ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
16 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzjijiet tagħhom

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1250/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 b'rigward għar-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd, tal-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-ibħra maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 1 )

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2005 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard ( 1 )

41

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1252/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 u jissospendi l-importazzjonijiet fil-Komunità mill-Malażja ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali tal-akkwakultura ( 1 )

76

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1253/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-Ram tal-analogu idroksinu tal-methionine bħala addittiv tal-għalf ( 1 )

78

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1254/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku

80

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1255/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2008

83

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/116/KE tal-15 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor bħala sustanzi attivi ( 1 )

86

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/945/KE, Euratom

 

*

Deċizjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2008 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill

92

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/946/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar ir-rekwiżiti għall-kwarantina tal-annimali tal-akkwakultura (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7905)  ( 1 )

94

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi

102

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1248/2008

tal-15 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

82,0

TR

101,7

ZZ

91,9

0707 00 05

JO

167,2

MA

56,0

TR

103,0

ZZ

108,7

0709 90 70

MA

106,6

TR

137,6

ZZ

122,1

0805 10 20

AR

18,1

BR

44,6

CL

52,1

MA

76,3

TR

81,3

ZA

43,4

ZZ

52,6

0805 20 10

MA

71,9

TR

72,0

ZZ

72,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

49,8

HR

54,2

IL

75,7

TR

55,0

ZZ

58,7

0805 50 10

MA

64,0

TR

55,3

ZZ

59,7

0808 10 80

CA

82,7

CN

81,3

MK

34,6

US

109,3

ZZ

77,0

0808 20 50

CN

41,0

TR

104,0

US

108,6

ZZ

84,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1249/2008

ta’ l-10 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzjijiet tagħhom

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43, il-punt (m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-punt (h) tal-Artikolu 204(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, dak ir-Regolament għandu japplika f’dak li jirrigwarda l-iskali Komunitarji tal-klassifikazzjoni tal-karkassa mill-1 ta’ Jannar 2009. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-iskali Komunitarji u r-rapportar tal-prezzijiet ibbażati fuqhom mill-Istati Membri għandhom għalhekk jiġu adottati u applikati mill-1 ta’ Jannar 2009.

(2)

Regoli dwar l-implimentazzjoni ta’ skali Komunitarji għall-klassifikazzjoni tal-karkassi, sa issa, qegħdin stipulati f’ħafna atti, u b’mod partikolari fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 563/82 tal-10 ta’ Marzu 1982 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1208/81 li jistabbilixxi l-prezzijiet tas-suq ta’ annimali bovini adulti fuq il-bażi tal-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal-karkassi (2), (KEE) Nru 2967/85 tal-24 ta’ Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal (3), (KEE) Nru 344/91 tat-13 ta’ Frar 1991 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1186/90 biex jiġi estiż l-iskop tal-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi tal-annimali tal-fart adulti (4), (KE) Nru 295/96 tas-16 ta’ Frar 1996 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1982/87 fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ prezzijiet tas-suq ta’ annimali bovini adulti, fuq bażi tal-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal-karkassi ta’ annimali bovini adulti, fuq il-bażi tal-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal-karkassi (5), (KE) Nru 103/2006 tal-20 ta’ Jannar 2006 li jadotta dispożizzjonijiet addizzjonali għall-applikazzjoni tal-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi ta’ annimali adulti bovini (6), (KE) Nru 908/2006 tal-20 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi l-lista ta’ swieq rappreżentattivi għall-laħam tal-majjal fil-Komunità (7), (KE) Nru 1128/2006 tal-24 ta’ Lulju 2006 dwar l-istadju tal-kummerċjaliżżazzjoni li għalih jirreferi l-prezz medju tal-karkassi tal-majjal (Verżjoni kkodifikata) (8), (KE) Nru 1319/2006 tal-5 ta’ Settembru 2006 dwar l-iskambju ta’ ċertu tagħrif li għandu x’jaqsam mal-laħam tal-majjal bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni (Verżjoni kkodifikata) (9), (KE) Nru 710/2008 tal-24 ta’ Lulju 2008 li jiffissa l-koeffiċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq Komunitarju tal-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2008/2009 (10), (KE) Nru 22/2008 tal-11 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini (11) (Verżjoni kodifikata), u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/471/KEE tas-7 ta’ Settembru 1983 dwar il-Kumitat ta’ Spezzjoni tal-Komunità dwar l-applikazzjoni tal-iskala ta’ klassifikazzjoni għall-karkassi ta’ annimali adulti bovini (12). Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, dawk ir-Regolamenti u d-Deċiżjoni għandhom jiġu sostitwiti b’att wieħed.

(3)

L-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li skali Komunitarji għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ bovini adulti u tal-majjal għandhom japplikaw f’konformità ma’ ċerti regoli stipulati fl-Anness V għal dak ir-Regolament, filwaqt li Stati Membri jistgħu ukoll japplikaw skala Kommunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi tan-nagħaġ.

(4)

L-Artikolu 42(1), il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella għandu japplika għall-karkassi ta’ annimali bovini adulti. Il-punt IV(2) tal-Anness III għal dak ir-Regolament jiddefinixxi annimal bovin adult b’relazzjoni mal-piż tal-annimal ħaj. Minkejja dik id-definizzjoni u sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew japplikaw l-iskala Komunitarja b’mod obbligatorju għall-karkassi ta’ bovini ta’ età speċifika ddeterminata abbażi tas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni provduta mir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini u li jirrigwarda l-ittikettar taċ-ċanga jew prodotti taċ-ċanga (13). Dik is-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni għandha tkun użata wkoll għal qsim ta’ karkassi f’kategorija A u B kif imsemmi fil-punt A(II) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5)

Sabiex tkun żgurata klassifikazzjoni korretta tal-karkassi ta’ bovini adulti u ta’ nagħaġ fil-komunità, huwa meħtieġ li d-definizzjonijiet isiru iktar preċiżi fil-klassi ta’ konformazzjoini u kisja ta’ xaħam msemmija fil-punti A(III) u C(III) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(6)

Il-punt A(III) tal-Anness (V) għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għal klassi ta’ konformazzjoni S għal karkassi miksuba minn bovini tat-tip ta’ muskolatura doppja. Ladarba din il-klassi ta’ konformazzjoni partikolari tirrifletti l-karatteristiċi partikolari tal-annimali bovini f’xi Stati Membri, huwa xieraq li jkun provdut li Stati Membri ikollhom għażla biex jużaw il-klassi ta’ konformazzjoni S.

(7)

F’konformità mat-tieni inċiż tal-Arikolu 43, il-punt (m)(iii), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, derogi mill-obbligi ġenerali biex karkassi ta’ adulti bovini jiġu kklassifikati jistgħu jingħataw lil Stati Membri li jitolbu li jsir hekk għal ċerti stabbilimenti żgħar. Fuq bażi ta’ l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskala ta’ klassifikazzjoni Komunitarja, l-Istati Membri jikkunsidraw li huwa xieraq li jkollhom it-tali deroga għal biċċeriji li joqtlu mhux iktar minn 75 annimal bovin adult fil-ġimgħa bħala medja annwali. Il-Kommissjoni tqis dik id-deroga bħala ġġustifikata, meta tikkunsidra l-volum limitat tal-produzzjoni f’dawk il-biċċeriji. Għall-istess raġunijiet, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 344/91 ukoll jipprovdi għat-tali deroga. Għalhekk biex tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni tat-tieni inċiż tal-Arikolu 43, il-punt (m)(iii), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ikun xieraq li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jagħtu din id-deroga huma stess.

(8)

L-Artikolu 43, il-punt (m)(iv), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati biex ma japplikawx l-iskala ta’ gradazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal. Dik id-dispożizzjoni għandha tapplika b’mod partikolari għal biċċeriji żgħar, li ma joqtlux iktar minn medja ta’ 200 majjal fil-ġimgħa.

(9)

Biex tkun żgurata applikazzjoni preċiża tal-iskali ta’ klassifikazzjoni Komunitarji, il-kundizzjonijiet u l-metodi prattiċi tal-klassifikazzjoni, l-użin u l-identifikazzjoni tal-karkassi tal-bovini adulti, majjali u nagħaġ għandhom ikunu speċifikati, bil-ħsieb li titjieb it-trasparenza fis-suq.

(10)

Madankollu, għandha ssir dispożizzjoni għal ċerti derogi tagħhom, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-limitu ta’ żmien għal klassifikazzjoni u l-użin tal-karkassi f’każ ta’ ħsara fit-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati, il-lokazzjoni tat-timbri jew tikketti li jindikaw il-klassifikazzjoni tal-karkassi u tal-biċċeriji li jiddiżossaw il-karkassi kollha huma stess. Fir-rigward tal-karkassi tal-majjal, l-użin għandu jirrelata mal-użin tal-karkass kiesaħ, li jiġi kkalkolat billi wieħed japplika koeffiċjent ta’ konverżjoni, li għandu jiġi stabbilit, fuq l-użin. Il-koeffiċjent għandu jvarja skont il-ħin bejn meta l-majjal jintiżen u meta jiddendel. Għalhekk, għandu jitħalla li jsir aġġustament tal-koeffiċjent.

(11)

Il-persuni naturali jew legali li jikkummissjonaw il-qatla tal-bovini għandhom jiġu infurmati bir-riżultat tal-klassifikazzjoni tal-annimali li ttieħdu għall-qatla. Dik il-komunikazzjoni għandha wkoll tinkludi ċerta informazzjoni addizzjonali sabiex tkun żgurata trasparenza sħiħa lill-fornituri.

(12)

Biex tkun żgurata l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-klassifikazzjoni tal-karkassi ta’ bovini adulti u tan-nagħaġ, il-klassifikazzjoni għandha ssir minn persunal li għandu l-kwalifiki meħtieġa iċċertifikati b’liċenzja jew approvazzjoni.

(13)

Bil-ħsieb li jiġu awtorizzati metodi alternativi għal valutazzjoni diretta u viżwali tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam tal-karkassi ta’ bovini adulti, jistgħu jiddaħħlu tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati meta jkunu bbażati fuq metodi pprovati statistikament. L-awtorizzazzjoni ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati għandha tkun suġġetta għal konformità b’ċerti kundizzjonijiet u rekwiżiti kif ukoll b’tolleranza massima ta’ żball statistiku fil-klassifikazzjoni li għandu jkun speċifikat.

(14)

Għandha ssir dispożizzjoni għall-possibiltà li jkunu mmodifikati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, wara li tingħata l-liċenzja, tat-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ bovini adulti bil-ħsieb li tittejjeb il-preċiżjoni tagħhom. Madankollu, biex isiru dawn il-modifiki għandu jkun hemm approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti li tiżgura li dawn il-modifiki jirriżultaw f’għallinqas l-istess livell ta’ preċiżjoni.

(15)

Il-valur tal-karkassa tal-majjal huwa ddeterminat b’mod partikolari mill-kontenut tad-dgħif b’relazzjoni mal-piż tiegħu. Sabiex ikun żgurat li l-valutazzjoni tal-kontenut tad-dgħif issir fuq bażi oġġettiva, il-valutazzjoni għandha ssir billi jitkejlu ċerti partijiet anatomiċi tal-karkassa permezz ta’ metodi awtorizzati u ppruvati statistikament. Filwaqt li jistgħu jintużaw diversi metodi għall-valutazzjoni tal-kontenut tad-dgħif, huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-għażla tal-metodu ma taffetwax l-istima tal-kontenut tad-dgħif. Għad-determinazzjoni tal-valur kummerċjali tal-karkassa tal-majjal, l-użu tal-kriterji ta’ valutazzjoni oħrajn minbarra l-piż u l-istima tal-kontenut tad-dgħif għandhom ukoll ikunu awtorizzati.

(16)

Il-punt C(III) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-karkassi tan-nagħaġ għandhom ikunu kklassifikati f’diversi klassijiet fuq il-bażi ta’ konformazzjoni u l-grad tal-kisja tax-xaħam. Madankollu, kriterji oħrajn, b’mod partikolari, il-piż, il-kulur tal-laħam u l-kisja tax-xaħam jistgħu jintużaw fuq il-karkassi tal-ħrief li jiżnu inqas minn 13-il kilogramma.

(17)

L-affidabbiltà tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-bovini adulti, tal-majjali, u tan-nagħaġ għandha tkun ivverifikata b’kontrolli regolari fil-post li jsiru minn korpi li huma indipendenti mill-istabbilimenti li jispezzjonaw. Il-kundizzjonijiet u rekwiżiti minimi għal dawn il-kontrolli għandhom ikunu stipulati, u jinkludu r-rapporti fuq il-kontrolli li saru kif ukoll azzjonijiet li possibilment jittieħdu wara. Fil-każ li l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-bovini adulti ssir permezz tal-użu ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati ċerti dispożizzjonijiet addizjonali fuq kontrolli fil-post għandu jiġi stipulat, li għandhom ukoll jinkludu li l-frekwenza ta’ dawk il-kontrolli għandha tiżdied fil-perjodu tal-bidu wara li l-liċenzja tkun inħarġet.

(18)

Sabiex jinkisbu prezzijiet komparabbli ta’ karkassa taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ fil-Komunità, huwa meħtieġ li jsir provvediment li ir-reġistrar tal-prezzijiet għandu jirreferi għal stadju ta’ kummerċjaliżżazzjoni definit sew. Barra minn hekk, il-preżentazzjoni tar-referenza tal-UE tal-karkassi ta’ bovini adulti u tan-nagħaġ għandha tkun stabbilita. Ċerti fatturi korrettivi ukoll għandhom jkunu stabbiliti biex jaġġustaw il-preżentazzjonijiet użati minn xi Stati Membri għall-preżentazzjoni tar-referenza tal-UE.

(19)

Sabiex ikun żgurat li l-prezzijiet tal-karkassi rreġistrati jkunu rappreżentattivi għas-settur tal-produzzjoni taċ-ċanga, majjal u nagħaġ tal-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu ddefiniti kategoriji u klassijiet kif ukoll ċerti kriterji li jiddefinixxu liema huma l-istabbilimenti jew persuni li għalihom ir-rapportar tal-prezzijiet għandu jkun obbligatorju.

(20)

Għal fini ta’ rapportar tal-prezzijiet ta’ karkassa taċ-ċanga, l-Istati Membri għandhom jitħallew jiddeċiedu jekk it-territorju tagħhom huwiex maqsum jew le, u jekk iva, f’kemm-il reġjun. Huwa xieraq li jsir provvediment li r-rapportar tal-prezzijiet għar-Renju Unit ikun relatat ma’ żewġ reġjuni, il-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

(21)

Fil-każ li Stati Membri jkunu stabbilixxew kumitati reġjonali biex jiddeterminaw il-prezzijiet ta’ karkassi ta’ bovini adulti, għandu jkun hemm dispożizzjoni biex is-sħubija tagħhom tiżgura approċċ oġġettiv u bbilanċjat u li l-prezzijiet iddeterminati minn dawn il-kumitati jittieħdu fil-kunsiderazzjoni meta jiġi kkalkolat il-prezz nazzjonali.

(22)

Fil-każ li jsiru xi pagamenti supplimentari lill-fornituri ta’ bovini adulti, l-istabbilimenti jew persuni li huma obbligati li jirrapportaw il-prezzijiet għandhom ikunu obbligati li jagħmlu ċerti korrezzjonijiet sabiex jevitaw kwalukwe distorsjoni fil-kalkolu tal-prezzijiet medji nazzjonali.

(23)

Il-metodu prattiku li għandu jintuża mill-Istati Membri biex jiġi kkalkolkat il-prezz medju ta’ kull gimgħa għandu jkun stipulat. Dawn il-prezzijiet għandhom ikunu rrapportai lill-Kummissjoni kull gimgħa, u għandhom iservu bħala bażi biex fuqhom jiġu ddeterminati l-prezzijiet medji ppeżati fuq livell Komunitarju.

(24)

Bil-ħsieb li jsir monitoraġġ tar-rapportar tal-prezzijiet tal-karkassi ta’ bovini adulti, tal-majjali u tan-nagħaġ, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jikkomunikaw perjodikament ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni.

(25)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-iskali Komunitarji għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga u tan-nagħaġ madwar il-Komuntità, l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għal spezzjonijiet li jsiru fil-post magħmulin minn kumitat ta’ esperti mill-Kummissjoni u esperti maħtura mill-Istati Membri. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw il-kompożizzjoni u l-operat tal-kumitat għandhom ikunu stipulati.

(26)

Jeħtieġ li jkun ipprovvdut li l-Istati Membri għandhom jieħdu ċerti miżuri biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-iskali tal-klassifikazzjoni Komunitarji, biex jiżguraw il-preċiżjoni tal-prezzijiet irrapportati u li jippenaliżżaw xi infrazzjonijiet. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri.

(27)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

L-AMBITU

Artikolu 1

L-Ambitu

Dan ir-Regolament jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ skali Komuunitarji għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, majjal, u laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzjijiet tagħhom, kif provdut fl-Artikolu 43, il-punt (m), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

KAPITOLU II

IS-SETTUR TAĊ-ĊANGA

Artikolu 2

Ambitu u dispożizzjonijiet ġenerali

1.   L-iskala tal-Komunità għall-klassifikazzjoni tal-karkassi fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella għandhom japplikaw għall-karkassi ta’ bovini adulti.

2.   Minkejja l-Parti IV(2) tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-iskala tal-Komunità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika għall-karkassi ta’ annimali bovini maqtula fl-età ta’ 12-il xahar jew iktar.

3.   Għall-applikazzjoni tal-punt A(II) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-karkassi ta’ annimali maskili żgħar mhux ikkastrati ta’ anqas minn sentejn (kategorija A) u karkassi ta’ annimali oħra maskili mhux ikkastrati (kategorija B) għandu jkun distint skont l-età tal-annimal.

4.   L-età tal-annimal bovin kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu tkun ivverifikata abbażi tal-informazzjoni disponibbli fis-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali bovini stabbilita f’kull Stat Membru f’konformità mat-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardaw il-klassi ta’ konformazzjoni u ta’ kisja tax-xaħam

Dispożizzjonijiet dettaljati addizzjonali għad-definizzjonijiet tal-klassijiet ta’ konformazzjoni u kisja tal-xaħam imsemmija f’punt A(III) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Klassi ta’ konformazzjoni S

Il-klassi ta’ konformazzjoni S imsemmija fil-Punt A(III) tal-Anness (V) għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tista’ tintuża mill-Istati Membri biex jiġu kkunsidrati karatteristiċi partikolari tal-annimali bovini.

Artikolu 5

Deroga mill-klassifikazzjoni obbligatorja tal-karkassi

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rekwiżiti fuq klassifikazzjoni tal-karkassi ta’ annimali bovini adulti stipulati fil-punt A(V) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandhomx ikunu obbligatorji għal stabbilimenti approvati li ma joqtlux iktar minn 75 annimal bovin adult fil-ġimgħa bħala medja annwali.

Artikolu 6

Klassifikazzjoni u identifikazzjoni

1.   Il-klassifikazzjoni u l-identifikazzjoni imsemmija fil-punt A(V) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom isiru fil-biċċerija stess.

2.   Il-klassifikazzjoni, l-identifikazzjoni u l-użin ta’ karkassa għandu jsir mhux iktar tard minn siegħa wara li l-annimal iddendel.

Madankollu, f’każijiet meta t-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati msemmija fl-Artikolu 9 ma jirnexxilhomx jikklassifikaw il-karkassi, il-klassifikazzjonu u l-identifikazzjoni ta’ dawn il-karkassi għandha ssir fil-ġurnata tal-qatla.

3.   L-identifikazzjoni tal-karkassi għandha ssir permezz ta’ marka li tindika l-kategorija u l-klassi ta’ konformazzjoni u l-kisja tax-xaħam imsemmijin fil-punt A(II) i (III) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rispettivament.

Dan l-immarkar għandu jitwettaq billi jiġu ttimbrati fuq il-wiċċ ta’ barra tal-karkassa bl-użu ta’ linka li ma titħassarx u li mhix tossika wara li jiġi segwit metodu approvat mill-awtoritajiet kompetenti; l-ittri u ċ-ċifri ma għandhomx ikunu anqas minn żewġ ċentimetri għolja.

Il-marki għandhom jiġu applikati fuq in-naħat ta’ wara fuq il-muskolu tal-ġenbejn fil-livell tar-raba’ għadma tas-sinsla u fuq in-naħat ta’ quddiem, fuq is-sidra bejn 10 u 30 ċentimetri/u mit-tarf tal-qatgħa tal-isternum. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu pożizzjonijiet oħra fuq kull waħda mill-erba’ partijiet sakemm jgħarrfu lill-Kummissjoni minn qabel.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(3)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2006 (14) u l-punt I(a) tal-Annes I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 (15), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-bdil tal-immarkar bl-użu tat-tikketti bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tikketti jistgħu jinżammu u jitwaħħlu biss fl-istabbilimenti approvati li joqtlu l-annimali; dawn it-tikketti jridu jkunu ta’ daqs mhux anqas minn 50 ċm2;

(b)

barra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, it-tikketti għandhom jindikaw in-numru tal-approvazzjoni tal-biċċerija, in-numru tal-identifikazzjoni jew tal-qtil tal-annimal, id-data tal-qtil, il-piż tal-karkassa u, fejn huwa applikabbli, li l-klassifikazzjoni saret bl-użu ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati;

(ċ)

jeħtieġ li l-indikazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) jkunu jinqraw b’mod ċar u l-ebda bdil ma għandu jkun awtorizzat ħlief jekk ma jkunx immarkat b’mod ċar fuq it-tikketta u għandu jsir taħt is-sorveljanza u l-kundizzjonijiet prattiċi ddeterminati mill-awtoritajiet kompetenti.

(d)

it-tikketti jridu jkunu ta’ kwalità li mhux falsifikabbli, jirreżistu t-tqattigħ u mwaħħla sew fuq kull waħda mill-erba’ partijiet tal-karkassa fil-postijiet iddefiniti fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3.

Meta l-klassifikazzjoni ssir bl-użu tat-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati imsemmija fl-Artikolu 11, l-użu tat-tikketti għandu jkun obbligatorju.

5.   Il-marki u t-tikketti imsemmijin fil-paragrafi 3 u 4 ma jridux jitneħħew qabel ma l-kwarti tal-karkassa jitneħħielhom l-għadam.

6.   Il-kategorija għandha tkun indikata f’konformità mal-punt A(II) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(3) u (4) għal dan ir-Regolament.

L-indikazzjoni tas-subklassijiet u, fejn applikabbli, t-tqassim fil-kategoriji skont kemm għandhom età l-annimali għandu jsir permezz ta’ simboli oħra barra minn dawk użati għall-klassifikazzjoni.

7.   L-obbligi li għandhom x’jaqsmu mal-identifikazzjoni tal-karkassi stabbiliti fil-paragrafi 3sa 6 ma għandhomx japplikaw għall-biċċeriji approvati li huma stess ineħħu l-għadam tal-karkassi miksuba.

Artikolu 7

Komunikazzjoni tar-riżultati tal-klassifikazzjoni

1.   Ir-riżultati tal-klassifikazzjoni mwettqa f’konformità mal-punt A(V) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu kkomunikati bil-miktub jew b’meżżi elettroniċi lill-persuni legali jew naturali li jikkummissjonaw il-qtil.

2.   Għal fini ta’ komunikazzjoni tar-riżultati ta’ klassifikazzjoni, il-fattura jew id-dokument mehmuż magħha, indirizzati lill-fornitur tal-annimal, jew, jekk le, lil persuni fiżiċi jew legali responsabbli għall-operazzjonijiet tal-qtil, għandhom jindikaw għal kull karkassa:

(a)

il-kategorija kif ukoll il-klassi ta’ konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam permezz ta ittri u ċifri korrispondenti msemmijin fil-punt A(II) u (III) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007,

(b)

il-piż tal-karkassa stabbilit f’konformità mal-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament, li jispeċifika jekk dan jirrelatax mal-użin tal-annimal sħun jew inkella kiesaħ;

(ċ)

il-preżentazzjoni tal-karkassa applikat fil mument tal-użin u l-klassifikazzjoni fuq il-ganċ;

(d)

fejn japplika, li l-klassifikazzjoni saret bl-użu ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati.

3.   L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-komunikazzjoni imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a) tinkludi subklassijiet għal konformazzjoni u kisja tax-xaħam, fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli.

L-indikazzjoni tal-preżentazzjoni tal-karkassa msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c) ma għandiex tkun obbligatorja jekk skont il-leġiżlazzjoni adottata fuq livell tal-Istat Membru preżentazzjoni ta’ karkassa waħda biss hija awtorizzata.

Artikolu 8

Klassifikazzjoni minn klassifikaturi kwalifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-klassifikazzjoni ssir minn klassifikaturi kkwalifikati li jkunu kisbu liċenzja għal dan il-għan. Il-liċenzja tista’ tiġi mibdula b’approvazzjoni konċessa mill-Istat Membru fejn din l-approvazzjoni tikkorrispondi ma’ rikonoxximent ta’ kwalifika.

Artikolu 9

Awtorizzazzjoni ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu liċenzja li tawtorizza t-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati għall-applikazzjoni fit-territorju tagħhom jew f’parti minnu.

L-awtorizzazzjoni tingħata biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi għat-test ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, il-parti A.

Tal-anqas xahrejn qabel il-bidu tat-test ta’ ċertifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Anness II, il-parti B. L-Istati Membri għandhom jinnominaw korp indipendenti li għandu janaliżża r-riżultati tat-test ta’ ċertifikazzjoni. Fi żmien xahrejn mit-tmiem tat-test ta’ ċertifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Anness II, il-parti C.

2.   Fejn tingħata liċenzja li tawtorizza tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati bbażati fuq test ta’ ċertifikazzjoni li fih ntużaw iktar minn preżentazzjoni ta’ karkassa waħda, u d-differenzi bejn dawk il-preżentazzjonijiet ta’ karkassi ma għandhiex twassal għal differenzi fir-riżultati tal-klassifikazzjoni.

3.   Wara li jinfurmaw il-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħtu liċenzja li tawtorizza tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati għall-applikazzjoni fit-territorju tagħhom jew f’parti minnu mingħajr ma jorganizzaw it-test ta’ ċertifikazzjoni, iżda biss jekk dik il-liċenzja diġà ngħatat għall-istess tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati għall-klassifikazzjoni għall-applikazzjoni f’parti oħra minn dak l-Istat Membru kkonċernat jew fi Stat Membru ieħor, fuq il-bażi ta’ test ta’ ċertifikazzjoni b’ kampjun ta’ karkassi, li jikkunsidraw li huma ugwalment rappreżentattivi, fis-sens ta’ kategorija, klassi ta’ konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam, tal-annimali bovini adulti maqtulin fl-Istat Membru kkonċernat jew f’parti minnu.

4.   Modifikazzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati li għalihom ingħatat liċenzja għandhom ikunu awtorizzati biss wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u jekk tingħata xhieda li dawk il-modifikazzjoniiet jirriżultaw f’livell tal-anqas tal-istess preċiżjoni minn dak miksub fit-test ta’ ċertifikazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kull modifika li għaliha jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.

Artikolu 10

Klassifikazzjoni minn tekniki ta’gradazzjoni awtomatizzati.

1.   L-istabbilimenti li jħaddmu l-klassifikazzjoni bl-użu ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati għandhom:

(a)

jidentifikaw il-kategorija tal-karkassa; għal dan il-għan għandha tintuża s-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini kif imsemmi fit-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(b)

iżommu rapporti ta’ kontroll ta’ kuljum dwar it-tħaddim tat-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati, inkluż partikolarment kull nuqqas li nstab u l-azzjoni li ttieħdet fejn meħtieġ.

2.   Il-klassifikazzjoni b’tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati tkun valida biss jekk:

(a)

il-preżentazzjoni tkun identika bħal preżentazzjoni wżata matul it-test ta’ ċertifikazzjioni, jew

(b)

ikun jidher għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, li l-fatt li jintużaw preżentazzjonijiet ta’ karkassi differenti ma għandux effett fuq ir-riżultat tal-klassifikazzjoni b’tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati.

Artikolu 11

Kontrolli fil-post

1.   Il-prestazzjoni tal-klassifikaturi msemmijin fl-Artikolu 8 kif ukoll il-klassifikazzjoni u l-identifikazzjoni tal-karkassi fl-istabbilimenti koperti mill-punt A(V) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun ikkontrollat fil-post mingħajr ma jsir avviż minn qabel mill-korp li huwa indipendenti mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni u mill-istabbilimenti.

Madankollu, ir-rekwiżit li jkunu indipendenti mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni ma għandux japplika meta l-awtorità kompetenti twettaq hija stess dawn il-kontrolli.

2.   Il-kontrolli jridu jsiru tal-anqas darbtejn kull tliet xhur fl-istabbilimenti kollha approvati li joqtlu tal-anqas 75 annimal bovin adult fil-ġimgħa bħala medja annwali. Kull kontroll għandu jirrelata ma’ tal-anqas 40 karkassa, magħżulin b’mod aleatorju.

Madankollu, fi stabbilimenti approvati li joqtlu 75 annimal adult bovin jew inqas fil-ġimgħa bħala medja annwali, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-frekwenza tal-kontrolli u l-għadd minimu ta’ karkassi li jridu jkunu kkontrollati fuq bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, partikolarment billi tittieħed kunsiderazzjoni tal-għadd ta’ qtil ta’ bovini adulti fil-biċċeriji kkonċernati u tas-sejbiet li joħorġu minn kontrolli li jkunu saru qabel f’dawn il-biċċeriji.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ħadu għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fit-tieni subparagrafu sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009 u minn hemm ‘l quddiem sa xahar żmien wara, tibdil fl-informazzjoni għandha tkun innotifikata.

3.   Fl-istabbilimenti kollha approvati li jħaddmu l-klassifikazzjoni bl-użu ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati, għandhom isiru tal-anqas sitt kontrolli f’kull tliet xhur matul l-ewwel 12-il xahar minn meta ngħatat il-liċenzja imsemmija fl-Artikolu 9(1). Wara l-kontrolli għandhom jsiru tal-anqas darbtejn kull tliet xhur fl-istabbilimenti kollha approvati li jħaddmu l-klassifikazzjoni bl-użu ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati. Kull kontroll għandu jirrelata ma’ tal-anqas 40 karkassa, magħżulin b’mod aleatorju. Il-kontrolli għandhom jivverifikaw partikolarment:

(a)

il-kategorija tal-karkassa,

(b)

il-preċiżjoni tat-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati billi tintuża s-sistema ta’ punti u limiti msemmija fl-Anness III. Parti A3,

(ċ)

il-preżentazzjoni tal-karkassa,

(d)

il-kalibrar ta’ kuljum kif ukoll kull aspett tekniku ieħor tat-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati li huwa relevanti biex jiżguraw li l-livell ta’ preċiżjoni miksub bl-użu tat-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati huwa tal-anqas tajjeb daqs dak miksub fit-test ta’ ċertifikazzjoni;

(e)

Ir-rapporti ta’ kuljum imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1).

4.   Fejn il-korp responsabbli mill-kontrolli ma jaqax taħt l-awtorità ta’ korp pubbliku, il-kontrolli previsti fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jsiru taħt is-sorveljanza fiżika ta’ korp pubbliku taħt l-istess kundizzjonijiet u tal-anqas darba fis-sena. Il-korp pubbliku għandu jiġi mgħarraf regolarment bis-sejbiet tal-korp responsabbli mill-kontrolli.

Artikolu 12

Rapporti tal-ispezzjonijiet u azzjonijiet ta’ segwitu

1.   Rapporti li jirreferu għall-kontrolli imsemmija fl-Artikolu 11 għandhom isriu u jinżammu mill-korpi ta’ kontroll nazzjonali. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu b’mod partikolari l-għadd tal-karkassi ċċekkjati u l-għadd ta’ dawk li kienu ġew ikklassifikati jew identifikati b’mod mhux korrett. Għandhom jagħtu wkoll id-dettalji sħaħ tat-tip ta’ preżentazzjoni ta’ karkassa wżata, u fejn applikabbli, dettalji rigward il-konformità tagħhom mar-regoli Komunitarji.

2.   Fil-każijiet fejn jiġi aċċertat numru sinifikanti ta’ klassifikazzjoniiet jew ta’ identifikazzjonijiet mhux korretti li ma jkunux jikkonformaw mar-regoli matul dawn l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11:

(a)

il-għadd ta’ karkassi spezzjonati u l-frekwenza tal-kontrolli għandhom jiżdiedu;

(b)

il-liċenzji jew approvazzjonijiet provduti fl-Artikoli 8 u 9(1) jistgħu jiġu rrevokati.

Artikolu 13

Il-prezz tas-suq li għandu jkun irreġistrat

1.   Il-prezz tas-suq li għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta’ skala ta’ klassifikazzjoni Komunitarja imsemmija fl-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun il-prezz imħallas lill-fornitur għall-annimal mal-konsenja lill-biċċerija, nett mit-taxxa tal-valur miżjud. Il-prezz imsemmi għandu jiġi espress għal kull 100 kg ta’ karkassa ppreżentata f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, miżuna u kklassifikata fuq il-ganċ fil-biċċerija.

2.   Il-piż li għandu jiġi kkunsidrat huwa l-piż tal-karkassa meta tkun sħuna u jrid ikun meħud mhux iktar tard minn siegħa wara li l-annimal ikun iddendel.

Il-piż kiesaħ tal-karkassa għandu jikkorispondi mal-piż sħun kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu bit-tnaqqis ta’ 2 %.

3.   Għal finijiet biex jiġu stabbiliti l-prezzjijiet fis-suq, il-karkassa għandha tiġi ppreżentata mingħajr ma jitneħħilha x-xaħam ta’ barra, l-għonq maqtugħ skont ir-rekwiżiti veterinarji:

(a)

mingħajr kliewi,

(b)

mingħajr xaħam tal-kliewi,

(ċ)

mingħajr xaħam pelviku,

(d)

mingħajr falda rqiqa,

(e)

mingħajr falda ħoxna

(f)

mingħajr denb,

(g)

mingħajr in-nerv tas-sinsla,

(h)

mingħajr xaħam tal-iskrotu,

(i)

mingħajr ix-xaħam fuq in-naħa ta’ ġewwa tan-naħa l-għolja tal-koxxa,

(j)

mingħajr il-vina ġugulari u x-xaħam li jmiss magħha.

