijiet, l-obbligu għal verifikazzjoni minn qabel tar-reġistrazzjonijiet tal-EWS m’għandux japplika.

Fil-każ ta’ proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi jew ta’ għotjiet, l-AOD responsabbli jew il-persunal tiegħu għandhom jivverifikaw jekk ikunx hemm twissija fl-EWS mhux aktar tard minn meta tittieħed id-deċiżjoni tal-għotja.

Madankollu, meta l-awtorità li tkun qed tagħmel l-għotja tillimita l-għadd ta’ kandidati mistiedna biex jissottomettu offerta jew jinnegozjaw fl-ambitu ta’ proċedura ristretta, djalogu kompetittiv jew proċedura nnegozjata wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ kuntratt, dawn il-verifikazzjonijiet għandhom jitwettqu qabel titlesta l-proċedura tal-għażla tal-kandidati.

Fir-rigward tas-subkuntratturi sottomessi għal approvazzjoni minn qabel, l-AOD responsabbli jew il-persunal tiegħu jistgħu, fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskji tagħhom, jiddeċiedu li ma jivverifikawx jekk hemmx twissija fl-EWS.

3.   L-AOD responsabbli jew il-persunal tiegħu għandhom, skont il-paragrafu 2, jivverifikaw jekk hemmx twissija fl-EWS li tikkonċerna persuna li tgawdi l-poteri ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fuq il-parti terza kkonċernata, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-AOD responsabbli jew il-persunal tiegħu jkun jidhrilhom li din il-verifikazzjoni hija meħtieġa fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskji tagħhom;

(b)

meta d-dokumenti mitluba mill-AOD responsabbli jew l-istaff tiegħu bħala xhieda li l-parti terza kkonċernata ma tkunx f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju, ikunu relatati ma’ dawn il-persuni.

4.   Il-persuna ta’ kuntatt speċifika fir-rigward tat-twissija msemmija fil-punt (ċ) tal-Artikolu 3(1) għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-AOD responsabbli jew tal-persunal tiegħu l-informazzjoni kollha rilevanti meta din tintalab. Fir-rigward ta’ twissijiet ta’ esklużjoni, japplika l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE, Euratom) 1302/2008.

5.   Il-paragrafi 2 sa 4 għandhom japplikaw ukoll għall-kontijiet imprest għal infiq li jaqbeż it-EUR 300. F’dan il-każ, l-amministratur tal-imprest għandu jivverifika jekk ikunx hemm twissija fl-EWS, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ingħatatlu, qabel ma jiġi konkluż kwalunkwe impenn legali ma’ parti terza.

Artikolu 7

Uffiċjali tal-EWS

1.   Id-direttur ġenerali tal-OLAF jew tal-IAS u kull wieħed mill-uffiċjali awtorizzanti b’delega għandhom jinnominaw mill-inqas uffiċjal wieħed jew membru tal-istaff temporanju taħt is-superviżjoni tiegħu bħala uffiċjal tal-EWS.

Dawn għandhom javżaw lill-uffiċjal tal-kontabilità dwar il-lista tal-persuni nnominati u dwar kwalunkwe bidla li tista’ ssirilha.

2.   L-uffiċjal tal-EWS jista’ jikkonsulta l-lista tal-partijiet terzi kollha, jew ta’ persuni li jgawdu minn poteri ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fuq partijiet terzi, li għaliha tiġi rreġistrata twissija tal-EWS. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-EWS, l-uffiċjal għandu jiggarantixxi konnessjoni bejn is-servizz u l-uffiċjal tal-kontabilità. Huwa għandu wkoll jipprovdi għajnuna lis-servizz għat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar it-twissijiet tal-EWS mitluba mis-servizz u fir-rigward tal-azzjonijiet li jkunu jridu jittieħdu bħala konsegwenzi ta’ dawn it-twissijiet.

3.   L-uffiċjal ta’ kontabilità għandu jippubblika b’mod regolari lista aġġornata tal-uffiċjali kollha tal-EWS fil-websajt interna tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit.

Artikolu 8

Il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta

1.   Fis-sejħiet għall-offerti u s-sejħiet għal proposti u, fl-assenza ta’ sejħiet, qabel l-għoti ta’ kuntratti jew għotjiet, l-AOD responsabbli jew il-persunal tiegħu għandhom jinfurmaw lill-partijiet terzi dwar id-data li tikkonċernahom li tista’ tiġi inkluża fl-EWS u dwar l-entitajiet li lilhom tista’ tiġi kkomunikata d-dejt. Meta l-partijiet terzi jkunu entitajiet legali, l-AOD responsabbli jew il-persunal tiegħu għandhom jgħarrfu wkoll lill-persuni li jgawdu minn poteri ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fl-ambitu ta’ dawn l-entitajiet.

