ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
12 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1230/2008 tal-11 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2008 tal-11 ta’ Diċembru 2008 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/2008 tal-11 ta’ Diċembru 2008 li ma jalloka l-ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1233/2008 tal-11 ta’ Diċembru 2008 li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 ta’ l-24 ta' Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1236/2008 tal-11 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1613/2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użat għall-iskopijiet tal-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-qagħda speċjali fil-Laos fir-rigward ta' xi oġġetti tat-tessuti esportati lejn il-Komunità

53

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1237/2008 tal-11 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1043/2005 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq xi prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġu ffissati l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet

55

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/2008 ta' l-10 ta’ Diċembru 2008 li jipprojbixxi s-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI u VII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

56

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/2008 ta' l-10 ta’ Diċembru 2008 li jerġa’ jiftaħ is-sajd għall-merluzz fil-Kattegat min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja

58

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1240/2008 ta' l-10 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju

60

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/936/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Mejju 2008 li tikkonċerna l-għajnuna mogħtija minn Franza lill-Fond għall-prevenzjoni tar-riskji tas-sajd u lill-impriżi tas-sajd (Għajnuna mill-Istat C 9/06) (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5636)  ( 1 )

62

 

 

2008/937/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2008 dwar l-aċidu sulforiku li ma ġiex inkluż fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7612)  ( 1 )

88

 

 

2008/938/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2008 dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8028)

90

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1230/2008

tal-11 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-12 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

81,5

TR

71,9

ZZ

76,7

0707 00 05

JO

167,2

MA

51,4

TR

85,6

ZZ

101,4

0709 90 70

MA

105,7

TR

133,9

ZZ

119,8

0805 10 20

AR

18,1

BR

56,0

CL

50,9

EG

30,5

MA

91,7

TR

68,8

ZA

51,8

ZW

43,9

ZZ

51,5

0805 20 10

MA

68,8

TR

73,0

ZZ

70,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

54,6

HR

54,2

IL

70,8

TR

55,8

ZZ

58,9

0805 50 10

MA

78,3

TR

66,6

ZZ

72,5

0808 10 80

CA

89,2

CL

43,7

CN

77,8

MK

35,3

US

117,4

ZA

123,2

ZZ

81,1

0808 20 50

CN

49,6

TR

97,0

US

131,4

ZZ

92,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1231/2008

tal-11 ta’ Diċembru 2008

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (2) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2008 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

150,4

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

155,8

0

BR

145,9

0

AR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

234,1

20

BR

279,5

6

AR

298,3

1

CL

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

200,6

3

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

123,1

6

BR

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

202,9

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

307,8

0

BR

327,4

0

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

452,7

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

436,2

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

220,4

20

BR

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

604,0

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1232/2008

tal-11 ta’ Diċembru 2008

li ma jalloka l-ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ ta' l-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq ta’ l-offerti li jintemm fid-9 ta’ Diċembru 2008.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fil-9 ta’ Diċembru 2008, l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni mhi allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, punti (a) u (b), u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1233/2008

tal-11 ta’ Diċembru 2008

li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ ta' l-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-perjodu tat-tressiq ta’ l-offerti li jintemm fid-9 ta’ Diċembru 2008.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' tressiq li jintemm fid-9 ta’ Diċembru 2008, ma ngħatat l-ebda rifużjoni għall-prodott u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit 12 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1234/2008

ta’ l-24 ta' Novembru 2008

li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(4) u l-Artikolu 41(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-qafas legali Komunitarju rigward varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ġie stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1084/2003 tat-3 ta' Ġunju 2003 li jikkonċerna l-eżami tal-varjazzjonijiet tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-marketing għal prodotti mediċinali għall-użu uman u prodotti mediċinali veterinarji mogħtija mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1085/2003 tat-3 ta' Ġunju 2003 rigward l-eżaminazzjoni tal-varjazzjonijiet għat-termini għal awtorizzazzjoni tal-marketing għal prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u għal prodotti mediċinali veterinarji li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93 (5). Fid-dawl tal-esperjenza prattika fl-applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Regolamenti, huwa xieraq li jiġu eżaminati sabiex ikun stabbilit qafas legali aktar sempliċi, aktar ċar u aktar flessibbli, filwaqt li jkun iggarantit l-istess livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u ta’ saħħet l-annimali.

(2)

Il-proċeduri stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 1084/2003 u (KE) Nru 1085/2003 għalhekk għandhom jiġu aġġustati, mingħajr ma jkun hemm devjazzjoni mill-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati dawk il-proċeduri. Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, il-prodotti mediċinali omeopatiċi u veġetali tradizzjonali li ma ngħatawx awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq imma huma suġġetti għal proċedura ssimplifikata ta’ reġistrazzjoni għandhom jibqgħu esklużi mill-ambitu tar-Regolament.

(3)

Il-varjazzjonijiet fil-prodotti mediċinali jistgħu jiġu kklassifikati f’kategoriji differenti, jiddependi mil-livell ta’ riskju għas-saħħa pubblika jew għal saħħet l-annimali u mill-impatt fuq il-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott mediċinali kkonċernat. Għalhekk, għandhom ikunu stabbiliti d-definizzjonijiet għal kull wieħed minn dawn il-kategoriji. Sabiex ikun hemm aktar prevedibbiltà, il-linji ta’ gwida dwar id-dettalji tal-kategoriji differenti tal-varjazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti u għandhom jiġu regolarment aġġornati fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku, fejn jitqiesu partikolarment l-iżviluppi rigward l-armonizzazzjoni internazzjonali. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem: l-“Aġenzija”) u l-Istati Membri għalhekk għandhom ukoll jingħataw is-setgħa li jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni ta’ varjazzjonijiet mhux previsti.

(4)

Għandu jkun iċċarat li ċerti bidliet li għandhom l-akbar impatt potenzjali fuq il-kwalità, is-sikurezza jew l-effikaċja tal-prodotti mediċinali jeħtieġu valutazzjoni xjentifika kompluta, bl-istess mod kif isir għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet il-ġodda għall-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq.

(5)

Sabiex jitnaqqas aktar in-numru globali tal-proċeduri tal-varjazzjonijiet u sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiffukaw fuq dawk il-varjazzjonijiet li jkollhom impatt ġenwin fuq il-kwalità, is-sikurezza jew l-effikaċja, għal ċerti varjazzjonijiet minuri għandha tkun introdotta sistema ta’ rappurtaġġ annwali. Tali varjazzjonijiet m’għandhom jeħtieġu l-ebda approvazzjoni minn qabel u għandhom ikunu nnotifikati fi żmien 12-il xahar wara l-implimentazzjoni. Madankollu, tipi oħrajn ta’ varjazzjonijiet minuri li r-rappurtaġġ immedjat tagħhom huwa meħtieġ għas-superviżjoni kontinwa tal-prodott mediċinali kkonċernat m’għandhomx ikunu suġġetti għas-sistema ta’ rappurtaġġ annwali.

(6)

Kull varjazzjoni għandha teħtieġ sottomissjoni separata. Madankollu, l-iggruppar tal-varjazzjonijiet, f’ċerti każi, għandu jiġi permess sabiex ikun iffaċilitat l-eżami tal-varjazzjonijiet u jitnaqqas il-piż amministrattiv. L-iggruppar tal-varjazzjonijiet fit-termini ta’ diversi awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mill-istess detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jkun permess biss sakemm l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq kollha kkonċernati jiġu affettwati mill-istess grupp eżatt ta’ varjazzjonijiet.

(7)

Sabiex ikun evitat xogħol doppju fl-evalwazzjoni tal-varjazzjonijiet fit-termini ta’ diversi awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għandha tkun stabbilita proċedura ta’ kondiviżjoni tax-xogħol fejn awtorità waħda, magħżula fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Aġenzija, għandha teżamina l-varjazzjoni f’isem l-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra.

(8)

Għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet li jirriflettu dawk stabbiliti fid-Direttiva 2001/82/KE u fid-Direttiva 2001/83/KE rigward ir-rwol tal-gruppi ta’ koordinazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/82/KE u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/83/KE, sabiex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u sabiex jinstab ftehim għan-nuqqas ta’ qbil fl-evalwazzjoni ta’ ċerti varjazzjonijiet.

(9)

Dan ir-Regolament għandu jiċċara meta d-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jitħalla jimplimenta varjazzjoni partikolari peress li tali kjarifika tkun essenzjali għall-operaturi ekonomiċi.

(10)

Għandu jkun stabbilit perjodu transitorju sabiex il-partijiet interessati kollha, partikolarment l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-industrija, jingħataw żmien sabiex jadattaw irwieħhom għall-qafas legali l-ġdid.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem u l-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLUI

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-eżami tal-varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji li ġejjin:

(a)

awtorizzazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva tal-Kunsill 87/22/KEE (6), skont l-Artikoli 32 u 33 tad-Direttiva 2001/82/KE, skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2001/83/KE u skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(b)

awtorizzazzjonijiet mogħtija wara rinviju, kif inhu pprovdut fl-Artikoli 36, 37 u 38 tad-Direttiva 2001/82/KE jew fl-Artikoli 32, 33 u 34 tad-Direttiva 2001/83/KE, li wassal għal armonizzazzjoni sħiħa.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għat-trasferimenti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq minn detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq wieħed (minn hawn ’il quddiem: “detentur”) lil ieħor.

3.   Il-Kapitolu II għandu japplika biss għal varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont id-Direttiva 87/22/KEE, skont il-Kapitolu 4 tad-Direttiva 2001/82/KE jew skont il-Kapitolu 4 tad-Direttiva 2001/83/KE.

4.   Il-Kapitolu III għandu japplika biss għall-varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 (minn hawn ’il quddiem: “awtorizzazzjonijiet ċentralizzati għat-tqegħid fis-suq”).

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq” jew “varjazzjoni” tfisser emenda fil-kontenut tal-partikolaritajiet u tad-dokumenti li jissemmew:

(a)

fl-Artikoli 12(3), 13, 13a, 13b, 13c, 13d u 14 tad-Direttiva 2001/82/KE u fl-Anness I tagħha, u fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 fil-każ tal-prodotti mediċinali veterinarji;

(b)

fl-Artikoli 8(3), 9, 10, 10a, 10b, 10c u 11 tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Anness I tagħha, fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, fl-Artikolu 7(1)(a) u fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u fl-Artikoli 7 u 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) fil-każ tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem;

(2)

“Varjazzjoni minuri tat-tip IA” tfisser varjazzjoni li jkollha biss impatt minimu jew l-ebda impatt fuq il-kwalità, is-sikurezza jew l-effikaċja tal-prodott mediċinali kkonċernat;

(3)

“Varjazzjoni maġġuri tat-tip II” tfisser varjazzjoni li mhix estensjoni u li jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq il-kwalità, is-sikurezza jew l-effikaċja tal-prodott mediċinali kkonċernat;

(4)

“Estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq” jew “estensjoni” tfisser varjazzjoni li ġiet elenkata fl-Anness I u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti hemmhekk;

(5)

“Varjazzjoni minuri tat-tip IB” tfisser varjazzjoni li la hija varjazzjoni minuri tat-tip IA, la hija varjazzjoni maġġuri tat-tip II u lanqas mhi estensjoni;

(6)

“Stat Membru kkonċernat” tfisser Stat Membru li l-awtorità kompetenti tiegħu tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali in kwistjoni;

(7)

“Awtorità rilevanti” tfisser:

(a)

l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru kkonċernat;

(b)

fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet ċentralizzati għat-tqegħid fis-suq, l-Aġenzija.

(8)

“Restrizzjoni urġenti ta’ sikurezza” tfisser bidla interim fl-informazzjoni tal-prodott minħabba informazzjoni ġdida li jkollha influwenza fuq l-użu sikur tal-prodott mediċinali, li tikkonċerna b’mod partikolari wieħed jew aktar mill-punti li ġejjin fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott: l-indikazzjonijiet terapewtiċi, il-pożoloġija, il-kontra-indikazzjonijiet, it-twissijiet, l-ispeċijiet fil-mira u l-perjodi ta’ rtirar.

Artikolu 3

Il-klassifikazzjoni tal-varjazzjonijiet

1.   B’relazzjoni għal kwalunkwe varjazzjoni li mhix estensjoni għandha tapplika l-klassifikazzjoni stabbilita fl-Anness II.

2.   Varjazzjoni li mhijiex estensjoni u li l-klassifikazzjoni tagħha ma tkunx determinata wara l-applikazzjoni tar-regoli pprovduti f'dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-linji ta' gwida msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) u, fejn ikun rilevanti, kwalunkwe rakkomandazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 5, għandhom awtomatikament jitqiesu bħala varjazzjonijiet żgħar tat-Tip IB.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, varjazzjoni li mhix estensjoni u li l-klassifikazzjoni tagħha mhix determinata wara l-applikazzjoni tar-regoli pprovduti f’dan ir-Regolament għandha titqies bħala varjazzjoni maġġuri tat-tip II fil-każi li ġejjin:

(a)

fuq talba tad-detentur meta jressaq il-varjazzjoni;

(b)

fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza kif imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/82/KE u l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/83/KE (minn hawn ’il quddiem 'l-Istat Membru ta' referenza), f’konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra kkonċernati jew, fil-każ ta’ awtorizzazzjoni ċentralizzata għat-tqegħid fis-suq, l-Aġenzija, wara l-valutazzjoni tal-validità ta’ notifika skont l-Artikolu 9(1) jew l-Artikolu 15(1) u meta jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 5, tikkonkludi li l-varjazzjoni jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq il-kwalità, is-sikurezza jew l-effikaċja tal-prodott mediċinali kkonċernat.

Artikolu 4

Il-linji ta’ gwida

1.   Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, lill-Aġenzija u lill-partijiet interessati, il-Kummissjoni għandha tfassal:

(a)

linji ta’ gwida dwar id-dettalji tad-diversi kategoriji ta’ varjazzjonijiet;

(b)

linji ta’ gwida dwar it-tħaddim tal-proċeduri stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV ta’ dan ir-Regolament kif ukoll dwar id-dokumentazzjoni li għandha titressaq skont dawn il-proċeduri.

2.   Il-linji ta’ gwida li jissemmew fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu mfassla sad-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28 u għandhom jiġu aġġornati regolarment, fejn jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 5 kif ukoll il-progress xjentifiku u tekniku.

Artikolu 5

Ir-rakkomandazzjoni dwar varjazzjonijiet mhux previsti

1.   Qabel ma titressaq jew tiġi eżaminata varjazzjoni li l-klassifikazzjoni tagħha mhix ipprovduta f’dan ir-Regolament, detentur jew awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jitolbu lill-grupp ta’ koordinazzjoni li jissemma fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/82/KE jew fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/83/KE (minn hawn ’il quddiem: il-“grupp ta’ koordinazzjoni”), jew fil-każ ta’ varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni ċentralizzata għat-tqegħid fis-suq, lill-Aġenzija, sabiex jipprovdi rakkomandazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-varjazzjoni.

Ir-rakkomandazzjoni msemmija fl-ewwel sotto-paragrafu għandha tkun konsistenti mal-linji ta' gwida msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1). Din għandha tingħata fi żmien 45 jum wara li tiġi riċevuta t-talba u għandha tintbagħat lid-detentur, lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.

2.   L-Aġenzija u ż-żewġ gruppi ta’ koordinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw sabiex ikunu żguri mill-koerenza tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija skont dak il-paragrafu u għandhom jippubblikaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet wara li titħassar l-informazzjoni kollha ta’ natura kummerċjali kunfidenzjali.

Artikolu 6

Il-varjazzjonijiet li jwasslu għar-reviżjoni tal-informazzjoni tal-prodott

Fejn varjazzjoni twassal għal reviżjoni tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, tat-tikkettar jew tal-fuljett tal-pakkett, din ir-reviżjoni għandha titqies bħala parti minn dik il-varjazzjoni.

Artikolu 7

L-iggruppar tal-varjazzjonijiet

1.   Fejn jiġu nnotifikati jew isiru applikazzjonijiet għal diversi varjazzjonijiet, għandha titressaq notifika jew applikazzjoni separata kif inhu stabbilit fil-Kapitoli II, III u IV rigward kull varjazzjoni mfittxija.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:

(a)

fejn l-istess varjazzjonijiet minuri tat-tip IA fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq waħda jew ta’ diversi awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li tkun proprjetà tal-istess detentur jiġu nnotifikati fl-istess ħin lill-istess awtorità rilevanti, notifika waħda kif jissemma fl-Artikoli 8 u 14 tista’ tkopri l-varjazzjonijiet kollha ta’ din ix-xorta;

(b)

fejn fl-istess ħin jitressqu diversi varjazzjonijiet fit-termini tal-istess awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, sottomissjoni waħda tista’ tkopri l-varjazzjonijiet kollha ta’ din ix-xorta sakemm il-varjazzjonijiet ikkonċernati jaqgħu f’wieħed mill-każi elenkati fl-Anness III jew, jekk ma jaqgħux f’wieħed minn dawk il-każi, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza f’konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati l-oħra jew, fil-każ ta’ awtorizzazzjoni ċentralizzata għat-tqegħid fis-suq, l-Aġenzija, taqbel li tissuġġetta dawn il-varjazzjonijiet għall-istess proċeduri.

Is-sottomissjoni li tissemma fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu għandha ssir permezz ta’ dan li ġej:

notifika waħda kif jissemma fl-Artikoli 9 u 15 fejn mill-inqas waħda mill-varjazzjonijiet tkun varjazzjoni minuri tat-tip IB u l-varjazzjonijiet kollha jkunu varjazzjonijiet minuri;

applikazzjoni waħda kif jissemma fl-Artikoli 10 u 16 fejn mill-inqas waħda mill-varjazzjonijiet tkun varjazzjoni maġġuri tat-tip II u l-ebda waħda mill-varjazzjonijiet ma tkun estensjoni;

applikazzjoni waħda kif jissemma fl-Artikolu 19 fejn mill-inqas waħda mill-varjazzjonijiet tkun estensjoni.

KAPITOLU II

VARJAZZJONIJIET FL-AWTORIZZAZZJONIJIET GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ MOGĦTIJA SKONT ID-DIRETTIVA 87/22/KEE, SKONT IL-KAPITOLU 4 TAD-DIRETTIVA 2001/82/KE JEW SKONT IL-KAPITOLU 4 TAD-DIRETTIVA 2001/83/KE

Artikolu 8

Il-proċedura ta’ notifika għall-varjazzjonijiet minuri tat-tip IA

1.   Fejn issir varjazzjoni minuri tat-tip IA, id-detentur għandu jressaq fl-istess ħin quddiem l-awtoritajiet rilevanti kollha notifika li tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness IV. Din in-notifika għandha titressaq fi żmien 12-il xahar wara l-implimentazzjoni tal-varjazzjoni.

Madankollu, fil-każ ta’ varjazzjonijiet minuri li jeħtieġu notifika immedjata għas-superviżjoni kontinwa tal-prodott mediċinali kkonċernat, in-notifika għandha titressaq immedjatament wara l-implimentazzjoni tal-varjazzjoni.

2.   Fi żmien 30 jum wara li tiġi riċevuta n-notifika, għandhom jittieħdu l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 11.

Artikolu 9

Il-proċedura ta’ notifika għall-varjazzjonijiet minuri tat-tip IB

1.   Id-detentur għandu jressaq fl-istess ħin quddiem l-awtoritajiet rilevanti kollha notifika li tinkludi l-elementi kollha elenkati fl-Anness IV.

Jekk in-notifika tissodisfa r-rekwiżit stabbilit fl-ewwel sottoparagrafu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' referenza għandha, wara li tikkonsulta l-Istati Membri kkonċernati, tirrikonoxxi li rċeviet notifika valida.

2.   Jekk fi żmien 30 jum wara r-rikonoxximent li rċeviet notifika valida, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza ma tkunx bagħtet lid-detentur opinjoni sfavorevoli, għandu jitqies li n-notifika ġiet aċċetata mill-awtoritajiet rilevanti kollha.

Fejn in-notifika tiġi aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza, għandhom jittieħdu l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 11.

3.   Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza tkun tal-opinjoni li n-notifika ma tistax tiġi aċċettata, għandha tinforma lid-detentur u lill-awtoritajiet rilevanti l-oħra, fejn tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata l-opinjoni sfavorevoli tagħha.

Fi żmien 30 jum wara li tiġi riċevuta l-opinjoni sfavorevoli, id-detentur jista’ jressaq quddiem l-awtoritajiet rilevanti kollha notifika emendata sabiex jitqiesu b’mod xieraq ir-raġunijiet stabbiliti f’dik l-opinjoni.

Jekk id-detentur ma jemendax in-notifika skont it-tieni sottoparagrafu, għandu jitqies li n-notifika ġiet miċħuda mill-awtoritajiet rilevanti kollha u għandhom jittieħdu l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 11.

4.   Fejn tressqet notifika emendata, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandha tivvalutaha fi żmien 30 jum wara li tirċeviha u għandhom jittieħdu l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 11.

Artikolu 10

Il-proċedura tal-“approvazzjoni minn qabel” għall-varjazzjonijiet maġġuri tat-tip II

1.   Id-detentur għandu jressaq fl-istess ħin quddiem l-awtoritajiet rilevanti kolha applikazzjoni li tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness IV.

Jekk l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandha tirrikonoxxi li rċeviet applikazzjoni valida u għandha tinforma lid-detentur u lill-awtoritajiet rilevanti l-oħra li l-proċedura tibda mid-data ta' dan ir-rikonoxximent.

2.   Fi żmien 60 jum wara r-rikonoxximent li rċeviet applikazzjoni valida, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandha tipprepara rapport ta’ valutazzjoni u deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, li għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet rilevanti l-oħra.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza, meta titqies l-urġenza tal-kwistjoni, tista’ tnaqqas il-perjodu li jissemma fl-ewwel sottoparagrafu, jew testendih għal 90 jum għall-varjazzjonijiet elenkati fil-Parti 1 tal-Anness V.

Il-perjodu li jissemma fl-ewwel sottoparagrafu għandu jkun ta’ 90 jum għall-varjazzjonijiet elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V.

3.   Fil-perjodu li jissemma fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza tista’ titlob lid-detentur biex jipprovdi informazzjoni supplimentari f’limitu ta’ żmien iffissat minn dik l-awtorità kompetenti. F’dan il-każ:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra bit-talba tagħha għal informazzjoni supplimentari;

(b)

il-proċedura għandha tkun sospiża sakemm tali informazzjoni supplimentari tkun ipprovduta;

(ċ)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' referenza jista' jestendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 u fi żmien 30 jum wara li jirċievu d-deċiżjoni u r-rapport ta’ valutazzjoni li jissemmew fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jirrikonoxxu d-deċiżjoni u jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza b’dan.

Jekk, fil-perjodu li jissemma fl-ewwel sottoparagrafu, awtorità rilevanti ma tkunx esprimiet in-nuqqas ta’ qbil tagħha skont l-Artikolu 13, għandu jitqies li d-deċiżjoni ġiet rikonoxxuta minn dik l-awtorità rilevanti.

5.   Fejn id-deċiżjoni li tissemma fil-paragrafu 2 tkun ġiet rikonoxxutta mill-awtoritajiet rilevanti kollha skont il-paragrafu 4, għandhom jittieħdu l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 11.

Artikolu 11

Miżuri għall-għeluq tal-proċeduri tal-Artikoli 8 sa 10

1.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' referenza għandha tieħu l-miżuri li ġejjin:

(a)

għandha tinforma lid-detentur u lill-awtoritajiet relevanti l-oħra dwar jekk il-varjazzjoni ġietx aċċettata jew miċħuda;

(b)

meta l-varjazzjoni tiġi miċħuda, għandha tinforma lid-detentur u lill-awtoritajiet relevanti l-oħra dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda;

(ċ)

għandha tinforma lid-detentur u lill-awtoritajiet relevanti l-oħra dwar jekk il-varjazzjoni tirrikjedix xi emenda għad-deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

2.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, kull awtorità relevanti għandha, kull meta jkun meħtieġ u fil-limitu ta' żmien stipulat fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 23, temenda d-deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont il-varjazzjoni aċċettata.

Artikolu 12

Il-vaċċini tal-influwenza li taffettwa lill-bniedem

1.   Bħala deroga mill-Artikolu 10, il-proċedura stabblita fil-paragrafi 2 sa 6 għandha tapplika għall-eżami ta’ varjazzjonijiet li jikkonċernaw bidliet fis-sustanza attiva għall-finijiet tal-aġġornament annwali ta’ vaċċin tal-influwenza li taffettwa lill-bniedem.

2.   Id-detentur għandu jressaq fl-istess ħin quddiem l-awtoritajiet rilevanti kolha applikazzjoni li tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness IV.

Jekk l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandha tirrikonoxxi li rċeviet applikazzjoni valida u għandha tinforma lid-detentur u lill-awtoritajiet rilevanti l-oħra li l-proċedura tibda mid-data ta' dan ir-rikonoxximent.

3.   Fi żmien 30 jum wara r-rikonoxximent li rċeviet applikazzjoni valida, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandha tipprepara rapport ta’ valutazzjoni u deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, li għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet rilevanti l-oħra.

4.   Fil-perjodu li jissemma fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza tista’ titlob lid-detentur biex jipprovdi informazzjoni supplimentari. Din għandha tinforma lill-awtoritajiet rilevanti l-oħra b’dan.

5.   Fi żmien 12-il jum mid-data meta jirċievu d-deċiżjoni u tar-rapport ta’ valutazzjoni li jissemmew fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jirrikonoxxu d-deċiżjoni u jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza b’dan.

6.   Fejn mitluba mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza, id-data klinika u d-data li tikkonċerna l-istabbiltà tal-prodott mediċinali għandha titressaq mid-detentur quddiem l-awtoritajiet rilevanti kollha fi żmien 12-il jum mill-iskadenza tal-perjodu li jissemma fil-paragrafu 5.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandha tevalwa d-data li tissemma fl-ewwel sottoparagrafu u għandha tabbozza deċiżjoni finali fi żmien sebat ijiem wara li tirċievi d-data. Fi żmien sebat ijiem minn meta jirċevuha, l-awtoritajiet rilevanti l-oħra għandhom jirrikonoxxu dik id-deċiżjoni finali u jadottaw deċiżjoni skont id-deċiżjoni finali.

Artikolu 13

Il-grupp ta’ koordinazzjoni u l-arbitraġġ

1.   Fejn ma jkunx possibbli rikonoxximent ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 10(4) jew approvazzjoni ta’ opinjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 20(8) minħabba riskju potenzjali serju għas-saħħa pubblika fil-każ ta' prodotti mediċinali veterinarji għall-użu mill-bniedem jew, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji, minħabba riskju potenzjali serju lil saħħet il-bniedem jew l-annimali jew lill-ambjent, awtorità rilevanti għandha titlob li l-kwistjoni tan-nuqqas ta’ qbil tkun rinvijata minnufih lill-grupp ta’ koordinazzjoni.

Il-parti li mhix qed taqbel għandha tgħaddi dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha lill-Istati Membri kollha kkonċernati u lill-applikant.

2.   Għall-kwistjoni tan-nuqqas ta’ qbil li tissemma fil-paragrafu 1 għandu japplika l-Artikoli 33(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2001/82/KE, jew l-Artikoli 29(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2001/83/KE.

KAPITOLU III

VARJAZZJONIJIET FL-AWTORIZZAZZJONIJIET ĊENTRALIZZATI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Artikolu 14

Il-proċedura ta’ notifika għall-varjazzjonijiet minuri tat-tip IA

1.   Fejn issir varjazzjoni minuri tat-tip IA, id-detentur għandu jressaq quddiem l-Aġenzija notifika li tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness IV. Din in-notifika għandha titressaq fi żmien 12-il xahar wara l-implimentazzjoni tal-varjazzjoni.

Madankollu, fil-każ ta’ varjazzjonijiet minuri li jeħtieġu notifika immedjata għas-superviżjoni kontinwa tal-prodott mediċinali kkonċernat, in-notifika għandha titressaq immedjatament wara l-implimentazzjoni tal-varjazzjoni.

2.   Fi żmien 30 jum wara li tiġi riċevuta n-notifika, għandhom jittieħdu l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 17.

Artikolu 15

Il-proċedura ta’ notifika għall-varjazzjonijiet minuri tat-tip IB

1.   Id-detentur għandu jressaq quddiem l-Aġenzija notifika li tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness IV.

Jekk in-notifika tissodisfa r-rekwiżit stabbilit fl-ewwel sottoparagrafu, l-Aġenzija għandha tirrikonoxxi li rċeviet notifika valida.

2.   Jekk fi żmien 30 jum wara r-rikonoxximent li rċeviet notifika valida l-Aġenzija ma tkunx bagħtet lid-detentur opinjoni sfavorevoli, għandu jitqies li l-opinjoni tagħha kienet favorevoli.

Fejn l-opinjoni tal-Aġenzija dwar in-notifika tkun favorevoli, għandhom jittieħdu l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 17.

3.   Fejn l-Aġenzija tkun tal-opinjoni li n-notifika ma tistax tiġi aċettata, din għandha tinforma lid-detentur, fejn tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata l-opinjoni sfavorevoli tagħha.

Fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-opinjoni sfavorevoli, id-detentur jista’ jressaq quddiem l-Aġenzija notifika emendata sabiex jitqiesu b’mod xieraq ir-raġunijiet stabbiliti f’dik l-opinjoni.

Jekk id-detentur ma jemendax in-notifika skont it-tieni sottoparagrafu, għandu jitqies li n-notifika ġiet miċħuda u għandhom jittieħdu l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 17.

4.   Fejn titressaq notifika emendata, l-Aġenzija għandha tivvalutaha fi żmien 30 jum wara li tirċeviha u għandhom jittieħdu l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 17.

Artikolu 16

Il-proċedura tal-“approvazzjoni minn qabel” għall-varjazzjonijiet maġġuri tat-tip II

1.   Id-detentur għandu jressaq quddiem l-Aġenzija applikazzjoni li tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness IV.

Jekk l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu, l-Aġenzija għandha tirrikonoxxi li rċeviet applikazzjoni valida.

2.   L-Aġenzija għandha toħroġ opinjoni dwar l-applikazzjoni valida li tissemma fil-paragrafu 1 fi żmien 60 jum wara li tirċeviha.

L-Aġenzija, meta titqies l-urġenza tal-kwistjoni, tista’ tnaqqas il-perjodu li jissemma fl-ewwel sottoparagrafu, jew testendih għal 90 jum għall-varjazzjonijiet elenkati fil-Parti 1 tal-Anness V.

Il-perjodu li jissemma fl-ewwel sottoparagrafu għandu jkun ta’ 90 jum għall-varjazzjonijiet elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V.

3.   Fil-perjodu li jissemma fil-paragrafu 2, l-Aġenzija tista’ titlob lid-detentur biex jipprovdi informazzjoni supplimentari f’limitu ta’ żmien iffissat mill-Aġenzija. Il-proċedura għandha tiġi sospiża sa tali żmien sakemm tiġi pprovduta l-informazzjoni supplimentari. F'dan il-każ, l-Aġenzija tista' testendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2.

4.   L-Artikoli 9(1) u (2) u l-Artikoli 34(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandhom japplikaw għall-opinjoni dwar l-applikazzjoni valida.

Fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni tal-opinjoni finali dwar l-applikazzjoni valida, għandhom jittieħdu l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 17.

Artikolu 17

Miżuri għall-għeluq tal-proċeduri tal-Artikoli 14 sa 16

1.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri li ġejjin:

(a)

għandha tinforma lid-detentur u lill-Kummissjoni dwar jekk l-opinjoni tagħha fuq il-varjazzjoni hijiex favorevoli jew le;

(b)

meta l-opinjoni tagħha fuq il-varjazzjoni ma tkunx favorevoli, għandha tinforma lid-detentur u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet wara dik l-opinjoni;

(ċ)

għandha tinforma lid-detentur u lill-Kummissjoni dwar jekk il-varjazzjoni tirrikjedix xi emenda għad-deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

2.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, meta jkun meħtieġ, fuq il-bażi tal-proposta tal-Aġenzija u fil-limitu ta' żmien stipulat fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 23, temenda d-deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u għandha taġġorna b’mod xieraq ir-Reġistru Komunitarju tal-Prodotti Mediċinali pprovdut fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.

Artikolu 18

Il-vaċċini tal-influwenza li taffettwa lill-bniedem

1.   Bħala deroga mill-Artikolu 16, il-proċedura stabblita fil-paragrafi 2 sa 7 għandha tapplika għall-eżami ta’ varjazzjonijiet li jikkonċernaw bidliet fis-sustanza attiva għall-finijiet tal-aġġornament annwali ta’ vaċċin tal-influwenza li taffettwa lill-bniedem.

2.   Id-detentur għandu jressaq quddiem l-Aġenzija applikazzjoni li tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness IV.

Jekk l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu, l-Aġenzija għandha tirrikonoxxi li rċeviet applikazzjoni valida u għandha tinforma lid-detentur li l-proċedura tibda mid-data ta' dan ir-rikonoxximent.

3.   Fi żmien 45 jum wara r-rikonoxximent li rċeviet applikazzjoni valida, l-Aġenzija għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni.

4.   Fil-perjodu li jissemma fil-paragrafu 3, l-Aġenzija tista’ titlob lid-detentur biex jipprovdi informazzjoni supplimentari.

5.   L-Aġenzija għandha tressaq minnufih l-opinjoni tagħha quddiem il-Kummissjoni.

Fejn ikun meħtieġ u fuq il-bażi ta’ dik l-opinjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-varjazzjoni fit-termini tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u għandha tinforma lid-detentur b’dan.

6.   Fejn mitlub, id-detentur għandu jressaq id-data klinika u d-data li tikkonċerna l-istabbilità tal-prodott mediċinali quddiem l-Aġenzija fi żmien 12-il jum mill-iskadenza tal-perjodu li jissemma fil-paragrafu 3.

L-Aġenzija għandha tevalwa d-data li tissemma fl-ewwel sottoparagrafu u għandha tagħti l-opinjoni finali tagħha fi żmien 10 ijiem wara li tirġievi d-data. L-Aġenzija għandha tikkomunika l-opinjoni finali tagħha lill-Kummissjoni u lid-detentur fi żmien tlett ijiem mid-data tal-ħruġ tal-opinjoni finali tagħha.

7.   Fejn ikun meħtieġ u fuq il-bażi tal-opinjoni finali tal-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha temenda d-deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u għandha taġġorna b’mod xieraq ir-Reġistru Komunitarju tal-Prodotti Mediċinali pprovdut fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.

KAPITOLU IV

TAQSIMA 1

Il-proċeduri speċjali

Artikolu 19

L-estensjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq

1.   Applikazzjoni għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandha tkun evalwata bl-istess proċedura kif isir għall-awtorizzazzjoni inizjali għat-tqegħid fis-suq li tkun relatata magħha.

2.   Estensjoni għandha tingħata jew awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-istess proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjoni inizjali għat-tqegħid fis-suq li tkun relatata magħha jew inkella tkun inkluża f’dik l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Artikolu 20

Il-proċedura ta’ kondiviżjoni tax-xogħol

1.   B’deroga mill-Artikolu 7(1) u mill-Artikoli 9, 10, 15 u 16, fejn varjazzjoni minuri tat-tip IB, varjazzjoni maġġuri tat-tip II jew grupp ta’ varjazzjonijiet fil-każijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 7(2) li ma jinkludu l-ebda estensjoni tkun relatata ma’ diversi awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li jkunu proprjetà tal-istess detentur, id-detentur ta’ tali awtorizzazzjonijiet jista’ jsegwi l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 sa 9 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafi 3 sa 9, “awtorità ta’ referenza” għandha tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-Aġenzija, fejn mill-inqas waħda mill-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li jissemmew fil-paragrafu 1 tkun awtorizzazzjoni ċentralizzata għat-tqegħid fis-suq;

(b)

fil-każi l-oħra, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat magħżula mill-grupp ta’ koordinazzjoni, filwaqt li titqies ir-rakkomandazzjoni tad-detentur.

3.   Id-detentur għandu jressaq quddiem l-awtoritajiet rilevanti kollha applikazzjoni li tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness IV, b’indikazzjoni tal-awtorità ta’ referenza rrakkomandata.

Jekk l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu, il-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jagħżel awtorità ta’ referenza u dik l-awtorità ta’ referenza għandha tirrikonoxxi li rċeviet applikazzjoni valida.

Meta l-awtorità ta’ referenza magħżula tkun l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li ma tax awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq lill-prodotti mediċinali kollha affettwati mill-applikazzjoni, il-grupp ta' koordinazzjoni jista' jitlob lil awtorità relevanti oħra biex tgħin lill-awtorità ta’ referenza fl-evalwazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni.

4.   L-awtorità ta’ referenza għandha toħroġ opinjoni dwar l-applikazzjoni valida li tissemma fil-paragrafu 3 f’wieħed mill-perjodi li ġejjin:

(a)

perjodu ta’ 60 jum wara r-rikonoxximent li rċeviet applikazzjoni valida fil-każ ta’ varjazzjonijiet minuri tat-tip IB jew ta’ varjazzjonijiet maġġuri tat-tip II;

(b)

perjodu ta’ 90 jum wara r-rikonoxximent li rċeviet applikazzjoni valida fil-każ ta’ varjazzjonijiet elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V.

5.   L-awtorità ta’ referenza, meta titqies l-urġenza tal-kwistjoni, tista’ tnaqqas il-perjodu li jissemma fil-punt (a) tal-paragrafu 4, jew testendih għal 90 jum għall-varjazzjonijiet elenkati fil-Parti 1 tal-Anness V.

6.   Fil-perjodu li jisemma fil-paragrafu 4, l-awtorità ta’ referenza tista’ titlob lid-detentur biex jipprovdi l-informazzjoni supplementari fil-limitu ta’ żmien iffissat mill-awtorità ta’ referenza. F’dan il-każ:

(a)

l-awtorità ta’ referenza għandha tinforma lill-awtoritajiet rilevanti l-oħra bit-talba tagħha għal informazzjoni supplementari;

(b)

il-proċedura għandha tkun sospiża sakemm tali informazzjoni supplementari tkun ipprovduta;

(ċ)

l-awtorità ta' referenza tista' testendi l-perjodu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4.

7.   Fejn l-awtorità ta’ referenza tkun l-Aġenzija, għall-opinjoni dwar applikazzjoni valida msemmija fil-paragrafu 4 għandhom japplikaw l-Artikoli 9(1), (2) u (3) u l-Artikoli 34(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.