4.   Biex jiġi applikat it-tieni subparagrafu tal-punt A(V) għall-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u B’deroga tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, it-tneħħija tax-xaħam ta’ barra tkun tinvolvi esklussivament it-tneħħija parzjali tax-xaħam ta’ barra:

(a)

mill-għandma tal-ġenb (bejn l-aħħar kustilja u l-koxxa), mill-flett u mill-kustilji tan-nofs;

(b)

mit-tarf tal-ponta tas-sidra, iż-żona ano-ġenitali ta’ barra u d-denb;

(ċ)

min-naħa l-għolja tal-koxxa.

5.   Fil-każ meta l-preżentazzjoni tal-karkassa, wara l-użin u l-klassifikazzjoni fuq il-ganċ, tkun differenti mill-preżentazzjoni provduta fil-paragrafu 3, il-piż tal-karkassa għandu jkun aġġustat bl-applikazzjoni tal-fatturi korrettivi speċifikati fl-Anness III sabiex tiprogredixxi minn dik il-preżentazzjoni għal dik tar-referenza. F’dan il-każ il-prezz għal kull 100 kg ta’ karkassa għandu jkun aġġustat kif xieraq.

Meta l-aġġustamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu huma l-istess fit-territorju kollu tal-Istat Membru, dawn għandhom ikunu kkalkolati fuq bażi nazzjonali. Meta t-tali aġġustamenti jvarjaw minn biċċerija għall-oħra, għandhom jiġu kkalkolati individwalment.

Artikolu 14

Kategoriji u klassijiet għar-reġistrar ta’ prezzijiet tas-suq

1.   Ir-reġistrar Nazzjonali u Komunitarju tal-prezzijiet tas-suq skont il-bażi tal-iskala għall-klassifikazzjoni Kommunitarja imsemmija fl-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha ssir kull ġimgħa u għandha tkun relatata ma’ dawn il-klassijiet ta’ konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam għall-ħames kategoriji speċifikati fil-punt A(II) tal-Anness V għal dak ir-Regolament:

(a)

karkassi ta’ annimali maskili żgħar mhux ikkastrati ta’ età ta’ anqas minn sentejn: U2, U3, R2, R3, O2, O3;

(b)

karkassi ta’ annimali maskili mhux kkastrati oħrajn: R3;

(ċ)

karkassi ta’ annimali maskili kkastrati: U2, U3, U4, R3, R4, O3, O4;

(d)

karakssi ta’ annimali femminili li welldu: R3, R4, O2, O3, O4, P2, P3;

(e)

karakssi ta’ annimali femminili oħrajn. U2, U3, R2, R3, R4, O2, O3, O4.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk it-territorju tagħhom għandux ikun jikkonsisti f’reġjun wieħed jew għandux jiġi maqsum f’aktar minn reġjun wieħed. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed skont il-bażi ta’:

(a)

Id-daqs tat-territorju;

(b)

l-eżistenza, jekk hemm, ta’ diviżjonijiet amministrattivi;

(ċ)

varjazzjonijiet ġeografiċi fil-prezzijiet.

Madankollu, r-Renju Unit għandu jkun jikkonsisti tal-anqas f’żewġ reġjuni, jiġifieri l-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, li jistgħu jiġu suddiviżi fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 15

Prezzijiet rappreżentattivi

1.   Dan li ġej għandu jkun meħtieġ biex il-prezzijiet jiġu rreġistrati:

(a)

l-operatur ta’ kull biċċerija li ta’ kull sena toqtol 20 000 annimal bovin adult jew aktar li jkun imrobbi minnha jew fl-interess tagħha u/jew annimal adult bovin mixtri minnha;

(b)

l-operatur ta’ kull biċċerija li tiġi nnominata mill-Istat Membru u li ta’ kull sena toqtol anqas minn 20 000 annimal bovin adult mrobbi minnha jew fl-interess tagħha u/jew annimal bovin adult mixtri minnha;

(ċ)

kull persuna naturali jew legali li tibgħat 10 000 annimal bovin adult jew aktar għall-qatla kull sena f’biċċerija; u

(d)

kull persuna naturali jew legali magħżula mill-Istat Membru u li tibgħat inqas minn 10 000 annimal bovin adult f’biċċerija għall-qatla kull sena.

L-Istat Membru għandu jiżgura li prezzijiet jiġu rreġistrati għal tal-anqas:

(a)

25 % tal-qtil f’dawk ir-reġjuni tagħha li flimikien ikopru tal-anqas 75 % tal-qtil totali f’dak l-Istat Membru, u

(b)

30 % tal-annimali bovini adulti maqtula fit-territorju tiegħu.

2.   Il-prezzijiet irreġistrati taħt paragrafu 1 għandhom ikunu dawk li jirreletaw ma’ annimali bovini adulti maqtulin matul il-perjodu tar-reġistrar ikkonċernat, fuq il-bażi tal-piż tal-karkassa kiesħa kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(2).

Fil-każ ta’ biċċerija li toqtol annimali bovini adulti mrobbija minnha stess jew fl-interess tagħha, il-prezz irreġistrat għandu jkun il-prezz medju mħallas għal karkassi tal-kategorija u l-klassi ekwivalenti, maqtula matul l-istess ġimgħa f’dik il-biċċerija.

Il-prezzijiet irreġistrati għal kull klassi msemmija fl-Artikolu 14(1) għandhom juru l-piż medju tal-karkassa li hi relatata magħħhom u jekk ikunux ġew ikkorreġuti jew le biex jiġi kkunsidrat kull wieħed mill-elementi msemmija fl-Artikolu 13.

Artikolu 16

Kalkolu tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa

1.   Il-prezzijiet irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 15 fil-perjodu mit-Tnejn sal-Hadd, għandhom:

(a)

jiġu rrapportati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru bil-miktub jew b’mezzi elettroniċi mill-operatur tal-biċċerija jew mill-persuna naturali jew legali kkonċernata sat-tali ħin kif stabbilit mill-Istat Membru, jew

(b)

fuq għażla tal-Istat Membru, jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti fil-biċċerija jew tal-bini tal-persuna naturali jew legali.

Madankollu, fejn Stat Membru jkun stabbilixxa kumitat biex jiddeċiedi prezzijiet għal reġjun, u meta s-sħubija ta’ dak il-kumitat tkun diviża ugwalment bejn xerrejja u bejjiegħa tal-annimali bovini adulti u l-karkassi tagħhom, bi president bħala impjegat mill-awtorità kompetenti, dak l-Istat Membru jista’ jordna li l-prezzijiet u d-dettalji jintbagħtu direttament lill-president tal-kumitat f’dak ir-reġjun relevanti. Fil-każ li l-Istat Membru ma jordnax hekk, l-awtorità kompetenti għandha tibgħathom lill-president ta’ dak il-kumitat. Il-president għandu jiżgura li l-oriġini ta’ kull prezz ma jkunx jista’ jiġi identifikat meta dan jiġi kkomunikat lill-membri tal-kumitat.

2.   Il-prezzijiet irrapportati għandhom ikunu l-prezz medju għal kull klassi.

3.   Kull biċċerija jew persuna naturali jew legali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Arikolu 15 (1) li tagħmel ħlasijiet supplimentari lil fornituri tal-annimali bovini adulti jew tal-karkassi tagħhom, sakemm dawk il-ħlasijiet ma jiġux ikkunsidrati fil-prezzijiet irrapportati, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar l-aħħar ħlas supplementari magħmul minnha, u l-perjodu li għalih jirreferi. Minn hemm ‘il quddiem huma għandhom jinnotifikaw lill-Istat Membru dwar l-ammont ta’ kull ħlas supplimentari kull darba li dak il-ħlas isir.

4.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tidetermina prezzijiet reġjonali medji għal kull klassi msemmija fl-Artikolu 14(1) mill-prezzijiet irrapportati lilha skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Il-kumitati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiffissaw il-prezzijiet medji reġjonali għal kull klassi msemmija fl-Artikolu 14(1) mill-prezzijiet irrapportati lilhom skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u dawn għandhom jirrapportawhom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

5.   Fil-każ ta’ xiri b’rata fissa, meta l-karkassi f’konsenja jirrelataw ma’ mhux iktar minn tliet klassijiet konsekuttivi ta’ konformazzjoni u tliet klassijiet konsekuttivi tal-kisja tax-xaħam fl-istess kategorija, il-prezz għandu jiġi kkunsidrat fl-iffissar tal-prezzijiet skont il-paragrafu 4 tal-klassi ta’ konformazzjoni li fiha jkun ikklassifikat l-akbar għadd ta’ karkassi jew, jekk ikunu mqassmin ugwalment bejn il-klassijiet, għall-klassi tan-nofs minn dawk il-klassijiet, meta dik il-klassi tkun teżisti. Fil-każijiet l-oħrajn kollha l-prezz ma għandux jiġi kkunsidrat.

Madankollu, meta xiri b’rata fissa jkun jammonta għal inqas minn 35 % tal-qtil totali tal-annimali bovini adulti fl-Istat Membru, dan jista’ jiddeċiedi li ma jikkunsidrax il-prezzijiet għal dak il-bejgħ fil-kalkoli skont il-paragrafu 4.

6.   Prezz nazzjonali tal-bidu għandu mbagħad jiġi kkalkolat għal kull klassi mill-awtorità kompetenti billi jiġu ppeżati l-prezzijiet reġjonali biex tiġi kkunsidrata l-importanza tal-qtil fir-reġjun li miegħu jirrelataw għall-kategorija kkonċernata f’relazzjoni mal-għadd globali ta’ qtil għall-kategorija kkonċernata fl-Istat Membru.

7.   L-awtorità kompetenti għandha tikkoreġi l-prezz nazzjonali tal-bidu għal kull klassi imsemmija fil-paragrafu 6:

(a)

biex tikkunsidra kull wieħed mill-elementi msemmija fl-Artikolu 13 fejn dik il-korrezzjoni tkun għadha ma saritx;

(b)

Biex ikun żgur li l-prezz ikun ikkalkolat fuq il-bażi tal-piż kiesaħ tal-karkassa kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(2).

(ċ)

biex jiġu kkonsidrati l-ħlasijiet supplimentari li jkunu saru, kif imsemmi fil-paragrafu 3, jekk il-korrezzjoni tkun sa tammonta għal tal-anqas 1 % tal-prezz għall-klassi inkwistjoni.

L-awtorita’ kompetenti, waqt li tkun qed tagħmel il-korrezzjoni skont il-punt (c), għandha tiddividi t-total tal-ħlasijiet supplimentari li jkunu saru b’relazzjoni mas-settur taċ-ċanga fl-Istat Membru kkonċernat fis-sena finanzjarja preċedenti, bit-total annwali tal-prodott ipproċessat f’tunnellati ta’ annimali bovini adulti li għalihom ikunu qed jiġu rrapportati l-prezzijiet.

8.   Fejn, fl-opinjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, il-prezzijiet irrapportati lilha:

(a)

jkunu jirreferu għal għadd insinifikanti ta’ karkassi, hija ma għandhiex tikkunsidra dawn il-prezzijiet,

(b)

ikunu jidhru li mhumiex affidabbli, hija għandha tikkunsidrahom biss jekk u meta hija tkun sodisfatta li dawn ikunu affidabbli.

Artikolu 17

Ir-rapportar tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa lill-Kummissjoni

1.   F’konformità mal-Artikolu 36, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-prezzijiet ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 16(4) sa (7). Huma ma għandhomx jikkomunikaw dawk il-prezzijiet lil xi korp ieħor qabel huma jkunu kkomunikawhom lill-Kummissjoni.

2.   Meta, f’ċirkostanzi eċċezzjonali jew minħabba raġunijiet staġjonali, il-prezzijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ għadd sinifikanti ta’ karkassi ta’ klassi waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 14(1) ma jkunux jistgħu jiġu rreġistrati fi Stat Membru jew f’reġjun, il-Kummissjoni tista’ tuża l-aħħar prezzijiet irreġistrati għall-imsemmija klassi jew klassijiet qabel ma jkun ġara dan; meta t-tali is-sitwazzjoni terġa’ tiġri għal aktar minn ġimagħtejn konsekuttivi, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi dwar it-tneħħija temporanja tal-klassi jew tal-klassijiet inkwistjoni għall-finijiet tar-rapportar tal-prezzijiet u dwar it-tqassim mill-ġdid temporanju tal-peżata jew peżati allokati għal dawk il-klassijiet.

Artikolu 18

Prezzijiet medji Komunitarji

1.   Għal kategorija speċifika:

(a)

il-prezz Komunitarju medju għal kull waħda mill-klassijiet ta’-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam elenkati fl-Artikolu 14(1) għandu jkun il-medja b’piż differenzjat tal-prezzijiet nazzjonali tas-suq irreġistrata għall-klassi. Il-peżar għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-kwantitajiet li jkunu nqatlu minn dik il-klassi f’kull Stat Membru meta mqabbel mat-total tal-qtil ta’ dik il-klassi fil-Komunità;

(b)

il-prezz Komunitarju medju għal kull klassi ta’ konformazzjoni għandu jkun il-medja b’piż differenzjat tal-medja tal-prezzijiet Komunitarji għall-klassijiet tal-kisja tax-xaħam li jikkostitwixxu dik il-klassi tal-konformazzjoni. Il-peżar għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-qtil ta’ kull klassi tal-kisja tax-xaħam meta mqabbel mat-total tal-qtil ta’ dik il-klassi tal-konformazzjoni fil-Komunità;

(ċ)

il-prezz Komunitarju medju għandu jkun il-medja b’piż differenzjat tal-medja tal-prezzijiet Komunitarji msemmija fil-punt (a). Il-peżar għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-kwantitajiet maqtula f’kull klassi kif imsemmi fil-punt (a) meta mqabbel mat-total tal-qtil Komunitarju fil-kategorija.

2.   Il-prezz Komunitarju medju għall-kategoriji kollha flimkien għandu jkun il-medja b’piż differenzjat tal-prezzijiet medji msemmija fil-paragrafu 1 (c). Il-peżar għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon ta’ kull kategorija kif imqabbel mat-total tal-qtil tal-annimali bovini adulti fil-Komunità.

Artikolu 19

Notifika Annwali tal-Istati Membri lill-Kummissjoni

Mhux iktar tard mill-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a)

lista kunfidenzjali ta’ biċċeriji li jirreġistraw prezzijiet, kemm skont l-Artikolu 15(1)(a) kif ukoll (b), li turi l-ammont tal-annimali bovini adulti għal kull biċċerija, espress f’numri u, jekk ikun possibbli, f’tunellati tal-piż tal-karkassi, fis-sena kalendarja ta’ qabel;

(b)

lista kunfidenzjali ta’persuni naturali jew legali li jirreġistraw il-prezzijiet, kemm skont l-Artikolu 15(1)(c) kif ukoll skont (d), li turi l-għadd tal-annimali bovini adulti, jekk ikun possibli espress ukoll f’tunnellati tal-piż tal-karkassi mibgħuta minnhom għall-qatla fis-sena kalendarja ta’ qabel;

(ċ)

lista tar-reġjuni li għalihom il-prezzijiet jiġu rreġistrati u l-peżar anness ma’ kull waħda minnhom skont l-Artikolu 16(6).

KAPITOLU III

SETTUR TAL-LAĦAM TAL-MAJJAL

Artikolu 20

Derogi mill-klassifikazzjoni tal-karkassi obbligatorji

1.   L-iskala tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal msemmija fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tintuża mill-biċċeriji kollha biex jiġu ggradati l-karkassi kollha sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jirċievu pagament ġust ibbażat fuq il-piż u l-kompożizzjoni tal-majjali li jkunu kkonsenjaw lill-biċċerija.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din l-iskala obbligatorja fil-biċċeriji:

(a)

li għalihom ġie stabbilit numru massimu ta’ qtil mill-Istati Membri kkonċernati; dan l-għadd ma jistax jeċċedi 200 majjal fil-ġimgħa fuq bażi ta’ medja annwali;

(b)

li joqtlu biss majjali mwielda u msemmna fl-istess stabbilimenti fejn twieldu u li jqattgħu il-karkassi kollha miksuba.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, u jispeċifikaw l-akbar numru ta’ qatliet awtorizzat f’kull biċċerija li hija eżenti mill-applikazzjoni tal-iskala Komunitarja.

Artikolu 21

Użin, gradazzjoni u mmarkar

1.   Il-karkassi tal-majjal għandhom jiġu ggradati, f’konformità mal-klassifikazzjoni definita mal-punt B(II) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 waqt il-ħin tal-użin.

Rigward majjali maqtula fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati biex jawtorizzaw l-klassifikazzjoni qabel l-użin, f’konformità mal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1234/2007.

2.   F’konformità mal punt (iv) tal-Artikolu 43(m) tar-Regolamet (KE) Nru 1234/2007, d-dispożizzjonijiet tal-punt B(II) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma jeskludux, fir-rigward ta’ majjali maqtula fit-territorju ta’ Stat Membru, l-użu ta’ kriterji ta’ valutazzjoni minn barra l-piż u l-kontenut ta’ dgħif stimat.

3.   Eżatt wara l-gradazzjoni, il-karkassi tal-majjal għandhom jiġu mmarkati, b’ittra kapitali li turi l-klassi tal-karkassa jew il-perċentwal stimat tad-dgħif kif stabbilit fil-punt B(II) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

L-ittri u n-numri għandhom ikunu tal-anqas ta’ 2 ċentimetri għoli. Kull inka mhux tossika, indelibbli u li tirreżisti għas-sħana tista’ tintuża biex isir l-immarkar kif ukoll kull forma oħra ta’ mmarkar permanenti awtorizzat minn qabel mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, d-dettalji tal-piż tal-karkassa u kull dettal ieħor ikkunsidrat xieraq jista’ jiġi mmarkat fuq il-karkassa.

Nofsijiet ta’ karkassi għandhom jiġu mmarkati fuq il-ġilda tas-sieq ta’ wara jew fuq il-koxxa.

Tikketta mwaħħla b’mod li ma tistax titneħħa bla ma ssirilha ħsara tista’ wkoll tkun forma aċċettabbli ta’ mmarkar.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-karkassi tal-majjal ma għandhomx għalfejn ikunu mmarkati jekk ikun ġie rreġistrat rekord uffiċjali għal kull karkassa li jkun fih tal-anqas:

(a)

identifikazzjoni individwali tal-karkassa li ma tinbidel bl-ebda mod;

(b)

il-piż tal-karkassa sħuna, u

(ċ)

stima tal-kontenut ta’ laħam dgħif.

Din ir-reġistrazzjoni għandha tinżamm għal sitt xhur u, fil-jum meta ssir, għandha tiġi ċċertifikata bħala ċertifikat oriġinali veru minn persuna li tkun ingħatat dan ix-xogħol ta’ verifika.

Madankollu, sabiex jinbiegħu mhux mqattgħin fi Stat Membru ieħor, il-karkassi għandhom jiġu mmarkati f’konformità mal-klassi xierqa, kif provdut fil-punt B(II) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew f’konformità mal-perċentwal li jesprimi l-kontenut ta’ laħam dgħif tagħhom.

5.   Mingħajr preġudizzju għat-tieni paragrafu tal-punt B(III) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ma jista’ jitneħħa l-ebda xaħam, muskolu jew tessut mill-karkassa qabel ma tintiżen, tiġi ggradata u mmarkata.

Artikolu 22

Piż tal-karkassa

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 42(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-piż għandu japplika għall-karkassa kiesħa ppreżentata kif deskritt fil-punt B(III) tal-Anness V għall dak ir-Regolament.

2.   Il-karkassa għandha tintiżen malajr kemm jista’ jkun wara l-qtil u mhux aktar minn 45 minuta wara li jiddendel il-majjal.

Il-piż kiesaħ tal-karkassa għandu jikkorrispondi mal-piż sħun irreġistrat kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu bi tnaqqis ta’ 2 %.

Jekk, f’xi biċċerija, il-perjodu ta’ 45 minuta bejn li l-majjal jiddendel u li jintiżen ġeneralment ma jkunx jista’ jinżamm, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza li dan il-perjodu jiġi mtawwal sakemm it-tnaqqis ta’ 2 % speċifikat fit-tieni subparagrafu jonqos b’0.1 ta’ punt għal kull kwarta addizzjonali jew parti minnha li tkun għaddiet.

3.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-piż tal-karkassa kiesħa jista’ jiġi kkalkolat b’referenza għal skali predeterminati minn qabel ta’ tnaqqis assolut ta’ piż stabbilit mill-Istati Membri f’konformità mal-karatteristiċi tal-merħliet tal-majjali tagħhom u nnotifikat lill-Kummissjoni. L-użu ta’ dawn l-iskali għandu jiġi awtorizzat f’konformità mal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jekk it-tnaqqis għal klassijiet individwali ta’ piż ikun jikkorrispondi, kemm jista’ jkun, mat-tnaqqis li jirriżulta mill-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 23

Kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa tal-majjal

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt B(IV) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa tal-majjal għandu jkun ir-relazzjoni bejn:

il-piż totali tal-muskoli ħomor irrigati sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu mifruda b’sikkina, u

l-piż tal-karkassa.

Il-piż totali tal-muskoli ħomor irrigati jinkiseb jew bid-dissezzjoni totali jew b’dissezzjoni parzjali tal-karkassa jew bil-kombinazzjoni ta’ dissezzjoni totali u parzjali b’metodu nazzjonali rapidu bbażat fuq metodi ppruvati bl-istatistika adottati f’konformità mal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Id-dissezzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tista’ tkun sostitwita wkoll bil-valutazzjoni tal-perċentwal tal-laħam dgħif permezz ta’ dissezzjoni totali b’apparat komputerizzat tat-tomografija bil-kundizzjoni li jiġu pprovduti riżultati komparattivi tad-dissezzjoni sodisfaċenti.

2.   Il-metodu standard statistiku għall-valutazzjoni tal-kontenut tad-dgħif fil-karkassi tal-majjal awtorizzat bħala metodu ta’ gradazzjoni fi ħdan it-tifsira tal-punt B(IV) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandu jkun jew it-teknika tal-ordinary least squares [l-inqas kwadrati ordinarji] jew inkella l-metodi rank reduced [mnaqqsa skond il-grad] imma jistgħu jintużaw metodi oħra statistikament ippruvati.

Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq kampjun rappreżentattiv tal-produzzjoni tal-laħam tal-majjal ikkonċernata, nazzjonali jew reġjonali, li jkun jikkonsisti f’mill-anqas 120 karkassa li l-kontenut tad-dgħif tagħhom ikun ġie aċċertat skont il-metodu tad-dissezzjoni stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Jekk jintużaw diversi metodi ta’ kampjunatura, r-referenza għandha titkejjel fuq tal-anqas 50 karkassa u l-preċiżjoni għandha tkun tal-anqas ugwali bħal dik miksuba bl-użu tal-metodu statistiku standard fuq 120 karkassa bl-użu tal-metodu fl-Anness IV.

3.   Metodi ta’ gradazzjoni għandhom jkunu awtorizzati biss jekk l-għerq kwadrat medju tal-previżjoni (RMSEP), ikkalkulat permezz ta’ teknika ta’ validazzjoni msallba integrali jew b’test ta’ validazzjoni ssettjata fuq kampjun rappreżentattiv ta’ tal-anqas 60 karkassa, jkun anqas minn 2.5. Barra minn hekk, il-valuri atipiċi għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-RMSEP.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ protokoll, dwar il-metodi ta’ gradazzjoni li huma jixtiequ li jiġu awtorizzati biex jiġu applikati fit-territorju tagħhom, billi jiddeskrivu l-prova tad-dissezzjoni u jindikaw il-prinċipji li fuqhom dawn il-metodi jkunu bbażati u l-ekwazzjonijiet użati biex issir stima tal-perċentwal tad-dgħif. IL-protokoll għandu jkollu żewġ partijiet u għandu jinkludi l-elementi provduti fl-Anness V. L-ewwel parti tal-protokoll trid tkun ppreżentata lill-Kummissjoni qabel ma tibda l-prova tad-dissezzjoni.

L-applikazzjoni tal-metodi tal-gradazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru għandha tiġi awtorizzata f’konformità mal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fuq il-bażi tal-protokoll.

5.   L-applikazzjoni ta’ metodi ta’ gradazzjoni għandha tkun tikkorrispondi fil-partikolarijiet kollha mad-deskrizzjoni mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Komunità li tawtorizzahom.

Artikolu 24

Kontrolli fil-post

1.   Il-gradazzjoni, l-użin u l-immarkar tal-karkassa tal-majjal fl-istabbilimenti imsemmija fl-Artikolu 20 għandhom ikunu kkontrollati fil-post, mingħajr avviż minn qabel, minn korp li huwa indipendenti mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni u mill-istabbilimenti.

Madankollu, ir-rekwżit li jkunu indipendenti mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni m’għandhiex tapplika meta l-awtorità kompetenti twettaq hija stess dawn il-kontrolli.

2.   Il-kontrolli jridu jsiru tal-anqas darbtejn kull tliet xhur fl-istabbilimenti kollha approvati li joqtlu tal-anqas 200 majjal fil-ġimgħa bħala medja annwali.

Madankollu, għal stabbilimenti approvati li joqtlu inqas minn 200 majjal fil-ġimgħa bħala medja annwali, l-Istati Membri jiddeterminaw il-frekwenza tal-kontrolli.

3.   Biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri se:

(a)

jiddeterminaw l-ambitu tal-kontrolli fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ riskju tagħhom, partikolarment billi jiġi kkonsidrat l-għadd ta’ majjali maqtula fil-biċċeriji kkonċernati u s-sejbiet li joħorġu mill-kontrolli li jkunu saru qabel f’dawn il-biċċeriji.

(b)

jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ħadu għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet sal-1 ta’ Jannar 2009 u minn hemm ‘il quddiem sa xahar żmien wara kull bidla fl-informazzjoni li għandha tkun innotifikata.

4.   Fejn il-korp responsabbli mill-kontrolli ma jaqax taħt l-awtorità ta’ korp pubbliku, il-kontrolli provduti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jsiru taħt is-sorveljanza fiżika ta’ korp pubbliku taħt l-istess kundizzjonijiet u tal-anqas darba fis-sena. Il-korp pubbliku għandu jiġi mgħarraf regolarment bis-sejbiet tal-korp responsabbli mill-kontrolli.

Artikolu 25

Prezz tas-suq għal karkassi tal-majjal fl-Istati Membri

1.   Il-prezz tal-karkassa tal-majjal fi Stat Membru għandha tkun ugwali bħal medja tal-kwotazzjonijiet tal-karkassi tal-majjal irreġistrata fis-swieq rappreżentattivi jew fiċ-ċentri ta’ kwotazzjoni ta’ dak l-Istat Membru.

2.   Il-prezz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ddeterminat billi jintużaw il-kwotazzjonijiet reġistrati waqt li jintiżnu l-karkassi:

60 sa inqas minn 120 kg ta’ grad E,

120 sa inqas minn 180 kg ta’ grad R.

L-għażla tal-kategoriji tal-piż u kwalunkwe użin tagħhom għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri kkonċernati; dawn tal-aħħar għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

3.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar is-swieq rappreżentattivi u ċentri ta’ kwotazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009 u minn hemm ‘il quddiem sa xahar żmien wara kull bidla fl-informazzjoni li għandha tkun innotifikata.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika n-notifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 26

Prezz medju Komunitarju

1.   Il-prezz tas-suq medju Komunitarju tal-karkassi tal-majjal imsemmi fl-Artikolu 17 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-prezzijiet waqt id-dħul fil-biċċerija, eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, imħallsa lill-fornituri ta’ majjali ħajjin.

2.   Il-prezz determinat skont il-paragrafu 1 għandu jinkludi l-valur tal-ġewwieni u l-fdalijiet tal-annimali mhux proċessati u għandu jkun ikkwotat għal kull 100 kg ta’ karkassi kiesħa tal-majjal:

preżentati f’konformità mal-preżentazzjoni ta’ referenza stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-punt B(III) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u

miżunin u kklassifikati fuq il-ganċ tal-biċċerija, il-piż irreġistrat ikun konvertit f’piż ta’ karkassa kiesħa f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Għall-kalkolu tal-prezz tas-suq Komunitarju kif provdut fil-paragrafu 1, il-prezzijiet irreġistrati f’kull Stat Membru għandhom ikunu ppeżati bl-użu ta’ koeffiċjenti li jesprimu id-daqs relattiv tal-popolazzjoni tal-majjali ta’ kull Stat Membru.

Il-koeffiċjenti imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddeterminati fuq il-għadd ta’ majjali magħduda fil-bidu ta’ Diċembru ta’ kull sena f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE (16).

Artikolu 27

Rapportar tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa lill-Kummissjoni

1.   F’konformità mal-Artikolu 36, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni:

(a)

il-kwotazzjonijiet kif iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 25(1) u l-Artikolu 26(1); u

(b)

il-kwotazzjonijiet rappreżentattivi għall-ħnienes ta’ piż ħaj medju ta’ bejn wieħed u ieħor 20 kg għal kull ras.

2.   Fejn waħda jew iżjed kwotazzjonijiet ma jaslux lill-Kummissjoni, din tal-aħħar għandha tikkunsidra l-aħħar kwotazzjoni disponibbli. Fejn kwotazzjoni jew kwotazzjonijiet ikunu neqsin għat-tielet ġimgħa konsekuttiva, il-Kummissjoni ma għandiex tibqa’ tikkunsidra dik jew dawk il-kwotazzjonijiet.

3.   L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja, fejn disponibbli, dwar prodotti koperti minn Parti XVII tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

(a)

prezzijiet tas-suq fl-Istati Membri għal prodotti importati minn pajjiżi terzi;

(b)

prezzijiet attwali li jkunu japplikaw fis-swieq rappreżentattivi f’pajjiżi terzi.

KAPITOLU IV

IS-SETTUR TAL-LAĦAM TAN-NAGĦAĠ

Artikolu 28

Kriterji biex jiġu definiti l-karkassi tal-ħrief ħfief

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kriterji imsemmija fil-paragrafu 2 tal-punt C(III) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ir-regoli stabbiliti fl-Anness VI għal dan ir-Regolament għandhom japplikaw.

2.   Il-kulur tal-laħam, msemmi fl-Anness VI, għandu jiġi ddeterminat fuq il-ġenb fir-rectus abdominis b’referenza għal grafika tal-kuluri standardizzata.

Artikolu 29

Dispożizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardaw il-klassi ta’ konformazzjoni u kisja ta’xaħam, il-piż tal-karkassa u l-kulur tal-laħam

Dispożizzjonijiet addizzjonali li jispeċifikaw id-definizzjonijiet tal-klassijiet ta’ konformazzjoni u kisja tax-xaħam imsemmija f’punt C(III) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 30

Klassifikazzjoni u identifikazzjoni

1.   Il-klassifikazzjoni u l-identifikazzjoni imsemmija fil-punt C(III) u C(V) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom isiru fil-biċċerija stess.

2.   Il-klassifikazzjoni, l-identifikazzjoni u l-użin ta’ karkassa għandu jsir mhux iktar tard minn siegħa wara li l-annimal iddendel.

3.   L-identifikazzjoni tal-karkassi jew tan-nofs karkassi kklassifikati skont l-iskala msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru1234/2007 fi stabbilimenti li qed jipparteċipaw għandha ssir permezz ta’ marka li tindika l-kategorija u l-klassi tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam.

Dan l-immarkar għandu jsir permezz ta’ ttimbrar, u għandha tintuża inka indelibbli u mhux tossika skont metodu approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Il-kategoriji għandhom jiġu magħżulin kif ġej:

(a)

L: karkassi ta’ nagħaġ ta’ età inqas minn tnax-il xahar (ħaruf);

(b)

S: karkassi ta’ nagħaġ oħra.

4.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw is-sostituzzjoni tal-immarkar b’tikketta li ma tinbidilx u li tkun mwaħħla sew.

Artikolu 31

Klassifikazzjoni minn klassifikaturi kwalifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassifikazjoni ssir minn klassifikaturi li huma kwalifikati biżżejjed. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw dawn il-persuni permezz ta’ proċedura ta’ ftehim jew billi jagħżlu korp responsabbli għal dan il-għan.

Artikolu 32

Kontrolli fil-post

1.   Il-prestazzjoni tal-klassifikaturi msemmija fl-Artikolu 31 kif ukoll il-klassifikazzjoni u l-identifikazzjoni tal-karkassi fl-istabbilimenti li qed jipparteċipaw għandu jkun ikkontrollat fil-post mingħajr ma jsir avviż minn qabel mill-korp li huwa indipendenti mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni u mill-istabbilimenti.

Madankollu, il-ħtieġa li jkunu indipendenti mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni m’ għandhiex tapplika meta l-awtorità kompetenti twettaq hija stess dawn il-kontrolli.

Fejn il-korp responsabbli mill-kontrolli ma jaqax taħt l-awtorità ta’ korp pubbliku, il-kontrolli previsti fl-ewwel subparagrafu iridu jsiru tal-anqas darba fis-sena, taħt is-sorveljanza fiżika ta’ korp pubbliku taħt l-istess kundizzjonijiet. Il-korp pubbliku għandu jiġi mgħarraf regolarment bis-sejbiet tal-korp responsabbli mill-kontrolli.

2.   Il-kontrolli jridu jsiru tal-anqas darbtejn kull tliet xhur fl-istabbilimenti kollha li qed jipparteċipaw li joperaw klassifikazzjoni u joqtlu 80 nagħaġa jew iktar fil-ġimgħa bħala medja annwali. Kull kontroll għandu jirrelata ma’ tal-anqas 40 karkassa, magħżulin b’mod aleatorju.

Madankollu, fi stabbilimenti li qed jipparteċipaw li joqtlu inqas minn 80 nagħaġa fil-ġimgħa bħala medja annwali, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-frekwenza tal-kontrolli u l-għadd minimu ta’ karkassi li jridu jkunu kkontrollati fuq bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, partikolarment billi tittieħed kunsiderazzjoni tal-għadd ta’ qatliet ta’ nagħaġ fil-biċċeriji kkonċernati u tas-sejbiet minn kontrolli li jkunu saru qabel f’dawn il-biċċeriji.

Artikolu 33

Il-prezz tas-suq li għandu jkun irreġistrat.

1.   Il-prezz tas-suq li għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-Iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini msemmija fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun il-prezz tad-dħul fil-biċċerija, nett mit-taxxa fuq valur miżjud imħallsa lill-fornitur tal-ħaruf ta’ oriġini Komunitarja. Dan il-prezz għandu jiġi espress għal kull 100 kg ta’ piż ta’ karkassa ppreżentata skont il-preżentazjoni ta’ referenza provduta fil-punt C(IV) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ppeżat u kklassifikat fuq il-ganċ fil-biċċerija.