2.   Is-servizz li jkun issottometta talba għar-reġistrazzjoni ta’ twissija tal-EWS għandu jkun responsabbli għar-relazzjonijiet mal-persuna fiżika jew legali li d-data tagħha tkun iddaħħlet fl-EWS (minn hawn ‘il quddiem “is-suġġett tad-data kkonċernat”):

(a)

għandu jgħarraf lis-suġġett tad-data kkonċernat dwar it-talba għall-attivazzjoni, l-aġġornar u t-tneħħija ta’ kwalunkwe twissija ta’ esklużjoni W5a li tkun tikkonċernah direttament u għandu jiddikjara r-raġunijiet għal dan;

(b)

għandu jwieġeb għal talbiet magħmula minn suġġetti tad-data kkonċernati biex jippreċiża dejta li ma tkunx korretta jew li ma tkunx kompluta u għal kwalunkwe talba jew mistoqsija oħra mingħand dawn is-suġġetti.

Madankollu, is-servizz li jkun talab ir-reġistrazzjoni tat-twissija jista’ jiddeċiedi li jiġu applikati r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3.   Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 2, persuna fiżika identifikata kif inhu xieraq tista’ titlob mingħand l-uffiċjal tal-kontabilità informazzjoni dwar jekk hijiex irreġistrata fl-EWS.

Skont id-deċiżjoni tas-servizz li jkun talab ir-reġistrazzjoni tat-twissija tal-EWS dwar jekk għandhomx jiġu applikati r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jinforma lill-persuna bil-miktub jew permezz ta’ mezzi elettroniċi dwar jekk hijiex irreġistrata fl-EWS.

Jekk il-persuna tkun irreġistrata, l-uffiċjal ta’ kontabilità għandu jehmeż id-dejta maħżuna fl-EWS li tkun tikkonċerna lil dik il-persuna. Huwa għandu jgħarraf b’dan lis-servizz li jkun talab għar-reġistrazzjoni dwar it-twissija kkonċernata.

4.   It-twissijiet imneħħija għandhom ikunu aċċessibbli għall-finijiet ta’ verifika u investigazzjoni biss u mgħandhomx ikunu viżibbli għall-utenti tal-EWS.

Madankollu, id-dejta personali li jkun fihom it-twissijiet li jirreferu għal persuni fiżiċi għandha tibqa’ aċċessibbli għal dawn il-finijiet biss għal tul ta’ ħames snin wara li tkun tneħħiet it-twissija.

TAQSIMA 2

INFORMAZZJONI MDAĦĦLA FL-EWS

Artikolu 9

Kategoriji ta’ twissijiet

Fuq il-bażi tan-natura tal-gravità tal-fatti miġjuba għall-għarfien tas-servizz li jitlob ir-reġistrazzjoni, it-twissijiet tal-EWS għandhom jinqasmu f’dawn il-ħames kategoriji li ġejjin:

(1)

W1, meta l-informazzjoni toffri raġuni biżżejjed biex jitwemmen li l-probabbiltà li jiġi rreġistrat il-kxif ta’ frodi jew żbalji amministrattivi serji tkun kbira jew meta jkollhom jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni wara li tkun twettqet esklużjoni ta’ parti terza skont l-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju;

(2)

W2, meta parti terza tkun suġġett għal kxif ta’ żbalji amministrattivi serji jew ta’ frodi;

(3)

W3, meta parti terza tkun soġġetta jew għal proċeduri legali pendenti li jesiġu n-notifika ta’ ordni ta’ sekwestru, jew inkella għal proċedimenti ġudizzjarji marbuta ma’ żbalji amministrattivi serji jew frodi;

(4)

W4, meta partijiet terzi jkunu soġġetti għal ordnijiet ta’ rkupru maħruġa mill-Kummissjoni li jaqbżu ċertu ammont u li l-iskadenza tal-ħlasijiet tagħhom tkun ilha ħafna li għalqet;

(5)

W5, meta parti terza tkun eskluża f’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew ir-regolamenti tal-Kunsill li jimponu restrizzjonijiet finanzjarji marbuta mas-CFSP.

