ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
9 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

Paġna

 

 

1250/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1250/2004 tas-7 ta' Lulju 2004 li jemeda r-Regolament (KE) Nru 2808/98 f’dak li jirrigwarda l-primjum għall-prodotti tal-ħalib

1

 

 

1389/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1389/2004 tat-30 ta' Lulju 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

2

 

 

1427/2004/KE

 

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1427/2004 tad-9 ta' Awwissu 2004 jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid u li jistabbilixxi kodiċi komunitarju fuq prattiċi u proċessi enoloġiċi

3

 

 

1429/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1429/2004 tad-9 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tad-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-oriġini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

7

 

 

1449/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1449/2004 tat-13 ta' Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1609/88 tad-9 ta’ Ġunju 1988 li jesiġi l-aktar żmien tard tad-dħul fil-ħażna ta’ butir mibjugħ permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 3143/85 u (KE) Nru 2571/97

17

 

 

1481/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1481/2004 tad-19 ta' Awissu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel

18

 

 

1484/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/2004 tal-20 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-apikultura

19

 

 

1653/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità

21

 

 

1655/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1655/2004 tat-22 ta' Settembru 2004 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għat-tranżizzjoni bejn is-sistema ta' modulazzjoni fakultattiva stabbilita mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 tal-Kunsill u s-sistema ta' modulazzjoni obbligatorja stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill Nru (KE) 1782/2003

32

 

 

1808/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1808/2004 tat-18 ta' Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2138/97 li jiddelimita ż-żoni omoġenji tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

35

 

 

1813/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1813/2004 tad-19 ta' Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1433/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar il-fondi operattivi, programmi operazzjonali u għajnuna finanzjarja

38

 

 

1820/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1820/2004 ta’ l-20 ta' Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2208/2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 dwar miżuri ta’ informazzjoni inkonnessjoni mal-politika agrikola komuni

40

 

 

1856/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1856/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jissupplimenta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar l-iskrizzjoni ta' isem fir-Reġistru ta’ deskrizzjoni ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Lardo di Colonnata)

41

 

 

1862/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1862/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi n-normi ta’ tqegħid fis-suq li japplikaw għad-dulliegħ

48

 

 

1979/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2004 tas-17 ta’ Novembru 2004 li jadatta r-Regolament (KE) Nru 639/2003 li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja is-Slovenja u s-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea

54

 

 

1991/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1991/2004 tad-19 ta' Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

56

 

 

1973/2004/KE

 

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima

58

 

 

2080/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2080/2004 tas-6 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2298/2001, li jipprovdi r-regoli dettaljati għall-esportazzjoni tal-prodotti provduti bħala għajnuna tal-ikel, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea

142

 

 

2250/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2250/2004 tas-27 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 429/90, (KE) Nru 2571/97, (KE) Nru 174/1999, (KE) Nru 2771/1999, (KE) Nru 2799/1999, (KE) Nru 214/2001, (KE) Nru 580/2004, (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004 rigward il-limiti taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti u għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni

144

 

 

6/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 6/2005 ta' l-4 ta' Jannar 2005 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 46/2003 u 47/2003 b'rigward it-taħlitiet ta' tipi differenti ta' frott u ħaxix frisk fl-istess pakkett ta' bejgħ

148

 

 

118/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 tas-26 ta' Jannar 2005 li jbiddel l-Anness VIII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u jistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji għall-implimentazzjoni parzjali jew opzjonali tal-Iskema ta' Pagament Uniku u l-pakketti finanzjarji għall-Iskema ta' ħlas uniku għaż-żona stabilliti f'dak ir-Regolament

149

 

 

180/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2005 tat-2 ta' Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel

156

 

 

205/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2005 ta’ l-4 ta' Frar 2005 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' ċerti denominazzjonijiet fir-Reġistru tal-ismijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Valdemone — [AOP], Queso Ibores — [AOP], Pera de Jumilla — [AOP], Aceite de Terra Alta jew Oli de Terra Alta — [AOP], Sierra de Cádiz — [AOP], Requeijão Serra da Estrela — [AOP], Zafferano dell’Aquila — [AOP], Zafferano di San Gimignano — [AOP], Mantecadas de Astorga — [IGP] u Pan de Cea — [IGP])

157

 

 

681/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 681/2005 tad-29 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 rigward il-kundizzjonijiet biex wieħed jirċievi pagamenti tal-medda għall-kittien imkabbar għall-fibri

159

 

 

704/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 704/2005 ta' l-4 ta' Mejju 2005 emenda ta' xi elementi tal-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini li tinsab fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 (Mel de Barroso) [DOP]

160

 

 

708/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 708/2005 tal-10 ta' Mejju 2005 li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 (Azeites do Norte Alentejano) [DOP]

164

 

 

794/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2005 tas-26 ta' Mejju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 dwar l-iskemi ta’ appoġġ ipprovduti taħt it-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imserrħa mill-produzzjoni għall-ksib ta' materja prima

169

 

 

827/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 827/2005 tat-30 ta' Mejju 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti ġobon fiż-żmien ta' ħażna 2005/2006

171

 

 

832/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005 tal-31 ta' Mejju 2005 dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, isoglukożju u fruttożju għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

176

 

 

873/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 873/2005 tad-9 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2001 tal-5 ta' Frar 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra

178

 

 

884/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2005 tal-10 ta' Ġunju 2005 li jistabbilixxi l-proċeduri ta' kif ikunu kondotti l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima ( 33 )

180

 

 

885/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2005 ta’ l-10 ta' Ġunju 2005 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar l-iskrizzjoni ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini u indikazzjonijiet geografiċi protetti (Olive de Nice) [DPO]

185

 

 

886/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2005 ta' l-10 ta' Ġunju 2005 li jissupplimenta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 fir-rigward l-introduzzjoni ta' isem fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti — Miel de Granada (DPO)

187

 

 

936/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/2005 tal-20 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 14/2004, b'rigward il-bilanċ provviżorju ta' fornituri tad-dipartimenti Franċiżi lil hinn minn Franza għas-settur taċ-ċereali, taż-żejt veġetali u prodotti ta' frott u ħxejjex proċessati u l-fornitura ta' ċerti annimali ħajjin

189

 

 

944/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 944/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 li jisspospendi l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 331/2005

193

 

 

1008/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1008/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2771/1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999

194

 

 

1036/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1036/2005 ta' l-1 ta' Lulju 2005 li temenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u jiftaħ kwoti tariffarji

195

 

 

1044/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1044/2005 tal-4 ta’ Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2808/98 f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar tal-avveniment operattiv tar-rata tal-kambju għall-għajnuna finanzjarja skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004

200

 

 

1050/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1050/2005 tal-5 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2377/1999 li jistabbilixxi l-istandards ta’ marketing tal-asparagu

202

 

 

1051/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1051/2005 tal-5 ta’ Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema għall-ħażna tal-għeneb imqadded mhux ipproċessat u t-tin imqadded mhux ipproċessat

204

 

 

1085/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1085/2005 tat-8 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

206

 

 

1154/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1154/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jadattat l-kodiċjiet u d-deskrizzjoni ta’ ċerti prodotti li jidhru fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali

210

 

 

1187/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2005 tat-22 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1859/82 dwar l-għażla ta' azjendi tal-kontabilità biex jiġi determinat id-dħul tal-azjendi agrikoli

213

 

 

1216/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2005 tat-28 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, rigward il-potenzjal ta’ produzzjoni

217

 

 

1268/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1268/2005 ta' l-1 ta' Awwissu 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2191/81 dwar l-għoti ta' għajnuna għax-xiri tal-butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li mhumiex hemm għall-qliegħ

218

 

 

1293/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2005 tal-5 ta' Awwissu 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li jistabbilixxi metodi Komunitarji għall-analiżi tal-inbid

219

 

 

1318/2005/KE

 

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1318/2005 tal-11 ta' Awwissu 2005 li jemenda l-Annexx II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel

223

 

 

1336/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1336/2005 tat-12 ta' Awwissu 2005 li jemenda l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel ( 51 )

225

 

 

1357/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1357/2005 tat-18 ta' Awwissu 2005 li jikkompleta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 f’dak li jirrigwarda r-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Chevrotin (DPO)

229

 

 

1558/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1558/2005 tat-23 ta' Settembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1839/95 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' qammħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta' qammħirrum fil-Portugall

232

 

 

1608/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1608/2005 tat-30 ta' Settembru 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

234

 

 

1624/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1624/2005 ta' l-4 ta' Ottubru 2005 li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 dwar il-frott taċ-ċitru li jaqsam il-linja ta’ demarkazzjoni f'Ċipru

236

 

 

1663/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/2005 tal-11 ta' ottubru 2005 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel

238

 

 

1667/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1667/2005 tat-13 ta' Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

240

 

 

1747/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1747/2005 ta' l-24 ta' Ottubru 2005 jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur tal-inbid

241

 

 

1757/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1757/2005 tas-27 ta' Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 690/2001 dwar miżuri speċjali ta' sostenn tas-suq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

244

 

 

1820/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1820/2005 tat-8 ta' Novembru 2005 jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

246

 

 

1854/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1854/2005 ta' l-14 ta' Novembru 2005 jissupplimenta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 fir-rigward tad-dħul ta' isem fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċci protetti (Miel de Provence) [PGI]

248

 

 

1855/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1855/2005 ta' l-14 ta' Novembru 2005 jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 fir-rigward tad-dħul ta' ċertu ismijiet fir-Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Mela Alto Adige or Südtiroler Apfel — [PGI], Asperge des Sables des Landes — [PGI], Pâtes d’Alsace — [PGI], Jamón de Trevélez — [PGI], Oliva Ascolana del Piceno — [PDO])

250

 

 

1856/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1856/2005 ta’ l-14 ta' Novembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli fir-rigward tal-prodotti li għalihom hija meħtieġa l-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ta' ċertifikat

252

 

 

1881/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2005 tas-17 ta' Novembru 2005 jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 rigward il-Fond Komunitarju tat-Tabakk

254

 

 

89/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 89/2006 tad-19 ta' Jannar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2295/2003 fir-rigward tad-denominazzjonijiet li jistgħu jintużaw għat-tqegħid fis-suq tal-bajd f'każ ta' restrizzjonijiet ta' aċċess ħieles għal ħruġ fil-beraħ tat-tiġieġ

257

 

 

228/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 228/2006 tad-9 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2257/94 li jistabbilixxi l-istandards tal-kwalità għall-banana

259

 

 

261/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 261/2006 tal-15 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

261

 

 

262/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2006 tal-15 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2729/2000 li jistabbixxi regoli dettaljati ta' implimentazzoni għall-kontrolli fis-settur tal-inbid

265

 

 

263/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 263/2006 tal-15 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 796/2004 u (KE) Nru 1973/2004, għal dak li għandu x'jaqsam mal-ġewż

267

 

 

316/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 316/2006 tat-22 ta' Frar 2006 jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u l-ftuħ ta’ kwoti tat-tariffa

269

 

 

354/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 354/2006 tat-28 ta’ Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2003 li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport

272

 

 

408/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 408/2006 tad-9 ta' Marzu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 936/97 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat

274

 

 

410/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 410/2006 tad-9 ta' Marzu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli komuni ddetaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' arranġament minn qabel għall-prodotti agrikoli

276

 

 

417/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2006 tal-10 ta' Marzu 2006 li jikkompleta l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 rigward ir-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pimiento Asado del Bierzo — [IGP], Fico bianco del Cilento — [AOP], Melannurca Campana — [IGP], Montes de Granada — [AOP], Huile d’olive de Nice — [AOP], Aceite de la Rioja — [AOP], Antequera — [AOP])

277

 

 

430/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissoni (KE) Nru 430/2006 tal-15 ta' Marzu 2006 li japprova l-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-konformità mal-istandards tal-marketing applikabbli għall-frott u l-ħxejjex imwettqa fis-Senegal qabel l-importazzjoni fil-Komunità

279

 

 

474/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 51 )

281

 

 

491/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 491/2006 tas-27 ta' Marzu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2375/2002 li jiftah u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffali (tariffarji) Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92

296

 

 

643/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2006 tas-27 ta' April 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi enoloġiċi, u r-Regolament (KE) Nru 884/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati tal-applikazzjoni li jikkonċerna d-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta’ prodotti tal-inbid u r-rekords li għandhom ikunu miżmuma fis-settur tal-inbid

299

 

 

661/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 661/2006 tat-28 ta' April 2006 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 312/2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mit-Tuneżija, f’dak li jirrigwarda l-limitazzjoni mensili għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2006 sal-31 ta’ Ottubru 2006

303

 

 

699/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 699/2006 tal-5 ta' Mejju 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal aċċess għat-tjur li jinżammu fi spazji fl-arja aperta

304

 

 

769/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 769/2006 tad-19 ta' Mejju 2006 li tissospendi l-possibbiltà li jitressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor C mit-23 ta’ Mejju 2006 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 493/2006 f’dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri tranżizzjonali applikabbli għaz-zokkor C

306

 

 

830/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 830/2006 tat-2 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2003 fir-rigward tal-importazzjonijiet taċ-ċereali u r-ross

308

 

 

852/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 852/2006 tad-9 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 793/2006 li jistabilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod tal-Unjoni

309

 

 

926/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 926/2006 tat-22 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tariffarji

311

 

 

956/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 956/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom ċerti prodotti agrikoli miksubin minn produzzjoni organika jeħtiġilhom joriġinaw biex ikunu kkummerċjalizzati fil-Komunità ( 51 )

315

 

 

970/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 970/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni tax-xgħir minn pajjiżi terzi

319

 

 

971/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 971/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2375/2002 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi

321

 

 

973/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità marbuta skont il-GATT għal ċertu frott u ħaxix u prodotti pproċessati tal-frott u l-ħaxix mill-1996

323

 

 

952/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti

328

 

 

991/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 991/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1870/2005 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi u li jintroduċi sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għal tewm impurtat minn pajjiżi terzi

349

 

 

1017/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1017/2006 ta' l-4 ta' Lulju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1472/2003 li jagħti bidu u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa tal-Komunità għas-sugu tal-għeneb u għeneb magħsur b’effett mis-sena ta’ suq 2003/2004, safejn hija kkonċernata l-kwota tariffarja

352

 

 

1022/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2006 tal-5 ta' Lulju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2005 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar l-azzjonijiet ta' tagħrif u ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern

353

 

 

1134/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1134/2006 tal-25 ta' Lulju 2006 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003

355

 

 

1179/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/2006 ta’ l-1 ta'Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur

358

 

 

1187/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2006 tat-3 ta' Awwissu 2006 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 796/2004 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 21 tiegħu f’ċerti Stati Membri

363

 

 

1193/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2006 ta' l-4 ta' Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1990/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur tal-inbid minħabba l-adeżjoni tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea

368

 

 

1197/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1197/2006 tas-7 ta' Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2967/85 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal

369

 

 

1221/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1221/2006 tal-11 ta' Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

371

 

 

1222/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1222/2006 tal-11 ta' Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 944/2006 li jiftaħ id-distillazzjoni ta’ kriżi kif provdut fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 għal ċerti nbejjed fl-Italja

372

 

 

1226/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2006 ta’ l-14 ta' Awwissu 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2771/1999 u (KE) Nru 1898/2005 fir-rigward tad-dħul fil-ħażna tal-butir ta’ intervent li jitqiegħed għall-bejgħ

373

 

 

1255/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1255/2006 tal-21 ta' Awwissu 2006 li li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1431/94 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati, fis-settur tal-laħam tat-tjur, l-arranġamenti tal-importazzjonijiet ipprovvduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 774/94 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal-laħam tat-tjur u ċerti prodotti oħra agrikoli

374

 

 

1257/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1257/2006 tal-21 ta' Awwissu 2006 li japprova l-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet ta' indikazzjoni ġeografika li tidher fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Nocciola di Giffoni) [IGP]

380

 

 

1263/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/2006 tat-23 ta' Awwissu 2006 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 1464/95, (KE) Nru 174/1999, (KE) Nru 800/1999, u (KE) Nru 1291/2000, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 633/2004, (KE) Nru 1138/2005, (KE) Nru 951/2006 u (KE) Nru 958/2006 fir-rigward ta’ prodotti agrikoli esportati lejn il-Libanu

385

 

 

1301/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni

387

 

 

2006/588/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi l-ammonti li għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skont il-modulazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għas-snin 2006-2012 (notifikata bid-dokument numru C(2006) 3839)

395

 

 

2006/636/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2006 li tistabbilixxi l-analiżi annwali mill-Istati Membri tal-ammont għall-għajnuna Komunitarja għall-iżvilupp rurali għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2013 (notifikata nid-dokument numru C(2006) 4024)

398

 

 

1487/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1487/2006 tad-9 ta' Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2921/90 għal dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna għall-ħalib xkumat għall-produzzjoni tal-każeina u l-każeinati

401

 

 

1517/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1517/2006 tat-12 ta' Ottubru 2006 li jiftaħ id-distilazzjoni ta’ kriżi msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 għal ċerti nbejjed fi Spanja

402

 

 

1541/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1541/2006 tat-13 ta' Ottubru 2006 li jiffissa l-koeffiċjent sabiex ikun stabbilit il-limitu ta' rtirar imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006

404

 

 

1542/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1542/2006 tat-13 ta' Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 493/2006 dwar il-miżuri tranżitorji fil-qafas tar-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

406

 

 

1555/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/2006 tat-18 ta' Ottubru 2006 jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1039/2006 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji tal-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja

409

 

 

1558/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1558/2006 tat-18 ta' Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2799/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf tal-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat

413

 

 

1847/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1847/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti orizzontali fil-politika agrikola komuni minħabba s-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

414

 

 

1851/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2006 ta’ l-14 ta' Diċembru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward tal-konsum tal-għalf konvenzjonali matul il-perjodi ta’ transumanza

449

 

 

1918/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 ta’ l-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija

450

 

 

1951/2006/KE

 

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1951/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 dwar ċerti modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, f’dak li jikkonċerna l-preżentazzjoni tal-inbejjed ittrattati fil-kontenituri tal-injam

452

 

 

1975/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 tas-7 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali

455

 

 

1977/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1977/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1201/2006 li jiffissa l-koeffiċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2006/2007, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija

466

 

 

2000/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2000/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1870/2005 minħabba fl-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

468

 

 

2002/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2002/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

470

 

 

2006/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2006/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 sabiex jinkludu l-kwota tariffarja annwa għall-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fil-Kroazja

472

 

 

2016/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2016/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jadatta diversi regolamenti li jikkonċernaw is-suq taz-zokkor b’riżultat tal-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

475

 

 

2018/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2018/2006 ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali dwar liċenzji għall-importazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

481

 

 

1994/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1994/2006 tas-27 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2007, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

483

 

 

2030/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2030/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1607/2000, (KE) Nru 1622/2000 u (KE) Nru 2729/2000 li jikkonċerna s-settur tal-inbid minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

487

 

 

92/2007/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2007 tat-30 ta' Jannar 2007 li jiffissa kwantità komplementarja ta' zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġina fl-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u l-Indja għall-provvista lir-raffineriji għas-sena tas-suq 2006/2007

490

 

 

391/2007/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 tal-11 ta' April 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' sistemi ta' monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd

492

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali għandha n-Nru L 330 M.

 

(33)   Test b'Relevanza għaż-ŻEE

 

(51)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (KE) Nru 1250/2004

tas-7 ta' Lulju 2004

li jemeda r-Regolament (KE) Nru 2808/98 f’dak li jirrigwarda l-primjum għall-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (2), jipprovdi b’mod partikolari primjum għall-prodotti tal-ħalib, kif ukoll pagamenti supplimentari fil-forma ta’ supplimenti tal-primjum, li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2004.

(2)

Il-primjum għall-prodotti tal-ħalib kien iddaħħal oriġinalment bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/99 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (3), wara t-tnaqqis gradwali tal-appoġġ tas-suq fis-settur tal-ħalib. Il-livell tal-primjum għandu jiżdied kull sena sal-2007, bi tpattija għat-tnaqqis imsemmi fl-appoġġ tas-suq li jseħħ kull sena fl-1 ta' Lulju, data li tikkorrispondi għall-ewwel jum tas-sena tas-suq tal-ħalib.

(3)

Għaldaqstant jeħtieġ li għall-primjum għall-prodotti tal-ħalib ikun stabbilit li l-fattur operattiv għar-rata tal-kambju jkun iffissat bħala l-1 ta' Lulju tas-sena li għaliha tingħata l-għajnuna. Għal finijiet ta’ koerenza, jeħtieġ ukoll li jkun ipprovdut li l-istess fattur operattiv li jiġġenera r-rata tal-kambju għandu japplika għall-primjum għall-prodotti tal-ħalib kif ukoll għall-pagamenti supplimentari.

(4)

Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi emendat u rettifikat skont dan ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema agromonetarja tal-euro fis-settur agrikolu (4).

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitati ta' ġestjoni kkonċernati.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-primjum għall-prodotti tal-ħalib kif ukoll għall-pagamenti supplimentari msemmija fit-Titolu IV, il-Kapitolu 7, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, il-fattur operattiv għar-rata tal-kambju huwa l-1 ta' Lulju tas-sena li għaliha tingħata l-għajnuna.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 864/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48).

(3)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(4)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 36. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2304/2003 (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 6).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1389/2004

tat-30 ta' Lulju 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 80(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 tal-Kummissjoni (2) l-iskadenza prevista fl-ewwel subpragrafu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolamednt (KE) Nru 1493/1999 għad-deroga mill-paragrafu 2 tal-istess Artikolu ġiet posposta għall-31 ta’ Lulju 2004 biex jiġu riżolti l-problemi prattiċi tal-aħħar, l-iskadenza jeħtieġ tkun posposta għal darb’oħra. Effettivament, it-tħaddim ta’ dispożizzjonijiet differenti rigward l-għoti tad-deroga jimponi piż amministrattiv serju u kkumplikat, partikolarment fir-rigwrd ta' kontrolli u pieni. Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għalhekk huwa meħtieġ li d-data msemmija titmexxa għall-31 ta’ Lulju 2005.

(2)

Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal- Ġestjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 jinbidel b'dan li ġej:

1a.   “L-iskadenza stipulata fl-Artikolu 2(3), tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tkun pospost għall-31 ta’ Lulju 2005.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Awissu 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 30 ta' Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1203/2003 (ĠU L 168, 5.7.2003, p. 9).

(2)  ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1841/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 58).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

3


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1427/2004

tad-9 ta' Awwissu 2004

jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid u li jistabbilixxi kodiċi komunitarju fuq prattiċi u proċessi enoloġiċi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1) u b'mod partikulari l-Artikolu 46 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja emenda l-punt 4(d) tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, li jipprovdi l-possibbiltà li jintuża t-tferriegħ tal-inbid fil-karfa jew ir-residwu mill-għasira jew il-polpa tal-aszú magħsura fejn din il-prattika tintuża tradizzjonalment għall-produzzjoni ta' “Tokaji fordítás” u “Tokaji máslás” fl-Ungerija u “Tokajský forditáš” u “Tokajský mášláš” fir-reġjun Ungeriż ta' Tokaj, f'kundizzjonijiet li jridu jiġu determinati. Hu għalhekk neċessarju li jiġu determinati iktar dawn il-kundizzjonijiet u li tiġi stabbilita proċedura ta' notifika jekk l-Istat Membru għandu l-intenzjoni li jimmodifika dawn.

(2)

Il-Parti A talAnness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 (2) jagħti lista tal-varjetà tad-dwieli li jipproduċu l-most tal-għeneb jew il-most tal-għeneb li jkun fil-fermentazzjoni li jista' jintuża biex jikkostitwixxi l-cuvée għat-tħejjija ta' nbejjed frizzanti ta' kwalità tat-tip aromatiku u nbejjed frizzanti ta' kwalità psr tat-tip aromatiku. Dik il-lista għandha tkun emendata biex tinkludi l-varjetajiet prodotti fir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u s-Slovakkja.

(3)

Il-limiti għall-kontenut tad-dijossidu tal-kubrit huma stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti A talAnness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Derogi għal dawn il-limiti huma mniżżla fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness V tal-imsemmi Regolament, u fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000. L-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jiġi emendat minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja.

(4)

Xi nbejjed tal-mejda Franċiżi li għandhom indikazzjoni ġeografika jista' jkollhom qawwa totali alkoħolika bil-volum akbar minn 15 % vol. u għalhekk jista' jkollhom kontenut aċidu volatili fuq il-limiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 imma inqas minn 25 milliekwivalenti kull litru. Xi nbejjed psr ta' kwalità Griegi għandhom qawwa totali alkoħolika bil-volum ta’ mill-inqas 13 % vol, li jintitolahom għal eċċezzjoni rigward il-kontenut aċidu volatili stabbilit fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Dawn l-inbejjed għandhom ikunu miżjuda mal-lista fl-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000. Dak l-Anness XII għandu jiġi emendat minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Ungerija, is-Slovakkja u s-Slovenja.

(5)

L-Anness XVIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 jistipula li l-inbejjed likorużi ta' kwalità psr li magħhom il-prodotti li hemm referenza għalihom fil-punt 2(b) tal-Parti J fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandhom jiġu miżjuda. Dik il-lista għandha tiġi emendata minħabba d-dħul ta' Ċipru.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jiġi emendat kif ġej.

(7)

Għal raġunijiet ta' kontroll u sabiex tiġi stabbilita l-applikazzjoni tal-emendi tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2004.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Amministrazzjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Titlu II, Kapitlu I, l-Artikolu 18a li ġej għandu jiżdied:

“Artiklu 18a

It-tferriegħ tal-inbid jew il-most tal-għeneb fil-karfa jew ir-residwu mill-għasira jew il-polpa tal-aszú magħsura

It-tferriegħ tal-inbid jew il-most tal-għeneb fil-karfa jew ir-residwu mill-għasira jew il-polpa tal-aszú magħsura stabbilit fil-punt 4(d) tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għandu jsir kif ġej, skont id-dispożizzjonijiet Ungeriżi fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004:

(a)

it-Tokaji fordítás għandu jiġi ppreparat bit-tferrigħ tal-most jew tal-inbid fuq il-polpa tal-aszú magħsura;

(b)

it-Tokaji máslás għandu jiġi ppreparat bit-tferrigħ tal-most jew tal-inbid fuq il-karfa tal-szamorodni jew aszú.”

(2)

Il-Parti A tal-Anness III hija mibdula bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-ewwel paragrafu fl-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (a), is-sitt u s-seba' inċiżi li ġejjin huma miżjuda:

“—

l-inbejjed ta' kwalità psr deskritti bit-terminu ‘pozdní sběr’,

l-inbejjed ta' kwalità psr deskritti bit-terminu ‘neskorý zber’”

(b)

Fil-punt (b), l-inċiżi li ġejjin huma miżjuda:

“—

l-inbejjed ta' kwalità psr huma deskritti bit-termini ‘výběr z bobulí’, ‘výběr z cibéb’, ‘ledové víno’ u ‘slámové víno’,

L-inbid ta' kwalità psr deskritt bit-termini ‘bobuľový výber’, ‘hrozienkový výber’ u ‘ľadový výber’”

(c)

Il-punt (c) li ġej huwa miżjud:

“(c)

350 mg/l għal:

l-inbejjed ta' kwalità psr deskritti bit-terminu ‘výběr z hroznů’,

l-inbejjed ta' kwalità psr deskritti bit-terminu ‘výběr z hroznů’,”

(4)

L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-tieni subparagrafu tal-punt (b), l-inċiżi li ġejjin huma miżjuda:

“—

Vin de pays du Jardin de la France, b'eċċezzjoni għall-inbejjed prodotti fiż-żona li għandha d-denominazzjoni kontrollata tal-oriġini u fiż-żoni fejn hemm imħawwla l-varjetà ta' Chenin, fid-dipartimenti Maine et Loire u Indre et Loire,

Vin de pays Portes de Méditerranée,

Vin de pays des comtés rhodaniens,

Vin de pays des côtes de Thongue,

Vin de pays de la Côte Vermeille;”

(b)

il-punt (g) huwa mibdul bil-punti (g) sa (m) li ġejjin:

“(g)

għall-inbejjed li joriġinaw mill-Kanada:

35 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed deskritti bil-kelmiet ‘Icewine’.

(h)

għall-inbejjed Ungeriżi:

 

25 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr li ġejjin:

Tokaji máslás,

Tokaji fordítás,

aszúbor,

töppedt szőlőből készült bor,

Tokaji szamorodni,

késői szüretelésű bor,

válogatott szüretelésű bor;

 

35 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr li ġejjin:

Tokaji aszú,

Tokaji aszúeszencia,

Tokaji eszencia.

(i)

għall-inbejjed Ċeki:

 

30 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr deskritti bil-kelmiet ‘výběr z bobulí’ u ‘ledové víno’,

 

35 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr deskritti bil-kelmiet ‘slámové víno’ u ‘výběr z cibéb’;

(j)

għall-inbejjed Griegi:

 

30 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr li ġejjin b'qawwa totali alkoħolika bil-volum daqs jew iktar minn 13 % u kontenut residwu ta' żokkor ta' mill-inqas 45 g/l:

Samos (Σάμος),

Rhodes (Ρόδος),

Patras (Πάτρα),

Rio Patron (Ρίο Πατρών),

Cephalonie (Κεφαλονιά),

Limnos (Λήμνος),

Sitia (Σητεία),

Santorini (Σαντορίνη),

Nemea (Νεμέα),

Daphnes (Δαφνές);

(k)

għall-inbejjed Ċiprijotti:

 

25 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed likorużi ta' kwalità psr ‘Κουμανδαρία’ (Commandaria);

(l)

għall-inbejjed Slovakki:

 

25 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr li ġejjin:

tokajské samorodné;

 

35 milliekwivalenti għal kull litru għal

tokajský výber;

(m)

għall-inbejjed Sloveni:

 

30 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr li ġejjin:

vrhunsko vino ZGP — jagodni izbor,

vrhunsko vino ZGP — ledeno vino;

 

35 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr li ġejjin:

vrhunsko vino ZGP — suhi jagodni izbor.”

(5)

Fl-Anness XVIII, il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 1, dan li ġej huwa miżjud:

 

“ĊIPRU

Κουμανδαρία (Commandaria)”

(b)

fil-punt 2, dan li ġej huwa miżjud:

 

“ĊIPRU

Κουμανδαρία (Commandaria)”

(c)

fil-punt 4, dan li ġej huwa miżjud:

 

“ĊIPRU

Κουμανδαρία (Commandaria)”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta' Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1410/2003 (ĠU L 201, 8.8.2003, p. 9).


ANNESS

“A   Lista ta' varjetajiet ta' dwieli li l-għeneb tagħhom jista' jintuża biex jikkostitwixxi t-tħejjija ta' nbejjed frizzanti ta' kwalità tat-tip aromatiku u nbejjed frizzanti ta' kwalità psr tat-tip aromatiku

(L-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament)

 

Aleatico N

 

Ασύρτικο (Assyrtiko)

 

Bourboulenc B

 

Brachetto N

 

Clairette B

 

Colombard B

 

Csaba gyöngye B

 

Cserszegi fűszeres B

 

Freisa N

 

Gamay N

 

Gewürztraminer Rs

 

Girò N

 

Γλυκερίθρα (Glykerythra)

 

Huxelrebe

 

Irsai Olivér B

 

Macabeu B

 

Il-malvoisies kollha

 

Mauzac blanc u rosé

 

Monica N

 

Μοσχοφίλερο (Moschofilero)

 

Müller-Thurgau B

 

Il-muscatels kollha

 

Nektár

 

Pálava B

 

Parellada B

 

Perle B

 

Piquepoul B

 

Poulsard

 

Prosecco

 

Ροδίτης (Roditis)

 

Scheurebe

 

Torbato

 

Zefír B”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1429/2004

tad-9 ta’ Awwissu 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tad-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-oriġini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,

Billi:

(1)

Jeħtieġ li jsiru ċerti emendi lir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 (2) minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn issa ’l quddiem imsejħa “l-Istati Membri ġodda”) mal-Unjoni Ewropea.

(2)

Bl-Adeżjoni, ħareġ ċar li l-fruntiera ta’ reġjun ta' vitikultura mhijiex neċessarjament fi ħdan fruntiera ta' wieħed mill-Istati Membri u li espressjonijiet tradizzjonali jista’ jkollhom karattru transkonfinali. Għaldaqstant huwa meħtieġ li tiġi modifikata d-dispożizzjoni dwar espressjonijiet tradizzjonali biex ikunu jistgħu jintużaw, skont kundizzjonijiet speċifiċi, ċerti espressjonijiet tradizzjonali minn żewġ Stati Membri jew aktar.

(3)

Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 753/2002 jistipula regoli speċifiċi għall-inbejjed tal-mejda b’indikazzjoni ġeografika, u jelenka t-termini tradizzjonali użati fir-reġjuni differenti tal-Istati Membri biex jiddeskrivu nbejjed bħal dawn. Din il-lista għandha tiġi adattata bit-termini xierqa użati mill-Istati Membri ġodda.

(4)

Il-listi tat-termini speċifiċi tradizzjonali u tat-termini tradizzjonali addizzjonali għandhom jiġu adattati bit-termini xierqa użati mill-Istati Membri ġodda.

(5)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 753/2002 jelenka l-varjetajiet ta’ dwieli u s-sinonimi tagħhom li jinkludu indikazzjoni ġeografika u li jistgħu jidhru fuq it-tikketti tal-inbejjed. Dan l-Anness għandu jiġi adattat bit-termini xierqa li ntużaw mill-Istati Membri ġodda fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Minħabba raġunijiet ta’ kontroll u biex isir provvediment għall-applikazzjoni tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 753/2002 sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, dan ir-Regolament għandu japplika sa mill-1 ta’ Mejju 2004.

(8)

Biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mis-sistema ta’ ttikkettjar tal-inbid li kienet teżisti fl-Istati Membri l-ġodda qabel l-adeżjoni, għar-regoli Komunitarji dwar l-ittikkettjar tal-inbid, jeħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jitħallew jużaw tikketti u materjal ta’ qabel l-ippakkjar stampati b’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali preċedenti.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 24, qed jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Terminu tradizzjonali jitqies tradizzjonali fl-ilsien uffiċjali ta' Stat Membru jekk ikun intuża f'dak l-ilsien uffiċjali u f’reġjun speċifikat tal-fruntiera tal-Istat(i) Membru/i ġar/ġirien għall-inbejjed elaborati skont l-istess kundizzjonijiet, sakemm tali terminu jissodisfa l-kriterji fil-punti (a) sa (d) f’wieħed minn dawn l-Istati Membri u jekk iż-żewġ Stati Membri jaqblu li jiddefinixxu, jużaw u jipproteġu tali terminu.”

(2)

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 28 l-inċiżi li ġejjin qed jiżdiedu wara t-tmien inċiż:

“—

‘zemské víno’ fil-każ tal-inbejjed tal-mejda li joriġinaw fir-Repubblika Ċeka,

‘τοπικός οίνος’ fil-każ tal-inbejjed tal-mejda li joriġinaw f'Ċipru,

‘tájbor’ fil-każ tal-inbejjed tal-mejda li joriġinaw fl-Ungerija,

‘Inbid ta’ lokalità tradizzjonali (“I.L.T.”)’ fil-każ tal-inbejjed tal-mejda li joriġinaw f’Malta,

‘deželno vino s priznano geografsko oznako’ jew ‘deželno vino PGO’ fil-każ tal-inbejjed tal-mejda li joriġinaw fis-Slovenja,”

(3)

L-Artikolu 29 hu emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punti li ġejjin qed jiżdiedu mal-paragrafu 1:

“(k)

Ir-Repubblika Ċeka:

‘jakostní víno’, ‘jakostní víno odrůdové’, ‘jakostní víno známkové’

‘jakostní víno s přívlastkem’ jew ‘víno s přívlastkem’, flimkien ma’ waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin: ‘kabinetní víno’, ‘pozdní sběr’, ‘výběr z hroznů’, ‘výběr z bobulí’, ‘výběr z cibéb’, ‘ledové víno’, ‘slámové víno’

‘jakostní likérové víno’

‘jakostní perlivé víno’

‘víno originální certifikace’, ‘V.O.C.’, ‘VOC’;

(l)

Ċipru:

‘ΟΕΟΠ’ (‘Οίνος Ελεγχόμενης Ονομασίας Προέλευσης’)

‘οίνος γλυκύς φυσικός’;

(m)

L-Ungerija:

‘minőségi bor’

‘különleges minőségű bor’

‘fordítás’

‘máslás’

‘szamorodni’

‘aszú … puttonyos’, ikkompletat bin-numri 3-6

‘aszúeszencia’

‘eszencia’

‘védett eredetű bor’;

(n)

Malta:

‘Denominazzjoni ta’ Origini Kontrollata (“D.O.K.”)’;

(o)

Is-Slovenja:

‘kakovostno vino z zaščitenim geografskim poreklom’ jew ‘kakovostno vino ZGP’; dawn it-termini jistgħu jiġu segwiti mill-espressjoni ‘mlado vino’

‘priznano tradicionalno poimenovanje’, ‘vino PTP’

‘vrhunsko vino z zaščitenim geografskim poreklom’ jew ‘vrhunsko vino ZGP’; dan it-terminu jista’ jkun akkumpanjat minn ‘pozna trgatev’, ‘izbor’, ‘jagodni izbor’, ‘suhi jagodni izbor’, ‘ledeno vino’, ‘arhivsko vino’, ‘arhiva’ jew ‘starano vino’, slamno vino;

(p)

Is-Slovakkja

 

l-ismijiet li jakkumpanjaw l-indikazzjoni tal-oriġini tal-inbid:

‘akostné víno’

‘víno s prívlastkom’ plus ‘kabinetné’, ‘neskorý zber’, ‘výber z hrozna’, ‘bobuľový výber’, ‘hrozienkový výber’, ‘ľadový zber’

 

kif ukoll l-espressjonijiet li ġejjin:

‘esencia’

‘forditáš’

‘mášláš’

‘samorodné’

‘výberová esencia’

‘výber … putňový’, ikkompletat bin-numri 3-6.”