2.   Il-piż li għandu jiġi ikkonsidrat huwa l-piż tal-karkassa meta tkun sħuna ikkoreġut sabiex jittieħed ukoll inkunsiderazzjoni it-tnaqqis fil-piż meta jiksaħ. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-fatturi korrettivi li ntużaw.

3.   Fil-każ fejn il-preżentazzjoni ta’ karkassi wara li jintiżnu u jkunu kklassifikati fuq il-ganċ ikun differenti mill-preżentazzjoni tar-referenza, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-piż tal-karkassa bl-applikazzjoni ta’ fatturi korrettivi provduti fit-tieni subparagrafu tal-Punt C(IV) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-fatturi korrettivi wżati.

Artikolu 34

Rapportar tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri li l-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ tagħħom taqbeż il-200 tunnellata fis-sena għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-lista kunfidenzjali tal-biċċeriji u/jew stabbilimenti oħra li jipparteċipaw fl-iffissar tal-prezzijiet skont l-iskala Komunitarja (minn hawn il-quddiem msejħa “stabbiliment li qed jipparteċipa”) flimkien ma’ indikazzjoni tal-ammont approssimattiv ta’ materjal li jiġi pproċessat kull sena minn dawn l-istabbilimenti li qed jipparteċipaw.

2.   F’konformità mal-Artikolu 36, l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-prezz medju ta’ kull kwalità ta’ ħaruf fl-iskali Komunitarji għall-istabbilimenti li qed jipparteċipaw kollha, flimkien ma’ indikazzjoni tad-daqs ta’ kull kwalità. Madankollu, jekk kwalità tkun inqas minn 1 % tat-total, il-prezzijiet ma għandhomx għalfejn jiġu rrapportati. L-Istati Membri għandhom jibagħtu wkoll lill-Kummissjoni l-prezz medju fuq bażi ta’ piż għall-ħaruf kklassifikat kollu f’kull skala wżata għall-finijiet ta’ rapportar ta’ prezzjiet.

Madankollu, l-Istati Membri huma awtorizzati li jissuddividu l-prezz irrapportat għal kull waħda mill-klassijiet ta’ konformazzjoni u l-gradi tal-kisja tax-xaħam provduti fil-paragrafu 1 tal-punt C(III) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fuq il-bażi ta’ piż. It-terminu “kwalità” għandu jfisser il-kumbinazzjoni ta’ klassi ta’ konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam.

Artikolu 35

Prezzijiet medji Komunitarji

Għall-kalkolu tal-prezzijiet medji Komunitarji ta’ karkassi tal-ħaruf, il-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 34(2) għandhom jkunu ppeżati bl-użu ta’ koeffiċjenti li jesprimu id-daqs relattiv tal-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ ta’ kull Stat Membru mat-total tal-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ fil-Komunità.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U FINALI

Artikolu 36

Ir-rapportar tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa lill-Kummissjoni

1.   Sa mhux iktar tard minn 12.00 ħin ta’ Brussell, nhar ta’ Erbgħa ta’ kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-prezzijiet tas-suq jew kwotazzjoniniet imsemmija fl-Artikoli 17(1), u 27(1) u 34(2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-prezzijiet jew kwotazzjonijiet għandhom jirrelataw mal-perjodu mit-Tnejn sal-Ħadd tal-ġimgħa ta’ qabel dik li fiha tiġi kkomunikata l-informazzjoni.

Il-prezzijiet jew kwotazzjonijiet irrapportati għandhom jiġu espressi f’euro jew, fejn japplika, fil-munita nazzjonali.

2.   Il-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru permezz ta’ mezzi elettroniċi billi tintuża l-formola li l-Kummissjoni għamlet disponibbli għall-Istati Membri.

Artikolu 37

Reviżjoni perjodika tal-koeffiċjenti tad-differenzazzjoni

1.   Il-koeffiċjenti tad-differenzazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 26(3) u 35 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu riveduti perjodikament biex jittieħdu inkunsiderazzjoni tendenzi rreġistrati fuq livelli nazzjonali u Komunitarji.

2.   Għal kull reviżjoni imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri il-koeffiċjenti tal-peżar riveduti.

Artikolu 38

Kumitat ta’ spezzjoni Komunitarju

1.   L-ispezzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 minn issa ‘l quddiem msejjaħ “il-Kumitat” għandu jkun responsabbli biex iwettaq kontrolli fil-post, li jkopru:

(a)

l-applikazzjoni tal-arranġamenti relatati mal-iskala ta’ klassifikazzjoni Komunitarja għall-karkassi taċ-ċanga u tan-nagħaġ;

(b)

ir-reġistrazzjoni ta’ prezzijiet tas-suq skont dawk l-iskali ta’ klassifikazzjoni;

(ċ)

il-klassifikazzjoni, l-identifikazzjoni u l-immarkar ta’ prodotti fil-qafas tax-xiri taħt intervent pubbliku fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella provduti fil-punt(e) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn massimu ta’:

(a)

tliet esperti tal-Kummissjoni, li wieħed minnhom għandu jaġixxi bħala president tal-Kumitat;

(b)

espert mill-Istat Membru kkonċernat;

(ċ)

tmien esperti mill-Istati Membri l-oħra.

L-Istati Membri għandhom jappuntaw esperti fuq il-bażi tal-indipendenza u l-abbiltà tagħhom, partikolarment fi kwistjonijiet ta’ klassifikazzjoni ta’ karkassi u reġistrar ta’ prezzijiet tas-suq u tan-natura speċifika tax-xogħol li għandu jsir.

L-esperti ma jistgħu fl-ebda ċirkustanza jużaw għal skopijiet personali jew jikxfu informazzjoni li jkunu kisbu u li tkun marbuta max-xogħol tal-Kumitat.

3.   Spezzjonijiet fil-post għandhom isiru f’biċċeriji, fi swieq tal-laħam, f’ċentri ta’ intervent, ċentri ta’ kwotazzjoni ta’ prezzijiet u servizzi reġjonali u ċentrali involuti fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1.

4.   Spezzjonijiet għandhom isiru regolarment fl-Istati Membri u l-frekwenza tagħhom tista’ tvarja partikolarment skont il-volum relattiv tal-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga u tan-nagħaġ fl-Istati Membri li tkun saritilhom żjara jew skont problemi marbuta mal-iskali ta’ klassifikazzjoni.

Il-programm ta’ żjarat ta’ spezzjoni għandu jitħejja mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta lill-Istati Membri. Ir-rappreżentanti tal-Istat Membru fejn issir iż-żjara jistgħu jieħdu sehem fl-ispezzjonijiet.

Kull Stat Membru għandu jorganizza ż-żjariet li għandhom isiru fit-territorju tiegħu skont il-ħtiġijiet definiti mill-Kummissjoni. Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jibgħat, 30 ġurnata qabel iż-żjara, programm dettaljat taż-żjarat ta’ spezzjoni proposti lill-Kummissjoni, li tista’ titlob emendi fil-programm.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kemm jista’ jkun possibli minn qabel dwar kull żjara tal-programm u l-andament tiegħu.

5.   Meta titlesta kull żjara, il-membri tal-Kumitat u r-rappreżentanti tal-Istati Membri fejn tkun saret iż-żjara għandhom jiltaqgħu biex jikkunsidraw ir-risultati. Il-membri tal-Kumitat għandhom imbagħad jiġbdu konklużjonijiet miż-żjara li jikkonċernaw il-punti msemmija fil-paragrafu 1.

Il-president tal-Kumitat għandu jagħmel rapport dwar l-ispezzjonijiet li saru u li fihom il-konklużjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Ir-rapport għandu jintbagħat kemm jista’ jkun malajr lill-Istat Membru spezzjonat u wara lill-Istati Membri l-oħra.

Meta r-rapport imsemmi fit-tieni subparagrafu juri nuqqasijiet fil-kampijiet varji ta’ attività li kienu suġġetti għal verifika, jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejjeb l-operat, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha previsti jew li ġraw mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data li fih ġie trażmess ir-rapport.

6.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għixien tal-membri tal-Grupp għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli applikabbli għar-rimborż ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għixien ta’ persuni li ma għandhomx konnessjoni mal-Kummissjoni li jissejħu minnha sabiex jaġixxu ta’ esperti.

Artikolu 39

Miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa

(a)

biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu applikati;

(b)

Biex jiżguraw il-preċiżjoni tal-prezzijiet irrapportati f’konformità mal-Artikoli 17(1), 27(1) u 34(2) ta’ dan ir-Regolament;

(ċ)

Li jippenalizzaw kull infrazzjoni bħal pereżempju, b’mod partikolari, falsifikazzjoni jew frodi fl-użu ta’ timbri u tikketti jew klassifikazzjoni magħmula minn persunal li ma għandux liċenzja.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw il-Kummissjoni bil-miżuri imsemmija fil-paragrafu 1 kemm jista’ jkun malajr.

Artikolu 40

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 563/82, (KEE) Nru 2967/85, (KEE) Nru 344/91, (KE) Nru 295/96, (KE) Nru 103/2006, (KE) Nru 1128/2006, (KE) Nru 908/2006, (KE) Nru 1319/2006 (KE) Nru 710/2008, (KE) Nru 22/2008 u d-Deċiżjoni 83/471/KEE huma b’dan irrevokati.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra u d-Deċiżjoni għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 41

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 67, 11.3.1982, p. 23.

(3)  ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39.

(4)  ĠU L 41, 14.2.1991, p. 15.

(5)  ĠU L 39, 17.2.1996, p. 1.

(6)  ĠU L 17, 21.1.2006, p. 6.

(7)  ĠU L 168, 21.6.2006, p. 11.

(8)  ĠU L 201, 25.7.2006, p. 6.

(9)  ĠU L 243, 6.9.2006, p. 3.

(10)  ĠU L 197, 25.7.2008, p. 28.

(11)  ĠU L 9, 12.1.2008, p. 6.

(12)  ĠU L 259, 20.9.1983, p. 30.

(13)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(14)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 6.

(15)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.

(16)  ĠU L 149, 21.6.1993, p. 1.


ANNESS I

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-klassijiet ta’ konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam ta’ karkassi ta’annimali bovini adulti msemmija fl-Artikolu 3

1.   KONFORMAZZJONI

Żvilupp ta’ profili ta’ karkassi, u b’mod partikolari l-partijiet essenzjali (il-qatgħa t-tonda, id-dahar, l-ispalla)

Klassi ta’ konformazzjoni

Dispożizzjonijiet addizzjonali

S

Superjuri

Il-qatgħa t-tonda

:

Ittondjata ħafna b’muskolatura doppja u bi ħjut viżibilment separati

In-naħa l-għolja tal-koxxa tinfirex b’mod immarkat ħafna fuq is-simfisi (symphysis pelvis)

Dahar

:

wiesa’ u oħxon ħafna, sal-ispalla

Wirk ittondjat ħafna

Spalla

:

ittondjata ħafna

 

E

Eċċellenti

Il-qatgħa t-tonda

:

ittondjata ħafna

In-naħa l-għolja tal-koxxa tinfirex b’mod immarkat tul is-simfisi (symphysis pelvis)

Dahar

:

wiesa’ u oħxon ħafna, sal-ispalla

Wirk ittondjat ħafna

Spalla

:

ittondjata ħafna

 

U

Tajba ħafna

Il-qatgħa t-tonda

:

ittondjata

In-naħa l-għolja tal-koxxa tinfirex is-simfisi (symphysis pelvis)

Dahar

:

wiesa’ u oħxon ħafna, sal-ispalla

Wirk ittondjat ħafna

Spalla

:

ittondjata

 

R

Tajba

Il-qatgħa t-tonda

:

żviluppata sew

In-naħa l-għolja tal-koxxa tkun xi ftit ittondjata

Dahar

:

wiesa’ u oħxon ħafna, sal-ispalla

 

Spalla

:

relattivament żviluppat sew

 

O

Mhux ħażina

Il-qatgħa t-tonda

:

żvilupp medju jxaqleb lejn nuqqas ta’ żvilupp

 

Dahar

:

ħxuna medja xxaqleb lejn nuqqas ta’ ħxuna

Wirk ittondjat ħafna Profil dritt

Spalla

:

żvilupp medju xxaqleb lejn kważi ċatta

 

P

Fqira

Il-qatgħa t-tonda

:

ftit li xejn żviluppata

 

Dahar

:

dejjaq bl-għadam jidher

 

Spalla

:

ċatta bl-għadam jidher

 


2.   GRAD TAL-KISJA TAX-XAĦAM

Ammont tax-xaħam fuq barra tal-karkassa u fil-kavità toraċika

Klassi tal-kisja tax-xaħam

Dispożizzjonijiet addizzjonali

1

Baxxa

Mingħajr xaħam fil-kavità toraċika

2

Ftit

Fil-kavità toraċika l-muskolu jidher b’mod ċar bejn il-kustilji

3

Medja

Fil-kavità toraċika l-muskolu ikun għadu jidher bejn il-kustilji

4

Għolja

Il-ħjut tax-xaħam fuq il-qatgħa t-tonda huma prominenti. Fil-kavità toraċika l-muskolu bejn il-kustilji jista’ jkun infiltrat bix-xaħam

5

għolja ħafna

Il-qatgħa t-tonda hija kompletament miksija bix-xaħam, li l-ħjut tax-xaħam mhumiex iktar viżibbli b’mod ċar. Fil-kavità toraċika l-muskolu bejn il-kustilji jkun infiltrat bix-xaħam


ANNESS II

AWTORIZZAZZJONI TA’ TEKNIKI TA’ GRADAZZJONI AWTOMATIZZATI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(1)

PARTI A

Kundizzjonijiet u rekwiżiti minimi għall-awtorizzazzjoni

1.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jorganizza test ta’ ċertifikazzjoni għal ġurija komposta minn tal-anqas ħames esperti liċenzjati fil-klassifikazzjoni tal-karkassi ta’ annimali bovini adulti. Żewġ membri tal-ġurija għandhom jiġu mill-Istat Membru li qiegħed jagħmel i-test. Kull wieħed mill-membri l-oħra tal-ġurija għandhom jiġu minn Stat Membru ieħor. Il-ġurija għandha tkun komposta minn numru bil-fart ta’ esperti. Is-servizzi tal-Kummissjoni u l-esperti tal-Istati Membri l-oħra jistgħu jattendu għat-test ta’ ċertifikazzjoni bħala osservaturi.

Il-membri tal-ġurija għandhom jaħdmu b’mod indipendenti u anonimu.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnomina koordinatur tat-test ta’ ċertifikazzjoni li għandu:

ma jkunx parti mill-ġurija,

jkollu tagħrif tekniku sodisfaċenti u jkun indipendenti għal kollox,

jissorvelja l-funzjonament indipendenti u anonimu tal-membri tal-ġurija,

jiġbor ir-riżultati tal-klassifikazzjoni tal-membri tal-ġurija u dawk miksuba bl-użu ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati,

jiżgura li, matul iż-żmien kollu ta’ ċertifikazzjoni, r-riżultati tal-klassifikazzjoni miksuba bl-użu ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati ma jkunux disponibbli għall-membri tal-ġurija u viċeversa u lanqas għad-dispożizzjoni ta’ xi parti oħra interessata,

jivvalida l-klassifikazzjonijiet għal kull karkassa u jistà jiddeċiedi, għal raġunijiet oġġettivi li għandhom ikunu speċifikati, li jwarrab karkassi mill-kampjun li ser jintuża għall-analiżi.

2.   Għat-test ta’ ċertifikazzjoni:

kull klassi ta’ konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam għandha tkun suddiviża fi tliet subklassijiet;

kampjun ta’ tal-anqas 600 karkassa vvalidata huwa meħtieġ;

il-perċentwal ta’ falliment ma għandux ikun ta’ iktar minn 5 % tal-karkassi li huma tajbin għall-klassifikazzjoni bl-użu ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati.

3.   Għal kull karkassa vvalidata, il-medjan tar-riżultati tal-membri tal-ġurija għandu jkun ikkunsidrat bħala l-grad korrett ta’ dik il-karkassa.

Għal stima tal-prestazzjoni tat-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati, r-riżultati tal-magna awtomatika ta’ klassifikazzjoni għandhom, għal kull karkassa ivvalidata, jkunu mqabbla mal-medjan tar-riżultati tal-ġurija. Il-preċiżjoni tat-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati li tirriżulta, tkun stabbilita bl-użu ta’ sistema ta’ punti u limiti li huma attribwiti kif ġej:

 

konformazzjoni

Kisja tax-xaħam

Mingħajr żbal

10

10

Żball ta’ unità waħda (i.e. subklassi waħda ‘l fuq jew ‘l isfel)

6

9

Żball ta’ żewġ unitajiet (i.e. żewġ subklassijiet ‘il fuq jew ‘l isfel)

–9

0

Żball ta’ tliet unitajiet (i.e. tliet subklassijiet ‘il fuq jew ‘l isfel)

–27

–13

Żball ta’ iktar minn tliet unitajiet (i.e.iktar minn tliet subklassijiet ‘il fuq jew ‘l isfel)

–48

–30

Bil-ħsieb tal-awtorizzazzjoni, tat-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati għandhom jilħqu tal-anqas 60 % tal-għadd massimu ta’ punti kemm għal konformazzjoni u kemm għall-kisja tax-xaħam.

Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni bl-użu ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati jridu jkunu fil-limiti li ġejjin:

 

konformazzjoni

Kisja tax-xaħam

Preġudizzju (bias)

± 0,30

± 0,60

Inklinazzjoni tal-linja ta’ rigressjoni

1 ± 0,15

1 ± 0,30

PARTI B

Informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-Istati Membri dwar l-organizzazzjoni tat-test ta’ ċertifikazzjoni

id-dati li fihom għandu jsir it-test ta’ ċertifikazzjoni,

deskrizzjoni dettaljata tal-karkassi ta’ annimali bovini adulti klassifikati fl-Istat Membru kkonċernat jew f’parti minnu,

il-metodi ta’ statistika wżati għall-għażla tal-kampjun tal-karkassi li għandu jkun rappreżentattiv, skond il-kategorija, il-klassijiet tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam, tal-annimali bovini adulti maqtulin fl-Istat Membru kkonċernat jew f’parti minnu,

l-isem u l-indirizz tal-biċċerija (jew biċċeriji) fejn għandu jsir it-test ta’ ċertifikazzjoni, spjegazzjoni tal-organizzazzjoni u l-prestazzjoni tal-linja (jew linji) tal-ipproċessar, inkluża l-veloċità kull siegħa,

il-preżentazzjoni (jew preżentazzjonijiet) tal-karkassi li għandhom jintużaw matul it-test ta’ ċertifikazzjioni,

deskrizzjoni tal-magna ta’ gradazzjoni awtomatizzata u l-funzjonijiet tekniċi tagħha, partikolarment il-kunċett tas-sigurtà tal-magna kontra kull tip ta’ manipulazzjoni,

l-esperti liċenzjati nominati mill-Istat Membru kkonċernat biex jieħdu sehem fit-test ta’ ċertifikazzjoni bħala membri tal-ġurija,

il-koordinatur tal-test ta’ ċertifikazzjoni, b’xhieda tal-għarfien tekniku sodisfaċenti tiegħu u indipendenza sħiħa,

l-isem u l-indirizz tal-korp indipendenti magħżul mill-Istat Membru kkonċernat li għandu janaliżża r-riżultati tat-test ta’ ċertifikazzjoni.

PARTI C

Informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-Istati Membri dwar ir-riżultati tat-test ta’ ċertifikazzjoni

kopja tal-folji tal-klassifikazzjoni kompluti u ffirmati mill-membri tal-ġurija u mill-koordinatur matul it-test ta’ ċertifikazzjoni,

kopja tar-riżultati tal-klassifikazzjoni miksuba bl-użu ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati ffirmati mill-koordinatur matul it-test ta’ ċertifikazzjoni,

rapport tal-koordinatur dwar l-organizzazzjoni tat-test ta’ ċertifikazzjoni skond il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet minimi stipulati f’Parti B ta’ dan l-Anness,

analiżi kwantitattiva, skond metodoloġija li għandha taqbel fuqha il-Kummissjoni, tar-riżultati tat-test ta’ ċertifikazzjoni li tindika r-riżultati tal-klassifikazzjoni ta’ kull klassifikatur espert u dawk miksuba bl-użu ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati. Id-dejta wżata għall-analiżi għandha tingħata f’format elettroniku li għandha taqbel fuqha l-Kummissjoni,

il-preċiżjoni tat-tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati stabbilita f’konformità mad-dispożizzjonijiet f’ Parti A, il-punt(3) ta’ dan l-Anness.


ANNESS III

Fatturi korrettivi imsemmija fl-Artikolu 13(5) espress bħala perċentwali tal-piż tal-karkassa

Perċentwali

Tnaqqis

Żieda

Klassijiet tax-xaħam

1-2

3

4-5

1

2

3

4

5

Kliewi

–0,4

 

Xaħam tal-kliewi

–1,75

–2,5

–3,5

 

Xaħam pelviku

–0,5

 

Fwied

–2,5

 

Falda rqiqa

–0,4

 

Falda ħoxna

–0,4

 

Denb

–0,4

 

Sinsla

–0,05

 

Xaħam mammarju

–1,0

 

Testikoli

–0,3

 

Xaħam tal-iskrotu

–0,5

 

Xaħam man-naħa ta’ ġewwa tan-naħa l-għolja tal-koxxa.

–0,3

 

Il-vina ġugulari u x-xaħam ta’ magħha

–0,3

 

Tneħħija tax-xaħam estern

 

0

0

+ 2

+ 3

+ 4

Tneħħija tax-xaħam tas-sidra biex titħalla kisja tax-xaħam (it-tessuti muskulari ma għandhomx ikunu mikxufa)

 

0

+0,2

+0,2

+0,3

+0,4

Tneħħija tax-xaħam tal-ġenba li jmiss max-xaħam tal-iskrotu

 

0

+0,3

+0,4

+0,5

+0,6


ANNESS IV

Kontenut tad-dgħif imsemmi fl-Artikolu 23(2)

1.   It-tbassir tal-perċentwal tad-dgħif ikun ibbażat fuq id-dissezzjoni li tkun saret f’konformità mal-metodu ta’ referenza.

2.   Meta ssir dissezzjoni parzjali, it-tbassir tal-perċentwal tad-dgħif ikun ibbażat fuq id-dissezzjoni tal-erba’ qatgħat maġġuri (l-ispalla, il-flett, il-koxxa u ż-żaqq). Il-perċentwal ta’ referenza għad-dgħif għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

Il-piż tad-dgħif f’dawk l-erba’ qatgħat maġġuri (l-ispalla, il-flett, il-koxxa u ż-żaqq) se jiġi kkalkulat billi jitnaqqas it-total tal-elementi tal-erba’ qatgħat li m’humiex dgħif mill-piż totali tal-qatgħat qabel id-dissezzjoni.

3.   Meta ssir dissezzjoni totali, il-perċentwal ta’ referenza għad-dgħif jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

Il-piż tad-dgħif jiġi kkalkulat billi jitnaqqas it-total tal-elementi li ma jkunux dgħif mill-piż totali tal-karkassa qabel id-dissezzjoni. Ir-ras, ħlief għall-ħadd, ma tkunx dissezzjonata.


ANNESS V

Protokoll ta’ metodi ta’ gradazzjoni ta’karkassi ta’ majjali imsemmija fl-Artikolu 23(4)

1.

L-ewwel parti tal-protokoll għandha tagħti deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni u tinkludi b’mod partikolari:

il-perjodu tal-prova u l-iskeda tal-ħin għall-proċedura sħiħa tal-awtorizzazzjoni;

l-għadd u l-post tal-biċċeriji;

id-deskrizzjoni tal-popolazzjoni tal-majjali kkonċernati permezz tal-metodu ta’ valutazzjoni;

l-indikazzjoni tal-metodu ta’ dissezzjoni magħżul (totali jew parzjali);

meta jsir użu ta’ appartat tomografiku bil-kompjuter kif isemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(3), deskrizzjoni tal-proċedura;

preżentazzjoni tal-metodi statistiċi wżati relatati mal-metodu tat-teħid tal-kampjun magħżul;

id-deskrizzjoni tal-metodu nazzjonali mgħaġġel;

il-preżentazzjoni eżatta tal-karkassi li se jintużaw.

2.

It-tieni parti tal-protokoll għandha tagħti deskrizzjoni dettaljata tar-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u tinkludi b’mod partikulari:

preżentazzjoni tal-metodi statistiċi wżati relatati mal-metodu tat-teħid tal-kampjun magħżul;

l-ekwazzjoni li għandha se tkun introdotta jew emendata;

deskrizzjoni numerika u grafika tar-riżultati;

deskrizzjoni tal-apparat il-ġdid,

il-limitu tal-piż tal-majjali li għalihom il-metodu l-ġdid jista’ jintuża u kull limitazzjoni oħra relatata mal-użu prattiku tal-metodu.


ANNESS VI

Skala ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief ta’ piż ta’ karkassa inqas minn 13-il kilo Imsemmi fl-Artikolu 28

Kategorija

A

B

C

Piż

7 kg

7.1 - 10 kg

10.1 - 13 kg

Kwalità

1el

2ni

1el

2ni

1el

2ni

Kulur il-laħam

roża ċar fid-deher

kulur ieħor jew livell ieħor ta’ xaħam

roża ċar fid-deher jew roża

kulur ieħor jew livell ieħor ta’ xaħam

roża ċar fid-deher jew roża

kulur ieħor jew livell ieħor ta’ xaħam

Klassi ta’ kisja tax-xaħam (*)

(2) (3)

(2) (3)

(2) (3)


(*)  Kif definit fil-paragrafu 1 tal-punt C(III) tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007


ANNESS VII

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-klassijiet ta’ konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam ta’ karkassi tan-nagħaġ imsemmija fl-Artikolu 29

1.   KONFORMAZZJONI

Żvilupp tal-profili tal-karkassi, partikolarment il-partijiet essenzjali (il-kwarti tal-koxxa, id-dahar, l-ispalla).

Klassi ta’ konformazzjoni

Dispożizzjonijiet addizzjonali

S

Superjuri

Il-Koxxa ta’ wara

:

b’muskolatura doppja. Profili konvessi ħafna

Dahar

:

konvess ħafna, wiesa’ ħafna u oħxon ħafna

Spalla

:

konvessa ħafna, wiegħsa ħafna u ħoxna ħafna

E

Eċċellenti

Il-Koxxa ta’ wara

:

ħoxna ħafna Profili konvessi ħafna

Dahar

:

konvess ħafna, wiesa’ ħafna u oħxon ħafna, sal-ispalla

Spalla

:

konvessa ħafna, wiegħsa ħafna u ħoxna ħafna

U

Tajba ħafna

Il-Koxxa ta’ wara

:

ħoxna. Profili konvessi ħafna

Dahar

:

wiesa’ u oħxon ħafna, sal-ispalla

Spalla

:

ħoxna u konvessa

R

Tajba

Il-Koxxa ta’ wara

:

profili aktarx dritti

Dahar

:

oħxon imma inqas wiesa’ lejn l-ispalla

Spalla

:

żviluppata tajjeb, imma inqas ħoxna

O

Mhux ħażina

Il-Koxxa ta’ wara

:

Profili aktarx xi ftit konkavi

Dahar

:

bin-nieqes fil-wisa’ u l-ħxuna

Spalla

:

aktarx dejqa Bin-nieqes fil-ħxuna

P

Fqira

Il-Koxxa ta’ wara

:

Profili konkavi għal konkavi ħafna

Dahar

:

dejjaq bl-għadam jidher

Spalla

:

dejqa, ċatta u bl-għadam jidher

2.   GRAD TAL-KISJA TAX-XAĦAM

Ammont ta’ xaħam fuq il-parti esterna u dik interna tal-karkassa.

Klassi tal-kisja tax-xaħam

Dispożizzjonijiet addizzjonali (1)

1.

Baxxa

Estern

Traċċi ta’ jew l-ebda xaħam viżibbli

Intern

Addominali

Traċċi ta’ jew bl-ebda xaħam jidher fuq il-kliewi

Toraċiku

Traċċi ta’ jew bl-ebda xaħam jidher bejn il-kustilji

2.

Ftit

Estern

Saff irqiq ta’ xaħam jiksi parti mill-karkassa imma jista’ jkun inqas evidenti fuq is-saqajn

Intern

Addominali

Traċċi ta’ xaħam jew saff irqiq ta’ xaħam mkebbeb madwar parti mill-kliewi

Toraċiku

Il-mukolu viżibbli sew minn bejn il-kustilji

3.

Medja

Estern

Saff ħafif ta’ kisja ta’ xaħam fuq il-karkassa kollha jew kwazi kollha. Żoni ta’ xaħam ftit imħaxxna fuq il-bazi td-denb

Intern

Addominali

Saff ħafif ta’ xaħam imkebbeb madwar parti mill-kliewi

Toraċiku

Il-muskolu għadu jidher minn bejn il-kustilji

4.

Għolja

Estern

Saff oħxon ta’ xaħam jiksi parti kbira mill-karkassa kollha imma jista’ jkun irqaq fuq is-saqajn u mħaxxen fuq l-ispallejn

Intern

Addominali

Il-kilwa mkebba fix-xaħam

Toraċiku

Il-muskolu ta’ bejn il-kustilji jista’ jkun infiltrat bix-xaħam. Depożiti ta’ xaħam jistgħu jkunu viżibbli fuq il-kustilji

5.

Għolja ħafna

Estern

Kisja ta’ xaħam ħoxna ħafna

Rqajja’ ta’ xaħam xi drabi jidhru

Intern

Addominali

Il-kliewi imkebbin f’saff oħxon ta’ xaħam

Toraċiku

Il-muskolu ta’ bejn il-kustilji infiltrat bix-xaħam. Depożiti ta’ xaħam jidhru fuq il-kustilji


(1)  Id-dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kavità addominali ma japplikawx għall-finijiet tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS VIII

It-tabella ta’ korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 40

1.   REGOLAMENT (KEE) Nru 563/82

Regolament (KEE) Nru 563/82

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 13(1)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 13(2)

L-Artikolu 1(3)

L-Artikolu 13(5), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 1(4)

L-Artikolu 13(5), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 2

L-L-Artikolu 2(3) u (4)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 13(4)

L-Artikolu 4

L-Artikolu 41


2.   REGOLAMENT (KEE) Nru 2967/85

Regolament (KEE) Nru 2967/85

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 22(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 22(2), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 22(3)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 23(2) sa (5)

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 21(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 21(3), ir-raba’ subparagrafu

L-Artikolu 4(3)

L-Artikolu 21(3), il-ħames subparagrafu

L-Artikolu 5

L-Artikolu 21(4), inċiż (a)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 39

L-Artikolu 7

L-Artikolu 41


3.   REGOLAMENT (KEE) Nru 344/91

Regolament (KEE) Nru 344/91

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 6(3)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 6(4)

L-Artikolu 1(2a)

L-Artikolu 6(2)

L-Artikolu 1(3)

L-Artikolu 6(5)

L-Artikolu 1(4)

L-Artikolu 6(6)

L-Artikolu 1(5)

L-Artikolu 7(2), il-frażi tal-introduzzjoni u l-inċiż (a)

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 2(2), il-frażi tal-introduzzjoni u l-ewwel inċiż

L-Artikolu 5

L-Artikolu 2(2), it-tieni inċiż

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 6(7)

L-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 8

L-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 3(1a), mill-ewwel sat-tielet subparagrafu

L-Artikolu 9(1)

L-Artikolu 3(1a), ir-raba’ subparagrafu

L-Artikolu 9(3), inċiż (a)

L-Artikolu 3(1b)

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 3(1c)

L-Artikolu 9(4)

L-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 11(2)

L-Artikolu 3(2), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 11(3)

+ L-Artikolu 3(2), ir-raba’ subparagrafu

L-Artikolu 11(4)

L-Artikolu 3(2), il-ħames subparagrafu

L-Artikolu 12(2)

L-Artikolu 3(2), is-sitt subparagrafu

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 39(2)

L-Artikolu 4

L-Artikolu 41

L-Anness I

L-Anness II, Parti A

L-Anness II

L-Anness II, il-Partijiet B u C


4.   REGOLAMENT (KE) Nru 295/96

Regolament (KE) Nru 295/96

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 14

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 15(1)

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 15(2)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 16(1)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 16(2)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 16(3)

L-Artikolu 3(4)(a)

L-Artikolu 16(4), l-ewwel subparagrafu

L-L-Artikolu 3(4)(b)

L-Artikolu 16(4), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 3(4)(c)

L-Artikolu 16(5)

L-L-Artikolu 3(4)(d)

L-Artikolu 16(6)

L-Artikolu 3(4)(e), l-ewwel subparagrafu, il-frażi introduttorja

L-Artikolu 16(7), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttorja

L-Artikolu 3(4)(e), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

L-Artikolu 16(7), l-ewwel subparagrafu, inċiż(a)

L-Artikolu 3(4)(e), l-ewwel subparagrafu, t-tieni inċiż

L-Artikolu 16(7), l-ewwel subparagrafu, inċiż (c)

L-Artikolu 3(4)(e), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 16(7), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 3(5)

L-Artikolu 16(8)

L-Artikolu 4

L-Artikolu 17

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 18(1)

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 18(2)

L-Artikolu 5(3)

L-Artikolu 37(1)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 19

L-Artikolu 7

L-Artikolu 39(1)

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 41


5.   REGOLAMENT (KE) Nru 103/2006

Regolament (KE) Nru 103/2006

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 41

L-Anness I

L-Anness I

L-Annessi II u III


6.   REGOLAMENT (KE) Nru 908/2006

Regolament (KE) Nru 908/2006

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 25(3), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 41

L-Annessi I sa III


7.   REGOLAMENT (KE) Nru 1128/2006

Regolament (KE) Nru 1128/2006

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 26(1)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 26(2)

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 25(1)

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 25(2)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 41

L-Annessi I u II


8.   REGOLAMENT (KE) Nru 1319/2006

Regolament (KE) Nru 1319/2006

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 27(1)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 27(2)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 27(3)

L-Artikoli 4 u 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 41

L-Annessi I u II


9.   REGOLAMENT (KE) Nru 22/2008

Regolament (KE) Nru 22/2008

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 33

L-Artikolu 2

L-Artikolu 34

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 30(2)

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 30(3)

L-Artikolu 4(3)

L-Artikolu 30(4)

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 31

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 32

L-Artikolu 6

L-Artikolu 38(1), il-frażi tal-introduzzjoni u l-inċiż (a) u (b)

L-Artikolu 7

L-Artikolu 38(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi

L-Artikolu 8

L-Artikolu 38(2), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 38(4), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 38(4), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 9(3)

L-Artikolu 38(4), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 9(4)

L-Artikolu 38(4), ir-raba’ subparagrafu

L-Artikolu 9(5)

L-Artikolu 38(5), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 9(6)

L-Artikolu 38(5), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 10

L-Artikolu 38(6)

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 41

L-Anness I

L-Anness VII

L-Annessi II u III


10.   REGOLAMENT (KE) Nru 710/2008

Regolament (KE) Nru 710/2008

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 41

L-Anness


11.   DEĊIŻJONI 83/471/KEE

Deċiżjoni 83/471/KEE

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 38(1)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 38(2)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 38(3)

L-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 38(4), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 3(2), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 38(4), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 38(4), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 3(4)

L-Artikolu 38(4), ir-raba’ subparagrafu

L-Artikolu 4

L-Artikolu 38(5)

L-Artikolu 5

L-Artikolu 38(6)

L-Artikolu 6


16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1250/2008

tat-12 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 b'rigward għar-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd, tal-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-ibħra maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(a) u (d) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (2), u partikolarment l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, is-saħħa tal-annimali u r-regoli dwar il-welfare tal-annimali (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 jistipula l-miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċertu prodotti skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (6) jipprovdu mudelli ta' ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd u molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem fl-Appendiċi IV u l-Appendiċi V tal-Anness VI.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimentaw id-Direttiva 2006/88/KE rigward il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-introduzzjoni fil-Komunità tal-annimali tal-akkwakultura u prodotti li joriġinaw minnhom u tistipula lista tal-ispeċi vetturi (7) jistipulaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-annimali tal-akkwakultura u prodotti li joriġinaw minnhom għall-konsum mill-bniedem.