Artikolu 10

Twissijiet tal-kategorija W1

1.   L-OLAF għandu jressaq talba għall-attivazzjoni ta’ twissija W1a meta l-investigazzjonijiet tiegħu fi stadju bikri jwasslu għal raġuni biżżejjed biex jitwemmen li l-probabbiltà li jiġi rreġistrat il-kxif ta’ żbalji amministrattivi serji jew ta’ frodi marbuta ma’ partijiet terzi tkun kbira, speċjalment fil-każ ta’ dawk il-partijiet li jkunu benefiċjarji jew li kienu benefiċjarji ta’ fondi Komunitarji. L-OLAF għandu jgħarraf lill-uffiċjal tal-EWS fis-servizz ikkonċernat dwar dawn it-talbiet.

2.   L-OLAF u l-IAS għandhom iressqu talba għall-attivazzjoni ta’ twissija W1b meta l-investigazzjonijiet tagħhom iwasslu għal raġuni li tkun biżżejjed biex jitwemmen li l-probabbiltà li jiġi rreġistrat il-kxif finali ta’ żbalji amministrattivi serji jew ta’ frodi marbuta ma’ partijiet terzi tkun kbira, speċjalment fil-każ ta’ dawk il-partijiet li jkunu benefiċjarji jew li kienu benefiċjarji ta’ fondi Komunitarji. L-OLAF u l-IAS għandhom jinfurmaw lill-uffiċjal tal-EWS fis-servizz ikkonċernat dwar dawn it-talbiet.

3.   L-AOD responsabbli għandu jressaq talba għall-attivazzjoni ta’ twissija W1c meta l-investigazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kapaċità ta’ Verifika Interna tiegħu (IAC) jew ta’ kwalunkwe verifika jew investigazzjoni oħra mwettqa taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew miġjuba għall-attenzjoni tiegħu iwasslu għal raġuni li tkun biżżejjed biex jitwemmen li l-probabbiltà li jiġi rreġistrat il-kxif finali ta’ żbalji amministrattivi serji jew ta’ frodi marbuta ma’ partijiet terzi tkun kbira, speċjalment fil-każ ta’ dawk il-partijiet li jkunu benefiċjarji jew li kienu benefiċjarji ta’ fondi Komunitarji taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

4.   L-AOD responsabbli għandu jressaq talba għall-attivazzjoni ta’ twissija W1d meta jeskludi kandidat, persuna li tressaq offerta jew applikant mill-għoti ta’ kuntratt jew għotja skont proċedura speċifika f’konformità mal-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju.

Għall-finijiet tal-EWS, it-twissijiet ta’ esklużjoni rreġistrati skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni 1302/2008 għandhom jitqiesu bħala twissijiet fil-kategorija W1d.

5.   Twissija W1 għandha tibqa’ attiva għal massimu ta’ sitt xhur, imbagħad għandha titneħħa awtomatikament. Jekk ikun hemm bżonn li t-twissija tal-EWS tibqa’ u ma tkunx tista’ tiġi ssostitwita b’tip ieħor ta’ twissija sa tmiem dan il-perjodu, imbagħad għandha titressaq talba ġdida.

Artikolu 11

Twissijiet fil-kategorija W2

1.   L-OLAF u l-IAS għandhom iressqu talba għall-attivazzjoni ta’ twissija W2a meta l-investigazzjonijiet tagħhom iwasslu għal kxif ta’ żbalji amministrattivi serji jew ta’ frodi li tkun tinvolvi partijiet terzi, speċjalment fil-każ ta’ dawk il-partijiet li jkunu benefiċjarji jew li kienu benefiċjarji ta’ fondi Komunitarji.

2.   L-AOD responsabbli għandu jressaq talba għall-attivazzjoni ta’ twissija W2b meta l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-IAC tiegħu jew kwalunkwe verifika jew investigazzjoni oħra mwettqa taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew miġjuba għall-attenzjoni tiegħu ikun ħareġ sejbiet bil-miktub ta’ żbalji amministrattivi serji jew ta’ frodi marbuta ma’ partijiet terzi, speċjalment fil-każ ta’ dawk il-partijiet li jkunu benefiċjarji jew li kienu benefiċjarji ta’ fondi Komunitarji taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

3.   Twissija W2 għandha tibqa’ attiva għal massimu ta’ sitt xhur, imbagħad għandha titneħħa awtomatikament. Jekk ikun hemm bżonn li t-twissija tal-EWS tibqa’ u ma tkunx tista’ tiġi ssostitwita b’tip ieħor ta’ twissija sa tmiem dan il-perjodu, imbagħad għandha titressaq talba ġdida.