Fejn l-opinjoni dwar applikazzjoni valida tkun sfavorevoli:

(a)

fi żmien 30 jum wara li tirċievi l-opinjoni finali u fuq il-bażi ta’ proposta tal-Aġenzija, il-Kummissjoni, fejn ikun meħtieġ, għandha temenda l-awtorizzazzjonijiet ċentralizzati għat-tqegħid fis-suq ikkonċernati u għandha taġġorna b’mod xieraq ir-Reġistru Komunitarju tal-Prodotti Mediċinali pprovdut fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(b)

fi żmien 30 jum wara li jirċievu l-opinjoni finali tal-Aġenzija, l-Istati Membri kkonċernati għandhom japprovaw dik l-opinjoni finali, jinformaw lill-Aġenzija b'dan u, fejn ikun meħtieġ, jemendaw b’mod xieraq l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ikkonċernati, sakemm fi 30 jum wara li rċevew l-opinjoni finali ma jingħatax bidu għal proċedura ta’ rinviju skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2001/82/KE jew skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE.

8.   Fejn l-awtorità ta’ referenza tkun l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru:

(a)

għandha tibgħat l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni valida lid-detentur u lill-awtoritajiet relevanti kollha;

(b)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 u fi żmien 30 jum wara li jirċievu l-opinjoni, l-awtoritajiet rilevanti għandhom japprovaw l-opinjoni finali, jinformaw lill-awtorità ta’ referenza u jemendaw b’mod xieraq l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ikkonċernati.

9.   Fuq talba tal-awtorità ta’ referenza, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni relatata mal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq affettwati mill-varjazzjoni sabiex tkun ivverifikata l-validità tal-applikazzjoni u sabiex tinħareġ l-opinjoni dwar l-applikazzjoni valida.

Artikolu 21

Is-sitwazzjoni pandemika rigward l-influwenza li taffettwa lill-bniedem

1.   Bħala deroga mill-Artikoli 12, 18 u 19, fejn l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew il-Komunità, fil-qafas tad-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), debitament tirrikonoxxi sitwazzjoni pandemika rigward l-influwenza li taffettwa lill-bniedem, l-awtoritajiet rilevanti jew, fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet ċentralizzati għat-tqegħid fis-suq, il-Kummissjoni, eċċezzjonalment u temporanjament jistgħu jaċċettaw varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal vaċċin tal-influwena li taffettwa lill-bniedem, fejn tkun nieqsa ċerta data mhux klinika jew klinika.

2.   Fejn varjazzjoni tiġi aċċettata skont il-paragrafu 1, id-detentur għandu jressaq id-data mhux klinika u klinika nieqsa f’limitu ta’ żmien iffissat mill-awtorità rilevanti.

Artikolu 22

Ir-restrizzjonijiet urġenti ta’ sikurezza

1.   Fejn, fil-każ ta’ riskju għas-saħħa pubblika fil-każ ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji, fil-każ ta’ riskju għal saħħet il-bniedem u l-annimali jew lill-ambjent, id-detentur jagħmel restrizzjonijiet urġenti ta’ sikurezza fuq l-inizjattiva tiegħu stess, huwa għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet rilevanti kollha u, fil-każ ta’ awtorizzazzjoni ċentralizzata għat-tqegħid fis-suq, lill-Kummissjoni.

Jekk l-ebda awtorità rilevanti jew, fil-każ ta’ awtorizzazzjoni ċentralizzata għat-tqegħid fis-suq, il-Kummissjoni, ma tkun qajmet oġġezzjonijiet fi żmien 24 siegħa wara li rċeviet dik l-informazzjoni, għandu jitqies li r-restrizzjonijiet urġenti ta’ sikurezza ġew aċċettati.

2.   Fejn, fil-każ ta’ riskju għas-saħħa pubblika fil-każ ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji, fil-każ ta’ riskju għal saħħet il-bniedem u l-annimali jew lill-ambjent, l-awtoritajiet relevanti jew, fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet ċentralizzati għat-tqegħid fis-suq, il-Kummissjoni tista’ timponi restrizzjonijiet urġenti ta’ sikurezza fuq id-detentur.

3.   Fejn restrizzjoni urġenti ta’ sikurezza ssir mid-detentur jew tkun imposta minn awtorità rilevanti jew mill-Kummissjoni, id-detentur għandu jressaq l-applikazzjoni korrispondenti għall-varjazzjoni fi żmien 15-il jum wara li jingħata bidu għal dik ir-restrizzjoni.

TAQSIMA 2

L-emendi lid-deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-implimentazzjoni

Artikolu 23

L-emendi lid-deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

1.   L-emendi għad-deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li jirriżultaw mill-proċeduri stabbiliti fil-Kapitoli II u III għandhom isiru:

(a)

fi żmien 30 jum wara li tiġi riċevuta l-informazzjoni li tissemma fl-Artikolu 11(1)(c) u l-Artikolu 17(1)(c), fejn il-varjazzjoni kkonċernata twassal għal estensjoni ta’ sitt xhur tal-perjodu li jissemma fl-Artikoli 13(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1768/92 (10), skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006;

(b)

fi żmien xahrejn wara li tiġi riċevuta l-informazzjoni li tissemma fl-Artikolu 11(1)(c) u l-Artikolu 17(1)(c), fil-każ ta’ varjazzjonijiet maġġuri tat-tip II u fil-każ ta’ varjazzjonijiet minuri tat-tip IA li ma jeħtieġux notifika immedjata għas-superviżjoni kontinwa tal-prodott mediċinali kkonċernat;

(ċ)

fi żmien sitt xhur wara li tiġi riċevuta l-informazzjoni li tissemma fl-Artikolu 11(1)(c) u l-Artikolu 17(1)(c), fil-każi l-oħra.

2.   Fejn id-deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tiġi emendata minħabba waħda mill-proċeduri stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV, l-awtorità rilevanti jew, fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet ċentralizzati għat-tqegħid fis-suq, il-Kummissjoni, għandha tinnotifika d-deċiżjoni emendata mingħajr dewmien lid-detentur.

Artikolu 24

L-implimentazzjoni tal-varjazzjonijiet

1.   Varjazzjoni minuri tat-tip IA tista’ tiġi implimentata fi kwalunkwe żmien qabel ma jiġu kkompletati l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 8 u 14.

Fejn notifika li tikkonċerna varjazzjoni minuri waħda jew diversi varjazzjonijiet minuri tat-tip IA tiġi miċħuda, id-detentur għandu jieqaf japplika l-varjazzjoni(jiet) ikkonċernata/i immedjatament wara li jirċievi l-informazzjoni li tissemma fl-Artikolu 11(1)(c) u l-Artikolu 17(1)(c).

2.   Il-varjazzjonijiet minuri tat-tip IB jistgħu jiġu implimentati biss fil-każi li ġejjin:

(a)

Wara li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza tkun informat lid-detentur li tkun aċċettat in-notifika skont l-Artikolu 9, jew wara li jitqies li n-notifika ġiet aċċettata skont l-Artikolu 9(2);

(b)

Wara li l-Aġenzija tkun informat lid-detentur li l-opinjoni tagħha li tissemma fl-Artikolu 15 hija favorevoli, jew wara li jitqies li n-notifika ġiet aċċettata skont l-Artikolu 15(2);

(ċ)

wara li l-awtorità ta’ referenza li tissemma fl-Artikolu 20 tkun informat lid-detentur li l-opinjoni tagħha hija favorevoli.

3.   Il-varjazzjonijiet maġġuri tat-tip II jistgħu jiġu implimentati biss fil-każi li ġejjin:

(a)

30 jum wara li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' referenza jkun informa lid-detentur li jkun aċċetta l-varjazzjoni skont l-Artikolu 10, bil-kundizzjoni li d-dokumenti meħtieġa għall-emenda tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jkunu ngħataw lill-Istati Membri kkonċernati;

(b)

Wara li l-Kummissjoni tkun emendat id-deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont il-varjazzjoni aċċettata u tkun innotifikat lid-detentur b’dan;

(ċ)

30 jum wara li l-awtorità ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 20 tkun informat lid-detentur li l-opinjoni finali tagħha hija favorevoli, sakemm ma tkunx inbdiet proċedura ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 13 jew proċedura ta’ riferiment skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2001/82/KE jew l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE.

4.   Estensjoni tista’ tiġi implimentata biss wara li l-awtorità rilevanti jew, fil-każ ta’ estensjonijiet għal awtorizzazzjoni ċentralizzata għat-tqegħid fis-suq, il-Kummissjoni, tkun emendat id-deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-estensjoni approvata u tkun innotifikat lid-detentur b’dan.

5.   Ir-restrizzjonijiet urġenti ta’ sikurezza u l-varjazzjonijiet li jkunu relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sikurezza għandhom ikunu implimentati f’perjodu ta’ żmien miftiehem mid-detentur u mill-awtorità rilevanti u, fil-każ ta’ awtorizzazzjoni ċentralizzata għat-tqegħid fis-suq, mill-Kummissjoni.

Bħala deroga mill-ewwel sottoparagrafu, ir-restrizzjonijiet urġenti ta’ sikurezza u l-varjazzjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sikurezza li jikkonċernaw awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont il-Kapitolu 4 tad-Direttiva 2001/82/KE jew skont il-Kapitolu 4 tad-Direttiva 2001/83/KE għandhom jiġu implimentati f’perjodu ta’ żmien miftiehem mid-detentur u mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti l-oħra.

KAPITOLU V

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Il-monitoraġġ kontinwu

Fejn mitlub minn awtorità rilevanti, id-detentur għandu jipprovdi mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta’ varjazzjoni partikolari.

Artikolu 26

Reviżjoni

Sa sentejn mid-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jevalwaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-varjazzjonijiet, bil-ħsieb li tiġi proposta kwalunkwe emenda neċessarja għall-adattament tal-Annessi I, II u V biex iqisu l-progress xjentifiku u tekniku.

Artikolu 27

Ir-revoka u d-dispożizzjoni transitorja

1.   B’dan qed jiġu rrevokati r-Regolamenti (KE) Nru 1084/2003 u (KE) Nru 1085/2003.

Ir-referenzi għar-Regolamenti rrevokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, ir-Regolamenti (KE) Nru 1084/2003 u (KE) Nru 1085/2003 għandhom ikomplu japplikaw għan-notifiki jew għall-applikazzjonijiet validi għal varjazzjonijiet li jkunu pendenti sad-data li tissemma fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 28.

Artikolu 28

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, ir-rakkomandazzjonijiet dwar varjazzjonijiet mhux previsti pprovduti fl-Artikolu 5 jistgħu jintalbu, jingħataw u jiġu ppubblikati mid-data tad-dħul fis-seħħ imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(3)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 159, 27.6.2003, p. 1.

(5)  ĠU L 159, 27.6.2003, p. 24.

(6)  ĠU L 15, 17.1.1987, p. 38.

(7)  ĠU L 378, , 27.12.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121.

(9)  ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.

(10)  ĠU L 182, 2.7.1992, p. 1.


ANNESS I

L-estensjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq

1.   Il-bidliet fis-sustanza/i attiva/i:

(a)

is-sostituzzjoni ta’ sistema attiva kimika b’kumpless/derivat differenti ta’ melħ/ester, bl-istess porzjon terapewtiku, fejn il-karatteristiċi tal-effikaċja/tas-sikurezza ma jkunux ferm differenti;

(b)

is-sostituzzjoni minn isomeru differenti, minn taħlita differenti ta’ isomeri, ta’ taħlita minn isomeru iżolat (eż. racemate b’enantiomer wieħed), fejn il-karatteristiċi tal-effikaċja/tas-sikurezza ma jkunux ferm differenti;

(c)

is-sostituzzjoni ta’ sustanza attiva bijoloġika b’waħda bi struttura molekulari xi ftit differenti fejn il-karatteristiċi tal-effikaċja/tas-sikurezza ma jkunux ferm differenti, bl-eċċezzjoni ta’:

bidliet fis-sustanza attiva ta’ vaċċin staġjonali, pre-pandemiku jew pandemiku kontra l-influwenza li taffettwa lill-bniedem;

sostituzzjoni jew addizzjoni ta' serotip, varjant jew antiġen ġdid jew kombinazzjoni ġdida ta’ serotipi, varjanti jew antiġens għal vaċċin veterinarju kontra l-influwenza avjarja, il-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew l-ilsien blù;

sostituzzjoni ta’ varjant għal vaċċin veterinarju kontra l-influwenza ekwina.

(d)

modifikazzjoni tal-mezz (vector) li ntuża biex ikun prodott l-antiġen jew il-materjal tas-sors, inkluż bank ta’ ċelluli oriġinali ġdid (master cell bank) minn sors differenti, fejn il-karatteristiċi tal-effikaċja/tas-sikurezza ma jkunux ferm differenti;

(e)

ligand jew mekkaniżmu ta’ akkoppjar ġdid għal prodott radjofarmaċewtiku, fejn il-karatteristiċi tal-effikaċja/tas-sikurezza ma jkunux ferm differenti;

(f)

bidla fis-solvent tal-estrazzjoni jew fil-proporzjon tad-droga veġetali għall-preparazzjoni tad-droga veġetali fejn il-karatteristiċi tal-effikaċja/tas-sikurezza ma jkunux ferm differenti.

2.   Il-bidliet fis-saħħa, fil-forma farmaċewtika u fir-rotta tal-amministrazzjoni:

(a)

bidla fil-bijodisponibbiltà;

(b)

bidla fil-farmakokinetika, eż. bidla fir-rata tar-rilaxx;

(c)

bidla fi jew żieda ta’ saħħa/qawwa l-ġdida;

(d)

bidla fi jew żieda ta’ forma farmaċewtika ġdida;

(e)

bidla fi jew żieda ta’ rotta ġdida ta’ amministrazzjoni (1).

3.   Bidliet oħrajn speċifiċi għall-prodotti mediċinali veterinarji li għandhom jiġu amministrati lil annimali li jipproduċu l-ikel: bidla jew żieda ta’ speċijiet fil-mira.


(1)  Għal amministrazzjoni li mhix mill-kanal diġestiv (parenteral administration), jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn amministrazzjoni fl-arterji, fil-vini, fil-muskoli, taħt il-ġilda u f’rotot oħrajn. Għall-amministrazzjoni lit-tjur domestiċi, ir-rotot respiratorji, orali u okulari (nebulizzazzjoni) li jintużaw għall-vaċċinazzjoni jitqiesu bħala rotot ekwivalenti ta’ amministrazzjoni.


ANNESS II

Il-klassifikazzjoni tal-varjazzjonijiet

1.   Il-varjazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu kklassifikati bħala varjazzjonijiet minuri tat-tip IA:

(a)

Varjazzjonijiet ta’ natura purament amministrattiva li jkunu relatati mal-identità u mad-dettalji ta’ kuntatt ta’:

id-detentur;

il-manifattur jew il-fornitur ta’ kwalunkwe materjal tal-bidu, reaġent, sustanza intermedja jew attiva li jintuża fil-proċess tal-manifattura jew il-prodott lest;

(b)

Varjazzjonijiet relatati mat-tħassir ta’ kwalunkwe sit tal-manifattura, inkluż għal sustanza attiva, għal prodott intermedju jew lest, sit tal-ippakkjar, manifattur responsabbli għar-rilaxx tal-lott, sit fejn isir il-kontroll tal-lott;

(c)

Varjazzjonijiet relatati ma’ bidliet minuri fi proċedura fiżika-kimika approvata tat-test, fejn jintwera li l-proċedura aġġornata tkun mill-inqas ekwivalenti għall-proċedura tat-test preċedenti, twettqu studji ta’ validazzjoni xierqa u r-riżultati juru li l-proċedura l-ġdida tat-test hija mill-inqas ekwivalenti għal dik preċedenti;

(d)

Varjazzjonijiet relatati mal-bidliet li saru fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza attiva jew ta’ sustanza mhux attiva sabiex ikun hemm konformità ma’ aġġornament tal-monografija rilevanti tal-Farmakopea Ewropea jew tal-farmakopea nazzjonali ta’ Stat Membru, fejn il-bidla ssir esklussivament sabiex ikun hemm konformità mal-farmakopea u l-ispeċifikazzjonijiet għall-proprjetajiet speċifiċi tal-prodott ma jinbidlux;

(e)

Varjazzjonijiet relatati mal-bidliet fil-materjal tal-ippakkjar li ma jkunx f’kuntatt mal-prodott finali u li ma jaffettwawx il-konsenja, l-użu, is-sikurezza jew l-istabbiltà tal-prodott mediċinali;

(f)

Varjazzjonijiet relatati mal-issikkar tal-limiti ta’ speċifikazzjoni, fejn il-bidla ma tkun konsegwenza tal-ebda impenn minn valutazzjoni preċedenti sabiex jiġu eżaminati l-limiti ta’ speċifikazzjoni u ma tirriżultax minn avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu matul il-manifattura.

2.   Il-varjazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu kklassifikati bħala varjazzjonijiet maġġuri tat-tip II:

(a)

Varjazzjonijiet relatati maż-żieda ta’ indikazzjoni terapewtika ġdida jew mal-modifikazzjoni ta’ waħda eżistenti;

(b)

Varjazzjonijiet relatati ma’ modifikazzjonijiet sostanzjali fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott partikolarment minħabba sejbiet ta’ kwalità, prekliniċi, kliniċi jew ta’ farmakoviġilanza ġodda;

(c)

Varjazzjonijiet relatati ma’ bidliet barra mill-firxa tal-ispeċifikazzjonijiet, tal-limiti jew tal-kriterji ta’ aċċettazzjoni approvati;

(d)

Varjazzjonijiet relatati ma’ bidliet sostanzjali fil-proċess tal-manifattura, il-formolazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet jew il-profil tal-impuritajiet tas-sustanza attiva jew il-prodott mediċinali lest li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kwalità, is-sikurezza jew l-effikaċja tal-prodott mediċinali;

(e)

Varjazzjonijiet relatati mal-modifikazzjoni fil-proċess jew is-siti ta’ manifattura tas-sustanza attiva għal prodott mediċinali bijoloġiku;

(f)

Varjazzjonijiet relatati mal-introduzzjoni ta’ spazju ġdid tad-disinn jew mal-estensjoni ta’ wieħed approvat, fejn l-ispazju tad-disinn ġie żviluppat skont il-linji ta’ gwida xjentifiċi Ewropej u internazzjonali rilevanti;

(g)

Varjazzjonijiet li jikkonċernaw bidla fi jew żieda ta’ speċi fil-mira li ma tipproduċix ikel;

(h)

Varjazzjonijiet li jikkonċernaw is-sostituzzjoni jew l-addizzjoni ta' serotip, varjant jew antiġen ġdid jew kombinazzjoni ġdida ta’ serotipi, varjanti jew antiġens għal vaċċin veterinarju kontra l-influwena avjarja, il-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew l-ilsien blù;

(i)

Varjazzjonijiet li jikkonċernaw sostituzzjoni ta’ varjant għal vaċċin veterinarju kontra l-influwenza ekwina.

(j)

Varjazzjonijiet li jikkonċernaw bidliet fis-sustanza attiva ta’ vaċċin staġjonali, pre-pandemiku jew pandemiku kontra l-influwenza li taffettwa lill-bniedem;

(k)

Varjazzjonijiet relatati ma’ bidliet fil-perjodu tal-irtirar għal prodott mediċinali veterinarju.


ANNESS III

Il-każi għall-iggruppar tal-varjazzjonijiet li jissemmew fl-artikolu 7(2)(b)

1.   Waħda mill-varjazzjonijiet fil-grupp hija estensjoni tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

2.   Waħda mill-varjazzjonijiet fil-grupp hija varjazzjoni maġġuri tat-tip II; il-varjazzjonijiet l-oħra kollha fil-grupp huma varjazzjonijiet li huma b’konsegwenza ta’ din il-varjazzjoni maġġuri tat-tip II.

3.   Waħda mill-varjazzjonijiet fil-grupp hija varjazzjoni minuri tat-tip IB; il-varjazzjonijiet l-oħra kollha fil-grupp huma varjazzjonijiet minuri li huma b’konsegwenza ta’ din il-varjazzjoni minuri tat-tip IB.

4.   Il-varjazzjonijiet kollha f’dan il-grupp huma relatati biss mal-bidliet ta’ natura amministrattiva fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti, fit-tikkettar u fil-fuljett tal-pakkett jew fil-karta inkluża fil-pakkett.

5.   Il-varjazzjonijiet kollha fil-grupp huma bidliet f’Fajl Prinċipali tas-Sustanza Attiva (Active Substance Master File), f’Fajl Prinċipali tal-Antiġen tal-Vaċċin (Vaccine Antigen Master File) jew f’Fajl Prinċipali tal-Plażma (Plasma Master File).

6.   Il-varjazzjonijiet kollha fil-grupp huma relatati ma’ proġett li huwa maħsub li jtejjeb il-proċess ta’ manifattura u l-kwalità tal-prodott mediċinali kkonċernat jew tas-sustanza/i attiva/i tiegħu.

7.   Il-varjazzjonijiet kollha fil-grupp huma bidliet li jaffettwaw il-kwalità ta’ vaċċin tal-influwenza pandemika li taffettwa lill-bniedem.

8.   Il-varjazzjonijiet kollha fil-grupp huma bidliet fis-sistema farmakoviġilanti li tissemma fl-Artikolu 8(3)(ia) u (n) tad-Direttiva 2001/83/KE jew fl-Artikolu 12(3)(k) u (o) tad-Direttiva 2001/82/KE.

9.   Il-varjazzjonijiet kollha fil-grupp huma b’konsegwenza ta’ restrizzjoni urġenti ta’ sikurezza partikolari u tressqu skont l-Artikolu 22.

10.   Il-varjazzjonijiet kollha fil-grupp huma relatati mal-implimentazzjoni ta’ tikkettar ta’ klassi partikolari.

11.   Il-varjazzjonijiet kollha fil-grupp huma b’konsegwenza tal-valutazzjoni ta’ rapport perjodiku partikolari ta’ aġġornament tas-sikurezza.

12.   Il-varjazzjonijiet kollha fil-grupp huma b’konsegwenza ta’ studju partikolari ta’ wara l-awtorizzazzjoni mwettaq taħt is-superviżjoni tad-detentur.

13.   Il-varjazzjonijiet kollha fil-grupp huma b’konsegwenza ta’ obbligu speċifiku mwettaq skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.

14.   Il-varjazzjonijiet kollha fil-grupp huma b’konsegwenza ta’ proċedura jew ta’ kundizzjoni speċifika mwettqa skont l-Artikolu 14(8) jew 39(7) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2001/83/KE jew skont l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2001/82/KE.


ANNESS IV

L-elementi li għandhom jitressqu

1.   Lista tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq kollha affettwati min-notifika jew mill-applikazzjoni.

2.   Deskrizzjoni tal-varjazzjonijiet kollha mressqa li tinkludi:

(a)

fil-każ tal-varjazzjonijiet minuri tat-tip IA, id-data tal-implimentazzjoni għal kull varjazzjoni deskritta;

(b)

fil-każ tal-varjazzjonijiet minuri tat-tip IA li ma jeħtiġux notifika immedjata, deskrizzjoni tal-varjazzjonijiet minuri kollha tat-tip IA li saru fl-aħħar 12-il xahar fit-termini tal-awtorizzazzjoni(jiet) għat-tqegħid fis-suq ikkonċernata/i u li għadhom ma ġewx innotifikati.

3.   Id-dokumenti kollha meħtieġa kif ġew elenkati fil-linji ta’ gwida li jissemmew fl-Artikolu 4(1)(b).

4.   Fejn varjazzjoni twassal għal jew hija l-konsegwenza ta’ varjazzjonijiet oħrajn fit-termini tal-istess awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, deskrizzjoni tar-relazzjoni bejn dawn il-varjazzjonijiet.

5.   Fil-każ tal-varjazzjonijiet fl-awtorizzazzjonijiet ċentralizzati għat-tqegħid fis-suq, il-ħlas rilevanti pprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 (1).

6.   Fil-każ tal-varjazzjonijiet fl-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri:

(a)

lista ta’ dawk l-Istati Membri b’indikazzjoni tal-Istat Membru ta’ referenza jekk ikun applikabbli;

(b)

il-ħlasijiet rilevanti pprovduti fir-regoli nazzjonali applikabbli fl-Istati Membri kkonċernati.


(1)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.


ANNESS V

PARTI 1:

Varjazzjonijiet li jikkonċernaw bidla fi jew żieda ta’ indikazzjonijiet terapewtiċi.

PARTI 2:

1.   Varjazzjonijiet li jikkonċernaw bidla fi jew żieda ta’ speċi fil-mira li ma tipproduċix ikel.

2.   Varjazzjonijiet li jikkonċernaw is-sostituzzjoni jew l-addizzjoni ta' serotip, varjant jew antiġen ġdid jew kombinazzjoni ġdida ta’ serotipi, varjanti jew antiġens għal vaċċin veterinarju kontra l-influwena avjarja, il-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew l-ilsien blù.

3.   Varjazzjonijiet li jikkonċernaw sostituzzjoni ta’ varjant għal vaċċin veterinarju kontra l-influwenza ekwina.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1235/2008

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(2), l-Artikolu 33(2), l-Artikolu 38(d) u l-Artikolu 40 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet ġenerali għall-importazzjoni tal-prodotti organiċi. Bil-għan li jiġi assigurat li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu applikati b’mod korrett u uniformi, se jiġu stabbiliti regoli u proċeduri dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

(2)

Minħabba li nbniet esperjenza sostanzjali mill-1992 bl-importazzjoni ta’ prodotti li jipprovdu garanziji ekwivalenti, għandu jingħata perjodu relattivament qasir lill-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll biex jitolbu li jiġu inklużi fil-lista għall-iskop ta’ ekwivalenza skond l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Madankollu, minħabba li m’hemm l-ebda esperjenza fl-applikazzjoni diretta tar-regoli tal-Komunità fuq il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi 'l barra mit-territorju tal-Komunità, għandu jingħata aktar żmien lill-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li jixtiequ jiġu inklużi fil-lista għall-iskop ta’ konformità skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Għalhekk se jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni tat-talbiet u għall-eżaminazzjoni tagħhom.

(3)

Għall-prodotti importati skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-operaturi konċernati għandhom ikunu kapaċi jipprovdu evidenza dokumentarja. Huwa neċessarju li jiġi stabbilit mudell għal din l-evidenza dokumentarja. Il-prodotti importati skond l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandhom jiġu koperti minn ċertifikat ta’ spezzjoni. Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat. Barra dan, għandha tiġi stabbilita proċedura sabiex ċertu kontrolli fuq il-prodotti importati minn pajjiżi terzi li huma maħsuba biex jiġu kkummerċjati fil-Komunità bħala organiċi jiġu koordinati fuq il-livell tal-Komunità.

(4)

L-Arġentina, l-Awstralja, il-Kosta Rika, l-Indja, l-Iżrael, New Zealand u l-ISVIZZERA preċendentament kienu elenkati bħala pajjiżi terzi li l-prodotti importati minnhom setgħu jiġu kkummerċjati fil-Komunità bħala organiċi, taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008 tas-17 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kif maħsub għalihom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u ma’ dan indikazzjonijiet dwar il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel. (2) Il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi skond il-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, u kkunsidrat ir-regoli tal-produzzjoni applikati u l-esperjenza miksuba mill-importazzjoni ta’ prodotti organiċi minn dawn il-pajjiżi terzi kif elenkati preċedentament taħt l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91. Fuq din il-bażi ġie konkluż li l-kundizzjonijiet għall-inklużjoni tal-Arġentina, l-Awstralja, il-Kosta Rika, l-Indja, l-Iżrael u New Zealand fil-lista ta’ pajjiżi terzi għall-ekwivalenza skond l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 huma sodisfatti.

(5)

Il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni SVIZZERA kkonkludew Ftehim fuq il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (3) approvat permezz tad-Deċiżjoni 2002/309/KE tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (4). L-Anness 9 għal dak il-Ftehim ikopri l-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel prodotti organikament u jistabbilixxi li l-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex il-prodotti organiċi li jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti ta’ xulxin jistgħu jiġu importati u mqiegħda fis-suq. Biex inkunu ċari, l-ISVIZZERA għandha wkoll tiġi elenkata fil-lista ta’ pajjiżi terzi għall-ekwivalenza skond l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(6)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri kisbu esperjenza u għarfien espert sostanzjali fil-qasam tal-għoti ta’ aċċess lill-oġġetti organiċi importati fit-territorju tal-Komunità. Sabiex jiġu stabbiliti u jinżammu l-listi tal-pajjiżi terzi u tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll, din l-esperjenza għandha tiġi użata u l-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tikkunsidra r-rapporti mill-Istati Membri u esperti oħra. Ix-xogħol involut għandu jinqasam b’mod ġust u proporzjonali.

(7)

Għandu jkun hemm provvediment ukoll għall-miżuri transizzjonali applikabbli għall-applikazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li tirċievi l-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2009, id-data li minnha jibda japplika r-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(8)

Sabiex ma jisfrattax il-kummerċ internazzjonali, u biex tiġi faċilitata t-transizzjoni bejn ir-regoli stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u dawk stabbiliti permezz tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, huwa neċessarju li tiġi estiża l-possibbilità li l-Istati Membri jkomplu jagħtu awtorizzazzjonijiet lill-importaturi, każ b’każ, għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq tal-Komunità sakemm il-miżuri neċessarji għall-funzjonament tar-regoli ġodda fuq l-importazzjoni jiġu stabbiliti, b’mod partikolari dwar ir-rikonoxximent tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll imsemmija fl-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Din il-possibbiltà għandha titneħħa gradwalment hekk kif tkun qiegħda tiġi stabbilita l-lista tal-korpi tal-kontroll imsemmija f’dak l-Artikolu.

(9)

Sabiex tittejjeb it-trasparenza u tiġi garantita l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tinħoloq sistema elettronika għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, u l-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll.

(10)

Ir-regoli dettaljati stabbiliti f’dan ir-Regolament jissostitwixxu dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 605/2008 tal-20 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fuq il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u ma’ dan l-indikazzjonijiet fuq il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (5). Dawk ir-Regolamenti għalhekk għandhom jiġu mħassra u sostitwiti minn Regolament ġdid.

(11)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju fuq il-produzzjoni organika,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-importazzjoni ta’ prodotti konformi u l-importazzjoni ta’ prodotti li jipprovdu garanziji ekwivalenti kif stipulat fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“ċertifikat ta’ spezzjoni”: se jfisser iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 33(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 li jkopri konsenja waħda;

(2)

“evidenza dokumentarja”: se tfisser id-dokument imsemmi fl-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (6) u fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, li għalih hemm stabbilit mudell fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(3)

“konsenja”: se tfisser kwantità ta’ prodotti taħt wieħed jew aktar mill-Kodiċi ta’ Nomenklatura Kombinata, koperta minn ċertifikat ta’ spezzjoni wieħed, trasportata permezz tal-istess mezz u importata mill-istess pajjiż terz;

(4)

“l-ewwel destinatarju”: se tfisser persuna naturali jew legali kif definita fl-Artikolu 2 (d) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008

(5)

“verifikazzjoni tal-konsenja”: se tfisser il-verifikazzjoni mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni sabiex jiġi sodisfatt l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, u, fejn dawn l-awtoritajiet jikkonsidrawh xieraq, tal-prodotti, relatati mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 u ta’ dan ir-Regolament;

(6)

“l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri”: se tfisser l-awtoritajiet tad-dwana jew awtoritajiet oħra, nominati mill-Istati Membri;

(7)

“rapport ta’ evalwazzjoni”: se jfisser ir-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikoli 32(2) u 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 ippreparat permezz ta’ parti terza indipendenti li tissodisfa r-rekwiżiti tal-ISO 17011 jew minn awtorità kompetenti rilevanti, li jinkludi informazzjoni dwar ir-reviżjonijiet tad-dokumenti inklużi d-deskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4(3)(b) u 11(3)(b) ta’ dan ir-Regolament, dwar il-verifiki tal-kontijiet tal-uffiċċju inklużi l-lokazzjonijiet kritiċi u dwar verifiki osservattivi tal-kontijet relatati mar-riskju mmexxija mill-pajjiżi terzi rappreżentattivi.

TITOLU II

IMPORTAZZJONI TA’ PRODOTTI KONFORMI

KAPITOLU 1

Lista ta’ korpi tal-kontroll u awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ konformità

Artikolu 3

Kumpilazzjoni u kontenut tal-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ konformità

1.   Il-Kummissjoni se tipprepara lista ta’ korpi tal-kontroll u ta’ awtoritajiet tal-kontroll, rikonoxxuti għall-iskop ta’ konformità skond l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-lista hija stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Il-proċeduri għall-preparazzjoni u l-emendar tal-lista huma definiti fl-Artikoli 4, 16 u 17 ta’ dan ir-Regolament. Il-lista se tkun disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet skond l-Artikoli 16(4) u 17 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-lista se jkun fiha l-informazzjoni kollha neċessarja dwar kull korp jew awtorità tal-kontroll biex tippermetti l-verifika ta’ jekk il-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Komunità ġewx ikkontrollati minn korp jew awtorità kompetenti rikonoxxuta skond l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u b’mod partikolari:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-korp jew l-awtorità kompetenti, inkluż l-indirizzi tal-posta elettronika u tal-Internet u n-numru tal-kodiċi tagħhom;

(b)

il-pajjiżi terzi konċernati u li fihom oriġinaw il-prodotti;

(c)

il-kategoriji tal-prodotti konċernati għal kull pajjiż terz;

(d)

id-dewmien tal-inklużjoni fil-lista;

(e)

l-indirizz tal-Internet fejn tista’ tinstab il-lista ta’ operaturi suġġetti għas-sistema tal-kontroll, inkluż l-istat taċ-ċertifikazzjoni tagħhom u l-kategoriji tal-prodotti konċernati, kif ukoll l-operaturi u l-prodotti kif sospiżi u li ċ-ċertifikat tagħhom ikun ġie revokat.

Artikolu 4

Proċedura għat-talba għall-inklużjoni fil-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ konformità

1.   Il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk tirrikonoxxix u tinkludix korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll fil-lista li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 3 malli tirċievi talba għall-inklużjoni f’din il-lista mir-rappreżentant tal-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll konċernata. Talbiet kompleti biss li jaslu qabel il-31 ta’ Ottubru 2011 se jiġi kkunsidrati, fuq il-bażi tal-mudell ta’ applikazzjoni mqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 17(2), għall-preparazzjoni tal-ewwel lista. Għas-snin kalendarji li jsegwu, se jiġu kkunsidrati biss talbiet kompleti li jaslu qabel il-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena.

2.   It-talba tista’ tiġi introdotta mill-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll stabbiliti fil-Komunità jew fil-pajjiż terz.

3.   It-talba għandha tikkonsisti minn inkartament tekniku, li se jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tassigura li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32 (1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jiġu sodisfatti għall-prodotti organiċi kollha maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, jiġifieri:

(a)

deskrizzjoni ġenerika tal-attivitajiet tal-korp tal-kontroll jew tal-awtorità tal-kontroll fil-pajjiż terz konċernat, inkluża stima tan-numru ta’ operaturi involuti u indikazzjoni tat-tip u l-kwantitajiet mistennija ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-pajjiż terz jew mill-pajjiżi terzi konċernati u li huma maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità taħt ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(b)

deskrizzjoni dettaljata ta’ kif it-Titoli II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 ġew implimentati fil-pajjiż terz jew f’kull pajjiż terz konċernat.

(c)

kopja tar-rapport ta’ evalwazzjoni kif stabbilit fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007:

(i)

li juri li l-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll ġiet evalwata b’mod sodisfaċenti fuq il-kapaċità tagħha biex tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(ii)

li jagħti garanziji fuq l-elementi msemmija fl-Artikolu 27(2), (3), (5), (6) u (12) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(iii)

li jassigura li l-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll tissodisfa r-rekwiżit tal-kontroll u l-miżuri prekawzjonali stabbiliti fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 889/2008; u

(iv)

li jikkonferma li implimentat b’mod effettiv l-attivitajiet tal-kontroll tagħha skond dawn il-kundizzjonijiet u rekwiżiti;

(d)

li turi li l-korp jew l-awtorità tal-kontroll innotifikat lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz dwar l-attivitajiet tagħha u li tirrispetta r-rekwiżiti legali imposti fuqha mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz konċernat;

(e)

l-indirizz tal-websajt fejn tinstab il-lista tal-operaturi suġġetti għas-sistema tal-kontroll, kif ukoll il-kuntatt fejn hija disponibbli l-informazzjoni dwar l-istat taċ-ċertifikazzjoni, il-kategoriji tal-prodotti konċernati, kif ukoll l-operaturi u l-prodotti sospiżi u li ċ-ċertifikat tagħhom ġie revokat;

(f)

impenn li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(g)

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa bħala rilevanti mill-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll jew mill-Kummissjoni.

4.   Meta tkun qed teżamina talba għall-inklużjoni fil-lista ta’ korp tal-kontroll jew ta’ awtorità tal-kontroll, kif ukoll fi kwalunkwe żmien wara l-inklużjoni tagħha, il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni, inkluż il-preżentazzjoni ta’ wieħed jew aktar mir-rapporti dwar eżaminazzjoni fuq il-post stabbiliti minn esperti indipendenti. Barra dan, il-Kummissjoni tista’, billi tibbaża fuq il-valutazzjoni tal-impatt u fil-każ ta’ suspett ta’ xi irregolaritajiet, torganizza eżaminazzjoni fuq il-post minn esperti li tinnomina.