(b)

Fil-paragrafu 2, qed jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(h)

Ir-Repubblika Ċeka:

‘jakostní šumivé víno stanovené oblasti’

‘aromatické jakostní šumivé víno stanovené oblasti’/‘aromatický sekt s.o.’

(i)

Malta:

‘Denominazzjoni ta’ Origini Kontrollata (“D.O.K.”)’

(j)

Is-Slovenja:

‘kakovostno peneče vino z zaščitenim geografskim poreklom’ jew ‘kakovostno peneče vino ZGP’

‘vrhunsko peneče vino z zaščitenim geografskim poreklom’ jew ‘vrhunsko peneče vino ZGP’

‘penina’

‘kakovostno peneče vino’.”

(4)

Fl-Artikolu 30, qed jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

Ċipru

‘Κουμανδαρία’ (Commandaria).”

(5)

L-Anness II qed jinbidel bl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(6)

L-Anness III hu emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fil-każ tas-Slovenja, il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, li d-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni bis-Sloven tagħhom ikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli fis-Slovenja qabel l-adeżjoni mal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004, u li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni qabel l-adeżjoni iżda ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament, jistgħu jinżammu għall-bejgħ u jiġu esportati sakemm jispiċċa l-istokk, jew madankollu, mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2006 u fil-każ tas-sena tal-vendemmja 2003, fit-30 ta’ April 2007.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta' Awwissu 2004

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bil-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

(2)  ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 908/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 56).


ANNESS I

ANNESS II

Lista tal-varjetajiet tal-inbejjed u s-sinonimi tagħhom li tinkludi indikazzjoni ġeografika (1) u tista’ tidher fuq it-tikketti tal-inbejjed skont l-Artikolu 19(2) (*)

 

Isem il-varjetà jew is-sinonimi tagħha

Pajjiżi li jistgħu jużaw isem il-varjetàjew wieħed mis-sinonimi tagħha (2)

1

Agiorgitiko

Il-Greċja o

2

Aglianico

L-Italja o, il-Greċja o, Malta o

3

Aglianicone

L-Italja o

4

Alicante Bouschet

Il-Greċja o, l-Italja o, il-Portugall o, l-Alġerija o, it-Tuniżija o, l-Istati Uniti o, Ċipru o

N.B.: L-isem ‘Alicante’ ma jistax jintuża waħdu biex jindika nbid (għajr għall-Italja)

5

Alicante Branco

Il-Portugall o

6

Alicante Henri Bouschet

Franza o, is-Serbja u l-Montenegro (8)

7

Alicante

L-Italja o

8

Alikant Buse

Is-Serbja u l-Montenegro (6)

9

Auxerrois

L-Afrika t’Isfel o, l-Awstralja o, il-Kanada o, l-Iżvizzera o, il-Belġju o, il-Ġermanja o, Franza o, il-Lussemburgu o, l-Olanda o, ir-Renju Unit o

11

Barbera Bianca

L-Italja o

12

Barbera

L-Afrika t’Isfel o, l-Arġentina o, l-Awstralja o, il-Kroazja o, il-Messiku o, is-Slovenja o, l-Urugwaj o, l-Istati Uniti o, il-Greċja o, l-Italja o, Malta o

13

Barbera Sarda

L-Italja o

14

Blauburgunder

l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (18-28-97), l-Awstrija (15-18), il-Kanada (18-97), iċ-Ċilì (18-97), l-Italja

15

Blauer Burgunder

L-Awstrija (14-18), is-Serbja u l-Montenegro (25-97), l-Iżvizzera

16

Blauer Frühburgunder

Il-Ġermanja (51)

18

Blauer Spätburgunder

Il-Ġermanja (97), l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (14-28-97), l-Awstrija (14-15), il-Bulgarija (96), il-Kanada (14-97), iċ-Ċilì (14-97), ir-Rumanija (97), l-Italja (14-97)

19

Blaufränkisch

Ir-Repubblika Ċeka (50), l-Awstrijao, il-Ġermanja, is-Slovenja (Modra frankinja, Frankinja)

20

Borba

Spanja o

21

Bosco

L-Italja o

22

Bragão

Il-Portugall o

22a

Budai

L-Ungerija o

23

Burgundac beli

Is-Serbja u l-Montenegro (121)

24

Burgundac Crni

Il-Kroazjao

25

Burgundac crni

Is-Serbja u l-Montenegro (15-99)

26

Burgundac sivi

Il-Kroazjao, is-Serbja u l-Montenegro o

27

Burgundec bel

l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja o

28

Burgundec crn

l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (14-18-97)

29

Burgundec siv

l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja o

29a

Cabernet Moravia

Ir-Repubblika Ċeka o

30

Calabrese

L-Italja (75)

31

Campanário

Il-Portugall o

32

Canari

L-Arġentina o

33

Carignan Blanc

Franza o

34

Carignan

L-Afrika t’Isfel o, l-Arġentina o, l-Awstralja (36), iċ-Ċilì (36), il-Kroazja o, l-Iżrael o, il-Marokk o, in-New Zealand o, it-Tuneżija o, il-Greċja o, Franza o, il-Portugall o, Malta o

35

Carignan Noir

Ċipru o

36

Carignane

L-Awstralja (34), iċ-Ċilì (34), il-Messiku, it-Turkija, l-Istati Uniti

37

Carignano

L-Italja o

38

Chardonnay

L-Afrika t’Isfel o, l-Arġentina (79), l-Awstralja (79), il-Bulgarija o, il-Kanada (79), l-Iżvizzera o, iċ-Ċilì (79), ir-Repubblika Ċeka o, il-Kroazja o, l-Ungerija (39), l-Indja, l-Iżrael o, il-Moldavja o, il-Messiku (79), in-New Zealand (79), ir-Rumanija o, ir-Russja o, San Marino o, is-Slovakkja o, is-Slovenja o, it-Tuneżija o, l-Istati Uniti (79), l-Urugwaj o, is-Serbja u l-Montenegro (Sardone), iż-Żimbabwe o, il-Ġermanja o, Franza, il-Greċja (79), l-Italja (79), il-Lussemburgu o (79), l-Olanda (79), ir-Renju Unit, Spanja, il-Portugall, l-Awstrija o, il-Belġju (79), Ċipru o, Malta o

39

Chardonnay Blanc

l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (Sardone), l-Ungerija (38)

40

Chardonnay Musqué

Il-Kanada o

41

Chelva

Spanjao

42

Corinto Nero

L-Italja o

43

Cserszegi fűszeres

L-Ungerija o

44

Děvín

Ir-Repubblika Ċeka o

45

Devín

Is-Slovakkja

45a

Duna gyöngye

L-Ungerija o

45b

Dunaj

Is-Slovakkja

46

Durasa

L-Italja o

47

Early Burgundy

L-Istati Uniti o

48

Fehér Burgundi

L-Ungerija (118)

49

Findling

Il-Ġermanja o, ir-Renju Unito

50

Frankovka

Ir-Repubblika Ċeka (19), is-Slovakkja (50a)

50a

Frankovka modrá

Is-Slovakkja (50)

51

Frühburgunder

Il-Ġermanja (16) l-Olanda o

51a

Girgenti

Malta (51c)

51b

Ghirgentina

Malta (51c)

51c

Girgentina

Malta (51a, b)

52

Graciosa

Il-Portugall o

53

Grauburgunder

Il-Ġermanja, il-Bulgarija, l-Ungerijao, ir-Rumanija (54)

54

Grauer Burgunder

Il-Kanada, ir-Rumanija (53), il-Ġermanja, l-Awstrija

55

Grossburgunder

Ir-Rumanija (17) (63) (Kekfrankos)

56

Iona

L-Istati Uniti o

57

Kanzler

Ir-Renju Unit o, il-Ġermanjao

58

Kardinal

Il-Ġermanja o, il-Bulgarija o

59

Kékfrankos

L-Ungerija (74)

60

Kisburgundi kék

L-Ungerija (97)

61

Korinthiaki

Il-Greċja o

62

Leira

Il-Portugall o

64

Limnio

Il-Greċja o

65

Maceratino

L-Italja o

65a

Malvasía Riojana

Spanja (99)

65b

Maratheftiko (Μαραθεύτικο)

Ċipru

65c

Mátrai muskotály

L-Ungerija o

65d

Medina

L-Ungerija o

66

Monemvasia

Il-Greċja (Monovasia)

67

Montepulciano

L-Italja o

67a

Moravia

Spanja o

68

Moslavac

l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (70), is-Serbja u l-Montenegro o

70

Mozler

l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (68) (Sipon)

71

Mouratón

Spanja o

72

Müller-Thurgau

L-Afrika t’Isfel o, l-Awstrija o, il-Ġermanja, il-Kanada, il-Kroazjao, l-Ungerija o, is-Serbja u l-Montenegroo, ir-Repubblika Ċeka o, is-Slovakkja o, is-Slovenjao, l-Iżvizzera o, il-Lussemburgu, l-Olanda o, l-Italja o, il-Belġju o, Franzao, ir-Renju Unit, l-Awstralja o, il-Bulgarija o, l-Istati Uniti o, in-New Zealand o, il-Portugall

73

Muškát moravský

Ir-Repubblika Ċeka o, is-Slovakkja

74

Nagyburgundi

L-Ungerija (59)

75

Nero d’Avola

L-Italja (30)

76

Olivella nera

L-Italja o

77

Orange Muscat

L-Awstralja o, l-Istati Uniti o

77a

Pálava

Ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja

78

Pau Ferro

Il-Portugall o

79

Pinot Chardonnay

L-Arġentina (38), l-Awstralja (38), il-Kanada (38), iċ-Ċilì (38), il-Messiku (38), in-New Zealand (38), l-Istati Uniti (38), it-Turkija o, il-Belġju (38), il-Greċja (38), l-Olanda, l-Italja (38)

79a

Pölöskei muskotály

L-Ungerija o

80

Portoghese

L-Italja o

81

Pozsonyi

L-Ungerija (82)

82

Pozsonyi Fehér

L-Ungerija (81)

82a

Radgonska ranina

Is-Slovenja o

83

Rajnai rizling

L-Ungerija (86)

84

Rajnski rizling

Is-Serbja u l-Montenegro (85-88-91)

85

Renski rizling

Is-Serbja u l-Montenegro (84-89-92), is-Slovenja (86)

86

Rheinriesling

Il-Bulgarijao, l-Awstrija, il-Ġermanja (88), l-Ungerija (83), ir-Repubblika Ċeka (94), l-Italja (88), il-Greċja, il-Portugall, is-Slovenja (85)

87

Rhine Riesling

L-Afrika t’Isfelo, l-Awstraljao, iċ-Ċilì (89), il-Moldavjao, in-New Zealando, Ċipru

88

Riesling renano

Il-Ġermanja (86), is-Serbja u l-Montenegro (84-86-91), l-Italja (86)

89

Riesling Renano

Iċ-Ċilì (87), Malta o

90

Riminèse

Franza o

91

Rizling rajnski

Is-Serbja u l-Montenegro (84-85-88)

92

Rizling Rajnski

l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja o, il-Kroazja o

93

Rizling rýnsky

Is-Slovakkja o

94

Ryzlink rýnský

Ir-Repubblika Ċeka (86)

95

Santareno

Il-Portugall o

96

Sciaccarello

Franza o

97

Spätburgunder

l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (14-18-28), is-Serbja u l-Montenegro (16-25), il-Bulgarija (19), il-Kanada (14-18), iċ-Ċilì, l-Ungerija (60), il-Moldavjao, ir-Rumanija (18), l-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja (18)

98

Štajerska Belina

Il-Kroazjao, is-Slovenjao

99

Subirat

Spanja (65a)

100

Terrantez do Pico

Il-Portugallo

101

Tintilla de Rota

Spanjao

102

Tinto de Pegões

Il-Portugallo

103

Tocai friulano

L-Italja (104)

N.B.: L-isem ‘Tocai friulano’ jista’ jintuża esklużivament għal inbejjed ta’ kwalità psr li joriġinaw fir-reġjuni tal-Veneto u l-Friuli matul perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Marzu 2007.

104

Tocai Italico

L-Italja (103)

N.B.: Is-sinonimu ‘Tocai italico’ jista’ jintuża esklużivament għal inbejjed ta’ kwalità psr li joriġinaw fir-reġjuni tal-Veneto u l-Friuli matul perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Marzu 2007.

105

Tokay Pinot gris

Franza

N.B.: Is-sinonimu ‘Tokay Pinot gris’ jista’ jintuża esklużivament għal inbejjed ta’ kwalità psr li joriġinaw fid-dipartimenti ta’ Bas-Rhin u Haut-Thin matul perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Marzu 2007.

106

Torrontés riojano

L-Arġentina o

107

Trebbiano

L-Afrika t’Isfelo, l-Arġentinao, l-Awstralja o, il-Kanada o, Ċipruo, il-Kroazja o, l-Urugwaj o, l-Istati Uniti, l-Iżrael, l-Italja, Malta

108

Trebbiano Giallo

L-Italja o

109

Trigueira

Il-Portugall

110

Verdea

L-Italja o

111

Verdeca

L-Italja

112

Verdelho

L-Afrika t’Isfel o, l-Arġentina, Awstralja, in-New Zealand, l-Istati Uniti, il-Portugall.

113

Verdelho Roxo

Il-Portugall o

114

Verdelho Tinto

Il-Portugall o

115

Verdello

L-Italja o

116

Verdese

L-Italja o

117

Verdejo

Spanja

118

Weißburgunder

L-Afrika t’Isfel (120)o, il-Kanada, iċ-Ċilì (119), l-Ungerija (48), il-Ġermanja (119, 120), l-Awstrija (119), ir-Renju Unito, l-Italja

119

Weißer Burgunder

Il-Ġermanja (118, 120), l-Awstrija (118), iċ-Ċilì (118), l-Iżvizzera, l-Italja

120

Weissburgunder

L-Afrika t’Isfel (118), il-Ġermanja (118, 119), ir-Renju Unit, l-Italja

121

Weisser Burgunder

Is-Serbja u l-Montenegro (23)

122

Zalagyöngye

L-Ungerija o


(1)  L-ismijiet tal-varjetajiet u s-sinonimi tagħhom jikkorrespondu, b’mod sħiħ jew parzjali, jew fit-traduzzjoni jew fil-forma ta’ aġġettiv, għall-indikazzjonijiet ġeografiċi użati biex jiddeskrivu l-inbid.

(*)  Tifsira:

termini jew ċifri fil-parentesi:

referenza għas-sinonimu għall-varjetà

o’:

l-ebda sinonimu

termini jew ċifri b'tipa grassa:

il-kolonna 2: l-isem tal-varjetà tad-dielja

il-kolonna 3: il-pajjiż fejn l-isem jikkorrispondi għal varjetà u referenza għall-varjetà.

termini jew ċifri mhux b’tipa grassa:

il-kolonna 2: l-isem tas-sinonimu ta’ varjetà tad-dielja

il-kolonna 3: l-isem tal-pajjiż li juża s-sinonimu ta’ varjetà tad-dielja.

(2)  Għall-Istati kkonċernati, id-derogi stipulati f’dan l-Anness huma awtorizzati biss fil-każ ta’ nbejjed li juru l-indikazzjoni ġeografika u li huma prodotti fl-unitajiet amministrattivi fejn il-produzzjoni tal-varjetajiet ikkonċernati hija awtorizzata fiż-żmien meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati kkonċernati għall-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ dawk l-inbejjed.


ANNESS II

Fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 753/2002, qed jiżdied it-test li ġej:

“Terminu tradizzjonali

Inbejjed ikkonċernati

Kategoriji ta’ prodotti

Ilsien

Id-data miżjuda mal-Anness III

Pajjiż terz ikkonċernat

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Termini speċifiċi tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 29

pozdní sběr

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Ċek

 

 

Termini tradizzjonali addizzjonali

archivní víno

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Ċek

 

 

panenské víno

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Ċek

 

 

ĊIPRU

Termini speċifiċi tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 29

Οίνος Ελεγχόμενης Ονομασίας Προέλευσης

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Grieg

 

 

Termini msemmija fl-Artikolu 28

Τοπικός Οίνος

Kollha

Inbid tal-mejda b’GI

Grieg

 

 

Termini tradizzjonali addizzjonali

Μοναστήρι (Monastiri)

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr u inbid tal-mejda b’GI

Grieg

 

 

Κτήμα (Ktima)

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr u inbid tal-mejda b’GI

Grieg

 

 

L-UNGERIJA

Termini speċifiċi tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 29

minőségi bor

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

különleges minőségű bor

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

fordítás

Tokaj

Inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

máslás

Tokaj

Inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

szamorodni

Tokaj

Inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

aszú … puttonyos, ikkompletat bin-numri 3-6

Tokaj

Inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

aszúeszencia

Tokaj

Inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

eszencia

Tokaj

Inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

Termini msemmija fl-Artikolu 28

tájbor

Kollha

Inbid tal-mejda b’GI

Ungeriż

 

 

Termini tradizzjonali addizzjonali

bikavér

Eger, Szekszárd

Inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

késői szüretelésű bor

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

válogatott szüretelésű bor

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

muzeális bor

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

siller

Kollha

L-inbid tal-mejda b’GI, u l-inbid ta’ kwalità psr

Ungeriż

 

 

IS-SLOVAKKJA

Termini speċifiċi tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 29

forditáš

Tokaj

Inbid ta’ kwalità psr

Slovakk

 

 

mášláš

Tokaj

Inbid ta’ kwalità psr

Slovakk

 

 

samorodné

Tokaj

Inbid ta’ kwalità psr

Slovakk

 

 

výber … putňový, ikkompletat bin-numri 3-6

Tokaj

Inbid ta’ kwalità psr

Slovakk

 

 

výberová esencia

Tokaj

Inbid ta’ kwalità psr

Slovakk

 

 

esencia

Tokaj

Inbid ta’ kwalità psr

Slovakk

 

 

IS-SLOVENJA

Termini speċifiċi tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 29

Penina

Kollha

Inbid frizzanti ta’ kwalità psr

Sloven

 

 

Termini tradizzjonali addizzjonali

pozna trgatev

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Sloven

 

 

izbor

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Sloven

 

 

jagodni izbor

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Sloven

 

 

suhi jagodni izbor

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Sloven

 

 

ledeno vino

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Sloven

 

 

arhivsko vino

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Sloven

 

 

mlado vino

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr

Sloven

 

 

Cviček

Dolenjska

Inbid ta’ kwalità psr

Sloven

 

 

Teran

Kras

Inbid ta’ kwalità psr

Sloven”

 

 


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1449/2004

tat-13 ta' Awwissu 2004

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1609/88 tad-9 ta’ Ġunju 1988 li jesiġi l-aktar żmien tard tad-dħul fil-ħażna ta’ butir mibjugħ permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 3143/85 u (KE) Nru 2571/97

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2571/97 tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir konċentrat sabiex jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-pastiċċiera, il-ġelat u oġġetti oħra ta’ ikel (2), il-butir maħruġ għall-bejgħ irid ikun inħażen qabel data li trid tiġi ddeterminata.

(2)

Fid-dawl tax-xejriet fis-suq tal-butir u l-kwantitajiet tal-inventarji disponibbli, għandha tiġi emendata d-data fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1609/88 (3), b'rabta mal-butir imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 2571/97.

(3)

[Il-miżuri provduti għal dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib].

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1609/88, it-tieni subparagrafu qiegħed b'dan jinbidel b'li ġej:

“Il-butir imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2571/97 irid ikun iddaħħal fil-ħażna qabel l-1 ta' Ġunju 2002.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta' Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 350, 20.12.1997, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 921/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 94).

(3)  ĠU L 143, 10.6.1988, p. 23. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1449/2004 (ĠU L 267, 14.8.2004, p. 31).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1481/2004

tad-19 ta' Awissu 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni u t-tielet inċiż tal-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-Unjoni Ewropea, it-tipografija definita fil-logo Komunitarju mill-manwal grafiku stipulat fl-Anness V, il-parti B4 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 m'għadx għandha l-ittri u l-aċċenti meħtieġa kollha tal-ilsna uffiċjali kollha. Għalhekk, għandha tiġi permessa tipografija oħra fil-manwal grafiku.

(2)

L-Anness VI, it-Taqsima C, tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jelenka l-ingredjenti tal-oriġini agrikola li ma ġewx prodotti b'mod organiku iżda li jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-oġġetti tal-ikel skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament, dment li ntwera li ingredjenti bħal dawn miksuba mill-metodu ta' produzzjoni organika mhumiex disponibbli fi kwantitajiet biżżejjed fi ħdan il-Komunità.

(3)

Wara li ġie stabbilit li l-imsaren prodotti organikament ma kinux disponibbli fi kwantitajiet biżżejjed fi ħdan il-Komunità, l-Anness VI, it-Taqsima C, tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ġie emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 473/2002 (2), sabiex jinkludi l-imsaren fil-lista ta' ingredjenti agrikoli, għal perjodu ta' tranżizzjoni li jiskadi fl-1 ta' April 2004.

(4)

Madankollu jidher li d-disponibbiltà tal-imsaren prodotti organikament xorta tibqa' limitata ħafna u li mhux probabbli li jsiru disponibbli kwantitajiet biżżejjed fil-ġejjieni. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi permess l-użu tal-imsaren li mhumiex prodotti skont il-metodu tat-tkabbir organiku mingħajr limiti ta' żmien.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat maħtur bi qbil mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness V, il-Parti B.4, it-Taqsima 2.4 (Tipografija) tinbidel b'dan li ġej:

“Uża Frutiger jew Myriad f’ittri kapitali bil-grassett u kkompressati, għall-kliem. Id-daqs tal-ittri tal-kliem għandu jiċċekken skont in-normi stabbiliti fit-Taqsima 2.6.”

(2)

Fl-Anness VI, it-Taqsima C, il-punt C.3, fid-daħla għall-“imsaren”, il-kliem “sal-1 ta' April 2004 biss” għandhom jitħassru.

Artikolu 2

Dan il-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta' Awissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2004 (ĠU L 122, 26.4.2004, p. 10).

(2)  ĠU L 75, 16.3.2002, p. 21. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 746/2004.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1484/2004

tal-20 ta’ Awwissu 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-apikultura

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 797/2004 tas-26 ta’ April 2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-apikultura (1), u notevolment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 917/2004 (2) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali annwali previsti mir-Regolament (KE) Nru 797/2004. Il-finanzjament Komunitarju ta’ dawn il-programmi jsir skont l-għadd ta’ naħal ta’ kull Stat Membru li jidher fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 917/2004.

(2)

Fil-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri li għandhom l-għan li jaġġornaw id-dejta strutturali dwar is-sitwazzjoni tas-settur kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 917/2004, saru adattazzjonijiet fl-għadd ta’ naħal.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 għandu jkun emendat skont dan.

(4)

Billi r-Regolament (KE) Nru 917/2004 jipprevedi, fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 2, li l-31 ta’ Awwissu hi l-limitu taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-programmi annwali, meħtieġ li tiġi prevista l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mis-sena tat-tqegħid fis-suq tal-2004/2005.

(5)

Il-miżuri previst f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 917/2004 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-sehh fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Hu applikabbli għall-ewwel darba għall-programmi annwali li jkopru s-sena tat-tqegħid fis-suq tal-2004/2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2004

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 28.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 30.4.2004, p. 83.


ANNESS

“ANNESS I

Stat Membru

Għadd ta’ naħal

Għadd ta’ doqqajsiet

BE

110 750

CZ

477 743

DK

160 000

DE

893 000

EE

50 500

EL

1 388 000

ES

2 464 601

FR

1 150 000

IE

20 000

IT

1 100 000

CY

45 714

LV

54 173

LT

83 800

LU

11 077

HU

872 650

MT

1 938

NL

80 000

AT

327 000

PL

949 200

PT

590 000

SI

143 152

SK

192 002

FI

42 000

SE

145 000

UK

274 000

EUR 25

11 626 300 ”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1653/2004

tal-21 ta' Settembru 2004

dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kunsill,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 fassal l-istatut tal-aġenziji eżekuttivi li jkunu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija ta’ programmi tal-Komunità, aġenziji eżekuttivi li l-ħolqien tagħhom ġie fdat lill-Kummissjoni.

(2)

Dawn l-aġenziji eżekuttivi (minn hawn ‘il quddiem “l-aġenziji”) se jkollhom personalità legali u baġit operattiv tagħhom stess li l-eżekuzzjoni tiegħu se tkun regolata minn dan ir-Regolament Finanzjarju standard, konformement mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) 58/2003. Min-naħa l-oħra, billi l-Kummissjoni ddelegat lill-aġenziji kompiti ta’ eżekuzzjoni baġitarja ta’ krediti operattivi relatati ma' programmi tal-Komunità, dawn l-approprjazzjonijiet jibqgħu imniżżla fil-baġit ġenerali u huma rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn ‘il quddiem “Ir-Regolament Finanzjarju ġenerali”).

(3)

Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, il-baġit operattiv tal-aġenziji eżekuttivi jkopri l-ispejjeż operattivi tal-aġenzija eżekuttiva għas-sena finanzjarja.

(4)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 58/2003, hemm lok li jiġi stabbilit regolament finanzjarju standard li l-aġenziji jkollhom japplikaw għall-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet operattivi tagħhom, u li l-kontenut tiegħu għandu jkun viċin kemm jista’ jkun tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. Fin-nuqqas ta’ regoli espressament stabbiliti mill-imsemmi Regolament Finanzjarju Standard, japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ġenerali u tar-Regolament (KE) Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħoddu għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3)

(5)

L-erba' prinċipji fundamentali tal-liġi tal-baġit (l-unità, l-universalità, l-ispeċifiċità u l-annwalità) u l-prinċipji tal-eżattezza tal-baġit, l-ekwilibriju, l-unità tal-kont, l-amministrazzjoni finanzjarja soda u tat-trasparenza għandhom jiġu affermati mill-ġdid.

(6)

Fil-każ tal-persunal tagħhom, l-aġenżiji se jkollhom jiddistingwu bejn l-impjiegi temporanji, li se jkunu s-suġġett ta' lista tal-persunal suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità tal-baġit, u l-approprjazzjonijiet li jippermettu r-remunerazzjoni ta' kategoriji oħrajn ta' aġenti, irreklutati b'kuntratti li jiġġeddu.

(7)

Fil-każ tal-atturi finanzjarji, huwa neċessarju li jiġu definiti l-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontijiet u l-uffiċjal awtorizzanti tal-aġenzija li jridu jkunu uffiċjali suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll il-kundizzjonijiet li skonthom dan tal-aħħar jkun jista' jiddelega s-setgħat tiegħu ta' eżekuzzjoni tal-baġit.

(8)

Hemm lok li l-uffiċjal awtorizzanti tal-aġenzija jingħata awtonomija wiesgħa ta' ġestjoni. Għal dak li jirrigwarda s-sistema tat-trasferimenti, għandha tingħatalu libertà sħiħa, bil-kundizzjoni li jinforma lill-Kumitat tat-Tmexxija li għandu jkun jista' jopponi f'terminu ta' xahar.

(9)

Skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, fl-aġenziji eżekuttivi l-kariga ta' awditur intern hija mwettqa mill-awditur intern tal-Kummissjoni. Għaldaqstant l-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita fil-konfront tal-aġenziji eżekuttivi l-istess kompiti li ngħatawlu mir-Regolament Finanzjarju ġenerali fil-konfront tas-servizzi tal-Kummissjoni. Barra minn dan, hekk kif inhu l-każ għall-uffiċjali awtorizzanti fi ħdan il-Kummissjoni, l-uffiċjal awtorizzanti tal-aġenzija għandu jkun jista' jingħata pariri dwar il-kontroll tar-riskji minn funzjoni tal-aġenzija stess ta' verifika interna.

(10)

Għal kull aġenzija eżekuttiva, il-kalendarju għat-tħejjija tal-baġit operattiv tagħha, tal-preżentazzjoni tal-kontijiet tagħha u tal-kwittanza għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. L-awtorità tal-kwittanza tal-baġit ta' funzjonament tal-aġenziji eżekuttivi għandha tkun l-istess bħal dik għall-baġit ġenerali.

(11)

Ir-regoli tal-kontabbiltà applikati mill-aġenziji għandhom jippermettu konsolidazzjoni mal-kontijiet tal-Kummissjoni. Huwa għandhom jiġu addottati mill-Uffiċjal tal-Kontijiet tal-Kummissjoni b'analoġija mal-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. Il-Qorti tal-Awdituri hija inkarigata bil-verifika tal-kontijiet tal-aġenzija.

(12)

Huwa xieraq li l-istanza msemmija fl-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, stabbilita mill-Kummissjoni biex tevalwa l-irregolaritajiet, tkun tista' wkoll tkun dik li kull aġenzija tuża b'mod li ssir l-istess evalwazzjoni fuq mġiba identika.

(13)

Għall-baġit operattiv tagħhom, l-aġenziji jridu jirrispettaw l-istess rekwiżiti bħall-Kummissjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi mogħtija għaliha stess. F'dan ir-rigward huwa biżżejjed li jsir riferiment għar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

(14)

M'hemmx lok li jiġu previsti dispożizzjonijiet fil-qasam tal-għoti ta' sussidji minħabba li l-aġenziji ma jistgħux jagħtu sussidji mill-baġit operattiv tagħhom, li għandu jippermettilhom esklussivament li jlaħħqu mal-ispejjeż tal-funzjonament amministrattiv.

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

SUĠĠETT

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jispeċifika r-regoli essenzjali applikabbli għat-twaqqif u l-eżekuzzjoni tal-baġit operattiv (minn hawn 'il quddiem “il-baġit”) tal-aġenziji imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 58/2003 (minn hawn ‘il quddiem “l-aġenziji” jew “l-aġenzija”).

Artikolu 2

Għal kull aspett li jirrigwarda l-operat tal-aġenziji eżekuttivi li mhuwiex espressament definit minn dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju ġenerali”) u tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 japplikaw mutatis mutandis.

TITOLU II

IL-PRINĊIPJI TAL-BAĠIT

Artikolu 3

Taħt il-kundizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament, it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-unità u tal-eżattezza tal-baġit, tal-annwalità, tal-ekwilibriju, tal-unità tal-kont, tal-universalità, tal-ispeċifiċità, tal-amministrazzjoni finanzjarja soda u tat-trasparenza.

KAPITOLU 1

Prinċipju ta' unità u eżattezza tal-baġit

Artikolu 4

Il-baġit huwa l-istrument li, għal kull sena finanzjarja, jipprevedi u jawtorizza d-dħul u l-infiq stmati li huma neċessarji mill-aġenzija.

Artikolu 5

Id-dħul u l-infiq tal-aġenzija jinkludu sussidju mogħti mill-Komunitajiet u dħul eventwali ieħor, inkluż id-dħul allokat fis-sens tal-Artikolu 15.

L-infiq jinkludi l-infiq għall-operat tal-aġenzija kif ukoll, jekk ikun il-każ, l-infiq finanzjat minn dħul allokat skont l-ewwel subparagrafu.

Artikolu 6

Id-dħul u l-infiq jistgħu biss jiġu allokati jekk jitniżżlu f'intestatura tal-baġit.

Ma tista' titniżżel l-ebda appropjazzjoni fil-baġit jekk ma tkunx tikkorrispondi għal spiża meqjusa meħtieġa.

Ma jistax ikun impenn għal jew tiġi awtorizzata nefqa li tkun ikbar mill-appropjazzjonijiet awtorizzati mill-baġit.

KAPITOLU 2

Prinċipju tal-annwalità

Artikolu 7

L-appropjazzjonijiet imniżżla fil-baġit huma awtorizzati għal sena finanzjarja waħda li tibda fl-1 ta' Jannar u tintemm fil-31 ta' Diċembru.

L-approprjazzjonijiet imniżżla fil-baġit huma approprjazzjonijiet mhux diżassoċjati.

L-infiq operattiv li jirriżulta minn kuntratti li jkopru perjodi li jissuperaw it-tul tas-sena finanzjarja, jew skont użanzi lokali jew rigward il-fornitura ta' materjal tat-tagħmir, għandhom jiġu allokati għall-baġit tas-sena finanzjarja li matulha jkun sar.

Artikolu 8

Id-dħul tal-aġenzija jitqies fil-kontijiet għal sena finanzjarja skont l-ammonti miġbura matul is-sena finanzjarja. Huwa jagħti lok għal ammont ekwivalenti ta' approprjazzjonijiet.

L-appropjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit ta' sena finanzjarja jistgħu jintużaw biss biex jagħmlu tajjeb għall-infiq impenjat u mħallas matul dik is-sena finanzjarja, u biex ikopru l-ammonti dovuti għal impenji li jirriżultaw minn sena finanzjarja preċedenti.

Artikolu 9

L-approprjazzjonijiet li ma jkunux ġew użati sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha jkunu assenjati għandhom jitħassru.

L-appropjazzjonijiet li jikkorrispondu għal obbligi kkuntrattati kif suppost f'għeluq is-sena finanzjarja jiġu ttrasferiti awtomatikament għas-sena finanzjarja ta' wara biss. L-approprjazzjonijiet li jiġu ttrasferiti li ma jintużawx sal-31 ta' Marzu tas-sena N+1 jitħassru awtomatikament. L-approprjazzjonijiet li jiġu ttrasferiti għandhom ikunu identifikati fil-kontjiiet.

L-approprjazzjonijiet li jirrigwardaw l-ispejjeż tal-persunal ma jistgħux jiġu ttrasferiti.

L-approprjazzjonijiet disponibbli fil-31 ta' Diċembru li jkunu ġejjin mid-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 15 għandhom jiġu ttrasferiti awtomatikament. L-approprjazzjonijiet disponibbli li jikkorrispondu għad-dħul assenjat li jkun ġie ttrasferit għandhom jintużaw l-ewwel.

Artikolu 10

L-approprjazzjonijiet li jinsabu fil-baġit jistgħu jiġu impenjati mill-1 ta' Jannar, malli l-baġit isir definittiv.

Madankollu, l-ispejjeż amministrattivi kurrenti jistgħu, mill-15 ta' Novembru ta' kull sena, ikunu s-suġġett ta' impenji bil-quddiem a karigu tal-approprjazzjonijiet previsti għas-sena finanzjarja ta' wara. Dawn l-impenji ma jistgħux ikunu ikbar minn kwart l-appropjazzjonijiet li jinsabu fil-linja tal-baġit li tikkorrispondi għas-sena finanzjarja kurrenti. Ma jistgħux jirreferu għal spejjeż ġodda ta' tip li ma jkunx għadu ġie permess fil-prinċipju fl-aħħar baġit addottat kif suppost.

Barra minn dan, l-ispejjeż li jridu jitħallsu bil-quddiem, bħall-kirjiet, jistgħu jagħtu lok għal pagament mill-1 ta' Diċembru li għandu jkun a karigu tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja segwenti.

Jekk il-baġit ma jkunx għadu ġie addottat meta tibda s-sena finanzjarja, tapplika mutatis mutandis is-sistema ta' wieħed minn tnax provviżorju stabbilita mir-Regolament Finanzjarju ġenerali.

KAPITOLU 3

Prinċipju tal-ekwilibriju

Artikolu 11

Fil-baġit għandu jkun hemm bilanċ bejn id-dħul u l-ispejjeż. L-aġenzija tal-Komunità ma tistax tipparteċipa fi tranżazzjonijiet li jinvolvu self.

L-approprjazzjonijiet ma jistgħux jissuperaw l-ammont tas-sussidju msemmi fl-Artikolu 5, flimkien mad-dħul allokat u dħul eventwali ieħor imsemmi fl-Artikolu 5.

Artikolu 12

Jekk il-bilanċ tal-kont tar-riżultat ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 56 ikun wieħed pożittiv, dan għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni sal-limitu tal-ammont tas-sussidju mħallas matul is-sena.

Id-differenza bejn is-sussidju msemmi fl-Artikolu 5 u dak li tħallas effettivament lill-aġenzija għandha titħassar.

KAPITOLU 4

Prinċipju tal-unità tal-kont

Artikolu 13

Il-baġit għandu jitħejja u jiġi implimentat f'euro u l-kontijiet relatati miegħu għandhom jiġu ppreżentati f'euro.

Madankollu għall-finijiet ta' likwidità, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-aġenzija eżekuttiva jista', f'każijiet debitament iġġustifikati, iwettaq operazzjonijiet fil-muniti nazzjonali u, jekk ikun il-każ, fil-muniti ta' pajjiżi terzi.

KAPITOLU 5

Prinċipju tal-universalità

Artikolu 14

Id-dħul kollu jkopri l-infiq kollu bl-eċċezzjoni tad-dħul allokat għall-finanzjament ta' nefqiet speċifiċi. Id-dħul u l-infiq kollu jiddaħħal kollu mingħajr ma wieħed jaġġusta lill-ieħor, bla ħsara għall-Artikolu 16.

Artikolu 15

Id-dħul li jikkorrispondi għal skop speċifiku, bħad-dħul ta' fondazzjonjiet, is-sussidji, l-għotjiet u legati, kif ukoll id-dħul li jiġi minn Stati Membri, minn pajjiżi terzi jew korpi differenti għall-eżekuzzjoni ta' programmi ffinanzjati minn sorsi apparti mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (aktar 'il quddiem “il-baġit ġenerali”), jikkostitwixxi dħul allokat għall-finanzjament ta' nefqiet speċifiċi.