Artikolu 12

Twissijiet fil-kategorija W3

1.   L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jdaħħal twissija W3a meta jirċievi notifika mingħand is-Segretarjat Ġenerali dwar ordni ta’ sekwestru li għandha x’taqsam ma’ parti terza.

2.   L-AOD responsabbli għandu jressaq talba għall-attivazzjoni ta’ twissija W3b meta jkun magħruf li partijiet terzi, speċjalment dawk li jkunu benefiċjarji jew li kienu benefiċjarji ta’ fondi Komunitarji taħt ir-responsabbiltà tiegħu, ikunu soġġetti għal proċeduri ġudizzjarji għal żbalji amministrattivi serji jew għal frodi.

Madankollu, meta investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF iwasslu għal dawn il-proċeduri ġudizzjarji jew meta l-OLAF joffri għajnuna jew isegwi dawn il-proċeduri, l-OLAF għandu jressaq talba għall-attivazzjoni tat-twissija W3b korrispondenti.

3.   Twissija W3 għandha tibqa’ attiva sakemm tinqata’ sentenza li jkollha l-forza ta’ res judicata jew sakemm il-kawża tiġi riżolta mod ieħor.

Artikolu 13

Twissijiet fil-kategorija W4

1.   L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jdaħħal twissija W4 fir-rigward ta’ partijiet terzi li huma soġġetti għal ordnijiet ta’ rkupru maħruġa mill-Kummissjoni li jaqbżu ċertu ammont u li l-ħlasijiet marbutin magħhom ikunu waqgħu lura sew fiż-żmien.

2.   L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jistabbilixxi linji gwida interni fir-rigward tal-limiti li għandhom jiddeterminaw l-ammonti rilevanti u dwar sa meta għandha ssir ir-reġistrazzjoni taħt it-twissijiet W4.

3.   Kwalunkwe twissija W4 għandha tibqa’ attiva sa ma jitħallas id-dejn. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jneħħi t-twissija meta d-dejn kollu jkun mifdi.

Artikolu 14

Twissijiet fil-kategorija W5

1.   It-twissijiet ta’ esklużjoni rreġistrati skont il-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni 1302/2008 għandhom jitqiesu bħala twissijiet W5a għall-finijiet tal-EWS.

2.   Twissija W5b għandha tiġi rreġistrata fuq talba tas-servizz tal-Kummissjoni responsabbli għal-leġiżlazzjoni kkonċernata fir-rigward ta’ persuni fiżiċi jew legali, gruppi jew entitajiet elenkati skont regolament tal-Kunsill li jimponi restrizzjonijiet finanzjarji marbutin mas-CFSP sakemm tibqa’ valida d-denominazzjoni tal-persuna, tal-grupp jew tal-entità kkonċernata. It-twissija għandha ssemmi r-referenzi tar-regolament li jimponi r-restrizzjonijiet jew tal-att implimentattiv rilevanti.

3.   Ir-reġistrazzjonijiet ta’ twissijiet ta’ esklużjoni huma soġġetti għar-regoli li ġejjin:

(a)

Kull meta l-AOD responsabbli jaħseb biex jeskludi parti terza bl-applikazzjoni tal-punti (a), (b), (ċ), (d) u (e) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju, huwa għandu jagħti lill-parti terza kkonċernata l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha bil-miktub. Il-parti terza għandha tingħata mill-inqas 14-il jum kalendarju biex tagħmel dan. Qabel l-esklużjoni tal-parti terza bl-applikazzjoni tal-punt (ċ) tal-Artikolu 93(1), l-AOD responsabbli għandu jikkonsulta lis-Servizz Legali u lid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit.

Waqt li deċiżjoni possibbli mill-Kummissjoni dwar it-tul ta’ żmien tal-esklużjoni tkun għadha pendenti, l-AOD responsabbli għandu, skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE, Euratom) 1302/2008, iressaq talba għar-reġistrazzjoni provviżorja ta’ twissija ta’ esklużjoni u jirreferi l-każ lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli. Sabiex iħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, l-AOD responsabbli jista’ jressaq talba għal reġistrazzjoni provviżorja ta’ twissija ta’ esklużjoni fil-kategorija W5a anke qabel ma l-parti terza kkonċernata tingħata l-opportunità biex tesprimi l-fehmiet tagħha. Inkella, huwa jista’ jitlob għal reġistrazzjoni ta’ twissija W2.