5.   Il-Kummissjoni se tevalwa jekk l-inkartament tekniku msemmi fil-paragrafu 4 u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 humiex sodisfaċenti u tista’ sussegwentement tiddeċiedi li tirrikonoxxi u tinkludi korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll fil-lista. Id-deċiżjoni se tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Artikolu 5

Ġestjoni u reviżjoni tal-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ konformità

1.   Korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll tista’ tiġi inkluża biss fil-lista msemmija fl-Artikolu 3 meta tissodisfa l-obbligazzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk, wara li l-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll ġiet inkluża fil-lista, isiru kwalunkwe bidliet fil-miżuri applikati mill-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll, dak il-korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll se jinnotifika lill-Kummisjoni ta’ dan; talbiet biex tiġi emendata xi informazzjoni dwar il-korp jew l-awtorità tal-kontroll imsemmija fl-Artikolu 3(2) ukoll għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni;

(b)

korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll inkluża fil-lista se żżomm disponibbli u tikkomunika mal-ewwel talba l-informazzjoni kollha relatata mal-attivitjiet tal-kontroll tagħha fil-pajjiż terz; se tagħti aċċess għall-uffiċċji u l-faċilitajiet tagħha lill-esperti nominati mill-Kummissjoni;

(c)

sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll se tibgħat rapport annwali konċiż lill-Kummissjoni; ir-rapport annwali se jaġġorna l-informazzjoni tal-inkartament tekniku msemmi fl-Artikolu 4(3); dan se jiddeskrivi b’mod partikolari l-attivitajiet tal-kontroll li jkunu saru mill-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll fil-pajjiżi terzi matul is-sena ta’ qabel, ir-riżultati miksuba, l-irregolaritajiet u l-vjolazzjonijiet osservati u l-miżuri korrettivi meħuda; barra dan se jkun fih ir-rapport ta’ evalwazzjoni l-aktar reċenti jew l-aġġornament ta’ tali rapport, li se jkun fih ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq il-post regolari, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni mill-ġdid multiannwali msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007; il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja;

(d)

fid-dawl ta’ kwalunkwe informazzjoni li tirċievi, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin temenda l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll u tista’ tissospendi d-dħul ta’ dak il-korp jew awtorità fil-lista msemmija fl-Artikolu 3; deċiżjoni simili tista’ wkoll tittieħed fejn korp jew awtorità tal-kontroll ma’ pprovdewx l-informazzjoni meħtieġa jew fejn ma aċċettawx li ssir eżaminazzjoni fuq il-post;

(e)

il-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll se jqiegħed għad-disponibbiltà tal-partijiet interessati, fuq il-websajt tal-Internet, lista kontinwament aġġornata tal-operaturi u l-prodotti ċertifikati bħala organiċi.

2.   Jekk korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll ma tibgħatx ir-rapport annwali, imsemmi fil-paragrafu 1(c), ma żżommx disponibbli jew ma tikkomunikax l-informazzjoni kollha relatata mal-inkartament tekniku, is-sistema tal-kontroll jew il-lista aġġornata tal-operaturi u l-prodotti ċertifkati bħala organiċi, jew ma taċċettax li ssir eżaminazzjoni fuq il-post, wara t-talba mill-Kummissjoni f’perjodu li jiġi determinat mill-Kummissjoni skond is-severità tal-problema u li ġeneralment ma jistax ikun ta’ anqas minn 30 ġurnata, dak il-korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll jista’ jitneħħa mil-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Jekk korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll jonqos milli jieħu azzjoni għal rimedju xierqa u opportun, il-Kummissjoni se tneħħih mil-lista mingħajr dewmien.

KAPITOLU 2

Evidenza dokumentarja meħtieġa għall-importazzjoni ta’ prodotti konformi

Artikolu 6

Evidenza dokumentarja

1.   L-evidenza dokumentarja meħtieġa għall-importazzjoni ta’ prodotti konformi msemmija fl-Artikolu 32(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, skond l-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament, se tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-mudell stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament u jkun fiha tal-anqas l-elementi kollha li jagħmlu parti minn dak il-mudell.

2.   L-evidenza dokumentarja oriġinali se tiġi stabbilita mill-awtorità tal-kontroll jew mill-korp tal-kontroll li ġiet rikonoxxuta għall-ħruġ ta’ dawk id-dokumenti permezz ta’ deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 4.

3.   L-awtorità jew il-korp li toħroġ l-evidenza dokumentarja se ssegwi r-regoli stabbiliti skond l-Artikolu 17(2) u fil-mudell, noti u linji gwida mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni permezz ta’ sistema informatika li tippermetti l-iskambju elettroniku ta’ dokumenti msemmija fl-Artikolu 17(1).

TITOLU III

IMPORTAZZJONI TA’ PRODOTTI LI JIPPROVDU GARANZIJI EKWIVALENTI

KAPITOLU 1

Lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti

Artikolu 7

Kumpilazzjoni u kontenut tal-lista tal-pajjiżi terzi

1.   Il-Kummissjoni se tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti skond l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-lista ta’ pajjiżi rikonoxxuti hija stabbilita fl-Anness III għal dan ir-regolament. Il-proċedura għall-preparazzjoni u l-emendar tal-lista hija definita fl-Artikoli 8 u 16 ta’ dan ir-regolament. L-emendi fil-lista għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet skond l-Artikoli 16(4) u 17 ta’ dan ir-regolament.

2.   Il-lista se jkun fiha l-informazzjoni kollha neċessarja dwar kull pajjiż terz biex tippermetti l-verifikazzjoni ta’ jekk il-prodotti li tpoġġew fis-suq tal-Komunità ġewx suġġetti għas-sistema tal-kontroll tal-pajjiż terz rikonoxxut skond l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u b’mod partikolari:

(a)

il-kategoriji tal-prodotti konċernati;

(b)

l-oriġini tal-prodotti;

(c)

referenza għall-istandards tal-produzzjoni applikati fil-pajjiż terz;

(d)

l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz responsabbli għas-sistema tal-kontroll, l-indirizz tagħha inkluż l-indirizzi tal-posta elettronika u tal-Internet;

(e)

l-awtorità jew l-awtoritajiet tal-kontroll fil-pajjiż terz u/jew il-korp jew korpi tal-kontroll rikonoxxuti mit-tali awtorità kompetenti biex jagħmlu l-kontrolli, l-indirizzi tagħhom, inkluż fejn xieraq, l-indirizzi tal-posta elettronika u tal-Internet;

(f)

l-awtorità jew awtoritajiet jew il-korp jew korpi tal-kontroll responsabbli fil-pajjiż terz għall-ħruġ taċ-ċertifikati għall-importazzjoni għal ġol-Komunità, l-indirizzi u n-numru tal-kodiċi tagħhom inkluż, fejn xieraq, l-indirizzi tal-posta elettronika u tal-Internet;

(g)

id-dewmien tal-inklużjoni fil-lista.

Artikolu 8

Proċedura għat-talba għall-inklużjoni fil-lista tal-pajjiżi terzi

1.   Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk tinkludix pajjiż terz fil-lista li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 7 wara li tirċievi talba għall-inklużjoni, mir-rappreżentant tal-pajjiż terz konċernat.

2.   Il-Kummissjoni se tkun meħtieġa tikkunsidra biss talba għall-inklużjoni li tissodisfa l-pre-kundizzjonijiet li ġejjin.

It-talba għall-inklużjoni se tiġi kompletata minn inkartament tekniku, li se jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Kummissjoni biex tassigura li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jiġu sodisfatti għall-prodotti maħsuba biex jiġu esportati lejn il-Komunità, jiġifieri:

(a)

informazzjoni ġenerali dwar l-iżvilupp tal-produzzjoni organika fil-pajjiż terz, il-prodotti li jiġu prodotti, iż-żona ta’ koltivazzjoni, ir-reġjuni tal-produzzjoni, in-numru ta’ produtturi, l-ipproċessar tal-ikel li qed isir;

(b)

indikazzjoni tat-tip u l-kwantitajiet mistennija ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel organiċi maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità;

(c)

l-istandards tal-produzzjoni applikati fil-pajjiż terz kif ukoll evalwazzjoni tal-ekwivalenza tal-istandards applikati fil-Komunità;

(d)

is-sistema ta’ kontroll applikata fil-pajjiż terz inkluż l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u superviżjoni li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz, kif ukoll evalwazzjoni tal-effettività meta paragunata mas-sistema tal-kontroll applikata fil-Komunità;

(e)

l-indirizz tal-Internet jew indirizzi oħra ta’ fejn tinstab il-lista ta’ operaturi suġġetti għas-sistema ta’ kontroll, kif ukoll il-kuntatt ta’ fejn hija disponibbli l-informazzjoni dwar l-istat ta’ ċertifikazzjoni u l-kategoriji tal-prodotti konċernati;

(f)

l-informazzjoni li l-pajjiż terz qed jipproponi li tiġi inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 7;

(h)

impenn ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9;

(i)

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa rilevanti minn pajjiż terz jew mill-Kummissjoni.

3.   Meta qed teżamina talba għall-inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti, kif ukoll kwalunkwe żmien wara l-inklużjoni tiegħu, il-Kummissjoni tista’ titlob kwanlunkwe informazzjoni oħra, inkluż il-preżentazzjoni ta’ wieħed jew aktar rapporti ta’ eżaminazzjoni fuq il-post minn esperti indipendenti. Barra dan, il-Kummissjoni tista’, fuq bażi tal-valutazzjoni tal-impatt u fil-każ ta’ suspett ta’ xi irregolaritajiet, torganizza eżaminazzjoni fuq il-post minn esperti li tinnomina.

4.   Il-Kummissjoni se tevalwa jekk l-inkartament tekniku msemmi fil-paragrafu 2 u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 humiex sodisfaċenti u tista’ sussegwentament tiddeċiedi li tirrikonoxxi u tinkludi lill-pajjiż terz fil-lista. Id-deċiżjoni se tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Artikolu 9

Ġestjoni u reviżjoni tal-lista tal-pajjiżi terzi

1.   Il-Kummissjoni se tkun meħtieġa tikkunsidra biss talba għall-inklużjoni meta l-pajjiż terz jimpenja ruħu li jaċċetta l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk, wara li pajjiż terz jiġi inkluż fil-lista, isiru kwalunkwe bidliet fil-miżuri fis-seħħ fil-pajjiż terz jew l-implimentazzjoni tagħhom u b’mod partikolari s-sistema tal-kontroll tiegħu, dak il-pajjiż terz se jinnotifika lill-Kummissjoni ta’ dan. Talbiet għal emendi fl-informazzjoni dwar il-pajjiż terz msemmija fl-Artikolu 7(2) se jiġu wkoll notifikati lill-Kummissjoni;

(b)

ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 se jaġġorna l-informazzjoni tal-inkartament tekniku msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament; se jiddeskrivi b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u superviżjoni li jsiru mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, ir-riżultati miksuba u l-miżuri korrettivi li ttieħdu;

(c)

fid-dawl ta’ kwalunkwe informazzjoni li tirċievi, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe żmien temenda l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-pajjiż terz u tista’ tissospendi d-dħul tal-pajjiż mil-lista msemmija fl-Artikolu 7; deċiżjoni simili tista’ wkoll issir fejn pajjiż terz ma pprovdiex l-informazzjoni meħtieġa jew fejn ma aċċettax eżaminazzjoni fuq il-post.

2.   Jekk pajjiż terz ma jibgħatx ir-rapport annwali, imsemmi fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, ma jżommx disponibbli jew ma jikkomunikax l-informazzjoni kollha relatata mal-inkartament tekniku jew is-sistema tal-kontroll tiegħu jew ma jaċċettax eżaminazzjoni fuq il-post, wara talba mill-Kummissjoni tul perjodu li l-Kummissjoni se tiddetermina skond is-severità tal-problema u li ġeneralment ma jistax ikun anqas minn 30 ġurnata, dak il-pajjiż terz jista’ jitneħħa mil-lista, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

KAPITOLU 2

Lista ta’ korpi tal-kontroll u ta’ awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ ekwivalenza

Artikolu 10

Kumpilazzjoni u kontenut tal-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ ekwivalenza

1.   Il-Kummissjoni se tipprepara lista ta’ korpi tal-kontroll u awtoritajiet tal-kontroll, rikonoxxuti għall-iskop ta’ ekwivalenza skond l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-lista se tiġi pubblikata fl-Anness IV għal dan ir-Regolament. Il-proċeduri għall-preparazzjoni u l-emendar tal-lista huma definiti fl-Artikoli 11, 16 u 17 ta’ dan ir-Regolament. Il-lista għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet skond l-Artikoli 16(4) u 17 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-lista se jkun fiha l-informazzjoni kollha neċessarja dwar kull korp jew awtorità tal-kontroll biex tippermetti l-verifikazzjoni ta’ jekk il-prodotti mpoġġija fis-suq tal-Komunità ġewx ikkontrollati minn korp jew awtorità tal-kontroll rikonoxxut skond l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u b’mod partikolari:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-korp jew l-awtorità tal-kontroll, inkluż, fejn xieraq, l-indirizzi tal-posta elettronika u tal-Internet;

(b)

il-pajjiżi terzi mhux elenkati fil-lista li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 7 fejn il-prodotti oriġinaw;

(c)

il-kategoriji tal-prodotti konċernati għal kull pajjiż terz;

(d)

id-dewmien tal-inklużjoni fil-lista; u

(e)

il-websajt tal-Internet fejn tinstab il-lista tal-operaturi suġġetti għas-sistema ta’ kontroll, kif ukoll il-kuntatt ta’ fejn hija disponibbli l-informazzjoni dwar l-istat ta’ ċertifikazzjoni, il-kategoriji tal-prodotti konċernati, kif ukoll l-operaturi u l-prodotti sospiżi u li kellhom iċ-ċertifikat revokat,

3.   Permezz ta’ derogazzjoni mill-paragrafu 2(b), dawk il-prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi elenkati fil-lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti msemmija fl-Artikolu 7 li jaqgħu taħt kategorija mhux imsemmija f’dik il-lista jistgħu jiġu elenkati fil-lista li hemm provvediment għaliha f’dan l-Artikolu.

Artikolu 11

Proċedura għat-talba ta’ inklużjoni fil-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ ekwivalenza

1.   Il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk tinkludix korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll fil-lista li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 10 wara li tirċievi talba għall-inklużjoni minn rappreżentant tal-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll konċernata fuq il-bażi tal-mudell ta’ applikazzjoni mqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 17(2). Talbiet kompleti li jaslu sal-31 ta’ Ottubru 2009 biss se jiġu kkunsidrati għall-preparazzjoni tal-ewwel lista. Għas-snin tal-kalendarju li jsegwu, il-Kummissjoni se tagħmel aġġornamenti regolari tal-lista kif xieraq fuq il-bażi tat-talbiet kompleti li tirċievi qabel il-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena.

2.   It-talba tista’ tiġi introdotta mill-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll stabbiliti fil-Komunità jew f’pajjiż terz.

3.   It-talba għall-inklużjoni se tikkonsisti minn inkartament tekniku, li se jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Kummissjoni biex tassigura li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jiġu sodisfatti għall-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, jiġifieri:

(a)

deskrizzjoni ġenerika tal-attivitajiet tal-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll fil-pajjiż terz jew il-pajjiżi terzi, inkluż stima tan-numru ta’ operaturi involuti u t-tip u l-kwantitajiet mistennija ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità taħt ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 33(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(b)

deskrizzjoni tal-istandards tal-produzzjoni u tal-miżuri tal-kontroll applikati fil-pajjiżi terzi, inkluż stima tal-ekwivalenza ta’ dawn l-istandards u l-miżuri bit-Titoli III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 kif ukoll mar-regoli ta’ implimentazzjoni assoċjati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 889/2008;

(c)

kopja tar-rapport ta’ evalwazzjoni kif stabbilit fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007:

(i)

li juri li l-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll ġiet evalwata b’mod sodisfaċenti fuq il-kapaċità tagħha biex tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(ii)

li jikkonferma li implimenta b’mod effettiv l-attivitajiet tiegħu skond dawk il-kundizzjonijiet; u

(iii)

li juri u jikkonferma l-ekwivalenza tal-istandards tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll imsemmija fis-subparagrafu (b) ta’ dan il-paragrafu;

(d)

juri li l-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll innotifikat l-attivitajiet tagħha lill-awtoritajiet ta’ kull wieħed mill-pajjiżi terzi konċernati u l-impenn tiegħu li jirrispetta r-rekwiżiti legali imposti fuqu mill-awtoritajiet ta’ kull wieħed mill-pajjiżi terzi konċernati;

(e)

il-websajt tal-Internet fejn tinstab il-lista tal-operaturi suġġetti għas-sistema tal-kontroll, kif ukoll il-kuntatt fejn hija disponibbli l-informazzjoni dwar l-istat ta’ ċertifikazzjoni tagħhom, il-kategoriji tal-prodotti konċernati, kif ukoll l-operaturi u l-prodotti sospiżi jew li kellhom iċ-ċertifkat revokat;

(f)

impenn li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12;

(g)

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa rilevanti mill-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll jew mill-Kummissjoni.

4.   Meta qed teżamina talba għall-inklużjoni fil-lista ta’ korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll, u wkoll fi kwalunkwe żmien wara l-inklużjoni tiegħu, il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni, inkluż il-preżentazzjoni ta’ wieħed jew aktar rapporti ta’ eżaminazzjoni fuq il-post stabbiliti minn espert indipendenti. Barra dan, il-Kummissjoni tista’ torganizza eżaminazzjoni fuq il-post minn esperti li tinnomina fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju u fil-każ ta’ suspett ta’ xi irregolaritajiet.

5.   Il-Kummissjoni se tevalwa jekk l-inkartament tekniku msemmi fil-paragrafu 2 u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 humiex sodisfaċenti u tista’ sussegwentament tiddeċiedi li tirrikonoxxi u tinkludi korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll fil-lista. Id-deċiżjoni tista’ tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Artikolu 12

Ġestjoni u reviżjoni tal-lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll għall-iskop ta’ ekwivalenza

1.   Korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll jista’ jiġi inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 10 meta jissodisfa l-obbligi li ġejjin:

(a)

jekk, wara li korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll jiġi inkluż fil-lista, isiru kwalunkwe bidliet fil-miżuri applikati mill-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll, dak il-korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll se jinnotifika lill-Kummissjoni ta’ dan; talbiet għall-emendar tal-informazzjoni dwar korp jew awtorità tal-kontroll msemmija fl-Artikolu 10(2), se jiġu notifikati lill-Kummissjoni.

(b)

sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll se jibgħat rapport annwali konċiż lill-Kummissjoni; ir-rapport annwali se jaġġorna l-informazzjoni tal-inkartament tekniku msemmi fl-Artikolu 4(3); dan se jiddeskrivi b’mod partikolari l-attivitajiet tal-kontroll li jkunu saru mill-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll fil-pajjiżi terzi matul is-sena ta’ qabel, ir-riżultati miksuba, l-irregolaritajiet u l-vjolazzjonijiet osservati u l-miżuri korrettivi meħuda; barra dan se jkun fih ir-rapport ta’ evalwazzjoni l-aktar reċenti jew se jaġġorna t-tali rapport, li se jkun fih ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq il-post regolari, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni mill-ġdid multiannwali msemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007; il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja.

(c)

fid-dawl ta’ kwalunkwe informazzjoni li tirċievi, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe żmien temenda l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll u tista’ tissospendi d-dħul ta’ dak il-korp jew awtorità fil-lista msemmija fl-Artikolu 10; deċiżjoni simili tista’ wkoll tittieħed fejn korp jew awtorità tal-kontroll ma’ pprovdietx l-informazzjoni meħtieġa jew fejn ma aċċettatx eżaminazzjoni fuq il-post.

(d)

il-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll se jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati, permezz ta’ mezzi elettroniċi, lista kontinwament aġġornata tal-operaturi, u tal-prodotti ċertifikati bħala organiċi.

2.   Jekk korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll ma jibgħatx ir-rapport annwali, imsemmi fil-paragrafu 1(b), ma jżommx disponibbli jew ma jikkomunikax l-informazzjoni kollha relatata mal-inkartament tekniku, is-sistema tal-kontroll jew il-lista aġġornata tal-operaturi u l-prodotti ċertifikati bħala organiċi, jew ma jaċċettax eżaminazzjoni fuq il-post, wara talba mill-Kummissjoni f’perjodu ta’ żmien li l-Kummissjoni se tiddetermina skond is-severità tal-problema u li ġeneralment ma jistax ikun ta’ anqas minn 30 ġurnata, dak il-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll jista’ jitneħħa mil-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Jekk korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll jonqos milli jieħu l-azzjoni għal rimedju xierqa u opportun, il-Kummissjoni se tneħħih mil-lista mingħajr dewmien.

KAPITOLU 3

Ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ prodotti importati skond l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007

Artikolu 13

Ċertifikat ta’ spezzjoni

1.   Il-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità ta’ konsenja ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u importata skont l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament se ssir bil-kundizzjoni ta’:

(a)

sottomissjoni ta’ ċertifikat ta’ spezzjoni oriġinali lill-awtorità tal-Istat Membru rilevanti, u

(b)

verifikazzjoni tal-konsenja mill-awtorità tal-Istat Membru rilevanti u l-endorsjar taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni skond il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni oriġinali se jiġi stabbilit skond l-Artikolu 17(2) u l-paragrafi 3 sa 7 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi tal-mudell u n-noti stabbiliti fl-Anness V. In-noti tal-mudell, flimkien mal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 17(2), se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni permezz ta’ sistema informatika li tippermetti l-iskambju elettroniku tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 17.

3.   Sabiex jiġi aċċettat, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jrid ikun inħareġ minn:

(a)

l-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll li kienet aċċettata għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2), minn pajjiż terz rikonoxxut taħt l-Artikolu 8(4), jew

(b)

l-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll fil-pajjiż terz elenkata għall-pajjiż terz konċernat rikonoxxut taħt l-Artikolu 11(5).

4.   L-awtorità jew il-korp li qed toħroġ iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni u tendorsja d-dikjarazzjoni fil-kaxxa 15 taċ-ċertifikat, biss wara

(a)

li tkun għamlet kontroll dokumentarju fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ spezzjoni rilevanti, inkluż b’mod partikolari l-pjan ta’ produzzjoni għall-prodotti konċernati, id-dokumenti tat-trasport u d-dokumenti kummerċjali; u

(b)

tkun jew għamlet kontroll fiżiku tal-konsenja, jew irċeviet dikjarazzjoni espliċita tal-esportatur li jiddikjara li l-konsenja konċernata ġiet prodotta u/jew ippreparata skond l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007; din se tagħmel verifika fuq ir-riskju relatat mal-kredibilità ta’ din id-dikjarazzjoni.

Barra dan se tagħti numru tas-serje lil kull ċertifikat maħruġ u se żżomm reġistru taċ-ċertifikati kkunsinjati f’ordni kronoloġiku.

5.   Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni se jsir f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u jimtela, minbarra għat-timbri u l-firem, kollu kemm hu b’ittri kapitali jew b’ittri stampati.

Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni se jkun f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Fejn neċessarju, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru se jitolbu traduzzjoni taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu.

Alterazzjonijiet jew taħsir mhux ċertifikati jinvalidaw iċ-ċertifikat.

6.   Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni se jkollu kopja oriġinali waħda.

L-ewwel destinatarju jew, fejn rilevanti, l-importatur se jagħmel kopja biex jinforma lill-awtoritajiet tal-kontroll u l-korpi tal-kontroll skond l-Artikolu 83 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. Kwalunkwe kopja bħal din se jkollha l-indikazzjoni “KOPJA” jew “DUPLIKAT” stampata fuqha.

7.   Għall-prodotti importati taħt ir-regoli transizzjonali stipulati fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, se japplika dan li ġej:

(a)

iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni msemmi fil-paragrafu 3(b) sejjer, fiż-żmien li jiġi sottomess skond il-paragrafu 1, jinkludi fil-kaxxa 16 id-dikjarazzjoni tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li tat l-awtorizzazzjoni skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19;

(b)

l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li tat l-awtorizzazzjoni se tiddelega l-kompetenza għad-dikjarazzjoni fil-kaxxa 16 lill-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll li qed tispezzjona l-importatur skond il-miżuri tal-kontroll stabbiliti fit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, jew lill-awtoritajiet definiti bħala l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru.

(c)

id-dikjarazzjoni fil-kaxxa 16 mhijiex meħtieġa:

(i)

meta l-importatur jippreżenta dokument oriġinali, maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tat l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, li juri li l-konsenja hija koperta minn dik l-awtorizzazzjoni; jew

(ii)

meta l-awtorità tal-Istat Membru, li tat l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 19, tat evidenza sodisfaċenti li l-konsenja hija koperta minn dik l-awtorizzazzjoni, direttament lill-awtorità responsabbli għall-verifikazzjoni tal-konsenja; din il-proċedura ta’ informazzjoni diretta mhijiex obbligatorja għall-Istat Membru li ta l-awtorizzazzjoni;

(d)

id-dokument li jagħti l-evidenza meħtieġa fil-punti c(i) u (ii), se jinkludi:

(i)

in-numru ta’ referenza tal-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni u d-data ta’ tmiem tal-awtorizzazzjoni;

(ii)

l-isem u l-indirizz tal-importatur;

(iii)

it-tielet pajjiż ta’ oriġini;

(iv)

id-dettalji tal-korp jew l-awtorità li qed joħroġ id-dokument, u, fejn differenti, id-dettaliji tal-korp jew l-awtorità ta’ spezzjoni fil-pajjiż terz;

(v)

l-ismijiet tal-prodotti konċernati.

8.   Mal-verifikazzjoni tal-konsenja, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni oriġinali se jiġi endorsjat mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru fil-kaxxa 17 u ritornat lill-persuna li ssottomettiet iċ-ċertifikat.

9.   L-ewwel destinatarju sejjer, malli jirċievi l-konsenja, jikkompleta l-kaxxa 18 tal-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, biex jiċċertifika li r-riċeviment tal-konsenja sar skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

L-ewwel destinatarju se jibgħat l-oriġinali taċ-ċertifikat lill-importatur imsemmi fil-kaxxa 11 taċ-ċertifikat, għall-iskopijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, sakemm iċ-ċertifikat ma jridx jakkompanja l-konsenja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

10.   Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jista’ jiġi stabbilit permezz ta’ mezzi elettroniċi, bl-użu tal-metodu mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorijiet tal-kontroll jew il-korpi tal-kontroll mill-Istat Membru konċernat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jitolbu li ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jiġi akkumpanjat minn firma elettronika fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtoritajiet kompetenti se jeħtieġu firma elettronika li toffri assigurazzjonijiet ekwivalenti dwar il-funzjonalitajiet attribwiti lill-firma permezz tal-applikazzjoni tal-istess regoli u kundizzjonijiet bħal dawk definiti fid-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti elettroniċi jew diġitalizzati, stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/563/KE, Euratom (8).

Artikolu 14

Proċeduri speċjali tad-dwana

1.   Fejn konsenja li ġejja minn pajjiż terz tiġi assenjata għad-depożitu doganali jew għall-perfezzjonament attiv fil-forma ta’ reġim ta’ sospensjoni kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (9), u suġġetta għal wieħed jew aktar preparazzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 2(i) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-konsenja se tiġi suġġetta, qabel ma ssir l-ewwel preparazzjoni, għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament.

Il-preparazzjoni tista’ tinkludi operazzjonijiet bħal:

(a)

ippakkjar jew ippakkjar mill-ġdid; jew

(b)

tikkettar dwar il-preżentazzjoni tal-metodu tal-produzzjoni organiku.

Wara din il-preparazzjoni, l-oriġinal endorsjat taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni se jakkompanja l-konsenja, u se jiġi ppreżentat lill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru, li se tivverifika l-konsenja biex tinħeles għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Wara din il-proċedura, l-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni se, fejn rilevanti, jiġi ritornat lill-importatur tal-konsenja, imsemmi fil-kaxxa 11 taċ-ċertifikat biex jissodisfa r-rekwiżit stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

2.   Fejn, taħt proċedura sospensiva tad-dwana skond ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92, konsenja minn pajjiż terz hija maħsuba biex tiġi sottomessa fi Stat Membru, qabel ir-rilaxx tagħha għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, għal taqsim tagħha f’konsenji differenti, il-konsenja se tiġi suġġetta, qabel ma jsir it-taqsim, għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament.

Għal kull waħda mill-konsenji li tirriżulta mit-taqsim, se jiġi sottomess estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni lill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru, skond il-mudell u n-noti stabbiliti fl-Anness VI. L-estratt miċ-ċertifikat se jiġi endorsjat mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru fil-kaxxa 14.

Kopja ta’ kull estratt endorsjat miċ-ċertifikat ta’ spezzjoni se tinżamm flimkien maċ-ċertifikat ta’ spezzjoni oriġinali mill-persuna identifikata bħala l-importatur oriġinali tal-konsenja u msemmija fil-kaxxa 11 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni. Din il-kopja se ġġorr l-indikazzjoni “KOPJA” jew “DUPLIKAT” stampat fuqha.

Wara t-taqsim, l-orġinali endorsjata ta’ kull estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għandha takkompanja l-konsenja konċernata, u se tiġi preżentata lill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru, li se tivverifikata l-konsenja konċernata biex tinħeles għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Id-destinatarju tal-konsenja sejjer, malli jirċeviha, jikkompleta l-oriġinali tal-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fil-kaxxa 15, sabiex jiċċertifika li r-riċeviment tal-konsenja sar skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

Id-destinatarju tal-konsenja se jżomm l-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni disponibbli għall-awtoritajiet tal-kontroll u/jew il-korpi tal-kontroll għal mhux anqas minn sentejn.

3.   L-operazzjonijiet tal-preparazzjoni u tat-taqsim imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 se jsiru skond id-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

Artikolu 15

Prodotti li ma jikkonformawx

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżuri jew azzjonijiet li jittieħdu skond l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u/jew l-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008, il-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità ta’ prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament se jkun kondizzjonali fuq it-tneħħija ta’ referenza għall-produzzjoni organika mit-tikkettar, ir-reklamar u d-dokumenti li jakkompanjawhom.

TITOLU IV

REGOLI KOMUNI

Artikolu 16

Evalwazzjoni tat-talbiet u pubblikazzjoni tal-listi

1.   Il-Kummissjoni se teżamina t-talbiet li tirċievi skond l-Artikoli 4, 8 u 11 bl-assistenza tal-Kumitat fuq il-produzzjoni organika, imsemmi fl-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”). Għal dan l-iskop il-Kumitat se jaddotta regoli ta’ proċedura speċifiċi interni.

Sabiex tassisti lill-Kummissjoni fl-eżaminazzjoni tat-talbiet u fil-ġestjoni u r-reviżjoni tal-listi, il-Kummissjoni se twaqqaf grupp ta’ esperti li jikkonsisti minn esperti tal-gvern u privati.

2.   Għal kull talba li tirċievi, u wara konsultazzjoni xierqa mal-Istati Membri skond ir-regoli speċifiċi interni tal-proċedura, il-Kummissjoni se tinnomina żewġ Stati Membri biex jaġixxu bħala ko-relaturi. Il-Kummissjoni se taqsam it-talbiet bejn l-Istati Membri f’mod proporzjonali għan-numru ta’ voti ta’ kull Stat Membru fil-Kumitat fuq il-produzzjoni organika. L-Istati Membri li qed jikkorelataw se jeżaminaw id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 4, 8 u 11 relatati mat-talba u se jippreparaw rapport. Għall-ġestjoni u r-reviżjoni tal-listi, dawn se jeżaminaw ir-rapport annwali u kwalunkwe informazzjoni oħra msemmija fl-Artikoli 5, 9 u 12 relatati mal-annotazzjonijiet fuq il-listi.

3.   B’kunsiderazzjoni għar-riżultat tal-eżaminazzjoni mill-Istati Membri li qed jikkorelataw, il-Kummissjoni se tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, fuq ir-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi, korpi tal-kontroll jew awtoritajiet tal-kontroll, l-inklużjoni tagħhom fil-listi jew kwalunkwe modifika tal-listi, inkluż l-attribuzzjoni ta’ numru ta’ kodiċi lil dawk il-korpi u awtoritajiet. Id-deċiżjonijiet se jiġu ppubblikati fIl-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Kummissjoni se tagħmel il-listi disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ kwalunkwe mezzi tekniċi xierqa, inkluż il-pubblikazzjoni fuq l-Internet.

Artikolu 17

Komunikazzjoni

1.   Meta jkunu qed jittrasmettu dokumenti jew informazzjoni oħra msemmija fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u f’dan ir-Regolament lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tal-kontroll jew il-korpi tal-kontroll se jużaw trasmissjoni elettronika. Meta jkunu disponibbli sistemi tat-trasmissjoni elettroniċi speċifiċi mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri, dawn se jużaw dawn is-sistemi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri wkoll se jużaw dawn is-sistemi biex jipprovdu d-dokumenti konċernati lil xulxin.

2.   Għall-forma u l-kontenut tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabbilixxi linji gwida, mudelli u kwestjonarji fejn xieraq u tagħmilhom disponibbli fuq is-sistema informatika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-linji gwida, mudelli u kwestjonarji se jiġu addattati u aġġornati mill-Kummissjoni, wara li tkun informat lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajiiżi terzi, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-kontroll u l-korpi tal-kontroll rikonoxxuti skond dan ir-Regolament.

3.   Is-sistema informatika li hemm provvediment għaliha fil-paragrafu 1 għandha tkun tista’ tiġbor it-talbiet, id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija f’dan ir-Regolament fejn xieraq, inkluż l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skond l-Artikolu 19.

4.   Id-dokumenti depożitati msemmija fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fl-Artikoli 4, 8 u 11, se jinżammu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tal-kontroll jew il-korpi tal-kontroll għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri għal minn ta’ lanqas tliet snin wara s-sena li fiha jkun sar il-kontroll jew ġew kunsinjati ċ-ċertifikati ta’ spezzjoni u l-evidenza dokumentarja.

5.   Fejn dokument jew proċedura li hemm provvediment għalihom fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew fir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħha jeħtieġ firma ta’ persuna awtorizzata jew l-awtorizzazzjoni ta’ persuna f’wieħed jew aktar mill-istadji ta’ dik il-proċedura, is-sistemi informatiċi li twaqqfu għall-komunikazzjoni ta’ dawk id-dokumenti jridu jrendu possibbli l-identifikazzjoni ta’ kull persuna mingħajr ambigwità u jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontenut tad-dokumenti, inkluż dwar l-istadji tal-proċedura, ma jistax jiġi alterat, skond il-leġislazzjoni tal-Komunità, u b’mod partikoli mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/563/KE, Euratom.

TITOLU V

REGOLI FINALI U TRANSIZZJONALI

Artikolu 18

Regoli transizzjonali fuq il-lista tal-pajjiżi terzi

Talbiet għall-inklużjoni minn pajjiżi terzi sottomessi skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 345/2008 qabel l-1 ta’ Jannar 2009 se jiġu ttrattati bħala applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

L-ewwel lista ta’ pajjiżi rikonoxxuti se tinkludi l-Arġentina, l-Awstralja, il-Kosta Rika, l-Indja, New Zealand u l-ISVIZZERA. Mhux se jkun fiha n-numri ta’ kodiċi msemmija fl-Artikolu 7(2)(f) ta’ dan ir-regolament. Dawn in-numri ta’ kodiċi se jiġu miżjuda qabel Lulju 2010 permezz ta’ aġġornament tal-lista skont l-Artikolu 17(2).

Artikolu 19

Regoli transizzjoniali fuq l-importazzjoni ekwivalenti ta’ prodotti li ma joriġinawx mill-pajjiżi terzi elenkati

1.   Skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza lill-importaturi f’dak l-Istat Membru, fejn importatur ta notifika dwar l-attività tiegħu skond l-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament, biex ipoġġi fis-suq il-prodotti importati minn pajjiżi terzi li mhumiex inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 33(2) ta’ dak ir-Regolament, sakemm l-importatur jipprovdi evidenza suffiċjenti li turi li l-kundizzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament ġew sodisfatti.

Fejn, wara li tat permess lill-importatur jew lil kwalunkwe persuna oħra konċernata biex jikkummenta, l-Istat Membru jikkunsidra li dawk il-kundizzjonijiet m’għadhomx jiġu sodisfatti, se tirtira l-awtorizzazzjoni tagħha.

L-awtorizzazzjonijiet se jintemmu mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-pubblikazzjoni tal-ewwel lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti skond l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament.

Il-prodott importat se jiġi kopert minn ċertifikat ta’ spezzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 13, maħruġ mill-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll li ġiet aċċettata biex toħroġ iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li qed jagħti l-awtorizzazzjoni. L-oriġinali taċ-ċertifikat se jakkompanja l-oġġetti sal-post tal-ewwel destinatarju. Minn hemm 'il quddiem l-importatur irid iżomm iċ-ċertifikat għad-dispożizzjoni tal-korp tal-kontroll u, fejn xieraq tal-awtorità tal-kontroll, għal mhux anqas minn sentejn.

2.   Kull Stat Membru se jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni ta’ kull awtorizzazzjoni li tingħata skond dan l-Artikolu, inkluż informazzjoni dwar l-istandards tal-produzzjoni u l-arranġamenti tal-kontroll konċernati.

3.   Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, awtorizzazzjoni li ngħatat skond dan l-Artikolu se tiġi eżaminata mill-Kumitat fuq il-produzzjoni organika. Jekk l-eżaminazzjoni turi li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 ma ġewx sodisfatti, il-Kummissjoni se teħtieġ lill-Istat Membru li ta l-awtorizzazzjoni biex jirtiraha.

4.   L-Istati Membri ma jistgħux jibqgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mid-data ta’ 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tal-ewwel lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll imsemmija fl-Artikolu 11(5) ħlief fil-każ fejn il-prodotti importati konċernati huma oġġetti li l-produzzjoni tagħhom fil-pajjiż terz kienet ikkontrollata minn korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll li mhux fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 10.

5.   L-Istati Membri ma jistgħux jibqgħu jagħtu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 mill-1 ta’ Jannar 2013.

6.   Kwalunkwe awtorizzazzjoni għall-bejgħ ta’ prodotti importati minn pajjiż terz li kienet, qabel il-31 ta’ Diċembru 2008, ingħatat lill-importatur mill-Awtorità Kompetenti ta’ Stat Membru taħt l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 se tintemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 20

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 345/2008 u (KE) Nru 605/2008 qed jiġu mħassra.

Referenzi għar-Regolamenti mħassra se jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u se jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Se jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 8 ta’ Diċembru 2008.

F’isem il-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 108, 18.4.2008, p. 8.

(3)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(4)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 166, 27.6.2008, p. 3.

(6)  ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(8)  ĠU L 251, 27.7.2004, p. 9.

(9)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS I

LISTA TAL-KORPI TAL-KONTROLL U L-AWTORITAJIET TAL-KONTROLL GĦALL-ISKOP TA’ KONFORMITÀ U L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET RILEVANTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3


ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

LISTA TA’ PAJJIŻI TERZI U L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET RILEVANTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

ARĠENTINA

1.   Kategoriji tal-prodotti:

(a)

prodotti agrikoli ħajjin jew mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv u żrieragħ għall-koltivazzjoni minbarra:

bhejjem u prodotti tal-bhejjem, li għandhom jew li huma maħsuba biex ikollhom indikazzjonijiet li jirreferu għal konverżjoni;

(b)

prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel minbarra:

prodotti tal-bhejjem li fihom jew li huma maħsuba biex ikollhom indikazzjonijiet li jirreferu għall-konverżjoni.