Kull dħul allokat għandu jkopri n-nefqiet diretti jew indiretti kollha inkorsi mill-azzjoni jew l-għan ikkonċernati. Il-baġit jipprovdi għal struttura li takkomoda l-kategorji ta' dħul assenjat kif ukoll, safejn ikun possibbli, l-ammont tiegħu.

Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, jekk jaċċettax kwalunkwe rigal, legat jew għotja minn sorsi oħra minbarra l-Komunità.

Artikolu 16

Għandu jinqata' mill-baġit l-ammont sħiħ mingħajr it-taxxa tal-prezzijiet tal-prodotti jew is-servizzi pprovduti lill-aġenzija meta dan ikun jinkludi piżijiet fiskali li jkunu s-suġġett ta' rifużjoni, jew mill-Istati Membri bis-saħħa tal-protokoll fuq il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, jew inkella minn Stat Membru jew il-pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' konvenzjonijiet rilevanti oħrajn.

Il-piżijiet fiskali nazzjonali li jistgħu jkunu temporanjament sostnuti mill-aġenzija skont l-ewwel subparagrafu għandhom jidħlu f'kont sospiż sakemm jitħallsu lura mill-Istat ikkonċernat. Kull bilanċ negattiv għandu jitniżżel fil-baġit bħala nefqa.

KAPITOLU 6

Prinċipju tal-ispeċifiċità

Artikolu 17

L-appropjazzjonijiet kollha kemm huma allokati għal skopijiet speċifiċi skont it-titolu u l-kapitolu; il-kapitoli jerġgħu jinqasmu f'artikoli u intestaturi.

Artikolu 18

Id-direttur jiddeċiedi dwar it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet fi ħdan il-baġit operattiv. Huwa għandu jinforma b'dan minn qabel lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tat-Tmexxija li għandhom terminu ta' xahar biex jopponu dawn it-trasferimenti. Meta jiskadi dan it-terminu, huma jitqiesu li ġew addottati.

L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat jistgħu biss ikunu ttrasferiti jekk jintużaw għall-iskop li kien assenjat id-dħul.

KAPITOLU 7

Prinċipju tal-amministrazzjoni finanzjarja soda

Artikolu 19

1.   L-appropjazzjonijiet tal-baġit jintużaw skont il-prinċipju tal-amministrazzjoni finanzjarja soda, jiġifieri, skont il-prinċipji ta' ekonomija, effiċenza u effettività.

2.   Il-prinċipju tal-ekonomija jitlob li l-mezzi użati mill-aġenzija għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha jridu jkunu disponibbli fi żmien suffiċjenti, fil-kwantitajiet u l-kwalitajiet xierqa u bl-aħjar prezz.

Il-prinċipju tal-effiċenza jikkonċerna l-aqwa relazzjoni bejn il-mezzi użati u r-riżultati miksuba.

Il-prinċipju tal-effettività huwa intiż sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti u jinkisbu r-riżultati mistennija. Dawn ir-riżultati għandhom ikunu s-suġġett ta' evalwazzjoni.

3.   Il-programm ta' ħidma annwali tal-aġenzija eżekuttiva addottat mill-Kumitat tat-Tmexxija jinkludi għanijiet dettaljati u indikaturi tal-prestazzjoni.

KAPITOLU 8

Prinċipju tat-trasparenza

Artikolu 20

Il-baġit jitħejja u jkun implimentat u l-kontijiet relatati miegħu għandhom ikunu ppreżentati b'osservanza għall-prinċipju tat-trasparenza.

Il-baġit u l-baġits rettifikattivi, kif addottati finalment, jiġu ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fi żmien xahrejn minn meta jkunu addottati.

TITOLU III

STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BAĠIT

Artikolu 21

L-aġenzija eżukuttiva tibgħat lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena, stima tad-dħul u l-infiq tagħha imħejjija mid-direttur tal-aġenzija u addottata mill-Kumitat tat-Tmexxija kif ukoll linji ta' gwida ġenerali li fuqhom l-istima hija bbażata, flimkien mal-programm ta' ħidma tagħha.

L-istima tad-dħul u l-infiq tal-aġenzija tinkludi:

a)

lista tal-persunal li tistabbilixxi l-għadd ta' impjiegi temporanji awtorizzati fil-limiti tal-appropjazzjonijiet tal-baġit, skont il-grad u l-kategorija;

b)

f'każ ta' varjazzjoni fl-għadd ta' persunial, dikjarazzjoni li tiġġustifika t-talbiet għal impjiegi ġodda;

c)

stima kull tliet xhur ta' likwidità bi ħlasijiet u riċevuti;

Artikolu 22

Fil-kuntest tal-proċedura biex ikun addottat il-baġit ġenerali, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-awtorità tal-baġit l-istima tal-baġit u tipproponi l-ammont tas-sussidju għall-aġenzija u l-għadd tal-persunal li hi tqis li teħtieġ.

Il-baġit operattiv tal-aġenzija jista' biss jiġi definittivament addottat wara l-adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003.

L-awtorità tal-baġit taddotta l-lista tal-persunal tal-aġenziji kollha kif ukoll kull emenda ulterjuri li ssirilha skont l-Artikolu 24.

Kull emenda għall-baġit, inkluża l-lista tal-persunal, tkun is-suġġett ta' baġit rettifikattiv addottat skont l-istess proċedura bħal dik għall-baġit inizjali, bla ħsara għal-Artikoli 18 u 24.

Artikolu 23

Il-baġit jinkludi rendikont ta' dħul u rendikont ta' nfiq. Huwa għandu jindika:

1.

fir-rendikont tad-dħul:

a)

stimi tad-dħul tal-aġenzija għas-sena finanzjarja kkonċernata;

b)

id-dħul għas-sena finanzjarja ta' qabel u d-dħul għas-sena finanzjarja n – 2;

c)

rimarki xierqa fuq kull linja ta' dħul;

2.

fir-rendikont tal-infiq:

a)

l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja kkonċernata;

b)

l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja ta' qabel u d-dħul għas-sena finanzjarja n – 2;

c)

rimarki xierqa għal kull sottodiviżjoni.

Artikolu 24

1.   Il-lista tal-persunal imsemmija fl-Artikolu 21 tinkludi, fid-dawl tal-għadd ta' impjiegi awtorizzati għas-sena finanzjarja, l-għadd tal-impjiegi awtorizzati għas-sena finanzjarja preċedenti kif ukoll in-numru ta' impjiegi li tassew imtlew. Dan hu, għall-aġenzija, limitu assolut; ma jistax ikun hemm aktar ħatriet minn dan il-limitu.

Madankollu, il-Kumitat tat-Tmexxija jista' jipproċedi b'emendi għal-lista tal-persunal sal-limitu ta' 10 % tal-postijiet awtorizzati taħt il-grad A3 safejn dan ma jolqotx il-volum tal-approprjazzjonijiet tal-persunal li jikkorrispondu għal sena finanzjarja sħiħa u sakemm jibqa' fil-limitu tan-numru totali tal-postijiet awtorizzati mil-lista tal-persunal.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-każijiet ta' attività part-time awtorizzati mill-awtorità tal-ħatra skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal u l-kundizzjonijiet ta' impjieg ta' aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem “ir-Regolamenti tal-Persunal”) jisgħu jiġu kkumpensati

TITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 25

Id-direttur jaqdi d-dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti. Huwa uffiċjal suġġett għar-Regolamenti tal-Persunal. Huwa jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont dan ir-Regolament, fuq responsabbilta' tiegħu stess u fil-limitu tal-appropjazzjonijiet allokati.

Artikolu 26

Id-Direttur jista' jiddelega s-setgħat tiegħu ta' implimentazzjoni tal-baġit lil aġenti tal-aġenzija li huma suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal. Dawn l-aġenti jistgħu biss jaġixxu fil-limiti tal-poteri li ngħatawlhom espressament.

Artikolu 27

L-atturi finanzjarji kollha fis-sens tal-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu huma pprojbiti milli jieħdu xi miżura ta' implimentazzoni tal-baġit li tista' tpoġġi l-interessi tagħhom stess f'kunflitt ma' dawk tal-aġenzija jew tal-Komunitajiet. Jekk jinqala' każ bħal dan, l-attur ikkonċernat għandu l-obbligu li jastjeni milli jieħu l-miżura u jirreferi l-każ lis-superjur tiegħu. Id-direttur għandu jirreferi l-każ lill-Kumitat tat-Tmexxija.

Hemm kunflitt ta' interess jekk it-twettiq imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta' attur finanzjarju tal-implimentazzjoni tal-baġit jew ta' awditur intern ikun kompromess għal raġunijiet ta' familja, ta' ħajja emotiva, ta' affinità politika jew nazzjonali, ta' interess ekonomiku jew għal kull raġuni oħra ta' interess komuni mal-benefiċjarju.

KAPITOLU 2

Atturi finanzjarji

Artikolu 28

Id-dmirijet tal-uffiċjal awtorizzanti u tal-uffiċjal tal-kontijiet huma separati u reċiprokament inkompatibbli.

Artikolu 29

L-uffiċjal awtorizzanti huwa inkarigat bl-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq skont il-prinċipji tal-amministrazzjoni finanzjarja soda u li jiżgura li dan isir b'rispett għal-legalità u r-regolarità. Huwa għandu jżomm id-dokumenti ta' prova li għandhom x'jaqsmu mal-operazzjonijiet li jkunu saru fuq medda ta' ħames snin mid-data tad-deċiżjoni tal-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit.

L-uffiċjal awtorizzanti għandu jistabbilixxi, skont l-istandards rilevanti minimi addottati mill-Kummissjoni għas-servizzi tagħha stess, u fid-dawl tar-riskji speċifiċi assoċjati mal-ambjent tal-ġestjoni tagħha, l-istruttura organizzattiva kif ukoll is-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll intern li jkunu adattati għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, inklużi, fejn ikun xieraq, verifiki ex post.

L-uffiċjal awtorizzanti jista', skont, b'mod partikolari, in-natura u l-iskala tal-kompiti tiegħu, jistabbilixxi fi ħdan is-servizzi tiegħu, funzjoni ta' għarfien u ta' konsulenza intiża sabiex tgħin fil-kontroll tar-riskji marbuta mal-attivitajiet tiegħu.

Qabel ma tkun awtorizzata operazzjoni, l-aspetti operattivi u finanzjarji tagħha jridu jkunu vverifikati minn aġenti oħra minbarra l-aġent li jkun ta bidu għall-operazzjoni. Il-verifika ex ante u ex post u l-bidu ta' operazzjoni huma funzjonijiet separati.

L-uffiċjal awtorizzanti jagħti rendikont tal-funzjonijiet tiegħu lill-Kumitat tat-Tmexxija mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu tas-sena finanzjarja fil-forma ta' rapport annwali ta' ħidma, skont l-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003.

Artikolu 30

Il-Kumitat tat-Tmexxija jinnomina uffiċjal tal-kontijiet li jkun uffiċjal suġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u li jkun inkarigat:

a)

bl-eżekuzzjonii, kif inhu xieraq, tal-pagamenti, tal-ġbir tad-dħul u l-ġbir tad-djun;

b)

it-tħejjija tal-kontijiet tal-aġenzija skont it-Titolu VI;

c)

li jieħu ħsieb il-kontabbiltà skont it-Titolu VI;

d)

li jimplimenta r-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà kif ukoll il-pjan tal-kontabbiltà skont id-dispożizzjonijiet addottati mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni;

e)

bil-ġestjoni tat-teżor.

L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jikseb mill-uffiċjal awtorizzanti, li għandu jiggarantixxi l-affidabilità tagħha, l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-tħejjija ta' kontijiet li jagħtu stampa fidila tal-patrimonju tal-aġenzija u tal-implimentazzjoni tal-baġit.

L-uffiċjal tal-kontijiet huwa l-uniku awtorizzat li jamministra flejjes u assi oħrajn. Huwa responsabbli għas-salvagwardja tagħhom.

KAPITOLU 3

Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji

Artikolu 31

Kull aġent, involut fl-amministrazzjoni finanzjarja u l-kontroll ta' transazzjonijiet, li jqis li s-superjur tiegħu jridu japplika jew jaċċetta deċiżjoni irregolari jew li tmur kontra l-prinċipji tal-amministrazzjoni finanzjarja soda jew ir-regoli professjonali li hu marbut li jħares, għandu jinforma b'dan lid-Direttur bil-miktub u, jekk dan ma jagħmel xejn fi żmien raġjonevoli, lill-bord imsemmi fl-Artikolu 35(4) kif ukoll lill-Kumitat tat-Tmexxija. Jekk ikun hemm attivita illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tagħmel ħsara lill-interessi tal-Komunità, huwa għandu jgħarraf lill-awtoritajiet u l-istanzi nnominati mill-leġislazzjoni li tkun fis-seħħ.

Artikolu 32

Bla ħsara għal miżuri dixxiplinarji possibbli, tista', f'kull ħin, temporanjament jew definittivament, titneħħa d-delegazzjoni tal-uffiċjali awtorizzanti delegati mill-awtorità li tkun innominathom, b'deċiżjoni motivata u wara li jkunu nstemgħu. Id-direttur jista', f'kull ħin, jirtira l-kunsens tiegħu għal delegazzjoni speċifika.

Bla ħsara għal miżuri dixxiplinarji possibbli, l-uffiċjal tal-kontijiet jista', f'kull ħin, temporanjament jew definittivament, jiġi sospiż mill-kariga tiegħu mill-Kumitat tat-Tmexxija, b'deċiżjoni motivata u wara li jkun nstema'. Dan għandu jaħtar uffiċjal tal-kontijiet temporanju.

Artikolu 33

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu huma bla ħsara għar-responsabbiltà penali li l-uffiċjal awtorizzanti u d-delegati tiegħu jista' jkollhom taħt il-liġi nazzjonali applikabbli kif ukoll taħt id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri.

Kull uffiċjal awtorizzanti u tal-kontijiet huwa suġġett għal azzjoni dixxiplinarja u għall-ħlas tal-kumpens previst fir-Regolamenti tal-Persunal. Fil-każ ta' attivita illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jagħmlu ħsara lill-interessi tal-Komunità, il-każ għandu jidher quddiem l-awtoritajiet u l-istanzi nnominati mil-leġislazzjoni fis-seħħ.

Artikolu 34

1.   L-uffiċjal awtorizzanti għandu jkun responsabbli għall-ħlas tal-kumpens previst fir-Regolamenti tal-Persunal. F'dan ir-rigward, huwa jista' jkun obbligat jagħmel tajjeb għad-dannu kollu li jkunu sofrew il-Komunitajiet minħabba nuqqasijiet personali gravi li jkun wettaq fil-qadi ta' dmirijietu jew f'konnessjoni mal-qadi ta' dmirijietu, b'mod partikolari meta jiddetermina d-drittijiet li għandhom jiġu rkuprati jew joħroġ l-ordnijiet ta' rkupru, jew jidħol għal impenn ta' nefqa jew jiffirma ordni ta' ħlas mingħajr ma jirrispetta dan ir-Regolament.

L-istess jgħodd meta, minħabba nuqqas personali gravi, jonqos milli jħejji dokument li joħloq dejn jew jekk jonqos jew jittardja, mingħajr ġustifikazzjoni, biex joħroġ ordnijiet ta' rkupru jekk jonqos jew jittardja, mingħajr ġustifikazzjoni, biex joħroġ ordni għall-pagament li jista' jwassal għar-responsabbiltà ċivili tal-aġenzija fil-konfront ta' terzi persuni.

2.   Meta uffiċjal awtorizzanti delegat iqis li deċiżjoni li għaliha jkun responsabbli tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji tal-amministrazzjoni finanzjarja soda, huwa għandu jgħarraf bil-miktub lill-awtorità li tkun għamlet id-delega. Jekk l-awtorita li tkun għamlet id-delega tagħti struzzjoni motivata bil-miktub lill-uffiċjal awtorizzanti delegat biex jimplimenta d-deċiżjoni msemmija hawn fuq, dan tal-aħħar għandu jimplimentaha iżda ma jkunx jista jinżamm responsabbli.

Artikolu 35

1.   L-istanza stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali sabiex tistħarreġ l-eżistenza ta' irregolarità finanzjarja u l-konsegwenzi possibbli tagħha twettaq, fil-konfront tal-aġenzija, l-istess kompetenzi bħal dawk li ġiet assenjata fil-konfront tas-servizzi tal-Kummissjoni.

Fuq il-bażi tal-opinjoni ta' din l-istanza, id-Direttur għandu jiddeċiedi jekk għandhix tinbeda proċedura dixxiplinarja jew għall-ħlas ta' kumpens. Jekk l-istanza tiskopri li hemm problemi sistemiċi, hija għandha tibgħat rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-uffiċjal awtorizzanti u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. Jekk din l-opinjoni timplika lid-direttur, l-istanza għandha tibgħatha lill-Kunsill tat-Tmexxija u lill-awditur intern tal-Kummissjoni.

2.   Kull aġent jista' jiġi obbligat jagħmel tajjeb għad-dannu, kollu jew parti minnu, li tkun sofriet l-aġenzija minħabba nuqqasijiet personali gravi li jkun ikkommetta fil-qadi ta' dmirijietu jew f'konnessjoni mal-qadi ta' dmirijietu. L-awtorita tal-ħatra tieħu deċiżjoni motivata wara li twettaq il-formalitajiet preskritti mir-Regolamenti tal-Persunal rigward kwistjonijiet dixxiplinari.

Artikolu 36

Uffiċjal tal-kontijiet jista' jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinarja u ħlas ta' kumpens, skont ir-Regolamenti tal-Persunal, b'mod partikolari meta:

a)

jitlef jew jikkawża dannu lil fondi, assi u dokumenti li jissorvelja jew ikun il-kawża ta' tali telf jew dannu bin-negliġenza tiegħu;

b)

jibdel kontijiet tal-bank jew kontijiet kurrenti postali mingħajr ma jgħarraf minn qabel lill-uffiċjal awtorizzanti;

c)

iwettaq irkupri jew ħlasijiet li ma jkunux konformi mal-ordnijiet korrispondenti ta' rkupru jew ħlas;

d)

jonqos milli jiġbor dħul dovut.

KAPITOLU 4

Operazzjonijiet ta' dħul

Artikolu 37

Kull miżura jew sitwazzjoni li tista' toħloq jew tibdel dejn tal-aġenzija għandha tkun is-suġġett ta' stima minn qabel tad-dejn mill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti.

Artikolu 38

L-iffissar ta’ dejn li għandu jinġabar huwa l-att li permezz tiegħu l-uffiċjal awtorizzanti:

a)

jivverifika li hemm id-dejn tad-debitur;

b)

jiddetermina jew jivverifika r-realtà u l-ammont tad-dejn;

c)

jivverifika l-kondizzjonijiet li fihom hu dovut id-dejn

Kull dejn identifikat ċert, likwidu u dovut irid ikun ikkonstatat b'ordni ta' rkupru mogħti lill-uffiċjal tal-kontijiet, flimkien ma' nota tad-debitu li tintbagħat lid-debitur. Dawn iż-żewġ dokumenti jridu jitħejjew u jintbagħtu mill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet regolamentari, kuntrattwali jew li jirriżultaw minn ftehim u li huma applikabbli, kull dejn mhux imħallas lura fid-data meta jkun dovut stabbilita fin-nota tad-debitu jwassal għall-imgħax skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

Artikolu 39

L-awtorizzazzjoni għall-irkupru huwa l-att li bih l-uffiċjal awtorizzanti kompetenti jagħti struzzjonijiet, billi joħroġ ordni ta' rkupru, lill-uffiċjal tal-kontijiet biex jirkupra dejn li jkun ivverifika.

L-uffiċjal tal-kontijiet jassumi r-responsabbiltà tal-ordnijiet ta' rkupru tad-debiti debitament stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti. Huwa obbligat li jaġixxi b'diliġenza sabiex jiżgura li l-aġenzija tiġbor id-dħul tagħha u għandu jiżgura li d-drittijiet tagħha jiġu salvagwardjati.

L-ammont li jitħallsu indebitament għandhom jiġu rkuprati.

Artikolu 40

Meta l-uffiċjal awtorizzanti kompetenti jkun qed jaħseb biex jirrinunzja għall-irkupru ta' dejn ivverifikat, huwa għandu jiżgura li r-rinunzja ssir b'mod regolari u skont il-prinċipju tal-amministrazzjoni finanzjarja soda. Huwa għandu jagħmel rapport lill-Kumitat tat-Tmexxija dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrinunzja għad-dejn ivverifikat. Din ir-rinunzja għall-irkupru ta' dejn ivverifikat issir b'deċiżjoni tal-uffiċjal awtorizzanti, li għandha tkun immotivata. L-uffiċjal awtorizzanti jista' jiddelega din id-deċiżjoni biss għal debiti li jirrigwardaw ammont li hu anqas minn EUR 5 000. Id-deċiżjoni ta' rinunzja għandha ssemmi liema azzjonijiet ikunu ttieħdu biex isir l-irkupru u l-punti ta' dritt u ta' fatt li fuqhom tkun ibbażata.

L-uffiċjal awtorizzanti kompetenti jħassar dejn ivverifikat meta jiġi skopert żball ta' fatt jew ta' dritt li juri li d-dejn ma kienx ġie vverifikat sewwa. L-uffiċjal awtorizzanti jista' biss jiddelega din id-deċiżjoni għal ammonti riċevibbli ta' anqas minn EUR 5 000. Dan it-tħassir isir b'deċiżjoni tal-uffiċjal awtorizzanti kompetenti u jrid ikun is-suġġett ta' motivazzjoni xierqa.

L-uffiċjal awtorizzanti kompetenti iżid jew inaqqas l-ammont tad-dejn ivverifikat meta l-iskoperta ta' żball ta' fatt iġib miegħu t-tibdil tal-ammont tad-dejn, sakemm din il-korrezzjoni ma tkunx iġġib magħha l-abbandun tad-dejn ivverifikat għall-benefiċċju tal-aġenzija. Dan it-tibdil isir b'deċiżjoni tal-uffiċjal awtorizzanti kompetenti u jkun is-suġġett ta' motivazzjoni xierqa.

Artikolu 41

L-irkupru effettiv mill-uffiċjal tal-kontijiet jagħti lok għall-annotazzjoni mill-istess uffiċjal tal-kontijiet fil-kontijiet u l-għoti ta' din l-informazzjoni lill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti. Kull ħlas fi flus kontanti lill-uffiċjal tal-kontijiet jagħti lok għall-ħruġ ta' irċevuta.

Jekk l-irkupru effettiv ma jseħħx fl-iskadenza prevista fin-nota tad-debitu, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jgħarraf lill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti u jniedi minnufih il-proċedura tal-irkupru bi kwalunkwe mezz legali, inkluż, jekk ikun il-każ, permezz ta' kumpens, u jekk dan ma jkunx jistax isir, permezz ta' infurzar.

L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jipproċedi bl-irkupru billi jpaċi djun dovuti lill-aġenzija bi djun ekwivalenti li l-aġenzija jkollha ma' kwalunkwe debitur li jkun ċerta, likwidu u dovut.

Artikolu 42

Jista' jingħata biss aktar żmien għall-ħlas mill-uffiċjal tal-kontijiet, b'koordinazzjoni mal-uffiċjal awtorizzanti kompetenti, fuq talba bil-miktub tad-debitur debitament motivata u sakemm id-debitur jintrabat li jħallas l-interessi għall-perjodu kollu taż-żmien mogħti għall-ħlas li jgħodd mid-data tal-ħlas inizjali u, sabiex jitħarsu l-interessi tal-aġenzija, jipprovdi garanzija finanzjarja li tkopri s-somma prinċipali kif ukoll l-imgħax.

KAPITOLU 5

Operazzjonijiet ta' nfiq

Artikolu 43

Kull nefqa għandha tkun is-suġġett ta' impenn, validazzjoni, awtorizzazzjoni u ħlas.

Artikolu 44

Għal kull miżura li tista’ tirriżulta f'nefqa li trid titħallas mill-baġit, l-uffiċjal awtorizzanti kompetenti għandu l-ewwelnett jagħmel impenn baġitarju qabel ma jidħol f'impenn legali fil-konfront ta' partijiet terzi.

L-impenji legali individwali li jirrigwardaw impenji baġitarji individwali jew provviżorji jiġu konklużi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru tas-sena N. Il-bilanċ li ma jkunx kopert minn impenn legali ta' dawn l-impenni baġitarji għandu jiġi diżimpenjat mill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti.

Artikolu 45

Meta jiġi addottat impenn baġitarju, l-uffiċjal awtorizzanti kompetenti għandu jiżgura li l-infiq ikun ġie imputat taħt il-partita korretta tal-baġit, li l-approprjazzjonijiet huma disponibbli u li n-nefqa tikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli inkluż ir-rispett tal-prinċipju tal-amministrazzjoni finanzjarja soda.

Artikolu 46

Il-validazzjoni ta' nefqa hija l-att li bih l-uffiċjal awtorizzanti kompetenti jivverifika l-eżistenza tal-pretensjonijiet tal-kreditur, jivverifika il-kundizzjonijiet li fihom hu dovut il-ħlas u jistabbilixxi jew jivverifika l-verità u l-ammont tal-kreditu. Kull validazzjoni ta' nefqa trid tkun ibbażata fuq dokumenti li jiġġustifikawha li jikkonfermaw id-drittijiet tal-kreditur.

Id-deċiżjoni ta' validazzjoni hija kkomunikata permezz tal-firma “approvazzjoni għall-pagament” mill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti. F'sistema mhux ikkompjuterizzata, l-“approvazzjoni għall-pagament” issir permezz ta' timbru li jkun jinkorpora il-firma tal-uffiċjal awtorizzanti kompetenti. F'sistema kkompjuterizzata, l-“approvazzjoni għall-pagament” issir permezz ta' validazzjoni permezz password li jkun jafu biss l-uffiċjal awtorizzanti kompetenti.

Artikolu 47

L-awtorizzazzjoni tan-nefqa hija l-att li bih l-uffiċjal awtorizzanti kompetenti, permezz tal-għoti ta' ordni ta' pagament, jagħti lill-uffiċjal tal-kontijiet l-istruzzjoni li jħallas nefqa li jkun ivvalida. L-ordni ta' pagament hija ddatata u ffirmata mill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti u, jekk ikun il-każ, tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tiċċertifika l-iskrizzjoni tal-beni fl-inventarji msemmija fl-Artikolu 64.

Il-ħlas tal-infiq isir mill-uffiċjal tal-kontijiet fil-limiti tal-fondi disponibbli.

Artikolu 48

Il-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħlas tal-infiq irid isir fit-termini speċifikati u skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ġenerali u r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tiegħu.

KAPITOLU 6

L-awditur intern

Artikolu 49

Fl-aġenziji eżekuttivi, il-funzjoni tal-awditur intern titwettaq mill-awditur intern tal-Kummissjoni.

L-awditur intern tal-Kummissjoni jeżerċita, fil-konfront tal-aġenziji eżekuttivi, l-istess kompetenzi bħal dawk li ngħatawlu skont l-Artikoli 85 u 86 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali fil-konfront tas-servizzi tal-Kummissjoni. Huwa għandu jagħmel rapport lill-Kumitat tat-Tmexxija u lid-direttur dwar il-verifiki u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Dawn għandhom jiżguraw tittieħed azzjoni rigward ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-verifiki u jinformaw lill-Kummissjoni dwarhom. L-awditur intern għandu jissottometti lill-aġenzija rapport annwali li jindika n-numru u t-tip ta' verifiki li twettqu, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet fir-rigward ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jibgħat kopja ta' dan ir-rapport lill-Kummissjoni għall-informazzjoni.

Ir-responsabbiltà tal-awditur intern fil-qadi ta' dmirijietu hija ddeterminata mill-Artikolu 87 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Kull sena, l-aġenzija għandha tibgħat lill-awtorita tal-kwittanza u lill-Kummissjoni, rapport imħejji mid-direttur tal-aġenzija li jiġbor fil-qosor l-għadd u t-tip tal-verifiki interni li twettqu mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

TITOLU V

GĦOTI TA' KUNTRATTI PUBBLIĊI

Artikolu 50

1.   Fir-rigward tal-għoti ta' kuntratti pubbliċi fil-kuntest tal-operat tal-aġenzija, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ġenerali u tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

2.   L-aġenziji eżekuttivi jistgħu jitolbu li jkunu assoċjati, bħala awtorità kontraenti, fl-għoti ta’ kuntratti tal-Kummissjoni jew kuntratti interistituzzjonali.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-aġenziji eżekuttivi għandhom l-ewwel jużaw il-Kummissjoni jew l-uffiċċji interistituzzjonali għall-provvista ta' oġġetti jew ta' servizzi jew għat-twettiq ta' xogħolijiet li dawn jistgħu jwettqu qabel ma jirrikorru għall-proċedura tal-għoti ta' kuntratti.

TITOLU VI

PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U L-KONTABBILTÀ

KAPITOLU 1

Preżentazzjoni tal-kontijiet

Artikolu 51

Il-kontijiet tal-aġenzija jinkludu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit. Huma għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja

Artikolu 52

Il-kontijiet għandhom jirrispettaw ir-regoli, ikunu eżatti u kompleti u jippreżentaw stampa vera u ġusta:

a)

rigward id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, tal-attiv u l-passiv, l-ispejjeż u d-dħul, intitolamenti u obbligi li ma jidhrux bħala attiv jew passiv u l-likwidità;

b)

rigward rapporti fuq l-implimentazzjoni tal-baġit, tal-operazzjonijiet tad-dħul u l-infiq.

Artikolu 53

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jitħejjew fuq il-bażi tal-prinċipji tal-kontabbiltà li huma ġeneralment aċċettati kif ippreċiżati fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, jiġifieri fuq il-bażi ta' negozju avvjat, il-prudenza, il-metodi ta' kontabbiltà konsistenti, il-komparabbiltà tal-informazzjoni, il-materjalità, l-ebda tpaċija, ir-realtà fuq l-apparenza, il-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti.

Artikolu 54

Skont il-prinċipju tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom juru l-ispejjeż u d-dħul għas-sena finanzjarja, mingħajr ma titqies id-data tal-ħlas jew tal-ġbir tal-flus.

Il-valur tal-attiv u tal-passiv huwa ddeterminat skont ir-regoli tal-evalwazzjoni stabbiliti mill-metodi tal-kontabbiltà previsti fl-Artikolu 59.

Artikolu 55

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu ppreżentati fl-euro u għandhom jinkludu:

a)

il-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, li jirrappreżentaw l-attiv u l-passiv u l-qagħda finanzjarja u l-kont tar-riżultat ekonomiku fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel; dawn għandhom ikunu ppreżentati skont l-istruttura preskritta mid-Direttiva tal-Kunsill dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji, iżda madankollu titqies in-natura tal-attivitajiet tal-aġenzija;

b)

it-tabella tal-likwidità li turi l-ammonti li nġabru u li ħarġu matul is-sena finanzjarja kif ukoll is-sitwazzjoni finali tat-teżor;

c)

ir-rendikont dwar tibdil fil-kapital li jippreżenta fid-dettall iż-żidiet u t-tnaqqis tul is-sena finanzjarja f'kull element tal-kontijiet kapitali.

L-anness tad-dikjarazzjonijet finanzjarji jissupplimenta lil u jikkummenta dwar it-tagħrif ippreżentat u jagħti t-tagħrif l-ieħor kollu preskritt mill-prattika tal-kontabbiltà aċċettata internazzjonalment, meta dan it-tagħrif ikollu x'jaqsam mal-attivitajiet tal-aġenzija.

Artikolu 56

Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit iridu jkunu ppreżentati f'euro. Ikun fihom:

a)

il-kont tar-riżultat tal-implimentazzjoni tal-baġit, li li jagħti sunt tal-operazzjonijiet baġitarji kollha tas-sena finanzjarja fi dħul u nfiq; dan ikun ippreżentat bl-istess struttura tal-baġit innifsu;

b)

L-anness tal-kont tar-riżultat tal-implimentazzjoni tal-baġit, li jissupplimenta lil, u jikkumenta dwar, it-tagħrif mogħti minn dak il-kont.

Artikolu 57

Il-kontijiet tal-aġenzija eżekuttiva għandhom ikunu kkonsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 u skont is-segwenti:

a)

sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu ta' wara għeluq is-sena finanzjara, il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jikkomunika lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri l-kontijiet provviżorji flimkien mar-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja;

b)

sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju ta' wara għeluq is-sena finanzjarja, il-Kumitat tat-Tmexxija għandu japprova, fuq il-bażi tal-abbozz mħejji mid-direttur, il-kontijiet finali tal-aġenzija u jibgħathom lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

c)

fil-31 ta' Ottubru ta' wara għeluq is-sena finanzjarja, il-kontijiet finali tal-aġenzija, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

d)

sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru, id-direttur għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għal kull osservazzjoni li ssir minnha fil-kuntest tar-rapport msemmi fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003.

KAPITOLU 2

Kontabbiltà

Artikolu 58

1.   Il-kontabbiltà tal-aġenzija hija sistema tal-organizzazzjoni tat-tagħrif baġitarju u finanzjarju li tippermetti li ċ-ċifri jkunu jistgħu jiddaħħlu, jiġu kklassifikati u rreġistrati.

Il-kontabbiltà hija magħmula minn kontabbiltà ġenerali u kontabbiltà baġitarja. Dawn iż-żewġ kontijiet jinżammu f'ewro fuq il-bażi tas-sena kalendarja.

Iċ-ċifri fil-kont ġenerali u l-kont baġitarju jiġu addottati f'għeluq is-sena tal-baġit sabiex il-kontijiet imsemmijin fil-Kapitolu 1 ikunu jistgħu jitħejjew.

2.   Minkejja l-paragrafu, l-uffiċjal awtorizzanti jista' jżomm kontijiet analitiċi.

Artikolu 59

Ir-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà kif ukoll il-pjan armonizzat tal-kontabbiltà li għandhom jiġu applikati mill-aġenzija għandhom jiġu addottati mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni b'analoġija mal-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Artikolu 60

Il-kontabbiltà ġenerali għandha żżomm, f'ordni kronoloġika u skont il-metodu tal-partita doppja, l-avvenimenti u l-operazzjonijiet li jolqtu l-qagħda ekonomika u finanzjarja u dik tal-attiv u tal-passiv tal-aġenzija.

Artikolu 61

Iċ-ċaqliq differenti fil-kontijiet u l-bilanċi tagħhom għandhom jiddaħħlu fir-reġistri tal-kontabbiltà.

Kull partita tal-kontabbiltà, inklużi l-korrezzjonijiet lill-kontijiet, tkun bbażata fuq dokumenti ta' prova li tagħmel riferiment għalihom. Is-sistema tal-kontabbiltà trid tkun tippermetti li l-partiti kollha tal-kontabbiltà ikunu jistgħu jiġu ttraċċati.

Artikolu 62

Wara għeluq is-sena baġitarja u sad-data tal-preżentazzjoni tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-aġenzija jista' jagħmel korrezzjonijiet li, mingħajr ma jinvolvu ħruġ jew ġbir għal dik is-sena, jkunu meħtieġa għal presentazzjoni vera u ġusta tal-kontijiet skont ir-regoli.

Artikolu 63

Il-kontabbiltà baġitarja għandha tagħti rendikont iddettaljat tal-implimentazzjoni tal-baġit. Il-kontabbiltà baġitarja għandha tirreġistra l-atti kollha ta' implimentazzjoni tal-baġit li jikkonsistu fi dħul u nfiq u li huma previsti fit-Titolu IV.

Artikolu 64

L-uffiċjal tal-kontijiet tal-aġenzija għandu jżomm inventarji li jkun fihom il-kwantita u l-valur tal-assi tanġibbli, intanġibbli u finanzjarji li jikkostitwixxu l-assi tal-aġenzija, skont mudell imħejji mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-aġenzija għandu jivverifika li l-annotazzjonijiet fl-inventarju jkunu jaqblu mal-qagħda vera.

Il-bejgħ ta' assi mobbli għandu jkun irreklamat b'mod xieraq.

TITOLU VII

VERIFIKA ESTERNA U RILAXX

Artikolu 65

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiskrutinizza l-kontijiet tal-aġenzija skont l-Artikolu 248 tat-Trattat tal-KE.

L-iskrutinju li jsir mill-Qorti tal-Awdituri huwa rregolat mill-Artikoli 139 sa 144 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Il-Kumitat tat-Tmexxija jibgħat il-baġit, kif finalment addottat, lill-Qorti tal-Awdituri. Huwa għandu jgħarraf lill-Qorti tal-Awdituri, mill-aktar fis, b'kull deċiżjoni u b'kull att li jaddotta skont l-Artikoli 15, 18, 26 u 31.

Artikolu 66

Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti kwittanza lid-direttur fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit operattiv għas-sena N mhux aktar tard mid-29 ta’ April tas-sena N+2.

Id-deċiżjoni tal-kwittanza tkopri l-kontijiet tad-dħul u l-infiq kollha tal-aġenzija, kif ukoll il-bilanċ li jirriżulta u l-attiv u l-passiv tal-aġenzija deskritti fil-karta tal-bilanċ. Din il-kwittanza għandha tingħata flimkien ma' dak li tirrigwarda l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Biex jagħti l-kwittanza l-Parlament Ewropew għandu jeżamina, wara l-Kunsill, il-kontijiet, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenzija. Huwa għandu jeżamina wkoll ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri msemmi fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, flimkien mat-tweġibiet tad-direttur.