(b)

Kull meta l-AOD responsabbli jipprevedi t-tnedija tal-proċedura f’konformità mal-Artikolu 96 tar-Regolament Finanzjarju, huwa għandu jagħti lill-parti terza kkonċernata l-opportunità biex tesprimi l-fehmiet tagħha bil-miktub. Il-parti terza għandha tingħata mill-inqas 14-il jum kalendarju biex tagħmel dan.

Wara li jkun ikkonsulta mas-Servizz Legali u mad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit u waqt li deċiżjoni possibbli mill-Kummissjoni dwar il-penali amministrattiv tkun għadha pendenti, l-AOD responsabbli għandu jressaq talba, skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE, Euratom) 1302/2008, għal reġistrazzjoni provviżorja ta’ twissija ta’ esklużjoni fil-kategorija W5a jekk il-komportament ta’ parti terza jikkostitwixxi wkoll imġiba ħażina professjonali gravi fl-ambitu tat-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(c)

Kwalunkwe talba għal reġistrazzjoni definittiva ta’ twissija W5a skont il-punti (b), (ċ), (e) jew (f) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju għandha tispeċifika t-tul ta’ żmien tal-esklużjoni deċiż mill-Kummissjoni.

TAQSIMA 3

KONSEGWENZI TAT-TWISSIJIET EWS FIR-RIGWARD TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

Artikolu 15

Effett tat-twissijiet EWS fuq tranżazzjonijiet baġitarji

1.   L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jissospendi kwalunkwe ħlas lil benefiċjarju li kontrih tiġi rreġistrata twissija W2, W3, W4 jew W5. Huwa għandu javża lill-AOD responsabbli u jitolbu jistqarr ir-raġunijiet li għalihom għandu jsir il-ħlas minkejja l-eżistenza tat-twissijiet EWS fil-kategoriji W2, W3b u W5a.

2.   Ħlief għal twissijiet W5b u twissijiet W3a li jkunu saru wara ordnijiet ta’ sekwestru infurzabbli, il-ħlasijiet ipprovati li kienu attwalment dovuti wara l-verifiki magħmula mill-AOD responsabbli meta ssospenda l-iskadenza għall-ħlasijiet skont l-Artikolu 106(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 jew skont it-termini tal-kuntratt jew għotja kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 22(1), għandhom jiġu rilaxxati mingħajr dewmien.

Madankollu, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ biss jirrilaxxa l-ħlas sospiż wara li jirċievi konferma rraġunata mill-AOD responsabbli li l-ħlas dovut għandu jiġi rrilaxxat. Fl-assenza ta’ din il-konferma, il-ħlas għandu jibqa’ sospiż u, jekk ikun xieraq, l-ordni tal-pagament għandha tintbagħat lura lill-AOD responsabbli.

Meta ħlas ikun rilaxxat permezz ta’ tpaċija f’konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 83 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 wara twissija W4 jew meta ħlas ikun sar b’segwitu ta’ ordni ta’ sekwestru eżekuttiv, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jifformula nota rreġistrata kif inhu dovut.

3.   L-ebda impenn baġitarju individwali, l-ebda reġistrazzjoni ta’ impenn legali individwali fil-kontijiet baġitarji bbażati fuq impenn globali u l-ebda konklużjoni ta’ impenn legali bbażata fuq impenn provviżorju ma jistgħu jsiru fir-rigward tal-parti terza soġġetta għal twissija W5.

Artikolu 16

Konsegwenza ta’ twissija W1

Twissija W1 għandha tiġi rreġistrata għall-fini ta’ informazzjoni biss u tista’ ma timplika l-ebda konsegwenza għajr għal tisħiħ fil-miżuri ta’ sorveljanza.

Artikolu 17

Konsegwenzi ta’ twissijiet fil-kategoriji W2, W3b jew W4 fir-rigward ta’ proċeduri relatati ma’ kuntratti u għotjiet

1.   Meta twissija fil-kategoriji W2, W3b jew W4 tkun irreġistrata fiż-żmien meta l-AOD responsabbli jew il-persunal tiegħu jikkonsultaw l-EWS skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(2), dawn għandhom jgħarrfu, jekk l-istadju tal-proċedura jkun jippermetti, lill-kumitat ta’ evalwazzjoni għar-rilaxx tal-kuntratt jew l-għotja kkonċernati dwar l-eżistenza ta’ din it-twissija safejn l-eżistenza ta’ din it-twissija tikkostitwixxi element ġdid li jrid jiġi eżaminat f’rabta mal-kriterji tal-għażla għal dak il-kuntratt jew għotja. L-AOD responsabbli għandu jikkunsidra din l-informazzjoni, b’mod partikolari jekk il-parti terza rreġistrata fl-EWS tkun f’ras il-lista tal-kumitat għall-evalwazzjoni.