2.   Oriġini: Prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti prodotti f’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li ġew prodotti fl-Arġentina.

3.   Standards tal-produzzjoni: Ley 25 127 sobre “Producción ecológica, biológica y orgánica”

4.   Awtorità kompetenti: Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Agroalimentaria SENASA, www.senasa.gov.ar

5.   Korpi tal-kontroll:

Food Safety SA, www.foodsafety.com.ar

Instituto Argentino para la Certificación y Promoción de Productos Agropecuarios Orgánicos SRL (Argencert), www.argencert.com

Letis SA, www.letis.com.ar

Organización Internacional Agropecuaria (OIA), www.oia.com.ar

6.   Korpi li joħorġu ċ-ċertifikati: bħall-punt 5.

7.   Dewmien tal-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2013.

AWSTRALJA

1.   Kategoriji tal-prodotti:

(a)

għelejjel mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv u żrieragħ għall-koltivazzjoni,

(b)

prodotti agrikoli proċessati għall-użu bħala ikel kompost essenzjalment minn wieħed jew aktar ingredjenti li joriġina mill-pjanti.

2.   Oriġini: prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fl-Awstralja.

3.   Standards tal-produzzjoni: Standard nazzjonali għall-għelejjel organiċi u bijodinamiċi

4.   Awtorità kompetenti: Australian Quarantine and Inspection Service AQIS, www.aqis.gov.au

5.   Korpi u awtoritajiet tal-kontroll:

Australian Certified Organic Pty. Ltd., www.australianorganic.com.au

Australian Quarantine and Inspection Service (AQIS), www.aqis.gov.au

Bio-dynamic Research Institute (BDRI), www.demeter.org.au

National Association of Sustainable Agriculture, Awstralja (NASAA), www.nasaa.com.au

Organic Food Chain Pty Ltd (OFC), www.organicfoodchain.com.au

6.   Korpi u awtoritajiet li joħorġu ċ-ċertifikati: bħall-punt 5.

7.   Dewmien tal-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2013.

KOSTA RIKA

1.   Kategoriji tal-prodotti:

(a)

għelejjel mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv u żrieragħ għall-koltivazzjoni;

(b)

għelejjel ipproċessati għall-użu bħala ikel.

2.   Oriġini: Prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra f’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li ġew prodotti fil-Kosta Rika.

3.   Standards tal-produzzjoni: Reglamento sobre la agricultura orgánica

4.   Awtorità kompetentii: Servicio Fitosanitario del Estado, Ministerio de Agricultura y Ganadería, www.protecnet.go.cr/SFE/Organica.htm

5.   Korpi tal-kontroll:

BCS Oko-Garantie, www.bcs-oeko.com

Eco-LOGICA, www.eco-logica.com

6.   Awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati: Ministerio de Agricultura y Ganadería.

7.   Dewmien tal-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2011.

INDJA

1.   Kategoriji tal-prodotti:

(a)

għelejjel mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv u żrieragħ għall-koltivazzjoni;

(b)

prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel komposti essenzjalment minn wieħed jew aktar ingredjenti li joriġinaw mill-pjanti.

2.   Oriġini: prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fl-Indja.

3.   Standards tal-produzzjoni: Programm Nazzjonali għall-Produzzjoni Organika

4.   Awtorità kompetenti: Agricultural and Processed Food Export Development Authority APEDA, www.apeda.com/organic

5.   Korpi u awtoritajiet tal-kontroll:

APOF Organic Certification Agency (AOCA), www.aoca.in

Bureau Veritas Certification India Pvt. Ltd, www.bureauveritas.co.in

Control Union Certifications, www.controlunion.com

Ecocert SA (India Branch Office), www.ecocert.in

IMO Control Private Limited, www.imo.ch

Indian Organic Certification Agency (Indocert), www.indocert.org

Lacon Quality Certification Pvt. Ltd, www.laconindia.com

Natural Organic Certification Association, www.nocaindia.com

OneCert Asia Agri Certification private Limited, www.onecertasia.in

SGS India Pvt. Ltd, www.in.sgs.com

Uttaranchal State Organic Certification Agency (USOCA), www.organicuttarakhand.org/products_certification.htm

Rajasthan Organic Certification Agency (ROCA), http://www.rajasthankrishi.gov.in/Departments/SeedCert/index_eng.asp

6.   Korpi u awtoritajiet li joħorġu ċ-ċertifikati: bħall-punt 5.

7.   Dewmien tal-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2009.

IŻRAEL

1.   Kategoriji tal-prodotti:

(a)

għelejjel mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv u żrieragħ għall-koltivazzjoni,

(b)

prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel komposti essenzjalment minn wieħed jew aktar ingredjenti li joriġinaw mill-pjanti.

2.   Oriġini: prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li ġew prodotti fl-Iżrael jew li ġew importati fl-Iżrael:

jew mill-Komunità,

jew minn pajjiż terz fil-kwadru tar-reġim li huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

3.   Standards tal-produzzjoni: Standard nazzjonali għall-pjanti mkabbra organikament u l-prodotti tagħhom

4.   Awtorità kompetenti: Plant Protection and Inspection Services (PPIS), www.ppis.moag.gov.il

5.   Korpi u awtoritajiet tal-kontroll:

AGRIOR Ltd.-Organic Inspection & Certification, www.agrior.co.il

IQC Institute of Quality & Control, www.iqc.co.il

Plant Protection and Inspection Services (PPIS), www.ppis.moag.gov.il

Skal Israel Inspection & Certification, www.skal.co.il

6.   Korpi u awtoritajiet li joħorġu ċ-ċertifikati: bħall-punt 5.

7.   Dewmien tal-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2013.

SVIZZERA

1.   Kategoriji tal-prodotti: prodotti agrikoli ħajjin jew mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv, prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, għalf u żrieragħ

prodotti prodotti matul il-perjodu ta’ konverżjoni u prodotti li fihom ingredjent ta’ oriġini agrikola prodott matul il-perjodu ta’ konverżjoni

2.   Oriġini: Prodotti u ingredjenti prodotti b’mod organiku fil-prodotti li ġew prodotti fl-Isvizzera jew li ġew importati fl-Isvizzera:

jew mill-Komunità,

jew minn pajjiż terz li għalih l-Isvizzera rrikonoxxiet li l-prodotti ġew prodotti u kkontrollati f’dak il-pajjiż terz taħt regoli ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni svizzera

3.   Standards tal-produzzjoni: Ordinanza fuq il-biedja organika u t-tikkettar ta’ prodotti tal-pjanti prodotti b’mod organiku u l-oġġetti tal-ikel

4.   Awtorità kompetenti: Federal Office for Agriculture FOAG, http://www.blw.admin.ch/themen/00013/00085/00092/index.html?lang=en

5.   Korpi tal-kontroll:

Bio Test Agro (BTA), www.bio-test-agro.ch

bio.inspecta AG, www.bio-inspecta.ch

Institut für Marktökologie (IMO); www.imo.ch

ProCert Safety AG, www.procert.ch

6.   Korpi li joħorġu ċ-ċertifikati: bħall-punt 5.

7.   Dewmien tal-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2013.

NEW ZEALAND

1.   Kategoriji tal-prodotti:

(a)

prodotti agrikoli ħajjin jew mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv u żrieragħ għall-koltivazzjoni, minbarra:

bhejjem u prodotti tal-bhejjem li fihom jew li huma maħsuba biex ikun fihom indikazzjoniet li jirreferu għall-konverżjoni,

prodotti mill-akkwakultura;

(b)

prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel minbarra:

prodotti tal-bhejjem li fihom jew li huma maħsuba biex ikun fihom indikazzjoniet li jirreferu għall-konverżjoni;

prodotti li fihom prodotti mill-akkwakultura.

2.   Oriġini: Prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti prodotti b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li ġew prodotti fi New Zealand jew li ġew importati ġo New Zealand

jew mill-Komunità,

jew minn pajjiż terz fi ħdan il-kwadru ta’ reġim li huwa rikonoxxut bħala ekwivalenti skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007,

jew minn pajjiż terz li r-regoli tal-produzzjoni u s-sistema ta’ spezzjoni tiegħu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Programm ta’ Assigurazzjoni Uffiċjali tal-Ikel MAF fuq il-bażi tal-assigurazzjonijiet u l-informazzjoni pprovduti permezz tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-MAF u sakemm jiġu importati biss l-ingredjenti prodotti b’mod organiku maħsuba biex jiġu inkorporati, sa massimu ta’ 5 % tal-prodotti ta’ oriġini agrikola, fil-prodotti tal-kategorija 1(b) ippreparati fi New Zealand.

3.   Standards tal-produzzjoni: Regoli Tekniċi għall-Produzzjoni Organika tal-NZFSA

4.   Awtorità kompetenti: New Zealand Food Safety Authority NZFSA, http://www.nzfsa.govt.nz/organics/

5.   Korpi tal-kontroll:

AsureQuality, www.organiccertification.co.nz

BIO-GRO New Zealand, www.bio-gro.co.nz

6.   Awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati: Ministry of Agriculture and Forestry (MAF) — New Zealand Food Safety Authority (NZFSA).

7.   Dewmien tal-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2011.


ANNESS IV

LISTA TAL-KORPI TAL-KONTROLL U L-AWTORITAJIET TAL-KONTROLL GĦALL-ISKOP TA’ EKWIVALENZA U L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET RILEVANTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10


ANNESS V

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ SPEZZJONI

għall-importazzjoni ta’ prodotti minn produzzjoni organika għal ġol-Komunità Ewropea msemmi fl-Artikolu 13

Il-mudell taċ-ċertifikat huwa ddeterminat fir-rigward ta':

it-test,

il-format, fuq folja waħda,

it-tqassim u l-qisien tal-kaxxi.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VI

MUDELL TAL-ESTRATT TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ SPEZZJONI

msemmi fl-Artikolu 14

Il-mudell ta' l-estratt huwa ddeterminat fir-rigward ta':

it-test,

il-format,

it-tqassim u l-qisien tal-kaxxi.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VII

Tabella ta’ korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 20

Regolament (KE) Nru 345/2008

Regolament (KE) Nru 605/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1

Artikolu 1(2)

Artikolu 2, kliem introduttorji u l-punt (1)

Artikolu 2, kliem introduttorji u l-punt (1)

 

Artikolu 2, punt (2)

 

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 2, punt (3)

 

Artikolu 2, punt (3)

Artikolu 2, punt (4)

 

Artikolu 2, punt (4)

 

Artikolu 2, punt (5)

Artikolu 2, punt (5)

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 1

Artikolu 7

Artikolu 2(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 2(4)

Artikoli 8(3) u 9(2)

Artikolu 8(4)

Artikolu 2(5)

 

Artikolu 9(1)

Artikolu 2(6)

 

Artikoli 9(3) u 9(4)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikoli 3 u 4

Artikolu 13

Artikolu 5

Artikolu 14

Artikolu 6

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 3

Artikolu 8

Artikolu 20

Artikolu 4

Artikolu 9

Artikolu 21

Anness II

Anness I

Anness II

Anness I

Anness III

Anness IV

Anness I

Anness V

Anness II

Anness VI

Anness III

Anness IV

Anness VII


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/53


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1236/2008

tal-11 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1613/2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użat għall-iskopijiet tal-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-qagħda speċjali fil-Laos fir-rigward ta' xi oġġetti tat-tessuti esportati lejn il-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [tal-Komunità] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 li japplika skema tal-preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa (3), il-Komunità kkonċediet preferenzi tariffarji ġeneralizzati lil-Laos. Ir-Regolament (KE) Nru 980/2005 għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008, imma mill-1 ta’ Jannar 2009 se jkun hemm minfloku r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (4), li jikkonferma l-konċessjoni tal-preferenzi tarifarrji msemmija lil-Laos min-naħa tal-Komunità.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinanti li għandu jintuża għall-finijiet tal-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati. Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jipprovdi wkoll għal deroga minn dik id-definizzjoni favur il-pajjiżi l-anqas żviluppati li jibbenefikaw mis-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi (GSP) li jippreżentaw talba xierqa lill-Komunità b’dan l-effett.

(3)

Il-Laos ibbenefika minn deroga tali għal ċerti prodotti tat-tessuti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1613/2000 (5), li kienet ipprolongata diversi drabi u li għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008.

(4)

Permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Ottubru 2008, il-Laos ressaq talba għall-prolongament tad-deroga skond l-Artikolu 76 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(5)

L-aħħar darba li kienet ipprolongata l-validità tar-Regolament (KE) Nru 1613/2000, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1807/2006 (6), kien mistenni li regoli tal-oriġini tal-GSP ġodda, aktar sempliċi u li aktar jiffavorixxu l-iżvilupp ikunu applikabbli qabel ma kellha tiskadi d-deroga. Madankollu, regoli tal-oriġini tal-GSP ġodda għadhom ma ġewx addottati, u issa huwa mistenni li t-tali regoli tal-oriġini mhumiex se jkunu implimentati qabel tmiem l-2009.

(6)

It-talba turi li l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini dwar il-ħidma jew l-ipproċessar suffiċjenti u dwar il-kumulazzjoni reġjonali jkollhom effett sinifikanti fuq il-kapaċità tal-industrija tal-ilbies tal-Laos biex tissokta bl-esportazzjoni tagħha lejn il-Komunità, u jkollha effett deterrenti fuq l-investiment. Dan iwassal għal aktar għeluq tal-azjendi u qgħad f’dak il-pajjiż. Barra minn hekk, jidher li l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini tal-GSP li huma applikabbli fil-preżent, anke għal żmien qasir, x’aktarx ikollha l-effett deskritt hawn fuq.

(7)

Il-perjodu ta’ prolongament tad-deroga għandu jkopri ż-żmien meħtieġ biex ikunu addottati u implimentati r-regoli l-ġodda tal-oriġini tal-GSP. Ġaladarba l-konklużjoni ta’ kuntratti aktar fit-tul li jibbenefikaw mid-deroga hija ta’ importanza għal-istabbiltà u t-tkabbir tal-industrija tal-Laos, il-prolongament konċess għandu jkun twil biżżejjed biex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jikkonkludu kuntratti bħal dawn.

(8)

B’konsegwenza tal-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini l-ġodda futuri, il-prodotti tal-Laos li fil-preżent huma eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali biss permezz tad-deroga għandhom, fil-ġejjieni, ikunu jistgħu jikkwalifikaw bl-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini l-ġodda. Id-deroga f’dak il-waqt issir żejda. Biex tkun żgurata ċ-ċarezza għall-operaturi, għaldaqstant se jkun meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1613/2000 ikun irrevokat b’effett mid-data li fiha jibdew japplikaw ir-regoli tal-oriġini l-ġodda.

(9)

Id-deroga għaldaqstant għandha tkun ipprolongata sad-data tal-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini l-ġodda li għandhom ikunu stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, imma fi kwalunkwe każ l-applikazzjoni tagħha għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2010.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1613/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(11)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1613/2000 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga pprovduta fl-Artikolu 1 għandha tapplika għal prodotti ttrasportati direttament mil-Laos u importati fil-Komunità sal-kwantitajiet annwali elenkati fl-Anness għal kull prodott matul il-perjodu mill-15 ta’ Lulju 2000 sad-data tal-applikazzjoni ta’ emenda għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinanti użat għall-finijiet tal-iskema ta’ preferenzi ġeneralizzati, imma fi kwalunkwe każ l-applikazzjoni tagħha għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2010.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 185, 25.7.2000, p. 38.

(6)  ĠU L 343, 8.12.2006, p. 69.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/55


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1237/2008

tal-11 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1043/2005 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq xi prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġu ffissati l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli (1), u partikolarment l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Bi qbil mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 (2) fejn prodotti huma użati fil-manifattura tal-prodotti esportati, ir-rata ta’ rifużjoni li għandha tintuża biex jiġi kkalkulat l-ammont applikabbli għal kull prodott bażiku, għall-prodotti mnisslin mill-proċess tiegħu, jew għall-prodotti assimilati f’waħda minn dawk iż-żewġ kategoriji li kienu użati fil-manifattura tal-prodotti esportati, għandha tkun ir-rata applikabbli meta l-prodotti msemmija qabel huma esportati fi stat mhux ipproċessat.

(2)

Skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 fejn is-sitwazzjoni dinjija tal-kummerċ fl-ovalbumin li taqa’ taħt kodiċi NM 3502 11 90 u 3502 19 90 jew ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċerti swieq hekk jeħtieġu, ir-rifużjoni fuq dawn il-prodotti tista’ tkun differenzjata skont id-destinazzjoni.

(3)

Il-qari magħqud tal-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jista’ jirriżulta fl-interpretazzjoni mhux korretta li prodotti, li fihom l-ovalbumin bħala ingredjent, li huma esportati lejn pajjiżi terzi, u b’mod partikolari lejn il-Korea t’Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Filippini, jistgħu jibbenefikaw minn rata ta’ rifużjoni ogħla intenzjonata biss għall-esportazzjoni tal-ovalbumin fi stat mhux mibdul għal dawk id-destinazzjonijiet.

(4)

Għall-iskop ta’ ċarezza u biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità huwa għaldaqstant xieraq li jiġi ċċarat li huma biss l-esportazzjonijiet ta’ ovalalbumin fi stat mhux mibdul li jistgħu jibbenefikaw mir-rata ogħla ta’ rifużjoni ffisata għal dawk id-destinazzjonijiet skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1043/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

[Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għal kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Ir-rifużjonijiet fuq kaseina li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3501 10, fuq kaseinati li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3501 90 90 jew fuq ovalbumin li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3502 11 90 u 3502 19 90 esportati fl-istat mhux mibdul, jistgћu jkunu differenzjati skont id-destinazzjoni jekk dan hu meħtieġ minn:

(a)

is-sitwazzjoni dinjija tal-kummerċ f’dawk il-prodotti; jew

(b)

ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċerti swieq.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/56


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1238/2008

ta' l-10 ta’ Diċembru 2008

li jipprojbixxi s-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI u VII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [il-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li għall-2007 u l-2008 jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond (3) [traduzzjoni mhux uffiċjali] jistabbilixxi l-kwoti għall-2007 u l-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358,31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 28.


ANNESS

Nru

10/DSS

Stat Membru

ESP

Stokk

GFB/567-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis blennoides)

Żona

L-ilmijiet tal-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI u VII

Data

30.9.2008


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/58


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1239/2008

ta' l-10 ta’ Diċembru 2008

li jerġa’ jiftaħ is-sajd għall-merluzz fil-Kattegat min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [il-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Fil-15 ta’ Mejju 2008, l-Iżvezja nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, li kienet se tagħlaq is-sajd għall-merluzz fil-Kattegat għall-bastimenti tagħha mid-19 ta Mejju 2008 'l quddiem.

(3)

Fid-19 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, u l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, adottat ir-Regolament (KE) Nru 585/2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fil-Kattegat min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja (4), b'effett mill-istess data.

(4)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni mingħand l-awtoritajiet Żvediżi, għad hemm disponibbli kwantità ta' merluzz fil-kwota Żvediża fil-Kattegat. Għalhekk, għandu jkun awtorizzat is-sajd għall-merluzz f'din iż-żona minn bastimenti li jtajru l-bandiera Żvediża jew irreġistrati fl-Iżvezja.

(5)

Din l-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Ottubru 2008, biex il-kwantità ta' merluzz ikkonċernata tkun tista' tinqabad sa tmiem is-sena kurrenti.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 585/2008 għandu jiġi rrevokat b'effett mit-13 ta' Ottubru 2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 585/2008 huwa b’dan irrevokat.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 162, 21.6.2008, p. 9.


ANNESS

Nru

64 – Ftuħ mill-ġdid

Stat Membru

SWE

Stokk

COD/03AS.

Speċi

Merluzz

Żona

Kattegat

Data

13.10.2008


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/60


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1240/2008

ta' l-10 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 (a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 jelenka l-persuni naturali u legali u l-entitajiet koperti permezz tal-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fit-18 ta' Diċembru 2006 u fil-21 ta' Ottubru 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni naturali li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi, billi jlesti l-informazzjoni li tikkonċerna l-persuni elenkati diġà. L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat kif inhu xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 huwa b'dan mibdul bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament se jkun jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.


ANNESS

“L-ANNESS I

Lista ta' persuni jew entitajiet legali jew naturali msemmija fl-Artikoli 2, 4 u 7

(1)

Charles Blé Goudé (alias Gbapé Zadi). Indirizz: Bloc P 170, Yopougon Selmer, Côte d’Ivoire, (b) Hotel Ivoire, Abidjan, Cocody, Côte d’Ivoire. Data tat-twelid: 1.1.1972. Post tat-twelid: (a) Guibéroua (Gagnoa), Côte d'Ivoire, (b) Niagbrahio/Guiberoua, Côte d'Ivoire, (c) Guiberoua, Côte d'Ivoire. Nazzjonalità: Côte d’Ivoire. Nru tal-Passaport: (a) 04LE66241 (Côte d’Ivoire, maħruġ fl-10.11.2005, validu sad-9.11.2008), (b) AE/088 DH 12 (Passaport diplomatiku Côte d’Ivoire, maħruġ fl-20.12.2002, validu sal-11.12.2005), (c) 98LC39292 (Côte d’Ivoire, maħruġ fl-24.11.2000, validu sat-23.11.2003). In-Numru tad-dokument ta' vjaġġjar C2310421 (L-Iżvizzera, maħruġ fil-15.11.2005, validu sal-31.12.2005).

Informazzjoni oħra: (1) Indirizz (a) fl-2001, Indirizz (b) kif iddikjarat fid-dokument ta' vjaġġar Nru C2310421; (2)isimijiet jew titoli xort'oħra: “Général” jew “Génie de kpo”; (3) Mexxej tal-COJEP (“Young Patriots”). Għamel stqarrijiet pubbliċi spissi, favur il-vjolenza kontra persunal u istallazzjonjiet tan-Nazzjonijiet Uniti u kontra l-barranin; tmexxija u parteċipazzjoni f’azzjonijiet vjolenti minn gwerillieri, li jinkludu swat, stupri u qtil ekstra-ġudizzjarju; intimidazzjoni fil-konfront tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Grupp ta' Ħidma Internazzjonali (IWG), tal-oppożizzjoni politika u tal-istampa indipendenti. is-sabotaġġ ta' stazzjonijiet tar-radju internazzjonali; ostakolu għall-azzjoni tal-IWG, l-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti f'Côte d’Ivoire, (UNOCI), għall-Forzi Franċiżi u għal proċess tal-paċi kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni tan-NU 1643 (2005).

(2)

Eugène N’goran Kouadio Djué. Data tat-twelid: (a) 1.1.1966, (b) 20.12.1969. Nazzjonalità: Côte d’Ivoire. Nru tal-Passaport: 04LE017521 (maħruġ fl-10.2.2005, jiskadi fil-10.2.2008).

Informazzjoni oħra: Il-mexxej tal- ‘Union des Patriotes pour la Libération Totale de la Côte d’Ivoire (UPLTCI)’. Għamel stqarrijiet pubbliċi spissi, favur il-vjolenza kontra persunal u istallazzjonjiet tan-Nazzjonijiet Uniti u kontra l-barranin; tmexxija u l-parteċipazzjoni f’azzjonijiet vjolenti minn gwerillieri, li jinkludu swat, stupri u qtil ekstra-ġudizzjarju. ostakolu għall-azzjoni tal-IWG, tal-UNOCI, tal-forzi Franċiżi u għal proċess tal-paċi kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni tan-NU 1643 (2005)

(3)

Martin Kouakou Fofié. Data tat-twelid: 1.1.1968. Post tat-twelid: . Nazzjonalità: Côte d’Ivoire. Nru. tal-karta tal-identità: (a) 2096927 (Burkina Faso, maħruġ fis-17.3.2005), (b) 970860100249 (Côte d’Ivoire, maħruġ fil-5.8.1997, jiskadi fil-5.8.2007).

Informazzjoni oħra: (a) Ċertifikat ta' Nazzjonalità Burkina Faso: CNB N.076 (17.2.2003), Isem tal-Missier: Yao Koffi Fofié, Isem tal-Omm: Ama Krouama Kossonou; (b) Kapural Prinċipali Kmandant tal-Forzi l-Ġodda, Korhogo Sector. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu huma impenjati f'reklutaġġ ta' suldati tfal, fil-ħtif tal-persuni, fl-impożizzjoni ta' xogħol forzat, fl-abbuż sesswali tan-nisa, f'arresti arbitrarji u fi qtil ekstra-ġudizzjarju, li lkoll imorru kontra l-konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali; ostakolu għall-azzjoni tal-IWG, tal-UNOCI, tal-forzi Franċiżi u għal proċess tal-paċi kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni tan-NU 1643 (2005)”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Mejju 2008

li tikkonċerna l-għajnuna mogħtija minn Franza lill-Fond għall-prevenzjoni tar-riskji tas-sajd u lill-impriżi tas-sajd (Għajnuna mill-Istat C 9/06)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5636)

(It-test bil-Franċiż huwa l-uniku awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/936/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel sentenza tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, skont l-istess Artikolu,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Il-Kummissjoni saret taf b’informazzjoni differenti rigward l-eżistenza ta’ fond maħsub biex jikkompensa lill-impriżi tas-sajd ta’ Franza għaż-żieda fil-prezz tal-karburant mis-sena 2004. Skont din l-informazzjoni, dan il-fond, imsejjaħ il-Fond għall-prevenzjoni tar-riskji tas-sajd (FPAP), kellu l-għan imħabbar li jtaffi l-varjazzjonijiet fuq żmien qasir tal-prezz tal-karburant għas-sajd, imma fil-prattika kellu l-effett li jippermetti lil dawn l-impriżi li jibbenefikaw minn prezz għall-karburant li kien ferm anqas mill-prezz tas-suq.

(2)

Milli jidher, fil-bidu kien previst li dan il-fond kellu jaħdem biss bis-saħħa ta’ kontribuzzjonijiet mill-professjonisti. Il-prinċipju tal-operat kellu jkun sempliċi: il-fond kien responsabbli għall-parti mill-ispiża tal-karburant superjuri għal prezz ta’ referenza determinat għal kull litru, u, min-naħa l-oħra, l-impriżi kellhom jagħtu kontribuzzjonijiet lil FPAP meta l-prezz tal-karburant kien jerġa’ jinżel taħt dan il-prezz ta’ referenza. B’dan il-mod, kien jintlaħaq bilanċ għall-finanzjament tas-sistema mingħajr ma jkun hemm dipendenza fuq fondi pubbliċi.

(3)

Madankollu, minħabba li l-prezz tas-suq tal-karburant dejjem baqa’ ferm ogħla mill-prezz ta’ referenza, il-Kummissjoni nnutat li l-iffunzjonar tal-FPAP kien possibbli biss bis-saħħa tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istat u li din il-kontribuzzjoni finanzjarja kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 tat-Trattat KE.

(4)

Fil-25 ta’ Awwissu 2005, il-Kummissjoni talbet lil Franza li tgħarrafha, sal-5 ta’ Settembru 2005, jekk kienux ġew adattati jew maħsuba mill-Istat xi miżuri speċifiċi biex isostnu ż-żieda fl-ispejjeż tal-karburant. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li, jekk dawn il-miżuri kienu jinvolvu għajnuna mill-Istat, dawn kellhom jiġu notifikati lilha skond l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat.

(5)

Fin-nuqqas ta’ risposta, u skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 rigward it-termini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 93 (li sar 88) tat-Trattat KE (1), fil-21 ta’ Settembru 2005 il-Kummissjoni talbet lil Franza li tipprovdilha, fi żmien tliet ġimgħat, l-informazzjoni relattiva għal dan il-fond, sabiex din tkun tista’ teżamina jekk fil-fatt kienx hemm preżenza ta’ għanuna mill-Istat u, jekk dan kien il-każ, jekk din l-għajnuna mill-Istat kinitx jew le kompatibbli mas-suq komuni.

(6)

Fis-7 ta’ Ottubru 2005 Franza rrispondiet għat-talba tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Awwissu 2005 fejn indikat li “l-ebda miżura li taqa’ taħt l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat ma ġiet implimentata fi Franza biex tilqa’ d-diffikultajiet minħabba ż-żieda konsiderevoli reċenti fil-prezz tal-karburant.” Franza madankollu indikat li kienet inkoraġġiet “strateġija mibdija mill-professjonisti” li kienet tikkonsisti fil-ħolqien ta’ fond għall-ħarsien tar-riskji tas-sajd. F’din l-ittra qatt ma ssemmew il-ħlasijiet bil-quddiem approvati mill-Istat. Min-naħa l-oħra, mir-risposta tal-awtoritajiet Franċiżi kien jidher ċar li l-finanzjament tal-fond, amministrat mill-professjonisti, kien jiddependi esklussivament fuq kontribuzzjonijiet ġejjin mir-riżorsi finanzjarji tal-imsieħba.

(7)

Fil-21 ta’ Ottubru 2005, il-Kummissjoni fakkret lill-awtoritajiet Franċiżi bit-talba formali tagħha għal informazzjoni dwar l-FPAP bid-data tal-21 ta’ Settembru 2005, fejn tathom mill-ġdid dewmien ta’ ġimgħatejn.

(8)

Fin-nuqqas ta’ risposta minn Franza fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni ddeċidiet, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 10 diġà msemmi, li tordna lil Franza biex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għal dan l-eżami. Din l-inġunzjoni, bid-data tal-5 ta’ Diċembru 2005, ġiet innotifikata fis-6 ta’ Diċembru 2005 bi żmien ta’ tliet ġimgħat biex tingħata risposta.

(9)

Franza rrispondiet b’ittra bid-data tal-21 ta’ Diċembru 2005 u li l-Kummissjoni rċeviet fis-27 ta’ Diċembru 2005. Din l-ittra kienet tagħmel referenza għal risposta preċedenti bid-data tas-6 ta’ Diċembru u li ġiet irċevuta fit-8 ta’ Diċembru, risposta li ntbagħtet wara ittra mill-Kummissjoni fil-21 ta’ Settembru 2005 (ara l-premessa 5 ta’ din id-Deċiżjoni). Permezz ta’ dawn iż-żewġ ittri, Franza kkomunikat lill-Kummissjoni l-istatut tal-FPAP u t-tliet ftehimiet relattivi għall-implimentazzjoni ta’ ħlas bil-quddiem li jitħallas lura mill-Istat lil FPAP.

(10)

Wara l-eżaminazzjoni ta’ dawn ir-risposti u tad-dokumenti mehmuża magħhom, il-Kummissjoni infurmat lil Franza, fit-8 ta’ Marzu 2006, bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura formali tal-eżami stipulata mill-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE u mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(11)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura formali tal-eżami ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ April 2006 (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri in kwistjoni fi żmien xahar.

(12)

Franza għarrfet l-osservazzjonijiet tagħha permezz ta’ ittra fil-21 ta’ April 2006, f’forma ta’ nota mill-awtoritajiet tagħha. Din in-nota kellha magħha argument li deher li oriġinarjament kien intiż għall-użu intern; dan l-argument jispjega l-pożizzjoni li għandha tittieħed fir-rigward tal-argumenti tal-Kummissjoni.

(13)

Fis-17 ta’ Mejju 2006, l-uffiċċju Ménard, Quimbert u Soċji, avukati f’Nantes (minn issa ‘l quddiem MQA) indika permezz ta’ faks l-intenzjoni tiegħu li jifformola aktar osservazzjonijiet min-naħa tal-FPAP, u għalhekk talab li jingħata żmien itwal. Il-Kummissjoni aċċettat proroga ta’ ġimgħatejn. MQA wara kkomunikat, permezz ta’ ittra datata s-17 ta’ Mejju, u li l-Kummissjoni rċeviet fit-23 ta’ Mejju, memorandum fuq karta intestata tal-Korporazzjoni Marittima iffirmat mis-Sur de Feuardent, is-Segretarju Ġenerali tal-FPAP u bid-data tat-18 ta’ Mejju. It-tielet ittra ta’ MQA, dejjem bid-data tas-17 ta’ Mejju, u li l-Kummissjoni rċeviet fl-14 ta’ Ġunju, kienet magħmula minn “verżjoni ġdida tal-osservazzjonijiet (tiegħu) wara li saru xi korrezzjonijiet għal xi żbalji tas-segretarju”; fil-verità, dawn kienu dokumenti li kienu għadhom ma ġewx trażmessi lill-Kummissjoni rigward xi osservazzjonijiet komplementari għall-memorandum tas-Sur de Feuardent imsemmi aktar ‘il, flimkien ma’ serje ta’ dokumenti dwar il-ħidma tal-FPAP (statut, metodu ta’ ħidma, noti ta’ informazzjoni, t-trattament fiskali tal-kontribuzzjonijiet, ittra ta’ missjoni konġunta mill-Ispezzjoni Ġenerali tal-Finanzi u tal-Ispezzjoni Ġenerali tal-Agrikoltura u tas-Sajd). Fl-aħħarnett, l-aħħar titra ta’ MQA, bid-data tat-12 ta’ Ġunju 2006 u indirizzata fl-istess jum permezz ta’ faks lill-Kummissjoni, u li tkompli mal-ittra mibgħuta fid-19 ta’ Mejju “li bi żball kienet datata s-17 ta’ Mejju, li tindirizza (lilkom) l-osservazzjonijiet tas-Sur de Feuardent, segretarju ġenerali tal-Confédération de la Coopération, de la Mutualité et du Crédit Maritime, bid-data tat-18 ta’ Mejju 2006” kellha l-istess osservazzjonijiet komplementari bħal dawk trażmessi permezz tat-tielet ittra tas-17 ta’ Mejju, imma mingħajr id-dokumenti annessi.

(14)

Fl-14 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni kkomunikat lil Franza it-tielet ittra tas-17 ta’ Mejju 2006 ta’ MQA (il-verżjoni mħabbra bħala korreġuta mill-iżbalji tas-segretarju) u l-aħħar ittra ta’ MQA tat-12 ta’ Ġunju 2006, fejn talbet li l-osservazzjonijiet ta’ Franza jintbagħtu lilha fi żmien xahar. Fit-12 ta’ Lulju 2006, Franza talbet li dan iż-żmien jiġi estiż sa’ l-1 ta’ Settembru. Fit-18 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni approvat żmien supplementari ta’ xahar. Fis-26 ta’ Settembru 2006, Franza rrispondiet li din ma tixtieq tagħti l-ebda osservazzjoni partikolari, imma xtaqet tirrimarka li l-ittra ta’ MQA tas-17/19 ta’ Mejju 2006 ma kinitx tikkorrispondi għall-osservazzjonjiet tas-Sur de Feuardent. Fid-9 ta’ Ottubru 2006, il-Kummissjoni tat lil Franza d-dettall tal-ittri li kienet irċeviet minn MQA, fejn talbet li din tikkonferma fi żmien għaxart ijiem li l-awtoritajiet Franċiżi kienu jafu minn qabel bil-memorandum tas-Sur de Feuardent. Franza rrispondiet fit-23 ta’ Ottubru 2006 li din ma kellhiex dan il-memorandum li fil-fatt ma kienx imsemmi qabel minnha, ħlief minħabba l-fatt li l-ittra (ta’ MQA) bid-data tat-12 ta’ Ġunju kienet issemmih. Minħabba li Franza ddikjarat li ma kinitx irċeviet din l-ittra, il-Kummissjoni kkomunikatielha bi trażmissjoni uffiċjali tas-27 ta’ Ottubru 2006, filwaqt li talbet li l-osservazzjonijiet eventwali tagħha jiġi trażmessi lilha sal-15 ta’ Novembru.

(15)

Fis-27 ta’ Novembru 2006, Franza infurmat lill-Kummissjoni li ma kellha l-ebda kumment partikolari fuq dan id-dokument.

2.   DESKRIZZJONI

2.1.   Il-preżentazzjoni tal-FPAP u tal-attivitajiet tiegħu

(16)

L-FPAP huwa magħmul, skont il-liġi Franċiża tal-21 ta’ Marzu 1884 emendata mil-liġi tat-12 ta’ Marzu 1920, fil-forma ta’ assoċjazzjoni kummerċjali. L-abbozz tal-istatut ġie approvat mill-assemblea ta’ kostituzzjoni li saret fl-10 ta’ Frar 2004 u l-istess statut kellu d-data tad-9 ta’ April 2004.

(17)

Skont dan l-istatut (l-Artikolu 4), din l-assoċjazzjoni hija maħluqa għal perjodu ta’ 99 sena. L-uffiċċju prinċipali huwa stabbilit f’Pariġi, 24, rue du Rocher, fl-istess indirizz tal-Confédération de la Coopération, de la Mutualité et du Crédit Maritime (minn issa ‘l quddiem imsejħa il-“Kooperazzjoni Marittima”).

(18)

Skont l-Artikolu 7, il-membri fundaturi huma il-Kooperazzjoni Marittima, iċ-ċentru tax-xiri u tal-iżvilupp CECOMER, soċjetà kooperattiva tal-bejjiegħa bl-imnut, li fil-fatt huwa ċ-ċentru tax-xiri tal-kooperattivi marittimi li partikolarment għandhom il-funzjoni li jipprovdu materjal u prodotti tal-iffunzjonar lill-impriżi tas-sajd, iċ-Ċentru tal-Ġestjoni tas-sajd artiġjanali u żewġ persuni mill-qasam tas-sajd. Permezz tal-assemblea ta’ kostituzzjoni tal-10 ta’ Frar 2004, dawn il-ħames membri fundaturi inħatru bħala amministraturi tal-FPAP sal-assemblea ġenerali ordinarja li trid tiġi organizzata fl-2007. B’hekk kien jidher li l-FPAP ħiereġ mis-settur tas-sajd u minn organizzazzjonijiet li huma marbuta miegħu b’mod ekonomiku (kooperattivi marittimi, kumpanija ċentrali tax-xiri, ċentri ta’ ġestjoni ta’ impriżi tas-sajd).

(19)

L-imsieħba prospettivi jridu jippruvaw li l-attività tagħhom għandha x’taqsam mas-sajd; madankollu, l-assoċjazzjoni tista’ taċċetta fi ħdanha “kull persuna oħra lesta li tagħti l-appoġġ morali tagħha lill-assoċjazzjoni” sakemm il-persunal ta’ din il-kategorija tal-imsieħba ma jaqbiżx 5 % tan-numru tal-imsieħba fl-assoċjazzjoni. Franza tippreċiża, fl-ittra tagħha tas-6 ta’ Diċemrbu 2005, li l-FPAP kellu 2 013-il membru u 2 385 vapur li jirrappreżentaw 30 % tal-flotta Franċiża.