Fuq talba tal-Parlament Ewropew, id-direttur għandu jippreżentalu kull tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar- Regolament Finanzjarju ġenerali.

Artikolu 67

Id-direttur u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha biex jaġixxu fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewropew u fuq il-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjoni ta' kwittanza addottata mill-Kunsill.

Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, id-direttur għandu jirrapporta fuq il-miżuri meħuda fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet u kummenti. Għandu l-ewwel jibgħat ir-rapport lill-Kummissjoni u mbagħad jibgħat kopja lill-Qorti tal-Awdituri.

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 68

It-termini msemmijin fl-Artikolu 57 japplikaw għall-ewwel darba għas-sena finanzjarja 2005.

Għas-snin finanzjarji ta' qabel, dawn it-termini huma stabbiliti rispettivament għal:

a)

il-15 ta’ Settembru għall-Artikolu 57(b),

b)

it-30 ta’ Novembru għall-Artikolu 57(c),

c)

il-31 ta' Ottubru għall-Artikolu 57(d).

Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI japplikaw progressivament skont il-possibbiltajiet tekniċi sabiex ikun hemm l-effett sħiħ tagħhom fis-sena finanzjarja 2005.

Artikolu 69

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma awtorizzati li jiksbu it-tagħrif u l-ispjegazzjonijiet kollha meħtieġa dwar kwistjonijiet tal-baġit li jagħmlu parti mill-oqsma tal-kompetenza tagħhom.

Artikolu 70

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Settembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Michaele SCHREYER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1655/2004

tat-22 ta' Settembru 2004

li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għat-tranżizzjoni bejn is-sistema ta' modulazzjoni fakultattiva stabbilita mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 tal-Kunsill u s-sistema ta' modulazzjoni obbligatorja stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill Nru (KE) 1782/2003

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 155 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1259/1999 (2) mill-1 ta' Mejju 2004. L-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw il-modulazzjoni volontarja permezz tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 sal-31 ta' Diċembru 2004. Sistema ta' modulazzjoni obbligatorja introdotta taħt l-iskema l-ġdida se tibda tapplika mill-2005.

(2)

Ir-rata ta' modulazzjoni obbligatorja taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) 1782/2003 se tkun aktar baxxa fl-ewwel stadju mir-rata ta' modulazzjoni fakultattiva taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 għal ċerti Stati Membri. Dan jista' joħloq żbilanċ fir-rigward tal-iffinanzjament tal-miżuri ta' akkumpanjament taħt il-programmi għall-iżvilupp rurali reġjonali jew nazzjonali li qegħdin jiġu ffinanzjati permezz ta' appoġġ tal-Komunità ulterjuri kif provdut fil-preżent fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999.

(3)

L-Istati Membri kkonċernati għandhom għalhekk jitħallew ikomplu japplikaw il-modulazzjoni fakultattiva wara l-31 ta' Diċembru 2004, safejn u sakemm dan huwa neċessarju biex ikopri l-ħtiġijiet finanzjarji li jinħolqu minħabba l-miżuri ta' akkumpanjament li ġew approvati qabel l-ewwel ta' Jannar 2006.

(4)

Regoli ta' tranżazzjoni huma għalhekk meħtieġa biex jiffaċilitaw it-tranżazzjoni minn modulazzjoni fakultattiva għal dik obbligatorja.

(5)

Għall-fini ta' tranżazzjoni armonjuża bejn il-perjodi ta' programmazzjoni, il-limiti ta' żmien għad-disponibbilità tal-ammonti li jirriżultaw minn modulazzjoni fakultattiva għandhom jiġu estiżi sa l-aħħar tar-raba' sena finanzjarja wara dik li matulha l-ammonti ġew miżmuma. F'dan il-kuntest huwa xieraq, għal raġunijiet ta' ċarezza legali, li jiġi emendat l-Artikolu 1 tar-Regolamnet tal-Kummissjoni (KE) Nru 963/2001 tas-17 ta' Mejju 2001 dwar ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 fir-rigward taż-żieda fl-appoġġ tal-Komunità u tat-tranżmissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni (3).

(6)

B'kunsiderazzjoni għall-emenda fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 963/2001, huwa neċessarju wkoll li jiġi emendat l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 (4)li jikkonċerna d-dejta li għandha tiġi trażmessa mill-Istati Membri u l-kontabilità ta' kull xahar tan-nefqa ffinazjata taħt is-Settur ta' Garanazija tal-FAEGG, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu fl-intier tiegħu fir-rigward tal-fondi li jirriżultaw minn modulazzjoni fakultattiva.

(7)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 963/2001 u (KE) Nru 296/96 għandhom għalhekk jiġu emendati kif inhu xieraq.

(8)

Sabiex tiġi żgurata t-traċċjabilità, is-sors ta' finanzjament ta' kull azzjoni multiannwali għandu jibqa' l-istess sakemm l-azzjoni tiskadi. Madanakollu, meta l-fondi li jirriżultaw minn modulazzjoni fakultattiva jkunu ġew eżawriti, l-Istat Membru għandu jitħalla jiffinazja l-azzjonijiet multiannwali li għadhom għaddejjin permezz ta' fondi oħra.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-fondi li jirriżultaw minn modulazzjoni fakultattiva huma ġestiti u sorveljati kif suppost, l-Istat Membru għandu jżomm kont separat għall-ammonti li ġew miżmuma u għall-użu tagħhom. B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 296/96.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri li applikaw tnaqqis fil-ħlasijiet diretti permezz tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jistgħu, flimkien mat-tnaqqis taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) 1782/2003, japplikaw tnaqqis ulterjuri li ma jaqbiżx ir-rata li tiġi stmata kull sena u li titfassal biex tiġi koperta d-differenza bejn l-ammont disponibbli li jirriżulta mit-tnaqqis taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) 1782/2003 u l-ammont neċessarju li bih se tkun iffinazjata n-nefqa tal-miżuri ta' akkumpanjament taħt ir-Regolamnet tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (5), li għalihom ġew approvati l-allokazzjoni u l-użu tal-appoġġ tal-Komunità ulterjuri sal-31 ta' Diċembru 2005.

2.   It-tnaqqis globali fl-appoġġ li jingħata lill-bidwi f'sena kalendarja partikolari, li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, m'għandux jaqbeż l-20 % tal-ammont totali tal-ħlasijiet li, kieku mhux minħabba dak il-paragrafu u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kienu jingħataw lill-bidwi fis-sena kalendarja kkonċernata.

3.   Il-miżuri ta' akkumpanjament imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu l-miżuri taħt l-Artikoli 10 sa 12 (irtirar kmieni), 13 sa 21 (żoni anqas vantaġġati u żoni b'restrizzjonjiet ambjentali), 21a sa 21d (standards tal-laqgħat). 22 sa 24 (ambjent agrikolturali u l-benessri tal-annimali), 24a sa 24d (il-kwalità fl-ikel) u 31 (it-tkabbir tal-foresti) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

4.   It-tnaqqis ulterjuri previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi applikat fil-livell reġjonali.

5.   Id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 48(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004 (6)għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-approvazzjoni u l-użu tal-ammonti miżmuma skont il-paragrafu 1.

Artikolu 2

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 77 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (7), l-ammont tat-tnaqqis ulterjuri previst fl-Artikolu 1 għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-ammonti ta' ħlasijiet diretti taħt l-Artikoli 6 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew, fil-każ tal-iskemi ta' għajnuna elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament iżda li ma jaqax taħt it-titoli III u IV tal-istess Regolament, taħt il-leġiżlazzjoni speċifika applikabli għalihom.

Artikolu 3

1.   L-ammonti miżmuma skont l-Artikolu 1ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Numru 1259/1999 għandhom jintużaw għall-ħlas tal-għajnuna addizzjonali mill-Komunità sa mhux aktar tard mill-aħħar tar-raba' sena finanzjara wara dik li matulha kienu miżmuma.

2.   Il-perċentwali tal-kontribuzzjoni tal-Komunità għal miżuri ffinazjati mill-ammonti miżmuma skont l-Artikolu 1 għandha tkun l-istess bħal dik prevista fid-dokument tal-programmazzjoni għall-iżvilupp rurali għall-miżura kkonċernata.

3.   Azzjoni multiannwali m'hijiex se tiġi ffinanzjata b'mod alternat, fejn sena waħda tkun ffinazjata mill-appoġġ tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 48(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 817/2004 u oħra permezz ta' fondi li jirrużultaw mit-tnaqqis addizzjonali taħt dan ir-Regolament.

Madanakollu, kulmeta l-fondi li jirriżultaw minn tnaqqis taħt dan ir-Regolament huwa eżawriti, l-Istat Membri jista' jekk irid jiffinanzja l-azzjoni multiannwali sakemm din tiskadi taħt is-Settur “tal-Garanzija” FAEGG b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

Artikolu 4

Id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 (6a)(b) tar-Regolament (KE) Nru 296/96 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kontabbilità tal-ammonti miżmuma u n-nefqa ġġenerata taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Sat-30 ta' Settembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni aġġornament tal-allokazzjoni tal-ammonti miżmuma skont l-Artikolu 1 flimkien mad-dikjarazzjoni tal-infiq imsemmi fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 817/2004.

Artikolu 6

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 963/2001 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-ammonti miżmuma skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Numru 1259/1999 għandhom jintużaw għal ħlas tal-għajnuna addizzjonali mil-Komunità riferiti fl-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tielet sena finanzjara wara dik li fiha jkunu miżmuma.”

Artikolu 7

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 296/96 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

L-ammonti miżmumin skont l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1655/2004 (*) u l-interessi possibbli tagħhom li għadhom ma tħallsux skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 963/2001 jew l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 għandhom jitnaqqsu mill-ħlas bil-quddiem relatat man-nefqa ta' Ottubru tas-sena finanzjarja kkonċernata.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005. Madankollu, l-Artikoli 3(1) u 6 għandhom japplikaw mill-15 ta' Ottubru 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Settembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 864/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48).

(2)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 113. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 41/2004 (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 19).

(3)  ĠU L 136, 18.5.2001, p. 4.

(4)  ĠU L 39, 17.2.1996, p. 5. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2035/2003 (ĠU L 302, 20.11.2003, p. 6).

(5)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 583/2004 (ĠU L 91, 30.3.2004, p. 1).

(6)  ĠU L 153, 30.4.2004, p. 30.

(7)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1808/2004

tat-18 ta' Ottubru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2138/97 li jiddelimita ż-żoni omoġenji tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar l-istabbiliment tal-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2261/84 tas-17 ta' Lulju 1984 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ta’ għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 2261/84 jistipula li l-livelli ta’ produzzjoni taż-żebbuġ u taż-żejt għandhom jiġu ffissati skont żoni omoġenji ta’ produzzjoni abbażi taċ-ċifri pprovduti mill-Istati Membri produtturi.

(2)

Id-delimitazzjoni taż-żoni ta’ produzzjoni ġiet stabbilita fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2138/97 (3). Għal raġunijiet amministrattivi u strutturali, jeħtieġ li jiġu mmodifikati ż-żoni omoġenji tal-produzzjoni fil-Greċja, fi Spanja u fl-Italja għas-sena tas-suq 2003/2004.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2138/97 għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

fil-punt A, il-partijiet li jirrigwardaw il-provinċji ta' “Brescia”, “Perugia”, “Lecce”, “Catanzaro” u “Messina” għandhom jinbidlu, rispettivament, bit-testi li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament;

2)

il-punt C għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

taħt l-intestatura “Νομός Ζακύνθου”, il-muniċipalità ta' “Μαχαιράδου” għandha titneħħa miż-żona nru 2 u tiżdied maż-żona nru 3;

b)

taħt l-intestatura “Νομός Ημαθίας”, il-muniċipalità ta' “Φυτείας” għandha titneħħa miż-żona nru 1 u tiżdied maż-żona nru 2;

c)

taħt l-intestatura “Νομός Κιλκίς”, il-muniċipalità ta' “Βαφειοχωρίου” għandha titneħħa miż-żona nru 2 u tiżdied maż-żona nru 1;

d)

taħt l-intestatura “Νομός Κορινθίας”, il-muniċipalità ta' “Κορφιώτισσας” għandha titneħħa miż-żona nru 8 u tiżdied maż-żona nru 1;

e)

taħt l-intestatura “Νομός Λασηθίου”,

il-muniċipalitajiet ta' “Λακωνίων”, “Αγίου Ιωάννη”, “Καλαμαύκα”, “Ζήρου”, “Παπαγιαννάδων”, “Χανδρών”, “Λιθίνων”, “Ορεινού”, “Πεύκων”, “Σχινοκαψάλων”, “Χρυσοπηγής”, “Αγίου Γεωργίου”, “Κατσιδονίου”, “Μαρωνιάς”, “"Πισκοκεφάλου”, “Σητείας”, “Αγίου Στεφάνου”, “Σταυροχωρίου”, “Σταυρωμένου” u “Προυσσού” għandhom jitneħħew miż-żona nru 2 u jiżdiedu maż-żona nru 1,

il-muniċipalitajiet ta' “Μεσελέρων” u “Πρίνων” għandhom jitneħħew miż-żona nru 1 u jiżdiedu maż-żona nru 2, u

il-muniċipalità ta' “Αγίου Σπυρίδωνα” għandha tiżdied maż-żona nru 1;

f)

taħt l-intestatura “Νομός Πρέβεζας”, il-muniċipalità ta' “Ριζών” għandha titneħħa miż-żona nru 2 u tiżdied maż-żona nru 7;

3)

fil-punt D, taħt l-intestatura “Comunidad autónoma: Aragón”, il-muniċipalità ta' “La Portellada” għandha tiddaħħal fiż-żona nru 4 tal-provinċja ta' “Teruel”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 172, 30.9.1966, p. 3025/66. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97).

(2)  ĠU L 208, 3.8.1984, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1639/98 (ĠU L 210, 28.7.1998, p. 38).

(3)  ĠU L 297, 31.10.1997, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1885/2003 (ĠU L 277, 28.10.2003, p. 5).


ANNESS

“Brescia:

1.

(*)

2.

Gardone Riviera, Gargnano, Limone sul Garda, Salò, Tignale, Toscolano-Maderno, Tremosine.”

“Perugia:

1.

(*)

2.

Assisi, Campello sul Clitunno, Foligno, Spello, Spoleto, Trevi.”

“Lecce:

1.

Arnesano, Campi Salentina, Carmiano, Cavallino, Guagnano, Lecce, Lizzanello, Monteroni di Lecce, Novoli, Salice Salentino, Squinzano, Surbo, Trepuzzi, Veglie.

2.

Aradeo, Bagnolo del Salento, Calimera, Cannole, Caprarica di Lecce, Carpignano Salentino, Castri di Lecce, Castrignano de' Greci, Castro Marino, Copertino, Corigliano d’Otranto, Cursi, Galatina, Galatone, Giuggianello, Giurdignano, Lequile, Leverano, Maglie, Martano, Martignano, Melendugno, Melpignano, Minervino di Lecce, Muro Leccese, Nardò, Neviano, Ortelle, Otranto, Palmariggi, Poggiardo, Porto Cesareo, San Cesario di Lecce, San Donato di Lecce, San Pietro in Lama, Sanarica, Santa Cesarea Terme, Seclì, Sogliano Cavour, Soleto, Sternatia, Surano, Uggiano la Chiesa, Vernole, Zollino.

3.

(*)”

“Catanzaro:

1.

Curinga, Feroleto Antico, Gizzeria, Lamezia Terme, Maida, San Pietro a Maida.

2.

Amaroni, Badolato, Borgia, Cerva, Falerna, Gasperina, Guardavalle, Marcedusa, Montauro, Montepaone, Nocera Tirinese, Palermiti, Petrizzi, Petronà, Pianopoli, San Floro, San Mango d’Aquino, Sant’Andrea Apostolo dello Ionio, Satriano, Settingiano, Squillace, Staletti, Tiriolo, Vallefiorita.

3.

(*)

4.

Albi, Argusto, Cardinale, Carlopoli, Cenadi, Centrache, Chiaravalle Centrale, Cicala, Conflenti, Decollatura, Fossato Serralta, Gimigliano, Magisano, Martirano, Martirano Lombardo, Motta Santa Lucia, Olivadi, Pentone, Platania, Sorbo San Basile, Soveria Mannelli, Taverna, Torre di Ruggiero.”

“Messina:

1.

(*)

2.

Acquedolci, Alcara li Fusi, Alì, Alì Terme, Antillo, Barcellona Pozzo di Gotto, Basicò, Capizzi, Capo d'Orlando, Capri Leone, Caronia, Casalvecchio Siculo, Castel di Lucio, Castelmola, Castroreale, Cesarò, Condrò, Falcone, Fiumedinisi, Floresta, Fondachelli-Fantina, Forza d’Agrò, Francavilla di Sicilia, Furci Siculo, Furnari, Gaggi, Gallodoro, Giardini-Naxos, Gioiosa Marea, Graniti, Gualtieri Sicaminò, Itala, Leni, Letojanni, Librizzi, Limina, Lipari, Malfa, Malvagna, Mazzarrà Sant’Andrea, Merì, Messina, Milazzo, Militello Rosmarino, Mistretta, Moio Alcantara, Monforte San Giorgio, Mongiuffi Melia, Montalbano Elicona, Motta Camastra, Motta d’Affermo, Nizza di Sicilia, Novara di Sicilia, Oliveri, Pace del Mela, Patti, Pettineo, Reitano, Roccafiorita, Roccalumera, Roccavaldina, Roccella Valdemone, Rodì Milici, Rometta, San Filippo del Mela, San Fratello, San Marco d’Alunzio, San Pier Niceto, San Teodoro, Sant’Agata di Militello, Sant’Alessio Siculo, Santa Domenica Vittoria, Santa Lucia del Mela, Santa Marina Salina, Santa Teresa di Riva, Santo Stefano di Camastra, Saponara, Savoca, Scaletta Zanclea, Spadafora, Taormina, Terme Vigliatore, Torregrotta, Torrenova, Tripi, Tusa, Valdina, Venetico, Villafranca Tirrena.”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

38


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1813/2004

tad-19 ta' Ottubru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1433/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar il-fondi operattivi, programmi operazzjonali u għajnuna finanzjarja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1433/2003 tal-Kummissjoni (2) jipprevedi fl-Artikolu 17 tiegħu li l-Istati Membri, wara l-approvazzjoni tal-programmi operattivi ppreżentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jistipulaw l-ammont approvat tal-għajnuna mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru tas-sena li tippreċedi l-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi. Bl-għan li tittejjeb il-ġestjoni baġitarja tal-organizzazzjoni komuni tas-suq, jaqbel li l-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni bl-ammont globali approvat tal-għajnuna għall-programmi operattivi kollha.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1433/2003 jipprevedi fl-Artikolu 26 tiegħu li d-dejta fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-fondi u programmi operattivi għandha tkun is-suġġett tar-rapporti tal-Istati Membri, li jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni kull sena fl-1 ta' Ġunju skont l-Anness III tar-Regolament imsemmi. Iċ-ċifri biss li jirrigwardaw il-ħlasijiet tal-għajnuna finali li fil-fatt saru li għandhom jiġu ppreżentati mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul dawn l-aħħar snin, l-iskadenza doppja għall-komunikazzjonijiet taf tkun sors bla bżonn ta' kumplikazzjoni amministrattiva. Jaqbel li tiġi simplifikata, billi jiġi previst li r-rapporti tal-Istati Membri jintbagħtu kull sena mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru, u jinkludu d-dejta definittiva dwar il-ħlasijiet tal-għajnuna finali.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1433/2033 jipprevedi, fl-Anness I tiegħu, lista eżawrjenti ta' azzjonijiet u ta' nefqiet li jistgħu jiġu koperti mill-programmi operattivi. Fost dawn in-nefqiet, jidhru fil-punt 2 tal-Anness imsemmi, l-ispejjeż speċifiċi tal-miżuri tat-titjib tal-kwalità li huma magħmula, fost oħrajn, mix-xiri ta' żrieragħ ċertifikati. L-esperjenza wriet li jeħtieġ li ssir kjarifika fir-rigward tat-terminu “żrieragħ ċertifikati”, permezz ta' referenza espliċita għad-Direttiva 2002/55/KE tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing taż-żrieragħ tal-ħxejjex (3), li tikkorrispondi għall-għan ta' titjib u ta' sostenn tal-kwalità msemmija fir-Regolament ta' hawn fuq.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1433/2033 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1433/2033 huwa emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fit-30 jum wara din id-data, it-total globali tal-għajnuna approvata għall-programmi operattivi kollha f'daqqa.”

2)

Fl-Artikolu 26(1), id-data 1 ta' Ġunju tinbidel bid-data 15 ta' Novembru.

3)

Fl-Anness I, il-punt 2(d) jinbidel bit-test li ġej:

“(d)

miżuri ta' titjib tal-kwalità, inklużi l-miċelju u l-pajnti ċertifikati u ż-żrieragħ tal-kategoriji ‘żrieragħ ta' bażi’ u ‘żrieragħ ċertifikati’, hekk kif definiti mid-Direttiva 2002/55/KE tal-Kunsill (*).

(*)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.”"

4)

Fl-Anness III, il-parti 3, jitħassar il-punt 3.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Minkejja dan, l-Artikolu 1(3), ma japplikax għall-programmi operattivi diġà approvati mill-Istati Membri.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta' Ottubru 2004

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 47/2003 tal-Kummissjoni (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 203, 12.8.2003, p. 25.

(3)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

40


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1820/2004

ta’ l-20 ta' Ottubru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2208/2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 dwar miżuri ta’ informazzjoni inkonnessjoni mal-politika agrikola komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 tas-17 ta’ April 2000 dwar il-miżuri ta’ informazzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 9 ta’ dan,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002 (2) jipprevedi s-sejħa għal preżentazzjoni ta’ proposti bil-għan li tkun assigurata l-usa’ pubbliċità għall-possibbiltajiet ta’ sussidju offruti mir-Regolament (KE) Nru 814/2000 u l-għażla tal-aħjar miżuri. Din is-sejħa għandha tiġi ppubblikata sal-31 ta' Lulju ta' kull sena. Għal raġunijiet ta’ tmexxija amministrattiva tajba, marbuta, b’mod partikulari, mal-estensjoni għaċ-ċittadini tal-Istati Membri ġodda favur is-sistema prevista fir-Regolament (KE) Nru 814/2000, hemm lok li din id-data tkun ipposponuta għal tliet xhur.

(2)

Meħtieġ bħala konsegwenza li jkun emendat ir-Regolament (KE) Nru 2208/2002.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-parir tal-Kumitat tal-FEOGA,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2208/2002, id-data tal-31 ta’ Lulju nbidlet bid-data tal-31 ta’ Ottubru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 7.

(2)  ĠU L 337, 13.12.2002, p. 21.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1856/2004

tas-26 ta' Ottubru 2004

li jissupplimenta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar l-iskrizzjoni ta' isem fir-“Reġistru ta’ deskrizzjoni ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Lardo di Colonnata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5)(a) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-Italja bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-iskrizzjoni tal-kelma “Lardo di Colonnata” bħala indikazzjoni ġeografika.

(2)

Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, instab li l-applikazzjoni tirrispetta r-Regolament u li b'mod partikolari li fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 4 tiegħu.

(3)

Spanja bagħtet dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, wara l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għall-iskrizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(4)

Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni kienet relatata man-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 u kienet ammissibbli skont l-Artikolu 7(4) ta' dak ir-Regolament. Fil-fatt, wara ilment minn esportatur ta' laħam frisk, Spanja kkontestat il-metodu użat għad-definizzjoni taż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-materja prima maħsuba għall-produzzjoni tal-“Lardo di Colonnata” kif ukoll iż-żona ġeografika tal-ipproċessar.

(5)

Bl-ittra tas-29 ta' Jannar 2004, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri kkonċernati biex jilħqu ftehim bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom. L-Italja spjegat f'iktar dettall il-metodu użat għad-definizzjoni taż-żoni ġeografiċi li jikkonċernaw il-produzzjoni tal-materja prima u tal-iproċessar u Spanja qablet mal-iskrizzjoni.

(6)

Żdiedu xi dettalji mas-sommarju tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-indikazzjoni kkonċernata, b'mod partikolari mal-paragrafu 4.3 dwar iż-żona ġeografika.

(7)

Għalhekk l-isem “Lardo di Colonnata” għandu jkun irreġistrat fir-“Reġistru ta’ deskrizzjoni ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” u minn issa jkun protett fil-Komunità kollha bħala indikazzjoni ġeografika protetta.

(8)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (3) (KEE) Nru 2400/96 għandu jiġi ssupplimentat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem imniżżel fl-Anness I ta' dan ir-Regolament qed jinżied fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu huwa hawnhekk irreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) fir-“Reġistru ta’ deskrizzjoni ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” previst fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Is-sommarju kkonsolidat li jirrepeti l-punti prinċipali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jidher fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 131, 5.6.2003, p. 10.

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1486/2004 (ĠU L 273, 21.8.2004, p. 9).


ANNESS I

PRODOTTI TAL-ANNESS I TAT-TRATTAT MAĦSUBA GĦALL-ALIMENTAZZJONI TAL-BNIEDEM

Prodotti magħmulin mil-laħam (imsaħħnin, immelħin, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Lardo di Colonnata (IĠP)


ANNESS II

SOMMARJU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2081/92

“LARDO DI COLONNATA”

(KE NRU: IT/00269)

DPO ( ) IĠP (X)

Dan is-sommarju ġie mfassal għall-skopijiet ta' informazzjoni. Għall-infomazzjoni kompluta, b'mod partikolari għall-produtturi tal-prodotti koperti bid-DPO (Denominazzjoni Protetta ta' Oriġini) jew bl-IĠP (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) kkonċernata, ikun xieraq li wieħed jikkonsulta l-verżjoni kompluta tal-ispeċifikazzjoni jew fil-livell nazzjonali, inkella mingħand is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea (1).

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem : Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

Indirizz :

Via XX Settembre n. 20 - 00187 ROMA

Tel.: 06-481 99 68

Faks: 06-420 131 26

e-mail : qualita@politicheagricole.it

2.   Grupp applikant:

Name : Associazione Tutela Lardo di Colonnata

Address

Composition producer/processor (x) other ( )

3.   Tip ta' prodott: Klassi 1.2 — Preparazzjoni tal-laħam imniżżla fl-Anness II — Xaħam tal-majjal.

4.   Deskrizzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(sommarju tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(2))

4.1.   Isem:“Lardo di Colonnata”

4.2.   Deskrizzjoni:

Prodott miksub minn qatgħat tal-laħam tal-majjal, li ġejjin mill-irziezet li jinsabu fir-Reġjuni tat-Toskana, l-Emilia-Romania, il-Friuli-Venezia Giulia, il-Lombardia, il-Piemonte, l-Umbria, le Marche, il-Lazio u l-Molise li jikkorrispondi għas-saff ta' xaħam li jkopri mid-dahar tar-reġjun oċċipitali sar-ramp u, mill-ġenb, saż-żaqq.

Il-karatteristiċi prinċipali tal-“Lardo di Colonnata” huma dawn:

Forma: varjabbli, normalment rettangulari, ħxuna mhux inqas minn 3 cm.

Aspett estern: Il-parti ta' isfel tkun bil-ġilda filwaqt li l-parti ta' fuq hi koperta bil-melħ għall-preservazzjoni, skurat bil-ħxejjex aromatiċi u bil-ħwawar; tista' tkun preżenti strixxa ta' dgħif. Fl-intier tiegħu, il-prodott jidher umdu, b'konsistenza omoġenja u ratba u l-kulur tiegħu hu abjad, kemxejn fir-roża jew fil-kannella.

Riħa: tfuħ u mimlija aroma.

Togħma: togħma delikata, kważi ħelwa, kemxejn pikkanti jekk ġejja mir-ramp tal-annimal, arrikkita bi ħxejjex aromatiċi u ħwawar użati fl-ipproċessar.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-materja prima tkopri r-Reġjuni tat-Toskana, l-Emilia-Romania, il-Friuli-Venezia Giulia, il-Lombardia, il-Piemonte, l-Umbria, le Marche, il-Lazio u l-Molise. Dawn huma reġjuni Taljani li huma tradizzjonalment dedikati għall-produzzjoni ta' ħnieżer ta' toqol kbir, fejn it-tekniki tat-trobbija u tal-alimentazzjoni adattati għall-produzzjoni tal-materja prima bil-karatteristiċi neċessarji għall-ipproċessar sussegwenti ġew konsolidati biż-żmien. Il-biċċeriji u l-impjanti tat-tqattiegħ jinsabu wkoll f'dawn ir-reġjuni.

Iż-żona ġeografika relatata mal-produzzjoni ta' “lardo di Colonnata” hi ż-żona ta' Colonnata li hi parti mill-muniċipalità ta' Carrara fil-provinċja ta' Massa Carrara.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Skont ċerti sorsi, Colonnata tieħu l-isem tagħha minn kolonja ta' skjavi impjegati mir-Rumani li kienu jaħdmu fil-barrieri tal-irħam. Hemm bosta evidenza storika u arkeoloġika li tixhed l-eżistenza ta' dan it-tip ta' kolonja. Hu possibbli li l-introduzzjoni fuq il-post tal-metodi ta' preservazzjoni tal-laħam tal-majjal tmur lura għall-epoka tad-dominazzjoni Rumana. Apparti minn dan hu ppruvat li r-Rumani kienu jafu sew ir-rwol importanti tax-xaħam fid-dieta tal-ħaddiema li kienu jagħmlu xogħol iebes. Skont il-Kodiċi Ġustinjan il-leġjunarji stess kienu jirċievu porzjon xaħam kull tlett ijiem. Il-kwalità kbira ta' materjali li jinsabu fuq il-post ma setgħetx ma tiffavorixxix l-użu tagħhom mhux biss għall-skopijiet arkitetturali u artistiċi iżda wkoll għall-manifattura ta' firxa wiesgħa ta' oġġetti tal-ħajja ta' kuljum bħal pereżempju mehrież għat-tifrik tal-melħ u l-famużi friskaturi tal-irħam, li lokalment ingħataw l-isem ta' “conche” (vaski) li kienu użati għall-preservazzjoni tax-xaħam. Dawn l-iskoperti jagħtu prova tar-rabtiet li dejjem eżistew bejn prodott uniku bħal-“Lardo di Colonnata” u ċ-ċivilizzazzjoni preżenti fit-territorju li vvintatu. Ċivilizzazzjoni li probabbli ma ġarbitx interruzzjonijiet importanti miż-żminijiet l-iktar antiki. B'mod ġenerali, is-sorsi jindikaw li l-ipproċesssar tal-laħam tal-majjal ġie estiż b'mod konsiderevoli fiż-żminijiet Lombardi. Barra minn dan, huwa wkoll interessanti li wieħed jinnota li kienet ħaġa normali li l-bennejja tas-sengħa jirċievu għaxar libbri ta' xaħam tal-majjal (bejn wieħed u ieħor 5 kg) qabel ma jibdew ix-xogħol li kienu assenjati għalih. Jinstabu annotazzjonijiet simili matul iż-żmien medjevali kollu li ra żvilupp importanti fit-tekniki tal-ipproċessar u l-preservazzjoni tal-laħam tal-majjal.

Aħna ma nistgħux ngħidu bl-eżatt meta dan kollu kellu effett dirett fuq il-metodu tal-ipproċessar u tal-preservazzjoni tax-xaħam tal-majjal f'Colonnata. Skont xi awturi, kienu propjament it-trobbija tal-ħnieżer u l-ħila magħrufa fl-arti tal-ipproċessar tal-laħam tal-majjal (introdotta fuq il-post mill-Lombardi) li ppermetiet il-villaġġ ta' Colonnata biex jibqa' jeżisti matul il-Medju Evu, meta t-tħaffir għall-irħam naqas ħafna.

Anke jekk hu diffiċli li tistabbilixxi b'ċertezza l-oriġini Ċeltika, Rumana jew Lombarda jew anke Komunali tat-tradizzjoni lokali tal-preservazzjoni tax-xaħam tal-majjal fi friskaturi tal-irħam, m'hemmx dubju li din hija tradizzjoni antika u stabbilita.

Dan hu ppruvat b'mod partikolari bl-iskoperta fiż-żona ta' friskaturi tal-irħam użati għall-maturazzjoni tax-xaħam tal-majjal datati mis-seklu sbatax, tmintax u dsatax. Dawn huma friskaturi ta' daqs differenti li ġejjin miż-żona ta' “Canaloni di Colonnata”. Huwa wkoll importanti li l-faċċati ta' xi bini jippreservaw bassoriljevi tas-seklu dsatax li juru lill-Sant'Antnin, eremit tas-sekli tlieta u erbgħa, li kellu r-reputazzjoni li jfejjaq “il-ħruq ta' Sant'Antnin” l-isem popolari tal-herpès zoster. L-applikazzjonijiet tax-xaħam tal-majjal fuq il-ġilda kienet ikkunsidrata għal sekli sħaħ bħala l-uniku rimedju effikaċi kontra din il-marda. Din hi r-raġuni għala Sant Antnin huwa ħafna drabi rappreżentat flimkien ma' ħanzir. Huwa wkoll interessanti li wieħed jinnota li l-knisja parrokkjali hi ddedikata lil San Bartolomew, il-qaddis patrun tal-biċċiera, u li l-festa patrunali hi wkoll okkażżjoni ta' festa tax-xaħam tal-majjal li tattira bosta viżitaturi Taljani u barranin.

Il-produzzjoni, il-konsum u, b'estensjoni, il-kultura tax-xaħam f'Colonnata minn dejjem kienu marbuta mal-attività tat-tħaffir għall-irħam u mal-ħaddiema.

F'xhieda prezzjuża ppubblikata dan l-aħħar f'artiklu ta' gazzetta, l-inġinier Aldo Mannolini, li ddiriġa fl-aħħar tas-snin 40 numru ta' siti ta' depożiti tal-irħam tar-reġjun ta' Carrara għall-kumpanija Montecatini, jiddikjara li “kien possibbli li jkun stabbilit b'ċertezza l-post ta' residenza tal-ħaddiema permezz tal-osservazzjoni tal-komposizzjoni tal-ikliet tagħhom, billi l-ħaddiema ta' Colonnata biss kellhom id-drawwa li jieklu ħobż u xaħam tal-majjal. Dawn kienu kburin bil-prodott tagħhom u bis-sistema tagħhom ta' produzzjoni li kienet tinvolvi l-preservazzjoni tax-xaħam tal-majjal fi friskaturi tal-irħam installati f'kantini taħt l-art.”

Huwa importanti li wieħed jinnota li f'test ippubblikat fl-aħħar tas-seklu dsatax, li kien jinkludi studju tal-indafa soċjali rigward il-ħaddiema fil-barrieri tal-irħam f'Carrara, jidhru xi informazzjonijiet li jikxfu d-differenza fid-dieti bejn dawk li kienu jaħdmu fil-pjanura u dawk li kienu jaħdmu fil-barrieri fil-muntanji. Dawk tal-ewwel setgħu jiddependu fuq ikel pjuttost varjat u mqassam regolari matul il-ġurnata, filwaqt li l-ikel ta' dawk tal-aħħar kien inqas regolari u kien jikkonsisti prinċipalment f'ħobż, għaġin jew taljarini msajrin bil-fażola u ħaxix u mħawrin biż-żejt jew xaħam.

Fir-rigward tal-ingredjenti, il-melħ tal-baħar ilu jiġi użat ħafna u hu faċli biex jinkiseb. It-tewm u ħafna pjanti oħrajn aromatiċi, bħal pereżempju, il-klin, is-salvja u l-origanu kienu disponibbli fuq il-post, filwaqt li l-ħwawar li ġejjin minn pajjiżi distanti — bħal pereżempju l-bżar iswed, il-kannella u n-noċemuskata probabbli kienu faċli biex jinsabu, minħabba l-prossimità tar-rotot tal-kummerċ bejn Livorno/Piża — Emilia/Lombardia.

Matul is-sekli, is-sistema tal-ipproċessar u tal-maturazzjoni fil-friskaturi tal-irħam tradizzjonali ma nbidlitx ħafna. Huwa importanti li wieħed jinnota li fl-antik, iċ-ċiklu ta' produzzjoni kien annwali, il-ħanżir kien jinqatel u jiġi pproċessat biss matul ix-xhur l-iktar kesħin (Jannar/Frar), filwaqt li llum hu possibbli li jitwettaq iktar minn ċiklu wieħed ta' produzzjoni f'sena, iżda, madankollu, l-operazzjonijiet jibqgħu kkunċentrati fix-xhur l-iktar kesħin u umdi (minn Settembru sa Mejju) sabiex ikun salvagwardjat il-karattru naturali tal-proċess tal-produzzjoni.

Għal bosta snin, il-Lardo di Colonnata ħareġ mill-ambitu tal-konsum lokali biex jakkwista reputazzjoni iktar mifruxa, fl-Italja u barra mill-Italja.

L-iskoperta mill-ġdid gastronomika tiegħu tmur lura probabbli għas-snin ħamsin. Tabilħaqq, diġà f'dak iż-żmien, gwida turistika li kien qed jagħti lista tal-kurżitajiet ewlenin storiċi u gastronomiċi tal-provinċja ta' Massa Carrara attribwixxa l-fama tal-villaġġ esklussivament għax-xaħam tal-majjal, apparti għall-prossimità tiegħu mal-barrieri.