(3)

Dawn id-dispożizzjonijiet jinkludu restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti li joriġinaw minnhom ta' speċi suxxettibbli għall-mard tal-annimali akkwatiċi mniżżla fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE u r-rekwiżiti tat-trasport.

(4)

Iċ-ċertifikati mudell stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 għandhom jiġu emendati f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2006/88/KE u r-Regolament (KE) Nru 1251/2008.

(5)

Ir-rekwiżiti speċifiċi rigward il-molluski bivalvi ħajjin imsemmija fit-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplikaw ukoll għall-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-ibħra ħajjin. Għalhekk, jeħtieġ li l-ambitu taċ-ċertifikat jitkabbar għal importazzjonijiet tal-molluski bivalvi ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem billi jiġu inklużi l-ekinodermi ħajjin, it-tunikati ħajjin u l-gastropodi tal-ibħra ħajjin.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Jeħtieġ li jiġi introdott perjodu ta' tranżizzjoni biex l-Istati Membri u l-industrija jiġu permessi jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda stipulati f'dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2074/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri ta’ tranżizzjoni

1.   Għal perjodu ta' tranżizzjoni sat-30 ta' Ġunju 2009, il-kunsinni li għalihom inħareġ ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1664/2006, jistgħu jiġu importati fil-Komunità.

2.   Għal perjodu ta' tranżizzjoni sal-31 ta' Lulju 2010, il-kunsinni li nħareġ ċertifikat tas-saħħa għalihom skont il-mudell stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1664/2006, jistgħu jiġu importati fil-Komunità.

(a)

il-kunsinni tal-prodotti tas-sajd li l-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali stipulata għalihom fil-Parti II tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Appendiċi IV tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 kif emendat minn dan ir-Regolament mhix appikabbli, kif deskritta fin-nota (2) ta' dik il-Parti II;

(b)

il-kunsinni tal-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-ibħra li l-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali stipulata għalihom fil-Parti II tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Appendiċi IV tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 kif emendat minn dan ir-Regolament mhix appikabbli, kif deskritta fin-nota (2) ta' dik il-Parti II;

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(5)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27.

(7)  Ara paġna 41 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Appendiċi IV huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Appendiċi IV mal-Anness VI

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' PRODOTTI TAS-SAJD MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(2)

Il-Parti A tal-Appendiċi V tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

“Appendiċi V tal-Anness VI

IL-PARTI A

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TAL- MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN, L-EKINODERMI, IT-TUNIKATI U L-GASTROPODI TAL-IBĦRA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1251/2005

tat-12 ta’ Diċembru 2008

li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2), l-Artikoli 22 u 25 u l-Artikolu 61(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/88/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ saħħet l-annimali li għandhom jiġu applikati għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom. Id-Direttiva 2006/88/KE tirrevoka u tissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq tal-annimali u prodotti tal-akkwakultura (2) mill-1 ta’ Awwissu 2008.

(2)

Skont id-Direttiva 2006/88/KE, annimal tal-akkwakultura tfisser kwalunkwe annimal akkwatiku, inklużi annimali akkwatiċi ornamentali, fl-istadji kollha ta' ħajtu, inklużi l-bajd u l-isperma/il-gameti, imrobbi f’farm jew f'żona tat-trobbija tal-molluski, inkluż kwalunkwe annimal akkwatiku mill-ambjent naturali intenzjonat għal farm jew għal żona tat-trobbija tal-molluski. Annimali akkwatiċi tfisser ħut, molluski u krustaċji.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/567/KE tas-27 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE (3) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/390/KE tat-23 ta’ Mejju 2003 li tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali għall-ħruġ fis-suq ta’ speċi ta’ annimali tal-akkwakultura li huma kkunsidrati li mhumiex suxxettibbli għal ċertu mard u l-prodotti tagħhom (4) jistabbilixxu ċerti regoli għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali tal-akkwakultura, inklużi r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/804/KE tal-14 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet ta’ molluski, il-bajd u l-gameti tagħhom għal aktar tkabbir, tismin, għal żoni ta’ żamma jew konsum mill-bniedem (5), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/858/KE tal-21 ta’ Novembru 2003 li tippreskrivi l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u l-ħtiġijiet ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ ħut ħaj, il-bajd u gameti tagħhom maħsuba għall-biedja, u ħut ħaj li joriġina mill-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum uman (6) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/656/KE tal-20 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sanitarji tal-annimali u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet ta’ ħut għal finijiet ornamentali (7) jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura fil-Komunità. Dawk id-Deċiżjonijiet jimplimentaw id-Direttiva 91/67/KEE.

(4)

Id-Direttiva 2006/88/KE tipprovdi li t-tqegħid fis-suq ta’ annimali tal-akkwakultura għandu jkun soġġett għaċ-ċertifikazzjoni ta’ saħħet l-annimali meta l-annimali jiddaħħlu fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarat ħieles mill-mard skont dik id-Direttiva jew soġġett għal programm ta’ sorveljanza jew ta’ qerda. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni u mudelli armonizzati ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali f’dan ir-Regolament biex jiġu sostitwiti r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti bid-Direttiva 91/67/KEE u d-Deċiżjonijiet li jimplimentaw dik id-Direttiva.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (8) jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene ta’ ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi fin-negozju tal-ikel, inklużi r-rekwiżiti tal-ippakkjar u l-ittikkettar. Ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni ta’ saħħet l-annimali msemmija fir-Regolament preżenti għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għal aktar ipproċessar qabel il-konsum mill-bniedem m’għandhomx japplikaw għal dawk l-annimali u prodotti ppakkjati u ttikkettati skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(6)

Id-Direttiva 2006/88/KE tipprovdi li l-Stati Membri għandhom jiżguraw li t-tqegħid fis-suq ta’ annimali akkwatiċi ornamentali ma jipperikolax l-istatus tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi fir-rigward ta’ mard mhux eżotiku elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tagħha.

(7)

Annimali akkwatiċi ornamentali mqiegħda fis-suq fil-Komunità u maħsuba għal faċilitajiet mingħajr l-ebda kuntatt dirett ma’ ilmijiet naturali, jiġifieri faċilitajiet ornamentali magħluqa, ma joħolqux l-istess riskji għal oqsma oħra tal-akkwakultura tal-Komunità jew għal annimali selvaġġi. Għalhekk, m’għandhiex tkun meħtieġa ċertifikazzjoni ta’ saħħet l-annimali taħt dan ir-Regolament għal tali annimali.

(8)

Sabiex l-Istati Membri, fejn it-territorju kollu, jew ċerti żoni jew kompartimenti tagħhom, ikunu ddikjarati ħielsa minn waħda jew aktar mill-mard mhux eżotiku li għalihom huma suxxettibbli l-annimali akkwatiċi ornamentali, jiġu pprovduti bl-informazzjoni dwar iċ-ċaqliq fit-territorju tagħhom ta’ annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa, huwa xieraq li dan iċ-ċaqliq jiġi nnotifikat permezz tas-sistema Traces kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (9) u mdaħħla bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces (10).

(9)

Ċaqliq fi ħdan il-Komunità minn faċilitajiet ornamentali magħluqa lejn faċilitajiet ornamentali miftuħa jew l-ambjent naturali, jista’ jirrappreżenta riskju għoli għal oqsma oħra tal-akkwakultura Komunitarja, u m’għandux jitħalla jsir mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

(10)

Id-Direttiva 2006/88/KE tipprovdi li Stati Membri għandhom jieħdu ċerti miżuri minimi ta’ kontroll fil-każ li tiġi kkonfermata marda eżotika jew mhux eżotika elenkata fil-Parti II tal-Anness IV tagħha f’annimali tal-akkwakultura jew f'annimali akkwatiċi selvaġġi jew fil-każ ta’ mard emerġenti. Barra minn dan, id-Direttiva tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tqegħid fis-suq ta’ annimali tal-akkwakultura jkun soġġett għaċ-ċertifikazzjoni ta’ saħħet l-annimali meta l-annimali jitħallew joħorġu minn żona soġġetta għal dawk il-miżuri ta’ kontroll.

(11)

Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għal kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom li joħorġu minn Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal miżuri ta’ kontroll tal-mard.

(12)

Id-Direttiva 2006/88/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom jiddaħħlu fil-Komunità biss jekk ġejjin minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li jkunu fil-lista mħejjija skont dik id-Direttiva.

(13)

L-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura għandha titħalla biss minn pajjiżi terzi li għandhom leġiżlazzjoni dwar saħħet l-annimali u sistema ta’ kontroll ekwivalenti għal dawk fil-Komunità. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti, li minnhom l-Istati Membri huma permessi li jdaħħlu fil-Komunità annimali tal-akkwakultura għall-farms, għal żoni ta’ trobbija, għal meded tal-ilma ripopolati artifiċjalment u faċilitajiet ornamentali miftuħa. Madankollu, l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċertu ħut ornamentali, molluski u krustaċji maħsub għal faċilitajiet ornamentali magħluqa għandha tkun permessa minn pajjiżi terzi li huma membri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE –Organisation for Animal Health).

(14)

Pajjiżi terzi u territorji li jitħallew jesportaw lejn il-Komunità annimali tal-akkwakultura għall-konsum mill-bniedem fuq konsiderazzjonijiet ta’ saħħa pubblika għandhom ukoll jitħallew jesportaw lejn il-Komunità taħt id-dispożizzjonijiet dwar saħħet l-annimali ta’ dan ir-Regolament. Annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom għalhekk jiġu impurtati biss fil-Komunità jekk ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li huma inklużi f’lista magħmula skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (11).

(15)

Tali listi huma mniżżla fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (12) u, għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2009, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (13). Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, dawk il-listi għandhom jitqiesu f’dan ir-Regolament.

(16)

Id-Direttiva 2006/88/KE tistipula li l-importazzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom għandhom ikunu akkumpanjati b’dokument li jinkludi ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mad-dħul tagħhom fil-Komunità. Huwa meħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti fid-dettall il-kundizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali għall-importazzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura fil-Komunità, inklużi mudelli ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, li għandhom jissostitwixxu l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni stabbiliti bid-Direttiva 91/67/KEE.

(17)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (14) jistabbilixxi mudelli ta’ ċertifikati tas-saħħa għal importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ molluski bivalvi ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, ir-Regolament għandu jistipula li dawk il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jakkumpanjaw l-importazzjoni ta’ prodotti koperti b'dan ir-Regolament.

(18)

Annimali akkwatiċi ornamentali, inklużi ħut, molluski u krustaċji, fil-parti l-kbira jiddaħħlu fil-Komunità minn pajjiżi u territorji terzi. Biex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali fil-faċilitajiet ornamentali fi ħdan il-Komunità, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ tali annimali.

(19)

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-istatus tas-saħħa ta’ annimali tal-akkwakultura impurtati fil-Komunità ma jiġix ipperikolat matul il-ġarr lejn il-Komunità.

(20)

Ir-rilaxx fis-selvaġġ ta’ annimali tal-akkwakultura impurtati fil-Komunità toħloq riskju partikolarment għoli għall-istatus ta’ saħħet l-annimali fil-Komunità, peress li l-kontroll u l-qerda tal-mard f’ilmijiet naturali huma diffiċli. Għalhekk, tali rilaxx għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni speċifika mill-awtorità kompetenti u għandu jiġi awtorizzat biss bil-kundizzjoni li jittieħdu miżuri xierqa biex jassiguraw l-istatus ta’ saħħet l-annimali fil-post fejn jiġu rilaxxati.

(21)

Annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-tranżitu mill-Komunità għandhom jikkonformaw mal-istess rekwiżiti bħall-annimali tal-akkwakultura maħsuba għal importazzjoni fil-Komunità.

(22)

Għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu mill-Komunità ta’ kunsinni lejn u mir-Russja minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta’ Kaliningrad li taffettwa biss il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja. Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE tas-7 ta’ Diċembru 2001 li tagħmel lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali u prodotti mill-annimali minn pajjiżi terzi u li taġġorna r-regoli dettaljati dwar il-verifiki li jridu jsiru mill-esperti tal-Kummissjoni (15) u d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (16) għandhom jitqiesu f’dan ir-Regolament.

(23)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u l-prodotti tal-annimali (17) li tistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu osservati fil-ħruġ ta’ ċertifikati veterinarji, għandha tapplika għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa taħt dan ir-Regolament.

(24)

L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2006/88/KE jistipula li fejn dejta xjentifika jew l-esperjenza prattika tissostanzja li speċi oħrajn li mhumiex dawk imsemmija fil-Parti II tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jistgħu jkunu responsabbli għat-trażmissjoni ta’ marda speċifika billi jaġixxu bħala speċi li jgħaddu l-mard (vector), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn dawn l-ispeċi jiddaħħlu għal skopijiet ta' trobbija jew tal-istokkjar mill-ġdid fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarati ħielsa minn dik il-marda speċifika, għandu jkun hemm konformità ma’ ċerti rekwiżiti previsti fid-Direttiva. L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi wkoll għat-tfassil ta’ lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard. Għalhekk għandha tiġi adottata lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard.

(25)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat tliet opinjonijiet dwar dik il-kwistjoni: l-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar is-Saħħa u l-Benesseri tal-Annimali fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-possibbiltà ta’ speċi li jgħaddu l-mard u stadji ta’ żvilupp ta’ speċi suxxettibbli li ma jittrażmettux mard fir-rigward ta’ ċertu mard tal-ħut (18), l-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar is-Saħħa u l-Benesseri tal-Annimali fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-possibbiltà ta’ speċi li jgħaddu l-mard u stadji ta’ żvilupp ta’ speċi suxxettibbli li ma jitrażmettux mard fir-rigward ta’ ċertu mard tal-molluski (19), u l-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar is-Saħħa u l-Benesseri tal-Annimali fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-possibbiltà ta’ speċi li jgħaddu l-mard u stadji ta’ żvilupp ta’ speċi suxxettibbli li ma jittrażmettux mard fir-rigward ta’ ċertu mard tal-krustaċji (20).

(26)

Skont dawk l-opinjonijiet xjentifiċi, il-probabbiltà li l-mard elenkat fid-Direttiva 2006/88/KE jiġi ttrasferit u stabbilit mill-ispeċi li jgħaddu l-mard potenzjali jew gruppi ta’ speċi li jgħaddu l-mard evalwati, ġiet ikklassifikata minn negliġibbli/baxxa ħafna jew moderata, taħt ċerti kundizzjonijiet. Dik l-evalwazzjoni kopriet speċi akkwatiċi li jintużaw fl-akkwakultura u jinbiegħu għal skopijiet ta' trobbija.

(27)

Fit-tfassil tal-lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard, għandhom jitqiesu l-opinjonijiet tal-EFSA. Fid-deċiżjoni dwar liema speċi għandhom jiġu inklużi f’dik il-lista, għandu jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni tal-istatus ta’ saħħet l-annimali tal-annimali tal-akkwakultura fil-Komunità, waqt li fl-istess ħin tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet kummerċjali bla bżonn. Għalhekk, speċi li jippreżentaw riskju moderat ta’ trażmissjoni ta’ mard għandhom, skont dawk l-opinjonijiet, jiġu inklużi fil-lista.

(28)

Ħafna mill-ispeċi identifikati fl-opinjonijiet tal-EFSA bħala vectors possibbli ta’ ċertu mard għandhom jitqiesu biss bħala tali meta joriġinaw minn żona fejn speċi suxxettibbli għall-mard inkwistjoni jkunu preżenti u kkunu maħsuba għal żona fejn ikunu preżenti wkoll l-istess speċi suxxettibbli. Għalhekk, għall-għanijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2006/88/KE, huma biss l-annimali tal-akkwakultura ta’ speċi li possibbilment jgħaddu l-mard li għandhom jitqiesu bħala speċi li jgħaddu l-mard taħt tali kundizzjonijiet.

(29)

Fl-interess taċ-ċarezza u l-koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjonijiet 1999/567/KE, 2003/390/KE, 2003/804/KE, 2003/858/KE u 2006/656/KE għandhom jiġu revokati u sostitwiti b’dan ir-Regolament.

(30)

Huwa xieraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex jippermetti l-Istati Membri u l-industrija jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(31)

Meta wieħed iqis il-fluss kbir ta’ kummerċ ta’ annimali akkwatiċi ornamentali ta’ speċi suxxettibbli għas-sindromu epiżotiku ulċerattiv (EUS) u l-ħtieġa li jitwettqu aktar studji dwar ir-riskju ta’ dik il-marda għall-industrija tal-annimali akkwatiċi ornamentali, inkluża evalwazzjoni mill-ġdid tal-lista ta’ speċi suxxettibbli, għandha tiġi evitata interruzzjoni immedjata tal-importazzjoni ta’ speċi ta’ ħut ornamentali suxxettibbli għall-EUS maħsub biss għal faċilitajiet ornamentali magħluqa. Huwa għalhekk xieraq li jiddaħħal perjodu tranżizzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti relatati ma’ dik il-marda għal dawk il-kunsinni. Perjodu tranżitorju huwa meħtieġ ukoll biex pajjiżi terzi jingħataw żmien biżżejjed biex jiddokumentaw li jkunu ħielsa minn dik il-marda.

(32)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi

(a)

lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard;

(b)

kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali akkwatiċi ornamentali jew li joriġinaw minn faċilitajiet ornamentali magħluqa jew ikunu maħsuba għalihom;

(c)

rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni ta’ saħħet l-annimali għat-tqegħid fis-suq ta’:

(i)

annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, inkluż għal żoni ta’ żamma, għal meded tal-ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment u għal faċilitajiet ornamentali miftuħa, u stokkjar mill-ġdid, u

(ii)

annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem;

(d)

kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni għall-importazzjoni fil-Komunità, u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin matul it-tranżitu, ta’:

(i)

annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, inklużi żoni ta’ żamma, meded tal-ilma fejn isir is-sajd b’ripopolazzjoni artifiċjali u faċilitajiet ornamentali miftuħa;

(ii)

annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem;

(iii)

annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa.

Artikolu 2

Definizjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“faċilitajiet ornamentali magħluqa” tfisser ħwienet tal-annimali domestiċi, ċentri tal-ġardinaġġ, vaski tal-ġonna, akkwarji kummerċjali jew grossisti li jżommu annimali akkwatiċi ornamentali:

(i)

mingħajr l-ebda kuntatt dirett mal-ilmijiet naturali fil-Komunità; jew

(ii)

li huma mgħammra b’sistemi ta’ trattament tad-dranaġġ li jnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni ta’ mard għall-ilmijiet naturali għal livell aċċettabbli;

(b)

“facilità ornamentali miftuħa” tfisser faċilitajiet ornamentali għajr faċilitajiet ornamentali magħluqa;

(c)

“stokkjar mill-ġdid” tfisser rilaxx ta’ annimali tal-akkwakultura fl-ambjent naturali.

KAPITOLU II

SPEĊI LI JGĦADDU L-MARD

Artikolu 3

Lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard

L-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 tat-tabella fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu biss bħala li jgħaddu l-mard (vectors) għall-finijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2006/88/KE fejn dawk l-annimali jossodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kolonni 3 u 4 ta’ dik it-tabella.

KAPITOLU III

TQEGĦID FIS-SUQ TA’ ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA

Artikolu 4

Annimali akkwatiċi ornamentali li joriġinaw minn faċilitajiet ornamentali jew huma maħsuba għalihom

1.   Iċ-ċaqliq ta’ annimali akkwatiċi ornamentali għandu jkun soġġett għal notifika bis-sistema komputerizzata prevista fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 90/425/KE (Traces) fejn l-annimali:

(a)

joriġinaw minn faċilitajiet ornamentali fi Stat Membru wieħed;

(b)

ikunu maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa fi Stat Membru ieħor, fejn it-territorju kollu, jew żoni jew kompartimenti tiegħu:

(i)

ikunu ddikjarati ħielsa minn waħda jew aktar mill-mard mhux eżotiku elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE skont l-Artikoli 49 jew 50 tagħha; jew

(ii)

ikunu soġġetti għal programm ta’ sorveljanza jew qerda skont l-Artikolu 44(1) jew (2) ta’ dik id-Direttiva; u

(c)

ikunu speċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard li għalihom l-Istat Membru jew iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jkunu ddikjarati ħielsa mill-mard, jew li għalihom japplika programm ta’ sorveljanza jew qerda, kif imsemmi fil-punt (b).

2.   Annimali akkwatiċi ornamentali miżmuma f’faċilitajiet ornamentali magħluqa m’għandhomx jiġu rilaxxati f’faċilitajiet ornamentali miftuħa, farms, żoni ta’ żamma, meded tal-ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, żoni ta’ trobbija tal-molluski jew fis-selvaġġ, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti għandha tagħti din l-awtorizzazzjoni fil-każ biss li r-rilaxx ma jipperikolax l-istatus tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi fil-post tar-rilaxx u għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri xierqa biex jitnaqqas ir-riskju.

Artikolu 5

Annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, għal żoni ta’ żamma, għal meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, faċilitajiet ornamentali miftuħa u stokkjar mill-ġdid

Kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, żoni ta’ żamma, meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, faċilitajiet ornamentali miftuħa, jew stokkjar mill-ġdid għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mimli skont il-mudell stabbilit fil-Parti A tal-Anness II u n-noti ta’ spjegazzjoni fl-Anness V, fejn l-annimali:

(a)

jiddaħħlu fi Stati Membri, żoni u kompartimenti:

(i)

iddikjarati ħielsa minn waħda jew aktar mill-mard mhux eżotiku elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE skont l-Artikoli 49 jew 50 tagħha; jew

(ii)

soġġetti għal programm ta’ sorveljanza jew qerda skont l-Artikolu 44(1) jew (2) ta’ dik id-Direttiva;

(b)

ikunu ta’ speċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard, jew speċi li jgħaddu waħda jew aktar mill-mard, li għalihom l-Istat Membru, żona jew kompartiment ikkonċernati jkunu ddikjarati ħielsa mill-mard, jew li għalihom japplika programm ta’ sorveljanza jew qerda kif imsemmi fil-punt (a).

Artikolu 6

Annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għal aktar ipproċessar qabel il-konsum mill-bniedem

1.   Kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għal aktar ipproċessar qabel il-konsum mill-bniedem, għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mimli skont il-mudell stabbilit f’Parti B tal-Anness II u n-noti ta’ spjegazzjoni fl-Anness V, fejn dawn il-kunsinni:

(a)

jiddaħħlu fi Stati Membri, żoni jew kompartimenti:

(i)

iddikjarati ħielsa minn waħda jew aktar mill-mard mhux eżotiku fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE skont l-Artikoli 49 jew 50 ta’ dik id-Direttiva; jew

(ii)

soġġetti għal programm ta’ sorveljanza jew qerda skont l-Artikolu 44(1) jew (2) ta’ dik id-Direttiva;

(b)

ikunu ta’ speċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard li għalihom l-Istat Membru, żona jew kompartiment ikkonċernati jkunu ddikjarati ħielsa mill-mard, jew li għalihom japplika programm ta’ sorveljanza jew qerda, kif imsemmi fil-punt (a).

2.   Il-paragrafu 1 ma japplikax għal:

(a)

ħut li jkun tbiċċer u tnaddaf mill-ġewwieni qabel ma ntbagħat;

(b)

molluski u krustaċji maħsuba għall-konsum mill-bniedem u ppakkjati u ttikkettati għal dak il-għan skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004, u li:

(i)

ma jkunux vijabbli, jiġifieri mhux aktar f’kundizzjoni li jsalvaw bħala annimali ħajjin jekk jitreġġgħu lura fl-ambjent li ttieħdu minnu; jew

(ii)

ikunu maħsuba għal aktar ipproċessar mingħajr ħżin temporanju fil-post tal-ipproċessar;

(c)

annimali tal-akkwakultura jew prodotti tagħhom imqiegħda fis-suq għall-konsum mill-bniedem mingħajr aktar ipproċessar, sakemm ikunu ppakkjati f’pakketti għal bejgħ bl-imnut li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet għal tali pakketti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 7

Molluski u krustaċji ħajjin maħsuba għal ċentri ta’ tisfija, ċentri ta’ spedizzjoni u negozji simili qabel il-konsum mill-bniedem

Kunsinni ta’ molluski u krustaċji ħajjin maħsuba għal ċentri ta’ tisfija, ċentri ta’ spedizzjoni u negozji simili qabel il-konsum mill-bniedem, għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mimli skont il-mudell stabbilit fil-Parti B tal-Anness II u n-noti ta’ spjegazzjoni fl-Anness V, fejn huma:

(a)

jiddaħħlu fi Stati Membri, żoni u kompartimenti:

(i)

iddikjarati ħielsa minn waħda jew aktar mill-mard mhux eżotiku elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE skont l-Artikoli 49 jew 50; jew

(ii)

soġġetti għal programm ta’ sorveljanza jew qerda skont l-Artikolu 44(1) jew (2) ta’ dik id-Direttiva;

(b)

ikunu ta’ speċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard li għalihom l-Istat Membru, żona jew kompartiment ikkonċernati jkunu ddikjarati ħielsa mill-mard, jew li għalihom japplika programm ta’ sorveljanza jew qerda, kif imsemmi fil-punt (a).

Artikolu 8

Annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom li jitilqu minn Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal miżuri ta’ kontroll tal-mard, inklużi programmi ta’ qerda

1.   Kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom li jitilqu minn Stati Membri, żoni jew kompartimenti soġġetti għall-miżuri ta’ kontroll tal-mard previsti fit-Taqsimiet 3 sa 6 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE, iżda li jkunu ngħataw eżenzjoni mill-awtorità kompetenti minn dawk il-miżuri ta’ kontroll tal-mard, għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mimli skont il-mudell stabbilit fi:

(a)

il-Parti A tal-Anness II u fin-noti ta’ spjegazzjoni fl-Anness V fejn il-kunsinni jikkonsistu f’annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, żoni ta’ żamma, meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, faċilitajiet ornamentali miftuħa jew stokkjar mill-ġdid; u

(b)

il-Parti B tal-Anness II u fin-noti ta’ spjegazzjoni tal-Anness V fejn il-kunsinni jikkonsistu f’annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għal aktar ipproċessar, ċentri ta’ tisfija, ċentri ta’ spedizzjoni jew negozji simili qabel il-konsum mill-bniedem.

2.   Kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, żoni ta’ żamma, meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, faċilitajiet ornamentali miftuħa jew stokkjar mill-ġdid għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mimli skont il-mudell stabbilit fil-Parti A tal-Anness II u fin-noti ta’ spjegazzjoni fl-Anness V, fejn dawn:

(a)

ikunu qed jitilqu minn Stat Membru, żona jew kompartiment bi programm ta’ qerda approvat skont l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/88/KE;

(b)

ikunu ta' speċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard, jew speċi li jgħaddu waħda jew aktar mill-mard, li għalih japplika l-programm ta’ qerda, kif imsemmi fil-punt (a).

3.   Kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għal aktar ipproċessar, ċentri ta’ tisfija, ċentri ta’ spedizzjoni jew negozji simili qabel il-komsum mill-bniedem għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont il-mudell stabbilit fil-Parti B tal-Anness II u n-noti ta’ spjegazzjoni fl-Anness V, fejn dawn:

(a)

ikunu qed jitilqu minn Stat Membru, żona jew kompartiment bi programm ta’ qerda approvat skont l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/88/KE;

(b)

ikunu ta’ speċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard li għalih japplika l-programm ta’ qerda, kif imsemmi fil-punt (a).

4.   Dan l-Artikolu ma japplikax għal:

(a)

ħut li jkun tbiċċer jew tnaddaf mill-ġewwieni qabel ma ntbagħat;

(b)

molluski u krustaċji maħsuba għall-konsum mill-bniedem u ppakkjati u ttikkettati għal dak il-għan skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004, u li:

(i)

ma jkunux vijabbli, jiġifieri mhux aktar f’kundizzjoni li jsalvaw bħala annimali ħajjin jekk jitreġġgħu lura fl-ambjent li ittieħdu minnu; jew

(ii)

ikunu maħsuba għal aktar ipproċessar mingħajr ħżin temporanju fil-post tal-ipproċessar;

(c)

annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom imqiegħda fis-suq għall-konsum mill-bniedem mingħajr aktar ipproċessar, sakemm ikunu ppakkjati f’pakketti għal bejgħ bl-imnut li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar dawn il-pakketti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 9

Dħul ta’ annimali tal-akkwakultura wara l-ispezzjoni

Fejn dan il-Kapitolu jistipula li tinħtieġ spezzjoni qabel il-ħruġ ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ annimali, annimali tal-akkwakultura ħajjin ta’ speċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard, jew speċi li jgħaddu waħda jew aktar mill-mard, imsemmi f’dak iċ-ċertifikat, m’għandhomx jiddaħħlu fil-farm jew żona ta’ tkabbir tal-molluski matul il-perjodu bejn dawn l-ispezzjonijiet u t-tagħbija tal-kunsinna.

KAPITOLU IV

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-IMPORTAZZJONI

Artikolu 10

Annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, żoni ta’ żamma, meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment u faċilitajiet ornamentali miftuħa

1.   Annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, żoni ta’ żamma, meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment u faċilitajiet ornamentali miftuħa għandhom jiġu impurtati fil-Komunità biss jekk ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti elenkati fl-Anness III.

2.   Kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mimli skont il-mudell stabbilit fil-Parti A tal-Anness IV u n-noti ta’ spjegazzjoni fl-Anness V;

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ saħħet l-annimali stabbiliti fil-mudell taċ-ċertifikat u n-noti ta’ spjegazzjoni, kif imsemmija fil-punt (a).

Artikolu 11

Annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa

1.   Ħut ornamentali ta’ speċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE u maħsub għal faċilitajiet ornamentali magħluqa għandu jiġi impurtat fil-Komunità biss jekk ġej minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ħut ornamentali li mhux ta’ speċi suxxettibbli għal xi mard elenkat fil-lista fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE, u molluski ornamentali u krustaċji ornamentali, maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa, għandhom jiġu impurtati fil-Komunità biss jekk ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji li huma membri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

3.   Kunsinni ta’ annimali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom:

(a)

ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont il-mudell stabbilit fil-Parti B tal-Anness IV u fin-noti ta’ spjegazzjoni tal-Anness V; u

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ saħħet l-annimali stabbiliti fil-mudell tac-ċertifikat u n-noti ta’ spjegazzjoni kif imsemmija fil-punt (a).

Artikolu 12

Annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem

1.   Annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu impurtati fil-Komunità biss jekk ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti inklużi fil-lista mħejjija skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

2.   Kunsinni ta’ annimali u prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

ikunu akkumpanjati b’ċertifikat konġunt tas-saħħa pubblika u tal-annimali mimli skont il-mudelli rilevanti stabbiliti fl-Appendiċijiet IV u V tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005; u

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ saħħet l-annimali u n-noti stabbiliti fil-mudell ta’ ċertifikati u attestazzjonijiet, kif imsemmi fil-punt (a).

3.   Dan l-Artikolu ma japplikax fejn l-annimali tal-akkwakultura jkunu maħsuba għal żoni ta’ żamma jew treġġigħ lura f’ilmijiet tal-Komunità, f’liema każ għandu japplika l-Artikolu 10.

Artikolu 13

Ċertifikazzjoni elettronika

Ċertifikazzjoni elettronika u sistemi oħra maqbula armonizzati f’livell Komunitarju jistgħu jintużaw għaċ-ċertifikati u l-attestazzjonijiet previsti f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 14

Ġarr ta’ annimali tal-akkwakultura

1.   Annimali tal-akkwakultura għall-importazzjoni fil-Komunità m’għandhomx jinġarru f’kundizzjonijiet li jistgħu jibdlu l-istatus tas-saħħa tagħhom. B’mod partikolari m’għandhomx jinġarru fl-istess ilma jew mikro-reċipjent bħal annimali akkwatiċi ta’ status ta’ saħħa inferjuri jew li ma jkunux maħsuba għall-importazzjoni fil-Komunità.

2.   Matul il-ġarr lejn il-Komunità, l-annimali tal-akkwakultura m’għandhomx jinħattu mill-mikro-reċipjent tagħhom u l-ilma li jkunu qed jinġarru fih m’għandux jinbidel fit-territorju ta’ pajjiż terz li mhux approvat għall-importazzjoni ta’ dawn l-annimali fil-Komunità jew li għandu status ta’ saħħa inferjuri mill-post tad-destinazzjoni.

3.   Fejn kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura jinġarru fuq il-baħar lejn il-fruntiera Komunitarja, addenda għall-ġarr fuq il-baħar ta’ annimali tal-akkwakultura ħajjin, mimlija skont il-mudell stabbilit fil-Parti D tal-Anness IV, għandha tiġi mehmuża maċ-ċertifikat rilevanti tas-saħħa tal-annimali.

Artikolu 15

Rekwiżiti għar-rilaxx ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u għall-ilma tal-ġarr

1.   Annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom impurtati fil-Komunità u maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu mmaniġġati b’mod approprjat biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ilmijiet naturali fil-Komunità.