(20)

L-Artikolu 2 tal-istatut jindika li: “L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tiżviluppa prodotti maħsuba li jippermettu lill-intraprendituri tas-sajd li jassiguraw lilhom infushom kontra r-riskji li ġejjin: varjazzjoni fil-prezzijiet tal-fjuwil, it-tinġis marittimu jew riskju ta’ sanità relatat mat-tinġis, l-għeluq ta’ kwoti jew tnaqqis importanti tal-possibilitajiet ta’ sajd, riskju relattiv għas-suq. Dan għandu l-isem ta’ Fond ta’ Prevenzjoni tar-riskji tas-sajd.” L-FPAP b’hekk huwa magħruf bħala soċjetà ta’ assigurazzjoni mutwali li tipproponi lill-membri tagħha, b’kumpens għall-kontribuzzjonijiet tagħhom, ċertu numru ta’ servizzi.

(21)

Franza ttrażmettiet il-kopji tat-tliet ftehimiet li saru bejn l-Istat u l-FPAP u relatati mal-implimentazzjoni tal-ħlas bil-quddiem li jitħallas lura mill-Istat għal dan il-Fond. Dan il-ħlas bil-quddiem jitħallsu mill-intermedjarju tal-Uffiċċju nazzjonali interprofessjonali tal-prodotti tal-baħar u tal-akwakultura (Office national interprofessionnel des produits de la mer et de l’aquaculture (OFIMER). L-ewwel ftehim, bis-sata tat-12 ta’ Novembru 2004, jittratta ammont ta’ 15-il miljun euro; it-tieni, datat fis-27 ta’ Mejju 2005, fuq ammont ta’ 10 miljun euro; it-tielet, bid-data tal-11 ta’ Ottubru 2005, fuq ammont ta’ 40 miljun euro. Skont dawn it-tliet ftehimiet, l-ammont li tħallas bil-quddiem lil FPAP kien ta’ 65 miljun euro.

(22)

Barra minn hekk, huwa possibbli, skont l-argument mehmuż man-nota ta’ Franza tal-21 ta’ April 2006 (ara l-premessa 12 ta’ din id-Deċiżjoni), li ħlas bil-quddiem ieħor, tal-ammont ta’ 12-il miljun euro, kellu jitħallas lil FPAP (ara l-premessa 40 ta’ din id-Deċiżjoni).

(23)

Skont l-Artikolu 1 ta’ dawn il-ftehimiet, “l-FPAP jaħdem fuq il-bażi tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri tiegħu b’mod li jkopru l-implimentazzjoni tal-koperturi finanzjarji kontra r-riskji li jirriżultaw mill-varjazzjonijiet fil-prezzijiet taż-żejt u l-ispejjeż tal-ġestjoni li huma bbażati fuqu.” Dawn il-ftehimiet juru li l-FPAP, għalkemm kien maħsub b’mod formali, mill-istatut tiegħu, b’għan wiesa’ biżżejjed f’dak li jikkonċerna l-benefiċċji li jista’ jassigura (ara l-premessa 20 ta’ din id-Deċiżjoni), fil-fatt illimita l-attività tiegħu biex ikopri finanzjarjament lill-impriżi tas-sajd kontra ż-żieda fil-prezz tal-karburant.

(24)

Skont l-Artikolu 2 tal-ftehim tat-12 ta’ Novembru 2004, “il-ħlas bil-quddiem għandu l-għan li jimplimenta mekkaniżmu ta’ kopertura kontra l-varjazzjonijiet tas-swieq internazzjonali taż-żejt mill-1 ta’ Novembru 2004; dan il-ħlas bil-quddiem jippermetti x-xiri ta’ opzjoni finanzjarja fis-swieq tal-futures taż-żejt. Il-kumpens imħallas lill-membri tal-fond irid jikkorrispondi għad-differenza tal-prezz innutat bejn il-prezz massimu kopert u l-prezz medju mensili tal-indiċi ta’ referenza għax-xahar ikkunsidrat.” L-Artikolu 2 tal-ftehim tas-27 ta’ Mejju 2005 għandu effett kważi simili: dan jipprevedi, minflok l-“implimentazzjoni” ta’ mekkaniżmu ta’ kopertura, it-“tkomplija” ta’ dan il-mekkaniżmu u jindika l-1 ta’ Marzu 2005 bħala data minn meta l-kopertura tkun tista’ tibda taħdem għall-ħlas bil-quddiem imħallas fil-qafas ta’ dan il-ftehim. Dan huwa l-istess għall-ftehim tal-11 ta’ Ottubru 2005; l-Artikolu 2 jipprevedi li, għall-ħlas bil-quddiem imħallas, il-fond ikompli l-attività ta’ kopertura “… mill-1 ta’ Lulju 2005 u tal-anqas sal-31 ta’ Diċembru 2005 bix-xiri ta’ opzjonijiet finanzjarji fis-swieq tal-futures taż-żejt, sa 17-il euro ċenteżmu/l.” Huwa ppreċiżat li “il-kumpens mogħti lil membru tal-fond irid jikkorrispondi għal mhux aktar mid-differenza fil-prezz innutat bejn il-prezz ta’ 30 euro ċenteżmu/l u l-prezz medju mensili ta’ referenza għax-xahar ikkunsidrat, jekk dan tal-aħħar huwa ta’ aktar minn 30 euro ċenteżmu/l.”

(25)

Mill-metodu ta’ ħidma dettaljat tal-FPAP jirriżulta li dan il-mekkaniżmu ta’ kopertura jaħdem permezz ta’ ftehimiet ta’ garanzija li jsiru bejn l-FPAP u l-impriżi membri. Il-membri jħallsu reġistrazzjoni ta’ 150 euro, kif ukoll kontribuzzjoni ta’ garanzija bbażata fuq kwantità stmata ta’ karburant espressa f’litri bl-ammont ta’ 0,035 ċenteżmu għal kull litru ta’ karburant. Min-naħa l-oħra, l-impriżi tas-sajd jirċievu kumpens determinat minn volum użat, fil-limitu tal-volum assigurat, u li t-termini tal-kalkolazzjoni huma dettaljati f’dan il-metodu ta’ ħidma.

(26)

L-Artikolu 3 tal-ftehimiet imsemmija fil-premessa 21 jindika li l-ħlas bil-quddiem ma jistax jitħallas minn OFIMER ħlief wara li jiġu pprovduti ċerti dokumenti ta’ sostenn. Fost dawn id-dokumenti, għandhom ikunu inklużi l-minuti tal-bord tal-FPAP li tawtorizza l-ġestjoni tal-ħlas bil-quddiem mogħti mill-Istat u, għall-ewwel żewġ ftehimiet, tispjega fid-dettall kif ser jintuża dan il-ħlas bil-quddiem, kif ukoll baġit proviżorju. Bin-nota tagħha bid-data tas-6 ta’ Diċembru 2005, Franza kkonfermat li l-ammonti indikati, li jirrappreżentaw total ta’ 65 miljun euro, fil-fatt ingħataw lil FPAP. Din in-nota tippreċiża li dan il-ħlas bil-quddiem jingħata “sabiex jassigura l-iffunzjonar tal-FPAP, fl-aqsar żmien possibbli, għall-perjodu ta’ bejn Novembru 2004 sat-tmiem ta’ Diċembru 2005.”

(27)

Min-naħa l-oħra, l-FPAP jimpenja ruħu li jżomm kontabbiltà li tippermetti li wieħed ikun jaf, fuq talba, kif intużaw il-ħlasijiet bil-quddiem kif ukoll it-tqassim tar-riżorsi u tal-ispejjeż. Id-dokumenti ta’ kontabbiltà jridu jinżammu għal għaxar snin u jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-entitajiet differenti tal-Istat fuq talba tagħhom.

(28)

L-Artikolu 4 jiffissa r-rata tal-interessi li tapplika fuq il-ħlas lura ta’ dan il-ħlas bil-quddiem mill-FPAP lil OFIMER għal 4,45 %. L-ammont ta’ 15-il miljun euro li huma s-suġġett tal-ftehim tat-12 ta’ Novembru 2004 irid jitħallas lura sal-1 ta’ Novembru 2006; dak ta’ 10 miljun euro, s-suġġett tal-ftehim tas-27 ta’ Mejju 2005, sal-1 ta’ Mejju 2007, u dak ta’ 40 miljun euro, suġġett tal-ftehim tal-11 ta’ Ottubru 2005, sal-1 ta’ Lulju 2007.

(29)

Fir-rigward tat-tliet (eventwalment erba’) ftehimiet iffirmati bejn l-Istat ta’ Franza u l-fond, l-attività tal-FPAP, fil-qafas tal-ewwel mill-għanijiet definiti fl-Artikolu 2 tal-istatut (li jippermetti lill-impriżi tas-sajd li jassiguraw il-kopertura tar-riskji marbuta mal-varjazzjoni fil-prezz tad-diżil), għalhekk għandha funzjoni doppja:

(a)

issostni l-varjazzjonijiet tal-prezz taż-żejt permezz tax-xiri ta’ opzjonijiet fuq is-swieq tal-futures taż-żejt fis-settur tal-prodotti taż-żejt, u

(b)

tikkumpensa parzjalment iż-żieda li ġejja mill-prezzijiet għolja taż-żejt għall-vapuri tal-membri ta’ dan il-fond, meta l-prezz tal-karburant jaqbeż ċertu limitu.

(30)

F’dak li jikkonċerna l-għajnuna mill-Istat, il-fond irid jitqies taħt dawn iż-żewġ aspetti, min-naħa meta dan jaġixxi bħala operatur ekonomiku fuq is-swieq tal-futures taż-żejt, u min-naħa l-oħra meta dan jikkumpensa lill-impriżi tas-sajd b’parti mill-ispejjeż li jikkorrispondu max-xiri tal-karburant sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom.

2.2.   Ir-raġunijiet għall-bidu tal-proċedura formali tal-eżami

(31)

Ir-raġunijiet għall-bidu tal-proċedura formali tal-eżami kienu dawn li ġejjin.

2.2.1.   F’dak li jikkonċerna l-kisba ta’ opzjonijiet fuq is-swieq tal-futures taż-żejt.

(32)

Il-ħlas bil-quddiem mogħti lil FPAP jista’ jitqies bħala self għal żmien qasir b’rata ta’ 4,45 %. Madankollu, l-Kummissjoni tinnota li l-fond m’għandu l-ebda proprjetà immobbli u li l-kapital tiegħu huwa tassew baxx minħabba li ġej biss mill-kontribuzzjonijiet tal-membri tiegħu. Huwa għalhekk li l-ebda istituzzjoni bankarja ma kienet tagħti self bħal dan.

(33)

Għalhekk dan il-fond jibbenefika minn vantaġġ finanzjarju fil-konfront ta’ impriżi oħra fuq l-istess swieq tal-futures taż-żejt. Dan il-vantaġġ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur il-fond. L-ebda dispożizzjoni tal-Artikolu 87 tat-Trattat KE jew tal-linji gwida li l-Kummissjoni adottat għall-analiżi tal-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat ma tippermetti li din titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni.

(34)

Min-naħa l-oħra, bis-saħħa ta’ din l-attività, l-impriżi tas-sajd li huma msieħba fl-FPAP jistgħu jixtru l-karburant bi prezz imnaqqas. Dan jikkostitwixxi għajnuna li għandha bħala effett li tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-impriżi li jibbenefikaw mill-Fond. Madankollu, skont il-paragrafu 3.7 tal-linji gwida għall-eżami tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akwakultura (3), din it-tip ta’ għajnuna għall-iffunzjonar, mogħtija mingħajr obbligu, normalment trid titqies bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

2.2.2.   F’dak li jikkonċerna l-kumpens lill-impriżi tas-sajd ta’ parti mill-ispejjeż imħallsa minħabba x-xiri tal-karburant

(35)

Hawn ukoll, din hija għajnuna li għandha l-effett li tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-impriżi msieħba fl-FPAP. Bl-istess mod, l-ebda dispożizzjoni tal-Artikolu 87 tat-Trattat KE jew tal-linji gwida li l-Kummissjoni adottat għall-analiżi tal-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat ma tippermetti li din titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni. Bl-istess mod, skont il-paragrafu 3.7 tal-linji gwida speċifiċi għas-settur tas-sajd, din it-tip ta’ għajnuna għall-iffunzjonar, mogħtija mingħajr obbligu, trid titqies bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

2.2.3.   Il-Konklużjoni

(36)

Meta qieset l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li jeżistu dubji serji dwar il-kompatibbiltà ta’ din il-miżura ta’ għajnuna mas-suq komuni, minħabba li din tibbenefika kemm lill-istess FPAP u kemm lill-impriżi tas-sajd li huma msieħba fih.

3.   IL-KUMMENTI TA’ FRANZA U TAL-PARTIJIET INTERESSATI

3.1.   Il-kummenti ta’ Franza

(37)

Il-kummenti ta’ Franza huma ppreżentati fir-risposta tal-21 ta’ April 2006. Ma ġiet żviluppata l-ebda osservazzjoni komplementari dwar l-argumenti żviluppati mill-FPAP u MQA.

(38)

Franza tenfasizza li l-analiżi tal-Kummissjoni għandha tikkonċentra fuq in-natura u l-kundizzjonijiet tal-għotja tal-ħlas bil-quddiem mogħti mill-Istat u mhux fuq l-attivitajiet tal-FPAP.

(39)

Għalhekk din tosserva li:

ir-rati applikabbli huma superjuri għar-rati ta’ referenza stabbiliti mill-Kummissjoni biex tiddetermina l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat f’sussidji fuq l-interessi;

dan l-intervent ma jistax jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat minħabba li d-data għall-ħlas lura għadha m’għaddietx. Franza tfakkar, f’dan ir-rigward, li l-iskadenzi ġew iffissati, rispettivament, għall-1 ta’ Novembru 2006, l-1 ta’ Mejju 2007 u l-1 ta’ Lulju 2007;

l-argument tal-Kummissjoni skont liema l-ebda entità bankarja ma kienet tagħti tali ħlas bil-quddiem lil FPAP m’għandux bażi, minħabba li setgħu jiġu stabbiliti skemi ta’ garanzija. Barra minn dan, Franza enfasizzat li l-FPAP huwa l-unika struttura professjonali Franċiża li tiġbor taħtha impriżi tas-sajd li kellhom l-għan li jaġixxu fuq is-suq tal-futures taż-żejt u li s-sħubija f’dan il-fond hija mingħajr ħlas.

(40)

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tirrimarka li Franza tindika li, fl-argument mehmuż mar-risposta tagħha (ara l-premessa 12 ta’ din id-Deċiżjoni), “ma kienx jidher neċessarju li wieħed jindika li kien ġie deċiż ħlas bil-quddiem ta’ 12-il miljun euro, minħabba li s’issa l-ftehim mhux iffirmat, madankollu, jaqbel li wieħed ma jidħolx f’nuqqas ta’ qbil. Huwa propost li jiġi indikat li għaddej żmien ta’ riflessjoni.”

3.2.   Il-kummenti tal-FPAP

(41)

Il-Kummissjoni rċeviet diversi ittri minn MQA b’kontenuti differenti u mibgħuta b’mod diżorganizzat (ara d-dettalji fil-premessa 13 ta’ din id-Deċiżjoni), li wieħed jista’ jiġbor kif ġej: memorandum fuq karta intestata tal-Korporazzjoni Marittima bid-data tat-18 ta’ Mejju 2006 u ffirmata mis-segretarju ġenerali tal-FPAP, u osservazzjonijiet supplementari ta’ MQA għall-FPAP, flimkien ma’ serje ta’ dokumenti relattivi għall-iffunzjonar tal-FPAP (l-istatut, il-metodu tal-ħidma, in-noti tal-informazzjoni, it-trattamenti fiskali tal-kontribuzzjonjiet, l-ittra tal-missjoni konġunta tal-Ispezzjoni Ġenerali tal-Finanzi u tal-Ispezzjoni Ġenerali tal-Agrikoltura u tas-Sajd).

(42)

Mill-analiżi tad-dokumenti li rċeviet mingħand MQA, jirriżulta li l-FPAP jaqbel mal-argument ta’ Franza fejn hu indikat li ħadd ma jista’ jippreġudika “annullament dirett u sempliċi tad-dejn fit-tmiem tiegħu” minħabba li ma ġie nnutat l-ebda nuqqas ta’ ħlas lura. Għall-bqija, kuntrarjament għal Franza, l-FPAP jikkonċentra l-argumenti tiegħu mhux fuq in-natura u l-kundizzjonijiet tal-għotja tal-għajnuna, imma fuq l-istatut u l-attivitajiet tal-Fond.

(43)

Il-punti ewlenin sostnuti mill-FPAP biex jikkuntesta n-natura tal-għajnuna mill-Istat, jew l-inkompatibbiltà ta’ din fir-rigward tas-suq komuni, il-ħlasijiet bil-quddiem mill-Istat Franċiż jistgħu jinġabru kif ġej:

l-FPAP mhuwiex operatur ekonomiku sempliċi, minħabba li dan huwa assoċjazzjoni kummerċjali li taġixxi fl-interess esklussiv tal-membri tiegħu mingħajr ħsieb ta’ profitt u minħabba li huwa magħmul minn “grupp ta’ prevenzjoni”. B’hekk, meta dan jorganizza l-kontribuzzjonijiet tar-riskji b’sistema ta’ kumpens mqabbel ma’ prezz ta’ referenza, dan ma jaġixxix bħala operatur kummerċjali normali, “imma bħala d-difensur tal-konsumaturi tal-prodotti taż-żejt li jfittxu li jipproteġu lilhom infushom mis-suq aktar milli li jintervjenu fih”. Teoretikament, dan fil-bidu kien maħsub biex ikun awtosuffiċjenti minħabba li kien maħsub li eventwalment jingħataw lura l-kontribuzzjonijiet imħallsa u mhux użati. FPAP jinsisti wkoll fuq it-trasparenza totali tal-ġestjoni tiegħu; għal dan, minħabba li dan ma kellu l-ebda attività ekonomika tiegħu stess, dan ma jkunx jista’ jaffetwa lis-suq tal-futures pertinenti. L-FPAP isemmi wkoll l-eżistenza ta’ verifika konġunta tal-Ispezzjoni Ġenerali tal-Finanzi u tal-Ispezzjoni Ġenerali tal-Agrikoltura u tas-Sajd;

L-FPAP ma jaġixxix fuq suq pertinenti, għax is-suq tal-prodotti tas-sajd huwa espost għal tgħawwiġ differenti ieħor ta’ kompetizzjoni relatati ma’ politiki nazzjonali differenti għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd. Is-suq għalhekk għandu jiġi analizzat bħala “mużajk ta’ mikro-swieq reġjonali”. Għalhekk, dan l-intervent ma jbiddilx il-kundizzjonijiet tal-iskambji. L-FPAP jindika wkoll li l-analiżi tal-kompetizzjoni trid tkun ippreżentata skont iċ-ċirkostanza għax parti importanti miż-żieda u mit-tgħawwiġ tal-ispejjeż imħallsa mis-sajd tistrieħ fuq il-“pedaġġi” jew il-“penali” li jirriżultaw partikolarment mill-miżuri Komunitarji, li ma tikkorrispondi bl-ebda mod għall-viżjoni ta’ suq wiesgħa miftuħ.

(44)

L-intervent tal-FPAP fil-fatt jaħseb biex jiffaċilita l-fatt li s-sajd jinżamm f’qafas reġjonali u biex itellef lill-vapuri tal-baħar milli jirrikorru għal fondi għal aċċess aktar viċini jew lil bastimenti tas-sajd bit-tkarkir milli jaqilbu għal sajd aktar speċifiku u li jaħlu anqas enerġija. L-għan tiegħu għandu jkun li jħares ir-riżorsi, il-bilanċi u d-diversità tas-sistema minn fażi ta’ adattament. B’dan il-mod, l-FPAP kellu jantiċipa l-pjanijiet ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturazzjoni u ż-żieda maħsuba mil-limitu tal-għajnuna de minimis. Għal dawn ir-raġunijiet, l-FPAP jikkondividi l-argumenti li ġejjin:

ma jkunx eżatt li wieħed jgħid li l-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija mill-Istat saru mingħajr l-ebda kundizzjoni, għax min-naħa l-oħra dawn kienu “kundizzjonati għal ġestjoni trasparenti immedjata (u) fuq kollox għad-definizzjoni ta’ politika sostenibbli li d-definizzjoni tagħha tkun is-suġġett ta’ spezzjoni ġenerali”;

ftit aktar minn terz tal-intervent tiegħu (25 miljun euro fuq 65 miljun) kien jikkonċerna direttament il-ħlasijiet bil-quddiem għal dawk li jirċievu salarju u jista’ jiġi analizzat bħala għajnuna soċjali diretta;

l-għajnuna tingħata bħala riżultat ta’ sitwazzjoni straordinarja meta l-Kummissjoni tammetti hi stess id-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali eċċezzjonali tas-settur;

l-FPAP josserva li huwa ċivilment responsabbli skont il-liġi Franċiża u li r-responsabbiltà tiegħu mhix limitata. Għal din ir-raġuni, fin-nuqqas tal-ħlas lura, il-kriterju miżmum mill-Kummissjoni biex tikkwalifika dan l-intervent ta’ għajnuna mill-Istat mhux suffiċjenti.

(45)

Fl-aħħarnett, MQA trażmettiet, fil-qafas tal-osservazzjonijiet tagħha, il-kopji taż-żewġ ittri tal-Ministru responsabbli mill-Baġit lil FPAP, li jindikaw li l-FPAP u l-imsieħba kollha tiegħu jibbenefikaw minn miżuri fiskali. Dawn jikkonsistu, għal FPAP, f’eżenzjoni mit-taxxi fuq is-soċjetajiet kif ukoll, probabilment, mit-taxxa professjonali u, għas-sajjieda li jaħdmu għal rashom, il-possibbiltà li jnaqqsu l-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-assoċjazzjoni mid-dħul taxxabbli tagħhom.

4.   L-APPREZZAMENT TAL-FATTI

(46)

Din id-deċiżjoni ma tikkonċernax il-vantaġġi fiskali msemmija fil-premessa 45. Fil-fatt, il-Kummissjoni ma kinitx taf b’dawn meta din iddeċidiet li tibda l-proċedura formali tal-eżami. Dawn il-vantaġġi fiskali huma suġġetti għal analiżi speċifika, taħt il-fajl NN 38/2007, sabiex ikun deċiż jekk dawn jikkorrispondux għal għajnuna mill-Istat, u, jekk dan ikun il-każ, jekk din l-għajnuna hijiex kompatibbli mas-suq komuni.

(47)

L-FPAP għandu għan li jrid jiġi kkunsidrat, fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, b’mod doppju:

l-ewwelnett, dan għandu l-għan li jikseb opzjonijiet finanzjarji fuq is-swieq tal-futures. Anke jekk dan mhuwiex ippreċiżat b’mod espliċitu, dawn is-swieq tal-futures fil-fatt huma dawk taż-żejt jew tal-prodotti derivati minnu. B’hekk jidher li l-FPAP, filwaqt li huwa ffurmat taħt il-forma ta’ assoċjazzjoni, jopera fuq dawn is-swieq tal-futures billi jikseb opzjonijiet, kif tagħmel soċjetà privata ordinarja li tkun attiva fuq dan it-tip ta’ swieq, u li topera skont ir-regoli tal-ekonomija tas-suq. L-għajnuna għall-kisba tal-opzjonijiet fuq is-swieq tal-futures hija analizzata hawn taħt fil-parti 4.1 ta’ din id-Deċiżjoni;

it-tieninett, l-FPAP għandu l-għan li jħallas lill-impriżi tas-sajd li huma msieħba miegħu d-differenza bejn il-prezz medju mensili ta’ referenza u, skont il-ftehimiet tat-12 ta’ Novembru 2004 u tas-27 ta’ Mejju 2005, il-“prezz massimu kopert” jew, skont il-ftehim tal-11 ta’ Ottubru 2005, il-prezz ta’ 30 euro ċenteżmu għal kull litru jekk il-prezz medju mensili tal-indiċi ta’ referenza jkun superjuri għal dan il-prezz. Il-prezz medju mensili ta’ referenza huwa stabbilit mill-FPAP. Il-kumpens imħallas mill-FPAP lill-impriżi tas-sajd għax-xiri ta’ karburant huwa analizzat hawn taħt fil-parti 4.2 ta’ din id-Deċiżjoni.

4.1.   Għajnuna favur l-FPAP: għajnuna għall-kisba ta’ opzjonijiet fuq is-swieq tal-futures

4.1.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

4.1.1.1.   L-FPAP huwa impriża fis-sens tal-Artikolu 87 tat-Trattat KE

(48)

L-ewwelnett jinħtieġ li jiġi determinat jekk l-FPAP jistax jikkwalifika bħala impriża. Jekk dan mhux il-każ, l-Artikolu 87(1) ma japplikax għal FPAP. Dwar din il-kwistjoni, il-Kummissjoni tfakkar li skont ġurisprudenza kostanti, fil-kuntest tal-liġi tal-kompetizzjoni, il-kunċett ta’ “impriża” jinkludi l-entitajiet kollha li jeżerċitaw attività ekonomika indipendentement mill-istatut ġuridiku ta’ dawn l-entitajiet u l-metodi ta’ finanzjament tagħhom (4). Kull attività li toffri oġġetti u servizzi fuq suq magħruf tikkostitwixxi attività ekonomika (5).

(49)

Is-soċjetajiet li jintervjenu fuq is-swieq tal-futures tal-prodotti tal-materja prima huma normalment soċjetajiet privati li jaħdmu skont ir-regoli tal-ekonomija tas-suq. L-għan tal-operazzjonijiet li jseħħu fuq dawn is-swieq tal-futures jikkonsisti, għall-operatur, li jiffoka fuq il-fatt li l-prezz tax-xiri tal-prodott, fil-każ fejn ikun mixtri fil-futur bil-prezz normali tas-suq, ikun differenti mill-prezz li bih hija stabbilita l-opzjoni. B’hekk, operatur attiv fuq suq bħal dan jieħu riskju minħabba l-fatt tal-inċertezza fuq l-evoluzzjoni tal-prezzijiet. F’dan il-każ, l-FPAP fil-fatt aġixxa bħala operatur fuq is-swieq tal-futures tal-prodotti taż-żejt. B’hekk, din hija wkoll attur ekonomiku fis-settur tas-sajd minħabba li din xtrat is-soċjetà CECOMER, il-membru fundatur u amministratur tal-FPAP, u l-kumpanija ċentrali għax-xiri tal-kooperattivi marittimi, tal-karburant bi prezz differenti minn dak li din is-soċjetà tixtri bil-prezz normali tas-suq. Jekk l-operazzjoni tax-xiri tal-opzjonijiet, li hija operazzjoni ta’ natura spekulattiva, tkun irnexxiet, il-prezz tal-karburant mogħti lura lill-kooperattivi huwa anqas minn dak tas-suq. B’hekk l-FPAP jieħu riskju bil-ħsieb li t-teħid ta’ dan ir-riskju jkun ta’ profitt finanzjarju għalih. Il-kooperattivi marittimi, min-naħa tagħhom, wara jerġgħu jbiegħu mill-ġdid dan il-karburant lill-impriżi tas-sajd skont il-prezz li bih setgħu jiksbuh mingħand CECOMER. Il-karatteristiċi tal-operazzjonijiet ta’ trasferiment tal-propjetà tal-karburant mixtri minn FPAP lil CECOMER, soċjetà kooperattiva ta’ bejjiegħa bl-imnut, mhumiex magħrufa; madankollu, u minkejja li CECOMER hija membru fundatur tal-FPAP, dawn huma operazzjonijiet magħmula bejn żewġ entitajiet indipendenti. Dawn l-operazzjonijiet ta’ trasferiment tal-propjetà tal-karburant jistgħu jiġu analizzati li għandhom natura kuntrattwali; fil-fatt, għalkemm probabilment jippreżentaw ċerti partikolaritajiet, il-ftehimiet skont liema jsiru l-anqas ma jaqgħu taħt il-ftehimiet ta’ dritt privat u bl-istess mod taħt kuntratti ta’ dritt privat. L-attività ta’ FPAP, li b’hekk tikkonsisti f’intervent fuq is-swieq tal-futures tal-prodotti taż-żejt biex jixtru dawn il-prodotti bil-ħsieb li jingħataw lura lil CECOMER, soċjetà kummerċjali, tidher li hija attività ta’ natura ekonomika. Min-naħa l-oħra, fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni osservat: “L-FPAP għandu l-għan li jippermetti l-kisba ta’ opzjonijiet finanzjarji fuq is-swieq tal-futures. Anke jekk dan ma ġiex ippreċiżat b’mod espliċitu, is-swieq tal-futures imsemmija huma biċ-ċar dawk taż-żejt u tal-prodotti derivati minnu. B’hekk jidher li l-FPAP, filwaqt li kien iffurmat taħt forma ta’ assoċjazzjoni, jaġixxi fuq dawn is-swieq tal-futures billi jixtri u jbiegħ opzjonijiet, kif tagħmel soċjetà privata ordinarja attiva f’dan it-tip ta’ suq u li topera skont ir-regoli tal-ekonomija tas-suq.”. Fir-risposti tagħhom, Franza u l-FPAP ma kkuntestawx il-fatt li l-FPAP kien qed jagħmel dawn l-operazzjonijiet ta’ xiri u ta’ bejgħ ta’ opzjonijiet. Franza ma tagħmel l-ebda kumment dwar dan; fir-rigward tal-FPAP, dan josserva biss li “l-FPAP intervjena fuq is-suq dinji tal-‘commodities’ flimkien mal-aġenti jew l-istabbilimenti finanzjarji speċjalizzati. Huwa diffiċli li wieħed jimmaġina suq akar kompetittiv, aktar mifrux, u aktar volatili. Għalhekk, il-fond ma bbenefika mill-ebda vantaġġ fuq it-tariffi, l-anqas minn kundizzjonijiet partikolari fir-rigward tal-operaturi l-oħra kollha tas-suq … Għalhekk, il-kwistjoni terġa’ ddur fuq l-oriġini tal-fondi mħallsa bil-quddiem …”; għalhekk ma jitfa’ l-ebda dubju fuq id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni skont liema dan kien jaġixxi bħal operatur ordinarju fuq dawn is-swieq tal-futures. Barra minn dan, jaqbel li wieħed jinnota li l-funzjoni tal-FPAP hija biss dik ta’ amministratur tal-fondi pubbliċi fl-interess pubbliku. Dan ma jistax jitqies bħala l-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ poter pubbliku mill-Istat jew minn entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

(50)

Għalhekk, skont l-evidenza, l-FPAP għandu jitqies bħala impriża fis-sens tad-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni. M’hemmx bżonn li wieħed jindirizza n-natura u l-istatut tiegħu. Partikolarment, il-fatt li eventwalment dan m’għandux għan ta’ qligħ mhuwiex pertinenti. Min-naħa l-oħra, anke jekk wieħed iqis dan, bħala referenza għat-termini propja tal-FPAP, “bħala d-difensur tal-konsumaturi tal-prodotti taż-żejt li jfittxu li jipproteġu lilhom infushom mis-suq aktar milli li jintervjenu fih”, dawn il-“konsumaturi” fil-fatt huma operaturi ekonomiċi (kooperativi marittimi u impriżi tas-sajd) li jfittxu lu jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom. Din ir-reazzjoni, perfettament loġika min-naħa tal-operaturi ekonomiċi, madankollu ttellef li dawn lil dawn l-operaturi milli jitqiesu bħala operaturi individwali fis-sens tal-punt (a) tal-Artikolu 87(2), tat-Trattat, li jawtorizza għajnuna ta’ tip soċjali favur dawn il-konsumaturi individwali. Għalhekk, l-argumenti ppreżentati minn Franza jew l-istess FPAP, rigward kemm l-istatut tiegħu, il-mod tal-iffunzjonar, l-għanijiet tiegħu li s-sitwazzjoni speċifika tiegħu fuq is-suq tal-prodotti taż-żejt, ma jistgħux jiġu sostnuti.

4.1.1.2.   Il-prinċipju ta’ kreditur privat (6)

(51)

Il-Kummissjoni tqis li f’din il-kwistjoni, din għandha bażi biex tqis l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat billi tapplika l-prinċipju ta’ kreditur privat.

(52)

Il-fondi li ġejjin mit-tliet ħlasijiet bil-quddiem li l-kundizzjonijiet tal-għotja tagħhom huma magħrufa jridu jitħallsu lura bir-rata tal-interess ta’ 4,45 %. Fir-rigward tal-possibbiltà tar-raba’ ħlas bil-quddiem, għal ammont ta’ 12-il miljun euro, wieħed jista’ jqis li l-għotja tiegħu tkun saret f’kundizzjonijiet identiċi jew simili ħafna. Dan il-finanzjament mill-Istat għalhekk jikkorrispondi fil-prattika f’self mogħti b’din ir-rata. Ċertament, din ir-rata hija superjuri għar-rata ta’ referenza użata mill-Kummissjoni biex tiddetermina l-element tal-għajnuna li teżisti f’sussidji fuq l-interessi, b’rata ta’ referenza ffissata għal 4,43 % fl-2004 (7) u għal 4,08 % mill-1 ta’ Jannar 2005 (8). Għalhekk, teoretikament, seta’ ma jkunx hemm għajnuna mill-Istat fil-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija jekk dawn kienu saru fil-kundizzjonijiet normali ta’ ekonomija tas-suq.

(53)

Il-Kummissjoni tqis madankollu li dawn il-ħlasijiet bil-quddiem ma ngħatawx skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq, fid-dawl tal-fatt li l-ebda kreditur privat ma kien jaċċetta li jagħti l-ammonti msemmija, fin-nuqqas ta’ garanzija fuq il-vijabbiltà tal-attività tal-FPAP u l-probabbiltà tal-irkuprar meta din tiskadi.

(54)

Il-kapital inizjali tal-FPAP huwa magħmul mill-kontribuzzjonijiet tal-imsieħba (ara l-premessi 23 u 25). La Franza u l-anqas l-FPAP ma pprovdew indikazzjonjiet ta’ ċifri dwar ir-riżorsi li ġejjin minn dawn il-kontrbuzzjonijiet. Skont l-argument mehmuż mar-risposta tal-21 ta’ April 2006, l-awtoritajiet Franċiżi b’hekk iqisu, wara li kienu indikaw li “matul l-elaborazzjoni tar-risposta tas-6 ta’ Diċembru 2005, dawn ir-riżorsi kienu ġew proposti fl-abbozz imma kienu tneħħew matul il-validazzjoni inter ministerjali”, li “ma kienx jidher neċessarju li tingħata risposta issa.”

(55)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-ammonti huma relattivament żgħar meta mqabbla mal-kobor probabbli tal-ispejjeż. Fil-fatt, fuq il-bażi tal-indikazzjonijiet li jidhru fil-memorandum iffirmat tas-segretarju ġenerali tal-FPAP, fil-“Metodu tal-ħidma dettaljat tal-FPAP” ta’ Novembru 2004, u fin-“nota ta’ informazzjoni tal-FPAP” ta’ Jannar 2006, tista’ tiġi ppreżentata evalwazzjoni wiesgħa: madwar 2 500 sħab (in-numru ta’ msieħba tal-FPAP skont l-awtoritajiet Franċiżi) iħallsu abbonament għas-sħubija ta’ 150 euro, jiġifieri 375 000 euro, li magħhom jiżdiedu l-kontribizzjonijiet li jkopru l-garanzija tar-riskju (ara l-punt (25)). Jekk wieħed iqis li l-volum kollu tad-diżil użat huwa assigurat, u jekk jibbaża fuq il-konsum indikattiv ta’ bastiment tas-sajd ta’ 24 metru hekk kif irrapportat mill-FPAP (madwar 10 tunellata diżil fil-ġimgħa), l-ipoteżi massima ta’ attività ta’ 48 ġimgħa fis-sena, jiġifieri konsum ta’ 480 tunellata (hħalkemm in-numru ta’ ġimgħat ta’ attività probabbilment ikun eqreb għal bejn 38 u 40 milli għal 48), u l-valur uniku tal-kontribuzzjoni lil FPAP, jiġifieri 0,0035 euro għal kull litru, wieħed jasal, għal 2 500 vapur, għal total ta’ 4 200 000 euro fis-sena. It-tielet sors ta’ kontribuzzjonijiet tiġi mill-possibbiltà, prevista mill-istatut, li l-assoċjazzjoni tilqa’ fi ħdanha, sa livell ta’ mhux aktar minn 5 % tal-imsieħba, “kull persuna li hi lesta li tagħti appoġġ morali lill-assoċjazzjoni”. Probabbilment dan huwa ammont marġinali. Fin-nuqqas ta’ kull indikazzjoni fuq in-numru ta’ dawn l-imsieħba li huma lesti li jagħtu appoġġ morali u fuq l-ammont tal-kontribuzzjoni tagħhom, wieħed iriq joqgħod fuq l-ipoteżi għolja ħafna ta’ rċevuti supplementari fil-livell ta’ 125 000 euro (125 imsieħeb mingħajr attività tas-sajd, li huwa l-massimu awtorizzat mill-istatut tal-FPAP [5 % ta’ 2 500 sħab] × 1 000 euro).

(56)

L-ammonti kollha li ġejjin minn diversi kontribuzzjonijiet għalhekk jammontaw għal 4 200 000 + 375 000 + 125 000 jiġifieri 4 700 000 euro fis-sena. Din hija ipoteżi estremament ottimista, ikkalkulata fuq il-bażi tal-konsum indikattiv ta’ bastiment tas-sajd ta’ 24 metru b’tul ta’ attività ta’ 48 ġimgħa fis-sena, u fuq l-ipoteżi li l-konsum kollu huwa assigurat. Il-Kummissjoni tibbaża fuqha biss biex tkun tista’ tagħmel riċerka dwar x’jista’ jkun l-ammont massimu teoretiku tal-ammont li jirċievi l-FPAP. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra li Franza tindika ċifra ta’ vapuri msieħba ta’ 2 385, fosthom proporzjon imdaqqas ta’ bastimenti għal navigazzjoni qrib ix-xtajta ta’ anqas minn 12-il metru, li l-konsum annwali ta’ karburant tagħhom huwa eqreb għal 200 tunellata milli għall-480 li huma l-bażi għall-kalkolu t’hawn fuq, huwa probabbli li l-ammont reali huwa tassew anqas. Fil-fatt, minħabba li l-flotta Franċiża hija ta’ madwar 1 500 vapur ta’ aktar minn 12-il metru u li 95,3 % tal-vapuri ta’ dan id-daqs huma koperti mill-FPAP (9), jiġifieri madwar 1 400 bastiment, wieħed jikkonkludi li madwar 1 000 vapur ta’ anqas minn 12-il metru huma koperti wkoll mill-FPAP. L-ammont totali ta’ rċevuti annwali għalhekk żgur li huwa anqas minn dan l-ammont ta’ 4,7 miljun euro.