Ta' min jenfasizza li l-letteratura vasta kollha kkonsakrata għal dan il-qasam, inkluża l-letteratura nazzjonali l-iktar riċenti, hi unanima f'li tattribwixxi l-produzzjoni tal-“Lardo di Colonnata” esklussivament għat-territorju ta' Colonnata.

Fl-aħħar, ma jridx jintesa' li attwalment il-prodott jikkostitwixxi r-riżorsa prinċipali ekonomika ta' Colonnata. Il-miġja ta' teknoloġiji ġodda fl-isfruttar tal-irħam wassal għal livell għoli ta' qgħad kbir u għal bosta emigrazzjoni.

It-traċċabbiltà tal-prodott hi assigurata mill-iskrizzjoni ta' bdiewa li jrabbu l-ħnieżer, biċċiera, produtturi u pakkeġġjaturi f'reġistru ad hoc miżmum mill-aġenzija ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 7.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Il-produzzjoni hi staġonali u hi mwettqa minn Settembru sa Mejju inklużi. Ix-xaħam tal-majjal irid ikun ipproċessat frisk. Fit-72 siegħa ta' wara l-qatla, irid ikun mqatta', miksi bil-melħ, imbagħad mqiegħed fil-friskaturi tal-irħam imfassla għal dan il-għan, imsejħin lokalment “conche”, li qabel jiġu mogħrka bit-tewm, u jkunu alternati strati ta' xaħam u strati ta' ingredjenti oħrajn (bżar mitħun frisk, klin frisk, tewm imqaxxar u mqatta' mhux fin) sakemm il-friskaturi jkunu mimlijin. Meta timtela, jitqiegħdu l-għotjien fuq il-friskaturi. Il-“conche” huwa tank ta' l-irħam abjad f'forma ta' friskatur magħmul b'materjal li ġej mis-saff tal-irħam ta' “Canaloni” tas-saff ta' Colonnata, li joffri karatteristiċi ta' komposizzjoni u ta' struttura indispensabbli għall-aħjar maturazzjoni tal-prodott. L-istaġonatura tax-xaħam tal-majjal trid isseħħ ġewwa l-friskaturi matul sitt xhur minn tal-inqas. Il-maturazzjoni trid isseħħ f'postijiet bi ftit ventilazzjoni u mingħajr arja kundizzjonata artifiċjali.

4.6.   Rabta:

Il-produzzjoni u l-konsum tal-“Lardo di Colonnata” huma tradizzjonalment marbuta mal-ambjent tal-ħaddiema tal-barrieri tal-irħam.

Dan hu ambjent uniku, riżultat ta' total ta' fatturi mhux biss ġeografiċi u klimatiċi iżda wkoll produttivi, ekonomiċi u soċjali. Dawn il-fatturi huma l-frott ta' kundizzjonijiet lokali uniċi, marbutin flimkien b'mod permanenti u ma jistgħux ikunu studjati separatement.

Fil-fatt hu fil-kuntest partikolari ta' Colonnata li l-prodott hu elaborat u jikseb il-karattru speċifiku tiegħu. Il-preservazzjoni tar-rabtiet bejn l-aspetti essenzjali ta' dan il-kuntest esklussiv tikkostitwixxi l-kundizzjoni indispensabbli għas-salvagwardja tat-tipiċità tiegħu.

Il-villaġġ ta' Colonnata jinsab fl-Alpi Apuane, f'għoli medju ta' 550 m. Il-kundizzjonijiet klimatiċi huma kkaratterizzati bi preċipitazzjoni għolja u varjazzjoni baxxa ta' temperatura. Il-kurrenti qawwija ta' arja umda li ġejjin mill-inklinazzjoni Tirrena, jikkondensaw mill-ewwel taħt l-effett tal-ostaklu imprevist tas-sensiela ta' muntanji, wara l-passaġġ tal-pjanura kostali qasira u joħolqu moviment 'il fuq tal-arja responsabbli għal-livell għoli ta' preċipitazzjoni, iktar u iktar frekwenti u intensi iktar ma wieħed jersaq lejn l-għoljiet tal-irħam li jestendu mill-muntajni.

Waħda mill-konsegwenzi prinċipali hi l-livell għoli ta' umdità atmosferika kkawżat mill-frekwenza u l-volum tal-preċipitazzjoni, li jilħqu l-livelli massimi tagħhom minn Settembru sa Jannar u minn April sa Ġunju.

Meta jkun temp sabiħ, żiffiet ta' kuljum jonfħu fuq il-villaġġ ta' Colonnata, li jinsab fid-daħla għal kuridur dejjaq u dritt allinjat lejn il-baħar. Fix-xitwa, dawn iż-żiffiet jonfħu mill-muntanja lejn il-wied u fis-sajf, mill-baħar lejn il-muntanja, speċjalment il-waranofsinhari xemxin. Fid-dell, l-atmosfera hi pjaċevoli anke matul is-sigħat meta x-xemx hi l-iktar sħuna. Fil-kantini tad-djar ta' Colonnata, li ħafna drabi huma mħaffrin mill-ġebla, it-temperaturi għoljin ta' matul il-ġurnata bilkemm jinħassu. Il-friskaturi tal-irħam abjad użati għall-maturazzjoni tax-xaħam jaġġixxu bħala korpi kesħin li jiffavorixxu l-kondensazzjoni tal-umdità atmosferika, li tikkontribbwixxi għall-ipproċessar tal-melħ f'salmura. Is-sitwazzjoni ġeografika partikolari u l-espożizzjoni tal-villaġġ għax-xemx għandhom influwenza konsiderevoli fuq il-formazzjoni ta' mikroklima lokali.

Il-lokalità ta' Colonnata hi esposta sew għax-xemx, anke fix-xitwa, b'temperaturi kemxejn għola minn dawk ta' qiegħ il-wied u umdità relattivament inqas, għalkemm din hi karatterizzata b'valuri medji għoljin.

Iż-żona hi ventilata tajjeb ħafna taħt l-effett taċ-ċirkulazzjoni ta' żiffiet li jikkontribwixxu għall-varjazzjoni żgħira fit-temperatura ta' matul il-ġurnata, li għandha influwenza pożittiva fuq il-kundizzjonijiet ġenerali tal-ambjent;

Il-veġetazzjoni folta fiż-żona tal-madwar, magħmula minn qastan, siġar tal-ballut, siġar tal-karpin u siġar tal-fagu, tgħin biex iżżomm l-umdità għolja f'dik iż-żona.

Is-sitwazzjoni ġeografika u l-kundizzjonijiet klimatiċi deskritti hawn fuq huma ideali għal proċess naturali tal-maturazzjoni u tal-preservazzjoni tax-xaħam li jeħtieġ, apparti post f'ċerta altitudni, tliet fatturi oħrajn, li kollha ma jinsabux flimkien imkien aħjar minn Colonnata: umdità għolja, temperaturi moderati sajfin u varjazzjoni tat-temperatura ta' kuljum u annwali żgħar jew modesti.

Dawn il-fatturi huma wkoll iktar rinfurzati fil-kantini, li l-post u l-istruttura tagħhom jgħinu biex iżommu l-kundizzjonijiet klimatiċi ideali u li jippermettu r-riproduzzjoni tal-karatteristiċi organoleptiċi tant apprezzati tal-prodott.

Ir-rabta mal-attività tat-tħaffir għall-irħam eżerċitat ukoll influwenza mhux żgħira, peress li l-ħaddiema ta' Colonnata dejjem kellhom bżonn dieta b'livell għoli ta' enerġija.

Meta wieħed jikkunsidra l-kundizzjonijiet partikolari tal-ekonomija lokali, karatterizzata minn settur agrikolu dgħajjef ħafna, l-użu razzjonali tal-provvisti, b'konsum ta' laħam matul is-sena (laħam dgħif matul is-sajf u laħam mxaħħam matul ix-xitwa) ma kinitx problema li ta' min jinjoraha. Fil-fatt kien indispensabbli li jkollhom biżejjed kaloriji il-ħin kollu sabiex jifilħu għall-kundizzjonijiet ta' xogħol diffiċli fil-barrieri.

Dan kien jinkiseb permezz tal-użu ta' metodi tal-fabbrikazzjoni u tal-preservazzjoni li kienu sfruttaw id-disponibbilità abbundanti tal-materja prima, tal-ingredjenti u tal-irħam kif ukoll il-kompetenza fil-preparazzjoni tax-xaħam.

It-tradizzjoni minn dejjem rabtet il-partikolarità tal-prodott mal-oriġinalità tal-proċess tal-preparazzjoni u tal-preservazzjoni.

Mil-lat strettament produttiv, ir-rabta maż-żona ġeografika mhix inqas importanti mill-metodi tal-produzzjoni.

Is-suċċess tal-“Lardo di Colonnata” mhuwiex biss attribwibbli għad-doża korretta tal-materja prima u tal-ingredjenti jew għall-użu tal-karatteristiċi partikolari tal-irħam lokali, iżda wkoll għal serje ta' fatturi li jisfruttaw dawn l-elementi bażiċi. Fosthom, jista' jiġi attribwit rwol importanti għall-kompetenzi li żviluppaw matul iż-żmien fil-kuntest ta' attività li — għandu jiġi enfasizzat — f'Colonnata qatt ma kienet speċjalizzazzjoni tal-bejjiegħ tal-laħam, iżda professjoni indipendenti. Hu biżejjed li wieħed jaħseb pereżempju fil-kapaċità ta' selezzjoni u ta' preparazzjoni tal-materja prima, fil-kapaċità tal-kontroll tas-salmura jew tar-rikostruzzjoni tagħha jew ukoll tal-isfruttar tal-kundizzjonijiet ta' umdità u tan-nuqqas ta' ventilazzjoni fil-kantini lokali.

Ir-reputazzjoni tal-Lardo di Colonnata ma teħtieġx aktar provi. Il-prodott hu magħruf u apprezzat kullimkien, bħal ma juru t-tentattivi li dejjem qed jiżdiedu ta' imitazzjoni u ta' użu impropju tal-isem.

4.7.   Entità ta' spezzjoni

Isem : AGROQUALITA’

Indirizz :

4.8.   Tikkettar:

Il-prodott hu kkummerċjalizzat f'biċċiet li jiżnu bejn 250 u 5 000 grammi, ippakkjati f'vakuum f'ippakkjar tal-plastik jew ta' materjal ieħor xieraq. Ix-xaħam tal-majjal jista' jkun mibjugħ ukoll maqtugħ fi flieli jew f'biċċiet żgħar u ippakketat kif xieraq.

It-tikketta fuq l-ippakkjar trid turi f'karattri ċari u li jistgħu jinqraw faċilment, aparti l-logo tal-Komunità u l-kliem relatat (skont ir-Regolament (KE) Nru 1726/98 (2) kif emendat) u l-informazzjoni meħtieġa mill-liġi, l-indikazzjonijiet li ġejjin:

“Lardo di Colonnata” segwit mill-kliem “Indikazzjoni ġeografika protetta” jew l-inizjali “IĠP” b'karattri ikbar minn kwalunkwe kliem ieħor fuq it-tikketta; l-isem, l-isem tal-kumpanija, l-indirizz tal-impriża tal-produzzjoni u tal-ippakketjar; il-logo tal-prodott, li jikkonsisti f'rombojd bil-ġnub ippizzjati b'dimensjonijiet ta' 73 × 73 mm, b'ġo fih il-profil ta' ħanżir, li fuqu hemm l-għoljiet tal-muntanji. Fl-ispazju ta' isfel f'pożizzjoni ċentrali jidhru l-ittri “IĠP” bil-kliem “Lardo di Colonnata” fuq żewġ linji li jokkuppaw spazju orizzontali ta' 73mm fuqhom. Iż-żoni madwar l-immaġini huma ħodor u roża filwaqt li l-ittri huma tat-tipa Gilliard u ta' kulur iswed. Il-logo jista' jkun adattat skond id-daqs differenti tal-ippakkjar. Il-produttur għandu jiżgura li qabel il-prodott ikun ippakkjat, is-siġill speċjali li ma jistax jerġa' jintuża u li juri l-logo tal-prodott jew juri karta b'dak il-logo, jkun mehmuż ma' waħda miż-żewġ naħat l-iktar qosra tal-ġilda.

Huwa pprojbit li fit-tikketta jkun hemm kwalifikazzjoni oħra apparti dak li hi hu stabbilit fl-ispeċifikazzjoni. Huwa wkoll ipprojbit li jintużaw kliem ta' tfaħħir li jistgħu jqarrqu l-konsumatur.

L-użu ta' indikazzjonijiet dwar il-produttur u l-post tal-ippakkjar hu awtorrizzat.

4.9.   Rekwiżiti nazzjonali: —


(1)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura, Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, B-1049 Brussell.

(2)  ĠU L 224, 11.8.1998, p. 1.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

48


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1862/2004

tas-26 ta' Ottubru 2004

li jistabbilixxi n-normi ta’ tqegħid fis-suq li japplikaw għad-dulliegħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dulliegħ huma fost il-prodotti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalihom iridu jiġu adottati l-istandards. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1093/97 tas-16 ta’ Ġunju 1997 li jistabbilixxi livelli fissi ta’ marketing applikabbli għall-bettieħ u d-dulliegħ (2) sarulu ħafna modifiki. Għal raġunijiet ta' ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 1093/97 għandu jitħassar u jinbidel b'Regolament ġdid, mill-1 ta’ Jannar 2005.

(2)

Għal dak il-għan, u fl-interess li tiġi ppriservata t-trasparenza fis-swieq dinjija, għandu jiġi kkunsidrat l-istandard KEE/NU FFV-37 li jikkonċerna l-kontroll fuq it-tqegħid fis-suq u l-kwalità tad-dulliegħ irrakkomandat mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Istandardizzazzjoni tal-kwalità tal-Prodotti Agrikoli tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE).

(3)

Bl-applikazzjoni ta' standards ġodda ta' kwalità għandhom jitneħħew mis-suq prodotti li l-kwalità tagħhom mhijiex sodisfaċenti, il-produzzjoni ssir konformi mal-ħtiġijiet tal-konsumatur, u jiġi ffaċilitat il-kummerċ fuq bażi ta’ kompetizzjoni leali, u b'hekk titjieb il-profitabbiltà tal-produzzjoni.

(4)

L-istandards huma applikabbli fl-istadji kollha tat-tqegħid fis-suq. It-trasport għal distanzi twal, il-ħżin għal ċertu ħin u d-diversi proċessi li minnhom jgħaddu l-prodotti jistgħu jikkawżaw xi element ta' taħsir minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew in-natura tagħhom li jitħassru. Dan id-deterjorament għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu applikati l-istandards fl-istadju tat-tqegħid fis-suq wara d-dispaċċ.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istandard tat-tqegħid fis-suq tad-dulliegħ, li jaqa' taħt il-kodiċi NK 0807 11, għandu jkun kif stipulat fl-Anness.

L-istandards għandhom jgħoddu fl-istadji kollha tat-tqegħid fis-suq fil-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Madankollu, fl-istadji ta' wara l-kunsinna, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu juru:

(a)

tnaqqis fil-freskezza u fin-nefħa;

(b)

daqsxejn deterjorazzjoni minħabba l-evoluzzjoni bijoloġika tagħhom u t-tendenza tagħhom li jitħassru.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1093/97 jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 158, 17.6.1997, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 907/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 50).


ANNESS

STANDARDS GĦAD-DULLIEGĦ

I.   DEFINIZZJONI TA’ PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal dulliegħ ta’ varjetajiet (cultivars) ta’ Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. u Nakai maħsuba li jingħataw friski lill-konsumatur; id-dulliegħ maħsub għall-ipproċessar industrijali mhuwiex inkluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET TAL-KWALITÀ

L-iskop tal-istandard huwa li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tal-kwalità tad-dulliegħ, wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rekwiżiti minimi tal-kwalità

Fil-kategoriji kollha, b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull kategorija u t-tolleranzi permessi, id-dulliegħ irid ikun:

intatt,

b’saħħtu; huma esklużi prodotti mħassra jew deterjorati li jirrenduhom mhux addatti għall-konsum,

nadif, prattikament ħieles għal kollox minn kull materjal barrani viżibbli,

prattikament mingħajr parassiti,

prattikament mingħajr ħsara kkaġunata mill-parassiti,

sod, u misjur biżejjed; il-kulur u t-togħma tal-polpa jridu jkunu konformi ma’ stat ta’ sajran suffiċjenti,

mhux maqsum,

mingħajr umdità esterna mhux normali,

mingħajr riħa u/jew togħma anormali.

L-iżvilupp u l-kundizzjonijiet tad-dulliegħ iridu jkunu tali illi jgħinuhom:

jifilħu għall-ġarr u t-tqandil, u

jaslu f’kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Rekwiżiti minimi tal-maturità

Id-dulliegħ irid ikun żviluppa biżżejjed u jrid juri sajran suffiċjenti. L-indiċi refrattometriku tal-polpa, imkejjel fin-nofs tal-polpa tal-frotta u fil-livell tad-dijametru tagħha, irid ikun tal-inqas 8 %.

C.   Klassifikazzjoni

Id-dulliegħ huma kklassifikati fiż-żewġ kategoriji msemmija hawn taħt:

(i)

Kategorija I

Id-dulliegħ f’din il-kategorija jrid ikunu ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu, madankollu, jiġu permessi, iżda dawn ma għandhomx jaffettwaw id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-konservazzjoni u l-preżentazzjoni fl-imballaġġ:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fil-kulur tal-qoxra, kulur pallidu tal-qoxra fil-post fejn il-frotta kienet tmiss mal-art meta kienet qed tikber ma jitqiesx bħala difett,

xquq żgħar superfiċjali,

tebgħat żgħar fil-qoxra kkawżati minn taħkik jew ġarr, il-wiċċ totali tal-parti affettwata ma tistax tkun ikbar minn 6,25 % tal-frotta sħiħa.

Iz-zokk tad-dulliegħa ma jistax ikun itwal minn 5 ċm.

(ii)

Kategorija II

Din il-kategorija tinkorpora fiha dulliegħ li ma jikkwalifikax għall-Klassi I imma li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmijin hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin huma aċċettabbli sakemm id-dulliegħ ikollu l-karatteristiċi essenzjali fir-rigward tal-kwalità, il-konservazzjoni u l-preżentazzjoni

difetti fil-forma,

xquq żgħar superfiċjali,

difett żgħir fil-kulur tal-qoxra, kulur pallidu tal-qoxra fil-post fejn il-frotta kienet tmiss mal-art meta kienet qed tikber ma jitqiesx bħala difett fil-kulur tal-qoxra,

daqqiet ħfief,

tebgħat ħfief fil-qoxra kkawżati minn taħkik jew ġarr jew minn attakki ta’ parassiti jew mard, il-wiċċ totali tal-parti affettwata ma tistax tkun ikbar minn 12,5 % tal-frotta sħiħa

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit bl-użin ta’ kull prodott. Il-piż minimu hu stabbilit għal 1 kg

Jekk jiġu ppreżentati f’imballaġġi, id-differenza fil-piż bejn l-iktar frotta ħafifa u l-iktar frotta tqila fl-istess imballaġġ ma għandhiex tkun ikbar minn 2 kg jew 3,5 kg jekk l-aktar frotta ħafifa tkun tiżen 6 kg jew iktar.

Din l-uniformità relattiva tal-piż mhijiex obbligatorja għad-dulliegħ ippreżentat bl-ingrossa.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Huma permessi tolleranzi tal-kwalità u d-daqs f’kull imballaġġ, jew għal kull kunsinja ta’ prodotti ppreżentati bl-ingrossa, għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-kategorija indikata.

A.   Tolleranzi tal-kwalità

(i)

Kategorija I

10 % tan-numru jew tal-piż tad-dulliegħ li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-kategorija, imma li jissodisfaw dawk tal-kategorija II jew, eċċezzjonalment, li permessi fit-tolleranzi ta’ din il-kategorija.

(ii)

Kategorija II

10 % tan-numru jew tal-piż ta’ dulliegħ, li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi, u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni ta’ frott li qed jitħassar jew milqut minn xi tip ta’ deterjorament ieħor li jirrendih mhux tajjeb għall-konsum.

B.   Tolleranzi ta’ daqs

Għall-kategoriji kollha: 10 % tan-numru jew tal-piż ta’ dulliegħ, li ma jissodisfawx il-kalibru indikat, iżda huma ikbar jew inqas mil-limitu ta’ 1 kg tal-iskala tal-kalibru identifikat.

Madankollu, it-tolleranza ma tapplikax għal frott li jiżen inqas minn 800 g.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull imballaġġ, jew lott ta’ prodotti li jkunu bl-ingrossa, iridu ikun uniformi u jkollu biss dulliegħ tal-istess oriġini, varjetà u kwalità.

Il-parti li tidher tal-kontenut tal-ippakkjar, jew lott ta’ prodotti ppreżentati bl-ingrossa, trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

Barra minn hekk, fil-kategorija I, il-forma u l-kulur tal-qoxra tad-dulliegħa jridu jkunu l-istess.

Minkejja d-dispożizzjonijiet preċedenti f'dan il-punt, prodotti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament jistgħu jkunu mħallta, f’imballaġġi għall-bejgħ ta' piż nett ta' tliet kilogrammi jew inqas, b'tipi differenti ta' frott u ħaxix frisk skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 48/2003(4) (1).

B.   L-ippakkjar

Id-dulliegħ irid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott jiġi protett sewwa.

Il-materjal li jintuża fin-naħa ta’ ġewwa tal-pakkett, irid ikun ġdid, nadif u ta’ kwalità, sabiex tiġi evitata ħsara minn barra jew minn ġewwa lill-prodott. L-użu ta’ materjali u, partikolarment, karti jew timbri li jkollhom speċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess sakemm l-istampar jew l-ittikkettjar isiru b’linka jew kolla li ma jkunux tossiċi.

It-tikketti mwaħħla individwalment fuq il-prodotti għandhom ikunu tali li, malli jitneħħew, ma jħallu ebda traċċi viżibbli ta’ kolla jew difetti fuq il-qoxra.

L-imballaġġi, jew lott ta’ prodotti bl-ingrossa, iridu jkunu ħielsa minn affarijiet barranin.

Dulliegħ ittrasportat bl-ingrossa jrid ikun separat mill-art u mill-ħitan tal-inġenji tat-trasport b’materjal protettiv addattat, li jrid ikun ġdid u nadif u li ma jkunx jista’ jagħti togħma jew riħa lill-frotta li mhijiex normali.

C.   Preżentazzjoni

Id-dulliegħ jista’ jiġi ppreżentat:

f’imballaġġi, inklużi kaxxi ta’ volumi kbar,

bl-ingrossa (tagħbija diretta fl-inġenju tat-trasport).

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull imballaġġ irid ikollu l-partikolaritajiet li ġejjin, f’ittri fi gruppi fuq l-istess naħa, immarkati b’mod ċar u li ma jitħassarx, u li jidhru minn barra.

M’hemmx għalfejn li l-indikazzjonijiet imsemija fl-ewwel inċiż jitpoġġew fuq l-imballaġġ meta dawn ikollhom imballaġġi tal-bejgħ viżibbli minn barra u fuq kull wieħed minnhom ikun hemm l-indikazzjonijiet. Dawn il-pakketti ma għandhomx ikollhom indikazzjonijiet li jwasslu għal żbalji. Jekk il-pakketti jkunu fuq il-paletti, dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu fuq dokument imwaħħal fejn jidher mill-inqas fuq żewġ naħat tal-paletta.

Għal dak id-dulliegħ ittrasportat bl-ingrossa (ġarr dirett fl-inġenji tat-trasport) dawn il-partikolarijiet iridu jidhru fuq dokument li jkun mal-prodotti, u mwaħħal f’pożizzjoni li tidher fl-inġenji tat-trasport.

Għal din it-tip ta’ preżentazzjoni, l-indikazzjoni tal-kalibru mhijiex obbligatorja.

A.   Identifikazzjoni

L-isem u l-indirizz ta’ min jippakkjah u/jew min jibgħatu.

Dan it-tagħrif jista’ jkun mibdul:

għall-imballaġġi kollha bl-eċċezzjoni ta’ imballaġġi ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew minn jibgħathom, bid-dikjarazzjoni “Min jippakkja u/jew Min jibgħat” (jew abbrevjazzjoni ekwivalenti);

għal imballaġġi ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fil-Komunità, bid-dikjrazzjoni “Ippakkjat għal:”. jew dikjarazzjoni ekwivalenti. F’dan il-każ, l-ittikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min jippakkja u/jew min jibgħat. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra meħtieġ għat-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Dulliegħ” jekk il-kontenut ma jidhirx minn barra,

isem tal-varjetà (fakultattiva).

il-kulur tal-polpa jekk ma jkunx aħmar,

“mingħajr żerriegħ” skont il-każ (2).

C.   Oriġini tal-prodott

Pajjiż tal-oriġini u, eventwalment, iż-żona tal-produzzjoni jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

kategorija,

kalibru (jekk ikun il-każ) espress f'piż minimu u massimu,

numru ta’ unitajiet (fakultattiva)

piż nett (fakultattiva).

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)


(1)  ĠU L 7, 11.1.2003, p. 65.

(2)  Id-dulliegħ mingħajr żerriegħa jista’ jkun fih żerriegħa mhux żviluppat u, xi kultant, żerriegħa żviluppata.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

54


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1979/2004

tas-17 ta’ Novembru 2004

li jadatta r-Regolament (KE) Nru 639/2003 li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja is-Slovenja u s-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja is-Slovenja u s-Slovakkja,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, L-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja is-Slovenja u s-Slovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-adeżjoni fil-Komunità tar-Repubblika Ċeka, L-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn ‘il quddiem “l-Istati Membri l-ġodda”), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 639/2003 (1) għandu jkun adattat u għandu jsir provvediment għal ċerti indikazzjonijiet bl-ilsna tal-Istati Membri l-ġodda.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 639/2003 għandu jkun emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 639/2003 għandu jinbidel b’li ġej:

“3.   Jek il-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ ikun sodisfatt li r-rekwiżti tal-pargarfau 2 inqdew, għandu jiċċertifika dan permezz tal-annotament:

Resultados de los controles de conformidad con el artículo 2 del Reglamento (CE) no 639/2003 satisfactorios

Výsledky kontrol podle článku 2 nařízení (ES) č. 639/2003 jsou uspokojivé

Resultater af kontrollen efter artikel 2 i forordning (EF) nr. 639/2003 er tilfredsstillende

Ergebnisse der Kontrollen nach Artikel 2 der Verordnung (EG) Nr. 639/2003 zufriedenstellend

Määruse (EÜ) nr 639/2003 artiklis 2 osutatud kontrollide tulemused rahuldavad

Αποτελέσματα των ελέγχων βάσει του άρθρου 2 του κανονισμού (EK) αριθ, 639/2003 ικανοποιητικά

Results of the checks pursuant to Article 2 of Regulation (EC) No 639/2003 satisfactory

Résultats des contrôles visés à l'article 2 du règlement (CE) no 639/2003 satisfaisants

Risultati dei controlli conformi alle disposizioni dell'articolo 2 del regolamento (CE) n. 639/2003

Regulas (EK) Nr. 639/2003 2. pantā minēto pārbaužu rezultāti ir apmierinoši

Reglamento (EB) Nr. 639/2003 2 straipsnyje numatytų patikrinimų rezultatai yra patenkinami

A 639/2003/EK rendelet 2. cikkében előirányzott ellenőrzések eredményei kielégítők

Ir-riżultati tal-kontrolli skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 639/2003 huma sodisfaċenti

Bevindingen bij controle overeenkomstig artikel 2 van Verordening (EG) nr. 639/2003 bevredigend

Wyniki kontroli, o której mowa w art. 2 rozporządzenia (WE) nr 639/2003 zadowalające.

Resultados dos controlos satisfatórios nos termos do artigo 2.o do Regulamento (CE) no 639/2003

Výsledky kontrol podľa článku 2 nariadenia (ES) č. 639/2003 uspokojivé

Rezultati kontrol, izhajajoči iz člena 2 Uredbe št. 639/2003 so zadovoljivi

Asetuksen (EY) N:o 639/2003 2 artiklan mukaisen tarkastuksen tulos tyydyttävä

Resultaten av kontrollen enligt artikel 2 i förordning (EG) nr 639/2003 är tillfredsställande,

u billi jittimbra u jiffirma d-dokument li jikkostitwixxi prova tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità, jew fis-Sezzjoni J tal-kopja ta' kontroll T5, jew inkella fl-aktar post li jkun f'loku fuq id-dokument nazzjonali.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2004. Madankollu, ma għandux jaffettwa l-validità taċ-ċertifikazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 639/2003 bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Novembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 10.4.2003, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2187/2003 (ĠU L 327, 16.12.2003, p. 15).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

56


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1991/2004

tad-19 ta' Novembru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (2), kif emendata mid-Direttiva 2003/89/KE (3) f’dak li jirrigwarda l-indikazzjoni tal-ingredjenti preżenti fl-oġġetti tal-ikel jipprovdi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(3a) tiegħu li kwalunkwe ingredjent imsemmi fl-Anness IIIa għalih għandu jkun imniżżel fuq it-tikketti ta' kwalunkwe xarba li jkun fiha aktar minn 1,2 % f'volum ta' alkoħol.

(2)

Fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(3a)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE jipprovdi li r-regoli dettaljati tal-preżentazzjoni tal-ingredjenti msemmija fl-Anness IIIa jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

(3)

L-ewwel paragrafu tal-punt D tal-Anness VII u l-ewwel paragrafu tal-punt E tal-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jistipulaw li t-tagħrif fuq it-tikketti għandu jingħata f'waħda jew aktar mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità biex b'hekk il-konsumatur aħħari jkun jista' faċilment jifhem il-punti kollha ta' dan it-tagħrif.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 (4) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-25 ta' Novembru 2004, jiġifieri mal-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/89/KE.

(6)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 huwa b’dan emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Madankollu, id-dettalji obbligatorji tal-importatur u n-numru tal-lott u l-ingredjenti msemmija fl-Artikolu 6(3a) tad-Direttiva 2000/13/KE jistgħu jidhru 'il barra miż-żona viżiva li fiha jidhru d-dettalji obbligatorji l-oħra.”

(b)

Qiegħed jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Fejn wieħed jew aktar mill-ingredjenti elenkati fl-Anness IIIa għad-Direttiva 2000/13/KE jkunu jinsabu f'wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta u ppreċeduti bit-terminu ‘fih’. Fir-rigward tas-sulfiti jistgħu jintużaw it-termini li ġejjin: ‘sulfiti’ jew ‘dijossidu tal-kubrit’.”

2)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3, il-paragrafi 1 u 3, għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-dettalji obbligatorji msemmija fl-Artikolu 12.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-25 ta' Novembru 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta' Novembru 2004

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(2)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(3)  ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15.

(4)  ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 908/2004 (ĠU L 263, 10.8.2004, p. 11).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

58


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1973/2004

tad-29 ta' Ottubru 2004

li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima

WERREJ

Kapitolu 1

Ambitu u dispożizzjonijiet ġenerali 67

Kapitolu 2

Primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja 68

Kapitolu 3

Primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina 70

Kapitolu 4

Pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross 70

Kapitolu 5

Pagament skond l-erja għall-ġewż 70

Kapitolu 6

Għajnuna għal patata bil-lamtu 71

Kapitolu 7

Primjum għal prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali 72

Kapitolu 8

Għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija 72

Taqsima 1

Definizzjonijiet 72

Taqsima 2

Kuntratt 72

Taqsima 3

Emendi u tmiem ta’ kuntratt 73

Taqsima 4

Produzzjoni u kwantitajiet ikkunsinjati rappreżentattivi 74

Taqsima 5

Kundizzjoni għall-pagament ta’ l-għajnuna 74

Taqsima 6

Kuntratt u l-obbligi ta’ l-applikanti u l-ewwel proċessuri 75

Taqsima 7

Garanziji 75

Taqsima 8

Dokumenti għal bejgħ, trasferiment jew ikkunsinjar fi Stat membru ieħor jew esportazzjoni 76

Taqsima 9

Kontrolli 76

Taqsima 10

Esklużjoni mill-iskema u evalwazzjoni 78

Kapitolu 9

Għajnuna reġjonali speċifika għal uċuħ kultivabbli 78

Kapitolu 10

Għajnuna għaż-żrieragħ 78

Kapitolu 11

Pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli 79

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-eliġibbiltà għal pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli 79

Taqsima 2

Dispożizzjonijiet speċjali li jkopru ċerti uċuħ kultivabbli 80

Taqsima 3

Erjas bażi, produzzjoni ta’ referenza u limiti 80

Taqsima 4

Twarrib 82

Taqsima 5

Dispożizzjonijiet finali 83

Kapitolu 12

Primjums għal nagħaġ u mogħoż 83

Taqsima 1

Pagamenti diretti 83

Taqsima 2

Limiti, Riżervi u Trasferimenti 85

Taqsima 3

Pagamenti addizzjonali 86

Taqsima 4

Dispożizzjonijiet ġenerali 87

Kapitolu 13

Pagamenti għal ċanga u vitella 87

Taqsima 1

Primjum speċjali (l-Artikolu 123 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003) 87

Taqsima 2

Primjum għad-destaġonalizzazzjoni (l-Artikolu 124 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003) 89

Taqsima 3

Primjum għal baqar li jreddgħu (l-Artikoli 125 sa 129 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003) 90

Taqsima 4

Dispożizzjonijiet komuni għall-primjum speċjali u l-primjum għal baqar li jreddgħu 93

Taqsima 5

Primjum tal-qatla (l-Artikolu 130 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003) 95

Taqsima 6

Pagamenti addizzjonali (l-Artikoli 133 sa 136 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003) 97

Taqsima 7

Dispożizzjonijiet ġenerali 97

Taqsima 8

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali 99

Kapitolu 14

Skema ta’ pagament wieħed skond l-erja 100

Kapitolu 15

Pagamenti nazzjonali diretti komplementari 101

Kapitolu 16

Użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima 101

Taqsima 1

Definizzjonijiet 101

Taqsima 2

Kuntratt 102

Taqsima 3

Emendi u tmiem ta’ kuntratt 103

Taqsima 4

Produzzjoni u kwantitajiet ikkunsinjati rappreżentattivi 104

Taqsima 5

Kundizzjoni għall-pagament ta’ l-għajnuna 104

Taqsima 6

Kuntratt u l-obbligi ta’ l-applikanti u l-ewwel proċessuri 104

Taqsima 7

Garanziji 105

Taqsima 8

Dokumenti għal bejgħ, trasferiment jew ikkunsinjar fi Stat membru ieħor jew esportazzjoni 106

Taqsima 9

Kontrolli 107

Taqsima 10

Esklużjoni mill-iskema u evalwazzjoni 109

Kapitolu 17

Għajnuna skond l-erja għall-ħops 109

Kapitolu 18

Dispożizzjonijiet finali 110

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 41 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 110 u l-Artikolu 145(c), (d), (e) u (f) tiegħu,

Billi:

(1)

It-Titoli IV u IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxu ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa. Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni ta’ xi wħud minn dawn l-iskemi diġà ġew stabbiliti bl-atti li ġejjin: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1686/72 tat-2 ta’ Awissu 1972 dwar ċerti regoli dettaljati għal għajnuna għaż-żrieragħ (2), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1445/76 tat-22 ta’ Ġunju 1976 li jispeċifika l-varjetajiet differenti ta’ Lolium perenne L (3)., ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1644/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għal ċerti legumi (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/1999 tad-19 ta’ Marzu 1999 li jniżżel regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-produtturi tal-ħops (5); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 tat-22 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ uħud mill-prodotti tal-bagħli (6), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 tat-28 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward l-iskemi tal-premium (7), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2461/1999 tad-19 ta’ Novembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ l-art imwarrba għall-produzzjoni tal-materja prima (8), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2550/2001 tal-21 ta’ Diċembru 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż rigward l-iskemi tal-premium u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2419/2001 (9), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2199/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni għas-sena 2004 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 fir-rigward ta’ l-iskema ta’ ħlas għaż-żona unika għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (10), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2237/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ ċertu skemi ta’ appoġġ previsti fit-Titolu IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (11). Fl-interess ta’ ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, ikun xieraq li dawk l-atti jiġu revokati u sostitwiti b’Regolament wieħed li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal dawk l-iskemi kollha, li jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

(2)

Sabiex tkun żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti ta’ dawk l-iskemi, il-pagamenti skond l-erja għandhom ikunu ristretti għal ċerti żoni u għandhom ikunu speċifikati l-kundizzjonijiet.

(3)

Malta għandha għadd kbir ħafna ta’ irziezet żgħar, inqas minn 0,3 ettaru fid-daqs. Biex wieħed jevita li ħafna bdiewa f’Malta jiġu skwalifikati minn pagamenti diretti bbażati fuq l-erja, f’Malta għandu jiġi ffissat daqs minimu ta’ 0,1 ha għall-applikazzjoni għal pagamenti diretti bbażati fuq l-erja u, għas-snin 2005 u 2006, Malta għandha titħalla tidderoga mill-Artikolu 107(9) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(4)

Iż-żrigħ ta’ raba’ bl-iskop uniku li wieħed jikkwalifika għall-pagamenti skond l-erja m'għandux jitħalla jsir. Ċerti kundizzjonijiet relatati maż-żrigħ u l-kultivazzjoni ta’ uċuħ għandhom ikunu speċifikati, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam ma’ qamħ ta’ l-Awstralja, pjanti ta’ proteina u ross. L-istandards lokali għandhom ikunu rispettati sabiex tiġi riflessa d-diversità tal-prattika agrikola fil-Komunità.