2.   Annimali tal-akkwakultura impurtati fil-Komunità m’għandhomx jiġu rilaxxati fl-ambjent naturali fil-Komunità, jekk mhux bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni fil-każ biss li r-rilaxx ma jipperikolax l-istatus tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi fil-post tar-rilaxx u għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri xierqa għat-tnaqqis tar-riskju.

3.   Ilma tal-ġarr minn kunsinni impurtati ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom għandu jiġi mmaniġġat b’mod xieraq biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ilmijiet naturali fil-Komunità.

KAPITOLU V

KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TRANŻITU

Artikolu 16

Tranżitu u ħżin

Kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura ħajjin, bajd tal-ħut u ħut bil-ġewwieni b'kollox li jiddaħħlu fil-Komunità, iżda jkunu maħsuba għal pajjiż terz, kemm bi tranżitu immedjat mill-Komunità, jew wara l-ħżin fil-Komunità, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV. Iċ-ċertifikat, li jakkumpanja l-kunsinni, għandu jkollu l-kliem “għat-tranżitu mill-KE”. Il-kunsinni għandhom ikunu akkumpanjati wkoll biċ-ċertifikat meħtieġ mill-pajjiż terz tad-destinazzjoni.

Madankollu, fejn dawk il-kunsinni jkunu maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mimli skont il-mudell stabbilit fil-Parti C tal-Anness IV u fin-noti ta’ spjegazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 17

Deroga għal tranżitu mil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja

1.   B’deroga mill-Artikolu 16, għandu jiġi awtorizzat it-tranżitu fuq it-triq jew bil-ferrovija bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE, ta’ kunsinni ġejjin mir-Russja jew fi triqthom lejha, direttament jew minn pajjiż terz ieħor, fejn ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kunsinna tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tad-dħul;

(b)

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna, kif previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, ikunu ttimbrati bil-kliem “Għat-tranżitu biss mill-KE lejn ir-Russja” fuq kull paġna mill-ispettur uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fuq il-konfini tad-dħul;

(c)

ikunu hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE; u

(d)

il-kunsinna tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fuq id-dokument veterinarju komuni tad-dħul, maħruġ mill-ispettur uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fuq il-konfini tad-dħul.

2.   Il-kunsinni msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jinħattu jew jinħażnu, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-Komunità.

3.   Għandhom jitwettqu verifiki regolari mill-awtorità kompetenti biex jiżguraw li l-għadd ta’ kunsinni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, u l-kwantitajiet ta’ prodotti korrispondenti li jitilqu mill-Komunità jaqblu man-numru u l-kwantitajiet li jidħlu fil-Komunità.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 18

Rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti f’leġiżlazzjoni Komunitarja oħra

Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali meħtieġa skont il-Kapitoli III, IV u V ta’ dan ir-Regolament għandhom, fejn ikun xieraq, jinkludu kull rekwiżit taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali skont:

(a)

miżuri ta' prevenzjoni tad-dħul ta' mard jew ta' kontroll ta' mard mhux elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE, approvati skont l-Artikolu 43(2) tiegħu; jew

(b)

l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE (21).

Artikolu 19

Revoki

Id-Deċiżjonijiet 1999/567/KE, 2003/390/KE, 2003/804/KE, 2003/858/KE u 2006/656/KE huma revokati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

Referenzi għad-Deċiżjonijiet revokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Għal perjodu tranżizzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2009, l-annimali akkwatiċi ornamentali msemmija fl-Artikolu 4(1) jistgħu jitqiegħdu fis-suq mingħajr notifika taħt is-sistema komputerizzata prevista fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 90/425/KE (Traces) kemm-il darba jkunu waslu fil-post tad-destinazzjoni finali tagħhom qabel dik id-data.

2.   Għal perjodu tranżizzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2009, kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom akkumpanjati b’dokument ta’ ċaqliq jew ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont l-Anness E tad-Direttiva 91/67/KEE jew id-Deċiżjonijiet 1999/567/KE u 2003/390/KE jistgħu jitqiegħdu fis-suq kemm-il darba jilħqu l-post tad-destinazzjoni finali tagħhom qabel dik id-data.

3.   Għal perjodu tranżizzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2009, il-kunsinni li ġejjin ta’ annimali akkwatiċi u prodotti tagħhom jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità jew jgħaddu minnha għal skopijiet ta’ tranżitu:

(a)

kunsinni akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont id-Deċiżjonijiet 2003/804/KE, 2003/858/KE u 2006/656/KE;

(b)

kunsinni koperti mill-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament, iżda li ma jkunux koperti mid-Deċiżjonijiet 2003/804/KE, 2003/858/KE u 2006/656/KE.

L-Artikolu 14(3) m’għandux japplika għall-kunsinni msemmija fil-punti (a) u (b) matul dak il-perjodu.

4.   Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi, territorji, żoni u kompartimenti elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005.

5.   Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ annimali akkwatiċi ornamentali ta’ speċi suxxettibbli għas-sindromu epiżotiku ulċerattiv (EUS) maħsuba esklużivament għal faċilitajiet ornamentali magħluqa minn pajjiżi terzi jew territorji li huma Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);

Matul dak il-perjodu tranżizzjonali, ir-rekwiżiti relatati mal-EUS stabbiliti fil-Parti II.2 taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti B tal-Anness IV, m’għandhomx japplikaw għal annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba esklużivament għal faċilitajiet ornamentali magħluqa.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 216, 14.8.1999, p. 13.

(4)  ĠU L 135, 3.6.2003, p. 19.

(5)  ĠU L 302, 20.11.2003, p. 22.

(6)  ĠU L 324, 11.12.2003, p. 37.

(7)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 71.

(8)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(9)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(10)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.

(11)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(12)  ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53.

(13)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.

(14)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27.

(15)  ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44.

(16)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(17)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.

(18)  EFSA Journal (2007) 584, 1-163.

(19)  EFSA Journal (2007) 597, 1-116.

(20)  EFSA Journal (2007) 598, 1-91.

(21)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 5.


ANNESS I

Lista ta’ speċi bil-probabbiltà li jgħaddu l-mard u l-kundizzjonijiet li taħthom dawk l-ispeċi għandhom jitqiesu bħala vectors

Mard

Vectors

 

Speċi li għandhom jitqiesu bħala vectors għall-finijiet tal-Artikolu 17(1) u (2) fejn il-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati fil-Kolonna 3 u 4 ta’ din it-tabella huma sodisfatti.

Kundizzjonijiet addizzjonali relatati mal-post tal-oriġini tal-annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2

Kundizzjonijiet addizzjonali relatati mal-post tad-destinazzjoni tal-annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2

Kolonna 1

Kolonna 2

Kolonna 3

Kolonna 4

Nekrosi ematopojetika epiżotika

Karpjun ta’ rasu kbira (Aristichthys nobilis), Il-ħuta l-ħamra (Carassius auratus), Karassju (C. carassius), Karpjun komuni u l-karpjun koi (Cyprinus carpio), Karpjun fiddieni (Hypophtalmichthys molitrix), Ħut tal-genera (Leuciscus spp), Mazzun (Rutilus rutilus), Rudd (Scardinius erythrophthalmus), Tinka (Tinca tinca)

Ebda kundizzjoni addizzjonali

Ebda kundizzjoni addizzjonali

Is-Sindromu ulċerativ epiżotiku

Karpjun ta’ rasu kbira (Aristichthys nobilis), Il-ħuta l-ħamra (Carassius auratus), Karassju (C. carassius), Karpjun komuni u l-karpjun koi (Cyprinus carpio), Karpjun fiddieni (Hypophtalmichthys molitrix), Chub (Leuciscus spp), Mazzun (Rutilus rutilus), Rudd (Scardinius erythrophthalmus), Tinka (Tinca tinca)

Swan mussel (Anodonta cygnea), Gambli tal-ilma (Astacus astacus), Signal crayfish (Pacifastacus leniusculus), Gamblu tal-ilmijiet ħomor (Procambarus clarkii)

Ebda kundizzjoni addizzjonali

Ebda kundizzjoni addizzjonali

L-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

Gajdri Portugiżi (Crassostrea angulata), Gajdra kikkra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas), Gajdra kikkra Amerikana (Crassostrea virginica)

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta joriġinaw minn farm jew żona ta’ tkabbir tal-molluski fejn ikunu preżenti speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkata fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta jkunu maħsuba għal farm jew żona ta’ tkabbir tal-molluski li fiha speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

L-infezzjoni bil-Perkinsus marinus

Awwista tal-Ewropa (Homarus gammarus), Granċ tal-baħar (Brachyura spp.), Awwist tal-ilma ħelu (Cherax destructor), Gamblu kbir tax-xmajjar (Macrobrachium rosenbergii), Awwisti (Palinurus spp.), Granċ għawwiem (Portunus puber), Granċ tat-tajn indopaċifiku (Scylla serrata), Gamblu abjad tal-Indja (Penaeus indicus), Gamblu Kuruma (Penaeus japonicus), Gamblu imperjali (Penaeus kerathurus), Gamblu ikħal (Penaeus stylirostris), Gamblu abjad (Penaeus vannamei)

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta joriġinaw minn farm jew żona ta’ tkabbir tal-molluski fejn ikunu preżenti speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkata fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta jkunu maħsuba għal farm jew żona ta’ tkabbir tal-molluski li fihom speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

L-infezzjoni bil-Microcytos mackini

Xejn

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Is-Sindromu Taura

Penshells (Atrina spp.), Bronja komuni (Buccinum undatum), Gajdri Portugiżi (Crassostrea angulata), Common edible cockle (Cerastoderma edule), Gajdra kikkra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas), Gajdra kikkra Amerikana (Crassostrea virginica), Feles (Donax trunculus), Ezo abalone (Haliotis discus hannai), Widnet il-Baħar (Haliotis tuberculata), Branktutli (Littorina littorea), Arzella (Mercenaria mercenaria), Japanese hard clam (Meretrix lusoria), Sand gaper (Mya arenaria), Mollusk blu (Mytilus edulis), Mollusk Mediterranju (Mytilus galloprovincialis), Qarnit (Octupus vulgaris), Gajdra ċatta Ewropea (Ostrea edulis), Arzell kbir tal-Atlantiku (Pecten maximus), Arzella nigra (Ruditapes decussatus), Gandoffla Ġappuniża (Ruditapes philippinarum), Siċċa (Sepia officinalis), Stromboid conchs (Strombus spp.), European aurora venus clam (Venerupis aurea), Pullet carpet shell (Venerupis pullastra), Gandoffla (Venus verrucosa)

Awwista tal-Ewropa (Homarus gammarus), Granċ tal-baħar (Brachyura spp.), Awwist tal-ilma ħelu (Cherax destructor), Gamblu kbir tax-xmajjar (Macrobrachium rosenbergii), Awwisti (Palinurus spp), Granċ għawwiem (Portunus puber), Granċ tat-tajn indopaċifiku (Scylla serrata), Gamblu abjad tal-Indja (Penaeus indicus), Gamblu Kuruma (Penaeus japonicus), Gamblu imperjali (Penaeus kerathurus).

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta joriġinaw minn farm fejn ikunu preżenti speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkata fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta jkunu maħsuba għal farm li fih speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Il-Marda Yellowhead

Penshells (Atrina spp.), Bronja komuni (Buccinum undatum), Gajdri Portugiżi (Crassostrea angulata), Common edible cockle (Cerastoderma edule), Gajdra kikkra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas), Gajdra kikkra Amerikana (Crassostrea virginica), Feles (Donax trunculus), Ezo abalone (Haliotis discus hannai), Widnet il-Baħar (Haliotis tuberculata), Branktutli (Littorina littorea), Arzella (Mercenaria mercenaria), Japanese hard clam (Meretrix lusoria), Sand gaper (Mya arenaria), Mollusk blu (Mytilus edulis), Mollusk Mediterranju (Mytilus galloprovincialis), Qarnit (Octopus vulgaris), Gajdra ċatta Ewropea (Ostrea edulis), Arzell kbir tal-Atlantiku (Pecten maximus), Arzella nigra (Ruditapes decussatus), Gandoffla Ġappuniża (Ruditapes philippinarum), Siċċa (Sepia officinalis), Stromboid conchs (Strombus spp.), European aurora venus clam (Venerupis aurea), Pullet carpet shell (Venerupis pullastra), Gandoffla (Venus verrucosa)

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta joriġinaw minn farm fejn ikunu preżenti speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Ebda kundizzjoni addizzjonali ma tapplika marbuta mal-post tad-destinazzjoni.

Settiċemija emorraġika virali(VHS)

Sturjun Beluga (Huso huso), Sturjun tad-Danubju (Acipenser gueldenstaedtii), Sturjun Sterlet (Acipenser ruthenus), Sturjun Starry (Acipenser stellatus), Sturjun (Acipenser sturio), Sturjun Siberjan(Acipenser Baerii)

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta joriġinaw minn farm jew żona ta’ lqugħ tax-xmara fejn ikunu preżenti speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta jkunu maħsuba għal farm li fih speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Karpjun ta’ rasu kbira (Aristichthys nobilis), Il-ħuta l-ħamra (Carassius auratus), Karassju (C. carassius), Karpjun komuni u l-karpjun koi (Cyprinus carpio), Karpjun fiddieni (Hypophtalmichthys molitrix), Chub (Leuciscus spp), Roach (Rutilus rutilus), Rudd (Scardinius erythrophthalmus), Tinka (Tinca tinca)

North African catfish (Clarias gariepinus), Northern Pike (Esox lucius) Catfish (Ictalurus spp.), Bullhead sewda (Ameiurus melas), Channel Catfish (Ictalurus punctatus), Pangas Catfish (Pangasius pangasius), Pike perch (Sander lucioperca), Catfish wels (Silurus glanis)

Spnotta Ewropea (Dicentrarchus labrax), Spnotta (Morone chrysops x M. saxatilis), Mulett tal-iswed (Mugil cephalus), Red drum (Sciaenops ocellatus), Gurbell rar (Argyrosomus regius), Pixxitanbur Shi (Umbrina cirrosa), True tunas (Thunnus spp.), Tonn Atlantiku (Thunnus thynnus), Ċerna (Epinephelus aeneus), Dusky grouper (Epinephelus marginatus), Epinephelus marginatus), Lingwata tas-Senegal (Solea senegalensis), Lingwata komuni (Solea solea), Paġella ħamra (Pagellus erythrinus), Denċi komuni (Dentex dentex), Awrat (Sparus aurata), Sargu Komuni (Diplodus sargus), Bażuga (Pagellus bogaraveo), Pagru tal-Ġappun (Pagrus major), Diplodus vulgaris, Mogħza (Diplodus puntazzo), Xirghien (Diplodus vulgaris), Pagru (Pagrus pagrus)

Tilapia spp. (Oreochromis)

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta joriġinaw minn farm jew żona ta’ lqugħ tax-xmara fejn ikunu preżenti speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta jkunu maħsuba għal farm li fih speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

Sturjun Beluga (Huso huso), Sturjun tad-Danubju (Acipenser gueldenstaedtii), Sturjun Sterlet (Acipenser ruthenus), Sturjun Starry (Acipenser stellatus), Sturjun (Acipenser sturio), Sturjun Siberjan (Acipenser Baerii)

Karpjun ta’ rasu kbira (Aristichthys nobilis), Il-ħuta l-ħamra (Carassius auratus), Karassju (C. carassius), Karpjun komuni u l-karpjun koi (Cyprinus carpio), Karpjun fiddieni (Hypophtalmichthys molitrix), Chub (Leuciscus spp), Mazzun (Rutilus rutilus), Rudd (Scardinius erythrophthalmus) Tinka (Tinca tinca)

North African Catfish (Clarias gariepinus), Catfish (Ictalurus spp.), Bullhead sewda (Ameiurus melas), Channel Catfish (Ictalurus punctatus), Pangas Catfish (Pangasius pangasius), Pike perch (Sander lucioperca), Catfish wels (Silurus glanis)

Ħalibatt (Hippoglossus hippoglossus), Il-barbun tal-għajn Ewropew (Platichthys flesus), Merluzz tal-Atlantiku (Gadus morhua), Bakkaljaw (Melanogrammus aeglefinus)

Gambli tal-ilma (Astacus astacus), Signal crayfish (Pacifastacus leniusculus), Redswamp crayfish (Procambarus clarkii)

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta joriġinaw minn farm jew żona ta’ lqugħ tax-xmara fejn ikunu preżenti speċi suxxettibbli għal dak il-mard..

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta jkunu maħsuba għal farm li fih speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Il-marda tal-virus tal-erpete tal-koi (KHV)

Xejn

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

L-Anemija infettiva tas-salamun(ISA)

Xejn

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Infezzjoni b’Marteilia refringens

Common edible cockle (Cerastoderma edule), Feles (Donax trunculus), Sand gaper (Mya arenaria), Arzella (Mercenaria mercenaria), Japanese hard clam (Meretrix lusoria), Arzella nigra (Ruditapes decussatus), Gandoffla Ġappuniża (Ruditapes philippinarum), European aurora venus clam (Venerupis aurea), Pullet carpet shell (Venerupis pullastra), Gandoffla (Venus verrucosa)

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta joriġinaw minn farm jew żona ta’ tkabbir tal-molluski fejn ikunu preżenti speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta jkunu maħsuba għal farm li fih speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Infezzjoni b’Bonamia ostreae

Common edible cockle (Cerastoderma edule), Feles (Donax trunculus), Sand gaper (Mya arenaria), Arzella (Mercenaria mercenaria), Japanese hard clam (Meretrix lusoria), Arzella nigra (Ruditapes decussatus), Gandoffla Ġappuniża (Ruditapes philippinarum), European aurora venus clam (Venerupis aurea), Pullet carpet shell (Venerupis pullastra), Gandoffla (Venus verrucosa)

Arzell kbir tal-Atlantiku (Pecten maximus)

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta joriġinaw minn farm jew żona ta’ tkabbir tal-molluski fejn ikunu preżenti speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkata fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta jkunu maħsuba għal farm jew żona ta’ tkabbir tal-molluski li fiha speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Il-Marda tat-tikka bajda

Penshells (Atrina spp.), Bronja komuni (Buccinum undatum), Gajdri Portugiżi (Crassostrea angulata), Common edible cockle (Cerastoderma edule), Gajdra kikkra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas), Gajdra kikkra Amerikana (Crassostrea virginica), Feles (Donax trunculus, Ezo abalone (Haliotis discus hannai), Widnet il-Baħar (Haliotis tuberculata), Branktutli (Littorina littorea), Arzella (Mercenaria mercenaria), Japanese hard clam (Meretrix lusoria), (Mya arenaria), Mollusk blu (Mytilus edulis), Mollusk Mediterran (Mytilus galloprovincialis), Qarnit (Octopus vulgaris), Gajdra ċatta Ewropea (Ostrea edulis), Arzell kbir tal-Atlantiku (Pecten maximus), Arzella nigra (Ruditapes decussatus), Gandoffla Ġappuniża (Ruditapes philippinarum), Siċċa (Sepia officinalis), Stromboid conchs (Strombus spp.), European aurora venus clam (Venerupis aurea), Pullet carpet shell (Venerupis pullastra), Gandoffla (Venus verrucosa)

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta huma joriġinaw minn farm fejn ikunu preżenti speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

Annimali akkwatiċi tal-ispeċi elenkati fil-Kolonna 2 għandhom jitqiesu biss bħala vectors tal-mard elenkat fil-Kolonna 1 meta jkunu maħsuba għal farm li fih speċi suxxettibbli għal dak il-mard.


ANNESS II

PARTI A

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq ta' annimali tal-akkwakultura għat-trobbija, żoni ta’ żamma, meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, faċilitajiet ornamentali miftuħa u stokkjar mill-ġdid

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI B

Mudell taċ-ċertifikat ta’ saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għal aktar ipproċessar, ċentri ta’ spedizzjoni u ċentri ta’ tisfija u negozji simili qabel il-konsum mill-bniedem

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti fejn hija permessa l-importazzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura għat-trobbija, meded ta’ ilma għas-sajd b’ripopolazzjoni artifiċjali u faċilitajiet ornamentali miftuħa, u ħut ornamentali suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE u maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa (1)

Pajjiż/territorju

Speċi tal-Akkwakultura

Żona/kompartiment

Kodiċi ISO

Isem

Ħut

Molluski

Krustaċji

Kodiċi

Deskrizzjoni

AU

L-Awstralja

X (1)

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X (2)

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

 

 

CA 0 (4)

It-territorju kollu

CA 1 (5)

Kolumbja Britannika

CA 2 (5)

Alberta

CA 3 (5)

Saskatchewan

CA 4 (5)

Manitoba

CA 5 (5)

New Brunswick

CA 6 (5)

Nova Scotia

CA 7 (5)

Il-Gżira ta’ Prince Edward

CA 8 (5)

Newfoundland u Labrador

CA 9 (5)

Yukon

CA 10 (5)

It-Territorji tal-Majjistral

CA 11 (5)

Nunavut

CL

Iċ-Ċili

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

CN

Ic-Ċina

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

CO

Il-Kolombja

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

CG

Il-Kongo

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

HR

Il-Kroazja

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

HK

Ħong Kong

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

IN

L-Indja

X (3)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

ID

L-Indoneżja

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

IL

L-Iżrael

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

JM

Il-Ġamajka

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

JP

Il-Ġappun

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

LK

Is-Sri Lanka

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

MK (6)

L-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

MY

Il-Malażja

X (2)

 

 

 

Peninsulari, il-Malażja tal-Punent

NZ

New Zealand

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

RU

Ir-Russja

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

SG

Singapor

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

ZA

L-Afrika t’Isfel

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

TW

It-Tajwan

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

TH

It-Tajlandja

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

TR

It-Turkija

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

US

L-Istati Uniti

X

 

 

US 0 (4)

Il-pajjiż kollu

X

 

 

US 1 (5)

Il-pajjiż kollu, ħlief l-istati li ġejjin: New York, Ohio, Illinois, Michigan, Indiana, Wisconsin, Minnesota u Pennsylvania

 

X

 

US 2

Il-Bajja ta’ Humboldt (California)

US 3

Il-Bajja ta’ Netarts (Oregon)

US 4

Il-Bajja ta’ Wilapa, Id-Daħla ta’ Totten, Il-Bajja ta’ Oakland, Il-Bajja ta’ Quilcence u Il-Bajja ta’ Dabob (Washington)

US 5

NELHA (Hawaii)

VN

Il-Vjetnam

X (3)

 

 

 

 


(1)  Skond l-Artikolu 11 ħut ornamentali li mhux ta’ speċi suxxettibbli għal xi marda elenkata fil-Parti II tal-Anness IV fid-Direttiva 2006/88/KE, u molluski ornamentali u krustaċji ornamentali, maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa, jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità minn pajjiżi terzi jew territorji li huma membri tal-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa tal-Annimali (OIE).

(1)  Applika għall-ispeċi ta’ ħut kollha.

(2)  Applika biss għal speċi ta’ ħut suxxettibbli għas-Sindromu ulċerativ epiżotiku skond il-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa u Cyprinidae.

(3)  Applika biss għal speċi ta’ ħut suxxettibbli għas-Sindromu ulċerativ epiżotiku skond il-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa.

(4)  Applika biss għal speċi ta’ ħut suxxettibbli jew speċi li jgħaddu l-marda Settiċemija emorraġika virali skond il-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE.

(5)  Applika biss għal speċi ta’ ħut suxxettibbli għal jew speċi li jgħaddu l-marda Settiċemija emorraġika virali skond il-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE.

(6)  Kodiċi proviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li għandha tiġi maqbula wara l-konklużjoni tan-negozjati għaddejja bħalissa fuq dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.


ANNESS IV

PARTI A

Mudell ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' annimali tal-akkwakultura għat-trobbija, żoni ta' żamma, meded ta' ilma fejn isir is-sajd qiegħed u tieħu u faċilitajiet ornamentali miftuħa

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI B

Mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI C

Mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal tranżitu/ħżin ta’ annimali tal-akkwakultura ħajjin, bajd tal-ħut u ħut bil-ġewwieni b'kollox maħsub għall-konsum mill-bniedem

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI D

Addenda għal ġarr ta’ annimali akkwatiċi ħajjin fuq il-baħar

(Għandha timtela u tinhemeż maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fejn il-ġarr lejn il-fruntiera tal-Komunità Ewropea jinkludi ġarr bil-vapur, anki għal parti mill-vjaġġ.)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

Noti ta’ spjegazzjoni

(a)

Iċ-ċertifikati għandhom jitfasslu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini, imsejsa fuq il-mudell xieraq li jidher fl-Anness II jew IV ta’ dan ir-Regolament u għandhom iqisu l-post tad-destinazzjoni u l-użu tal-kunsinna wara l-wasla fid-destinazzjoni.

(b)

Fil-konsiderazzjoni tal-istatus tal-post tad-destinazzjoni fir-rigward ta’ mard mhux eżotiku msemmi fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE fl-Istat Membru tal-UE jew mard li dwaru l-post tad-destinazzjoni għandu garanziji addizzjonali skont id-Deċiżjoni 2004/453/KE jew miżuri approvati skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE, ir-rekwiżiti speċifiċi xierqa għandhom jiġu inklużi u mimlija fiċ-ċertifikat.

(c)

Il-“Post tal-oriġini” għandu jkun il-lok tal-farm jew taż-żona ta’ tkabbir tal-molluski fejn l-annimali tal-akkwakultura kienu mrobbija u laħqu d-daqs kummerċjali tagħhom rilevanti għall-kunsinna koperta b’dan iċ-ċertifikat. Għal annimali akkwatiċi selvaġġi “Post tal-oriġini” għandu jkun il-post tal-ħsad.

(d)

L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jikkonsisti minn paġna waħda stampata fuq iż-żewġ naħat jew, fejn tkun meħtieġa aktar kitba, b’mod li l-paġni kollha jiffurmaw ħaġa waħda u ma jistgħux jinfirdu.

(e)

Għal importazzjoni fil-Komunità minn pajjiżi terzi, l-oriġinal taċ-ċertifikat u t-tikketti msemmija fil-mudell taċ-ċertifikat għandhom jimtlew għallinqas f’ilsien wieħed uffiċjali tal-Istat Membru tal-UE fejn issir l-ispezzjoni fuq il-fruntieri tal-Istat Membru tal-UE tad-destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jippermettu ilsien ieħor Komunitarju minflok tagħhom, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi traduzzjoni uffiċjali.

(f)

Fejn ikun hemm mehmuża paġni addizzjonali maċ-ċertifikat għal skop ta’ identifikazzjoni ta’ oġġetti li jiffurmaw il-kunsinna, tali paġni addizzjonali għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat, kemm-il darba l-firma u t-timbru tal-ispettur uffiċjali ċertifikanti jidhru fuq kull paġna.

(g)

Fejn iċ-ċertifikat, inklużi l-paġni addizzjonali kif previst f’(f), ikun fih aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata “–x(numru tal-paġna) ta’ y(numru totali ta’ paġni)–” fil-qiegħ u fuqnett għandu jkollu n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat allokat mill-awtorità kompetenti.

(h)

L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jimtela u jiġi ffirmat minn spettur uffiċjali mhux aktar kmieni minn 72 siegħa qabel it-tagħbija tal-kunsinna, jew mhux aktar minn 24 siegħa f’dawk il-każijiet fejn l-annimali tal-akkwakultura għandhom jiġu spezzjonati fi żmien 24 siegħa mit-tagħbija. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini għandhom jiżguraw li prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 96/93/KE jiġu segwiti.

(i)

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dik tal-istampar. L-istess regola għandha tapplika għal timbri għajr timbri mqabbżin jew marki tal-ilma.

(j)

Għall-importazzjoni fil-Komunità minn pajjiżi terzi, l-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-UE. Għal kunsinni li tpoġġew fis-suq fi ħdan il-Komunità, l-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fid-destinazzjoni finali tagħha.

(k)

Ċertifikat maħruġ għal annimali tal-akkwakultura ħajjin għandu jkun validu għal għaxart ijiem mid-data tal-ħruġ. Fil-każ ta’ ġarr bil-vapur, iż-żmien tal-validità jiġi mtawwal biż-żmien tal-vjaġġ fuq il-baħar. Għal dak il-għan, l-oriġinal ta’ dikjarazzjoni mill-kaptan tal-vapur, magħmul skont l-addenda mfassla f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Parti D tal-Anness IV, għandu jiġi mehmuż maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.

(l)

Jekk jogħġbok innota li l-kundizzjonijiet ġenerali dwar il-ġarr ta’ annimali stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali matul il-ġarr u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 jistgħu, fejn ikun applikabbli, jitolbu li jittieħdu miżuri wara d-dħul fil-Komunità jekk ir-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament ma jkunux sodisfatti.


16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/76


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1252/2008

tat-12 ta’ Diċembru 2008

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 u jissospendi l-importazzjonijiet fil-Komunità mill-Malażja ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali tal-akkwakultura

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(a),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/88/KE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li għandhom jiġu applikati għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom. Din id-Direttiva tistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom jiġu introdotti fil-Komunità biss minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li jidhru fuq lista mfassla skont id-dispożizzjonijiet tagħha.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/858/KE tal-21 ta’ Novembru 2003 li tistipula l-kundizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għal importazzjonijiet ta' ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tagħhom maħsuba għall-biedja, u ħut ħaj li joriġina mill-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2), telenka t-territorji li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti speċijiet ta’ ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tagħhom.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/656/KE tal-20 ta’ Settembru 2006 li tistipula l-kundizzjonijiet sanitarji tal-annimali u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet ta’ ħut għal fini ornamentali (3) telenka t-territorji li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċertu ħut ornamentali.

(4)

Ir-riżultati ta’ żjara ta’ spezzjoni Komunitarja li saret fil-Malażja żvelaw nuqqasijiet serji tul il-katina kollha ta' produzzjoni ta' annimali tal-akkwakultura u ħut ornamentali. Dawn in-nuqqasijiet x’aktarx li se jwasslu għat-tixrid tal-mard, u għalhekk joħolqu theddida serja għas-saħħa tal-annimali fil-Komunità.

(5)

B’konsegwenza ta’ dawn in-nuqqasijiet, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/641/KE li tidderoga mid-Deċiżjonijiet 2003/858/KE u 2006/656/KE u li tissospendi l-importazzjonijiet fil-Komunità mill-Malażja ta’ kunsinni ta’ ċertu ħut ħaj u ta’ ċerti prodotti tal-akkwakultura (4), issospendiet l-importazzjonijiet mill-Malażja ta’ ħut ħaj li jappartjeni għall-familja Cyprinidae, il-bajd u l-gameti tagħhom maħsuba għall-biedja, ta’ ħut ħaj li jappartjeni għall-familja Cyprinidae, il-bajd u l-gameti tagħhom għall-istokkjar mill-ġdid ta’ żoni tas-sajd ripopolati artifiċjalment, kif ukoll ta’ ċertu ħut ornamentali li jappartjeni għal din il-familja.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-mikrobu (5), jirrevoka d-Deċiżjonijiet 2003/858/KE u 2006/656/KE, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(7)

L-Anness III għal dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet ta’ annimali tal-akkwakultura maħsuba għall-biedja, żoni tas-sajd ripopolati artifiċjalment u faċilitajiet ornamentali miftuħa, u ħut ornamentali suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE u maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa.

(8)

Il-Malażja hija inkluża f’din il-lista bħala pajjiż terz li minnu huma permessi l-importazzjonijiet fil-Komunità għall-ħut tal-familja Cyprinidae u għall-ispeċi ta’ ħut suxxettibbli għas-sindromu epiżootiku ulċerattiv skont il-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa. Ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandu japplika sa mill-1 ta’ Jannar 2009.

(9)

Iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2008/641/KE se jibqgħu jeżistu. Għaldaqstant huwa xieraq li ssir deroga permezz ta’ dan ir-Regolament mid-dispożizzjonijiet korrispondenti rigward il-Malażja stabbiliti fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1251/2008. Fl-interessi taċ-ċarezza u tal-koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni 2008/641/KE għandha tiġi revokata u ssostitwita minn dan ir-Regolament.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikoli 10(1) u 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, l-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjonijiet fit-territorju tagħhom mill-Malażja tal-kunsinni segwenti ta’ ħut li jappartjenu għall-familja Cyprinidae, il-bajd u l-gameti tagħhom:

(a)

il-kunsinni ta’ ħut ħaj li joriġina mill-akkwakultura maħsuba għall-biedja, żoni tas-sajd ripopolati artifiċjalment u faċilitajiet ornamentali miftuħa; kif ukoll

(b)

fil-każ ta’ kunsinni ta’ ħut ornamentali maħsub għal faċilitajiet ornamentali miftuħa, l-ispeċijiet biss Carassius auratus, Ctenopharyngodon idellus, Cyprinus carpio, Hypophthalmichthys molitrix, Aristichthys nobilis, Carassius carassius u Tinca tinca tal-familja Cyprinidae.

Artikolu 2

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitħallsu mill-kunsinnatur jew mill-aġent tiegħu.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2008/641/KE hi revokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2009.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 324, 11.12.2003, p. 37.

(3)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 71.

(4)  ĠU L 207, 5.8.2008, p. 34.

(5)  Ara paġna 41 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/78


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1253/2008

tal-15 ta’ Diċembru 2008

dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-Ram tal-analogu idroksinu tal-methionine bħala addittiv tal-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kif stipulat fl-Anness. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-kelat tar-Ram tal-analogu idroksinu tal-methionine bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”.

(4)

Mill-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità) tas-16 April 2008 jirriżulta li kelat tar-Ram tal-analogu idroksinu tal-methionine m’għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent għat-tiġieġ għat-tismin (2). L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-prodott użat bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin ma jippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jippermettix l-awtorizzazzjoni. Skond dik l-opinjoni, l-użu ta’ din il-preparazzjoni jista’ jitqies bħala sors ta’ Ram disponibbli u jissodisfa l-kriterji ta’ addittiv nutrittiv għat-tiġieġ għat-tismin. L-opinjoni tal-Awtorità tirrakkomanda wkoll miżuri xierqa għas-sigurtà tal-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-bżonn għal ħtiġijiet speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Skond dan, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta’ oligo-elementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-Mintrex®Cu (kelat tar-Ram tal-analogu idroksinu tal-methionine) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha. Il-Ġurnal EFSA (2008) 693, 1-19.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Cu) f’mg/kg ta’ għalf sħiħ għall-bhejjem b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta’ oligo-elementi

“3b410

Kelat tar-ram ta’ analogu idroksinu ta’ methionine

 

Karatterizzazzjoni tal-addittiv:

 

Kelat tar-ram ta’ analogu idroksinu ta’ methionine li fih minimu ta’ 17 % ram u 78 % (2-idroksinu 4-methylthio) aċidu butanoic

 

Żejt minerali: 1 %

 

CAS 292140-30-8

 

Metodu analitiku (1):

Spettrometrija Atomika tal-Assorbiment (AAS)

Tiġieġ għat-tismin

25 (total)

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ qabel it-taħlita.