(57)

Wara li saru dawn il-kalkoli ipotetiċi ta’ rċevuti, il-Kummissjoni tosserva li l-FPAP, min-naħa, apparentament ma jipposjedi l-ebda propjetà immobbli u li, min-naħa l-oħra, il-propjetà mobbli tiegħu, magħmula biss mill-kontribuzzjonijiet tal-imsieħba tiegħu, huma ferm ridotti. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tqis li fil-kundizzjonijiet normali ta’ ekonomija tas-suq, bank, bħal pereżempju il-Crédit Maritime, li jippreżenta ruħu, skont it-termini tiegħu, bħala “is-sieħeb naturali tas-settur tas-sajd”, qatt ma kien isellef (jew “ħallas bil-quddiem” biex nirreferu għat-termini tal-ftehimiet li saru bejn l-Istat u l-FPAP) is-somom in kwistjoni (ħlief biss parti minn dawn is-somom) lil FPAP biex jintervjeni fuq suq tal-futures, mingħajr ma qabel ikun kiseb l-assigurazzjoni raġonevoli tas-solvenza probabbli tiegħu meta jkun dovut il-ħlas lura tas-self.

(58)

Franza toġġezzjona li din il-koklużjoni hija “allegazzjoni li mhi bbażata fuq l-ebda inkjesta preċiża ma’ organizzazzjonijiet bankarji, u li setgħu jiġu stabbiliti sistemi ta’ garanzija.” Madankollu, inkjesta mwettqa mill-Kamra Nazzjonali tal-Kunsilli u l-Esperti Finanzjarji (10) ma’ ħamsa u tletin bank tipprovdi idea tassew preċiża tan-normi li jintużaw fl-istituzzjonijiet bankarji Franċiżi matul l-għotja ta’ kreditu lill-klijenti tagħhom. L-attenzjoni biex jillimitaw ir-riskju ta’ kreditu tagħhom fir-rigward tal-klijenti tagħhom twassal lill-manaġers tal-istabbilimenti bankarji biex jimponu r-rispett tan-normi bażiċi li huma bbażati fuq serje ta’ proporzjonijiet li jippermettu l-analiżi tas-saħħa finanzjarja u l-kapaċità tal-impriża biex tħallas id-dejn tagħha, skont diversi kriterji bħal fondi proprji, bilanċ, il-livell tad-dejn tagħhom fuq iż-żmien, id-dħul u l-ispejjeż finanzjarji. Minn din l-analiżi jirriżulta partikolarment li proporzjon “dejn totali bankarju fuq il-fondi propji” ta’ aktar minn 2.50 jirriżulta f’indikatur tar-riskju li, għalkemm ma jeskludix definittivament l-għotja ta’ self, imma jwassal lill-istabbiliment biex jieħu garanziji ogħla. Fil-każ tal-FPAP, jekk wieħed jirraporta il-65 miljun ta’ ħlas bil-quddiem mal-istima ottimista tal-fondi propji ppreżentati hawn fuq (4,7 miljun euro, ara l-premessa 56), il-proporzjon jistabbilixxi ruħu għal 13,82, jiġifieri kważi sitt darbiet aktar mil-limitu superjuri tar-riskju. Naturalment, jekk l-ammont reali tal-ħlas bil-quddiem kien ogħla (77 miljun, meta jitqies il-ħlas bil-quddiem kumplementari possibbli ta’ 12-il miljun imsemmi fil-premessa 22), jew jekk l-ammont reali tal-fondi propji kien tassew aktar dgħajjef, dan il-proporzjon ipotetiku jkompli jiżdied. B’tali livell ta’ riskju, l-ebda organizzazzjoni bankarja ma qatt kienet tikkunsidra l-possibbiltà eventwali ta’ self, anke jekk l-utilizzazzjoni ta’ titoli ta’ sigurtà reali (bħalma hu r-rahan tal-opzjonijiet tax-xiri jew bil-garanzija ta’ stokks tal-karburant miksub mill-FPAP) jew personali (ipoteki meħuda fuq il-propjetà personali tal-imsieħba u ipoteka fuq il-bastimenti tagħhom) fil-fatt huwa parti mit-tekniki bankarji li jippermettu li jiġi minimizzat ir-riskju tal-falliment. Madankollu, wieħed għandu jisserva li, fil-każ ta’ rikors għal titoli ta’ sigurtà personali fuql-imsieħba, l-impriżi tas-sajd kienu tassew juru altar reżistenza biex jissieħbu fl-FPAP. Jeżistu wkoll tekniki oħra ta’ trasferiment jew ta’ qsim tar-riskju-klijent, bħalma huma l-kofinanzjament tas-self minn diversi stabbilimenti bankarji, ir-rikors għal soċjetajiet ta’ garanzija u l-assoċjazzjoni ma’ sħab għal fondi ta’ garanzija reġjonali u dipartimentali (dawn ġeneralment ikunu wkoll garantiti minn soċjetajiet ta’ garanzija) imma, fil-każijiet kollha, il-garanzija ġeneralment tingħata biss lill-impriżi li huma fondamentalment b’saħħithom u li jistgħu jagħtu profitt, u għal ammont li qatt ma jaqbez il-50 % tad-dejn (fil-każ tal-FPAP, għal ammont ta’ ftit aktar minn 30 miljun euro, li jġalli l-eżistenza ta’ riskju residwu ta’ kważi tliet darbiet il-limitu superjuri tar-riskju).

(59)

Meta Franza tirrimarka, fir-rigward ta’ dawn it-tekniki, li sistemi ta’ garanzija “setgħu” jiġi stabbiliti, din tammetti b’mod impliċitu li dan ma kienux ġew stabbiliti f’dan il-każ u li l-ħlas bil-quddiem tal-Istat ingħata mingħajr ma ġew riċerkati garanziji li jistgħu jitqabblu ma’ dawk li jintużaw fi stabbilimenti bankarji. F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li Franza ma aġixxietx bħala kreditur privat u li din ma kellha l-ebda garanzija li l-FPAP seta’ jħallas lura l-fondi li kellu għad-dispożizzjoni.

(60)

Min-naħa l-oħra, l-FPAP, permezz tal-Kunsill tiegħu, jagħmel l-osservazzjoni li huwa ċivilment responsabbli skont il-liġi Franċiża u li din ir-responsabbiltà hija mingħajr limitu, filwaqt li nnota li l-azzjoni tal-assoċjazzjoni tista’ toħloq responsabbiltà għal somom importanti. Ċertament, il-Kummissjoni tirrimarka li jistgħu ikunu involuti somom kbar ta’ flus, b’entità bħall-FPAP fejn l-operazzjonijiet imwettqa fuq is-swieq tal-futures huma operazzjonijiet li jippreżentaw riskji ċerti u jistgħu jwasslu għal telf kbir. Apparti dan, m’hemm xejn li jgħid li r-responsabbiltà tal-FPAP, f’każ ta’ telf importanti, jkun kopert mill-membri. L-ebda wieħed mid-dokumenti pprovduti, (l-istatut, il-metodu tal-ħidma, in-nota ta’ informazzjoni) ma jippreżenta xi mekkaniżmu bħal dan. L-unika kunsiderazzjoni ta’ natura finanzjarja li tidher f’dawn id-dokumenti tikkonċerna l-kontribuzzjoni li għaliha huwa indikat li din tibqa’ miksuba għall-profitt tal-assoċjazzjoni meta jirtira xi membru (l-Artikolu 10). Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tosserva li l-liġi tal-21 ta’ Marzu 1884, il-liġi li biha nħoloq l-FPAP, hija l-liġi li ppermettiet il-ħolqien ta’ assoċjazzjonijiet kummerċjali fi Franza. Ċertament mhuwiex fl-ispirtu ta’ tali liġi li tagħti responsabbiltà ta’ natura ekonomika, u għalhekk finanzjarja, lill-membri tal-assoċjazzjoni konċernata. Għalhekk, fil-każ ta’ telf finanzjarju importanti, il-Kummissjoni ma tarax kif dan it-telf jista’ jiġi kkumpensat mill-imsieħba tiegħu.

(61)

Meta tqis dawn l-elementi kollha, il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-prinċipju tal-kreditur privat ma ġiex irrispettat.

4.1.1.3.   L-eżistenza ta’ vantaġġ finanzjarju mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat

(62)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ammont stmat tal-ammonti rċevuti li ġejjin minn diversi kontribuzzjonijiet tal-imsieħba, anke skont l-ipoteżi għolja, qatt ma kienet tippermetti lil FPAP jintervjeni fuq suq tal-futures mingħajr appoġġ fuq fondi esterni. Dawn il-fondi esterni ġew ipprovduti mill-Istat, permezz tal-OFIMER, taħt il-forma tal-anqas ta’ tliet ħlasijiet bil-quddiem imqassma bejn Novembru 2004 u Ottubru 2005, għal ammont totali li tela’, skont l-informazzjoni kkomunikata minn Franza, għal 65 miljun euro. Ir-raba’ ħlas bil-quddiem ta’ 12-il miljun euro probabbilment tħallas ukoll; fil-fatt, it-termini tal-argument imsemmi fil-premessa 22 jagħtu x’wieħed jifhem li l-iffirmar tal-ftehim kien qed isir f’din id-data.

(63)

Franza ma ppreżentat l-ebda element li seta’ jikkontradiċi din l-analiżi. F’dan l-argument, wieħed jista’ jaqra: “L-FPAP huwa meqjus (mill-Kummissjoni) li ma jistax jintervjeni fir-rigward tal-mezzi tiegħu mingħajr il-ħlas bil-quddiem li jitħallas lura lill-Istat. Ma jista’ jiġi ppreżentat l-ebda argument kontra din l-evidenza.” Ukoll, għall-Kummissjoni, dawn il-ħlasijiet bil-quddiem ingħataw skont kundizzjonijiet li mhumiex il-kundizzjonijiet normali tas-suq (ara l-premessi 51 sa 61 ta’ din id-Deċiżjoni)

(64)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tosserva li la Franza u l-anqas l-FPAP ma taw indikazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-ammont tal-fondi użati mill-FPAP fuq dawn is-swieq tal-futures, jew dwar ir-riżultat tat-tranżazzjonijiet li twettqu fuqu. Skont l-istess argument, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu minn jeddhom li ma jikkomunikawx din l-informazzjoni; fil-fatt huwa indikat li “… dawn l-elementi jistgħu jiġu pprovduti lill-Kummissjoni; madankollu issa jaqbel li jitqies l-interess li jiġu pprovduti tali elementi.” Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li dawn l-elementi ma ngħatawx lilha, la permezz tal-posta u l-anqas b’mezzi oħra.

(65)

Fl-aħħarnett, Franza kif ukoll l-FPAP u l-Kunsill tiegħu, jqisu li l-Kummissjoni ma tistax tippreġudika l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat sakemm ma ġie kkunsidrat l-ebda nuqqas ta’ ħlas lura (Franza: “il-ħlas bil-quddiem li jitħallas lura ma jistax jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat minħabba li għadu ma skadiex iż-żmien tal-ħlas lura”. FPAP: “Din is-somma ma tistax titħallas lura? Din hija l-mistoqsja prinċipali li tistaqsi l-Kummissjoni”; MQA: “L-ebda wieħed mis-self mogħti minn Franza lil FPAP ma wasal fit-tmiem tiegħu. F’dan l-istadju m’hemm l-ebda nuqqas ta’ ħlas lura u l-anqas m’hemm ebda evidenza mill-Istat Franċiż li tagħti x’jifhem li id-dejn ser jiġi annullat fit-tmiem tiegħu”). Il-Kummissjoni tfakkar f’dan ir-rigward li l-kwalifikazzjoni għall-għajnuna mill-Istat favur l-FPAP hija l-ewwelnett marbuta mad-deċiżjoni ta’ Franza li tagħti lill-FPAP self li dan ma kienx jiksbu b’xi mod ieħor, u dan anke jekk iż-żmien tal-iskadenza tal-ħlas lura kien jiġi rrispettat. Huwa għalhekk, meta l-Kummissjoni tistaqsi lilha nnifisha dwar is-solvenza tal-FPAP meta jiskadi s-self, hija l-ewwelnett minħabba li din il-kwistjoni ta’ solvenza tal-FPAP hija fil-qalba tal-apprezzament tas-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward tal-kundizzjonijiet normali tal-għotja ta’ self minn stabbiliment bankarju privat, u mhux minħabba li din tissuspetta li s-self jinbidel f’sempliċi għajnuna finanzjarja.

(66)

Minn dan il-lat, jekk kien jidher li l-ħlasijiet bil-quddiem ma tħallsux fiż-żmien, anke jekk mhux imħallsa lura għal kollox, dan kien jikkonferma li l-FPAP ma kienx f’pożizzjoni li jilħaq l-għanijiet previsti mill-istatut tiegħu mingħajr self estern ta’ kreditu, u li dan is-self qatt ma kien jingħatalu minn organizzazzjoni bankarja f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Madankollu, dwar dan, il-Kummissjoni tosserva li Franza ma nfurmathiex bi ħlas lura eventwali tal-ħlasijiet bil-quddiem li bbenefika minnhom l-FPAP. Dawn kellhom jitħallsu lura, rispettivament fl-1 ta’ Novembru 2006 għall-ħlas bil-quddiem ta’ 15-il miljun euro li kienu s-suġġett tal-ftehim tat-12 ta’ Novembru 2004, fl-1 ta’ Mejju 2007 għall-ħlas bil-quddiem ta’ 10 miljun euro li kienu s-suġġett tal-ftehim tas-27 ta’ Mejju 2005 u fl-1 ta’ Lulju 2007 għall-ħlas bil-quddiem ta’ 40 miljun euro li huma s-suġġett tal-ftehim tal-11 ta’ Ottubru 2005 (ara l-premessa 21). Fir-rigward tar-raba’ ħlas bil-quddiem li seta’ jibbenefika minnu l-FPAP (ara l-premessa 22), la d-data tal-ftehim u l-anqas id-data tal-iskadenza tal-ħlas lura m’huma magħrufa.

(67)

It-tliet dati tal-iskadenza magħrufa għaddew. L-ewwel data kienet diġà għaddiet meta Franza bagħtet l-aħħar ittra tagħha lill-Kummissjoni, fis-27 ta’ Novembru 2006, wara d-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura formali tal-eżami. Il-Kummissjoni tqis li, jekk dan il-ħlas bil-quddiem fil-fatt kien tħallas lura, Franza jew l-FPAP stess kienu jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan mingħajr dewmien minħabba li wieħed mill-argumenti mressqa kontra l-analiżi tal-Kummissjoni kien li dawn il-ħlasijiet bil-quddiem ma setgħux jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat minħabba li l-iskadenza għall-ħlas lura kienet għadha m’għaddietx. M’hemm l-ebda dubju li kieku kien sar il-ħlas lura tal-ewwel ħlas bil-quddiem, Franza kienet tgħarraf lill-Kummissjoni b’dan fl-ittra tagħha tas-27 ta’ Novembru 2006 u wara kienet tagħmel l-istess għat-tieni u t-tielet ħlasijiet bil-quddiem li kellhom jitħallsu lura sal-1 ta’ Mejju u sal-1 ta’ Lulju 2007, kif ukoll għar-raba’ ħlas bil-quddiem eventwali. Barra minn hekk, l-artikli li dehru fil-midja professjonali jissuġġerixxu li s’issa għadu ma sar l-ebda ħlas lura. B’hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna mogħtija inizjalment taħt il-forma ta’ ħlas bil-quddiem inbidlet f’għajnuna taħt forma ta’ sussidju dirett.

(68)

Għalhekk, għal dawn ir-raġunijiet kollha spjegati hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-ħlasijiet bil-quddiem tal-Istat jirrappreżentaw vantaġġ finanzjarju mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat.

4.1.1.4.   L-eżistenza ta’ vantaġġ finanzjarju li hija responsabbiltà tal-Istat

(69)

Il-Kummissjoni tinnota li t-tliet ftehimiet li saru bejn l-Istat u l-FPAP jipprevedu b’mod ċar li l-fondi pubbliċi mħallsa għandhom l-għan li jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ kopertura kontra l-varjazzjonijiet tal-prezzijiet internazzjonali taż-żejt u li dan il-mekkaniżmu jippermetti l-kisba fuq is-swieq tal-futures ta’ opzjonijiet finanzjarji. Madankollu, huwa ovvju li l-finanzi inizjali tal-FPAP, li kienu sostnuti biss mill-kontribuzzjonijiet tal-imsieħba tiegħu, ma kienux jippermettu li jwettaq tali operazzjonijiet, u anqas u anqas fil-livell li dawn saru. Fil-fatt, l-ewwel ftehim, bid-data tat-12 ta’ Novembru 2004, jindika li l-ħlas bil-quddiem ta’ 15-il miljun euro għandu l-għan “li jippermetti l-iżvilupp tal-arranġament”. Huwa għalhekk bis-saħħa ta’ dawn il-ħlasijiet bil-quddiem li l-FPAP kien f’pożizzjoni li jwettaq l-operazzjonijiet ta’ akkwist fuq is-swieq tal-futures fi proporzjonijiet sinifikanti.

(70)

F’termini oħra, jidher li l-Istat sostna b’mod konkret il-ħolqien tal-FPAP, kostitwit f’forma ta’ assoċjazzjoni, u l-impenn tiegħu fuq is-swieq tal-futures tal-prodotti taż-żejt, filwaqt li din l-attività ma tikkorrispondix mal-attività ordinarja ta’ assoċjazzjoni, u dan, f’kudizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati li mhumiex kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali. Franza tagħraf ukoll, mis-7 ta’ Ottubru 2005, li “il-gvern inkoraġġixxa strateġija mibdija mill-professjonisti, li hija l-ħolqien ta’ fond ta’ prevenzjoni tar-riskji tas-sajd. Dan il-fond amministrat minn professjonisti jippermetti lis-sajjieda (…) li jgħaqqdu l-kapaċità finanzjarja tagħhom biex jixtru opzjonijiet finanzjarji fuq is-suq tal-futures biex ikopru lilhom infushom mir-riskju ta’ varjazzjonijiet fil-prezz tal-karburant”, filwaqt li tinsa tippreċiża li din il-“kapaċità finanzjarja” tas-sajjieda teżisti bis-saħħa tar-riżorsi tal-Istat - żewġ ħlasijiet bil-quddiem li kienu diġà tħallsu f’din id-data. M’hemm l-ebda dubju madankollu li l-FPAP kellu jikkunsidra l-bżonnijiet tal-poteri pubbliċi fid-deċiżjoni ta’ kif juża l-fondi għad-dispożizzjoni tiegħu. Minn dan il-lat, il-ħolqien ta’ missjoni interministerjali ta’ spezzjoni responsabbli “mill-verifika tal-mekkaniżmu tal-FPAP fil-funzjoni reali tiegħu, u li jivverifika li l-kundizzjonijiet tan-nefqa huma sodisfaċenti fir-rigward tal-liġi u tar-regoli tan-nefqa pubblika, filwaqt li jkunu konformi mal-impenji meħuda mill-amministraturi ta’ dawn il-fondi” juri li l-Istat ried jassigura li l-fondi tal-FPAP ġew utilizzati sew f’konformità mal-għan previst ta’ dawn il-ftehimiet.

(71)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis, skont dawn l-inċidenzi kollha, li l-vantaġġ finanzjarju li jirrappreżentaw il-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija lill-FPAP għall-kisba ta’ opzjonijiet finanzjarji fuq is-swieq tal-futures taż-żejt hija r-responsabbiltà tal-Istat (11).

4.1.1.5.   L-eżistenza ta’ vantaġġ finanzjarju li jgħawweġ jew li jhedded li jgħawweġ il-kompetizzjoni

(72)

L-FPAP jibbenefika minn vantaġġ finanzjarju meta mqabbel ma’ soċjetajiet oħra li jintervjenu fuq is-swieq tal-futures, kemm jekk huma soċjetajiet normalment attivi fuq dawn is-swieq, u kemm jekk huma soċjetajiet li kienu jew li setgħu jiġu kostitwiti bl-istess mod bħall-FPAP taħt forma ta’ assoċjazzjoni kummerċjali fl-Istati Membri l-oħra, anke fi Franza stess.

(73)

Franza ssostni li “l-FPAP ma jistax jiġi kkunsidrat bħala vantaġġjat meta mqabbel ma’ strutturi oħra privati li setgħu jkollhom l-istess rwol, għax huwa l-unika struttura professjonali Franċiża li għandha l-għan li tgħaqqad lill-impriżi tas-sajd biex jixtru opzjonijiet fuq is-suq tal-futures.” B’risposta għal dan, il-Kummissjoni tosserva li s-sitwazzjoni tal-FPAP fir-rigward tar-regoli tal-kompetizzjoni ma tridx tiġi apprezzata biss fir-rigward ta’ strutturi oħra Franċiżi li jgħaqqdu impriżi tas-sajd u li għandhom l-istess rwol bħalu, imma fir-rigward tal-operaturi kollha Franċiżi u Ewropej li jistgħu jintervjenu fuq is-suq tal-futures tal-prodotti taż-żejt.

(74)

L-FPAP jikkuntesta wkoll il-fatt li kien jibbenefika minn kundizzjonijiet privileġġjati biex iwettaq l-attività tiegħu ta’ investitur fuq is-suq tal-futures: skont il-kliem tiegħu stess, “Il-fond intervjena fuq is-suq dinji tal-‘commodities’ meta mqabbel mal-aġenti jew l-istabbilimenti finanzjarji speċjalizzati (…) (Huwa) ma bbenefika mill-ebda vantaġġ fuq tariffi, u l-anqas minn kundizzjonijiet partikolari meta mqabbel mal-operaturi l-oħra kollha tas-suq.” Il-Kummissjoni ma ssostnix li l-vantaġġ finanzjarju tal-FPAP kien jiġi minn trattament privileġġjat tal-FPAP mill-atturi l-oħra fuq is-suq, imma li l-fond seta’ jintervjeni biss fuq dan is-suq minħabba li dan kellu marġini ta’ intervent finanzjarju mogħti mill-Istat, li jmur lil hinn mill-istess kapaċitajiet finanzjarji tal-FPAP, minħabba li l-Istat ma tahx f’kundizzjonijiet simili lil impriżi oħra li seta’ jkollhom l-istess interess bħal FPAP li jintervjenu fuq dan is-suq (impriżi minn setturi oħra ta’ attività affetwati miż-żieda tal-prezz taż-żejt, pereżempju) jew li jintervjenu fuq dan is-suq għal raġunijiet marbuta mal-istrateġiji ekonomiċi u kummerċjali tagħhom (impriżi taż-żejt, pereżempju).

(75)

L-FPAP jagħraf għalhekk l-eżistenza ta’ dan il-vantaġġ. F’dokument tal-Konfederazzjoni tal-Kooperazzjoni Marittima, mhux ikkomunikat lill-Kummissjoni imma ppubnlikat fuq is-sit ta’ “Il-Konferenza tas-sajd u tal-akwakultura tar-Reġjun tal-Brettanja” (12), is-Sur de Feuardent, biex jiġbor il-punti prinċipali diskussi matul laqgħa mar-reġjun tal-Brettanja fl-24 ta’ Mejju 2006, jindika li: “L-Istat approva finanzjament ta’ 65 miljun euro f’din id-data. L-FPAP irreġistra wkoll fuq is-suq tal-‘commodities’ diversi miljuni ta’ euro ta’ benefiċċji ta’ opzjonijiet, li jikkonsistu f’valur miżjud li ma jistax jiġi kkuntestat.” Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-FPAP ma setax iwettaq operazzjonijiet għax-xiri ta’ opzjonijiet finanzjarji fuq is-suq tal-prodotti taż-żejt ħlief bl-għajnuna tal-fondi pubbliċi li kellu, u li ma kellhomx l-istrutturi u l-impriżi l-oħra, u li dan ħa profitt dirett. Għalhekk, il-vantaġġ li bbenefika minnu għawweġ jew hedded li jgħawweġ il-kompetizzjoni.

4.1.1.6.   L-eżistenza ta’ vantaġġ finanzjarju li jaffetwa l-iskambji bejn l-Istati Membri

(76)

Kif indikat mis-Suq de Feuardent, billi intervjena fuq is-suq tal-“commodities”, l-FPAP intervjena fuq is-suq dinji taż-żejt.

(77)

L-attività tiegħu għalhekk qabżet il-qafas strettament Franċiż, b’tali mod li jista’ jitqies li l-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija jaffetwaw l-iskambji bejn l-Istati Membri.

4.1.1.7.   Il-konklużjoni

(78)

B’hekk, l-erba’ kundizzjonijiet meħtieġa biex wieħed jinnota l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat huma preżenti: il-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija lill-FPAP ġejjin mir-riżorsi tal-Istat, huma r-responsabbiltà tal-Istat, dawn jgħawwġu jew jheddu li jgħawwġu l-kompetizzjoni, u dawn jaffetwaw l-iskambji bejn l-Istati Membri. L-għajnuna li jibbenefika minnha l-FPAP għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 tat-Trattat KE għal dak li jikkonċerna l-parti tal-finanzi li ġejjin mir-riżorsi tal-Istat u ntużat għall-kisba ta’ opzjonijiet fuq is-suq tal-futures tal-prodotti taż-żejt.

4.1.2.   Il-kompatibbiltà mas-suq komuni

(79)

Kif jindikaw il-ftehimiet li saru bejn l-Istat u l-FPAP, din l-għajnuna mill-Istat taħt forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem kellha l-għan li tippermetti l-bidu tal-interventi tal-FPAP fuq is-swieq tal-futures taż-żejt u tal-prodotti derivati minnu kif ukoll it-tkomplija tagħhom. Għalhekk, din hija għajnuna għall-iffunzjonar tal-FPAP. Franza tagħraf għalhekk, bl-ittra tagħha tas-6 ta’ Diċembru 2005, li l-ammonti indikati tħallsu bil-quddiem “sabiex jassiguraw l-iffunzjonar tal-FPAP”.

(80)

Skont l-Artikolu 87(2) u (3), tat-Trattat, ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma jew jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq komuni. Jaqbel li wieħed jeżamina jekk din l-għajnuna għall-iffunzjonar tal-FPAP tistax tidħol f’waħda minn dawn il-kategoriji.

(81)

Il-Kummissjoni tosserva li din l-għajnuna ma tikkorrispondix għall-każijiet previsti mill-Artikolu 87(2).

(82)

Fil-fatt, din mhix maħsuba biex tirmedja għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew minn avvenimenti straordinarji oħra. Il-Kummissjoni tfakkar għalhekk li l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet taż-żejt huma dovuti għall-attività ekonomika. Dawn il-varjazzjonijiet jaffetwaw ukoll lil setturi oħra ta’ attività li huma konsumaturi tal-prodotti taż-żejt fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u ma jistgħux jitqiesu bħala diżastru naturali jew avveniment straordinarju fis-sens tal-Artikolu 87 tat-Trattat. Għalhekk din l-għajnuna mhix kompatibbli mas-suq komuni skont il-punt (b) tal-Artikolu 87(2) tat-Trattat.

(83)

Din l-għajnuna l-anqas ma tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi ta’ applikazzjoni diretta tal-Artikolu 87(3) tat-Trattat, bil-każijiet differenti ta’ eżempju li huma previsti.

(a)

Din mhix għajnuna maħsuba biex tiffavorixxi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni li fihom il-livell tal-ħajja huwa huwa ħafna aktar baxx minn dak normali, jew fejn jeżisti livell gravi ta’ qgħad (il-każ previst fil-punt (a) tal-Artikolu 87(3). Fil-fatt, din l-għajnuna għandha l-għan li tippermetti lill-FPAP li jintervjeni fuq is-swieq tal-futures pertinenti. Għalhekk, din ma tirrelatax mal-għajnuna stipulata fil-punt (a).

(b)

L-FPAP ma jistax jitqies bħala proġett importanti ta’ interess Ewropew jew bħala għajnuna maħsuba biex tirmedja għal tfixkil fl-ekonomija ta’ Stat Membru (każijiet previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 87(3). Fil-fatt, l-FPAP huwa speċifikament Franċiż u l-Istati Membri l-oħra ma ddikjarawx l-intenzjoni li jwaqqfu fondi tal-istess tip; id-dimensjoni Ewropea ta’ dan il-fond hija nieqsa. Meta wieħed jikkunsidra li din hija għajnuna maħsuba biex tirmedja għal tfixkil fl-ekonomija ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tinnota li m’hemm l-ebda element li jippermetti li wieħed jgħid li l-għotja ta’ flus f’fond ta’ dan it-tip jippermetti li jingħata rimedju bħal dan. F’dak li jikkonċerna l-għajnuna favur l-FPAP stess, l-għajnuna tibbenefika biss lil entità ekonomika waħda u, anke jekk din hija marbuta mal-għajnuna mogħtija lill-impriżi tas-sajd, ma tibbenefikax lill-ekonomija ta’ Stat Membru kollu kemm hu. Għalhekk, il-Kummissjoni tfakkar li hi dejjem ikkunsidrat li mhumiex l-awtoritajiet pubbliċi li għandhom jintervjenu b’mod finanzjarju kontra ż-żieda fiż-żejt; min-naħa l-oħra, ir-rwol tagħhom jikkonsisti partikolarment billi jwaqqfu politika li tinkoraġġixxi lill-impriżi sabiex dawn jadattaw ruħhom għall-kundizzjonijiet il-ġodda ekonomiċi maħluqa minn din iż-żieda. Huwa għalhekk li għajnuna li għandha l-għan li tippermetti lil entità ekonomika li tintervjeni fuq is-swieq tal-futures pertinenti ma tikkorrispondix għall-għan mixtieq.

(c)

L-eżistenza tal-FPAP ma tistax, fiha nnifisha, tirrispondi għall-kundizzjoni tal-punt (c) tal-Artikolu 87(3), li jipprevedi li jistgħu jkunu kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi meta dawn ma jbiddlux il-kundizzjonijiet tal-iskambji f’miżura kuntrarja għall-interess komuni. Fil-fatt, l-ebda element ma jindika li l-iżvilupp jew it-tkabbir ta’ attività ta’ intervent fuq is-swieq tal-futures taż-żejt m’hu mixtieq. Barra minn dan, din l-attività mhix marbuta ma’ reġjun ekonomiku. Huwa għalhekk li din l-għajnuna ma tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-imsemmi punt (c).

(d)

Fl-aħħarnett, din it-tip ta’ għajnuna ma tidhirx fost il-kategoriji ta’ għajnuna li ma kienux jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill adottata f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 87(3).

(84)

Il-Kummissjoni tinnota għalhekk li l-ebda waħda mil-linji gwida li hi adottat għall-analiżi tal-għajnuna mill-Istat ma tapplika għal din l-għajnuna għall-iffunzjonar tal-FPAP.

(85)

Għalhekk minn dan jirriżulta, bħala konklużjoni, li l-għajnuna lill-FPAP għall-kisba ta’ opzjonijiet fuq is-swieq tal-futures ma tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni fir-rigward tal-ebda waħda mid-derogi awtorizzati mit-Trattat.

4.2.   Għajnuna favur l-impriżi tas-sajd: tħaffif tal-ispejjeż tal-karburant

(86)

Qabel ma tipproċedi għall-analiżi tal-għajnuna li wasslet għall-bidu formali tal-proċedura tal-eżami, il-Kummissjoni trid tieħu pożizzjoni dwar l-argument tal-FPAP li jqis li l-għajnuna mogħtija lilu stess u lill-impriżi tas-sajd trid tiġi kkunsidrata fid-dawl ta’ żieda fil-limitu de minimis fis-settur tas-sajd. Skont l-FPAP, l-ammonti in kwistjoni (madwar 16 000 euro għal kull impriża bħala medja, bl-esklużjoni tal-għajnuna li titqies bħala għajnuna soċjali diretta lis-sajjieda) kienu nettament inferjuri għal dawk li kienu ser jiġu adottati fil-mument tal-ħlas tal-kumpens mill-FPAP (30 000 euro għal kull impriża) (13). L-awtoritajiet Franċiżi, fir-risposta tagħhom, jirrefeu wkoll għaż-żieda fil-limitu de minimis imma mingħajr ma ssostni l-applikazzjoni għal din l-għajnuna.

(87)

L-ewwelnett, il-Kummissjoni tfakkar li, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2004 rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna de minimis fis-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd (14), id-dispożizzjoni fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat din l-għajnuna lill-impriżi tas-sajd, l-ammont massimu tal-għajnuna de minimis kien ta’ 3 000 euro għal kull impriża fuq tliet snin; l-għajnuna kkunsidrata f’din id-Deċiżjoni teċċedi sew dawn l-ammonti u Franza ma tatx rendikont, fl-osservazzjonijiet tagħha, ta’ appikazzjoni eventwali ta’ dan il-limitu għall-impriżi li setgħu jibbenefikaw minnu. Min-naħa l-oħra, anke jekk l-ammont ta’ 30 000 euro, li jidher fir-Regolament (KE) Nru 875/2007 li ġie adottat dan l-aħħar mill-Kummissjoni (15), huwa superjuri għas-16 000 euro mitluba mill-FPAP, dan l-ammont huwa biss ammont medju. Barra minn dan, Franza żbaljat meta waslet għal dan l-ammont ta’ 16 000 euro bl-esklużjoni tal-parti tal-għajnuna li din tikkwalifika bħala għajnuna soċjali, u li trid tiġi kkunsidrata fl-analiżi (ara l-premessi 122 u 123). B’hekk, minħabba d-diversità tad-daqs tal-impriżi tas-sajd li huma msieħba fl-FPAP, wieħed jista’ jkun żgurat li l-ammont tal-għajnuna mogħtija lil ċerti impriżi hija superjuri għal 30 000 euro. Pereżempju, għall-bastimenti tas-sajd bit-tkarkir ta’ bejn 20 u 25 metru, l-ammont annwali tal-kumpens huwa stabbilit għal madwar 35 000 euro, jiġifieri 70 000 għas-sentejn 2005 u 2006 (16). Fi kwalunkwe każ, kif indikat hawn fuq, Franza ma talbitx l-applikazzjoni tal-limitu l-ġdid de minimis u ma ġabel l-ebda element ta’ prova li jindika li din kienet tagħmel dan. Għalhekk, meta jitqiesu dawn l-elementi kollha, fil-qafas tal-eżami permanenti tal-iskemi tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tivverifika l-konformità ta’ din l-għajnuna fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87 tat-Trattat.

4.2.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(88)

Franza tqis li l-Kummissjoni mhix imwaqqfa biex tagħti l-analiżi tagħha ta’ eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fuq dan l-aspett tal-attivitajiet tal-fondi. Skont Franza, “il-kwalifikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat ma tridx tistrieħ fuq analiżi ad hoc tal-ħlas bil-quddiem li jitħallas lura lill-Istat, u mhux billi tibbaża fuq l-analiżi tal-attivitajiet tal-FPAP. B’hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jixtiequ li tiġi żviluppata biss l-ewwel parti 3.1. tal-istima. Il-parti 3.2. tikkundanna l-attivitajiet tal-FPAP li hija assoċjazzjoni kummerċjali li tipprattika l-attività tax-xiri tal-opzjonijiet tagħha biex tkopri lill-imsieħba tagħha kontra l-varjazzjonijiet tal-prezz tad-diżil” (17).

(89)

B’risposta għal dan, il-Kummissjoni tfakkar li f’konformità ma’ ġurisprudenza kostanti, l-għajnuna mhix karatterizzata mill-kawżi jew mill-għanijiet tagħha, imma din hija definita skont l-effetti tagħha (18). Minbarra l-kisba ta’ opzjonijiet finanzjarji fuq is-swieq tal-futures, l-FPAP għandu l-għan, skont il-ftehimiet li saru mal-Istat, li jħallas lill-impriżi tas-sajd kumpens li jikkorrispondi għad-differenza fil-prezz bejn il-prezz massimu kopert u l-prezz medju mensili tal-indiċi tar-referenza għax-xahar in konsiderazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-impriżi tas-sajd ibbenefikaw minn vantaġġi speċifiċi permezz tas-sistema implimentata mill-FPAP, u li setgħu jiġu analizzati l-effetti tal-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija mill-Istat mhux biss bħala vantaġġ mogħti lill-FPAP, imma wkoll bħala vantaġġi mogħtija lill-impriżi tas-sajd.

4.2.1.1.   L-eżistenza ta’ vantaġġ finanzjarju mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat

(90)

Il-vantaġġ meħud mill-impriżi tas-sajd tal-attivitajiet tal-FPAP huwa doppju: dan jikkonsisti min-naħa fil-possibbiltà li jinkiseb il-karburant bi prezz vantaġġuż, u min-naħa l-oħra fl-irċevuta ta’ kumpens li parzjalment jikkompensa l-ispejjeż tagħhom għall-karburant.

(91)

F’dak li jikkonċerna l-ewwel aspett, il-kisba ta’ opzjonijiet fuq is-swieq tal-futures mill-FPAP, li wara kienet tagħti l-karburant mixtri lis-soċjetà CECOMER, il-kumpanija ċentrali tax-xiri tal-kooperattivi marittimi, ippermettiet lill-impriżi msieħba fl-FPAP li jixtru l-karburant miksub minn dawn il-kooperattivi bi prezz inferjuri minn dak tas-suq ordinarju. Għalhekk, kif indikat hawn fuq (ara l-premessa 75 ta’ din id-Deċiżjoni), dan kien possibbli biss minħabba li “L-Istat ippermetta finanzjament ta’ 65 miljun euro sa din id-data. L-FPAP barra minn dan irreġistra fuq is-suq tal-‘commodities’ diversi miljuni ta’ euro ta’ benefiċċji f’opzjonijiet, li jikkostitwixxi valur miżjud li ma jistax jiġi kuntestat.” Il-Kummissjoni tinnota għalhekk li l-provvista ta’ karburant lill-impriżi tas-sajd bi prezz anqas minn dak tas-suq ordinarju kienet possibbli bis-saħħa tal-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija mill-Istat u għar-riżorsi tal-istess FPAP, jiġifieri l-prodott tal-kontribuzzjonijiet tal-imsieħba tiegħu u l-benefiċċji miksuba mill-operazzjonijiet spekulattivi fuq is-suq tal-futures tal-prodotti taż-żejt.