(5)

Għandha tkun permessa applikazzjoni waħda biss għal pagament skond l-erja b’referenza għal kull biċċa art ikkultivata f’sena partikolari minbarra f’każijiet fejn il-pagament skond l-erja jkun qed jingħata bħala suppliment għall-istess prodott tar-raba’ jew l-għajnuna tkun tikkonċerna l-produzzjoni ta’ żrieragħ. Jistgħu jingħataw pagamenti skond l-erja fuq prodotti tar-raba’ ssussidjati taħt xi skema li tkun tagħmel parti mill-politika strutturali jew ambjentali tal-Komunità.

(6)

Skemi ta’ appoġġ ibbażati fuq għajnuna skond l-erja jipprevedu li fejn l-erja li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna teċċedi l-erja garantita jew l-erjas bażi jew is-suberjas bażi massimi, l-erja għal kull bidwi li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna dik is-sena għandha titnaqqas proporzjonalment. Għalhekk ikun xieraq li jiġu stabbiliti l-modalitajiet u l-iskadenzi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiġi stabbilit il-koeffiċjent tat-tnaqqis u biex il-Kummissjoni tiġi infurmata bl-erjas li għalihom tkun tħallset l-għajnuna. L-istess dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għat-tnaqqis fl-ammont totali tal-kwantitajiet individwali ta’ referenza f’każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 95(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(7)

Skond l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-għoti tal-primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja huwa suġġett għall-użu ta’ ċerti kwantitajiet ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ varjetajiet rikonoxxuti, fiż-żona ta’ produzzjoni, li huma ta’ kwalità għolja għall-produzzjoni tas-smid jew l-għaġin. Sabiex ikun żgurat li dawk ir-rekwiżiti jiġu rispettati, għandhom jiġu ffissati l-kriterji għall-metodu ta’ skrinjar ta’ varjetajiet f’kull wieħed mill-Istati Membri u għandha tiġi ffissata l-proċedura għall-elenkar ta’ lista tal-varjetajiet eliġibbli kif ukoll il-kwantità minima ta’ żrieragħ iċċertifikati li għandha tintuża.

(8)

Iż-żmien qasir ta’ bejn l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-dħul fis-seħħ tal-primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja jagħmilha impossibbli li wieħed jistabbilixxi lista tal-varjetajiet eliġibbli għall-għoti ta’ l-għajnuna fis-sena 2005 f’konformità mal-metodu ta’ skrinjar intenzjonat. Għalhekk jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu lista tranżizzjonali bbażata fuq selezzjoni ta’ varjetajiet kurrenti.

(9)

F’xi reġjuni, il-prodotti tar-raba’ ta’ proteina jinżergħu tradizzjonalment f’taħlita ma’ ċereali għal raġunijiet agronomiċi. Bħala riżultat il-wiċċ ikun jikkonsisti prinċipalment fi prodotti tar-raba’ ta’ proteina. Għall-iskop ta’ l-għoti tal-primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina, l-erjas li jinżergħu b’dan il-mod għandhom għalhekk jitqiesu bħala erjas ta’ prodotti tar-raba’ ta’ proteina.

(10)

Għandhom jiġu stabbiliti standards għaż-żrieragħ tal-lupina ħelwa u testijiet biex jiddeterminaw jekk żrieragħ f’kampjun ikunux ta’ lupina ħelwa jew le.

(11)

Għall-effiċjenza u t-tmexxija tajba ta’ l-iskema ta’ għajnuna għall-ġewż, l-għajnuna li tingħata skond l-erja m’għandhiex tintuża biex tiffinanzja tħawwiliet marġinali jew siġar iżolati. Għandhom għalhekk jiġu ddefiniti d-daqs minimu ta’ plott u d-densità minima tas-siġar f’ort speċjalizzat. Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni bejn il-pjanijiet eżistenti ta’ titjib li jiskadu wara l-introduzzjoni ta’ l-iskema l-ġdida ta’ għajnuna, ikun xieraq li jkun hemm provvediment għal miżuri tranżizzjonali.

(12)

It-termini tal-pagament kif ukoll il-kalkolu tal-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross ma jiddependux biss fuq l-erja bażi jew l-erjas iffissati għal kull wieħed mill-Istati Membri produtturi bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, imma wkoll fuq is-suddiviżjoni possibbli f’suberjas bażi ta’ dawk l-erjas bażi u fuq il-kriterji oġġettivi magħżulin minn kull wieħed mill-Istati Membri biex jesegwixxi din is-suddiviżjoni, fuq kundizzjonijiet li bihom tkun qed issir il-kultivazzjoni fi bċejjeċ ta’ art ikkultivata u fuq id-daqs minimu ta’ l-erjas bażi. B’konsegwenza ta’ dan, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-modalitajiet tat-twaqqif, it-tmexxija u l-kultivazzjoni li huma applikabbli għall-erjas bażi u s-suberjas bażi.

(13)

L-osservazzjoni ta’ eċċess possibbli ta’ l-erja bażi msemmija fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 timplika tnaqqis fil-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross. Sabiex jiġu deċiżi l-modalitajiet tal-kalkolu għal dan it-tnaqqis, il-kriterji li jridu jiġu kkunsidrati kif ukoll il-koeffiċjenti applikabbli għandhom ikunu ddefiniti.

(14)

Fil-kontroll ta’ wara l-ħlasijiet tal-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross huwa preżunt li l-Kummissjoni tkun ġiet mogħtija ċerta informazzjoni relatata mal-kultivazzjoni ta’ l-erjas bażi u s-suberjas bażi. Għal dak l-iskop, l-informazzjoni dettaljata li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kif ukoll l-iskadenzi għal dawn il-komunikazzjonijiet għandhom ikunu determinati.

(15)

L-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmlu provvediment għal għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu patata intenzjonata għall-manifattura ta’ lamtu tal-patata li hija suġġetta għal kuntratt ta’ kultivazzjoni u fil-limitu tal-kwota stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata (12). Għandhom għaldaqstant jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna u, fejn ikun applikabbli, għandhom isiru referenzi għad-dispożizzjonijiet eżistenti band’oħra li jikkonċernaw is-sistema ta’ kwoti li hemm provvediment għaliha fir-Regolament (KE) Nru 1868/94.

(16)

L-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistipulaw li l-primjum għal prodotti tal-ħalib u l-pagament addizzjonali jitħallsu lill-produtturi. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (13) jagħmel provvediment għal dispożizzjonijiet speċifiċi f’każ ta’ inattività. Għalhekk ikun xieraq li, meta persuna naturali jew legali li jkollha kwantità ta’ referenza individwali ma tkunx qed tissodisfa aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 matul il-perjodu tat-tnax-il xahar qabel il-31 ta’ Marzu tas-sena kkonċernata, isir provvediment għal esklużjoni mill-benefiċċju tal-primjum u l-pagament.

(17)

L-Artikoli 88 u 92 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmlu provvediment għal skema ġdida ta’ għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija biex tingħata lill-bdiewa. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2461/1999, li jeskludi l-pitravi mill-għajnuna, il-kultivazzjoni tal-pitravi għandha tkun eskluża mill-iskema ta’ għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija.

(18)

Għandhom jiġu stabbiliti t-termini ta’ l-eliġibbiltà għall-għajnuna. Għal dak l-iskop, għandu jkun stabbilit li l-produttur u l-ewwel proċessur għandhom jidħlu f’kuntratt bejniethom fejn ikollha x’taqsam il-materja prima agrikola kkonċernata. Għandhom jiġu ddefiniti wkoll il-kundizzjonijiet fejn l-ipproċessar isir mill-bidwi fl-azjenda tiegħu.

(19)

Biex ikun żgurat li l-materja prima tkun ġiet ipproċessata fil-prodott għall-enerġija speċifikat, l-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw garanzija, minkejja l-fatt li l-għajnuna ma tingħatax lill-ewwel proċessuri imma lill-bdiewa. Il-garanzija għandha tkun għolja biżżejjed li timpedixxi kull riskju li l-materja prima tispiċċa tiġi ddevjata mid-destinazzjoni tagħha. Barra dan, sabiex is-sistema ta’ kontroll ta’ l-iskema tkun waħda effettiva, il-bejgħ ta’ materja prima u ta’ prodotti semiproċessati għandu jkun limitat għal massimu ta’ tnejn qabel l-ipproċessar finali.

(20)

Għandha ssir distinzjoni espliċita bejn l-obbligi ta’ l-applikant, li jintemmu ladarba l-kwantità totali ta’ materja prima miġbura tkun ġiet ikkunsinjata, u l-obbligi fir-responsabbiltà ta’ l-ewwel proċessuri, li jibdew ma’ l-ikkunsinjar u jintemmu bl-ipproċessar finali tal-materja prima fi prodotti għall-enerġija.

(21)

Ċerti operazzjonijiet ta’ trasport fit-territorju Komunitarju li jinvolvu materja prima u prodotti dderivati minnha għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli li jesiġu l-użu ta’ kopji tal-kontroll T5 li jridu jinħarġu skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (14). Għandu jsir provvediment għal evidenza alternattiva kemm-il darba l-kopja tal-kontroll T5 tintilef b’riżultat ta’ ċirkostanzi li ma jkunx responsabbli għalihom il-proċessur.

(22)

L-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmel provvediment għal tnaqqis fl-għajnuna reġjonali speċifika għal uċuħ kultivabbli meta l-ammont totali ta’ għajnuna mitluba jkun jeċċedi l-limitu ffissat. Għandhom għaldaqstant jiġu stabbiliti l-modalitajiet għall-kalkolu tal-koeffiċjent tat-tnaqqis.

(23)

L-Artikolu 99 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmel provvediment għall-possibbiltà li tingħata għajnuna diretta għall-produzzjoni ta’ xi waħda mill-ispeċijiet ta’ żrieragħ jew aktar.

(24)

L-għajnuna tista’ tingħata biss għall-produzzjoni ta’ żrieragħ bażiċi jew żrieragħ iċċertifkati u dawn il-prodotti għandhom ikunu ddefiniti biċ-ċar b’referenza għad-Direttivi dwar iċ-ċertifikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ: id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf (15), id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (16), u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (17).

(25)

Biex il-kontrolli jkunu possibbli, iż-żrieragħ bażiċi u ż-żrieragħ iċċertifkati għandhom jiġu prodotti skond kuntratti ta’ tkabbir jew dikjarazzjonijiet ta’ tkabbir li għandhom jiġu annessi ma’ applikazzjoni waħda u l-istabbilimenti u l-kultivaturi taż-żrieragħ għandhom ikunu approvati jew irreġistrati uffiċjalment. Għandhom jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa għal każijiet fejn stabbiliment jew kultivatur taż-żrieragħ minn Stat Membru jkabbar żrieragħ fi Stat Membru ieħor.

(26)

Għal raġunijiet amministrattivi, l-għajnuna għandha, f’kull wieħed mill-Istati Membri, tingħata biss b’referenza għall-prodotti miġbura fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

(27)

Skond l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, titħallas għajnuna għal produzzjoni ta’ żrieragħ bażiċi jew ċċertifkati ta’ varjetajiet tal-Cannabis sativa L. b’kontenut ta’ tetraidrokannabinol li ma jaqbiżx iż-0,2 %. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi mal-Komunità kollha tar-regoli għall-għoti ta’ l-għajnuna, għandha tintuża għal dak l-iskop il-lista tal-varjetajiet tal-Cannabis sativa L. eliġibbli għall-għajnuna elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll integrati kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (18).

(28)

L-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiddefinixxi r-raba’ li huwa eliġibbli għal pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli. Dak l-Artikolu jawtorizza ċerti eċċezzjonijiet taħt il-kontroll ta’ l-Istati Membri li ma jimminawx l-effettività ta’ l-arranġamenti stabbiliti f’dak ir-Regolament. Sabiex ikun evitat kull riskju bħal dan, għandhom jiġu stabbiliti miżuri adatti biex l-erja totali tar-raba’ eliġibbli tibqa’ fil-livell kurrenti u biex jimpedixxu kull żieda konsiderevoli fiha. F’ċerti każijiet dawk il-miżuri jistgħu jinvolvu erjas li qabel kienu eliġibbli jibdew jitqiesu ineliġibbli bħala miżura protettiva.

(29)

L-Istati Membri fejn il-qamħirrum m’huwiex prodott tar-raba’ tradizzjonali jistgħu jagħmlu l-ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin eliġibbli għal pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli. Minħabba f’hekk, jeħtieġ li tkun definita t-tifsira ta’ ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin.

(30)

L-Artikolu 106 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jissuġġetta l-pagament skond l-erja għall-kittien u qanneb imkabbra għall-fibra għall-iffinalizzar ta’ kuntratt jew obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-ħjut (19). Għandu jsir provvediment biex kopja tal-kuntratt jew l-obbligu tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal pagamenti. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-varjetajiet ta’ kittien u qanneb imkabbra għall-fibra huma dawk elenkati bħala pjanti tal-fibra fil-Katalgu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċijiet ta’ Pjanti Agrikoli u, fil-każ tal-kittien b’mod partikolari, bħala “kittien tal-fibra”. Barra minn hekk, fil-każ tal-qanneb, il-kontenut ta’ tetraidrokannabinol tal-varjetajiet awtorizzati ma jistax jeċċedi ż-0,2 %. Għaldaqstant lista tal-varjetajiet ta’ kittien eliġibbli għandha tiġi elenkata, billi l-varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli huma elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004. Sabiex jiġu pprovduti garanziji aktar serji fil-każ tal-qanneb, għandu jkun meħtieġ ukoll l-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati.

(31)

L-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jeħtieġ li l-produtturi taċ-ċereali, iż-żrieragħ taż-żejt u l-pjanti ta’ proteina jkunu lestew miż-żrigħ mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju. F’ċerti każijiet, iż-żrigħ jista’ jitħalla għal wara l-31 ta’ Mejju minħabba t-temp. L-iskadenza għaż-żrigħ u għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għandha tiġi estiża għal xi prodotti tar-raba’ f’ċerti reġjuni. Madankollu, dawn l-estensjonijiet m’għandhomx jaffettwaw ħażin l-effikaċja tas-sistema ta’ appoġġ jew jimminaw is-sistema ta’ kontroll introdotta bil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(32)

Sabiex ikun żgurat li l-industrija ta’ l-ipproċessar tirċievi provvisti regolari ta’ qamħ ħelu tul is-sena kummerċjali kollha, il-produtturi għandhom jingħataw il-possibbiltà li jifirxu ż-żergħat tagħhom fuq perjodu ta’ żmien itwal. Għaldaqstant id-data finali għaż-żrigħ tal-qamħ ħelu għandha tiġi differita għal 15 ta’ Ġunju.

(33)

Ikun xieraq li jsir provvediment biex tintuża kwantità minima ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ qamħ ta’ l-Awstralja fil-każ tas-suppliment u għajnuna speċjali għall-qamħ ta’ l-Awstralja. Bid-diversità ta’ prattika agrikola fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom fil-mira, l-iffissar tal-kwantità minima għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri kkonċernati.

(34)

Għall-iskop ta’ l-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandha tiġi ddefinita t-tifsira ta’ irrigazzjoni.

(35)

Għandhom ikunu speċifikati l-erjas li jridu jiġu kkunsidrati bil-ħsieb li tiġi evalwata kull qabża fl-erja bażi u r-regoli li jiddeterminaw id-dimensjoni ta’ dan il-qbiż. Fejn erja bażi separata tkun ġiet stabbilita għall-qamħirrum, erjas irrigati jew ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċjali għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-erjas li jridu jiġu kkunsidrati bil-ħsieb li tiġi kkalkulata kull qabża fl-erja bażi inkwistjoni. Ir-regoli li jiddeterminaw kull qabża fl-erja bażi għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ l-erja bażi fil-każijiet kollha. Għandu jkun speċifikat ukoll il-mod li bih il-qabża trid tiġi kkalkulata b’referenza għall-erjas garantiti massimi għal qamħ ta’ l-Awstralja. Għandha tkun speċifikata wkoll il-proċedura li trid tiġi osservata biex tiġi stabbilita l-qabża fil-limitu tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 102(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(36)

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-eliġibbiltà għal pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli hija kundizzjonali minħabba l-obbligu li għandhom il-produtturi kkonċernati biex iwarrbu parti mill-erja ta’ l-azjendi tagħhom. Għandhom jiġu stabbiliti regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati li jkunu jistgħu jiżguraw l-effettività meħtieġa ta’ l-iskema. Għal dak il-għan, għandu jsir provvediment biex l-erjas magħduda bħala mwarrba jkunu paragunabbli ma’ dawk magħduda għall-iskop li tiġi kkalkulata l-erja bażi reġjonali. Għandha tiġi ddefinita l-“uċuħ tal-legumi” msemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(37)

Skond l-Artikolu 107(6) u fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għal dak li huwa raba’ li jitwarrab volontarjament. Dawk ir-regoli għandhom ikunu konsistenti mas-sistema fl-intier tagħha introdotta bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(38)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà għal primjums għal nagħaġ u mogħoż li hemm provvediment għalihom fil-Kapitolu 11 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet meħtieġa.

(39)

L-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmel provvediment għall-għoti ta’ primjum lil bdiewa bil-mogħoż tal-qatla f’ċerti żoni tal-Komunità. Għaldaqstant l-erjas imsemmija għandhom ikunu regolati skond il-kriterji stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni.

(40)

Skond l-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bdiewa bil-bhejjem li jkollhom mill-inqas 50 % ta’ l-erja ta’ l-azjendi tagħhom użata għal biedja li tkun tinsab f’żoni żvantaġġati jistgħu jikkwalifikaw għall-primjum supplimentari. L-Artikolu 113(2) jagħmel referenza għaż-żoni ġeografiċi speċifiċi fejn bdiewa bil-mogħoż tal-qatla jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jikkwalifikaw għall-primjum tal-mogħoż. Għandhom isiru provvedimenti għal dikjarazzjoni li jkunu jridu jagħmlu l-bdiewa bil-bhejjem li jissodisfaw dawk il-kriterji biex jippruvaw li mill-inqas nofs l-art li jkunu qed jużaw għal produzzjoni agrikola tkun tinsab f’żoni żvantaġġati jew f’żoni li jikkwalifikaw għall-primjum tal-mogħoż.

(41)

Għall-iskop ta’ kontroll fuq l-eliġibbiltà għal-livell korrett ta’ primjum tan-nagħaġ, l-Istati Membri għandhom jelenkaw f’inventarju l-bdiewa bil-bhejjem li jkunu qed jikkummerċjaw il-ħalib tan-nagħaġ jew prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ.

(42)

Bil-ħsieb li tkun implimentata s-sistema tal-limiti individwali kif introdotta bl-Artikoli 116, 117 u 118 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-regoli amministrattivi eżistenti jistgħu jkomplu jiġu applikati għal dak li għandu x’jaqsam ma’, b’mod partikolari, l-użu ta’ drittijiet mogħtija bla ħlas, l-użu ta’ drittijiet normali inkluż l-użu minimu, il-kiri temporanju u t-trasferiment ta’ drittijiet, in-notifika ta’ bdil fil-limitu individwali u t-trasferiment ta’ drittijiet mir-riżerva nazzjonali. Xi wħud minn dawk ir-regoli huma dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati bħalma huma, dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu ta’ drittijiet, il-bdiewa ż-żgħar bil-bhejjem u l-bdiewa bil-bhejjem li jkunu qed jipparteċipaw fi programmi ta’ estensifikazzjoni u skemi ta’ rtirar kmieni, u, għall-iskop ta’ trasferimenti, il-wirt ta’ drittijiet ta’ primjums u l-każ ta’ bdiewa li jkunu qed jużaw biss mergħa proprjetà pubblika jew kollettiva.

(43)

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-arranġamenti l-ġodda u mħabba dan teħtieġ li l-Istati Membri jipprovdulha l-informazzjoni essenzjali li suppost għal dik li hija l-implimentazzjoni tar-regoli tal-primjums.

(44)

Jekk ikun applikabbli, għandha tintbagħat informazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni dwar ir-regoli nazzjonali fuq, u l-implimentazzjoni ta’, pagamenti addizzjonali.

(45)

It-Titolu IV, Kapitolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmel provvediment għal pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet meħtieġa għal dawk il-pagamenti.

(46)

L-għanijiet tal-limitu reġjonali u d-densità ta’ stokkjar jiddettaw li jista’ ma jibqax jiġi applikat għall-primjum speċjali b’referenza għall-istess kategorija ta’ età għal dawk il-bhejjem affettwati bl-applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ miżuri. Għall-iskop tal-primjum għad-destaġonalizzazzjoni, dawk il-bhejjem għandhom jitqiesu li jkunu kkwalifikaw għall-primjum speċjali.

(47)

Għandu jsir provvediment għad-dokument amministrattiv stabbilit fl-Artikolu 123(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jrid jitħejja u jinħareġ fuq livell nazzjonali. Sabiex jingħata għarfien tal-kundizzjonijiet amministrattivi u ta’ kontroll partikolari fl-Istati Membri, għandhom ikunu permessi forom differenti tad-dokument amministrattiv.

(48)

L-Artikolu 123(3)(a) u l-Artikolu 130(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxu perjodu taż-żamma bħala kundizzjoni għall-għoti tal-primjum speċjali u tal-primjum tal-qatla. Għalhekk jeħtieġ li dak il-perjodu jiġi definit u kkwantifikat.

(49)

L-arranġamenti ta’ l-għoti tal-primjum speċjali meta tasal il-qatla għandhom ikunu konsistenti ma’ l-arranġamenti ta’ l-għoti tal-primjum tal-qatla. Għandhom ikunu speċifikati t-tipi ta’ dokumenti li għandhom jakkumpanjaw il-bhima sal-qatla, d-dispaċċ jew l-esportazzjoni. Sabiex jingħata għarfien tal-karatteristiċi speċifiċi tal-forma ta’ l-għotja meta tasal il-qatla, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ l-età għall-barrin imsewwija u l-metodu ta’ preżentazzjoni tal-karkassa għall-bhejjem ta’ l-ifrat adulti.

(50)

Għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ l-għoti tal-primjum għad-destaġonalizzazzjoni, skond l-arranġamenti ta’ l-għoti tal-primjum tal-qatla. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, fuq bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, liema Stati Membri jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex japplikaw din l-iskema ta’ primjums.

(51)

Għandu jiġi definit il-kunċett tal-baqra li tredda’ stabbilit fl-Artikolu 125 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. F’dak ir-rigward, għandhom jinżammu l-istess razez bħal dawk skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti eżistenti essenzjali jistgħu jkomplu jiġu applikati, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni medja tal-ħalib u l-primjum addizzjonali nazzjonali.

(52)

Ir-regoli amministrattivi eżistenti jistgħu jkomplu jiġu applikati għal dak li għandu x’jaqsam ma’ b’mod partikolari l-limiti individwali, in-notifiki dwar il-limiti individwali u r-riżerva nazzjonali, id-drittijiet miksuba bla ħlas, l-użu ta’ drittijiet, it-trasferiment u l-kiri temporanju ta’ drittijiet, u t-trasferimenti mir-riżerva nazzjonali.

(53)

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, fuq bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, liema Stati Membri jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex japplikaw l-iskema speċjali stabbilita fl-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għandhom ikunu speċifikati l-arranġamenti speċjali għall-għoti tal-primjum.

(54)

Għandu jiġi ddeterminat il-metodu biex tiġi kkalkulata d-densità ta’ stokkjar. Għandha tiġi stabbilita data biex tiġi nnotata l-kwantità ta’ referenza tal-ħalib.

(55)

Id-densità ta’ stokkjar għall-iskema ta’ pagamenti għall-estensifikazzjoni għandha tinkludi l-bhejjem ta’ l-ifrat kollha ta’ l-età ta’ sitt xhur jew aktar li jkun hemm fl-azjenda. Għaldaqstant huma meħtieġa regoli speċjali għall-għadd tal-bhejjem u għad-dikjarazzjoni tal-produttur tal-parteċipazzjoni fl-iskema. Għandu jsir provvediment għall-użu tad-database kompjuterizzata msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem ta’ l-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (20).

(56)

Għandhom jittieħdu passi biex ikun żgurat li l-pagament għall-estensifikazzjoni ma jingħatax lil bdiewa bil-bhejjem li jikkonformaw b’mod artifiċjali mar-rati medji ta’ stokkjar meħtieġa għall-għoti tal-pagament għall-estensifikazzjoni.

(57)

Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri biex jiġu ddeterminati, fuq bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, liema Stati Membri jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 132(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-għoti tal-pagament għall-estensifikazzjoni ta’ baqar tal-ħalib. Għandhom ikunu speċifikati l-arranġamenti speċjali għall-għoti tal-primjum. Għandu jiġi stabbilit perjodu minimu taż-żamma.

(58)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-applikazzjoni tar-regoli dwar perjodi, dati u limiti ta’ żmien tal-perjodu taż-żamma.

(59)

Għas-semplifikazzjoni, l-applikazzjoni għal għajnuna għall-‘istokk ta’ bhejjem 'li hemm provvediment għaliha fis-sistema integrata għandha titqies li tirrappreżenta applikazzjoni għall-primjum tal-qatla, bil-kundizzjoni li jkun fiha l-elementi kollha meħtieġa biex tiġġustifika l-pagament tal-primjum u li l-bhima tinqatel fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor, jew tiġi esportata.

(60)

Għandu jkun possibbli li tintuża d-database kompjuterizzata msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 biex ikun iffaċilitat l-immaniġġjar tal-primjum tal-qatla, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun iqis li d-database toffri assigurazzjonijiet adegwati fir-rigward tal-korrettezza tad-data ta’ ġo fiha għall-iskop tal-pagament ta’ primjums.

(61)

Il-primjum tal-qatla għall-għoġġiela huwa kundizzjonali minħabba l-limitu ta’ piż massimu. Ghaldaqstant għandu jiġi stabbilit tip standard ta’ preżentazzjoni tal-karkassa, li għaliha jkun japplika dan il-piż massimu.

(62)

Għandha tintbagħat informazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni dwar ir-regoli nazzjonali fuq il-pagamenti addizzjonali u l-implimentazzjoni tagħhom.

(63)

Biex ikun żgurat li l-bdiewa bil-bhejjem jirċievu l-pagamenti malajr kemm jista’ jkun, għandu jsir provvediment għall-għoti ta’ ħlasijiet bil-quddiem. Madankollu, minħabba l-applikazzjoni tal-limiti nazzjonali jew reġjonali, għandhom jittieħdu passi biex ikun żgurat li l-ħlas bil-quddiem ma jaqbiżx il-pagament definittiv. Għaldaqstant għandu jsir provvediment biex l-Istati Membri jitħallew inaqqsu l-persentaġġ tal-ħlas bil-quddiem għall-iskemi ta’ primjums li jkunu suġġetti għal dawk il-limiti.

(64)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi penalitajiet għall-użu jew iż-żamma illegali ta’ sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati bil-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti. Fil-każ ta’ trasgressjonijiet ripetuti, ir-regolarizzazzjoni tat-terminu taż-żmien tal-penalitajiet għandha titħalla f’idejn l-Istati Membri, li huma f’qagħda aħjar biex jiġġudikaw is-serjetà vera ta’ l-offiża li tkun twettqet.

(65)

Jeħtieġ li tiġi ffissata d-data li tiddetermina għal liema elementi wieħed għandu jagħti każ fl-applikazzjoni ta’ l-iskemi tal-primjum speċjali u l-primjum għal baqar li jreddgħu. Sabiex tkun żgurata amministrazzjoni sigura u konsistenti, dik id-data għandha, bħala regola ġenerali, tkun id-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet. Madankollu, fejn għandu x’jaqsam il-primjum speċjali li jitħallas għall-qatla, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċjali sabiex tkun evitata t-tmexxija ta’ ammonti minn sena għall-oħra bil-ħsieb li jinkiseb primjum ogħla. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-primjum tal-qatla, id-data tal-qatla jew ta’ l-esportazzjoni tkun indikazzjoni aħjar ta’ kemm l-operazzjonijiet ikkonċernati jkunu twettqu tassew.

(66)

Ir-rata tal-kambju applikabbli fid-data ta’ l-avveniment operattiv għall-primjums għandha tiġi ffissata b’tali mod sabiex fil-prinċipju tiżgura li dawn il-primjums ma jġarrbux bdil akut meta jinqalbu fil-munita nazzjonali minħabba r-rata tal-kambju f’data waħda partikolari.

(67)

Għandu jsir provvediment biex l-Istati Membri jkunu suġġetti għal ċerti obbligi ta’ notifikazzjoni. Biex tkun iffaċilitata t-trażmissjoni u l-analiżi tad-data, għandu jiġi stabbilit format konsistenti għas-sottomissjoni ta’ dik id-data.

(68)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-bidla għall-iskema l-ġdida, jeħtieġu dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-obbligu li jiġu mmarkati u identifikati l-bhejjem.

(69)

L-Artikolu 143b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 jippermetti r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (l-Istati Membri l-ġodda) li jibdlu l-pagamenti diretti ma’ pagament wieħed (“l-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja”). Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja għamlu dik l-għażla. Għaldaqstant għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja.

(70)

Bi qbil mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 143b(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u sabiex tkun evitata l-amministrazzjoni ta’ applikazzjonijiet numerużi li jkunu jfissru pagamenti ta’ inqas minn EUR 50 għal kull azjenda, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja talbu l-awtorizzazzjoni biex id-daqs minimu ta’ l-erja eliġibbli għal kull azjenda jiġi ffissat f’livell ogħla minn 0,3 ha.

(71)

Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja għamlu stima tal-parti ta’ l-erja agrikola utilizzata li għandhom li kienet għadha miżmuma f’kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta’ Ġunju 2003 u pproponew li jaġġustawha skond id-daqs minimu ta’ l-erja eliġibbli għal kull azjenda.

(72)

L-Artikolu 143c tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmel provvediment għall-possibbiltà li tiġi ssupplimentata l-għajnuna diretta mħallsa lil bidwi fl-Istati Membri l-ġodda, suġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Għandhom jiġu stabbiliti l-modalitajiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ din il-possibbiltà.

(73)

L-Artikolu 55(b) u l-ewwel inciz ta' l-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi ezenzjoni mill-imwarrab jekk l-art tintuza biex tipproduci materjali ghall-manifattura gol-Komunità ta' prodotti li primarjament mhumiex intizi ghall-konsum tal-bniedem jew ta' l-annimali, provdut li jkunu applikati sistemi ta' kontroll effettivi.

(74)

Tajjeb li ma tiġix eskluża f’ċerti kundizzjonijiet il-koltivazzjoni tal-pitravi, tal-artiċokks jew tal-għeruq tal-indivja fuq l-art imwarrba. Dawn il-koltivazzjonijiet ma jistgħux igawdu minn ħlas meta wieħed jikkunsidra r-riskju li jistgħu jinfluwenzaw is-suq taz-zokkor. Madankollu hu meħtieġ li dawn il-koltivazzjonijiet jkunu konformi mar-regoli li jirregolaw l-użu tal-art imwarrba.

(75)

Jaqbel li jiġu definiti l-kundizzjonijiet dwar l-eliġibilità għall-benefiċċju ta’ din is-sistema. Hemm lok li tiġi ppreċiżata f’dan ir-rigward il-kundizzjoni għall-konklużjoni tal-kuntratt bejn il-produttur u kemm il-kollettur kif ukoll l-ewwel proċessur dwar il-materji primi agrikoli kkonċernati. F’każ li l-ipproċessar isir mill-bidwi fuq il-medda art, xi kundizzjonijiet għandhom xorta waħda jiġu definiti.

(76)

Biex tiġi ggarantita l-konformità mal-punt 7 tal-memorandum ta’ ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropeja u l-Istati Uniti dwar ix-xtieli li jipproduċu ż-żejt fil-kwadru tal-GATT, approvat permezz tad-Deċiżjoni 93/355/KE tal-Kunsill (21), jeħtieġ li jiġu implimentati l-metodi tal-applikazzjoni biex titnaqqas, jekk ikun hemm bżonn, il-kwantità ta’ prodotti sekondarji li jistgħu jiġu prodotti u maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali jekk il-kwantità totali tal-imsemmija prodotti sekondarji taqbeż il-miljun tunnellata metrika fis-sena, mogħtija bħala ekwivalenti ta’ dqiq tal-fażola tas-sojja.

(77)

Biex jiġi żgurat li l-materja prima tiġi pproċessata fil-prodott finali previst, għandha tingħata garanzija mill-kollettur jew mill-ewwel proċessur, għalkemm l-għajnuna tingħata lill-bidwi. Barra minn hekk, biex issir aktar effiċjenti s-sistema għall-kontroll tas-sistema, hemm lok li jiġi limitat in-numru ta’ proċessuri.

(78)

Jeħtieġ li ssir distinzjoni espliċita bejn l-obbligazzjonijiet tal-applikant li jispiċċaw meta ssir il-kunsinna tal-kwantità totali tal-materja prima miġbura, u l-obbligazzjonijiet, flimkien ma’ garanzija, tal-kollettur jew tal-ewwel proċessur li jibdew mal-kunsinna u jispiċċaw mal-ipproċessar finali tal-materji primi fil-prodotti finali.

(79)

Ċerti attivitajiet ta’ trasport fuq it-territorju tal-Komunità ta’ materji primi u ta’ prodotti li ġew minnhom għandhom ikunu soġġetti għal sistemi tal-kontroll li jinkludu l-użu ta’ dikjarazzjonijiet u ta’ formoli tal-kontroll T5 li għandhom jiġu kkunsinjati b’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Provi alternattivi għandhom ikunu maħsuba f’każ li l-formola tal-kontroll T5 ma tasalx għand l-awtorità responsabbli għall-kollettur jew għall-ewwel proċessur b’riżultat ta’ ċirkostanzi mhux imputabbli għal dan tal-aħħar. Biex tkun żgurata l-effiċjenza u l-ġestjoni tajba tas-sistema ta’ għajnuna, jaqbel jitwaqqfu d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kontroll.

(80)

Minbarra l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 110o tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-għajnuna skond l-erja għall-ħops, għandhom jiġu stabbiliti xi kriterji addizzjonali sabiex ikun żgurat li l-għajnuna tingħata għal erjas li fuqhom ikun qed jiġi kkultivat il-ħops taħt kundizzjonijiet normali ta’ kultivazzjoni. Il-kunċett ta’ erja “miżrugħa bil-ħops” għandha tiġi ddefinita fil-livell ta’ Komunità sabiex ikun żgurat li l-erjas li għalihom ikun qed isir il-pagament addizzjonali jiġu kkalkulati bl-istess mod. Jeħtieġ li jiġi stabbilit il-mod li bih is-somma totali disponibbli għal kull Stat Membru għall-pagamenti addizzjonali titqassam fuq l-erjas eliġibbli.

(81)

Għandu jiġi ffissat limitu ta’ żmien għall-obbligu tal-ħlas b’referenza għall-miżuri elenkati fl-Artikolu 7(1) (a) sa (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops (22) mill-gruppi ta’ produtturi tal-ħops rikonoxxuti u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata dwar il-mod kif ikun intuża l-pagament. Kull ammont mingħajr l-obbligu li jitħallas sa ċertu perjodu ta’ żmien għandu jintradd lura. Jeħtieġ li jiġi stabbilit il-mod li bih is-somma totali disponibbli għal kull Stat Membru għall-pagament titqassam lil gruppi ta’ produtturi tal-ħops rikonoxxuti.

(82)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

AMBITU U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Materja tematika u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-iskemi ta’ appoġġ li ġejjin li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003:

(a)

primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 1 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 2 ta’ dak ir-Regolament;

(c)

pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 3 ta’ dak ir-Regolament;

(d)

pagament skond l-erja għall-ġewż li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 4 ta’ dak ir-Regolament;

(e)

għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 5 ta’ dak ir-Regolament;

(f)

għajnuna għal patata bil-lamtu li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 6 ta’ dak ir-Regolament;

(g)

primjum għal prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 7 ta’ dak ir-Regolament;

(h)

għajnuna reġjonali speċifika għal uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 8 ta’ dak ir-Regolament;

(i)

għajnuna għaż-żrieragħ li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 9 ta’ dak ir-Regolament;

(j)

pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 10 ta’ dak ir-Regolament;

(k)

primjums għal nagħaġ u mogħoż li hemm provvediment għalihom fit-Titolu IV Kapitolu 11 ta’ dak ir-Regolament;

(l)

pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella li hemm provvediment għalihom fit-Titolu IV Kapitolu 12 ta’ dak ir-Regolament;

(m)

għajnuna għal legumi mnixxfa li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 13 ta’ dak ir-Regolament;

(n)

skema ta’ pagament wieħed skond l-erja li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 143b ta’ dak ir-Regolament;

(o)

pagamenti diretti komplementari nazzjonali li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 143c ta’ dak ir-Regolament;

(p)

għajnuna skond l-erja għall-ħops li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 10d ta’ dak ir-Regolament.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima taħt l-iskema ta’ pagament wieħed li hemm provvediment għaliha fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-iskema ta’ pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 10 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Kundizzjonijiet tal-pagament

1.   Il-pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 1(a), (b), (c), (e), (h), (i), (j), (m) u (p) għandhom jingħataw biss għall-erjas, għal kull wieħed mit-tipi ta’ prodotti tar-raba’, li għalihom tkun saret applikazzjoni b’referenza għal mill-inqas 0,3 ettaru, fejn kull biċċa art ikkultavata tkun taqbeż id-daqs minimu ffissat mill-Istat Membru taħt il-limitu li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Fil-każ ta’ Malta, il-pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 1(a), (b), (c), (e), (h), (i), (j), (m) u (p) għandhom jingħataw biss għall-erjas, għal kull wieħed mit-tipi ta’ prodotti tar-raba’, li għalihom tkun saret applikazzjoni b’referenza għal mill-inqas 0,1 ettaru, fejn kull biċċa art ikkultivata tkun taqbeż id-daqs minimu ffissat mill-Istat Membru taħt il-limitu li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

2.   Il-pagament dirett imsemmi fl-Artikolu 1(a), (b), (c), (h) u (j) għandu jingħata biss għall-erjas li jkunu miżrugħa kompletament u li fuqhom il-kundizzjonijiet kollha ta’ kultivazzjoni normali jkunu ġew esegwiti skond l-istandards lokali.