Għas-sigurta’ tal-utent: Protezzjoni għan-nifs u nuċċali protettiv u ngwanti għandhom jintlibsu waqt l-użu.

5.1.2019


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: http://www.irmm.jrc.be/crl_feed_additives”


16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/80


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1254/2008

tal-15 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda [jħassar] ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u partikolarment l-Artikolu 20(3), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 22(2) u l-Artikolu 38(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007, u partikolarment l-Artikolu 20 tiegħu, jistipula l-ħtiġijiet bażiċi għall-produzzjoni tal-ħmira organika. Ir-regoli ddettaljati dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk in-neċessitajiet għandhom ikunu stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2).

(2)

Minħabba li għandhom ikunu introdotti d-dispożizzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħmira organika, l-ambitu tal-Regolament (KE) Nru 889/2008 issa għandu jinkludi wkoll il-ħmejjer li jintużaw għall-ikel u għall-għalf.

(3)

Bil-ħsieb li tingħata għajnuna lill-bdiewa tal-biedja organika sabiex isibu provvista adegwata ta’ għalf għall-annimali tagħhom u sabiex tkun iffaċilitata l-konverżjoni taż-żona organika, sabiex tintlaħaq it-talba tal-konsumaturi għall-prodotti organiċi li qiegħda dejjem tiżdied, huwa xieraq li jkun permess l-użu ta’ prodotti tal-għalf li jkunu sa 100 % fil-fażi ta’ konverżjoni u li jkunu ġew immanifatturati fl-azjenda tal-bdiewa nfushom, fil-porzjon tal-għalf tal-annimali organiċi.

(4)

Skond l-Anness VI(B) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (3) kienu permessi biss enżimi li normalment jintużaw bħala għajnuna fl-ipproċessar għall-użu fl-ipproċessar organiku, enżimi li jintużaw bħala addittivi tal-ikel iridu jkunu fil-lista tal-addittivi tal-ikel awtorizzati tal-Anness VI(A)(A.1) għal dak ir-Regolament. Huwa meħtieġ li din id-dispożizzjoni terġa’ tkun introdotta fir-regoli l-ġodda tal-implimentazzjoni.

(5)

Minħabba li l-ħmira mhijiex ikkunsidrata bħala prodott agrikolu fit-tifsira tal-Artikolu 32(3) tat-Trattat u sabiex ikun permess l-ittikkettar tal-ħmira organika bħala organika, huwa meħtieġ li tkun emendata d-dispożizzjoni dwar il-kalkolu tal-ingredjenti. Madankollu, il-kalkolu tal-ħmira u tal-prodotti tal-ħmira bħala ingredjenti agrikoli se tkun obbligatorja mill-31 ta’ Diċembru 2013 ‘il quddiem. Dan il-perjodu ta’ żmien huwa meħtieġ sabiex l-industrija tkun tista’ taddatta ruħha.

(6)

Id-dekorazzjoni tal-bajd mgħolli bil-kuluri hija tradizzjoni f’ċerti reġjuni tal-Unjoni Ewropea matul ċertu perjodu tas-sena. Minħabba li l-bajd organiku jista’ wkoll jingħata l-kulur u jitqiegħed fis-suq, ċerti Stati Membri talbu li jkunu permessi l-kuluri għal dan il-għan. Bord ta’ esperti indipendenti kienu qed jeżaminaw ċerti kuluri u sustanzi differenti oħra għad-disinfezzjoni u l-konservazzjoni tal-bajd mgħolli (4) u kkonkludew li numru ta’ kuluri naturali jistgħu jkunu awtorizzati, flimkien ma’ forom sintetiċi tal-ossidi tal-ħadid u tal-idrossidi tal-ħadid fuq bażi temporanja. Minkejja li din il-produzzjoni hija ta’ karattru lokali u tal-istaġun, huwa xorta waħda xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw il-kapaċità li jagħtu l-awtorizzazzjonijiet rilevanti.

(7)

Kif irrakkomanda bord dwar il-ħmira organika (5) diversi prodotti u sustanzi li huma meħtieġa għall-produzzjoni tal-ħmira organika, tat-taħlitiet u tal-formulazzjonijiet tal-ħmira għandhom ikunu awtorizzati skond l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. L-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li s-substrati mmanifatturati organikament biss għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-ħmira organika u l-ħmira organika ma għandhiex tkun preżenti flimkien ma’ ħmira li mhijiex organika fl-ikel organiku u fl-għalf organiku. Madankollu, il-bord tal-esperti rrakkomanda fil-konklużjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2008 li għandu jingħata permess temporanju għal estratt tal-ħmira li mhux organiku ta’ 5 %, sakemm isir disponibbli l-estratt organiku tal-ħmira, bħala substrat addizzjonali għall-produzzjoni tal-ħmira organika bħala sors ta’ nitroġenu, fosfru, vitamini u minerali. Skond ir-regoli tal-flessibbiltà skond l-Artikolu 22(2)(e) ta’ dak ir-Regolament, għandu jkun awtorizzat estratt tal-ħmira li mhux organiku ta’ 5 % fil-produzzjoni tal-ħmira organika.

(8)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jkun emendat skond dan.

(9)

L-emendi għandhom japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Produzzjoni Organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(2), il-punt (d) għandu jitħassar.

(2)

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Bħala medja, il-formula tal-porzjonijiet tal-għalf tista’ tkun magħmula sa 30 % minn prodotti tal-għalf li jkunu fil-fażi ta’ konverżjoni. Meta l-prodotti tal-għalf li jkunu fil-fażi ta’ konverżjoni jkunu ġejjin minn unità tal-azjenda nfisha, dan il-perċentwal jista’ jiżdied sa 100 %.”

(3)

L-Artikolu 27 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1(b), għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

“madankollu, l-enżimi li se jintużaw bħala addittivi tal-ikel għandhom jitniżżlu fil-lista mogħtija fis-Sezzjoni A tal-Anness VIII.”

(b)

fil-paragrafu 2 għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(c)

il-ħmira u l-prodotti tal-ħmira se jkunu kkalkulati bħala ingredjenti ta’ oriġini agrikola mill-31 ta’ Diċembru 2013 ‘il quddiem.”

(c)

Għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Għad-dekorazzjoni tradizzjonali bil-kuluri tal-qoxra tal-bajd mgħolli prodott bl-intenzjoni li jitqiegħed fis-suq f’perjodu speċifiku tas-sena, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ kuluri naturali u ta’ sustanzi naturali ta’ kisi għall-perjodu msemmi hawn fuq. L-awtorizzazzjoni tista’ tinkludi forom sintetiċi tal-ossidi tal-ħadid u tal-idrossidi tal-ħadid sal-31 ta’ Diċembru 2013. L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.”

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 27a li ġej:

“L-Artikolu 27a

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, is-sustanzi li ġejjin jistgħu jintużaw fil-produzzjoni, fit-taħlit u fil-formulazzjoni tal-ħmira:

(a)

is-sustanzi mniżżlin fil-lista mogħtija fis-Sezzjoni Ċ tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-prodotti u s-sustanzi msemmija fl-Artikolu 27(1)(b) u (e) ta’ dan ir-Regolament.”

(5)

Fil-Kapitolu 6 tat-Titlu II, għandha tiddaħħal is-Sezzjoni 3a li ġejja:

“S-Sezzjoni 3a

Eċċezzjonijiet tar-regoli ta’ produzzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu ta’ prodotti u ta’ sustanzi speċifiċi fl-ipproċessar skond l-Artikolu 22(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007

L-Artikolu 46a

Iż-żieda ta’ estratt tal-ħmira li mhux organiku

Fejn japplikaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, hija permessa ż-żieda ta’ estratt jew ta’ awtoliżat (‘autolysate’) tal-ħmira li mhumiex organiċi sa 5 % mas-substrat (ikkalkulat bil-materja niexfa) għall-produzzjoni tal-ħmira organika, fejn l-operaturi ma jkunux jistgħu jiksbu estratt jew awtoliżat tal-ħmira mill-produzzjoni organika.

Id-disponibbiltà tal-estratt jew tal-awtoliżat tal-ħmira organika se terġa’ tkun eżaminata sal-31 ta’ Diċembru 2013 bil-ħsieb li din id-dispożizzjoni tiġi rtirata.”

(6)

L-Anness VIII għandu jiġi emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu jitħassar u jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 834/2007 mill-1 ta’ Jannar 2009 ‘l quddiem.

(4)  Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti Indipendenti dwar “l-applikazzjoni ta’ aġenti koloranti mal-qoxra tal-bajd għall-bajd tal-Għid organiku” www.organic-farming.europa.eu

(5)  Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti Indipendenti dwar “id-dispożizzjonijiet dwar il-ħmira organika” www.organic-farming.europa.eu


ANNESS

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

it-titlu tal-Anness VIII għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Ċerti prodotti u sustanzi użati fil-produzzjoni tal-ikel organiku pproċessat, tal-ħmira u tal-prodotti tal-ħmira msemmija fl-Artikolu 27(1)(a) u fl-Artikolu 27a(a)”

(2)

għandha tiżdied is-Sezzjoni Ċ li ġejja:

“SEZZJONI Ċ –   GĦAJNUNA FL-IPPROĊESSAR GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĦMIRA U TAL-PRODOTTI TAL-ĦMIRA

L-isem

Il-ħmira primarja

It-taħlitiet/Il-formulazzjonijiet tal-ħmira

Il-kundizzjonijiet speċifiċi

 

X

 

 

 

X

X

 

L-aċidu ċitriku

X

 

Għar-regolazzjoni tal-pH fil-produzzjoni tal-ħmira

L-aċidu lattiku

X

 

Għar-regolazzjoni tal-pH fil-produzzjoni tal-ħmira

In-nitroġenu

X

X

 

L-ossiġnu

X

X

 

Il-lamtu tal-patata

X

X

Għall-iffiltrar

 

X

X

Għar-regolazzjoni tal-pH

Iż-żjut veġetali

X

X

Aġent tat-tixħim, aġent kontra t-twaħħil jew aġent ta’ kontra r-ragħwa”


16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/83


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1255/2008

tal-15 ta’ Diċembru 2008

li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 [qamħ durum ta' kwalità għolja], 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji ta' l-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Diċembru 2008, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Diċembru 2008, id-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

44,57

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

33,31

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

33,31

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

44,57


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

1.12.2008-12.12.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

179,80

104,63

Prezz FOB USA

233,65

223,65

203,65

105,29

Tariffa fuq il-Golf

10,13

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

26,95

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

10,39  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

8,59  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


DIRETTIVI

16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/86


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/116/KE

tal-15 ta' Diċembru 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq (1) ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu valutati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor.

(2)

Għal dawn is-sustanzi attivi l-effetti fuq is-saħħa umana u l-ambjent ġew valutati skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikaturi. Barra minn dan, dawk ir-Regolamenti jsemmu liema huma l-Istati Membri relaturi li għandhom jissottomettu r-rapporti tal-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għall-aclonifen u l-imidacloprid l-Istat Membru relatur kienet il-Ġermanja u l-informazzjoni kollha rilevanti ġiet sottomessa fil-11 ta’ Settembru 2006 u fit-13 ta’ Ġunju 2006 rispettivament. Għall-metazachlor l-Istat Membru relatur kien ir-Renju Unit u l-informazzjoni kollha rilevanti ġiet sottomessa fit-30 ta’ Settembru 2005.

(3)

Ir-rapporti tal-valutazzjoni ġew riveduti mill-Istati Membri u l-EFSA u preżentati lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Lulju 2008 għall-aclonifen, fid-29 ta’ Mejju 2008 għall-imidacloprid u fl-14 ta’ April 2008 għall-metazachlor fil-format tar-Rapporti Xjentifiċi EFSA (4). Dawn ir-rapporti ġew riveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u finalizzati fis-26 ta’ Settembru 2008 fil-format tar-rapporti tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni għall-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor.

(4)

Jidher mid-diversi eżaminazzjonijiet magħmula, li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapporti tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, hu xieraq li dawn is-sustanzi attivi jiġu inklużi fl-Anness I, sabiex jiġi assigurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jkunu iistgħu jingħataw skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Mingħajr ħsara għal dik il-konklużjoni, hu xieraq li tiġi akkwistata iżjed informazzjoni fuq ċertu punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun soġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għaldaqstant, hu xieraq li jintalab li l-aclonifen ikun soġġett għal iżjed ittestjar għall-valutazzjoni ta’ residwi fi pjanti rotazzjonali u għall-konferma tal-valutazzjoni tar-riskju għal għasafar, mammiferi, organiżmi akkwatiċi u pjanti mhux fil-mira u li l-imidacloprid għandu jkun soġġett għal iżjed ittestjar għall-konferma tal-valutazzjoni tar-riskju għal operaturi u ħaddiema u r-riskju għall-għasafar u l-mammiferi u dawn l-istudji għandhom jiġu preżentati min-notifikatur. Barra minn dan, għall-metazachlor hu xieraq li tiġi akkwistata informazzjoni addizzjonali fuq ċertu punti speċifiċi. L-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li inklużjoni tista’ tiġi riveduta fi kwalunkwe żmien jekk ikun hemm indikazzjonijiet li l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jkunux għadhom qed jiġu sodisfatti. In-notifikatur issottemetta informazzjoni li f’dan l-istadju jitqies li hu biżżejjed biex tiġi indirazzata r-rilevanza ta’ ċertu metaboliti. Madankollu, għadha ma ġietx finalizzata deċiżjoni fuq il-klassifikazzjoni tal-metazachlor skont id-Direttiva 67/548/KEE. Din id-deċiżjoni tista’ twassal għall-bżonn għal iżjed informazzjoni fuq dawn il-metaboliti. L-informazzjoni sottomessa min-notifikatur sabiex tiġi indirizzata r-rilevanza tal-metaboliti 479M04, 479M08, 479M09, 479M11 u 479M12 fir-rigward tal-kanċer, f’dan l-istadju, titqies li mhux biżżejjed. Madankollu, jekk tittieħed deċiżjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (5) li permezz tagħha l-metazachlor huwa klassifikat bħala “evidenza limitata li għandha effett karċinoġeniku”, ikun hemm bżonn iżjed informazzjoni dwar ir-rilevanza ta’ dawn il-metaboliti fir-rigward tal-kanċer. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I ma dik id-Direttiva tista’ tkun soġġetta għal kundizzjonijiet. L-inklużjoni tal-metazachlor, għaldaqstant, għandha tkun soġġetta għal kundizzjoni dwar is-sottomissjoni ta’ iżjed informazzjoni f’każ li s-sustanza tkun klassifikata taħt id-Direttiva 67/548/KEE.

(6)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessanti jingħataw ċans jippreparaw irwieħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jkunu jirriżultaw mill-inklużjoni.

(7)

Mingħajr ħsara għall-obbligi definiti fid-Direttiva 91/414/KEE, b’konsegwenza tal-fatt li sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni sabiex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor sabiex jiġi assigurat li r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE ġew sodisfatti, b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jieħdu lura, kif xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mil-limitu taż-żmien imsemmi, għandu jiġi provdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tad-dossier komplut mal-Anness III ta’ kull prodott tal-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet imsemmija fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi valutati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 (6) uriet li jista’ jkun hemm diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi ta’ dawk li għandhom awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, għaldaqstant, jidher li hu meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, b’mod speċjali l-obbligu li jiġi vverifikat li min ikollu l-awtorizzazzjoni juri aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew dawk li għandhom l-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sal-ġurnata preżenti li jemendaw l-Anness I.

(9)

Għaldaqstant hu xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Jannar 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jgħaddu minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   Skont id-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jieħdu lura l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor bħala sustanzi attivi sal-31 ta’ Jannar 2010.

Sa dik id-data għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Anness I mad-Direttiva relatati mal-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor, minbarra dawk identifikati fit-taqsima tal-parti B li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li min ikollu l-awtorizzazzjoni jkollu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti fl-Anness II ma’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott tal-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat li fih l-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor jew bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kienu tniżżlu fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi provduti fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma’ dik id-Direttiva u wara li jikkunsidraw il-parti B tat-taqsima fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor rispettivament. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

f’każ li prodott ikun fih l-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor bħala l-unika sustanza attiva, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jieħdu lura l-awtorizzazzjoni sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Jannar 2014; jew,

(b)

f’każ ta’ prodott li fih l-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor bħala wieħed mid-diversi sustanzi attivi, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jieħdu lura l-awtorizzazzjoni sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Jannar 2014 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew irtirar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi relevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, liema minnhom tiġi l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2009.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 149, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidji tas-sustanza attiva aclonifen (finalizzata l-31 ta’ Lulju 2008).

Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 148, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidji tas-sustanza attiva imidacloprid (finalizzata d-29 ta’ Mejju 2008).

Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 145, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidji tas-sustanza attiva metazachlor (finalizzata l-14 ta’ April 2008).

(5)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(6)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

Din it-tabella għandha tiġi miżjuda fit-tarf tat-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjonis

Isem IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“221

Aclonifen

CAS No 74070-46-5

CIPAC No 498

2-chloro-6-nitro-3-phenoxyaniline

≥ 970 g/kg

L-impurità phenol għandha relevanza tossoloġika u qed jiġi stabbilit livell massimu ta’ 5 g/Kg.

L-1 ta’ Awwissu 2009

Il-31ta’ Lulju 2019

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala erbiċida.

PARTI B

Fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aclonifen għal użi oħra minbarra l-ġirasol, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-kriterji fl-Artikolu 4(1) (b), u għandhom jassiguraw li kwalunkwe dejta u informazzjoni neċessarji jiġu provduti qabel ma tingħata awtorizzazzjoni ta’ din ix-xorta.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni fuq l-aclonifen, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tagħhom, kif finalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tas-26 ta’ Settembru 2008 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif manifatturat kummerċjalment għandu jkun appoġġjat b’dejta analitika xierqa. Il-materjal tat-test użat fid-dossiers tat-tossiċità għandu jiġi mqabbel u vverifikat ma’ din l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku;

lill-protezzjoni tas-sigurtà tal-operaturi. Kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati għandhom jistabbilixxu l-applikazzjoni ta’ tagħmir protettiv personali xieraq u miżuri għat-tnaqqis tar-riskju sabiex titnaqqas l-espożizzjoni;

lir-residwi f’uċuħ rotazzjonali u li ssir evalwazzjoni tal-espożizzjoni mid-dietà tal-konsumaturi;

lill-protezzjoni ta’ għasafar, mammiferi, organiżmi akkwatiċi, u pjanti mhux fil-mira. B’rabta ma’ dawn ir-riskji mhux identifikati, miżuri għat-tnaqqis tar-riskji, fosthom żoni bafer, għandhom jiġu applikati fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu s-sottomissjoni ta’ iżjed studji dwar ir-residwi ta’ uċuħ rotazzjonali u informazzjoni rilevanti li jikkonfermaw il-valutazzjoni tar-riskji għall-għasafar, mammiferi, organiżmi akkwatiċi u pjanti mhux fil-mira.

Għandhom jassiguraw li n-notifikatur jipprovdi din id-dejta u informazzjoni konfermatorja lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

222

Imidacloprid

CAS No 138261-41-3

CIPAC No 582

(E)-1-(6-Chloro-3-pyridinylmethyl)-N-nitroimidazolidin-2-ylideneamine

≥ 970 g/kg

L-1 ta’ Awwissu 2009

fil-31 ta’ Lulju 2019

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala erbiċida.

Għall-protezzjoni ta’ organiżmi mhux fil-mira, b’mod partikolari naħal tal-għasel u għasafar, għall-użu bħala trattament taż-żrieragħ:

il-kisi taż-żerriegħa għandu jsir biss f’faċilitajiet professjonali għat-trattament taż-żrieragħ. Dawn il-faċilitajiet għandhom japplikaw l-aqwa metodi disponibbli sabiex jassiguraw li ma jkunx hemm ħelsien ta’ trabijiet waqt il-ħżin, it-trasport u l-applikazzjoni;

għandu jintuża tagħmir tal-applikazzjoni xieraq sabiex jiġi assigurat livell għoli ta’ inkorporazzjoni fil-ħamrija, tnaqqis kemm jista’ jkun ta’ tnixxija u fil-ħruġ tat-trab. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-tikketta taż-żrieragħ trattati tinkludi l-indikazzjoni li ż-żrieragħ ġew trattati bl-imidacloprid u tistabbilixxi l-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju provduti fl-awtorizzazzjoni.

PARTI B

Fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-imidacloprid għal użi oħra minbarra t-tadam fis-serer, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-kriterji fl-Artikolu 4(1) (b), u għandhom jassiguraw li kwalunkwe dejta u informazzjoni neċessarji jiġu provduti qabel ma tingħata awtorizzazzjoni ta’ din ix-xorta.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konlużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar l-imidacloprid, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tagħhom, kif finalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Settembru 2008 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarmenti attenti:

għas-sigurtà tal-operatur u l-ħaddiem u jassiguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jispeċifikaw l-applikazzjoni ta’ tagħmir protettiv personali xieraq;

għall-impatt fuq organiżmi akkwatiċi, artropodi mhux fil-mira, ħniex, u makroorganiżmi oħra tal-ħamrija u għandhom jassiguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju;

għall-protezzjoni tan-naħal tal-għasel, b’mod partikolari għal applikazzjonijiet tal-isprej u għandhom jassiguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskji.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu s-sottomissjoni ta’:

informazzjoni biex jindirizzaw aħjar il-valutazzjoni tar-riskji għall-operaturi u l-ħaddiema;

informazzjoni biex jindirizzaw aħjar ir-riskju għall-għasafar u l-mammiferi.

Għandhom jassiguraw li n-notifikatur jipprovdi d-dejta u l-informazzjoni ta’ konferma lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva,

223

Metazachlor

CAS No 67129-08-2

CIPAC No 411

2-chloro-N-(pyrazol-1-ylmethyl)acet-2’,6’-xylidide

≥ 940 g/kg

L-impurità tal-manifattura tat-toluene għandha relevanza tossoloġika u qed jiġi stabbilit livell massimu ta’ 0.01 %.

fl-1 ta’ Awwissu 2009

Il-31 ta’ Lulju 2019

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala erbiċida; applikazzjoni mass. ta’ 1.0 Kg/ha kull tielet sena fl-istess għalqa.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni fuq il-metazachlor, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Settembri 2008 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti:

għas-sigurtà tal-operatur u jassiguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jirregolaw l-applikazzjoni ta’ tagħmir protettiv personali xieraq;

għall-protezzjoni tal-organiżmi akkwatiċi;

għall-protezzjoni tal-ilma tal-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta-klima vulnerabbli.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju u għandhom jinbdew programmi tas-sorveljanza biex tiġi vverifikata l-kontaminazzjoni potenzjali tal-ilma tal-art mill-metaboliti 479M04, 479M08, 479M09, 479M11 u 479M12 f’żoni vulnerabbli, fejn xieraq.

Jekk il-metazachlor hu klassifikat skond id-Direttiva 67/548/KEE bħala ‘evidenza limita ta’ effett karċinoġeniku’, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu s-sottomissjoni ta’ iżjed informazzjoni dwar ir-rilevanza tal-metaboliti 479M04, 479M08, 479M09, 479M11 u 479M12 fir-rigward tal-kanċer..

Għandhom jassiguraw li n-notifikaturi jipprovdu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur min-notifika ta’ din id-deċiżjoni tal-klassifikazzjoni.”


(1)  Iżjed dettalji fuq l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma provduti fir-rapport tar-reviżjoni.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/92


DEĊIZJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill

(2008/945/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 207(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2 (2) ta’ l-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “ir-Regoli ta’ Proċedura”) jipprovdi li meta deċiżjoni għandha tiġi addottata mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta’ l-Unjoni Ewropea kalkolata abbażi taċ-ċifri tal-popolazzjoni li jidhru fl-Artikolu 1 ta’ l-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura.

(2)

L-Artikolu 2(2) ta’ l-Anness III, tar-Regoli ta’ Proċedura, dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet rigward l-ippeżar tal-voti fil-Kunsill jipprovdi li, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu, konformement mad-data disponibbli fl-Uffiċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, jaddatta ċ-ċifri li jidhru fl-Artikolu 1 ta’ dak l-Anness.

(3)

Ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2009,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura, l-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 205(4) tat-Trattat KE, l-Artikolu 118(4) tat-Trattat Euratom, it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 23(2) u l-Artikolu 34(3) tat-Trattat UE, il-popolazzjoni totali ta’ kull Stat Membru għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

(× 1 000 )

Il-Ġermanja

82 217,8

Franza

63 753,1

Ir-Renju Unit

61 224,1

L-Italja

59 619,3

Spanja

45 283,3

Il-Polonja

38 115,6

Ir-Rumanija

21 528,6

L-Olanda

16 405,4

Il-Greċja

11 213,8

Il-Belġju

10 666,9

Il-Portugal

10 617,6

Ir-Repubblika Ċeka

10 381,1

L-Ungerija

10 045,4

L-Isvezja

9 182,9

L-Awstrija

8 331,9

Il-Bulgarija

7 640,2

Id-Danimarka

5 475,8

Is-Slovakja

5 401,0

Il-Finlandja

5 300,5

L-Irlanda

4 401,3

Il-Litwanja

3 366,4

Il-Latvja

2 270,9

Is-Slovenja

2 025,9

L-Estonja

1 340,9

Ċipru

789,3

Il-Lussemburgu

483,8

Malta

410,3

It-Total

497 493,1

Il-livell mitlub (62 %)

308 445,7 ”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/683/KE, Euratom tal-15 ta’ Settembru 2006 li taddotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 285, 16.10.2006, p. 47).


Kummissjoni

16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/94


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Diċembru 2008

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar ir-rekwiżiti għall-kwarantina tal-annimali tal-akkwakultura

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7905)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/946/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 25 u 61(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE, l-annimali akkwatiċi ta’ speċi suxxettibbli għall-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva li jkunu se jiġu introdotti għat-trobbija jew għar-ripopolazzjoni fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarati ħielsa minn marda speċifika, għandhom joriġinaw minn Stat Membru, żona jew kompartiment ukoll iddikjarati ħielsa minn dik il-marda. Skond l-Artikolu 44(4) ta’ dik id-Direttiva, l-istess għandu japplika f’oqsma suġġetti għal programm ta’ sorveljanza u eradikazzjoni fir-rigward ta’ marda speċifika.

(2)

Skond l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, speċi vettori għall-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva li jkunu se jiġu introdotti għat-trobbija jew għar-ripopolazzjoni fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarati ħielsa minn marda speċifika, għandhom jew joriġinaw minn Stat Membru, żona jew kompartiment ukoll iddikjarati ħielsa minn dik il-marda, jew inkella jinżammu fi kwarantina f’ilma ħieles mill-patoġenu in kwistjoni, għal perjodu xieraq ta’ żmien, fejn, fid-dawl tad-dejta xjentifika jew tal-esperjenza prattika pprovduta, joħroġ li dan hu suffiċjenti biex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid ta’ marda speċifika għal livell aċċettabbli għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda kkonċernata. Skond l-Artikolu 44(4) tad-Direttiva 2006/88/KE, l-istess għandu japplika f’oqsma suġġetti għal programm ta’ sorveljanza jew eradikazzjoni fir-rigward ta’ marda speċifika.

(3)

Lista tal-ispeċi vettori possibbli għall-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE, inklużi l-kundizzjonijiet li skonthom dawk l-ispeċi għandhom jitqiesu bħala vettori għall-fini tal-Artikolu 17 ta’ dik id-Direttiva, hija stipulata fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u tar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni, lejn il-Komunità, ta’ annimali u prodotti akkwatiċi tagħhom u jistabbilixxi lista ta’ speċi vettori (3).

(4)

L-Artikolu 20(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE jistipula, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva, li r-rilaxx ta’ annimali akkwatiċi slavaġ ta’ speċi suxxettibbli għall-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, maqbuda fi Stat Membru, żona jew kompartiment mhux iddikjarati ħielsa minn marda speċifika, fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarati ħielsa minn dik il-marda, huwa suġġett għat-tqegħid tal-annimali akkwatiċi slavaġ kwarantina taħt is-sorveljanza tal-awtorità kompetenti f’faċilitajiet adattati, għal perjodu ta’ żmien suffiċjenti biex ir-riskju tat-tixrid tal-marda jitnaqqas għal livell aċċettabbli. Skond l-Artikolu 44(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE, l-istess għandu japplika f’oqsma suġġetti għal programm ta’ sorveljanza u eradikazzjoni fir-rigward ta’ marda speċifika.

(5)

Skond l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, annimali tal-ispeċi vettori u annimali slavaġ akkwatiċi intiżi għat-trobbija, żoni ta’ ripopolazzjoni, żoni ta’ ripopolazzjoni artifiċjali għas-sajd sportiv u faċilitajiet ornamentali miftuħa, u annimali akkwatiċi ornamentali ta’ speċi suxxettibbli intiżi għal faċilitajiet ornamentali magħluqa jistgħu jiġu impurtati lejn Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarati ħielsa minn marda speċifika jew lejn oqsma suġġetti għal programm ta’ sorveljanza jew eradikazzjoni fir-rigward ta’ marda speċifika, mhux bilfors toriġina minn żoni ħielsa mill-mard jekk kienu suġġetti għal kwarantina, kif stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/EC, għal perjodu xieraq ta’ żmien. Skond l-Artikolu 10 (1), l-ewwel inċiż tad-Direttiva 91/496/KEE, il-kwarantina tista’ ssir f’pajjiż terz.

(6)

Biex jiġi żgurat li l-kwarantina ssir b’mod li jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid tal-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE għal livell aċċettabbli, għandhom ikunu stabbiliti regoli dwar il-kwarantina.

(7)

Il-faċilitajiet ta’ kwarantina fil-Komunità huma koperti mid-definizzjoni ta’ “negozji ta’ produzzjoni tal-akkwakultura” fl-Artikolu 3.1(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE. Fl-interess tas-sitwazzjoni ta’ saħħet l-annimali fi ħdan il-Komunità, il-faċilitajiet ta’ kwarantina f’pajjiżi terzi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ekwivalenti bħal dawk stabbiliti għan-negozji ta’ produzzjoni ta’ akkwakultura fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE.

(8)

Meta l-kwarantina ssir fil-Komunità, huwa importanti ħafna li t-trasport tal-kunsinji tal-annimali tal-akkwakultura lejn il-faċilità ta’ kwarantina jkun sorveljat biex jiġi żgurat li l-annimali li jridu jinżammu kwarantina jinġarru direttament lejn il-faċilità ta’ kwarantina b’mod sikur.

(9)

Il-faċilitajiet ta’ kwarantina għandhom jinbnew u jiġu mmexxija b’mod li jipprevjeni t-tixrid tal-mard bejn l-unitajiet ta’ kwarantina u bejn il-faċilitajiet ta’ kwarantina u negozji oħra ta’ produzzjoni ta’ akkwakultura.

(10)

Ċerti attivitajiet marbuta mal-kwarantina fil-Komunità jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ “kontrolli uffiċjali” fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali esegwiti biex tkun aċċertata l-verifika ta’ konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, saħħet l-annimali u r-regoli dwar il-benesseri tal-annimali (4). L-ispejjeż marbuta mal-kwarantina fil-Komunità għaldaqstant għandhom ikunu koperti mill-Artikolu 27 tar-Regolament, li jistipula li l-Istati Membri jistgħu jiġbru miżati jew tariffi biex ikopru l-ispiża li jġibu magħhom il-kontrolli uffiċjali.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

IS-SUĠĠETT, L-AMBITU U D-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kwarantina, li huma stipulati fi:

(a)

l-Artikoli 17 u 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE; kif ukoll

(b)

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 u ċ-ċertifikati mudell stabbiliti fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“faċilità ta’ kwarantina” tfisser faċilità:

(a)

fejn issir il-kwarantina tal-annimali tal-akkwakultura;

(b)

li fiha unità waħda ta’ kwarantina jew aktar; kif ukoll

(c)

li hi awtorizzata u rreġistrata minn awtorità kompetenti, fi ħdan id-definizzjoni tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 882/04, bħala faċilità ta’ kwarantina skond l-Artikoli 4 u 6 tad-Direttiva 2006/88/KE, u li hi konformi mal-kundizzjonijiet minimi għall-faċilitajiet ta’ kwarantina mniżżla fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

2.

“unità ta’ kwarantina” tfisser unità separata kemm fl-operazzjoni kif ukoll fiżikament, li żżomm biss annimali tal-akkwakultura tal-istess kunsinja, bl-istess status ta’ saħħa u, fejn hu l-każ, annimali sentinella tal-akkwakultura;

3.

“annimali sentinella tal-akkwakultura” tfisser annimali tal-akkwakultura li jintużaw bħala għajnuna djanjostika waqt il-kwarantina;

4.

“mard elenkat” tfisser il-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE.

5.

“professjonist ikkwalifikat fis-saħħa tal-annimali akkwatiċi” tfisser professjonist ikkwalifikat fis-saħħa tal-annimali akkwatiċi maħtur mill-awtorità kompetenti biex iwettaq f’isimha kontrolli uffiċjali speċifiċi fil-faċilitajiet ta’ kwarantina.

KAPITOLU II

IL-KWARANTINA TA’ ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA F’PAJJIŻI TERZI

Artikolu 3

Kundizzjonijiet għall-importazzjoni

Fejn il-kwarantina hija kundizzjoni għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ kunsinji ta’ annimali tal-akkwakultura skond il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, dawn il-kunsinji għandhom jiġu impurtati lejn il-Komunità biss jekk il-kundizzjonijiet stipulati f’dan il-Kapitolu jiġu sodisfatti.

Artikolu 4

Il-kundizzjonijiet ta’ kwarantina f’pajjiżi terzi

1.   Il-kwarantina trid tkun saret f’faċilità ta’ kwarantina kif hemm referenza fl-Artikolu 2(1)(c).

2.   Il-faċilità ta’ kwarantina għandha tkun taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti, u dik l-awtorità trid:

(a)

iżżur il-bini tal-faċilità tal-kwarantina tal-anqas darba fis-sena;

(b)

tiżgura li l-faċilità ta’ kwarantina tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni;

(c)

tivverifika l-attività tal-professjonist awtorizzat, ikkwalifikat fis-saħħa tal-annimali akkwatiċi; kif ukoll

(d)

tivverifika li l-kundizzjonijiet li skonthom tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni jibqgħu jiġu sodisfatti.