(92)

Wieħed isib ukoll din l-oriġini doppja fil-fondi (ir-riżorsi tal-Istat u riżorsi meħuda mill-attività privata tal-FPAP) li servew biex jiffinanzjaw il-kumpens imħallas lill-impriżi tas-sajd.

(93)

Kif deskritt fil-premessa 24 ta’ din id-Deċiżjoni, l-FPAP iġorr ir-responsabbiltà tad-differenza tal-prezz eżistenti, skont il-ftehimiet tat-12 ta’ Novembru 2004 u tas-27 ta’ Mejju 2005, bejn il-“prezz massimu kopert” u l-prezz medju mensili tal-indiċi ta’ referenza u, skont il-ftehim tal-11 ta’ Ottubru 2005, bejn 30 euro ċenteżmi għal kull litru u l-prezz medju mensili ta’ referenza jekk dan tal-aħħar huwa superjuri għal 30 euro ċenteżmi.

(94)

Il-mekkaniżmu ta’ “tħaddim tajjeb” maħsub fil-bidu kien jistrieħ fuq l-ipoteżi li l-ispejjeż żejda mqabbla mal-prezz ta’ referenza f’perjodu ta’ prezzijiet għolja jistgħu jiġu kkumpensati bis-saħħa tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-imsieħba fil-perjodu tal-prezz l-aktar moderat. Is-sistema b’hekk qisha tiffinanzja lilha nnifisha. Jekk wieħed jirreferi għad-dokument tas-Sur de Feuardent diġà msemmi fil-premessa 75 ta’ din id-Deċiżjoni, “l-FPAP kien teknikament f’qagħda li jikseb l-ewwel opzjonijiet f’April 2004; f’dan iż-żmien, il-bżonnijiet CECOMER (madwar 200 miljun litru) għall-2005 setgħu jkunu koperti bi 0,28 cts /litru għal madwar 4 miljun euro”. B’hekk, l-FPAP seta’ jilqa’ fil-bidu tal-2004, għall-bżonnijiet relattivament modesti tal-“assigurazzjoni tad-diżil” bis-saħħa tar-riżorsi tiegħu stess. Għalhekk jidher li, fil-ħsieb oriġinali tiegħu, il-fond seta’ kien awto-suffiċjenti.

(95)

Madankollu, minħabba li l-prezzijiet taż-żejt inżammu f’livell għoli ħafna u s-sħubija fl-FPAP kienet tassew ġenerali, in-numru ta’ msieħba fl-FPAP kiber b’rata mgħaġġla u b’mod konsiderevoli. Minn dan irriżulta li l-prezz tal-“assigurazzjoni tad-diżil” sploda u seta’ jiġi sostnut biss bis-saħħa tal-użu tal-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija mill-Istat lill-FPAP.

(96)

Jekk wieħed jipprova jagħti stima tal-kreditu meħtieġ lill-FPAP biex jaffaċċja l-ispejjeż tal-“assigurazzjoni tad-diżil” għall-2005, wieħed jista’ jitlaq mill-ipoteżi li l-livell tal-konsum tal-karburant li għalih intalab kumpens mill-intraġriżi tas-sajd probabilment tela’ minn 200 miljun litru (ara l-premessa 94) għal volum li wieħed jista’ jqis li huwa ta’ kważi 900 miljun litru. Fil-fatt, jekk wieħed iqis il-medji ta’ konsum annwali li servew ta’ bażi għall-kalkoli li jidhru fil-premessi 55 u 56, il-konsum ta’1 000 vapur ta’ anqas minn 12-il metru jkun ta’1 000 vapur × 200-il tunnellata /vapur, jiġifieri 200 000 tunellata, u dak tal-vapuri ta’ aktar minn 12-il metru jkun ta’ 1 400 vapur × 480 tunellata/vapur, jiġifieri 672 000 tunellata, li huwa total ta’ 872 000 tunellata (jew 872 miljun litru). Fil-verità, kif indikat fil-premessa 55, jekk wieħed jikkunsidra li l-vapuri jistagħdu għal 38 ġimgħa fis-sena pjuttost milli 48, il-konsum huwa probabbilment eqreb għal 700 000 tunellata (1 000 vapur ta’ anqas minn 12-il metru × 158 tunellata jiġifieri 158 000 tunellata u 1 400 vapur ta’ aktar minn 12-il metru × 380 tunellata jiġifieri 532 000 tunellata). Fl-ipoteżi ta’ limitu għall-kumpens ta’ 12-il ċenteżmu għal kull litru, limitu applikat għat-tielet ħlas bil-quddiem (19), il-bżonnijiet finanzjarji tal-FPAP b’hekk jilħqu ammont annwali ta’ 85 miljun euro. Kieku kellu jitqies il-fatt li l-impriżi tas-sajd forsi assiguraw biss parti mill-konsum tal-karburant tagħhom, il-bżonn ta’ krediti probabilment kien anqas importanti, imma d-daqs tal-bżonnijiet jibqa’ ta’ diversi tużżani ta’ miljuni ta’ euro fis-sena, li trid titqabbel mal-istima inizjali ta’ 4 miljun euro fis-sena għall-2005. Għalhekk isir evidenti li l-FPAP ma setax jissodisfa l-kopertura garantita lill-imsieħba tiegħu, b’kumpens għall-kontribuzzjonijiet tagħhom, mingħajr ma jibbenefika minn self minn fondi esterni, f’dan il-każ il-ħlasijiet mogħtija mill-Istat.

(97)

F’dan il-kuntest, l-FPAP ibbenefika mill-fondi pubbliċi sabiex jirrispondi għall-bżonnijiet ta’ din l-“assigurazzjoni tad-diżil”, li huwa responsabbli li jamministra bl-aħjar mod dawn il-fondi. Il-finanzi tal-FPAP b’hekk huma magħmula minn fondi li ġejjin mill-kontribuzzjonijiet tal-imsieħba, mill-ħlasijiet bil-quddiem tal-Istat, u mill-benefiċċji eventwali tal-attivitajiet tiegħu fuq is-swieq tal-futures taż-żejt. Il-parti ta’ dawn il-fondi li ġejja mill-ħlasijiet bil-quddiem tal-Istat tikkorrispondi mingħajr dubju għal-riżorsi tal-Istat. Fir-rigward tal-benefiċċji miksuba fuq is-swieq tal-futures u li ppermettew lill-impriżi tas-sajd li jiksbu karburant aktar irħis, dawn setgħu jitwettqu biss bis-saħħa tal-eżistenza tar-riżorsi tal-Istat, li taw il-mezzi lill-FPAP biex iwettaq l-operazzjonijiet finanzjarji fuq is-swieq tal-futures. Barra minn dan, għalkemm il-karatteristiċi eżatti tal-ftehimiet li saru bejn l-FPAP u CECOMER m’humiex magħrufa u ma jistgħu jiġu nnutati mill-ebda wieħed mid-dokumenti kkomunikati minn Franza, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens imħallas lill-impriżi msieħba, li jikkorrispondi għad-differenza fil-prezz, kien aktar baxx milli kieku CECOMER u l-kooperattivi marittimi kienu taw lis-sajjieda karburant li kien inxtara fuq is-suq ordinarju, jiġifieri mingħajr l-intervent mill-FPAP fuq is-swieq tal-futures. B’hekk, il-benefiċċju tal-operazzjonijiet tal-FPAP fuq is-swieq tal-futures ġie trasferit lil CECOMER, il-kooperattiva tal-provvista tal-kooperattivi marittimi, u fl-aħħarnett lill-impriżi tas-sajd li jipprovdu l-karburant lilhom infushom. L-effett prattiku ċertament kien li l-FPAP setgħet tkompli tagħti l-kumpens matul perjodu itwal milli kieku dan kien organizzazzjoni intermedjarja responsabbli biss milli tqassam il-65 (jew 77) miljun euro pprovduti mill-Istat taħt il-mekkaniżmu tal-“assigurazzjoni tad-diżil”

(98)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li huwa permezz tar-riżorsi tal-Istat, kemm jekk sostnew direttament il-finanzi tal-FPAP jew kemm jekk intużaw biex jingħataw benefiċċji bil-ħsieb li jiżdiedu dawn il-finanzi, li l-impriżi tas-sajd setgħu jibbenefikaw minn vantaġġ finanzjarju, min-naħa bil-possibbiltà li jipprovdu l-karburant lilhom infushom bi prezz vantaġġuż, u min-naħa l-oħra billi jirċievu kumpens ikkalkulat mal-prezz ta’ referenza.

4.2.1.2.   L-eżistenza ta’ vantaġġ finanzjarju li huwa responsabbiltà tal-Istat

(99)

It-tliet, u eventwalment erba’, ftehimiet li saru bejn l-Istat u l-FPAP jipprevedu li l-fondi pubbliċi mħallsa f’forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem għandhom l-għan aħħari li jikkumpensa parzjalment l-ispejjeż tal-karburant tal-impriżi tas-sajd. Il-kumpens imħallas lis-sajjieda jikkorrispondi għad-differenza bejn il-prezz ta’ referenza u prezz mill-pompa jingħaqad ma’ tnaqqis fil-pezz tad-diżil mill-pompa tal-fornitur li ħafna drabi hija l-kooperattiva marittima.

(100)

Il-finanzi tal-FPAP, li fil-bidu kienu magħmula mill-kontribuzzjonijiet tal-imsieħba, u li wara kien miżjud bl-ewwel ħlas bil-quddiem tal-Istat, ippermettew li dan jaġixxi fuq is-swieq tal-futures u li jieħu benefiċċji minnhom, imma li dawn il-benefiċċji mhumiex biżżejjed biex jippermettulu jieħu, fl-istess ħin, il-ħlas tal-kumpens bħala garanzija lill-impriżi tas-sajd b’kumpens għall-kontribuzzjonijiet tagħhom. Żewġ, u eventwalment tliet, ħlasijiet bil-quddiem supplementari madankollu ppermettew li dan ikompli l-attivitajiet tiegħu qabel ma kellu progressivament jikxef il-pożizzjonijiet tiegħu biex jiddisponi mill-fondi neċessarji għall-ħlas tal-kumpens. Il-Kummissjoni tosserva li d-deċiżjonijiet relattivi għall-operazzjonijiet fuq is-swieq tal-futures ittieħdu mill-President tal-FPAP. L-implimentazzjoni konkreta tagħhom seħħet billi ntużaw is-sensara u l-istabbilimenti finanzjarji speċjalizzati (ara l-premessa 74), li r-remunerazzjoni tagħhom ġiet assigurata mill-FPAP fi proporzjonijiet li mhumiex magħrufa għall-Kummissjoni. Madankollu, jekk l-istatut tal-FPAP jipprevedi li huwa l-President li bilfors irid jikkonsulta mal-kunsill tal-amministrazzjoni “biex jiddeċiedi dwar il-proġetti tal-kopertura li jridu jiġu implimentati”, l-Istat mhux rappreżentat f’dan il-kunsill tal-amministrazzjoni. B’hekk, anke jekk l-FPAP kellu l-obbligu, b’mod ġenerali, li “jżomm kontabbiltà li tippermetti li wieħed ikun jaf, fuq talba, l-użu tal-ħlas bil-quddiem kif ukoll it-tqassim tar-riżorsi u l-ispejjeż tal-Fond”, l-Istat la kien jiddeċiedi l-istrateġija li jrid isegwi l-FPAP għall-kisba ta’ dawn l-opzjonijiet finanzjarji, u l-anqas il-livell tal-kumpens finanzjarju qabel ma din titħallas lill-impriżi. Għalhekk, jekk, kif intwera fil-paragrafu 4.1.1.4, m’hemm l-ebda dubju li l-għajnuna magħmula mill-għotja ta’ tliet, eventwalment erba’, ħlasijiet bil-quddiem hija responsabbiltà tal-Istat, dan ma japplikax għall-vantaġġi supplementari li setgħu bbenefikaw minnhom l-impriżi tas-sajd, min-naħa bis-saħħa tal-kontribuzzjonijiet tagħhom u min-naħa minħabba ġestjoni tajba tal-finanzi kollha tal-FPAP. Fil-fatt, jekk bis-saħħa tal-operazzjonijiet imwetttqa fuq is-swieq tal-futures, l-għajnuna li tħallset finalment lis-sajjieda kienet aktar mill-fondi pubbliċi li l-FPAP irċieva inizjalment, il-parti tal-għajnuna li tmur lil hinn minn dan l-ammont tal-fondi pubbliċi mħallsa bil-quddiem ma tirriżultax minn deċiżjoni tal-Istat. B’hekk, għall-Kummissjoni, anke jekk, min-naħa tal-kontabbiltà, mhux possibbli li wieħed iwarrab bil-preċiż dak li ġej mir-riżorsi tal-Istat minn dak li ġej mir-riżorsi propji, minħabba li huwa t-total tal-finanzi li ntużaw biex jipparteċipa fuq is-swieq tal-futures taż-żejt u biex jitħallas il-kumpens, il-vantaġġ li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont totali tal-għajnuna li bbenefikaw minnha l-impriżi tas-sajd u l-ammont totali tal-ħlasijiet bil-quddiem tal-Istat trasferit lill-impriżi tas-sajd mhuwiex responsabbiltà tal-Istat.

4.2.1.3.   L-eżistenza ta’ vantaġġ finanzjarju li jgħawweġ jew jhedded li jgħawweġ il-kompetizzjoni

(101)

Il-Kummissjoni tqis li l-vantaġġ li bbenefikaw minnu l-impriżi tas-sajd li huma msieħba mal-FPAP għall-ispejjeż tal-karburant tagħhom jiffavorixxi lil dawn l-impriżi, minħabba li dawn biss jistgħu jibbenefikaw minn dan il-vantaġġ. Il-pożizzjoni tagħhom ġiet msaħħa meta mqabbla mal-impriżi l-oħra li huma f’kompetizzjoni magħhom fuq is-suq Komunitarju, kemm jekk huma impriżi oħra tas-sajd u kemm jekk huma impriżi ta’ setturi oħra ta’ attività ekonomika bl-interess li jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom ta’ produzzjoni marbuta mal-ispejjeż tal-karburant. Barra minn dan, minħabba li dan il-mekkaniżmu ta’ kopertura huwa indirizzat biss għall-impriżi tas-sajd, il-vantaġġ mogħti b’dan il-mod lil dawn l-impriżi jista’ jiġi analizzat bħala vantaġġ settorjali mhux aċċessibbli għas-setturi l-oħra. Madankollu, kull forma ta’ għajnuna, meta tagħti privileġġ lil settur partikolari, tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/269/KE tat-8 ta’ Frar 2006 dwar it-tnaqqis fiskali għas-sajjieda professjonali (l-Iżvezja) (20), il-premessi 31 u 35).

(102)

Franza ma taqbilx li din l-għajnuna tat vantaġġ lill-impriżi msieħba mal-FPAP, peress li “l-adeżjoni fl-FPAP hija mingħajr ħlas u miftuħa għall-impriżi kollha tas-sajd sakemm dawn jagħtu kontribuzzjoni”. MQA żiedu li din l-adeżjoni hija miftuħa “mingħajr ma titqies l-istruttura jew għan-nazzjonalità tal-benefiċjarju”. L-FPAP fl-aħħarnett jippreċiża li “il-kapital tal-impriżi msieħba mal-FPAP hu miżmum minn Franċiżi kif ukoll minn Spanjoli u Olandiżi”.

(103)

Il-Kummissjoni tosserva fir-risposta tagħha li l-impriżi tas-sajd li jistgħu jissieħbu fl-FPAP huma biss dawk li għandhom vapuri rreġistrati fit-territorju metropolitan ta’ Franza jew fid-dipartimenti tagħha barra l-pajjiż. Impriżi b’kapitali Olandiżi jew Spanjoli u li għandhom vapuri Franċiżi għalhekk fil-fatt jistgħu jissieħbu fl-FPAP; ċertament li Franza u l-FPAP jalluda għall-każ ta’ dawn il-vapuri fir-risposti tagħhom. Imma l-vapuri Komunitarji l-oħra ma jistgħux jissieħbu.

(104)

L-impriżi kollha li jibbenefikaw mill-kumpens imħallas mill-FPAP huma kompetituri fuq is-suq Komunitarju mal-impriżi li l-vapuri tagħhom ibaħħru bi bnadar ta’ Stat Membri oħra u li wkoll għandhom interess li jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom marbuta mal-ispejjeż tal-karburant, imma li m’għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom sistema ta’ kumpens bħal dik stabbilita mill-FPAP. Għal din ir-raġuni, il-vantaġġ li jibbenefikaw minnu l-impriżi tas-sajd imsieħba jew dawk li għandhom ma ssieħbux imma li jistgħu jagħmlu dan, jiġifieri l-impriżi kollha li għandhom bastimenti tas-sajd li jbaħħru taħt bandiera Franċiża, jirrappreżenta b’mod ċar tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

(105)

L-FPAP iqis ukoll li l-fatturi ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jridu jiġu riċerkati aktar. B’referenza għall-eżistenza ta’ spejjeż żejda importanti li, skontu, mingħajr bażi ekonomika, bħal dawk li ġejjin mill-ġestjoni tal-pjanijiet ta’ orjentament pluriannwali tal-flotta tas-sajd, jiġifieri l-ġestjoni tal-kapaċità globali ta’ din il-flotta, jew dawk marbuta mal-ġestjoni tad-“drittijiet għall-produzzjoni”, l-FPAP jindika partikolarment li “Id-‘drittijiet’ marbuta mal-‘politiki’ nazzjonali jirrappreżentaw (…) il-veru fattur ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni Ewropea [u] fil-parti l-kbira dawn huma esterni għall-qasam ekonomiku.”

(106)

Il-Kummissjoni tosserva rigward dawn l-ispejjeż, kemm jekk fi Franza huma anqas jew aktar minn dawk li jeżistu fl-Istati Membri l-oħra, jirriżultaw mir-restrizzjonijiet dovuti għall-qafas regolamentari li fih illum isseħħ l-attività tas-sajd. Permezz tal-komunikazzjoni tagħha (21) tas-26 ta’ Frar 2007 dwar l-istrumenti tal-ġestjoni bbażati fuq il-liġijiet tas-sajd, il-Kummissjoni tfakkar li s-settur Komunitarju tas-sajd huwa kkaratterizzat minn diversi strumenti u mekkaniżmi ta’ ġestjoni u li sitwazzjonijiet simili kultant jiġu trattati b’mod tassew differenti skont l-Istati Membri. Minn dan jirriżulta partikolarment li l-bejgħ u x-xiri tad-drittijiet tas-sajd hija prattika kurrenti f’ċerti Stati Membri, kemm fil-qafas tas-swieq stabbiliti u kemm b’mod indirett. L-ispejjeż imsemmija mill-FPAP huma spejjeż li jaffaċjaw il-flotot tal-Istati Membri differenti, u jikkorrispondu għall-bidla ekonomika tas-settur tas-sajd. Dawn jirriżultaw mill-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali tal-miżuri ta’ ġestjoni li l-politika komuni tas-sajd timponi jew tagħmel neċessarji. Din l-implimentazzjoni ma tagħti l-ebda ġustifikazzjoni għat-twaqqif ta’ għajnuna speċifika fi Stat Membru partikolari. Għal din ir-raġuni, kuntrarju għal dak li jsostni l-FPAP, it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni ma jridx jitqies fil-limitu ta’ “suq pertinenti”, pereżempju “mikro-suq reġjonali”, idea li dan jagħmel referenza għaliha, imma, kif previst fil-qafas tat-Trattat, madwar is-suq komuni kollu. B’hekk, jekk l-għajnuna tal-FPAP għandha l-effett li tiffaċilita ż-żamma tas-sajd f’qafas reġjonali u li tħares ir-riżorsi filwaqt li ttellef lill-vapuri tal-baħar milli jiddependu fuq fondi ta’ aċċess eqreb jew il-bastimenti għas-sajd bit-tkarkir milli jduru għal sajd aktar speċifiku, kif ippreżentat mill-FPAP, din tikkorrispondi perfettament għal għajnuna li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni, u għalhekk, għal għajnuna mill-Istat.

(107)

Barra minn dan, għar-raġunijiet kollha murija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-fondi mħallsa bil-quddiem mill-Istat u li minnhom ibbenefikaw l-impriżi tas-sajd, permezz tal-FPAP, jgħawwġu jew jheddu li jgħawwġu l-kompetizzjoni.

4.2.1.4.   L-eżistenza ta’ vantaġġ finanzjarju li jaffetwa l-iskambji bejn l-Istati Membri

(108)

L-FPAP jikkuntesta li l-għajnuna mogħtija lill-impriżi tas-sajd imsieħba fl-assoċjazzjoni taffetwa l-iskambji bejn l-Istati Membri. Fil-fatt, skont l-FPAP, dawn l-impriżi jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fuq “suq li bl-ebda mod m’huwa uniku, imma li pjuttost jistrieħ fuq ‘możajk’ ta’ mikro-swieq reġjonali”.

(109)

Il-Kummissjoni tinnota fir-risposta tagħha li l-valur globali tal-esportazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura ta’ Franza lejn il-bqija tad-dinja laħqu l-1 290 miljun fl-2005, li 80 % minnhom huma destinati f’pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Bl-istess mod, il-valur globali tal-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija tal-prodotti fi Franza fl-2005 kien jitla’ għal 3 693 miljun euro, li bejn 40 u 60 %, minnhom, skont is-sorsi, huma ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea (22). B’paragun, il-valur totali tal-produzzjoni Franċiża kien stabbilixxa ruħu għal 1 868 miljun euro. Għalhekk, mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ analiżi ekonomika b’ċifri estremament dettaljati (23), huwa ovvju li, ikunu xi jkunu l-varjazzjonijiet tal-prezz għal kull speċi nnutati kull ġurnata fil-portijiet Franċiżi jew Ewropej, il-volum tal-iskambji bejn Franza u l-bqija tal-Ewropa għandu piż konsiderevoli fil-bilanċ tal-provvista fi prodotti tas-sajd u u tal-kawakultura. Miżuri bil-ħsieb li jiffavorixxu numru importanti ta’ impriżi tas-sajd Franċiżi (aktar minn 30 % tal-flotta) bi tnaqqis fl-ispejjeż ta’ produzzjoni tagħhom bilfors ikollhom impatt fuq l-iskambji bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-sajd.

(110)

Għalhekk huwa evidenti li l-vantaġġ li bbenefikaw minnu l-impriżi tas-sajd bil-ħlas ta’ parti mill-ispejjeż tagħhom ta’ produzzjoni taffetwa l-iskambji bejn l-Istati Membri.

4.2.1.5.   Il-konklużjoni

(111)

L-erba’ kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi nnutata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat huma biss parzjalment preżenti. Il-vantaġġ li bbenefikaw minnu l-impriżi tas-sajd jirriżulta fl-impjieg tar-riżorsi tal-Istat, jgħawweġ jew jhedded li jgħawweġ il-kompetizzjoni, u jaffetwa l-iskambji bejn l-Istati Membri. Min-naħa l-oħra, mhijiex ir-responsabbiltà tal-Istat li fil-limitu tal-ammont tal-ħlasijiet bil-quddiem, safejn dawn il-ħlasijiet bil-quddiem jikkostitwixxu biss parti mill-finanzi tal-FPAP, u fejn l-Istat ma interveniex fl-għażliet magħmula mill-FPAP biex jieħu frott mill-fondi għad-dispożizzjoni tiegħu. B’hekk, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 tat-Trattat KE ħlief fil-limitu tal-għotja ta’ fondi pubbliċi, jiġifieri 65, jew 77 miljun euro.

(112)

Il-Kummissjoni tosserva fl-aħħarnett li l-awtoritajiet Franċiżi, minkejja r-risposti tagħhom tas-7 ta’ Ottubru 2005 u tal-21 ta’ April 2006, ma jikkuntestawx il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, matul l-eżami tal-abbozz tal-liġi tal-finanzi għall-2007 mill-Assemblea nazzjonali, il-Ministru tal-Agrikoltura u s-Sajd, mistoqsi dwar il-futur tal-FPAP, jirrispondi: “l-FPAP ilu jaħdem mill-1 ta’ Novembru 2004, imma l-Kummissjoni Ewropea tissorveljah mill-qrib, għaliex din hija għajnuna mill-Istat” (24).

4.2.2.   Il-kompatibbiltà mas-suq komuni

(113)

Skont l-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat, ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma jew jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq komuni.

(114)

Il-Kummissjoni tosserva li din l-għajnuna ma tikkorrispondix mal-każ ipotetiku previst fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat.

(a)

Meta ddikjara li l-FPAP aġixxa bħala “organizzazzjoni ta’ difiża għall-konsumaturi”, jew bħala “difensur tal-konsumaturi tal-prodotti taż-żejt”, jidher li MQA jissuġġerixxi li l-għajnuna favur l-impriżi tas-sajd tista’ tixxebbaħ ma’ “għajnuna ta’ tip soċjali mogħtija lil konsumaturi individwali” prevista fl-Artikolu 87(1). Għalhekk, il-Kummissjoni tosserva biss li dan il-paragrafu huwa mmirat espressament għal “konsumaturi individwali” u mhux għal impriżi, u li, għalhekk, ma jistax jiġi applikat f’dan il-każ (ara wkoll il-premessa 50 ta’ din id-Deċiżjoni). Għalhekk din l-għajnuna mhix kompatibbli mas-suq komuni skont il-punt a) tal-Artikolu 87(2) tat-Trattat

(b)

Din l-għajnuna mhix għajnuna maħsuba biex tirmedja għal ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali jew minn avvenimenti straordinarji oħra. Fil-fatt, il-varjazzjonijiet fil-prezzijiet taż-żejt huma parti mill-attività ekonomika. Dawn jaffetwaw ukoll setturi oħra ta’ attività ta’ konsumaturi tal-prodotti taż-żejt fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala diżastru naturali jew avveniment straordinarju fis-sens tal-punt b) tal-Artikolu 87(2). Madankollu, għal din l-analiżi, MQA jirribatti li l-għajnuna ngħatat konsegwenza ta’ sitwazzjoni straordinarja “minħabba li l-Kummissjoni stess tammetti d-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali eċċezzjonali tas-settur”. Ċertament huwa veru li s-settur tas-sajd irid jaffaċċja diffikultajiet partikolari li l-Kummissjoni analizzat fid-dettall fil-komunikazzjoni tagħha (25) tad-9 ta’ Marzu 2006 bit-titolu “It-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika tas-sajd”. F’din il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni wriet li s-sorsi tad-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali tas-settur jinstabu fin-nuqqas ta’ adattament strutturali tiegħu għar-restrizzjonijiet li jtaqqlu l-attività tiegħu. Din ippreżentat ukoll, f’din il-komunikazzjoni, diversi proposti biex jingħelbu d-diffikultajiet ekonomiċi tas-settur tas-sajd. Meta eżaminat il-kompatibbiltà ta’ ċerta għajnuna għall-iffunzjonar, din tindika b’mod ċar: “Id-diffikultajiet li qed jaffaċċja bħalissa s-settur tas-sajd komplew marru għall-agħar biż-żieda reċenti fil-prezz tal-karburant. Din is-sitwazzjoni wasslet lill-industrija tas-sajd biex titlob intervent pubbliku sabiex jingħata kumpens għal din iż-żieda f’daqqa ta’ dawn il-prezzijiet. Din it-tip ta’ assistenza tirrappreżenta għajnuna għall-iffunzjonar li hija inkompatibbli mat-Trattat. Il-Kummissjoni ma tista’ tapprova l-ebda għajnuna notifikata għal dan il-għan.” Filwaqt li tirreferi għal mekkaniżmu ta’ garanzija li jista’ jitqabbel ma’ dak maħsub fil-bidu matul it-twaqqif tal-FPAP, żiedet tgħid: “Il-Kummissjoni ma tistax tapprova tali programm ħlief jekk dan jipprevedi garanziji ta’ ħlas lura, fil-kundizzjonijiet kummerċjali, tal-għajnuna pubblika kollha, li, fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali, jidher li huwa tassew probabbli.” Il-varjazzjonijiet fil-prezz tal-inputs, fosthom dak tal-karburant, huma parti mill-attività ekonomika u ma jistgħux jikkostitwixxu avveniment straordinarju.

Meqjus dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mill-Istat in kwistjoni li bbenefikaw minnha l-impriżi tas-sajd mhijiex kompatibbli mas-suq komuni skont il-punt (b) tal-Artikolu 87(2) tat-Trattat.

(115)

Din l-għajnuna l-anqas ma tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tal-applikazzjoni tal-Artikolu 87(2) tat-Trattat, bil-każijiet ipotetiċi differenti li huma previsti.

(a)

Din mhix għajnuna maħsuba biex tiffavorixxi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni li fihom il-livell tal-ħajja huwa baxx aktar min-normal jew fejn jeżisti livell għoli ta’ qgħad (il-każ previst fil-punt (a) tal-Artikolu 87(3) tat-Trattat). Din l-għajnuna għandha l-għan li tnaqqas l-ispejjeż tal-iffunzjonar tal-impriżi tas-sajd. Ċertament l-FPAP jindika li din l-għajnuna għandha l-għan li tiffaċilita ż-żamma tas-sajd f’qafas reġjonali. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna tingħata lill-impriżi tas-sajd ikun xi jkun il-post fejn jinstab l-uffiċċju prinċipali ta’ dawn l-impriżi jew il-port fejn jitrakkaw il-vapuri li dawn jużaw. Għalhekk, dawn m’għandhom l-ebda rapport mal-għajnuna stipulata fil-punt (a) msemmi.

(b)

Din l-għajnuna l-anqas ma tista’ tiġi kkunsidrata bħala għajnuna maħsuba biex tippromwovi t-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni jew biex jirmedja għal taħwid fl-ekonomija ta’ Stat Membru. Din m’għandha l-ebda rabta ma’ proġett importanti ta’ interess Komunitarju komuni. L-anqas ma tista’ tikkwalifika bħala għajnuna maħsuba biex tirmedja taħwid fl-ekonomija ta’ Stat Membru. Fil-fatt, l-għajnuna mogħtija lill-impriżi tas-sajd għandha l-għan li tirmedja d-diffikultajiet tal-impriżi ta’ settur ekonomiku partikolari, u mhux għal dawk tal-ekonomija Franċiża kollha. In-natura settorjali ta’ din l-għajnuna mhix kontestata minħabba li ż-żieda fl-ispejjeż taż-żejt m’affetwatx biss lill-impriżi tas-settur tas-sajd imma lill-impriżi kollha, is-setturi tal-attività kollha f’daqqa. U, għalhekk, il-Kummissjoni dejjem qieset li m’għandhomx ikunu l-awtoritajiet pubbliċi li jintervjenu fuq livell finanzjarju biex jikkumpensaw din iż-żieda, imma min-naħa l-oħra li jinkoraġġixxu lill-impriżi biex jadattaw għall-kundizzjonijiet ekonomiċi l-ġodda li jirriżultaw minn dan. B’hekk, meta tikkunsidra dawn l-elementi kollha, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna tal-FPAP favur l-impriżi tas-sajd ma tistax tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli skont il-punt (b) tal-Artikolu 87(3).

(c)

Għal dak li jikkonċerna il-punt (c) tal-Artikolu 87(3), it-tħaffif tal-ispejjeż tal-karburant ma jistax, fih innifsu, jirrispondi għall-kundizzjoni tal-imsemmi punt (c), skont liema tista’ tkun kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi meta dawn ma jbiddlux il-kundizzjonijiet tal-iskambji f’miżura kuntrarja għall-interess komuni. Fil-fatt, l-għajnuna in kwistjoni ma taħsibx biex tiffavorixxi l-iżvilupp tal-attivitajiet tas-sajd fis-sens ta’ sajd sostenibbli, f’konformità mal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd, imma min-naħa l-oħra trawwem il-livell tal-isforz tas-sajd mingħajr ma tħajjar lill-impriżi tas-sajd biex inaqqsu l-ispejjeż tagħhom fil-karburant. Għalhekk, dawn għandhom l-effett li jikkalmaw l-adattament neċessarju tal-impriżi tas-settur tas-sajd għal-limiti li jirriżultaw miż-żieda fil-prezz taż-żejt. Barra minn dan, din l-attività mhix marbuta ma’ reġjun ekonomiku. Huwa għalhekk li din l-għajnuna ma tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni skont il-punt (c) tal-Artikolu 87(3).

(d)

Fl-aħħarnett, dawn il-kategoriji ta’ għajnuna ma jammontawx għal għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-kultura u l-ħarsien tal-patrimonju, u l-anqas għal għajnuna meqjusa kompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill adottata taħt l-inċiż (e) tal-Artikolu 87(3).

(116)

Minn dawn l-elementi kollha jirriżulta li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-impriżi tas-sajd biex tħaffef l-ispejjeż tal-karburant ma taqax taħt xi waħda mid-derogi previsti mill-Artikolu 87 tat-Trattat.

(117)

Peress li l-każ jittratta l-għajnuna lill-impriżi tas-sajd, din trid ukoll tiġi analizzata fid-dawl tal-linji gwida għall-eżami tal-għajnuna mill-Istat maħsuba għas-setturi tas-sajd u tal-akwakultura (minn issa ‘l quddiem imsejħa l-“linji gwida”).

(118)

Din l-għajnuna għandha l-effett li tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-impriżi tas-sajd. Dawn jippreżentaw il-karattru tal-għajnuna għall-iffunzjonar.

(119)

Il-Kummissjoni tfakkar mill-ewwel li fit-termini tal-punt 3.5 ta’ dawn il-linji gwida, “l-għajnuna mill-Istat m’għandux ikollha karattru ta’ konservazzjoni, imma din trid tiffavorixxi l-ippjanar u l-effikaċja tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd. L-għajnuna trid twassal għal titjib sostenibbli, b’tali mod li s-settur tas-sajd jista’ jevolvi bis-saħħa biss tad-dħul mis-suq.”

(120)

Madankollu, kif intwera fil-premessa 115 (c) ta’ din id-Deċiżjoni, it-tħaffif tal-ispejjeż tal-karburant ma jaħsibx għall-iżvilupp tal-attivitajiet tas-sajd fis-sens ta’ sajd sostenibbli, f’konformità mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd, imma li l-impriżi tas-sajd jinżammu fl-istess attività. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni tqis li din l-għajnuna għandha tassew karattru ta’ konservazzjoni imsemmi fil-punt 3.5 tal-linji gwida u għalhekk ma tistax titqies bħala kompatibbli ma’ dan il-prinċipju propost mil-linji gwida.

(121)

Franza ċertament indikat, fir-risposti tagħha fil-bidu tal-proċedura formali tal-eżami, li “l-azzjonijiet tal-FPAP antiċipaw miżuri utli li l-pjani tas-salvataġġ u ta’ ristrutturazzjoni, ladarba formalizzati, sejrin biss juru u jikkonfermaw”. Madankollu, huwa biss ħafna aktar tard, f’Jannar 2008, li Franza informat lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ppreżentati bħala miżuri ta’ għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni favur l-impriżi tas-sajd, miżuri rreġistrati mill-Kummissjoni taħt in-numru NN 09/2008 u li bħalissa qed jiġu analizzati. Għalhekk, anke jekk wieħed jaċċetta l-argument ta’ Franza li l-azzjonijiet tal-FPAP kienu jantiċipaw b’ċerti mod dawn il-miżuri ta’ għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni, dan m’għandu l-ebda inċidenza fuq il-kompatibbiltà tagħhom mas-suq komuni minħabba differenzi fundamentali li jeżistu bejn il-miżuri implimentati mill-FPAP u l-kundizzjonijiet li jridu jirrispondu għalihom l-iskemi ta’ għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà (26). Fil-fatt, kontra dak li hu meħtieġ f’dawn il-linji gwida, l-għajnuna li tirriżulta mill-azzjonijiet tal-FPAP ingħatat b’mod distint lill-impriżi kollha tas-sajd u mhux biss lill-impriżi f’diffikultà. Min-naħa l-oħra, l-għajnuna għas-salvataġġ ma tistax teċċedi sitt xhur u jrid ikollha l-forma ta’ ħlas li jitħallas lura jew ta’ garanzija; fir-rigward tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni, din trid tingħata f’kundizzjonijiet preċiżi għal żmien limitat. Madankollu, l-għajnuna mogħtija minn Franza permezz tal-FPAP ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet meħtieġa: l-impriżi tas-sajd jibbenefikaw minn din l-għajnuna sa mill-2004, din mhix mogħtija taħt forma ta’ self jew ta’ garanzija, u l-ħlas lura tagħha fil-kuntest ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni mhux maħsub.

(122)

L-FPAP jikkunsidra li l-għajnuna mogħtija hija ġġustifikata mill-fatt li fil-fatt din hija għajnuna għad-dħul tal-impjegati. Dwar dan l-FPAP stqarr li: “L-FPAP huwa magħmul minn ‘grupp ta’ prevenzjoni’ bil-ħsieb biex għall-2 500 impriża msieħba tikkostitwixxi perimetru ġuridiku ta’ salvagwardja fis-sens tal-Liġi Franċiża …. Għalhekk, l-għajnuna għad-dħul tal-impejgati rreġistrata fil-perimetru tar-ristrutturazzjoni hija awtorizzata. Din ma taffetwa bl-ebda mod ir-regoli tal-kompetizzjoni. Min-naħa l-oħra din tirriżulta mill-prinċipji Komunitarji li jiggarantixxu lill-impjegati dħul minimu deċenti.” L-FPAP jkompli billi jindika li s-sistema ta’ ħlas tal-baħħara apparti mill-ekwipaġġ jkollu bħala effett, fi Franza, li tiċħad lill-impjegati tal-impriżi tas-sajd mis-salarju, jiġifieri li jitpoġġew fid-dejn fir-rigward tal-propjetarju. Dan jippreċiża fl-aħħarnett li 25 mill-65 miljun tal-ħlas bil-quddiem mogħti mill-Istat “jikkonċernaw direttament il-ħlasijiet bil-quddiem lill-impjegati u jiġu analizzati bħala azzjoni soċjali diretta”. MQA iżid li: “Jekk is-self jitqies bħala għajnuna għall-profitt, mhux lill-FPAP trasparenti, imma lill-impriżi tas-sajd imsieħba, dan ikun tassew għajnuna speċjali. Il-fondi li jirriżultaw fil-fatt ikunu direttament marbuta mar-remunerazzjoni tal-baħħara.”