Madankollu, fil-każ tal-primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u tal-pagament għal uċuħ tar-raba’ kultivabbli li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 10 ta’ dak ir-Regolament, prodotti tar-raba’ mkabbrin f’erjas li jkunu miżrugħa għal kollox u li jkunu qed jiġu kkultivati skond l-istandards lokali, imma li ma jilħqux l-istadju tat-tirħis minħabba kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna bil-kundizzjoni li l-erjas imsemmija ma jintużaw għal ebda skop ieħor sa dan l-istadju ta’ tkabbir.

3.   F’sena partikolari, ma tistax issir aktar minn applikazzjoni waħda għal pagament skond l-erja taħt xi skema ffinanzjata konformi ma’ l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 (23) b’referenza għal kull biċċa art ikkultivata.

Madankollu:

(a)

kull biċċa art ikkultivata li tkun koperta b’applikazzjoni b’referenza għall-istess sena għall-primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 2 ta’ dak ir-Regolament tista’ ssir applikazzjoni dwarha għall-pagamenti għal uċuħ tar-raba’ kultivabbli li hemm provvediment għalihom fit-Titolu IV Kapitolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

kull biċċa art ikkultivata li tkun koperta b’applikazzjoni b’referenza għall-istess sena għall-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 2 ta’ dak ir-Regolament tista’ ssir applikazzjoni dwarha għall-għajnuna għaż-żrieragħ li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(c)

kull biċċa art ikkultivata li tkun koperta b’applikazzjoni b’referenza għall-istess sena għall-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tista’ ssir applikazzjoni dwarha għall-pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew tista’ ssir applikazzjoni dwarha għall-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(d)

kull biċċa art ikkultivata li tkun koperta b’applikazzjoni b’referenza għall-istess sena għall-pagamenti għal uċuħ tar-raba’ kultivabbli msemmija fit-Titolu IV Kapitolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tista’ ssir applikazzjoni dwarha għall-għajnuna għaż-żrieragħ li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

4.   Ir-raba’ li jintuża għall-produzzjoni ta’ materja prima msemmi fl-Artikolu 55 (b) u fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew ikkultivat bl-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija li hemm provvediment għaliha fit-Titolu IV Kapitolu 5 ta’ dak ir-Regolament m’għandux ikun eliġibbli għall-għajnuna Komunitarja li hemm provvediment għaliha fit-Titolu II Kapitolu VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (24), bl-eċċezzjoni ta’ l-appoġġ li jingħata b’referenza għall-ispejjeż tat-tixtil ta’ speċijiet li jikbru malajr kif hemm provvediment għalih fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 31(3) ta’ dak ir-Regolament.

Il-materja prima msemmija fl-Artikolu 55 punt b) u 107 (3) l-ewwel inċiż tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li titkabbar fuq raba’ tat-twarrib u prodotti intermedji, prodotti aħħarin, koprodotti u prodotti sekondarji dderivati minnha m’għandhom ikunu eliġibbli għal ebda finanzjament mit-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija konformi ma’ l-Artikolu 1(2) punt a) u b) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999.

5.   Għall-iskop tal-primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 10 ta’ dak ir-Regolament, “żrieragħ tal-lupina ħelwa” tfisser dawk il-varjetajiet ta’ lupina li jipproduċu żerriegħa li ma tkunx tikkomprendi aktar minn 5 % ta’ żerriegħa morra. Il-kontenut ta’ żerriegħa morra għandu jiġi kkalkulat skond it-test li hemm fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Komunikazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni permezz ta’ trażmissjoni elettronika d-data li ġejja:

(a)

mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena kkonċernata: id-data disponibbli dwar l-erjas, jew il-kwantitajiet fil-każ tal-primjum għal prodotti tal-ħalib u l-pagament addizzjonali li hemm provvediment għalihom fl-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li għalih tkun intalbet l-għajnuna għal dik is-sena kalendarja, fejn il-każ jista’ jiġi suddiviż bis-suberja bażi;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena kkonċernata: data definittiva dwar l-erjas jew il-kwantitajiet imsemmija fil-punt (a), filwaqt li jiġu kkunsidrati l-verifiki li jkunu saru diġà;

(c)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara: id-data finali li tikkorrispondi għall-erjas jew il-kwantitajiet li għalihom tkun fil-fatt tħallset l-għajnuna għas-sena kkonċernata, wara, fejn ikun applikabbli, it-tnaqqis tat-tinqis fl-erja li hemm provvediment għalih fit-Titolu IV Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

L-erjas għandhom ikunu espressi f’ettari sa żewġ pożizzjonijiet deċimali. Il-kwantitajiet għandhom ikunu espressi f’tunnellati metriċi sa tliet pożizzjonijiet deċimali.

Artikolu 4

Koeffiċjent tat-tnaqqis

1.   Il-koeffiċjent tat-tnaqqis ta’ l-erja fil-każ imsemmi fl-Artikoli 75, 78(2), 82, 85, 89(2), 98, 143 u 143b(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew tal-kwantitajiet u l-kriterji oġġettivi fil-każ imsemmi fl-Artikolu 95(4) ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi ffissat mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena kkonċernata fuq bażi tat-tagħrif ikkomunikat skond l-Artikolu 3(b) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 75, l-Artikolu 82, l-Artikolu 85, l-Artikolu 95(4), l-Artikolu 98, l-Artikolu 143 u l-Artikolu 143b(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena kkonċernata, il-koeffiċjent tat-tnaqqis applikat u, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 95(4) ta’ dak ir-Regolament, il-kriterji oġġettivi applikati.

KAPITOLU 2

PRIMJUM SPEĊIFIKU TAL-KWALITÀ GĦALL-QAMĦ TA’ L-AWSTRALJA

Artikolu 5

Skrinjar ta’ varjetajiet

1.   L-Istati Membri elenkati fl-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jistabbilixxu l-lista tal-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għall-primjum speċjali tal-kwalità li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 72 ta’ dak ir-Regolament skond il-metodu ta’ skrinjar ta’ varjetajiet stabbilit fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-Istati Membri għandhom, mill-inqas kull sentejn, jidentifikaw mill-inqas żewġ varjetajiet rappreżentattivi. Il-varjetajiet rappreżentattivi għandhom ikunu l-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja l-aktar iċċertifikati.

3.   L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja b’konformità mal-parametri ta’ kwalità li ġejjin u jassenjaw għal kull wieħed mill-parametri l-importanza rilevanti:

(a)

il-kontenut ta’ proteina (40 %);

(b)

il-kwalità ta’ glutina (30 %):

(c)

l-indiċi ta’ l-isfar (20 %);

(d)

il-piż speċifiku jew il-piż ta’ elf qalba (10 %).

Is-somma tal-medji tal-parametri tal-kwalità msemmija f’(a) sa (d) ta’ l-ewwel subparagrafu, immoltiplikata bil-valur indikat bħala persentaġġ, għandha tikkostitwixxi l-indiċi tal-kwalità tal-varjetajiet.

Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jqabbel, tul perjodu ta’ mill-inqas sentejn, l-indiċijiet tal-kwalità tal-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja ma’ dawk tal-varjetajiet rappreżentattivi fil-livell reġjonali. Il-varjetajiet li għandhom jiġu eżaminati huma dawk reġistrati fil-katalgu nazzjonali ta’ kull wieħed mill-Istati Membri, bl-esklużjoni ta’ dawk il-varjetajiet li għalihom ebda tagħrif analitiku ma jkun disponibbli fl-aħħar tliet snin għaliex ma jkunux għadhom qed jintużaw jew jiġu ċċertifikati.

Għal dak il-għan, skond l-indiċi tal-kwalità medja ta’ 100 attribwit lill-varjetajiet rappreżentattivi, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jikkalkula, għal kull wieħed mill-parametri tal-kwalità li hemm provvediment għalihom fil-punti (a) sa (d) ta’ l-ewwel subparagrafu, il-persentaġġ li jrid jiġi assenjat lill-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja l-oħra meta mqabbel ma’ l-indiċi ta’ 100. Il-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja b’indiċi ugwali għal 98 jew ogħla biss għandhom ikunu eliġibbli għall-primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja.

4.   Stat Membru jista’ jeskludi mil-lista ta’ varjetajiet eliġibbli l-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja li jkollhom rata medja ta’ telf fl-aspett żġieġi tagħhom (“mitadinage”) li jaqbeż is-27 %.

5.   Il-varjetajiet li jkunu reġistrati fil-katalgu nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor jistgħu jiġu eżaminati wkoll għall-eliġibbiltà tagħhom.

Artikolu 6

Metodi ta’ l-analiżi

1.   Il-metodi ta’ l-analiżi tal-kontenut ta’ proteina, il-piż speċifiku u r-rata ta’ telf fl-aspett żġieġi tal-qamħ ta’ l-Awstralja (“mitadinage”) għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 (25).

2.   L-indiċi ta’ l-isfar għandu jitkejjel skond il-metodu ICC 152 jew metodu ekwivalenti rikonoxxut.

3.   Il-kwalità ta’ glutina għandha titkejjel skond il-metodu ICC 158 jew b’konformità mal-metodu ICC 151.

Artikolu 7

Kwantità ta’ żrieragħ iċċertifikati

L-Istati Membri għandhom jiffissaw, qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena qabel is-sena li għaliha jkun qed jingħata l-primjum speċifiku tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja, il-kwantità minima ta’ żerriegħa, iċċertifikata skond id-Direttiva 66/402/KEE (26), li trid tintuża skond il-prattiki agrikoli kurrenti fiż-żona ta’ produzzjoni kkonċernata.

Artikolu 8

Pubblikazzjonijiet u komunikazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-lista ta’ varjetajiet selezzjonati li jkunu eliġibbli fil-livell nazzjonali jew reġjonali għall-primjum speċjali għall-kwalità ta’ qamħ ta’ l-Awstralja, mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru għall-varjetajiet tax-xitwa, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru għall-varjetajiet tar-rebbiegħa, tas-sena qabel is-sena li għaliha jkun qed jingħata l-primjum.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar minn xahar wara d-dati previsti fil-paragrafu 1, il-lista msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll, jekk tkun ġiet emendata, il-kwantità minima ta’ żerriegħa ċċertifikata li għandha tintuża.

Artikolu 9

Validità

1.   Il-varjetajiet inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 8(1) għandhom ikunu eliġibbli għall-primjum speċjali tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja għal perjodi ta’ ħames snin li jkunu jibdew mid-data ta’ l-ewwel inklużjoni tagħhom f’dik il-lista.

2.   L-eliġibbiltà ta’ kull waħda mill-varjetajiet tista’ tiġi estiża għal perjodu ta’ ħames snin, skond ir-riżultati ta’ l-analiżijiet kwalitattivi li jkunu ġew esegwiti matul it-tieni u t-tielet sena tal-perjodu ta’ eliġibbiltà għal ħames snin.

Artikolu 10

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-lista tal-varjetajiet magħżula li jkunu eliġibbli għall-primjum speċjali tal-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja b’referenza għas-sena 2005, mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2004 għall-varjetajiet tax-xitwa u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004 għall-varjetajiet tar-rebbiegħa.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-lista msemmija fil-paragrafu 1 billi jeliminaw mil-lista ta’ varjetajiet li jkunu reġistrati fil-katalgu nazzjonali l-varjetajiet li ma jkunux ġew iċċertifikati fl-2003 u l-2004 u dawk li ma jkunux jissodisfaw mill-inqas tnejn mill-erba’ parametri li ġejjin:

(a)

kontenut minimu ta’ proteina ta’ 11,5 %;

(b)

piż speċifiku minimu ta’ 78 kg/hl jew piż minimu ta’ elf qalba ta’ 42 g;

(c)

rata massima ta’ telf fl-aspett żġieġi tal-qamħ ta’ l-Awstralja (“mitadinage”) ta’ 27 %;

(d)

kontenut minimu ta’ glutina ta’ 10 %.

3.   Il-listi tal-varjetajiet li huma eliġibbli għall-primjum fl-2005 u l-2006 jistgħu jinkludu varjetajiet li jkunu fil-lista tal-varjetajiet magħżula ta’ Stat Membru ieħor fuq bażi tar-riżultati ta’ l-analiżijiet kwalitattivi li jkunu ġew esegwiti minn dak l-Istat Membru l-ieħor.

KAPITOLU 3

PRIMJUM GĦAL PRODOTTI TAR-RABA’ TA’ PROTEINA

Artikolu 11

Taħlita ta’ ċereali u prodotti tar-raba’ ta’ proteina

F’reġjuni fejn il-prodotti tar-raba’ ta’ proteina jinżergħu tradizzjonalment f’taħlita ma’ ċereali, il-primjum għal prodotti tar-raba’ ta’ proteina għandu jitħallas fuq talba ta’ l-applikant bil-kundizzjoni li jipprova, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, li l-prodotti tar-raba’ ta’ proteina huma predominanti fit-taħlita. L-erjas ikkonċernati m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna reġjonali speċifika għal uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

KAPITOLU 4

PAGAMENT SPEĊIFIKU GĦAL UĊUĦ TAR-ROSS

Artikolu 12

Dati għaż-żrigħ

Biex tkun eliġibbli għall-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross, l-erja ddikjarata għandha tinżera’ mhux aktar tard:

(a)

mit-30 ta’ Ġunju ta’ qabel il-ġbir ikkonċernat, għal Spanja u l-Portugall,

(b)

mill-31 ta’ Mejju għall-Istati Membri produtturi l-oħra msemmija fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Madankollu, fil-Gujana Franċiża, l-erjas għandhom jinżergħu rispettivament għal kull wieħed miż-żewġ ċikli ta’ żrigħ, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru u t-30 ta’ Ġunju ta’ qabel kull wieħed minnhom u l-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross għandu jingħata fuq bażi tal-medja ta’ l-erjas miżrugħa għal kull wieħed miż-żewġ ċikli ta’ żrigħ.

Artikolu 13

Koeffiċjent tat-tnaqqis

Il-koeffiċjent tat-tnaqqis tal-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross imsemmi fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi kkalkulat skond l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Komunikazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 3, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru:

(i)

il-lista tal-varjetajiet reġistrati fil-katalgu nazzjonali, ikklassifikati b’konformità mal-kriterji ddefiniti fl-entrata 2 ta’ l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 (27),

(ii)

l-erjas miżrugħa li għalihom ikunu ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross, skond il-varjetà tar-ross u skond l-erja bażi u suberja bażi, bl-użu tal-mudell li hemm fl-Anness III(A) ma’ dan ir-Regolament, inklużi l-eċċessi ta’ l-erjas bażi u s-suberjas bażi, skond kif iddefiniti minn kull wieħed mill-Istati Membri skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru, il-modifiki fir-rigward ta’ l-erjas miżrugħa li għalihom ikunu ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross, ikkomunikati skond is-subparagrafu 1 u bl-użu tal-formula mudell li hemm, fl-Anness III(B);

(c)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju, l-informazzjoni li tikkonċerna l-erjas miżrugħa li għalihom ikun fil-fatt tħallas il-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross għas-sena kummerċjali li tkun għaddiet, skond il-metodu ta’ kalkolu definit fl-Anness II u bl-użu tal-formula mudell li hemm fl-Anness III(C).

2.   Għall-Gujana Franċiża, l-informazzjoni li tikkonċerna l-erjas miżrugħa għandha tiġi kkomunikata fuq bażi tal-medja ta’ l-erjas miżrugħa matul iż-żewġ ċikli ta’ żrigħ.

3.   L-Istati Membri jistgħu jirrevedu kull sena s-suddiviżjoni ta’ l-erja bażi jew erjas fis-suberjas bażi tagħhom u l-kriterji oġġettivi li fuqhom huma bbażati dawk is-suddiviżjonijiet. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dik l-informazzjoni mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju ta’ qabel il-ġbir ikkonċernat.

KAPITOLU 5

PAGAMENT SKOND L-ERJA GĦALL-ĠEWŻ

Artikolu 15

Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal għajnuna Komunitarja

1   Għall-iskop ta’ dan il-Kapitolu, ort ifisser erja omoġena u koeżiva bis-siġar tal-ġewż imħawlin li ma tkunx interċettata minn uċuħ jew imsaġar oħrajn u li tkun ġeografikament kontinwa. Siġar iżolati jew ringiela waħda ta’ siġar tal-ġewż imħawla f’linja parallela mat-triq jew uċuħ oħrajn m’għandhomx jingħaddu b’ort.

Bis-saħħa ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-preżenza ta’ siġar oħrajn barra siġar tal-ġewż sa limitu li jikkorrispondi għal 10 % ta’ l-għadd ta’ siġar stabbilit fil-paragrafu 3. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-preżenza ta’siġar tal-qastan jekk l-għadd ta’ siġar stabbilit fil-paragrafu 3 ikun rispettat bis-siġar tal-ġewż eliġibbli.

2.   Ortijiet għall-produzzjoni tal-ġewż biss u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li hemm provvediment għalihom fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu fid-data li trid tiġi ffissata skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom ikunu eliġibbli għall-pagament skond l-erja li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 83 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Fil-każ ta’ ort fejn jitkabbru tipi differenti ta’ ġewż u meta jkun hemm divrenzja fl-għajnuna skond il-funzjoni tal-prodotti, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-livell ta’ għajnuna speċifika għat-tip tal-ġewż li jippredomina.

3.   Id-daqs minimu ta’ plott għall-ortijiet ma jistax ikollu erja tas-superfiċje inqas minn 0,10 ettaru.

Fl-ortijiet l-għadd ta’ siġar tal-ġewż għal kull ettaru ma jistax ikun inqas minn:

(i)

125 għall-ġellewż;

(ii)

50 għal-lewż;

(iii)

50 għall-ġewż;

(iv)

50 għall-pistaċċi;

(v)

30 għall-ħarrub.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiffissaw id-daqs minimu ta’ plott u d-densità ta’ siġar f’livell ogħla minn dak stabbilit fil-paragrafu 3 skond kriterji oġġettivi u sabiex tiġi kkunsidrata l-karatteristika speċifika ta’ l-erjas u l-produzzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 16

Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal għajnuna nazzjonali

L-Artikolu 15 għandu japplika għall-għajnuna nazzjonali li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, Stat Membru jista’ jistabbilixxi iżjed kriterji ta’ eliġibbiltà, bil-kundizzjoni li dawn il-kriterji jkunu konsistenti ma’ l-għanijiet ambjentali, rurali, soċjali u ekonomiċi ta’ l-iskema ta’ għajnuna u ma jwasslux għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jaraw li dawk il-kriterji ta’ eliġibbiltà qed ikunu rispettati mill-bdiewa.

Artikolu 17

Komunikazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni f’kull każ qabel id-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni ffissata mill-Istati Membri skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 u mhux aktar tard:

(a)

mill-31 ta’ Marzu, il-livelli ogħla u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 15(4) u l-kriterji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 16;

(b)

mill-15 ta’ Mejju, fejn Stat Membru jiddivrenzja l-għajnuna skond l-Artikolu 83(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-livell tal-pagament skond l-erja għal kull prodott u/jew l-erja garantita nazzjonali mmodifikata (“l-NGA”).

2.   Kull modifika fl-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni konformi mal-paragrafu 1 għandha tapplika għas-sena sussegwenti u għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat akkumpanjata bil-kriterji oġġettivi li jiġġustifikaw kull modifika bħal din.

Artikolu 18

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk u taħt liema kundizzjonijiet il-pjanijiet ta’ titjib imsemmija fl-Artikolu 86(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhomx jitwaqqfu qabel l-iskadenza normali tagħhom u l-erjas relattivi jsirux eliġibbli taħt l-iskema li hemm provvediment għaliha fil-Kapitolu 4 tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament.

2.   Meta jkun qed jiffissa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jiżgura li:

(a)

il-pjan ma jitwaqqafx qabel l-implimentazzjoni kompleta tal-perjodu annwali;

(b)

l-għanijiet inizjali tal-pjan ikunu ntlaħqu għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru.

KAPITOLU 6

GĦAJNUNA GĦAL PATATA BIL-LAMTU

Artikolu 19

Eliġibbiltà

L-għajnuna għal patata bil-lamtu li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tingħata għal patata li tkun koperta b’kuntratt ta’ kultivazzjoni kif hemm provvediment għalih fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2236/2003 (28), fuq bażi tal-piż nett tal-patata li jiġi deċiż b’wieħed mill-metodi deskritti fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2235/2003 (29) u l-kontenut ta’ lamtu tal-patata kkunsinjata, skond ir-rati ffissati fl-Anness II għal dak ir-Regolament.

Ebda għajnuna għal patata bil-lamtu m’għandha tingħata għal patata b’kontenut ta’ lamtu ta’ inqas minn 13 %, ħlief fejn ma jkunx japplika t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2236/2003.

Artikolu 20

Prezz minimu

L-għajnuna għal patata bil-lamtu għandha tkun suġġetta għall-kundizzjoni li tingħata prova li fl-istadju meta twasslet il-fabbrika tkun ġabet prezz ta’ mhux inqas minn dak imsemmi fl-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 1868/94 skond ir-rati ffissati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2235/2003.

Għandu japplika l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 2236/2003.

Artikolu 21

Pagament

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-għajnuna għal patata bil-lamtu għandha titħallas, mill-Istat Membru tat-territorju li fuqu jkun ġie mmanifatturat il-lamtu tal-patata, għal kull bidwi ladarba l-kwantitajiet kollha li jkollu għas-sena kummerċjali jkunu ġew ikkunsinjati lill-impriża li tipproduċi l-lamtu fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha tkun ingħatat il-prova msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament ikunu ġew rispettati.

2.   L-Istati Membri jistgħu jgħaddu ħlasijiet bil-quddiem, b’seħħ mill-1 ta’ Diċembru tas-sena kummerċjali, ibbażati fuq il-partijiet differenti tal-kwantità ta’ patata bil-lamtu kkunsinjata mill-bidwi lill-impriża li tipproduċi l-lamtu għal dik is-sena kummerċjali. Kull pagament ta’ ħlas bil-quddiem għandu jsir għall-kwantità ta’ patata bil-lamtu kkunsinjata li għaliha tkun ingħatat il-prova msemmija fl-Artikolu 20 u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19 ikunu ġew rispettati.

3.   Ir-rata tal-kambju li tintuża biex l-għajnuna għal patata bil-lamtu tinqaleb fil-munita nazzjonali għandha tkun dik applikata skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2236/2003.

KAPITOLU 7

PRIMJUM GĦAL PRODOTTI TAL-ĦALIB U PAGAMENT ADDIZZJONALI

Artikolu 22

Każijiet ta’ inattività

1   Meta persuna naturali jew legali bi kwantità ta’ referenza individwali ma tkunx taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ produttur li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 matul il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jiġu fi tmiemhom fil-31 ta’ Marzu tas-sena kkonċernata, ebda primjum għal prodotti tal-ħalib u pagament addizzjonali m’għandhom jitħallsu għas-sena kkonċernata, jekk ma tippruvax qabel l-iskadenza ta’ l-applikazzjoni u għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li l-produzzjoni tkun intużat.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika f’każijiet ta’ forza maġġuri u f’każijiet debitament iġġustifikati li temporanjament ikunu qed jaffettwaw il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi kkonċernati u rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

KAPITOLU 8

GĦAJNUNA GĦAL PRODOTTI TAR-RABA’ GĦALL-ENERĠIJA

TAQSIMA 1

Definizzjonijiet

Artikolu 23

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(a)

“applikant” tfisser kull bidwi li jkun qed jikkultiva l-erjas imsemmija fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bil-ħsieb li jikseb l-għajnuna li hemm provvediment għaliha f’dak l-Artikolu;

(b)

“l-ewwel proċessur” tfisser kull xerrej ta’ materja prima agrikola li jidħol għall-ewwel ipproċessar tagħha bil-ħsieb li jikseb wieħed jew aktar mill-prodotti msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

TAQSIMA 2

Kuntratt

Artikolu 24

Użu ta’ materja prima

1.   Kull materja prima agrikola bl-eċċezzjoni tal-pitravi tista’ titkabbar fuq l-erjas koperti mill-għajnuna li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bil-kundizzjoni li primarjament tkun intenzjonata għall-użu fil-produzzjoni tal-prodotti għall-enerġija msemmija fit-tieni paragrafu ta’ dak l-Artikolu.

Il-valur ekonomiku tal-prodotti għall-enerġija miksuba bl-ipproċessar ta’ materja prima għandu jkun ogħla minn dak tal-prodotti l-oħra kollha li jkunu intenzjonati għal użi oħrajn u miksuba b’dan l-ipproċessar, kif deċiż bil-metodu ta’ valutazzjoni li hemm fl-Artikolu 39(3).

2.   Il-materja prima msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun koperta b’kuntratt skond l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

3.   L-applikanti għandhom jikkunsinjaw il-materja prima kollha miġbura lill-ewwel proċessur u li għandu jwassalha fil-Komunità u jiżgura li kwantità ekwivalenti għal din il-materja prima tintuża fil-manifattura ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti għall-enerġija kif imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Fejn l-ewwel proċessur juża l-materja prima li attwalment tkun inġabret biex jimmanifattura prodott intermedju jew prodott sekondarju, huwa jista’ juża kwantità ekwivalenti għal dawn il-prodotti intermedji jew il-prodotti sekondarji biex jimmanifattura wieħed jew aktar mill-prodotti aħħarin kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-ewwel proċessur għandu jinforma b’dan lill-awtorità kompetenti li magħha tkun ġiet iddepożitata l-garanzija. Fejn din il-kwantità ekwivalenti tkun intużat fi Stat Membru ieħor barra dak fejn il-materja prima tkun inġabret, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lil xulxin bid-dettalji ta’ din it-tranżazzjoni.

4.   Skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-relazzjonijiet kuntrattwali, l-ewwel proċessur jista’ jiddelega terza parti bil-ġbir tal-materja prima mingħand il-bidwi li jkun applika għall-għajnuna. Id-delegat għandu jaġixxi f’isem u fl-interess tal-proċessur li jibqa’ jerfa’ r-responsabbilità waħdu fir-rigward ta’ l-obbligi stabbiliti b’dan il-Kapitolu.

Artikolu 25

Derogi

1.   Minkejja l-Artikolu 24(2) u (3), l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-applikanti biex:

(a)

jużaw siġar tal-foresta ta’ rotazzjoni qasira koperti bl-ex 0602 90 41 jew iċ-ċereali jew iż-żrieragħ taż-żejt miġbura koperti kollha bil-kodiċijiet NM 1201 00 90, 1205 10 90, 1205 90 00, 1206 00 91 u 1206 00 99:

(i)

bħala fjuwil għat-tisħin ta’ l-azjenda agrikola tagħhom,

(ii)

għall-produzzjoni ta’ elettriku jew bijofjuwils għall-azjenda;

(b)

jipproċessaw il-materja prima kollha miġbura f’bijogass kopert bil-kodiċi NM 2711 29 00 għall-azjendi tagħhom.

2.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-applikanti għandhom:

(a)

jimpenjaw irwieħhom, permezz ta’ dikjarazzjoni minflok il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 26, li jużaw jew jipproċessaw direttament il-materja prima koperta bid-dikjarazzjoni; l-Artikoli 26 u 40 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawk il-każijiet.

(b)

jiżnu l-materja prima kollha miġbura għand korp jew impriża maħtura mill-Istat Membru u jżommu kotba separati għall-materja prima użata u l-prodotti u l-prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-ipproċessar tagħha; madankollu, fil-każ taċ-ċereali u ż-żrieragħ taż-żejt, u t-tiben, u fejn ikun ittieħed l-impjant kollu, l-użin jista’ jiġi sostitwit b’kejl volumetriku tal-materja prima.

3.   L-Istati Membri li japplikaw il-paragrafu 1 għandhom jintroduċu miżuri ta’ kontroll adegwati biex ikun żgurat li l-materja prima tintuża direttament mill-azjenda jew tiġi pproċessata f’bijogass inkluż fil-kodiċi NM 2711 29 00.

4.   Ċereali u żrieragħ taż-żejt li jintużaw skond il-paragrafu 1(a) għandhom jiġu żnaturati skond il-metodu stabbilit mill-Istat Membru. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li ż-żejt prodott mill-ipproċessar taż-żrieragħ taż-żejt skond il-paragrafu 1(a)(ii) jiġi żnaturat minflok iż-żrieragħ taż-żejt infushom, bil-kundizzjoni li dan l-iżnaturar isir immedjatament wara li ż-żrieragħ ikunu ġew ipproċessati f’żejt u li l-użu li jsir miż-żrieragħ jiġi vverifikat.

Artikolu 26

Kuntratt

1.   Biex jissostanzjaw l-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna, l-applikanti għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom il-kuntratti li jkunu daħlu fihom ma’ l-ewwel proċessur.

2.   L-applikanti għandhom jiżguraw li l-kuntratti jkunu jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet kontraenti;

(b)

it-terminu taż-żmien tal-kuntratt;

(c)

l-ispeċijiet tal-materja prima kollha kkonċernati u l-erja li fuqha tkun qed titkabbar kull waħda mill-ispeċijiet;

(d)

kull kundizzjoni applikabbli għall-ikkunsinjar tal-kwantitajiet ta’ materja prima mbassra;

(e)

garanzija li jonoraw l-obbligi tagħhom konformi ma’ l-Artikolu 24(3);

(f)

l-użi aħħarin primarji intenzjonati tal-materja prima, filwaqt li kull wieħed mill-użi aħħarin ikun jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 24(1) u 39(3).

3.   L-applikanti għandhom jiżguraw li jidħlu għall-kuntratti kmieni biżżejjed biex l-ewwel proċessur ikun jista’ jiddepożita kopja għand l-awtorità kompetenti ta’ l-applikant fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 34(1).

4.   Għall-iskopijiet ta’ kontroll, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu biex kull wieħed mill-applikanti jidħol f’kuntratt ta’ provvista separat għal kull materja prima.

TAQSIMA 3

Emenda u tmiem ta’ kuntratti

Artikolu 27

Emenda u tmiem ta’ kuntratti

Fejn il-partijiet kontraenti jemendaw jew itemmu l-kuntratt wara li l-applikant ikun iddepożita applikazzjoni għall-għajnuna, l-applikant jista’ jibqa’ jżomm din l-applikazzjoni għall-għajnuna biss jekk, ikun lest li jħalli l-ispezzonijiet rekwiżiti jsiru, u jinforma lill-awtorità kompetenti b’din l-emenda jew tmiem, mhux aktar tard mid-data ta’ l-għeluq iffissata fl-Istat Membru kkonċernat għal emendi fl-applikazzjoni.

Artikolu 28

Ċirkostanzi eċċezzjonali

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, fejn l-applikant jinforma lill-awtorità kompetenti tiegħu li, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, mhux ser ikun jista’ jissupplixxi l-materja prima kollha jew parti minnha speċifikata fil-kuntratt, l-awtorità kompetenti tista’, wara li tkun kisbet evidenza suffiċjenti ta’ dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, tawtorizza dawn l-emendi fil-kuntratt bħala apparantement iġġustifikati, jew tista’ tawtorizza t-tmiem tiegħu.

Fejn ir-raba’ kopert b’kuntratt jitnaqqas minħabba dawn l-emendi fih jew fejn kuntratt jiġi mitmum, l-applikant għandu jirrinunzja d-dritt li jkollu għall-għajnuna msemmija f’dan il-Kapitolu għall-erjas irtirati mill-kuntratt.

Artikolu 29

Bdil fl-użi aħħarin

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-ewwel proċessuri jistgħu jalteraw l-użi aħħarin primarji intenzjonati tal-materja prima, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2)(f), ladarba l-materja prima miftiehma tkun ġiet ikkunsinjata lilhom u ladarba l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31(1) u fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 34(3) ikunu ġew sodisfatti.

Xi bdil fl-użi aħħarin għandu jsir bl-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 24(1) u fl-Artikolu 39(3).

L-ewwel proċessuri għandhom javżaw minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fid-dawl tal-kontrolli rekwiżiti.

TAQSIMA 4

Produzzjoni u kwantitajiet ikkunsinjati rappreżentattivi

Artikolu 30

Produzzjoni rappreżentattiva

Kull sena l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, bl-użu ta’ proċedura xierqa, il-produzzjoni rappreżentattiva li għandha tintlaħaq, u għandhom jinfurmawhom b’dan lill-applikanti kkonċernati.

Artikolu 31

Kwantitajiet li jridu jiġu kkunsinjati

1.   L-applikanti għandhom jiddikjaraw il-kwantità totali ta’ materja prima miġbura skond l-ispeċi ma’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u għandhom jikkonfermaw il-kwantitajiet ta’ materja prima kkunsinjata u l-partijiet lil min dawn il-kunsinji jkunu għaddew.

2.   Il-kwantitajiet attwali li jridu jiġu kkunsinjati mill-applikanti lill-ewwel proċessuri għandhom mill-inqas jikkorrispondu mal-produzzjoni rappreżentattiva.

Madankollu, f’każijiet debitament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu, bħala eċċezzjoni, jaċċettaw kwantità sa 10 % taħt il-produzzjoni rappreżentattiva.

Barra minn hekk, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu awtorizzaw emenda f’kuntratti jew it-tmiem tagħhom skond l-Artikolu 28, huma jistgħu, fejn jitqies li jkun iġġustifikat li jagħmlu hekk, inaqqsu l-kwantitajiet li l-applikanti jkunu meħtieġa li jikkunsinjaw skond l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

TAQSIMA 5

Kundizzjonijiet għall-pagament ta’ l-għajnuna

Artikolu 32

Pagament

1.   L-għajnuna tista’ titħallas lill-applikanti qabel ma l-materja prima tiġi pproċessata. Madankollu, dawn il-pagamenti għandhom isiru biss fejn il-kwantitajiet rekwiżiti ta’ materja prima konformi ma’ dan il-Kapitolu jkunu ġew ikkunsinjati lill-ewwel proċessur u fejn:

(a)

tkun saret id-dikjarazzjoni li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 31(1);

(b)

kopja tal-kuntratt tkun ġiet iddepożitata ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel proċessur skond l-Artikolu 34(1) u l-kundizzjonijiet li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 24(1) ikunu ġew sodisfatti;

(c)

l-awtorità kompetenti tkun irċeviet prova li l-garanzija sħiħa li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 35(2) tkun ġiet iddepożitata;

(d)

l-awtorità kompetenti responsabbli mill-pagament tkun ivverifikat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 ikunu ġew sodisfatti b’referenza għal kull waħda mill-applikazzjonijiet.

2.   Fil-każ ta’ prodotti tar-raba’ biennali, fejn il-materja prima tinġabar, u għal din ir-raġuni tiġi kkunsinjata, tul it-tieni sena ta’ kultivazzjoni biss, il-pagament għandu jsir f’kull waħda mis-sentejn wara d-data li fiha jkun ġie ffirmat il-kuntratt kif hemm provvediment għalih fl-Artikolu 26, bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li:

(a)

l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1(b), (c) u (d) ta’ dan l-Artikolu jkunu ġew sodisfatti b’seħħ mill-ewwel sena tal-kultivazzjoni;

(b)

l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu jkunu ġew sodisfatti, u l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 34(3) tkun ġiet ikkomunikata, fit-tieni sena tal-kultivazzjoni.

B’referenza għall-ewwel sena tal-kultivazzjoni, il-pagamenti għandhom isiru biss jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu rċevew prova li l-garanzija li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 35(2) tkun ġiet iddepożitata. B’referenza għat-tieni sena tal-kultivazzjoni, il-pagament jista’ jsir mingħajr ma tkun ġiet iddepożitata l-garanzija.

3.   Fil-każ ta’ prodotti tar-raba’ permanenti jew multiannwali, il-pagament ta’ l-għajnuna għandu jsir f’kull waħda mis-snin mid-data ta’ l-iffirmar tal-kuntratt. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

TAQSIMA 6

Kuntratt u obbligi ta’ l-applikanti u l-ewwel proċessuri

Artikolu 33

Għadd ta’ proċessuri

Il-prodotti għall-enerġija jistgħu jinkisbu l-aktarnett sa mingħand it-tieni proċessur.

Artikolu 34

Kuntratt u obbligi ta’ l-applikanti u l-ewwel proċessuri

1.   L-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw kopja tal-kuntratt ma’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom skond skeda li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat u mhux aktar tard mid-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għas-sena inkwistjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

Fejn l-applikanti u l-ewwel proċessuri jemendaw jew itemmu kuntratti qabel id-data msemmija fl-Artikolu 27 f’sena partikolari, l-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom kopja tal-kuntratt emendat jew mitmum, mhux aktar tard minn dik id-data.

2.   L-ewwel proċessuri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni rekwiżita dwar il-katina ta’ l-ipproċessar ikkonċernata, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet u l-koeffiċjenti tekniċi ta’ l-ipproċessar li jridu jintużaw biex jiġu deċiżi l-kwantitajiet tal-prodotti aħħarin li jistgħu jinkisbu, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 40(1).