3.   L-annimali tal-akkwakultura jridu jkunu ġew suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ kwarantina stipulati fl-Artikoli li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ speċi suxxettibbli, l-Artikoli 13, 14 u 15;

(b)

fil-każ ta’ speċi vettori, l-Artikoli 16 u 17.

4.   L-annimali tal-akkwakultura għandhom ikunu rilaxxati mill-kwarantina biss b’awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 5

L-awtorizzazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ kwarantina f’pajjiżi terzi

1.   Sabiex ikunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti, il-faċilitajiet ta’ kwarantina għandhom ikunu konformi ma’:

(a)

id-dispożizzjonijiet li tal-anqas huma ekwivalenti għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/88/KE;

(b)

il-kundizzjonijiet minimi għall-faċilitajiet ta’ kwarantina stipulati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

2.   Kull faċilità ta’ kwarantina awtorizzata għandha tkun assenjata numru ta’ reġistrazzjoni.

3.   Għandha tiġi żviluppata lista ta’ faċilitajiet ta’ kwarantina awtorizzati li tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Is-sospensjoni u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ kwarantina f’pajjiżi terzi

1.   Fejn l-awtorità kompetenti tkun irċeviet notifika li f’faċilità ta’ kwarantina hemm suspett ta’ preżenza tal-mard elenkat, din għandha:

(a)

tissospendi immedjatament l-awtorizzazzjoni ta’ dik il-faċilità;

(b)

tiżgura li l-miżuri neċessarji biex jikkonfermaw jew jeliminaw is-suspett jittieħdu skond il-punt 3 tal-Anness II.

2.   Sospensjoni skond il-paragrafu 1 ma għandhiex titneħħa qabel ma:

(a)

is-suspett tal-mard elenkat rilevanti jkun ġie eliminat uffiċjalment; jew

(b)

l-eradikazzjoni tal-mard elenkat rilevanti fil-faċilità ta’ kwarantina tkun ġiet kompluta b’suċċess u l-unitajiet ta’ kwarantina rilevanti jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati.

3.   Fejn il-faċilità ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1), l-awtorizzazzjoni ta’ faċilità ta’ kwarantina għandha tkun irtirata minnufih mill-awtorità kompetenti.

Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata minnufih b’dan.

Artikolu 7

Listi ta’ faċilitajiet ta’ kwarantina

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Istati Membri kull lista ġdida jew aġġornata ta’ faċilitajiet ta’ kwarantina li hi tirċievi skond l-Artikolu 5(3) u għandha tagħmilhom disponibbli lill-pubbliku.

KAPITOLU III

IL-KWARANTINA TA’ ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA FIL-KOMUNITÀ

Artikolu 8

Approvazzjoni

1.   Fejn il-kunsinji tal-annimali tal-akkwakultura impurtati lejn il-Komunità huma intiżi għal kwarantina fil-Komunità, l-impurtatur jew l-aġent tiegħu għandhom jipprovdu approvazzjoni bil-miktub iffirmata mill-persuna responsabbli għall-faċilità ta’ kwarantina li tikkonferma li l-annimali tal-akkwakultura se jiġu aċċettati għall-kwarantina.

2.   L-approvazzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha:

(a)

issir f’tal-anqas lingwa waħda uffiċjali tal-Istat Membru tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fejn jitwettqu l-eżaminazzjonijiet veterinarji; madankollu, dak l-Istat Membru jista’, alternattivament, jawtorizza l-użu ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-Komunità, akkumpanjata, jekk inhu neċessarju, minn traduzzjoni uffiċjali f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu;

(b)

tinkludi n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-faċilità ta’ kwarantina.

3.   L-approvazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha:

(a)

tilħaq il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera qabel il-wasla tal-kunsinja; jew

(b)

tkun ippreżentata lill-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera mill-impurtatur jew mill-aġent tiegħu qabel ma l-annimali akkwatici jiġu rrilaxxati minn dak il-post ta’ spezzjoni.

Artikolu 9

Ġarr dirett tal-annimali tal-akkwakultura lejn il-faċilitajiet ta’ kwarantina

Fejn il-kunsinji tal-annimali tal-akkwakultura impurtati lejn il-Komunità huma intiżi għall-kwarantina fil-Komunità, dawn għandhom jinġarru direttament lejn il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera lejn il-faċilità ta’ kwarantina.

Meta għal dak il-ġarr jintużaw il-vetturi, dawn għandhom ikunu ssiġillati mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera b’siġill li ma jistax jitbagħbas.

Artikolu 10

Is-sorveljanza tal-ġarr tal-annimali tal-akkwakultura.

1.   Fejn il-kunsinji tal-annimali tal-akkwakultura lejn il-Komunità huma intiżi għal kwarantina fil-Komunità:

(a)

il-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandu jinnotifika l-awtorità kompetenti tal-faċilità ta’ kwarantina, fi żmien jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tal-kunsinja fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, bil-post tal-oriġini u bil-post ta’ destinazzjoni tal-kunsinja permezz tas-sistema kkompjuterizzata stipulata fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE (5) (“is-sistema Traces”);

(b)

il-persuna repsonsabbli għall-faċilità ta’ kwarantina għandha, fi żmien jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tal-kunsinja fil-faċilità ta’ kwarantina, tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta’ dik il-faċilità bil-wasla tal-kunsinja;

(c)

l-awtorità kompetenti tal-faċilità ta’ kwarantina, permezz tas-sistema Traces, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mid-data tal-wasla tal-kunsinja f’dik il-faċilità, għandha tinnotifika bil-wasal tal-kunsinja lill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li jkun innotifikaha bil-ġarr tal-kunsinja, kif hemm referenza fil-punt (a).

2.   Jekk lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tingħatalha konferma li l-annimali tal-akkwakultura ddikjarati bħala intiżi għall-faċilità ta’ kwarantina fil-Komunità jkunu għadhom ma waslux fid-destinazzjoni tagħhom fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha kellhom jaslu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa.

Artikolu 11

Il-kundizzjonijiet ta’ kwarantina fil-Komunità

Fejn il-kwarantina fil-Komunità tkun kundizzjoni għġat-tqegħid fis-suq tal-kunsinji tal-annimali tal-akkwakultura skond l-Artikolu 17 jew 20 tad-Direttiva 2006/88/KE jew għal importazzjonijiet ta’ kunsinji bħal dawn lejn il-Komunità skond il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, il-kunsinji għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijet li ġejjin:

(a)

il-perjodu ta’ kwarantina għandu jsir fl-istess faċilità ta’ kwarantina fil-Komunità;

(b)

l-annimali tal-akkwakultura jridu jkunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ kwarantina stipulati fl-Artikoli li ġejjin:

(i)

fil-każ ta’ speċi suxxettibbli, l-Artikoli 13, 14 u 15;

(ii)

fil-każ ta’ speċi vettori, l-Artikoli 16 u 17;

(c)

l-annimali tal-akkwakultura għandhom ikunu rrilaxxati mill-kwarantina biss fuq awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 12

Miżuri fil-każ ta’ suspett jew konferma ta’ mard elenkat

1.   Jekk, waqt il-kwarantina, tkun suspettatta l-preżenza ta’ mard fil-faċilità ta’ kwarantina, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tieħu u tanalizza kampjuni xierqa skond il-punt 3 tal-Anness II;

(b)

tiżgura li, sakemm jaslu r-riżultati tal-laboratorju, l-ebda annimal tal-akkwakultura ma jitħalla jidħol jew jittieħed ‘il barra mill-kwarantina.

2.   Jekk, waqt il-kwarantina, tkun ikkonfermata l-preżenza tal-mard elenkat, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(a)

l-annimali kollha tal-akkwakultura fl-unitajiet ta’ kwarantina kkonċernati jitneħħew u jintremew, filwaqt li jitqies ir-riskju tat-tixrid tal-mard elenkat rilevanti;

(b)

l-unitajiet ta’ kwarantina kkonċernati jiġu mnaddfa u ddiżinfettati;

(c)

l-ebda annimal tal-kwarantina ma jittieħed lejn l-unitajiet ta’ kwarantina kkonċernati għall-perjodu ta’ 15-il ġurnata wara li jkun sar it-tindif u d-diżinfettar finali;

(d)

l-ilma fl-unitajiet ta’ kwarantina kkonċernati jiġi ttrattat b’mod li jeqred, b’mod effettiv, l-aġent infettuż responsabbli għall-mard elenkat rilevanti.

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2(a), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-annimali tal-akkwakultura miżmuma f’faċilità ta’ kwarantina u prodotti tagħhom ladarba l-istatus ta’ saħħa tal-annimali akkwatiċi fil-post ta’ destinazzjoni fir-rigward tal-mard elenkat rilevanti ma jkunx fil-periklu.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan l-Artikolu.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KWARANTINA

TAQSIMA 1

Speċi Suxxettibbli

Artikolu 13

It-tul ta’ kwarantina għal speċi suxxettibbli

1.   Il-ħut għandu jitpoġġa kwarantina għal tal-anqas 60 ġurnata.

2.   Il-krustaċji għandhom jitpoġġew kwarantina għal tal-anqas 40 ġurnata.

3.   Il-molluski għandhom jitpoġġew kwarantina għal tal-anqas 90 ġurnata.

Artikolu 14

Eżaminar, teħid ta’ kampjuni u djanjożi

1.   Biex tiġi ppruvata l-assenza tal-mard elenkat rilevanti, l-eżaminar, it-teħid ta’ kampjuni u d-djanjożi li hemm referenza għalihom fl-Anness II għandhom jitwettqu bir-riżultati negattivi.

2.   L-annimali sentinella akkwatiċi jistgħu jintużaw għall-eżaminar, teħid ta’ kampjuni u djanjożi ħlief fejn l-ispeċi suxxettibbli għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens jkunu kwarantina.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina n-numru ta’ annimali sentinella akkwatiċi li jkunu se jintużaw, b’mod li jitqies in-numru tal-annimali tal-akkwakultura miżmuma, il-qies tal-unità ta’ kwarantina, u l-karatteristiċi tal-mard u l-ispeċi elenkat rilevanti.

4.   L-annimali sentinella tal-akkwakultura għandhom ikunu:

(a)

ta’ speċi suxxettibbli għal mard elenkat rilevanti u, fejn possibbli u b’mod li jitqiesu l-kundizzjonijiet ta’ għajxien tagħhom, ikunu fl-aktar stadji suxxettibbli ta’ ħajjithom;

(b)

ġejjin minn Stat Membru, żona jew kompartiment, jew minn pajjiż terz jew parti minnhom iddikjarati ħielsa mill-mard elenkat rilevanti;

(c)

mhux imlaqqma kontra l-mard elenkat rilevanti;

(d)

imqiegħda f’unità ta’ kwarantina immedjatament qabel jew mal-wasla tal-annimali tal-akkwakultura li jridu jitpoġġew kwarantina u jinżammu f’kuntatt ma’ dawk l-annimali u taħt l-istess kundizzjonijiet zootekniċi u ambjentali.

Artikolu 15

Spezzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tispezzjona l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tal-anqas fil-bidu u fi tmiem il-perjodu ta’ kwarantina għal kull kunsinja ta’ annimali tal-akkwakultura.

Meta l-awtorità kompetenti twettaq spezzjonijiet bħal dawn, din għandha:

(a)

tiżgura li l-kundizzjonijiet ambjentali li jwasslu għas-sejba fil-laboratorju tal-mard elenkat rilevanti huma preżenti;

(b)

teżamina r-rekords ta’ mortalità waqt il-kwarantina;

(c)

meta rilevanti, tiċċekkja l-annimali tal-akkwakultura fl-unitajiet ta’ kwarantina.

TAQSIMA 2

Speċi Vettori

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet ta’ kwarantina applikabbli għall-ispeċi vettori

1.   L-ispeċi vettori għandhom jitpoġġew kwarantina għal tal-anqas 30 ġurnata.

2.   L-ilma tal-unità ta’ kwarantina għandu jinbidel tal-anqas darba kuljum.

Artikolu 17

Spezzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tispezzjona l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tal-anqas fil-bidu u fi tmiem il-perjodu ta’ kwarantina għal kull kunsinja ta’ annimali tal-akkwakultura.

Meta l-awtorità kompetenti twettaq spezzjonijiet bħal dawn, din għandha:

(a)

teżamina r-rekords ta’ mortalità waqt il-kwarantina;

(b)

meta rilevanti, tiċċekkja l-annimali tal-akkwakultura fl-unitajiet ta’ kwarantina.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Dispożizzjoni transitorja

Sakemm jiġu addotatti l-metodi djanjostiċi li għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 49(3) tad-Direttiva 2006/88/KE, l-ittestjar tal-kampjuni meħuda sabiex jipprova l-assenza tal-mard elenkat rilevanti waqt il-kwarantina għandu jsir skond il-metodi djanjostiċi stabbiliti fil-kapitolu li jikkorrispondi għal kull marda elenkata tal-aħħar verżjoni tal-Manwal ta’ testijiet djanjostiċi għal annimali akkwatiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (l-OIE).

Artikolu 19

Data tal-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 20

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(3)  Ara paġna 41 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.


ANNESS I

Kundizzjonijiet minimi għal faċilitajiet ta’ kwarantina

PARTI A

Kundizzjonijiet tal-kostruzzjoni u tat-tagħmir

(1)

Il-faċilità ta’ kwarantina għandha tkun binja separata mill-faċilitajiet ta’ kwarantina l-oħra, irziezet oħra jew żoni ta’ trobbija tal-molluski oħra, b’distanza speċifikata mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju li tqis l-epidemijoloġija tal-mard elenkat rilevanti. Madankollu, faċilità ta’ kwarantina tista’ titqiegħed f’razzett jew f’żona tat-trobbija tal-molluski.

(2)

L-unitajiet ta’ kwarantina għandhom jinbnew b’mod li l-ilma ma jistax jitħallat bejniethom. Barra minn hekk, is-sistema tal-ilma ta’ kull unità ta’ kwarantina għandha tkun imfassla biex tipprevjeni kull possibbiltà ta’ kontaminazzjoni minn unità ta’ kwarantina għal oħra jew unitajiet oħra tal-istess farm jew żona tat-trobbija tal-molluski.

(3)

Il-provvisti tal-ilma tal-unitajiet ta’ kwarantina għandhom ikunu ħielsa mill-mard elenkat rilevanti.

(4)

Meta s-sistema li tbattal l-ilma tal-unitajiet ta’ kwarantina tkun fi Stat Membru, żona, kompartiment jew pajjiż terz jew parti minnhom iddikjarati bħala ħielsa mill-mard elenkat jew suġġetti għal programm ta’ sorveljanza u eradikazzjoni fir-rigward ta’ mard elenkat, din għandha jkollha sistema ta’ trattament tal-iskart likwidu approvata mill-awtorità kompetenti. Is-sistema tat-trattament tal-iskart likwidu għandha:

(a)

tittratta l-iskart likwidu u l-fdal kollu ġġenerat fl-unità ta’ kwarantina b’mod li jeqred b’mod effettiv l-aġent infettuż responsabbli għall-mard elenkat rilevanti;

(b)

tkun mgħammra b’mekkaniżmi infallibbli ta’ sostenn sabiex jiżguraw tħaddim kontinwu u konteniment sħiħ.

(5)

L-unitajiet ta’ kwarantina għandhom jinbnew b’mod li jkun evitat il-kuntatt ma’ annimali oħra li aktarx ixerrdu l-mard elenkat rilevanti.

(6)

It-tagħmir kollu għandu jinbena b’mod li jkun jista’ jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat u t-tagħmir xieraq irid ikun disponibbli għat-tindif u d-diżinfettar.

(7)

Iridu jiġu installati fruntieri iġjeniċi f’kull daħla/ħarġa għall-faċilità ta’ kwarantina u għall-unitajiet differenti tagħha.

(8)

Kull unità ta’ kwarantina tal-faċilità ta’ kwarantina għandha jkollha t-tagħmir tagħha sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni bejn l-unitajiet ta’ kwarantina differenti.

PARTI B

Il-kundizzjonijiet ta’ ġestjoni

(1)

L-operatur tan-negozju tal-produzzjoni tal-akkwakultura tal-faċilità ta’ kwarantina għandu jiżgura, permezz ta’ kuntratt jew strument legali, is-servizzi ta’ professjonist awtorizzat, ikkwalifikat fis-saħħa tal-annimali akkwatiċi.

(2)

Għal kull kunsinja ta’ annimali tal-akkwakultura mpoġġija fi kwarantina:

(a)

l-unità ta’ kwarantina għandha titnaddaf u tiġi ddiżinfettata u mbagħad għandha tinżamm ħielsa mill-annimali tal-akkwakultura għal tal-anqas sebat ijiem qabel l-introduzzjoni ta’ kunsinja ġdida;

(b)

il-perjodu ta’ kwarantina għandu jibda biss meta jiġu introdotti l-aħħar annimali tal-akkwakultura tal-kunsinja.

(3)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni bejn il-kunsinji deħlin u dawk ħerġin.

(4)

L-ebda persuna li mhix awtorizzata ma tista’ tidħol fil-faċilità ta’ kwarantina.

(5)

Persuni li jidħlu fil-faċilità ta’ kwarantina jridu jilbsu lbies protettiv, inklużi żraben protettivi.

(6)

Ma għandu jkun ebda kuntatt bejn il-persunal u t-tagħmir li jista’ jikkawża kontaminazzjoni bejn il-faċilitajiet ta’ kwarantina jew l-unitajiet ta’ kwarantina, jew bejn il-faċilitajiet ta’ kwarantina u l-irziezet jew żoni ta’ trobbija tal-molluski.

(7)

Mal-wasla fil-faċilità, il-vetturi tat-trasport u t-tagħmir, inklużi t-tankijiet, il-kontenituri u l-ilma, għandhom jiġu ttrattati b’mod li jeqred, b’mod effettiv, l-aġent infettuż responsabbli għall-mard elenkat rilevanti.

(8)

Annimali tal-akkwakultura mejtin u annimali tal-akkwakultura li juru sinjali kliniċi ta’ mard għandhom ikunu spezzjonati minn professjonist awtorizzat, ikkwalifikat fis-saħħa tal-annimali akkwatiċi, u għażla rappreżentattiva ta’ annimali akkwatiċi mejtin u annimali tal-akkwakultura li juru sinjali kliniċi ta’ mard għandha tkun spezzjonata f’laboratorju maħtur mill-awtorità kompetenti.

(9)

L-eżaminar, it-teħid ta’ kampjuni u l-metodi djanjostiċi neċessarji għandhom isiru b’konsultazzjoni ma’, u taħt il-kontroll, tal-awtorità kompetenti.

(10)

Barra mill-obbligi ta’ reġistrazzjoni stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/88/KE, il-faċilità ta’ kwarantina għandha żżomm rekord:

(a)

tal-ħinijiet tad-dħul u tal-ħruġ tal-persunal;

(b)

tat-trattament tal-ilma li ġej u tal-ilma li joħroġ f’forma ta’ skart likwidu, kif inhu xieraq;

(c)

il-kundizzjonijiet mhux normali li jaffettwaw l-operat ta’ kwarantina (qtugħ ta’ dawl, ħsara lill-bini jew kundizzjonijiet ta’ maltemp qawwi);

(d)

id-dati u r-riżultati ta’ kampjuni mressqa għall-ittestjar.


ANNESS II

Eżaminar, teħid ta’ kampjuni, ittestjar u djanjożi tal-annimali tal-akkwakultura

(1)

L-eżaminar, it-teħid ta’ kampjuni, l-ittestjar u d-djanjożi tal-annimali tal-akkwakultura għandhom isiru filwaqt li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet ambjentali li jwasslu għas-sejba fil-laboratorju tal-mard elenkat rilevanti huma preżenti fil-faċilità ta’ kwarantina tul il-perjodu sħiħ ta’ kwarantina.

(2)

Waqt il-kwarantina, l-annimali tal-akkwakultura li ġejjin għandu jitteħdilhom kampjun fi żmien 15-il jum qabel id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ kwarantina:

(a)

meta jintużaw annimali sentinella tal-akkwakultura, għandhom jittieħdu kampjuni minnhom kollha;

(b)

meta ma jintużawx annimali sentinella tal-akkwakultura, għandhom jittieħdu kampjuni minn numru rilevanti ta’ annimali tal-akkwakultura b’mod li jkun żgurat li s-sejba ta’ mard elenkat rilevanti tkun b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 % jekk il-prevalenza prevista hija 10 % (qatt inqas minn 10 annimali).

(3)

Skont l-Artikolu 18, l-ittestjar tal-kampjuni meħuda waqt il-kwarantina għandu jsir f’laboratorji maħtura mill-awtorità kompetenti bl-użu ta’ metodi djanjostiċi li għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-Artikolu 49(3) tad-Direttiva 2006/88/KE.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/102


DEĊIŻJONI QAFAS TAL-KUNSILL 2008/947/ĠAI

tas-27 ta’ Novembru 2008

dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1)(a) u (c) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża (1),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Dan jippresupponi li hemm intendiment ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja da parti ta’ l-Istati Membri li, fl-elementi essenzjali tiegħu, huwa identiku għal u bbażat fuq, il-prinċipji ta’ libertà, demokrazija, rispett għad-drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali, kif ukoll l-istat tad-dritt.

(2)

L-għan tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fl-Unjoni Ewropea huwa li jkun provdut grad għoli ta’ sigurtà għaċ-ċittadini kollha. Wieħed mill-fundamenti ta’ dan l-għan huwa l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, stabbilit fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999 u affermat mill-ġdid fil-Programm ta’ l-Aja ta’ l-4 u l-5 ta’ Novembru 2004 għat-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (3). Fil-programm ta’ miżuri tad-29 ta’ Novembru 2000 li ġie adottat għall-fini ta’ l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet f’materji kriminali, il-Kunsill iddikjara lilu nnifsu favur il-koperazzjoni fil-qasam ta’ sentenzi sospiżi u ta’ liberazzjoni taħt kondizzjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta’ kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-fini ta’ l-infurzar tagħhom fl-Unjoni Ewropea (4) tikkonċerna r-rikonoxximent u l-infurzar reċiproku ta’ sentenzi jew miżuri ta’ kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà. Huma meħtieġa regoli komuni ulterjuri, b’mod partikolari fejn sentenza mhux ta’ kustodja li tinvolvi s-sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation jew sanzjonijiet alternattivi, tkun ġiet imposta fir-rigward ta’ persuna li ma jkollhiex ir-residenza legali u ordinarja tagħha fl-Istat fejn tinstab il-ħtija.

(4)

Il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tat-30 ta’ Novembru 1964 dwar is-Sorveljanza ta’ Ħatjin Sentenzjati Kondizzjonalment jew Liberati Kondizzjonalment ġiet irratifikata biss minn 12-il Stat Membru, f’xi każijiet b’għadd ta’ riżervi. Id-Deċiżjoni Qafas attwali tipprevedi strument aktar effettiv għax hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u li fiha jipparteċipaw l-Istati Membri kollha.

(5)

Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u taderixxi mal-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li huma wkoll espressi fil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, speċjalment fil-Kapitolu VI tagħha. L-ebda dispożizzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas m’għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprojbixxi r-rifjut ta’ rikonoxximent ta’ sentenza u/jew sorveljanza ta’ miżura ta’ probation jew sanzjoni alternattiva jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi għal ħsieb li l-miżura ta’ probation jew is-sanzjoni alternattiva kienet imposta biex tikkastiga persuna minħabba s-sess, ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini etnika, iċ-ċittadinanza, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew l-orjentazzjoni sesswali tagħha jew li din il-persuna tista’ tkun żvantaġġata għal waħda minn dawn ir-raġunijiet.

(6)

Din id-Deċiżjoni Qafas ma għandha twaqqaf lil ebda Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu rigward id-dritt għal proċess ġust, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà ta’ l-istampa, il-libertà ta’ l-espressjoni f’media oħra u l-libertà ta’ reliġjon.

(7)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu applikati konformement mad-dritt taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea li jiċċirkolaw u jirresjedu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri, skond l-Artikolu 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

(8)

L-għan tar-rikonoxximent reċiproku u s-sorveljanza ta’ sentenzi sospiżi, sentenzi kondizzjonali, sanzjonijiet alternattivi u deċiżjonijiet dwar rilaxx kondizzjonali hu li jitjiebu l-prospetti biex persuna kkundannata tiġi re-integrata fis-soċjetà, billi din tingħata l-possibbilta’ tippreserva r-rabtiet familjari, lingwistiċi, kulturali u oħrajn, iżda wkoll biex jitjieb il-monitoraġġ tal-konformità mal-miżuri ta’ probation u s-sanzjonijiet alternattivi, bil-ħsieb li tiġi pprevenuta r-reċidività, u b’hekk ikun qed jittieħed kont debitu tal-protezzjoni tal-vittmi u l-pubbliku ġenerali.

(9)

Hemm diversi tipi ta’ miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi li huma komuni fost l-Istati Membri u li l-Istati Membri kollha huma fil-prinċipju lesti li jissorveljaw. Is-sorveljanza ta’ dawn it-tipi ta’ miżuri u sanzjonijiet għandha tkun obbligatorja, soġġett għal ċerti eċċezzjonijiet previsti f’din id-Deċiżjoni Qafas. L-Istati Membri jistgħu jiddikkjaraw li, addizzjonalment, huma lesti li jissorveljaw tipi oħra ta’ miżuri ta’ probation u/jew tipi oħra ta’ sanzjonijiet alternattivi.

(10)

Il-miżuri ta’ probation u s-sanzjonijiet alternattivi li, fil-prinċipju, għandhom obbligatorjament jiġu sorveljati jinkludu inter alia ordnijiet relatati mal-imġiba (bħal obbligu li jitwaqqaf il-konsum ta’ l-alkoħol), ir-residenza (bħal obbligu li tiġi mibdula r-residenza għal raġunijiet ta’ vjolenza domestika), l-edukazzjoni u t-taħriġ (bħal obbligu li jiġi segwit “kors għal sewqan sigur”), l-attivitajiet tad-divertiment (bħal obbligu li jieqaf il-logħob jew l-attendenza ta’ ċertu sport) u limitazzjonijiet fuq jew modalitajiet ta’ twettiq ta’ attività professjonali (bħal obbligu li tiġi mfittxija attività professjonali f’ambjent tax-xogħol differenti; dan l-obbligu ma jinkludix is-sorveljanza ta’ konformità ma’ kwalunkwe diskwalifika professjonali imposta fuq il-persuna bħala parti mis-sanzjoni).

(11)

Fejn xieraq, jista’ jintuża monitoraġġ elettroniku bil-ħsieb tas-sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation jew sanzjonijiet alternattivi, skond il-liġi u l-proċeduri nazzjonali.

(12)

L-Istat Membru fejn il-persuna kkonċernata tingħata s-sentenza jista’ jibgħat is-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation lill-Istat Membru fejn il-persuna li ingħatat is-sentenza hija legalment u ordinarjament residenti bil-ħsieb tar-rikonoxximent ta’ dan u bil-ħsieb tas-sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation jew sanzjonijiet alternattivi li jkunu jinsabu fihom.

(13)

Id-deċiżjoni dwar jekk is-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation jintbagħtux lill-Stat Membru ieħor għandha tittieħed f’kull każ individwali mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru emittenti, b’kont meħud, fost l-oħrajn, tad-dikjarazzjonijiet magħmula skond l-Artikoli 5(4), 10(4) u 14(3).

(14)

Is-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation jistgħu jintbagħtu wkoll lil Stat Membru ieħor li m’huwiex dak li fih il-persuna li ingħatat is-sentenza hija residenti, jekk l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat ta’ esekuzzjoni, b’kont meħud ta’ kwalunkwe kondizzjoni stabbilita fid-dikjarazzjoni relattiva magħmula minn dak l-Istat konformement ma’ din id-Deċiżjoni Qafas, tagħti l-kunsens tagħha għal dan. B’mod partikolari, jista’ jingħata kunsens, bil-ħsieb ta’ re-abilitazzjoni soċjali, fejn il-persuna li ingħatat is-sentenza, mingħajr ma titlef id-dritt ta’ residenza tagħha, bi ħsiebha tgħix fi Stat Membru ieħor għaliex tingħata kuntratt ta’ xogħol, jekk hi hija membru tal-familja ta’ persuna legali u ordinarja ta’ dak l-Istat Membru, jew jekk hi bi ħsiebha ssegwi studju jew taħriġ f’dak l-Istat Membru, skond il-liġi Komunitarja.

(15)

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġi u l-proċeduri nazzjonali tagħhom stess għar-rikonoxximent ta’ sentenza u, fejn applikabbli, deċiżjoni ta’ probation. Fil-każ ta’ sentenza kondizzjonali jew sanzjoni alternattiva fejn is-sentenza ma jkunx fiha sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà li għandhom jiġu infurzati f’każ ta’ non-konformità ma’ l-obbligi jew l-istruzzjonijiet ikkonċernati, dan jista’ jimplika li wara li jkunu għamlu d-dikjarazzjoni relattiva skond din id-Deċiżjoni Qafas, l-Istati Membri meta jkunu qed jiddeċiedu li jirrikonoxxu, jaqblu li jissorveljaw il-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi kkonċernati u li ma jassumu l-ebda responsabbiltà oħra ħlief għat-teħid tad-deċiżjonijiet sussegwenti li jikkonsistu fil-modifika ta’ obbligi jew istruzzjonijiet li jkunu jinsabu fil-miżura ta’ probation jew is-sanzjoni alternattiva, jew modifika tat-tul ta’ żmien tal-perijodu ta’ probation. Konsegwentement, ir-rikonoxximent f’tali każijiet ma għandu l-ebda effett ulterjuri ħlief li jippermetti lill-Istat ta’ esekuzzjoni li jieħu dawk it-tipi ta’ deċiżjonijiet sussegwenti.

(16)

Stat Membru jista’ jirrifjuta li jirrikonoxxi sentenza u, fejn ikun il-każ, deċiżjoni ta’ probation, jekk is-sentenza kkonċernata nħarġet kontra persuna li ma nstabetx ħatja, bħal fil-każ ta’ persuna marida mentalment, u s-sentenza jew, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation tipprevedi trattament mediku/terapewtiku li l-Istat ta’ esekuzzjoni ma jistax jissorvela fir-rigward ta’ tali persuni taħt il-liġi nazzjonali tiegħu.

(17)

Ir-raġuni għal rifjut fir-rigward tat-territorjalità għandha tiġi applikata biss f’każijiet eċċezzjonali u bil-ħsieb tal-aħjar koperazzjoni possibbli taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, b’kont meħud ta’ l-għanijiet tagħha. Kwalunkwe deċiżjoni sabiex tiġi applikata din ir-raġuni għal rifjut għandha tkun ibbażata fuq analiżi ta’ każ b’każ u fuq konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati emittenti u l-Istati ta’ esekuzzjoni.

(18)

Jekk il-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi jinkludu servizz komunitarju, f’dak il-każ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandu jkun intitolat li jirrifjuta li jirrikonoxxi s-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation jekk is-servizz komunitarju normalment jitlesta f’inqas minn sitt xhur.

(19)

Il-forma taċ-ċertifikat hija abbozzata b’tali mod li elementi essenzjali tas-sentenza u, fejn xieraq, tad-deċiżjoni tal-probation jkunu inklużi fiċ-ċertifikat, li għandu jiġi tradott fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jgħin lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni jiġu megħjuna biex jieħdu deċiżjonijiet skond din id-Deċiżjoni Qafas, inklużi deċiżjonijiet dwar ir-rikonoxximent u l-irfigħ tar-responsabbiltà għas-sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi, deċiżjonijiet dwar l-adattament ta’ miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi, u deċiżjonijiet sussegwenti notevolment f’każ ta’ non-konformità ma’ miżura ta’ probation jew sanzjoni alternattiva.

(20)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li fuqu hija bbażata din id-Deċiżjoni Qafas, l-Istati Membri emittenti u ta’ esekuzzjoni għandhom jippromwovu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom kuntatt dirett meta jkunu qed japplikaw din id-Deċiżjoni Qafas.

(21)

L-Istati Membri kollha jiżguraw li persuni sentenzjati, li fir-rigward tagħhom jittieħdu deċiżjonijiet skond din id-Deċiżjoni Qafas, ikunu soġġetti għal sett ta’ drittijiet u rimedji legali skond il-liġi nazzjonali, irrispettivament minn jekk l-awtoritajiet kompetenti maħtura biex jieħdu deċiżjonijiet skond din id-Deċiżjoni Qafas humiex ta’ natura ġudizzjarja jew non-ġudizzjarja.

(22)

Id-deċiżjonijiet kollha sussegwenti relatati ma’ sentenza sospiża, sentenza kondizzjonali jew sanzjoni alternattiva li jirriżultaw f’impożizzjoni ta’ sanzjoni ta’ kustodja għandhom jittieħdu minn awtorità ġudizzjarja.

(23)

Peress li l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 għall-protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward ta’ l-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali, id-data personali pproċessata meta tiġi implimentata din id-Deċiżjoni Qafas għandha tiġi protetta skond il-prinċipji stabbiliti f’dik il-Konvenzjoni.

(24)

Peress li l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, jiġifieri l-faċilitazzjoni tar-re-abilitazzjoni ta’ persuni sentenzjati, it-titjib tal-protezzjoni tal-vittmi u tal-pubbliku ġenerali, il-faċilitazzjoni ta’ miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi xierqa fil-każ ta’ persuni ħatjin li ma jgħixux fl-Istat fejn instabu ħatja,, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri nfushom fid-dawl tan-natura transkonfinali tas-sitwazzjonijiet involuti u għaldaqstant jistgħu, minħabba l-iskala ta’ l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell ta’ l-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif definit fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea kif applikat fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, din id-Deċiżjoni Qafas ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet,

ADOTTA DAN ID-DEĊIŻJONI QAFAS:

Artikolu 1

Għanijiet u Ambitu ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni Qafas għandha l-għan li tiffaċilita r-re-abilitazzjoni soċjali ta’ persuni sentenzjati, li ttejjeb il-protezzjoni tal-vittmi u tal-pubbliku ġenerali, u li tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi xierqa fil-każ ta’ ħatjin li ma jgħixux fl-Istat fejn tinstab il-ħtija. Bil-ħsieb li jinkisbu dawn l-għanijiet, din id-Deċiżjoni Qafas tistabbilixxi regoli li konformement magħhom Stat Membru, minbarra l-Istat Membru li fih il-persuna kkonċernata tkun ġiet issentenzjata, jirrikonoxxi sentenzi u, fejn applikabbli, deċiżjonijiet ta’ probation u jissorvelja miżuri ta’ probation imposti abbażi ta’ sentenza, jew sanzjonijiet alternattivi li jinsabu f’tali sentenza, u jieħu d-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha relatati ma’ dik is-sentenza, sakemm ma jkunx pprovdut mod ieħor f’din id-Deċiżjoni Qafas.