2.   Jekk il-parti terza li kontriha ġiet irreġistrata twissija W2, W3b jew W4 tkun tinsab f’ras il-lista tal-kumitat għall-evalwazzjoni, wara li l-AOD responsabbli jkun ikkunsidra sewwa l-obbligu li jitħarsu l-interessi finanzjarji u l-immaġini tal-Komunità, in-natura u l-gravità tal-ġustifikazzjoni għat-twissija, l-ammont u t-tul ta’ żmien tal-kuntratt jew l-għotja u, fejn ikun applikabbli, l-urġenza li biha dawn kellhom jiġu implimentati, għandu jieħu waħda minn dawn il-deċiżjonijiet:

(a)

li l-kuntratt jew l-għotja jingħataw lill-parti terza minkejja r-reġistrazzjoni fl-EWS, u li jiżgura li jittieħdu miżuri rrinfurzati ta’ monitoraġġ;

(b)

li, meta l-eżistenza ta’ twissija bħal din tixħet dubju b’mod oġġettiv fuq il-valutazzjoni inizjali tal-konformità mal-kriterji għall-għażla u l-għoti, il-kuntratt jew l-għotja jingħataw lil min jagħmel l-offerta jew lil applikant ieħor fuq il-bażi ta’ valutazzjoni ta’ konformità mal-kriterji għall-għażla u l-għoti, li tkun differenti minn dik tal-kumitat għall-evalwazzjoni, filwaqt li jkun jista’ jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu b’mod xieraq;

(c)

li jġib il-proċedura fi tmiemha mingħajr ma jagħti ebda kuntratt u li jkun jista’ jiġġustifika dan fl-informazzjoni li tingħata lil min jagħmel l-offerta.

Meta l-AOD responsabbli jiddeċiedi li jġib proċedura fi tmiemha skont il-punt (ċ), tista’ tintuża proċedura ristretta bl-iskadenzi stabbiliti għall-każijiet urġenti skont l-Artikolu 142 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 sabiex il-kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura ġdida.

Artikolu 18

Konsegwenzi ta’ twissijiet fil-kategoriji W2, W3b jew W4 fir-rigward ta’ kuntratti jew għotjiet eżistenti

1.   Meta twissija W2, W3b jew W4 tkun ġiet irreġistrata għal raġunijiet relatati mal-eżekuzzjoni jew l-għoti ta’ kuntratt jew għotja li jkunu fis-seħħ jew għall-proċedura ta’ għotja rilevanti, l-AOD responsabbli jista’, wara li jqis sewwa r-riskji involuti, in-natura tat-twissija u l-ġustifikazzjoni għaliha, il-konsegwenzi li din it-twissija x’aktarx li jkollha fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew l-għotja, speċjalment fir-rigward tal-ammont, it-tul ta’ żmien u, fejn applikabbli, l-urġenza ta’ din tal-aħħar, iwettaq waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

li jiddeċiedi li jħalli lill-kuntrattur jew lill-benefiċjarju jipproċedu bl-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew l-għotja, taħt miżuri rrinfurzati preskritti ta’ monitoraġġ;

(b)

li jissospendi l-iskadenza għall-ħlasijiet skont l-Artikolu 106(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 għall-fini ta’ verifikazzjoni ulterjuri biex jiġi aċċertat li, qabel ma jsir kwalunkwe ħlas ieħor, in-nefqa tkun eliġibbli, u sussegwentement jesegwixxi l-ħlasijiet attwalment dovuti;

(c)

li jissospendi l-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew l-għotja skont l-Artikoli 103 u 119 tar-Regolament Finanzjarju;

(d)

li jittermina l-kuntratt jew l-għotja meta tkun teżisti dispożizzjoni għal dan l-effett.