(123)

Dawn id-dikjarazzjonijiet iqanqlu diversi kummenti min-naħa tal-Kummissjoni:

(1)

L-ewwelnett, din tiskanta meta taqra li kważi 40 % (25 miljun minn 65) tal-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija mill-Istat sabiex, skont it-tliet ftehimiet deskritti hawn fuq (ara l-premessa 21 ta’ din id-Deċiżjoni), biex jippermettu l-kisba tal-opzjonijiet finanzjarji fuq is-swieq tal-futures tal-prodotti taż-żejt, “li jikkonċernaw direttament il-ħlasijiet bil-quddiem lill-persuni li jirċievu salarju u li jiġu analizzati bħala għajnuna soċjali diretta”.

(2)

Il-Kummissjoni taħseb li, min-naħa tal-FPAP, dan huwa sommarju retoriku bil-ħsieb li juri li l-azzjonijiet implimentati mill-FPAP, billi jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-impriżi tas-sajd u minħabba s-sistema tas-salarju bil-ġurnata, jibbenefikaw in fine lill-persuni li jirċievu salarju minġħand dawn l-impriżi. Huwa f’dan is-sens li dawn l-azzjonijiet jistgħi jiġu analizzati “bħala għajnuna soċjali diretta”. Fil-fatt, l-ebda element mill-fajl ma jħalli li wieħed jaħseb li kien ikun hemm għajnuna soċjali diretta, jiġifieri għajnuna mħallsa mill-FPAP direttament lill-persuni li jirċievu salarju apparti minn dawn l-impriżi; dan l-anqas m’hu previst mill-istatut tal-FPAP (ara l-premessa 20 ta’ din id-Deċiżjoni).

(3)

Ikun xi jkun il-każ, jiġifieri li l-għajnuna eventwalment tħallset direttament lill-persuni li jirċievu salarju jew inkella li l-azzjonijiet tal-FPAP ibbenefikaw minnhom dawn il-persuni li jirċievu salarju billi jippermettulhom li jħallu d-dħul tagħhom minħabba s-sistema tas-salarju mhux fiss, il-Kummissjoni tfakkar li, f’konformità ma’ ġurisprudenza stabbilita (27), l-idea ta’ għajnuna tinkludi l-vantaġġi mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi li, taħt forom diversi, jħaffu l-ispejjeż li normalment itaqqlu l-baġit ta’ impriża. F’dan is-sens, is-salarji huma mingħajr dubju parti minn dawn l-ispejjeż u impriża ma tistax isserraħ fuq finanzjament pubbliku biex taffaċjahom. Għalhekk, il-fatt li l-vantaġġi li l-impriżi tas-sajd jieħdu mill-possibbiltà li jixtru l-karburant bi prezz preferenzjali u minn kumpens parzjali għall-ispejjeż tagħhom ta’ karburant fil-verità setgħu, skont l-FPAP u MQA, jibbenefikaw lill-persuni li jirċievu salarju minn dawn l-impriżi, mhux pertinenti sabiex wieħed japprezza l-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna fir-rigward tas-suq komuni. Huwa biżżejjed li wieħed jinnota li l-vantaġġi mogħtija lill-impriżi tas-sajd bis-saħħa tal-fondi pubbliċi kellhom l-effett li jħaffu l-ispejjeż li normalment itaqqlu l-baġit ta’ dawn l-impriżi.

(4)

Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta affermazzjoni li tgħid li l-għajnuna għad-dħul tal-persuni li jirċievu salarju tista tkun awtorizzata, min-naħa minħabba li ssostni l-prinċipji Komunitarji li jiggarantixxu dħul minimu diċenti lill-persuni li jirċievu salarju, u min-naħa l-oħra, minħabba li s-sistema tal-ħlas mhux fiss ikun partikolarment sfavorevoli għall-baħħara Franċiżi. Fil-fatt, fl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ir-regolamentazzjoni rigward l-eżistenza ta’ salarju minimu tiddependi biss mill-kompetenza tal-Istati Membri. Fi Franza, għal dak li jikkonċerna s-salarju tal-baħħara, dan l-obbligu huwa ppreżentat mill-Artikoli L.742-2, D.742-1 et D.742-2 tal-Kodiċi tax-Xogħol. Kif tfakkar sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Rennes tas-16 ta’ Ġunju 1998 (28), dawn id-dispożizzjonjiet, b’applikazzjoni ġenerali, japplikaw għall-persuni li jirċievu salarju li jaqgħu taħt il-Kodiċi tax-Xogħol tal-Baħħara, hu x’inhu l-metodu tar-remunerazzjoni adottat. Il-fatt li l-propjetarju u l-impjegati tiegħu ftiehmu mill-bidu li l-baħħara mhux ser ikollhom salarju fiss (jiġifieri li jitħallsu skont il-profitt eventwali) ma jeżonerax lill-propjetarju li jiggarantixxi lill-baħħara, matul il-perjodu tal-imbark, remunerazzjoni tal-anqas ugwali għas-salarju minimu. Fi kliem ieħor, is-salarju mħallas bħala parti mill-qligħ tas-sajd irid tal-anqas ikun ekwivalenti għar-remunerazzjoni kkalkolata fl-applikazzjoni tas-salarju minimu ta’ tkabbir. L-Artikolu 34 tal-Kodiċi tax-Xogħol Marittimu (29) jirreferi f’dan ir-rigward għal “ftehim nazzjonali professjonali jew ftehimiet mifruxa għall-industrija kollha [biex jiffissa], b’mod indipendenti mit-tul taż-żmien tax-xogħol effettiv, il-perjodu jew il-perjodi meqjusa għall-kalkolazzjoni tas-salarju minimu ta’ tkabbir tal-baħħara mħallsa b’salarju mhux fiss”. Il-ftehim għall-industrija kollha jiggarantixxi, permezz tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 9 tiegħu, remunerazzjoni annwali grossa minima għall-baħħara mħallsa salarju mhux fiss, li ġie ffirmat fit-28 ta’ Marzu 2001 (30). Din id-dispożizzjoni saret obbligatorja, għal kull min jimpjega u l-impjegati kollha koperti minn dan il-ftehim, permezz ta’ deċiżjoni interministerjali tat-3 ta’ Lulju 2003 (31). L-ispiża għas-salarji li tiġi minn dan l-obbligu legali b’hekk tikkostitwixxi spiża ta’ produzzjoni tal-impriżi tas-sajd, l-istess bħall-ispejjeż għall-karburant. F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni għalhekk ma tistax taċċetta l-argument skont liema l-Istat Franċiż ikollu raġun li jintervjeni finanzjarjament minħabba li l-propjetarji jonqsu mill-obbligu legali li jiżguraw salarju minimu għall-impjegati tagħhom, anke meta dawn huma mħallsa salarju mhux fiss.

(124)

Skont MQA, dawn jistgħu jkunu wkoll miżuri soċjo-ekonomiċi: “il-linji gwida (…) jikkunsidraw li jistgħu jiġu dikjarati kompatibbli mal-miżuri soċjo-ekonomiċi. Dan ifisser li l-FPAP huwa totalment trasparenti u l-miżuri kwalifikati bħala għajnuna mill-Kummissjoni għandhom karattru li jidher soċjo-ekonomiku.”

(125)

Il-Kummissjoni tinnota li MQA ma ppreżentat l-ebda element li jippermetti l-eżaminazzjoni tal-għajnuna in kwistjoni fir-rigward tal-punt 4.5. tal-linji gwida li jipprevedu li, għal kull każ, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kompatibbli mas-suq komuni, l-għajnuna diretta lill-ħaddiema tikkorrispondi għal miżuri soċjo-ekonomiċi. Fil-fatt, dan il-paragrafu jippreċiża li dawn ma jistgħux jitqiesu bħala kompatibbli ħlief “bil-kundizzjoni li jiffurmaw parti minn pakkett ta miżuri tal-appoġġ ta’ tip soċjo-ekonomiku li jimmiraw biex jikkumpensaw it-telf tad-dħul marbut ma’ adattament tal-kapaċitajiet deċiż skont l-Artikolu 11 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002” (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 rigward il-ħarsien u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd (32)). Madankollu, il-ħolqien tal-FPAP mhuwiex parti mill-pjan ewlieni deċiż f’konformità mar-Regolament Nru 2371/2002 bil-ħsieb tal-adattament tal-kapaċitajiet tas-sajd. L-argument imressaq minn MQA għalhekk ma jistax jiġġustifika l-għotja ta’ din l-għajnuna għall-iffunzjonar.

(126)

MQA tindika wkoll li mhux eżatt li wieħed jgħid li l-għajnuna ngħatat mingħajr kundizzjoni. Skont il-MQA, “biex jagħti dan is-self, l-Istat talab li l-FPAP jipproduċi diversi dokumenti ta’ ġustifikazzjoni, dokumenti ta’ ġustifikazzjoni maħsuba biex jistabbilixxu l-ġestjoni rigoruża tal-fondi u wkoll id-determinazzjoni tal-fond u l-membri tiegħu biex jimplimentaw soluzzjonijiet sostenibbli għall-kundizzjonijiet il-ġodda ta’ produzzjoni tas-settur tas-sajd.” MQA jinsisti li dan il-bżonn ta’ kontabbiltà trasparenti u dwar id-deċiżjoni tal-Istat li jitlob li titwettaq missjoni interministerjali ta’ spezzjoni.

(127)

Il-Kummissjoni tinnota dan il-bżonn ta’ trasparenza u ta’ kontroll, filwaqt li tinnota li dan jidher elementari, minħabba li dan huwa intervent iffinanzjat minn fondi pubbliċi. Madankollu, hi jiddispjaċiha li, f’tali kuntest ta’ trasparenza, l-awtoritajiet Franċiżi ma kienux trażmettewlha l-informazzjoni kollha b’ċifri dettaljati fuq l-attivitajiet tal-fond, minkejja t-talbiet magħmula matul il-proċedura. Fl-aħħarnett, tinnota li hi qatt ma ġiet informata bil-missjoni ta’ spezzjoni msemmija minn MQA, lanqas a fortiori tal-konklużjonijiet tagħha, mitluba mill-awtoritajiet Franċiżi għal madwar nofs Novembru 2005.

(128)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija mill-Istat jidħlu sew fil-kategorija tal-għajnuna għall-iffunzjonar stipulata fil-punt 3.7. tal-linji gwida, skont liema: “l-għajnuna mill-Istat li tingħata mingħajr l-ebda obbligu għall-benefiċjarji li jirrispondu għall-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd, u li hija maħsuba biex ittejjeb is-sitwazzjoni tal-impriżi u li żżid il-finanzi tagħhom (…) hija, bħala għajnuna għall-iffunzjonar, inkompatibbli mas-suq komuni”. Dawn il-ħlasijiet bil-quddiem għalhekk huma inkompatibbli mas-suq komuni.

5.   IL-KONKLUŻJONI

(129)

Il-Kummissjoni tinnota li Franza wettqet illegalment, bi vjolazzjoni tal-Artikolu 88(3), tat-Trattat, id-diversi miżuri tal-għajnuna li huma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni.

(130)

Fuq il-bażi tal-analiżi żviluppata fil-parti 4.1 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li ż-żieda tal-finanzi tal-FPAP bl-għotja ta’ tliet, u eventwalment, erba’ ħlasijiet bil-quddiem, għal ammont totali ta’ 65, u eventwalment 77 miljun euro, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat. Fil-fatt, minħabba li l-ebda organizzazzjoni bankarja ma kienet tagħti l-ħlasijiet bil-quddiem bħal dawk li ngħataw lill-FPAP u li, skont l-informazzjoni disponibbli, dawn il-ħlasijiet bil-quddiem ma tħallsux lura, dawn il-ħlasijiet bil-quddiem inbidlu f’sussidju dirett (ara l-premessa 67), u għalhekk f’għajnuna mill-Istat għall-ammont in kwistjoni.

(131)

Fuq il-bażi tal-analiżi żviluppata fil-aprti 4.2 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mogħtija taħt il-forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem lill-FPAP u li ppermettiet lill-impriżi tas-sajd li jixtru l-karburant bi prezz vantaġġuż u li jibbenefikaw minn kumpens fil-qafas tal-assigurazzjoni tad-diżil, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat.

6.   L-IRKUPRAR

(132)

L-ammont tal-għajnuna mill-Istat stabbilita minn Franza huwa ta’ 65 miljun euro, jew ta’ 77 miljun jekk ikun hemm ir-raba’ ftehim. F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, f’każ ta’ deċiżjoni negattiva li tikkonċerna għajnuna illegali, il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-Istat Membru jrid jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarji. L-għan jintlaħaq meta l-għajnuna in kwistjoni, miżjuda bl-interessi tad-dewmien jekk ikun il-każ, tkun ingħatat lura mill-benefiċjarji jew, f’termini oħra, mill-impriżi li jkunu gawdew minnha (33). L-għan tal-irkuprar għalhekk jintlaħaq meta dan l-ammont ta’ 65 jew ta’ 77 miljun euro jkun ingħata lura.

(133)

Sabiex jiġi deċiż dak li jrid jiġi rkuprat min-naħa mill-FPAP u min-naħa l-oħra mill-impriżi tas-sajd, jaqbel li wieħed jikkunsidra l-fatt li l-FPAP, filwaqt li aġixxa bħala operatur ekonomiku fuq is-swieq tal-futures, għandu l-għan li jagħti kumpens lill-impriżi tas-sajd fil-qafas tas-sistema tal-assigurazzjoni tad-diżil li dan stabbilixxa, u li jipprovdilhom il-karburant bi prezz vantaġġuż. L-analiżi li qed issir f’din id-Deċiżjoni dwar l-ekonomija ġenerali ta’ din is-sistema partikolari turi li l-FPAP wettaq il-missjoni tiegħu bi trasferiment progressiv tal-għajnuna mogħtija mill-Istat. Għal din ir-raġuni, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata mill-FPAP hija l-parti tal-65 jew 77 miljun euro li ma ġietx trasferita lill-impriżi tas-sajd, u dik li trid tiġi rkuprata mill-impriżi tas-sajd għalhekk hija l-parti li ġiet trasferita lilhom.

(134)

Il-Kummissjoni ma tafx x’inhu l-ammont li fil-fatt ġie trasferit mill-FPAP lill-impriżi tas-sajd. Il-Kummissjoni tosserva għal dan li, minkejja ordni indirizzata lil Franza li tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-iffunzjonar tal-FPAP, din la kkomunikat il-mod tal-użu tal-finanzi ta’ dawn il-fondi u l-anqas il-kontabbiltà tiegħu. Fin-nuqqas ta’ din l-informazzjoni u fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti (34), il-Kummissjoni tqis li huwa utli li tipprovdi ċerti direzzjonijiet dwar il-metodoloġija li għandha tintuża biex jiġi determinat l-ammont tal-għajnuna li trid tiġi rkuprata.

(135)

Fid-definizzjoni ta’ dawn id-direzzjonijiet, il-Kummissjoni kkunsidrat il-fatt li, fid-dawl tal-ftehimiet, l-FPAP għandu l-obbligu li jżomm kontabbiltà li tippermetti l-għarfien tal-użu tal-ħlas bil-quddiem kif ukoll it-tqassim tar-riżorsi u tal-ispejjeż, u li dan impenja ruħu li jżomm id-dokumenti tal-kontabbiltà għal perjodu minimu ta’ 10 snin u li jpoġġihom għad-dispożizzjoni tad-diversi korpi tal-Istat meta dawn jitolbuhom (ara l-premessa 27). Minn dawn l-elementi, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet responsabbli li japplikaw id-deċiżjoni tal-irkuprar jkollhom il-possibbiltà li jgħarfu ċ-ċaqliq tal-finanzi tal-FPAP kif ukoll is-sitwazzjoni ta’ dawn il-finanzi fil-mument li din id-deċiżjoni trid tiġi implimentata. Barra minn dan, il-kontabbiltà tal-impriżi tas-sajd li ġeneralment tinżamm minn gruppi ta’ ġestjoni li huma parti miċ-Ċentru tal-Ġestjoni tas-sajd artiġjanali, li huwa rrappreżentat fuq il-kunsill tal-amministrazzjoni tal-FPAP, ikun possibbli wkoll li fil-kontabbiltà tal-impriżi jiġi identifikat il-kumpens li tħallas mill-FPAP.

6.1.   L-irkuprar mill-FPAP

(136)

L-ammont tal-għajnuna inkompatibbli li trid tiġi rkuprata mill-FPAP tikkorrispondi għall-parti mill-għajnuna mill-Istat li finalment ma ġietx trasferita lill-impriżi tas-sajd, jiġifieri l-ammont tal-ħlas bil-quddiem li ffinanzja l-ispejjez għall-iffunzjonar tal- FPAP kif ukoll l-ammont ta’ dawn il-ħlasijiet bil-quddiem li din żammet fil-finanzi tagħha. L-ammont totali tal-ispejjeż tal-iffunzjonar jista’ jingħaraf mill-awtorità responsabbli mill-implimentazzjoni tal-irkuprar mill-kontabbiltà tal-FPAP. Minħabba n-natura funġibbli tal-flus u l-impossibbiltà li wieħed jiddistingwi minn fejn ġejjin skont l-użu tagħhom, il-Kummissjoni tqis li l-parti tal-ħlasijiet bil-quddiem tal-Istat li ffinanzjat dawn l-ispejjeż għall-iffunzjonar tikkorrispondi għall-ammont totali ta’ dawn l-ispejjeż imqabbel mal-proporżjon ta’ dawn il-ħlasijiet bil-quddiem, fir-rigward tas-somma ta’ dawn il-ħlasijiet bil-quddiem u l-istess fondi tal-FPAP (il-kontribuzzjonijiet tal-imsieħba). Bl-istess mod, l-ammont tal-ħlasijiet bil-quddiem miżmum fil-finanzi jista’ jiġi determinat li jaffetwa l-finanzi li baqa’ bl-istess proporzjon.

6.2.   L-irkuprar mingħand l-impriżi tas-sajd

(137)

Kif indikat hawn fuq, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata mingħand l-impriżi kollha tas-sajd jikkorrispondi għall-65 jew għas-77 miljun tal-ħlasijiet bil-quddiem, imnaqqsa mis-somma li trid tiġi rkuprata mill-FPAP skont l-indikazzjonijiet mogħtija fil-premessa 136. F’dak li jikkonċerna l-għajnuna mill-Istat li trid tiġi rkuprata minn kull waħda minn dawn l-impriżi, wieħed irid jikkunsidra l-fatt li mhux possibbli, min-naħa tal-kontabbiltà, li ssir distinzjoni bejn l-għajnuna li hija kwalifikata bħala għajnuna mill-Istat u dik li mhix responsabbiltà tal-Istat (ara l-paragrafu 4.2.1.2 ta’ din id-Deċiżjoni).

(138)

Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mill-Istat li trid tiġi rkuprata minn kull impriża tista’ tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-kumpens li kull impriża irċeviet taħt l-assigurazzjoni tad-diżil.

(139)

Billi tieħu dan il-kumpens bħala l-bażi tal-kalkolu, il-Kummissjoni twarrab l-ekwivalenti-sussidju tal-ekonomija mwettqa minn kull impriża tas-sajd minħabba li l-karburant jinxtara bi prezz anqas minn dak tas-suq. Il-Kummissjoni tqis li huwa dan ġustifikat minħabba li l-impriżi li bbenefikaw mill-prezzijiet preferenzjali għall-karburant huma l-istess bħal dawk li bbenefikaw minn kumpens taħt l-assigurazzjon itad-diżil, u dan fi proporzjoni rispettivi li jistgħu jiġu mqabbla minħabba li aktar ma impriża xtrat karburant bi prezz preferenzjali aktar ma din kisbet kumpens ogħla u kontra. Bl-għażla ta’ din il-bażi, għalhekk ma jkunx hemm tgħawwiġ bejn l-impriżi konċernati meta mqabbla mal-obbligi ta’ ħlas lura li jridu jaffaċjaw. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tinnota li, jekk wieħed ried jikkunsidra dawn l-ammonti ekwivalenti għal sussidji fil-bażi tal-kalkolu, jkun neċessarju għalhekk li jiġi kkalkulat, għal kull darba li l-vapur jerġa’ jingħata l-karburant matul il-perjodu tal-attività tal-FPAP fuq is-swieq tal-futures taż-żejt, id-differenza bejn l-ispiża li kienet tirriżulta mix-xiri bil-prezz tal-ġurnata u l-ispiża fil-fatt minfuqa mill-kooperattiva wara li tkun qieset liema kien il-prezz tal-ġurnata applikabbli għat-tip ta’ karburant mixtri u fil-post tal-provvista. Kien ikun aktar diffiċli li jiġi implimentat dan il-metodu. Din hija r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni tqis li jkun preferibbli li tirrakkomanda bażi tal-kalkolazzjoni li tiffaċilita x-xogħol tal-awtoritajiet u l-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni id-deċiżjoni tal-irkuprar.

(140)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mill-Istat li trid tiġi rkuprata minn kull impriża tista’ tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-kumpens li tirċievi kull kumpanija taħt l-assigurazzjoni tad-diżil. L-għajnuna mill-Istat li trid tiġi rkuprata għandha tiġi kkalkulata billi dan il-kumpens jiżdied b’persentaġġ li jikkorrispondi għall-proporzjon tal-ammont globali tal-għajnuna mill-Istat li trid tiġi rkuprata mill-impriżi tas-sajd fuq l-ammont globali tal-kumpens imħallas lill-impriżi tas-sajd mill-FPAP taħt l-assigurazzjoni tad-diżil.

(141)

L-ammont li jrid jiġi rkuprat minn kull impriża tas-sajd għalhekk irid jiġi kkalkulat skont il-formoli li ġejjin:

Formula

Fejn

R*Ent

=

l-ammont li jrid jiġi rkuprat mill-impriża tas-sajd

I

=

l-ammont tal-kumpens li tirċievi l-impriża tas-sajd taħt l-assigurazzjoni tad-diżil

Ħlasijiet bil-quddiem

=

65 jew 77 miljun euro

R*FPAP

=

l-ammont li jrid jiġi rkuprat mill-FPAP skont l-indikazzjonijiet li jidhru fil-premessa 136

Total I

=

l-ammont totali tal-kumpens imħallas mill-FPAP lill-impriżi tas-sajd taħt l-assigurazzjoni tad-diżil

(142)

Din il-formola tikkunsidra l-premessa li l-FPAP ta benefiċċji fuq is-swieq tal-futures, benefiċċji li wara ingħataw lura kompletament lill-impriżi tas-sajd. Kif inhu deskritt f’din id-Deċiżjoni, dan huwa l-aktar każ plawżibbli. Madankollu, jaqbel ukoll li wieħed jipprevedi l-possibbiltà teoretika li l-FPAP kien ikollu telf fuq is-swieq tal-futures u fejn allura kien jirriżulta li l-impriżi tas-sajd kienu jibbenefikaw minn ammont globali ta’ kumpens inferjuri għall-ammont ta’ ħlas bil-quddiem li minnu huwa mnaqqas l-ammont li jrid jiġi rkuprat mill-FPAP. F’tali każ, il-kwozjent (Ħlas bil-quddiem – R*FPAP)/Total I ikun ġeneralment ta’ aktar minn 1, partikolarment jekk l-ammont “R*FPAP” huwa dgħajjef; l-applikazzjoni tal-formola t’hawn fuq allura jkollha l-effett li s-somma globali li trid tiġi rkuprata mingħand l-impriżi tas-sajd tkun superjuri għal dik li jkunu bbenefikaw minnha. Għalhekk, f’dan il-każ partikolari, jaqbel li jkun previst li l-ammont li jrid jiġi rkuprat mingħand kull impriża jikkorrispondi għall-ammont tal-kumpens li tkun irċeviet din l-impriża taħt l-“assigurazzjoni tad-diżil”. F’dan il-każ ipotetiku, il-bilanċ bejn il-ħlas bil-quddiem tal-Istat u l-kumpens imħallas lill-impriżi tas-sajd jrid jiġi rkuprat mill-FPAP, li fil-fatt kien jikkonsma din id-differenza.

(143)

L-għajnuna mill-Istat li jibbenefikaw minnhom l-impriżi tas-sajd jistgħu ma jkunux suġġetti għall-irkuprar jekk, fid-data li jingħataw fiha, dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 jew dawk tar-Regolament (KE) Nru 875/2007 li jikkonċernaw l-għajnuna de minimis,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mogħtija lil Fond ta’ Prevenzjoni tar-riskji tas-sajd (FPAP) għall-kisba ta’ opzjonijiet finanzjarji fuq is-swieq tal-futures taż-żejt u implimentata b’mod illegali minn Franza, fi vjolazzjoni tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat, hija inkompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2

L-għajnuna mogħtija lill-impriżi tas-sajd taħt forma ta’ tħaffif tal-ispejjeż tagħhom għall-karburant u implimentata b’mod illegali minn Franza fi vjolazzjoni tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat, hija inkompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 3

Għajnuna individwali mogħtija lil impriża tas-sajd skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (35) mhix suġġetta għall-irkuprar jekk, fil-mument tal-għotja tagħha, din kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet iffissati mir-Regolament adottat skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 994/98, applikabbli fil-mument tal-għotja tal-għajnuna.

Artikolu 4

1.   Franza għandha titlob il-ħlas lura mingħand il-benefiċjarji tal-għajnuna inkompabibbli stipulata fl-Artikoli 1 u 2.

2.   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati jipproduċu l-interessi mid-data li fiha dawn ikunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji, sakemm jiġu rkuprati effettivament.

3.   L-interessi huma kkalkulati fuq il-bażi magħmula skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 tal-Kummissjoni (36).

4.   Franza għandha tannulla l-ħlasijiet kollha ta’ għajnuna pendenti stipulati fl-Artikoli 1 u 2 b’effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   L-irkuprar tal-għajnuna stipulata fl-Artikoli 1 u 2 huwa immedjat u effettiv.

2.   Franza għandha tiżġura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur wara d-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 6

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, Franza għandha tikkomunika lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ammont totali (is-somma u l-interessi) li għandhom jiġu rkuprati mill- FPAP;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u previsti biex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni;

(c)

id-dokumenti li juru li l-FPAP jkun ġie notifikat formalment biex iħallas lura l-għajnuna.

2.   Franza għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li jittieħdu għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm tiġi rkuprata kompletament l-għajnuna stipulata fl-Artikolu 1. Din għandha titrażmetti immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, kull informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u li jkunu previsti biex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Din għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-interessi diġà rkuprati mingħand FPAP.

Artikolu 7

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, Franza għandha tikkomunika lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-lista tal-impriżi tas-sajd li rċevew għajnuna stipulata fl-Artikolu 2 u l-ammont totali li rċeviet kull waħda minnhom;

(b)

l-ammont totali (is-somma u l-interessi) li jridu jiġu rkuprati mingħand kull benefiċjarju;

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u li huma previsti biex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni;

(d)

d-dokumenti li juru li l-benefiċjarji jkunu ġew notifikati formalment biex iħallsu lura l-għajnuna.

2.   Franza għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li jittieħdu għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm tiġi rkuprata kompletament l-għajnuna stipulata fl-Artikolu 2. Din għandha titrażmetti immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, kull informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u li jkunu previsti biex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Din għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-interessi diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarji.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija inidirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(2)  ĠU C 91, 19.4.2006, p. 30.

(3)  ĠU C 229, 14.9.2004, p. 5.

(4)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Frar 1993, il-kwistjonijiet konġunti C-159/91 u C-160/91, AGF-Cancava, Rec. 1993, p. I-637.

(5)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Jannar 2006, C-222/04, Cassa di Risparmio, Rec. 2006, p. I-289.

(6)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, C-342/96, Spanja c/ il-Kummissjoni, Rec. 1999, p. I-2459; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ġunju 1999, C-256/97, DMTransports, Rec. 1999, p. I-3913; is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Lulju 2002, T-152/99, Andrès Molina, Rec. 2002, p. II-3049.

(7)  ĠU C 307, 17.12.2003, p. 11.

(8)  ĠU C 220, 8.9.2005, p. 2.

(9)  Kontra għal dak li jidher fid-Deċiżjoni tal-proċedura formali tal-eżami, il-vapuri ta’ din il-kategorija (aktar minn 12-il metru) ma jirrappreżentawx 95,3 % tal-bastimenti msieħba fl-FPAP. Fil-fatt, huma 95,3 % tal-bastimenti ta’ din il-kategorija li huma koperti mill-FPAP.

(10)  N. COULON Il-proporzjonijiet bankarji l-ġodda ta’ dejn tal-impriżi BANQUE Nru 511 Diċembru 1990, imsemmi minn Alain Galesnes fi “Id-djanjożi bankarja tal-impriża” f’Editions du Centre d’Etudes et de Recherches Financières appliquées (CEREFIA) Rennes, 1994/2004.

(11)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2002 C-482/99, Franza c/ Il-Kummissjoni, Rec. 2002, p. I-4397, partikolarment il-punti 53 sa 56.

(12)  http://pecheaquaculture.region-bretagne.fr

(13)  Dan il-limitu huwa dak li fl-aħħarnett inżamm fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2007 (ara n-nota 14).

(14)  ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4.

(15)  Ara n-nota 14.

(16)  Sors: L-Osservatorju ekonomiku reġjonali tas-sajd tal-Brettanja. “Ir-Riżultati tal-flotot artiġjanali 2005/2006” Nota ta’ sinteżi.

(17)  Ir-referenzi għall-partijiet 3.1 u 3.2 jirreferu għad-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura formali tal-eżami msemmija fil-premessa 11. Il-parti 3.1 kienet titratta l-għajnuna għall-kisba ta’ opzjonijiet fuq is-swieq tal-futures u l-vantaġġi finanzjarji li jirriżultaw minnha għall-FPAP u l-impriżi tas-sajd; il-parti 3.2 kienet titratta l-kumpens għax-xiri tal-karburant għal dawn l-istess impriżi.

(18)  Partikolarment: is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Lulju 1974, l-Italja c/ Il-Kummissjoni, 173/73, Rec. 1974, p. 709; tas-26 ta’ Settembru 1996, Franza c/ Il-Kummissjoni, imsejħa “Kimberly Clark”, C-241/94, Rec. 1996 p. I-4551; tat-12 ta’ Ottubru 2000, Spanja c/ Il-Kummissjoni, C-480/98, Rec. 2000, p. I-8717; u tat-12 ta’ Diċembru 2002, il-Belġju c/ Il-Kummissjoni, C-5/01, Rec. 2002, p. I-11991.

(19)  Ara l-paragrafu II tad-diskors tas-Sur D. Bussereau, il-Ministru tal-Agrikoltura u tas-Sajd, atul il-laqgħa ġenerali tal-Kumitat Nazzjonali tas-Sajd Marittimu u tal-Farms Marittimi tat-30 ta’ Ġunju 2005; dokument li jidher fl-indirizz tal-Internet li ġej: http://agriculture.gouv.fr/IMG/pdf/discours_300605_ag-cnpm.pdf

(20)  ĠU L 99, 7.4.2006, p. 21.

(21)  COM(2007) 73 finali.

(22)  Sorsi: OFIMER Iċ-ċifri ewlenin tal-qasam tas-sajd u tal-akwakultura fi Franza, l-edizzjoni 2006. Ukoll, Eurostat u Global Trade Information Service.

(23)  Is-sentenza tat-Tribunal tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 1998, T-241/95, Het Vlaamse Gewest c/il-Kummissjoni, Rec. 1998, p. II-717, il-punt 67.

(24)  L-Assemblea Nazzjonali – Rendikont tal-laqgħa tal-25 ta’ Ottubru 2006, diskors tas-Sur Dominique Bussereau, il-Ministru tal-Agrikoltura u s-Sajd.

(25)  COM(2006) 103 finali.

(26)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(27)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ottubru 1999, C-251/97, Ir-Repubblika Franċiża c/ il-Kummissjoni, Rec. 1999, p. I-6639, il-punt 35.

(28)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Rennes tas-16 ta’ Ġunju 1998, Marziou c/ Louzaouen, fi Le Droit Maritime Français, Nru 588, Diċembru 1998, p. 1201 u s. (Editions Lamy).

(29)  Disponibbli fuq www.legifrance.gouv.fr/

(30)  Il-bulettin uffiċjali tal-Ministeru tat-Tagħmir Nru 13 tal-25 ta’ Lulju 2003, disponibbli fuq www2.equipement.gouv.fr/bulletinofficiel/fiches/BO200313/Une.htm

(31)  Ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża 203 tat-3 ta’ Settembru 2003, p. 15051.

(32)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(33)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29.4.2004, il-Kwistjoni C-277/00, il-Ġermanja c. Il-Kummissjoni, Rec. 2004, p. I-3925, il-punt 75.

(34)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12.10.2000 il-Kwistjoni C-480/98, Spanja c. Il-Kummissjoni, Rec. 2000, p. I-8715, il-punt 25.

(35)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(36)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/88


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Diċembru 2008

dwar l-aċidu sulforiku li ma ġiex inkluż fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7612)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/937/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva Tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru, matul perjodu ta’ 12-il sena min-notifika ta’ dik id-Direttiva, jista’ jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jkunu diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, waqt li dawn is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati gradwalment fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-aċidu sulforiku.

(3)

Għall-aċidu sulforiku, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati skont id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 1112/2002 u (KE) Nru 2229/2004 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawk ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri Relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà Alimentari (EFSA) skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Għall-aċidu sulforiku l-Istat Membru Relatur kien Franza u t-tagħrif relevanti kollu ntbagħat f’ Ottubru 2007.

(4)

Il-Kummissjoni investigat l-aċidu sulforiku skont l-Artikolu 24a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Abbozz tar-rapport tar-reviżjoni għal dik is-sustanza ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fis-26 ta’ Settembru 2008 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni.

(5)

Matul l-investigazzjoni ta’ din is-sustanza attiva mill-Kumitat, ġie konkluż, b’kunsiderazzjoni tal-kummenti li waslu mingħand l-Istati Membri, li l-evidenza eżistenti mhix suffiċjenti biex tiġi ffinalizzata l-evalwazzjoni tar-riskju tal-konsumatur u jiġi stabbilit Livell Aċċettabbli ta’ Espożizzjoni għall-Operaturi (LAEO) u dan il-valur huwa neċessarju sabiex issir l-valutazzjoni tar-riskju tal-operatur. Barra minn hekk, kwistjonijiet oħra ta’ tħassib li ġew identifikati mill-Istat Membru relatur fir-rapport ta’ valutazzjoni tiegħu huma inklużi fir-rapport ta’ reviżjoni għas-sustanza.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tal-peer review u dwar jekk kienx beħsiebu jkompli jappoġġja s-sustanza. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li ġew investigati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib identifikat ma setax jitneħħa, u l-evalwazzjonijiet li saru fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata ma wrewx li jista’ jiġi mistenni li, fil-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aċidu sulforiku jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għalhekk l-aċidu sulforiku ma għandux jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li awtorizzazzjonijiet mogħtija għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-aċidu sulforiku jiġu rtirati f’perjodu ta’ żmien preskritt u li ma jiġġeddux, u li ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida lil prodotti bħal dawn.

(9)

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-aċidu sulforiku għandu jkun limitat għal perjodu ta’ tnax-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun ieħor tat-tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-aċidu sulforkiu jistgħu jibqgħu jinkisbu mill-bdiewa sa 18-il xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċizjoni.

(10)

Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-aċidu sulforiku skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (4), bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-aċidu sulforiku ma għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-aċidu sulforiku jiġu rtirati sal-5 ta’ Ġunju 2009;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aċidu sulforiku mhija se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kwalunkwe perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-5 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(4)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/90


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Diċembru 2008

dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8028)

(2008/938/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 732/2008 jistipula l-għoti ta’ arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jissodisfaw ċerti rekwiżiti stabbiliti skond l-Artikoli 8 u 9 tiegħu.

(2)

Kull pajjiż li qed jiżviluppa li jixtieq jibbenefika minn dan l-arranġament ta’ inċentiv speċjali kellu jibgħat talba dwar dan sal-31 ta’ Ottubru 2008, flimkien mat-tagħrif komprensiv dwar ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-leġislazzjoni u l-miżuri li jimplimentaw b’mod effettiv id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet u l-impenn tiegħu li jaċċetta u jikkonforma bis-sħiħ mal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza u reviżjoni previst fil-konvenzjonijiet rilevanti u strumenti relatati. Biex jingħata dak li jkun talab, il-pajjiż li qed jagħmel it-talba jrid jitqies ukoll bħala pajjiż vulnerabbli kif definit fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat dawn it-talbiet, skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, u stabbiliet il-lista finali ta’ pajjiżi benefiċjarji li jissodisfaw il-kriterji rilevanti. Skond dan, l-arranġament ta’ inċentiv speċjali għandu jingħata lil dawn il-pajjiżi bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2011.

(4)

Skond l-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, l-ilħuq tal-kriterji li huma wkoll is-suġġett tal-investigazzjonijiet pendenti fir-rigward tas-Sri Lanka (2) u El Salvador (3), li nbdew mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 (4) qed jiġi eżaminat waqt li qed isiru dawn l-investigazzjonijiet.

(5)

Il-pubblikazzjoni f’waqtha ta’ din id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li l-obbligu skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, biex jiġi ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jelenka l-pajjiżi li jibbenefikaw minn arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba sa mill-1 ta’ Jannar 2009, jintlaħaq.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-deċiżjoni jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li ġejjin għandhom jibbenefikaw mill-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba stipulat fir-Regolament (KE) Nru 732/2008 mill-1 ta’ Jannar 2009 għall-31 ta’ Diċembru 2011:

(AM)

l-Armenja

(AZ)

l-Ażerbajġan

(BO)

il-Bolivja

(CO)

il-Kolombja

(CR)

il-Kosta Rika

(EC)

l-Ekwador

(GE)

Il-Ġorġja

(GT)

il-Gwatemala

(HN)

il-Ħonduras

(LK)

is-Sri Lanka

(MN)

il-Mongolja

(NI)

in-Nikaragwa

(PE)

il-Perù

(PY)

il-Paragwaj

(SV)

El Salvador

(VE)

il-Venezwela

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil: ir-Repubblika tal-Armenja, ir-Repubblika tal-Ażerbajġan, ir-Repubblika tal-Bolivja, ir-Repubblika tal-Kolombja, ir-Repubblika tal-Kosta Rika, ir-Repubblika tal-Ekwador, ir-Repubblika ta’ El Salvador, il-Ġorġja, ir-Repubblika tal-Gwatemala, ir-Repubblika tal-Ħonduras, il-Mongolja, ir-Repubblika tan-Nikaragwa, ir-Repubblika tal-Paragwaj, ir-Repubblika tal-Perù, ir-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka u r-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela.

Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 277, 18.10.2008, p. 34.

(3)  ĠU L 108, 18.4.2008, p. 29.

(4)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.