2.   Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika biss għal:

(a)

ir-rikonoxximent ta’ sentenzi u, fejn applikabbli, deċiżjonijiet ta’ probation;

(b)

it-trasferiment tar-responsabbiltà għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi;

(ċ)

id-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha relatati ma’ dawk taħt a) u b),

kif deskritt fi u previst f’din id-Deċiżjoni Qafas.

3.   Din id-Deċiżjoni Qafas ma għandhiex tapplika għal:

(a)

esekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà li jaqgħu fl-ambitu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI;

(b)

ir-rikonoxximent u l-esekuzzjoni tal-pieni finanzjarji u ordnijiet ta’ konfiska li jaqgħu fl-ambitu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI ta’ l-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal pieni finanzjarji (5) u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska (6).

4.   Din id-Deċiżjoni Qafas m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu ta’ rispett lejn id-drittijiet fundamentali u lejn il-prinċipji legali kif affermati fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas:

(1)

“sentenza” għandha tfisser deċiżjoni finali jew ordni tal-qorti ta’ l-Istat emittenti, li tistabbilixxi li persuna fiżika wettqet reat kriminali u li timponi:

(a)

piena ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà, jekk ikun ingħata rilaxx kondizzjonali abbażi ta’ dik is-sentenza jew permezz ta’ deċiżjoni ta’ probation sussegwenti,

(b)

sentenza sospiża,

(ċ)

sentenza kondizzjonali,

(d)

sanzjoni alternattiva;

(2)

“sentenza sospiża” għandha tfisser sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà, li l-esekuzzjoni tagħha hija sospiża kondizzjonalment, fl-intier tagħha jew parzjalment, meta s-sentenza tingħata permezz ta’ l-impożizzjoni ta’ miżura ta’ probation waħda jew aktar. Tali miżura ta’ probation tista’ tiġi tingħata fis-sentenza nnifisha jew f’deċiżjoni ta’ probation separata meħuda minn awtorità kompetenti;

(3)

“sentenza kondizzjonali” għandha tfisser sentenza li fiha l-impożizzjoni ta’ sentenza tkun ġiet differita kondizzjonalment bl-impożizzjoni ta’ miżura ta’ probation waħda jew aktar jew li fiha miżura ta’ probation waħda jew aktar jiġu imposti flok sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà. Tali miżuri ta’ probation jistgħu jingħataw fis-sentenza nnifisha jew f’deċiżjoni ta’ probation separata meħuda minn awtorità kompetenti;

(4)

“sanzjoni alternattiva” għandha tfisser sanzjoni, barra minn sentenza ta’ kustodja, miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà jew piena finanzjarja, li timponi obbligu jew istruzzjoni;

(5)

“deċiżjoni ta’ probation” għandha tfisser deċiżjoni finali ta’ qorti jew deċiżjoni finali ta’ awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti meħuda abbażi ta’ tali sentenza li

(a)

tagħti rilaxx kondizzjonali, jew

(b)

timponi miżuri ta’ probation;

(6)

“rilaxx kondizzjonali” għandha tfisser deċiżjoni finali minn awtorità kompetenti jew li toħroġ mil-liġi nazzjonali dwar ir-rilaxx kmieni ta’ persuna sentenzjata wara li parti mis-sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà tkun ġiet skontata bl-impożizzjoni ta’ miżura ta’ probation waħda jew aktar;

(7)

“miżuri ta’ probation” għandha tfisser l-obbligi u l-istruzzjonijiet imposti minn awtorità kompetenti fuq persuna fiżika, skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittenti, in konnessjoni ma’ sentenza sospiża, sentenza kondizzjonali jew rilaxx kondizzjonali;

(8)

“Stat emittenti” għandha tfisser l-Istat Membru li fih tingħata sentenza;

(9)

“Stat ta’ esekuzzjoni” għandha tfisser l-Istat Membru li fih il-miżuri ta’ probation u s-sanzjonijiet alternattivi huma sorveljati wara deċiżjoni skond l-Artikolu 8.

Artikolu 3

Ħatra ta’ l-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill liema awtorità jew awtoritajiet, skond il-liġi nazzjonali tiegħu, hija/huma kompetenti biex taġixxi/jaġixxu skond din id-Deċiżjoni Qafas fis-sitwazzjoni fejn dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta’ esekuzzjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jinnominaw awtoritajiet non-ġudizzjarji bħala l-awtoritajiet kompetenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet skond din id-Deċiżjoni Qafas, dment li tali awtoritajiet ikollhom il-kompetenza għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura simili skond il-liġi u l-proċeduri nazzjonali tagħhom.

3.   Jekk deċiżjoni taħt l-Artikolu 14(1)(b) jew (c) tittieħed minn awtorità kompetenti minbarra qorti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq it-talba tal-persuna kkonċernata, tali deċiżjoni tkun tista’ tiġi riveduta minn qorti jew minn korp ieħor indipendenti simili għal qorti.

4.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li jirċievi disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.

Artikolu 4

Tipi ta’ miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi

1.   Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għall-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi li ġejjin:

(a)

obbligu li l-persuna sentenzjata tinforma lil awtorità speċifika dwar kwalunkwe bidla ta’ residenza jew post tax-xogħol;

(b)

obbligu li ma tidħolx f’ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fl-Istat emittenti jew ta’ esekuzzjoni;

(ċ)

obbligu li jkun fih limitazzjonijiet dwar it-tluq mit-territorju ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni;

(d)

istruzzjonijiet marbuta ma’ imgiba, residenza, edukazzjoni u taħriġ, attivitajiet ta’ divertiment, jew li jkun fihom limitazzjonijiet dwar jew modalitajiet ta’ twettiq ta’ attività professjonali;

(e)

obbligu li tirrapporta f’ħinijiet speċifiċi lil awtorità speċifika;

(f)

obbligu li tevita kuntatt ma’ persuni speċifiċi;

(g)

obbligu li tevita kuntatt ma’ oġġetti speċifiċi, li jkunu ntużaw jew li x’aktarx jintużaw mill-persuna sentenzjata bil-ħsieb li twettaq reat kriminali;

(h)

obbligu li tikkumpensa finanzjarjament għall-ħsara kkawżata mir-reat u/jew obbligu li tipprovdi evidenza ta’ konformità ma’ tali obbligu;

(i)

obbligu li twettaq servizz komunitarju;

(j)

obbligu li tikkopera ma’ uffiċjal tal-probation jew ma’ rappreżentant ta’ servizz soċjali b’responsabbiltajiet fir-rigward tal-persuni sentenzjati;

(k)

obbligu li jsirilha trattament terapewtiku jew trattament għal xi vizzju.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, meta jkun qed jimplimentaw din id-Deċiżjoni Qafas, liema miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi, barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, huwa lest jissorvelja. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li jirċievi disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.

Artikolu 5

Kriterji biex tintbagħat is-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation

1.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti tista’ tibgħat is-sentenza u, fejn xieraq, id-deċiżjoni ta’ probation lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih il-persuna sentenzjata hija legalment u ordinarjament residenti, f’każijiet fejn il-persuna sentenzjata rritornat jew trid tirritorna f’dak l-Istat.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti tista’, fuq talba tal-persuna sentenzjata, tibgħat is-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation lil awtorità kompetenti fi Stat Membru barra mill-Istat Membru li fih il-persuna sentenzjata hija legalment u ordinarjament residenti, bil-kondizzjoni li din l-awtorità ta’ l-aħħar tkun qablet li din tintbagħat.

3.   Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw taħt liema kondizzjonijiet l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jaqblu li tintbagħat sentenza u, fejn applikabbli, deċiżjoni ta’ probation taħt il-paragrafu 2.

4.   Kull Stat Membru għandu jagħmel dikjarazzjoni lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni li tkun saret taħt il-paragrafu 3. L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw tali dikjarazzjoni f’kull ħin. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jagħmel l-informazzjoni li jirċievi disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.

Artikolu 6

Proċedura biex tintbagħat is-sentenza u fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation

1.   Meta, fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) jew (2), l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti tibgħat sentenza u, fejn applikabbli, deċiżjoni ta’ probation lil Stat Membru ieħor, għandha tiżgura li din tkun akkumpanjata b’ċertifikat, li l-forma standard tiegħu tinsab fl-Anness I.

2.   Is-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation, flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jintbagħtu mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni permezz ta’ kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta’ esekuzzjoni jistabbilixxi l-awtentiċità tagħhom. L-oriġinal tas-sentenza u, fejn applikabbli, d-deċiżjoni ta’ probation, jew kopji ċċertifikati tagħhom, kif ukoll l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni jekk din hekk titlob. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmijin.

3.   Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ffirmat u l-kontenut tiegħu ċertifikat bħala preċiż mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti.

4.   Barra l-miżuri u s-sanzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(1), iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi biss dawk il-miżuri jew is-sanzjonijiet kif notifikati mill-Istat ta’ esekuzzjoni skond il-paragrafu 4(2).

5.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tibgħat is-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation, flimkien maċ- ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 lil Stat ta’ esekuzzjoni wieħed biss fi kwalunkwe ħin partikolari.

6.   Jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni ma tkunx magħrufa mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti, din ta’ l-aħħar għandha tagħmel l-investigażżjonijiet kollha meħtieġa, inkluż permezz tal-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew stabbilit mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/428/ĠAI tad-29 ta’ Ġunju 1998 (7), sabiex tinkiseb l-informazzjoni mill-Istat ta’ esekuzzjoni.

7.   Meta awtorità ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni li tirċievi sentenza u, fejn applikabbli, deċiżjoni ta’ probation, flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1, ma jkollhiex il-kompetenza li tirrikonoxxiha u tieħu l-miżuri meħtieġa li jirriżultaw għas-sorveljanza tal-miżura ta’ probation jew is-sanzjoni alternattiva, hija għandha, ex officio, tibgħatha lill-awtorità kompetenti u għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti b’dan bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Artikolu 7

Konsegwenzi għall-Istat emittenti

1.   Ladarba l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tkun irrikonoxxiet is-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation tkun intbagħtitilha u tkun infurmat lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti dwar it-tali rikonoxximent, l-Istat emittenti ma għandux ikollu aktar il-kompetenza fir-rigward tas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi imposti, u lanqas biex jieħu l-miżuri sussegwenti msemmijin fl-Artikolu 14(1).

2.   Il-kompetenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tmur lura lill-Istat emittenti:

(a)

hekk kif l-awtorità kompetenti tiegħu tkun innotifikat l-irtirar taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6(1), skond l-Artikolu 9(4), lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni;

(b)

fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 14(3) flimkien ma’ 14(5); u

(ċ)

fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 20.

Artikolu 8

Deċiżjoni ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni

1.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tirrikonoxxi s-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation mibgħuta skond l-Artikolu 5 u konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6a u għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation u s-sanzjonijiet alternattivi, dment li din ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għar-rifjut ta’ rikonoxximent u sorveljanza msemmijin fl-Artikolu 11.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tipposponi d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tas-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation fis-sitwazzjoni fejn iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6(1) huwa inkomplet jew manifestament ma jikkorrispondix mas-sentenza jew, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation, sa tali skadenza raġonevoli stabbilita biex iċ-ċertifikat ikun kompletat jew ikkoreġut.

Artikolu 9

Adattament tal-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi

1.   Jekk in-natura jew it-tul ta’ żmien tal-miżura ta’ probation jew is-sanzjoni alternattiva rilevanti, jew it-tul ta’ żmien tal-perijodu ta’ probation, ikunu inkompatibbli mal-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat tista’ tadattahom b’mod konformi man-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri ta’ probation u s-sanzjonijiet alternattivi, jew it-tul ta’ żmien tal-perijodu ta’ probation, li japplikaw, skond il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, għal reati ekwivalenti. Il-miżura ta’ probation, is-sanzjoni alternattiva jew it-tul ta’ żmien tal-perijodu ta’ probation adattati għandhom jikkorrispondu kemm jista’ jkun ma’ dawk imposti fl-Istat emittenti.

2.   Fejn il-miżura ta’ probation, is-sanzjoni alternattiva jew il-perijodu ta’ probazzjoni jkunu ġew adattati peress li t-tul ta’ żmien tagħhom jaqbeż it-tul ta’ żmien massimu previst taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, it-tul ta’ żmien tal-miżura ta’ probazzjoni, is-sanzjoni alternattiva jew il-perijodu ta’ probation adattati ma għandux ikun inqas mit-tul ta’ żmien massimu previst għal reati ekwivalenti skond il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni.

3.   Il-miżura ta’ probation adattata, is-sanzjoni alternattiva jew il-perijodu ta’ probation m’għandhomx ikunu aktar severi jew itwal mill-miżura ta’ probation, is-sanzjoni alternattiva jew il-perijodu ta’ probation li kien impost oriġinarjament.

4.   Wara l-wasla ta’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(2) jew 18(5), l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti tista’ tiddeċiedi li tirtira ċ-ċertifikat dment li s-sorveljanza fl-Istat ta’ esekuzzjoni tkun għada ma bdietx. F’tali każ, id-deċiżjoni għandha tittieħed u tiġi kkomunikata mill-aktar fis possibbli u f’mhux aktar tard minn għaxart ijiem mill-wasla ta’ l-informazzjoni.

Artikolu 10

Kriminalità doppja

1.   Ir-reati li ġejjin, jekk huma punibbli fl-Istat emittenti b’sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċaħda tal-libertà għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin, u skond kif inhuma definiti bil-liġi ta’ l-Istat emittenti, għandhom, skond it-termini ta’ din id-Deċiżjoni Qafas u mingħajr verifika tal-kriminalità doppja ta’ l-att, iwasslu għal rikonoxximent tas-sentenza jew, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation u għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation u s-sanzjonijiet alternattivi:

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali,

terroriżmu,

traffikar ta’ persuni,

sfruttament sesswali ta’ tfal u l-pornografija bi tfal,

traffikar illeċitu fid-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi,

traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjonijiet u splussivi,

korruzzjoni,

frodi, inkluża dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej skond it-tifsira tal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (8),

laundering tar-rikavati minn kriminalità,

falsifikazzjoni ta’ flus, inkluż l-euro,

reati konnessi ma’ l-informatika,

reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċi ta’ annimali fil-periklu li jinqerdu u ta’ speċi ta’ pjanti u varjetajiet fil-periklu li jinqerdu,

faċilitazzjoni tad-dħul u tar-residenza mhux awtorizzati,

omiċidju, offiżi gravi fuq persuna,

kummerċ illeċitu fl-organi u t-tessuti umani,

ħtif ta’ persuni, żamma illegali ta’ persuni u t-teħid ta’ ostaġġi,

razziżmu u ksenofobija,

serq organizzat jew bl-armi,

traffikar illeċitu f’beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri ta’ l-arti,

frodi,

racketeering u estorsjoni,

falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti,

falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar tagħhom,

falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament,

traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u promoturi tat-tkabbir (growth promoters) oħrajn,

traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjoattivi,

traffikar ta’ vetturi misruqin,

stupru,

inċendju volontarju,

reati li jaqgħu fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

ħtif illegali ta’ ajruplani/bastimenti,

sabotaġġ.

2.   Il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi unanimament wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiddeċiedi fi kwalunkwe waqt li jżid kategoriji oħrajn ta’ reati mal-lista prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kunsill għandu jeżamina, fid-dawl tar-rapport sottomess lilu skond l-Artikolu 26(1) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, jekk il-lista għandhiex tiġi estiża jew emendata.

3.   Għal reati oħrajn barra dawk koperti mill-paragrafu 1, l-Istat ta’ esekuzzjoni jista’ jagħmel ir-rikonoxximent tas-sentenza jew, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation u s-sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi soġġett għall-kondizzjoni li s-sentenza tirrigwarda atti li jikkostitwixxu wkoll reat skond il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, indipendentement mill-elementi kostitwenti jew mid-deskrizzjoni tiegħu.

4.   Kull Stat Membru jista’, waqt l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jew wara, b’dikjarazzjoni notifikata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jiddikjara li m’huwiex ser japplika l-paragrafu 1. Tali dikjarazzjoni tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin. Tali dikjarazzjonijiet jew irtirar ta’ dikjarazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Raġunijiet għar-rifjut ta’ rikonoxximent u sorveljanza

1.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tiċħad li tirrikonoxxi s-sentenza jew, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation u tassumi r-responsabbiltà għas-sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation jew sanzjonijiet alternattivi jekk:

(a)

iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 ma jkunx komplet jew ma jkunx jaqbel manifestament mas-sentenza jew mad-deċiżjoni ta’ probation u ma jkunx ikkompletat jew ikkorreġut f’terminu raġonevoli stabbilit mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni;

(b)

il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1), 5(2) jew 6(4) m’humiex sodisfatti;

(ċ)

ir-rikonoxximent tas-sentenza u l-assunzjoni tar-responsabbiltà għas-sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation jew sanzjonijiet alternattivi jmorru kontra l-prinċipju ne bis in idem;

(d)

is-sentenza tirrigwarda, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3) u, fejn l-Istat ta’ esekuzzjoni jkun għamel dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 10(4), f’każ imsemmi fl-Artikolu 10(1), is-sentenza tirrigwarda atti li ma jkunux jikkostitwixxu reat taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. Madanakollu fi kwistjonijiet ta’ taxxa jew dazju, dwana u skambju, l-esekuzzjoni tas-sentenza jew, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation ma tistax tiġi miċħuda minħabba li l-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni ma timponix l-istess tip ta’ taxxa jew dazju jew ma jkunx fiha l-istess tip ta’ regoli dwar taxxa jew dazju, dwana u skambju bħal dawk fil-liġi ta’ l-Istat emittenti;

(e)

l-infurzar tas-sentenza jkun preskritt skond il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni u jirrigwarda att li jaqa’ fil-kompetenza tagħha skond dik il-liġi;

(f)

ikun hemm immunità skond il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, li tagħmel is-sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation jew ta’ sanzjonijiet alternattivi impossibbli;

(g)

jekk, taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, il-persuna sentenzjata, minħabba l-età tagħha, ma tistax tinżamm kriminalment responsabbli għall-atti li fuqhom ingħatat is-sentenza;

(h)

is-sentenza ngħatat in absentia, dment li ċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna kienet ġiet imsejħa personalment jew infurmata permezz ta’ rappreżentant kompetenti skond id-dritt nazzjonali ta’ l-Istat emittenti dwar il-ħin u l-post tal-proċedimenti li rriżultaw fis-sentenza li tkun ingħatat in absentia, jew li l-persuna indikat lil awtorità kompetenti li hi ma tikkontestax il-każ;

(i)

is-sentenza jew, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation tipprovdi għal trattament mediku/terapewtiku li, minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9, l-Istat ta’ esekuzzjoni ma jkunx jista’ jissorvelja minħabba s-sistema legali jew tal-kura tas-saħħa tiegħu;

(j)

il-miżura ta’ probation jew is-sanzjoni alternattiva hija ta’ tul ta’ żmien ta’ inqas minn 6 xhur; jew

(k)

is-sentenza tkun relatata ma’ reati kriminali li taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni huma meqjusa bħala li twettqu kollha kemm huma jew f’parti maġġuri jew essenzjali fit-territorju tiegħu, jew f’post ekwivalenti għat-territorju tiegħu.

2.   Kwalunkwe deċiżjoni taħt il-paragrafu 1(k) fir-rigward ta’ reati mwettqin parzjalment fit-territorju ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, jew f’post ekwivalenti għat-territorju tiegħu, għandha tittieħed biss mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni f’każijiet eċċezzjonali u fuq bażi ta’ każ b’każ, b’konsiderazzjoni għaċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ u partikolarment għal jekk parti ewlenija jew essenzjali ta’ l-imġiba in kwistjoni seħħetx fl-Istat emittenti.

3.   Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 (a), (b), (c), (h), (i), (j) u (k) qabel ma tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix is-sentenza jew, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation u tassumi responsabbiltà għas-sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tikkomunika, b’mezzi xierqa, ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti u, kif meħtieġ, titlobha tissupplixxi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa mingħajr dewmien.

4.   Fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tkun iddeċidiet li tinvoka raġuni għal rifjut imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, partikolarment ir-raġunijiet msemmija taħt 1(d) jew (k), hi tista’ madankollu, bi ftehim ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti, tiddeċiedi li tissorvelja l-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi li huma imposti fis-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation tintbagħatilha, mingħajr ma tassumi r-responsabbiltà biex tieħu kwalunkwe waħda mid-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 14(1)(a), (b) u (c).

Artikolu 12

Limitu ta’ żmien

1.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tiddeċiedi malajr kemm jista’ jkun, u fi żmien 60 jum wara li tirċievi s-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation, jekk tirrikonoxxix jew le s-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation u jekk tassumix ir-responsabbiltà għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation jew s-sanzjonijiet alternattivi. Hija għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti bid-deċiżjoni tagħha, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

2.   Meta f’każijiet eċċezzjonali, ma jkunx possibbli għall-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni li tikkonforma mal-limitu ta’ żmien previst fil-paragrafu 1, hija għandha minnufih tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz, waqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u tindika kemm bi ħsiebha tieħu żmien biex tagħti deċiżjoni finali.

Artikolu 13

Liġi regolatorja

1.   Is-sorveljanza u l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi għandhom ikunu rregolata mil-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tissorvelja obbligu msemmi fl-Artikolu 4(1)(h) billi tirrikjedi li l-persuna sentenzjata tipprovdi evidenza ta’ konformità ma’ obbligu li tikkumpensa għall-ħsara kkawżata mir-reat.

Artikolu 14

Ġurisdizzjoni għat-teħid tad-deċiżjonijiet kollha sussegwenti u l-liġi regolatorja

1.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tieħu d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha relatati ma’ sentenza sospiża, rilaxx kondizzjonali, sentenza kondizzjonali u sanzjoni alternattiva, b’mod partikolari f’każ ta’ non-konformità ma’ miżura ta’ probation jew sanzjoni alternattiva jew jekk il-persuna sentenzjata twettaq reat kriminali ġdid.

Tali deċiżjonijiet sussegwenti jinkludu notevolment:

(a)

il-modifika ta’ l-obbligi jew l-istruzzjonijiet li jinsabu fil-miżura ta’ probation jew is-sanzjoni alternattiva, jew il-modifika tat-tul ta’ żmien tal-perijodu ta’ probation;

(b)

ir-revoka tas-sospensjoni ta’ l-esekuzzjoni tas-sentenza jew ir-revoka tad-deċiżjoni dwar rilaxx kondizzjonali; u

(ċ)

l-impożizzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà f’każ ta’ sanzjoni alternattiva jew sentenza kondizzjonali.

2.   Il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tapplika għad-deċiżjonijiet meħuda skond il-paragrafu 1 u għall-konsegwenzi sussegwenti kollha tas-sentenza inkluż, fejn applikabbli, l-infurzar, u jekk meħtieġ, l-adattament tas-sentenza ta’ kustodja jew il-miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà.

3.   Kull Stat Membru jista’, fil-ħin ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jew fi stadju aktar tard, jiddikjara li bħala Stat ta’ esekuzzjoni huwa ser jirrifjuta li jassumi r-responsabbiltà prevista fil-paragrafu 1(b) u (c) f’każijiet jew f’kategoriji ta’ każijiet li għandhom jiġu speċifikati minn dak l-Istat Membru, b’mod partikolari:

(a)

f’każijiet relatati ma’ sanzjoni alternattiva, fejn is-sentenza ma tinkludix sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà li għandha tkun inforzata f’każ ta’ non-konformità ma’ l-obbligu/i jew l-istruzzjoni(jiet) ikkonċernata/i;

(b)

f’każijiet relatati ma’ sentenza kondizzjonali;

(ċ)

f’każijiet fejn is-sentenza tirrigwarda atti li ma jikkostitwixxux reat skond il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, indipendentement mill-elementi kostitwenti jew mid-deskrizzjoni tiegħu.

4.   Meta Stat Membru jagħmel użu minn xi waħda mill-possibbiltajiet imsemmijin fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni lura lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru emittenti f’każ ta’ non-konformità ma’ miżura ta’ probation jew sanzjoni alternattiva jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tkun tal-fehma li jeħtieġ li tittieħed deċiżjoni sussegwenti, kif imsemmi fil-paragrafu 1(b) jew (c).

5.   Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 3, l-obbligu li tiġi rikonoxxuta s-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation, kif ukoll l-obbligu li mingħajr dewmien jittieħdu l-miżuri meħtieġa kollha għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), ma għandux jiġi affettwat.

6.   Id-dikjarazzjonijiet kif imsemmijin fil-paragrafu 3 għandhom isiru permezz ta’ notifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Tali dikjarazzjoni tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin. Id-dikjarazzjonijiet jew l-irtirar imsemmijin f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti

Fejn u kull meta jinħass li huwa xieraq, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat emittenti u ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni jistgħu jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-applikazzjoni bla xkiel u effiċjenti ta’ din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 16

Obbligi ta’ l-awtoritajiet involuti fejn l-Istat ta’ esekuzzjoni għandu ġurisdizzjoni għal deċiżjonijiet sussegwenti

1.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, bid-deċiżjonijiet kollha dwar:

(a)

il-modifika tal-miżuri ta’ probation jew tas-sanzjoni alternattiva;

(b)

ir-revoka tas-sospensjoni ta’ l-esekuzzjoni tas-sentenza jew ir-revoka tad-deċiżjoni dwar rilaxx kondizzjonali;

(ċ)

infurzar ta’ piena ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà minħabba n-non-konformità ma’ miżura ta’ probation jew sanzjoni alternattiva;

(d)

l-iskadenza tal-miżuri ta’ probation jew tas-sanzjoni alternattiva.

2.   Jekk tintalab hekk mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinformaha dwar it-tul massimu taċ-ċaħda tal-libertà li hija prevista fil-liġi nazzjonali ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għar-reat, li rriżulta fis-sentenza, u li jista’ jiġi impost fuq il-persuna sentenzjata fil-każ ta’ ksur tal-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta immedjatament wara li jiġu riċevuti s-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation, flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6(1).

3.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, ta’ kwalunkwe ċirkostanza jew sejba li, fl-opinjoni tagħha, tista’ tfisser li tittieħed waħda jew aktar mid-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 (a), (b) jew (c).

Artikolu 17

Obbligi ta’ l-awtoritajiet involuti fejn l-Istat emittenti għandu ġurisdizzjoni għal deċiżjonijiet sussegwenti

1.   Jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti jkollha ġurisdizzjoni għad-deċiżjonijiet sussegwenti msemmijin fl-Artikolu 14(1) skond l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 14(3), l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha minnufih tinnotifikaha dwar:

(a)

kwalunkwe sejba li probabbli tirriżulta f’revoka tas-sospensjoni ta’ l-esekuzzjoni tas-sentenza jew f’revoka tad-deċiżjoni dwar rilaxx kondizzjonali;

(b)

kwalunkwe sejba li probabbli tirriżulta fl-impożizzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà;

(ċ)

il-fatti u ċ-ċirkustanzi ulterjuri kollha li l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti titlob li jiġu pprovduti u li huma essenzjali sabiex tkun tista’ tieħu d-deċiżjonijiet sussegwenti skond il-liġi nazzjonali tagħha.

2.   Meta Stat Membru jkun għamel użu mill-possibbiltà msemmija fl-Artikolu 11(4), l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti fil-każ ta’ non-konformità mill-persuna sentenzjata ma’ miżura tal-probation jew sanzjoni alternattiva.

3.   In-notifika tas-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) u fil-paragrafu 2 għandha tingħata billi tintuża l-formola standard li tinsab fl-Anness II. In-notifika tal-fatti u ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1(c) għandha tingħata bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, inkluż, fejn possibbli, permezz tal-formola li tinsab fl-Anness II.

4.   Jekk, taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittenti, il-persuna sentenzjata għandu jingħatalha smigħ ġudizzjarju qabel tittieħed deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta’ sentenza, din il-ħtieġa tista’ tiġi sodisfatta b’segwitu mutatis mutandis tal-proċedura li tinsab fi strumenti tal-liġi internazzjonali jew tal-liġi ta’ l-Unjoni Ewropea li jipprovdu l-possibbiltà li jintużaw konnessjonijiet bil-vidjo għal persuni li jisimgħu.

5.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni bid-deċiżjonijiet kollha dwar:

(a)

ir-revoka tas-sospensjoni ta’ l-esekuzzjoni tas-sentenza jew ir-revoka tad-deċiżjoni dwar rilaxx kondizzjonali;

(b)

l-infurzar tas-sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà, fejn tali miżura tinsab fis-sentenza;

(ċ)

l-impożizzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà, fejn tali miżura ma tinsabx fis-sentenza;

(d)

l-iskadenza tal-miżura ta’ probation jew tas-sanzjoni alternattiva.

Artikolu 18

Informazzjoni mill-Istat ta’ esekuzzjoni fil-każijiet kollha

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub:

(1)

dwar it-trażmissjoni tas-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6(1) lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-rikonoxximent tagħha u għat-teħid ta’ miżuri riżultanti għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi skond l-Artikolu 6(7);

(2)

dwar il-fatt li fil-prattika huwa impossibbli li jkunu sorveljati l-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi għar-raġuni li, wara t-trasmissjoni tas-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6(1) lill-Istat ta’ esekuzzjoni, il-persuna sentenzjata ma tkunx tista’ tinstab fit-territorju ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, f’liema każ ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni li jissorvelja l-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi;

(3)

dwar id-deċiżjoni finali għar-rikonoxximent tas-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation u t-teħid tar-responsabbilta’ għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation jew s-sanzjonijiet alternattivi;

(4)

dwar kwalunkwe deċiżjoni li ma tiġix rikonoxxuta s-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation u li tassumi responsabbiltà għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation u s-sanzjonijiet alternattivi skond l-Artikolu 11, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni;

(5)

dwar kwalunkwe deċiżjoni biex jiġu adatti l-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi skond l-Artikolu 9, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni;

(6)

dwar kwalunkwe deċiżjoni dwar amnestija jew maħfra li jwasslu biex ma jkunx hemm sorveljanza tal-miżuri ta’ probation jew s-sanzjonijiet alternattivi għar-raġunijiet imsemmijin fl-Artikolu 19(1), flimkien, fejn applikabbli, mar-raġunijiet għad-deċiżjoni.

Artikolu 19

Amnestija, maħfra, reviżjoni ta’ sentenza

1.   Amnestija jew maħfra jistgħu jingħataw kemm mill-Istat emittenti kif ukoll mill-Istat ta’ esekuzzjoni.

2.   L-Istat emittenti biss jista’ jiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għal reviżjoni tas-sentenza li tifforma l-bażi għall-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi li għandhom jiġu sorveljati skond din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 20

Tmiem tal-ġurisdizzjoni ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni

1.   Jekk il-persuna sentenzjata taħrab jew ma tibqax ikollha residenza legali u ordinarja fl-Istat ta’ esekuzzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation jew s-sanzjonijiet alternattivi u fir-rigward tad-deċiżjonijiet ulterjuri kollha relatati mas-sentenza lura lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti.

2.   Jekk ikunu qed jittieħdu pro'eduri kriminali ġodda kontra l-persuna kkonċernata fl-Istat emittenti, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti tista’ titlob lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni biex tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation jew s-sanzjonijiet alternattivi u fir-rigward tad-deċiżjonijiet ulterjuri kollha relatati mas-sentenza lura lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti. Fit-tali każ, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ titrasferixxi lura l-ġurisdizzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti.

3.   Meta, fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-ġurisdizzjoni tiġi trasferita lura lill-Istat emittenti, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat għandha terġa’ tibda tali ġurisdizzjoni. Għas-sorveljanza ulterjuri tal-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tieħu kont tat-tul ta’ żmien u l-grad ta’ konformità mal-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi fl-Istat ta’ esekuzzjoni, kif ukoll ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Istat ta’ esekuzzjoni skond l-Artikolu 16(1).

Artikolu 21

Lingwi

Iċ-Ċertifikati imsemmija fl-Artikolu 6(1) għandhom jiġu tradotti fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. Kwalunkwe Stat Membru jista’, jew fl-addozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jew aktar tard, jistqarr permezz ta’ dikjarazzjoni depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li huwa ser jaċċetta traduzzjoni f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali l-oħrajn ta’ l-Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Spejjeż

L-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jitħallsu mill-Istat ta’ esekuzzjoni, ħlief għall-ispejjeż li jsiru esklussivament fit-territorju ta’ l-Istat emittenti.

Artikolu 23

Relazzjoni ma’ ftehim u arranġamenti oħrajn

1.   Din id-Deċiżjoni Qafas għandha, f’relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, mis-6 ta’ Diċembru 2011 tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tat-30 ta’ Novembru 1964 dwar is-Sorveljanza ta’ Ħatjin Sentezjati Kondizzjonalemt jew Liberati Kondizzjonalment.

2.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali li jkunu fis-seħħ wara s-6 ta’ Diċembru 2008, sakemm dawn jippermettu li l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew imkabbra u jgħinu sabiex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għas-sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi.

3.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara s-6 ta’ Diċembru 2008 sakemm tali ftehim jew arranġamenti jippermettu li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew imkabbra u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għas-sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi.

4.   L-Istati Membri għandhom sas-6 ta’ Marzu 2009, jinnotifikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-ftehim u l-arranġamenti eżistenti msemmija fil-paragrafu 2 li huma jixtiequ jkomplu japplikaw. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kunsill u l-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim jew arranġament ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 3, fi żmien tliet xhur minn meta dan jiġi ffirmat.

Artikolu 24

Applikazzjoni Territorjali

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għall-Ġibilta’.

Artikolu 25

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas sas-6 ta’ Diċembru 2011.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skond din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 26

Reviżjoni

1.   Sas-6 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport abbażi ta’ l-informazzjoni riċevuta minn Stati Membri skond l-Artikolu 25(2).

2.   Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kunsill għandu jivvaluta

(a)

il-punt sa liema l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni Qafas; u

(b)

l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas.

3.   Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti leġislattivi.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ALLIOT-MARIE


(1)  ĠU C 147, 30.6.2007, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-25 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 327, 5.12.2008, p. 27.

(5)  ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16.

(6)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59.

(7)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 4.

(8)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.