2.   Meta twissija W2, W3b jew W4 ma tkunx ġiet irreġistrata għal raġunijiet relatati mal-kuntratt jew l-għotja li jkunu jinsabu għaddejjin jew mal-proċedura ta’ għotja rilevanti, l-AOD responsabbli jista’, skont it-tip ta’ twissija u l-konsegwenzi li x’aktarx ikun se jkollha fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew għotja li jkunu jinsabu fis-seħħ, u wara li jkun qies kif xieraq ir-riskji involuti, inkluż ir-riskju marbut mal-litigazzjoni ġudizzjarja, jieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

li japplika waħda jew aktar mill-għażliet imsemmija fil-paragrafu 1, a) u b);

(b)

li jittermina l-kuntratt jew l-għotja jekk tkun teżisti dispożizzjoni li tippermetti terminazzjoni fil-każ ta’ elementi ġodda, fejn dawk l-elementi jkunu jiġġustifikaw telf ta’ fiduċja sostanzjali min-naħa tal-Kummissjoni u theddida għar-reputazzjoni tal-Komunitajiet.

Artikolu 19

Konsegwenzi ta’ twissija W3a

1.   Meta parti terza tkun soġġetta għal twissija W3a li tikkorrispondi għal ordni ta’ sekwestru infurzabbli, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jibqa’ għaddej bis-sospensjoni tal-ħlasijiet kollha sakemm tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja finali dwar il-pretenzjoni tal-kreditur prinċipali, jekk il-liġi nazzjonali applikabbli tkun tesiġi dan. Meta ordni ta’ sekwestru infurzabbli tkun limitata għal somma speċifika skont sentenza (“cantonnement”), l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jissospendi l-ħlasijiet sal-limitu ta’ dak l-ammont.

2.   Meta parti terza tkun soġġetta għal twissija W3a li tikkorrispondi għal ordni ta’ sekwestru infurzabbli, l-AOD responsabbli jew il-persunal tiegħu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-uffiċjal tal-kontabilità, għandhom jesegwixxu l-ħlas inizjalment pagabbli mill-Kummissjoni jew mill-aġenzija eżekuttiva lill-parti li kontrieha jkun sar is-sekwestru, favur il-parti li tkun għamlet is-sekwestru, sal-limitu tal-ammont sekwestrat.

3.   Il-paragrafi 2 u 3 japplikaw sakemm ma jkunx probabbli li l-infurzar tal-ordni ta’ sekwestru jisfratta l-operat bla skossi tal-Kummissjoni jew tal-aġenzija eżekuttiva. F’dan il-każ, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jinvoka l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet.

Artikolu 20

Konsegwenzi ta’ twissija W4

1.   Meta parti terza tkun soġġetta għal twissija W4, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jeżamina b’mod sistematiku l-possibbiltà li jpaċi l-intitolamenti Komunitarji mal-ħlas dovut lil dik il-parti terza f’konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament Finazjarju u l-Artikolu 83 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

2.   L-AOD responsabbli għandu jikkunsidra din l-informazzjoni qabel ma jagħti kwalunkwe kuntratt jew għotja ġdida lill-parti terza.

Artikolu 21

Konsegwenzi ta’ twissija W5 fir-rigward ta’ proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti u għotjiet

L-AOD responsabbli għandu jeskludi lil parti terza soġġetta għal twissija W5 milli tipparteċipa fil-proċedura tar-rilaxx ta’ kuntratti u għotjiet fl-istadju tal-valutazzjoni tal-kriterji ta’ esklużjoni f’konformità mal-Artikoli 93 u 114(3) tar-Regolament Finanzjarju jew mar-Regolament tal-Kunsill applikabbli li jimponi restrizzjonijiet finanzjarji marbuta mas-CFSP.

Artikolu 22

Konsegwenzi speċifiċi ta’ twissija W5 fir-rigward ta’ kuntratti u għotjiet eżistenti

1.   Meta twissija W5a tkun ġiet irreġistrata għal raġunijiet li x’aktarx jaffettwaw l-implimentazzjoni ta’ kuntratti u għotjiet diġà ffirmati, l-AOD responsabbli għandu jieħu l-azzjoni li ġejja:

a)

meta t-termini tal kuntratt jew l-għotja jkunu jippermettu dan, u meta r-raġuni għat-twissija W5 tkun marbuta mal-eżekuzzjoni jew l-għoti ta’ kuntratt jew għotja fis-seħħ:

(i)

jissospendi l-ħlasijiet għall-fini ta’ verifikazzjoni, jesegwixxi ħlasijiet attwalment dovuti u jirkupra l-ammonti kollha li mhux suppost ikunu tħallsu, possibbilment permezz ta’ tpaċija ma’ kwalunkwe ħlas dovut;

(ii)

jittermina l-kuntratt jew l-għotja.

(b)

fil-każijiet l-oħrajn kollha, japplika waħda mill-għażliet imsemmija fl-Artikolu 18(1).

2.   Ħlief għal meta jkun stabbilit mod ieħor fir-regolamenti tal-Kunsill li jimplimentaw Pożizzjonijiet Komuni adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 15 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, li fuqhom huma msejsa t-twissijiet W5b, għandhom jiġu applikati r-regoli li ġejjin:

(a)

ma għandhom ikunu disponibbli ebda fondi, la b’mod dirett u lanqas b’mod indirett lil, jew favur ta’ persuna fiżika jew legali, grupp jew entità elenkati fir-regolament rilevanti tal-Kunsill;

(b)

ebda riżorsi ekonomiċi ma jistgħu jkunu disponibbli, direttament jew indirettament, lil, jew favur ta’, persuna fiżika jew legali, grupp jew entità elenkati fir-regolament rilevanti tal-Kunsill.

Artikolu 23

Riferiment lill-Kummissjoni

F’ċirkustanzi eċċezzjonali, inklużi sitwazzjonijiet fejn ir-riskju involut ikun ta’ natura politika jew li jikkonċerna reputazzjoni, u fejn l-Artikoli 15 sa 22 ma jipprovdux soluzzjoni xierqa, l-AOD responsabbli għandu jirreferi l-każ lill-Membru tal-Kummissjoni inkarigat mill-qasam politiku kkonċernat, li min-naħa tiegħu jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni.

Is-Segretarjat Ġenerali għandu jinżamm mgħarraf dwar l-iskambji kollha rilevanti.

TAQSIMA 4

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Is-servizz li jkun ressaq it-talba għar-reġistrazzjoni ta’ twissija EWS qabel l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jibqa’ responsabbli għall-modifikazzjoni jew it-tneħħija ta’ twissijiet irreġistrati fuq talba tiegħu skont din id-Deċiżjoni.

2.   F’dak li għandu x’jaqsam ma’ esklużjonijiet deċiżi minn AOD responsabbli f’konformità mal-punti (b) u (e) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju qabel l-1 ta’ Mejju 2007, fit-tul tal-perjodu ta’ esklużjoni għandu jitqies it-tul ta’ żmien tal-atti kriminali skont il-liġi nazzjonali. Fir-rigward ta’ dawn l-esklużjonijiet għandu japplika tul ta’ żmien massimu ta’ erba’ snin mid-data tan-notifika tas-sentenza. Jekk dan il-perjodu massimu jkun skada, l-AOD responsabbli għandu jressaq talba għat-tneħħija tat-twissija.

Artikolu 25

Revoka tad-Deċiżjoni dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (8) C(2004)193/3 dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija hija b’dan il-mod revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 26

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 27

Pubblikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata għal finijiet ta’ informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi annessa mar-Regoli Interni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Dalia GRYBAUSKAITĖ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(3)  L-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta dwar notifika għall-Ivverifikar Minn Qabel mibgħut mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Kummissjoni fir-rigward tas-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija, Każ 2005/120, 6.12.2006.

(4)  Ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(6)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8.

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(8)  Mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Rikjesta mill-AOD tal-Kummissjoni, aġenzija eżekuttiva, IAS, OLAF għal dħul ta' dejta fil-bażi tad-dejta ta' esklużjoni/EWS, il-modifikazzjoni jew tneħħija tiegħu

NB : rikjesta waħda għal kull twissija

Ir-rikjesta trid tintbagħat b'konformità mal-proċedura għal informazzjoni klassifikata. Għandha tintbagħat f'envelop wieħed u magħluq.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/139


DEĊIŻJONI EUPOL COPPS/1/2008 TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ

tas-16 ta' Diċembru 2008

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani

(2008/970/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK tal-14 ta' Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha,

Billi:

1.

Taħt l-Artikolu 11(2) tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK, il-KPS huwa awtorizzat, konformement mal-Artikolu 25 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet adegwati sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u ta' tmexxija strateġika tal-Missjoni EUPOL COPPS, u partikolarment id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

2.

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Paul Kernaghan bħala Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Paul Kernaghan huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) mill-1 ta' Jannar 2009 'il quddiem.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2009.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

I. SRAMEK


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.