3.   L-ewwel proċessuri li jkunu ħadu f’idejhom il-materja prima mingħand l-applikanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bil-kwantitajiet ta’ materja prima li jkunu rċevew, filwaqt li jispeċifikaw l-ispeċi, l-isem u l-indirizz tal-parti kontraenti li tkun ikkunsinjat il-materja prima, il-post ta’ l-ikkunsinjar u r-referenza tal-kuntratt, fil-limitu ta’ żmien li jrid jiġi ffissat mill-Istati Membri li jkun jippermetti li l-pagamenti jsiru fil-perjodu speċifikat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Fejn l-Istat Membru ta’ l-ewwel proċessur ma jkunx l-istess Stat Membru fejn tkun tkabbret il-materja prima, l-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel proċessur għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-applikanti bil-kwantitajiet totali ta’ materja prima kkunsinjata, fi żmien 40 jum tax-xogħol wara li tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

TAQSIMA 7

Garanziji

Artikolu 35

L-ewwel proċessuri

1.   L-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw garanzija sħiħa ma’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom kif hemm provvediment għaliha fil-paragrafu 2 sad-data ta’ l-għeluq għas-sottimissjoni ta’ applikazzjonijiet għal pagament għas-sena inkwistjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   Il-garanziji li jridu jiġu ddepożitati b’referenza għal kull materja prima għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi mmoltiplikata s-somma ta’ l-erjas kollha koperti b’kuntratt iffirmat mill-ewwel proċessur ikkonċernat u użati għall-produzzjoni ta’ dik il-materja prima, bir-rata ta’ EUR 60 għal kull ettaru.

3.   Fejn kuntratti li jkunu ġew emendati jew mitmuma skond l-Artikoli 27 u 28, il-garanziji ddepożitati għandhom jiġu aġġustati minħabba f’hekk.

4.   Persentaġġ tal-garanzija għandu jiġi rilaxxat għal kull materja prima bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel proċessur ikkonċernat tkun fil-pussess ta’ prova li l-kwantità ta’ materja prima inkwistjoni tkun ġiet ipproċessata bl-osservanza tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 26(2)(f), filwaqt li jiġi kkunsidrat, fejn ikun meħtieġ, kull bdil konformi ma’ l-Artikolu 29.

Artikolu 36

Rekwiżiti primarji u subordinati

1.   L-obbligi li ġejjin għandhom jikkostitwixxu r-rekwiżiti primarji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (30):

(a)

l-obbligu li jiġu pproċessati l-kwantitajiet ta’ materja prima prinċipalment fil-prodotti aħħarin speċifikati fil-kuntratt. Il-materja prima għandha tiġi pproċessata sal-31 ta’ Lulju tat-tieni sena wara dik tal-ġbir;

(b)

l-obbligu li l-prodotti jkunu akkumpanjati b’kopja tal-kontroll T5 skond l-Artikoli 37 u 38 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-obbligi li ġejjin, id-dover ta’ l-ewwel proċessuri, għandhom jikkostitwixxu r-rekwiżiti subordinati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85:

(a)

l-obbligu li jieħdu ħsieb l-ikkunsinjar ta’ kull materja prima kkunsinjata lilhom mill-applikanti konformi ma’ l-Artikolu 24(3) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-obbligu li jiddepożitaw kopji tal-kuntratti skond l-Artikolu 34(1) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

l-obbligu li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 34(3) ta’ dan ir-Regolament;

(d)

l-obbligu li jiddepożitaw garanzija skond l-Artikolu 35(1) ta’ dan ir-Regolament.

TAQSIMA 8

Dokumenti għall-bejgħ, it-trasferiment jew l-ikkunsinjar fi Stat Membru ieħor jew esportazzjoni

Artikolu 37

Kopja tal-kontroll T5

Fejn l-ewwel proċessuri jbiegħu jew jittrasferrixxu lit-tieni proċessuri fi Stati Membri oħra prodotti intermedji koperti b’kuntratti kif hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 26, il-prodotti għandhom ikunu akkumpanjati b’kopji tal-kontroll T5 maħruġa skond ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Waħda minn dawn li ġejjin għandha tiddaħħal taħt l-intestatura “Tagħrif ieħor” fil-kaxxa 104 tal-kopji tal-kontroll T5:

Producto destinado a su transformación o entrega de acuerdo con lo establecido en el articulo 26 del Reglamento (CE) no 1973/2004 de la Comisión;

Použito pro zpracování nebo dodávku v souladu s článkem 26 nařízení Komise (ES) 1973/2004

Skal anvendes til forarbejdning eller levering i overensstemmelse med artikel 26 i Kommissionens forordning (EF) nr. 1973/2004

Zur Verarbeitung oder Lieferung gemäß Artikel 26 der Verordnung (EG) Nr. 1973/2004 der Kommission zu verwenden

Προς χρήση για μεταποίηση ή παράδοση σύμφωνα με το άρθρο 26 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1973/2004 της Επιτροπής

To be used for processing or delivery in accordance with Article 26 of Commission Regulation (EC) No 1973/2004

Kasutamiseks töötlemisel või tarnimisel vastavalt komisjoni määruse (EÜ) nr 1973/2004 artiklile 26

À utiliser pour transformation ou livraison conformément aux dispositions de l'article 26 du règlement (CE) no 1973/2004 de la Commission

Da consegnare o trasformare conformemente all'articolo 26 del regolamento (CE) n. 1973/2004 della Commissione

Izmantot pārstrādei vai piegādei saskaņā ar Komisijas Regulas (EK) Nr. 1973/2004 26. panta nosacījumiem

Naudoti perdirbimui arba pristatymui pagal Komisijos reglamento (EB) Nr. 1973/2004 26 straipsnio nuostatas

A Bizottság 2004/1973/EK rendelete szerint feldolgozásra, vagy átadásra használandó

Te gebruiken voor verwerking of aflevering overeenkomstig artikel 26 van Verordening (EG) nr. 1973/2004 van de Commissie

Do wykorzystania w procesie przetwórstwa bądź do dostawy zgodnie z postanowieniami zawartymi w art. 26 rozporządzenia Komisji (WE) nr 1973/2004

A utilizar para transformação ou entrega em conformidade com o artigo 26 do Regulamento (CE) n.o 1973/2004 da Comissão

Na spracovanie alebo dodávku v súlade s článkom 26 nariadenia Komisie (ES) č. 1973/2004

Se uporablja za predelavo ali dostavo v skladu s členom 26 Uredbe Komisije (ES) št. 1973/2004

Käytetään jalostamiseen tai toimittamiseen komission asetuksen (EY) N:o 1973/2004 26 artiklan mukaisesti

Används till bearbetning eller leverans i enlighet med artikel 26 i kommissionens förordning (EG) nr 1973/2004.

Artikolu 38

Alternattivi għall-kopja tal-kontroll T5

Jekk il-kopja tal-kontroll T5 ma tiġix irritornata lill-uffiċċju tat-tluq tal-korp responsabbli mill-kontroll fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-ewwel proċessur xahrejn wara l-iskadenza taż-żmien perentorju għall-ipproċessar tal-materja prima li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 36(1)(a), minħabba dawn iċ-ċirkostanzi li ma jkunx responsabbli għalihom l-ewwel proċessur, id-dokumenti li ġejjin jistgħu jiġu aċċettati bħala alternattivi għall-kopja tal-kontroll T5:

(a)

fatturi tax-xiri għall-prodotti intermedji;

(b)

dikjarazzjonijiet mit-tieni proċessur li jivverifikaw l-ipproċessar finali tal-materja prima fi prodotti għall-enerġija kif imsemmi fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(c)

fotokopji ċċertifikati mingħand it-tieni proċessur tad-dokumenti ta’ tagħrif finanzjarju li jkunu jippruvaw li l-ipproċessar ikun ġie esegwit.

TAQSIMA 9

Kontrolli

Artikolu 39

Żamma ta’ rekords

1.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tispeċifika r-rekords li jridu jinżammu mill-proċessuri u l-frekwenza tagħhom, li mill-inqas għandha tkun ta’ xahar.

Dawn ir-rekords għandhom jikkomprendu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kwantitajiet differenti ta’ materja prima li tkun inxtrat għall-ipproċessar;

(b)

il-kwantitajiet ta’ materja prima pproċessata u l-kwantitajiet u t-tipi ta’ prodotti aħħarin, koprodotti u prodotti sekondarji miksuba minnha;

(c)

il-ħela ta’ matul l-ipproċessar;

(d)

il-kwantitajiet li jkunu ġew meqruda u r-raġunijiet ta’ din il-qerda;

(e)

il-kwantitajiet u t-tipi tal-prodotti mibjugħa jew ittrasferiti mill-proċessur u l-prezzijiet miksuba;

(f)

fejn ikun applikabbli, l-ismijiet u l-indirizzi tal-proċessuri sussegwenti.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel proċessur għandha tivverifika li l-kuntratt sottomess huwa konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(1). Fejn dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux qed jiġu sodisfatti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-applikanti għandhom jiġu nnotifikati.

3.   Bil-ħsieb li jiġi kkalkulat il-valur ekonomiku tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 24(1), l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, fuq bażi ta’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(2), iqabblu s-somma tal-valuri tal-prodotti kollha għall-enerġija mas-somma tal-valuri tal-prodotti l-oħra kollha li jkunu intenzjonati għal użi oħrajn u miksuba mill-istess operazzjoni ta’ pproċessar. Kull wieħed mill-valuri għandu jkun daqs il-kwantità rilevanti mmultiplikata bil-medja tal-prezzijiet tal-fabbrika li jkunu ġew irreġistrati matul is-sena kummerċjali preċedenti. Fejn dawn il-prezzijiet ma jkunux disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-prezzijiet rilevanti huma, b’mod partikolari fuq bażi ta’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(2).

Artikolu 40

Kontrolli fuq il-post fl-istabbiliment tal-proċessuri

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fejn ikun qed isir l-ipproċessar għandhom jivverifikaw il-konformità ma’ l-Artikolu 24(1) fuq il-post fl-istabbilimenti ta’ mill-inqas 25 % tal-proċessuri li jkunu jinsabu fit-territorju tagħhom, magħżula fuq bażi ta’ analiżi tar-riskju. Dawn il-kontrolli għandhom jinvolvu mill-inqas:

(a)

paragun tas-somma tal-valuri tal-prodotti kollha għall-enerġija mas-somma tal-valuri tal-prodotti l-oħra kollha li jkunu intenzjonati għal użi oħrajn u miksuba mill-istess operazzjoni ta’ pproċessar;

(b)

analiżi tas-sistema tal-produzzjoni tal-proċessur, li tkun tikkomprendi verifiki u spezzjonijiet fiżiċi ta’ dokumenti kummerċjali, bil-ħsieb li jiġi vverifikat, fil-każ ta’ proċessuri, li l-kunsinji ta’ materja prima, prodotti aħħarin, koprodotti u prodotti sekondarji jkunu jaqblu.

Għall-iskop tal-kontrolli msemmija fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joqogħdu b’mod partikolari fuq il-koeffiċjenti tekniċi ta’ l-ipproċessar għall-materja prima kkonċernata. Fejn dawn il-koeffiċjenti għall-esportazzjoni jkunu jeżistu fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, dawn għandhom jiġu applikati. Meta ma jkunux imma koeffiċjenti oħrajn ikunu jeżistu fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, dawn għandhom jiġu applikati. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-ispezzjoni għandha tkun ibbażata b’mod ewlieni fuq il-koeffiċjenti aċċettati b’mod ġenerali mill-industrija ta’ l-ipproċessar.

2.   Għall-operazzjonijiet ta’ pproċċessar imsemmija fl-Artikolu 25, għandhom isiru kontrolli fuq 10 % ta’ l-applikanti magħżula fuq bażi ta’ analiżi tar-riskju filwaqt li jiġi kkunsidrat:

(a)

l-ammonti ta’ l-għajnuna;

(b)

l-għadd ta’ bċejjeċ ta’ art agrikola u l-erja koperta bl-applikazzjoni għall-għajnuna;

(c)

żviluppi mis-sena preċedenti;

(d)

il-konklużjonijiet tal-kontrolli li jkunu saru fis-snin imgħoddija;

(e)

parametri oħrajn li jridu jiġu ddefiniti mill-Istati Membri, ibbażati fuq ir-rappreżentattività tad-dikjarazzjonijiet sottomessi.

3.   Fejn il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 2 jiżvelaw irregolaritajiet f’mill-inqas 3 % tal-każijiet, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel kontrolli addizzjonali matul is-sena u konsegwentement għandha żżid il-persentaġġ ta’ bdiewa suġġetti għal kontroll fuq il-post fis-sena sussegwenti.

4.   Jekk ikun hemm provvediment li ċerti elementi tal-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jsiru fuq bażi ta’ kampjun, dak il-kampjun għandu jiggarantixxi livell ta’ kontroll affidabbli u rappreżentattiv.

5.   Dwar kull kontroll fuq il-post għandu jsir rapport ta’ l-ispezzjoni ffirmat mill-ispettur li jkun qed jipprovdi d-dettalji tal-kontrolli li jkunu ġew esegwiti. Ir-rapport għandu jindika b’mod partikolari:

(a)

id-data tal-kontroll;

(b)

il-persuni preżenti;

(c)

il-perjodu vverifikat;

(d)

it-tekniki tal-kontroll li jkunu ntużaw inkluża, fejn ikun applikabbli, referenza għall-metodi ta’ kampjunar;

(e)

ir-riżultati tal-kontroll.

Artikolu 41

Produzzjoni ta’ qanneb

Id-dispożizzjonijiet relatati mal-qanneb imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (31) u fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw.

Artikolu 42

Miżuri addizzjonali u assistenza reċiproka

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri l-oħrajn kollha meħtieġa għall-applikazzjoni korretta ta’ dan il-Kapitolu u għandhom jagħtu l-assistenza reċiproka li jkun hemm bżonn għall-iskopijiet tal-kontrolli meħtieġa konformi ma’ dan il-Kapitolu. Fejn dan il-Kapitolu ma jagħmilx provvediment għal tinqis u esklużjonijiet xierqa, l-Istati Membri jistgħu japplikaw sanzjonijiet nazzjonali xierqa kontra l-parteċipanti tas-suq involuti fil-proċedura għall-għoti ta’ l-għajnuna.

2.   Sa fejn ikun meħtieġ jew ikun jeżiġi dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin reċiprokament biex jiżguraw kontrolli effettivi, u jagħmluha possibbli li jiġu awtentikati d-dokumenti sottomessi u li tiġi vverifikata l-korrettezza tat-tagħrif skambjat.

TAQSIMA 10

Esklużjoni mill-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija u evalwazzjoni

Artikolu 43

Esklużjoni ta’ materja prima mill-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija u l-erja kkultivata minimali

1.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu kull materja prima agrikola mill-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija fejn din il-materja toħloq xi diffikultajiet mil-lat ta’ kontrolli, saħħa pubblika, ambjent, liġi kriminali, jew rata mnaqqsa għall-prodotti finali għall-enerġija.

2.   Għal kull materja prima msemmija fl-Artikolu 24, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw erja kkultivata minimali.

Artikolu 44

Evalwazzjoni

Qabel il-15 ta’ Ottubru ta’ wara tmiem is-sena li għaliha tkun ingħatat l-għajnuna, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li jkun hemm bżonn biex tiġi evalwata l-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija.

Din l-informazzjoni għandha tinkludi, b’mod partikolari:

(a)

l-erjas li jikkorrispondu għal kull waħda mill-ispeċijiet ta’ materja prima;

(b)

il-kwantitajiet ta’ kull wieħed mit-tipi ta’ materja prima, prodotti aħħarin, prodotti sekondarji u koprodotti miksuba, bid-dettalji tat-tip ta’ materja prima li tkun intużat;

(c)

il-miżuri li jkunu ttieħdu skond l-Artikolu 25;

(d)

il-materja prima li tkun ġiet eskluża mill-għajnuna għal prodotti tar-raba’ għall-enerġija konformi ma’ l-Artikolu 43(1) u l-erjas ikkultivati minimali msemmija fl-Artikolu 43(2).

KAPITOLU 9

GĦAJNUNA REĠJONALI SPEĊIFIKA GĦAL UĊUĦ KULTIVABBLI

Artikolu 45

Data taż-żrigħ

Biex tkun eliġibbli għall-għajnuna reġjonali speċjali għall-uċuħ kultivabbli li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-erja ddikjarata għandha tinżera’ sa data li trid tiġi ffissata mill-Istati Membri u li m’għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Ġunju.

KAPITOLU 10

GĦAJNUNA GĦAŻ-ŻRIERAGĦ

Artikolu 46

Żrieragħ iċċertifikati

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 99 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-għajnuna għandha tingħata għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika u ċċertifikata uffiċjalment kif iddefinita bid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE u 2002/57/KE u li tkun konformi ma’ l-istandards u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk id-Direttivi, bi qbil ma’ l-Artikoli 47 sa 50 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 47

Produzzjoni ta’ żrieragħ

1.   Iż-żerriegħa għandha tiġi prodotta:

(a)

jew skond kuntratt ta’ tkabbir iffirmat bejn stabbiliment jew kultivatur taż-żrieragħ u xi ħadd li jkabbar iż-żrieragħ,

(b)

jew direttament mill-istabbiliment taż-żrieragħ jew il-kultivatur; filwaqt li din il-produzzjoni tkun affermata b’dikjarazzjoni ta’ tkabbir.

2.   L-istabbilimenti taż-żrieragħ u l-kultivaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu approvati mill-Istati Membri jew irreġistrati magħhom. L-approvazzjoni minn Stat Membru jew ir-reġistrazzjoni miegħu għandha tkun valida mal-Komunità kollha.

3.   Stabbiliment jew kultivatur taż-żrieragħ li jkabbar żerriegħa jew li jkollu żerriegħa li tkun qed titkabbar fi Stat Membru ieħor barra dak fejn l-approvazzjoni jew ir-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkun saret għandu jissupplixxi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor, meta jkun mitlub, bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-ivverifikar ta’ l-intitolament għall-għajnuna.

Artikolu 48

Eliġibbiltà territorjali

Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jagħti għajnuna biss b’referenza għal żrieragħ miġbura fit-territorju tiegħu matul is-sena kalendarja li fiha tibda s-sena kummerċjali li għaliha tkun ġiet iffissata l-għajnuna.

L-għajnuna għandha tingħata lil kull min ikabbar iż-żrieragħ taħt kundizzjonijiet li jiżguraw trattament ugwali tal-benefiċjarji irrispettivament mill-post ta’ l-istabbiliment tagħhom fil-Komunità.

Artikolu 49

Kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ

Għandha tingħata l-għajnuna biss bil-kundizzjoni li ż-żerriegħa tkun fil-fatt ġiet ikkummerċjalizzata għaż-żergħa mir-riċevitur mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara l-ġbir. “Ikkummerċjalizzata” tfisser disponibbli f’azjenda jew fi stokk, murija għall-bejgħ, offruta għall-bejgħ, mibjugħa jew ikkunsinjata lil persuna oħra.

Artikolu 50

Varjetajiet ta’ Cannabis sativa L.

Il-varjetajiet ta’ Cannabis sativa L. eliġibbli għall-għajnuna skond l-Artikolu 99(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma dawk elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

KAPITOLU 11

PAGAMENT SKOND L-ERJA GĦALL-UĊUĦ KULTIVABBLI

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-eliġibbiltà għal pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli

Artikolu 51

Raba’ eliġibbli

1.   Għall-iskopijiet tal-Kapitolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003:

(a)

“mergħa permanenti” tfisser “mergħa permanenti” skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 punt (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004;

(b)

“uċuħ tar-raba' permanenti” tfisser “uċuħ tar-raba’ permanenti” skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 punt (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004.

2.   Għall-iskopijiet ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, raba’ taħt mergħa permanenti fl-2003 għandu jkun:

(a)

raba’ ddikjarat minn bidwi fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna għall-2003 bħala wieħed taħt mergħa permanenti,

u

(b)

raba’ mhux iddikjarat minn bidwi fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna għall-2003, jekk ma jiġix ippruvat li r-raba’ ma kienx wieħed taħt mergħa permanenti fl-2003.

3.   Konformi mat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw biss mill-ewwel paragrafu ta’ dak l-Artikolu jekk ikunu kostretti li joqgħodu għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għal erjas li jkunu suġġetti għal programm ta’ ristrutturar, iddefinit bħala “bidla fl-istruttura u/jew fl-erja eliġibbli ta’ azjenda imposta mill-awtoritajiet pubbliċi”, l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni biex jimpedixxu kull żieda sinifikanti fit-total ta’ l-erja agrikola eliġibbli għal pagament għal prodotti tar-raba’ f’erja kultivabbli; dan jista’ b’mod partikolari jinvolvi erjas li qabel kienu eliġibbli jibdew jitqiesu ineliġibbli bħala miżura protettiva; erjas ġodda ddikjarati bħala eliġibbli mill-Istati Membri taħt programm ta’ ristrutturar m’għandhomx jeċċedu b’aktar minn 5 % l-erjas ġodda ddikjarati bħala ineliġibbli taħt dak il-programm;

(b)

f’każ ta’ xi forma jew oħra ta’ intervent pubbliku, fejn dan l-intervent iwassal sabiex bidwi li jkabbar uċuħ fuq raba’ li qabel kien meqjus bħala ineliġibbli għal pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli jkompli l-attività agrikola normali tiegħu u l-imsemmi intervent ikun ifisser li raba’ li oriġinarjament kien eliġibbli ma jibqax iżjed hekk, l-Istati Membri m’għandhomx iżidu l-erja agrikola totali eliġibbli tagħhom, la temporanjament u lanqas b’mod permanenti, b’aktar minn 0,1 % ta’ l-erja bażi total tagħhom;

(c)

fejn bdiewa jkunu jistgħu jagħtu raġunijiet rilevanti u oġġettivi għall-iskambjar ta’ raba’ ineliġibbli għal pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli ma’ raba’ eliġibbli fl-azjendi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li ma jkunx hemm raġunijiet validi biex dawn l-iskambji jiġu rrifjutati, b’mod partikolari mil-lat ta’ riskji ambjentali, u għandhom jipprovdu prova bi pjanta sottomessa lill-Kummissjoni li l-ammont totali ta’ raba’ eliġibbli jkun ser jibqa’ l-istess; taħt ebda ċirkostanza ma jista’ jkun hemm skambji li jirriżultaw f’xi żieda fl-erja totali ta’ raba’ kultivabbli eliġibbli fl-azjenda; l-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment għal sistema ta’ notifika u approvazzjoni minn qabel ta’ skambji bħal dawn.

Artikolu 52

Kundizzjonijiet tal-pagament

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 2, il-pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli għandhom jitħallsu esklużivament għal erjas:

(a)

li jkunu jinsabu f’reġjuni li mil-lat klimatiku u dak agrikolu jkunu adatti għat-tkabbir ta’ uċuħ kultivabbli; l-Istati Membri għandu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu dwar kull reġjun li ma jkunx adatt għall-produzzjoni ta’ ċerti uċuħ kultivabbli;

(b)

li fuqhom l-uċuħ tar-raba’ jinżammu mill-inqas sa ma jibda t-tirħis taħt kundizzjonijiet normali ta’ tkabbir.

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-qamħ ta’ l-Awstralja, l-uċuħ tar-raba’ li għalihom ikun ingħata pagament għandhom barra dan jiġu kkultivati skond l-istandards lokali mill-inqas sat-30 ta’ Ġunju, jekk ma jinġabrux għax jimmaturaw kompletament qabel dik id-data.

Artikolu 53

Ammont reġjonali

1.   Fejn erjas ta’ produttur li jkunu eliġibbli għall-pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli jkunu jinsabu f’aktar minn reġjun ta’ produzzjoni wieħed, l-ammont pagabbli għandu jiġi ddeterminat mil-lok ta’ kull waħda mill-erjas koperti bl-applikazzjoni tiegħu.

2.   L-Istati Membri li jittrattaw il-qamħirrum separatament f’reġjuni fejn il-qamħirrum prinċipalment jitkabbar biex jinħażen għall-għalf għandhom ikunu awtorizzati biex japplikaw il-produzzjoni għall-ġwież f’dak ir-reġjun għall-erjas kollha taħt il-qamħirrum fir-reġjuni msemmija.

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet speċjali li jkopru ċerti uċuħ kultivabbli

Artikolu 54

Ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin

1.   Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 100(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, “ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin” tfisser il-prodott tar-raba’ mkabbar f’erjas li b’mod ewlieni jinżergħu għal ħxejjex erbaċi u jinħasdu ħodor mill-inqas darba f’sena għall-preżervazzjoni f’ambjent magħluq b’fermentazzjoni anerobika.

L-erjas li jkunu rreġistrati għat-tkabbir ta’ żerriegħa tal-ħaxix iċċertifikata skond id-Direttiva 66/401/KEE matul is-sena kummerċjali kkonċernata m’għandhomx jikkwalifikaw għal pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjoni relatata mat-tirħis fil-punt (b) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 52, għandhom japplikaw għall-ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin.

3.   Fl-Istati Membri li jagħmlu provvediment għal erja speċifika għall-ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin kif hemm fl-Anness IV, il-bdiewa għandhom ikunu eliġibbli għall-pagamenti skond l-erja b’referenza għal ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin.

Artikolu 55

Qamħ ta’ l-Awstralja

1.   Applikazzjonijiet għall-għajnuna b’referenza għas-suppliment u l-għajnuna speċjali għal qamħ ta’ l-Awstralja stabbiliti fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikunu validi biss fejn:

(a)

applikazzjoni għal pagament skond l-erja, kif imsemmi fl-Artikolu 101 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, tiġi sottomessa b’referenza għall-istess għadd ta’ ettari taħt il-qamħ ta’ l-Awstralja;

(b)

tintuża kwantità minima ta’ żerriegħa ċċertifikata skond id-Direttiva 66/402/KEE.

2.   L-Istati Membri għandhom, qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena qabel is-sena li għaliha tkun qed tingħata l-għajnuna, jiffissaw il-kwantità minima ta’ żerriegħa ċċertifikata li trid tintuża skond il-prattika agrikola fl-Istat Membru kkonċernat u jinnotifikawha lill-bdiewa.

Artikolu 56

Kittien u qanneb imkabbra għall-fibra

1.   Il-pagament skond l-erja għal kittien u qanneb imkabbra għall-fibra huwa suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sottomissjoni ta’ kopja tal-kuntratt jew l-obbligu msemmi fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 106 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena li għaliha jkun qed jingħata l-pagament jew sa data aktar kmieni stabbilita mill-Istat Membru;

(b)

l-użu ta’ żerriegħa tal-varjetajiet li ġejjin:

(i)

għal kittien imkabbar għall-fibra, il-varjetajiet elenkati fl-Anness V fil-15 ta’ Mejju tas-sena li għaliha jkun qed jingħata l-pagament;

(ii)

għal qanneb imkabbar għall-fibra, il-varjetajiet elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 fil-15 ta’ Mejju tas-sena li għaliha jkun qed jingħata l-pagament u ċċertifikati skond id-Direttiva 2002/57/KEE (32).

2.   Għall-iskopijiet ta’ l-għoti tal-pagament skond l-erja għal qanneb imkabbar għall-fibra, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw rata minima ta’ żrigħ kompatibbli ma’ prassi tajba tat-tkabbir tal-qanneb.

Artikolu 57

Data taż-żrigħ

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri jistgħu jiddifferixxu d-data finali għaż-żrigħ sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju għall-prodotti tar-raba’ elenkati fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament u fiż-żoni, li jridu jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati, li jinsabu fir-reġjuni speċifikati f’dak l-Anness.

TAQSIMA 3

Erjas bażi, produzzjoni ta’ referenza u limiti

Artikolu 58

Raba’ saqwi u dak mhux saqwi

1.   Fejn il-pjanijiet ta’ reġjonalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jagħmlu provvediment għall-produzzjoni differenti għal raba’ saqwi u dak mhux saqwi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli biex jiddeterminaw jekk erjas ikunux saqwi jew le tul is-sena kummerċjali. B’mod partikolari għandhom jistabbilixxu:

(a)

lista ta’ l-uċuħ kultivabbli li għalihom jistgħu jingħataw pagamenti skond l-erja bir-rata għall-produzzjoni tas-saqwi;

(b)

deskrizzjoni tat-tagħmir tat-tisqija li l-bidwi għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu; dan it-tagħmir għandu jkun proporzjonat skond l-erja kkonċernata u għandu jippermetti l-provvista ta’ l-ilma li jkun hemm bżonn għall-iżvilupp normali tal-pjanti matul iċ-ċiklu tat-tkabbir tagħhom;

(c)

il-perjodu rilevanti ta’ tisqija.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għar-reġjuni ta’ produzzjoni “regadío” fi Spanja jew reġjuni oħra fejn it-tisqija hija karatteristika storika marbuta ma’ l-artijiet agrikoli u tippermettilhom li jkunu distinti u elenkati.

Artikolu 59

Qabża fl-erja bażi

1.   Għall-iskopijiet li tiġi ddeterminata kull qabża fl-erjas bażi reġjonali skond l-Artikolu 102 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandha tikkunsidra:

(a)

l-erja bażi reġjonali kif hemm fl-Anness IV għal dan ir-Regolament;

(b)

is-somma ta’ l-erjas koperti b’applikazzjonijiet għal pagamenti skond l-erja sottomessi b’referenza għal kull wieħed mill-uċuħ tar-raba’, inkluż, fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, it-twarrib korrispondenti obbligatorju.

Kull twarrib volontarju għandu jiġi inkluż ma’ erjas oħrajn għajr is-saqwi, għajr taħt il-qamħirrum u/jew għajr taħt il-ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin.

2.   Is-somma ta’ l-erjas koperti b’applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi m’għandhiex tinkludi erjas, jew partijiet minnhom, koperti b’applikazzjonijiet li l-verifiki amministrattivi jkunu juru biċ-ċar li m’humiex iġġustifikati.

Fejn ikun applikabbli, l-erja li attwalment tiġi ddeterminata matul kontrolli fuq il-post konformi ma’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tiġi kkunsidrata.

3.   Erjas miżrugħa għal uċuħ kultivabbli skond il-Kapitolu 10 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u użati biex jissostanzjaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna skond il-Kapitolu 12 tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament għandhom jiżdiedu mas-somma ta’ l-erjas koperti b’applikazzjonijiet sottomessi, u aġġustati bi qbil mal-paragrafu 2.

4.   Il-qabża fl-erja bażi għandha tiġi kkalkulata skond it-tabella fl-Anness VI.

Artikolu 60

Qabża fl-erja limitata għall-qamħ ta’ l-Awstralja

1.   Għall-iskopijiet li tiġi ddeterminata kull qabża fl-erja limitata għall-qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għas-suppliment tal-pagament skond l-erja stabbilit fl-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw is-somma ta’ l-erjas koperti b’applikazzjonijiet għas-suppliment tal-pagamenti skond l-erja b’referenza għal qamħ ta’ l-Awstralja, aġġustata bi qbil ma’ l-Artikolu 59(2) ta’ dan ir-Regolament u, fejn ikun applikabbli, imnaqqsa bi qbil ma’ l-Artikolu 102 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-iskopijiet li tiġi ddeterminata kull qabża fl-erjas limitati eliġibbli għall-għajnuna speċjali għall-qamħ ta’ l-Awstralja li hemm fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 61

Rata definittiva ta’ qabża fl-erjas u koeffiċjent tat-tnaqqis

1.   Fejn jinstab li l-erjas imsemmija fl-Artikoli 59 u 60 ikunu ġew maqbuża, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena kkonċernata, jiddetermina r-rata definittiva ta’ qabża bit-tarf imqassar f’żewġ punti deċimali.

2.   Ir-rata definittiva ta’ qabża ddeterminata b’dan il-mod għandha tintuża biex jiġi kkalkulat it-tnaqqis proporzjonali fl-erja eliġibbli:

(a)

għall-pagament skond l-erja ta’ l-uċuħ kulitvabbli skond l-Artikolu 102(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

għas-suppliment tiegħu u l-għajnuna speċjali għall-qamħ ta’ l-Awstralja skond l-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u wara li l-Artikolu 102(1) ta’ dak ir-Regolament ikun ġie applikat.

Artikolu 62

Suberjas bażi

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 102(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena li għaliha tkun qed issir applikazzjoni għall-pagament skond l-erja, jiddeterminaw dawn li ġejjin u jgħarrfu lill-Kummissjoni dwarhom:

(a)

l-erja bażi nazzjonali li trid tkun suddiviża;

(b)

il-kriterji applikati mill-Istat Membru biex jistabbilixxi s-suberjas bażi;

(c)

is-suberjas bażi (in-numru, l-isem u d-daqs);

(d)

ir-regoli dettaljati li jikkonċentraw il-miżuri applikabbli f’każ ta’ qabża.

Artikolu 63

Limitu tas-somma ta’ pagamenti

Għall-iskopijiet li tiġi ddeterminata kull qabża fil-limitu tal-pagamenti li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 102(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-koeffiċjent tat-tnaqqis korrispondenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-tnaqqis proporzjonali fl-erjas eliġibbli li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 102(1) u l-Artikolu 105(2) ta’ dak ir-Regolament.

TAQSIMA 4

Twarrib

Artikolu 64

Definizzjoni

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 107(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, “twarrib” tfisser it-tħollija fil-mistrieħ ta’ erja eliġibbli għall-pagamenti skond l-erja konformi ma’ l-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 65

Kundizzjonijiet

1.   Għandu japplika l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 107(9) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u għas-snin 2005 u l-2006, Malta tista’ tiffissa r-rekwiżiti tad-daqs minimu għall-erjas imwarrba għal inqas minn 0,1 ha fid-daqs u 10 metri fil-wisa’.

Artikolu 66

Analiżi reġjonali

1.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna msemmija taħt it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jiġu analizzati skond ir-reġjun bi qbil mal-pjan ta’ reġjonalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 103 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Għal kull waħda mill-applikazzjonijiet għall-pagament skond l-erja f’reġjun partikolari tal-produzzjoni, għandu jkun hemm dikjarazzjoni tat-twarrib korrispondenti b’referenza għal mill-inqas l-għadd ta’ ettari korrispondenti fl-istess reġjun tal-produzzjoni.

3.   L-Istat Membru jista’ jagħmel provvediment għal deroga mill-paragrafu 2 bi qbil ma’ kriterji oġġettivi.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, it-twarrib obbligatorju li jkun jikkorrispondi ma’ applikazzjoni sottomessa għall-pagament skond l-erja jista’ jiġi affettwat fl-intier tiegħu jew parzjalment:

(a)

fi Spanja, fir-reġjun “secano” fil-każ ta’ azjendi li jinsabu fir-reġjuni ta’ produzzjoni “secano” u “regadío”;

(b)

f’xi reġjun ieħor ta’ produzzjoni, bil-kundizzjoni li l-erjas li ser jitwarrbu jkunu jinsabu f’reġjuni ta’ produzzjoni maġenb dawk fejn ikunu jinsabu l-erjas li jkunu qed jinħadmu.

5.   Fejn il-paragrafi 3 u 4 jkunu qed jiġu applikati, l-erja li ser titwarrab għandha tkun aġġustata biex tiġi kkunsidrata d-differenza bejn il-produzzjoni li tintuża biex jiġi kkalkulat il-pagament b’referenza għat-twarrib fir-reġjuni kkonċernati. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu m’għandhiex twassal għal inqas ettari li jitħallew għat-twarrib milli jirrikjedi l-obbligu.

Artikolu 67

Uċuħ tal-legumi

1.   Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tat-tieni inċiż fl-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, “uċuħ tal-legumi” tfisser erjas miżrugħa b’waħda jew aktar mill-ispeċijiet tal-legumi tal-magħlef elenkati fl-Anness VII għal dan ir-Regolament. Żrigħ ta’ taħlita ta’ ċereali u/jew ħxejjex għandu jkun permess suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-erja għandha b’mod ewlieni tinżera’ b’legumi tal-magħlef;

(b)

ma jkunux jistgħu jinġabru separatament.

Fejn standards speċifiċi dwar l-ambjent reġjonali stabbiliti mill-Istati Membri għal prodotti tar-raba’ organiċi jistipulaw limitu fuq erja miżrugħa bil-legumi tal-magħlef, il-kundizzjoni li tikkonċerna erjas li b’mod ewlieni jkunu miżrugħa b’legumi tal-magħlef stabbilita f’(a) tkun qed tiġi ssodisfata jekk mill-inqas wieħed jikkonforma ma’ 85 % tal-limitu ffissat mill-Istati Membri.

2.   Erjas li fuqhom uċuħ tal-legumi kif imsemmija fil-paragrafu 1 jikkwalifikaw bejn il-15 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awissu taħt l-iskema ta’ għajnuna li hemm provvediment għaliha fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 (33) ma jkunux jikkwalifikaw għal pagamenti skond l-erja.

Artikolu 68

Pagamenti fuq raba’ mwarrba volontarjament

Għall-iskop ta’ l-Artikolu 107(6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f’każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 66 ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jippermettu bdiewa li jħallu għat-twarrib sa mill-inqas 10 % ta’ l-erja li għaliha tkun qed issir applikazzjoni għall-pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli u li ma tintużax biex jingħatalhom id-dritt għall-pagament ta’ l-intitolament tat-twarrib. Jista’ jiġi ffissat persentaġġ ogħla mill-Istat Membru filwaqt li jiġu kkunsidrati sitwazzjonijiet speċifiċi u tiġi żgurata okkupazzjoni suffiċjenti tar-raba’.

L-ammont bażiku għal twarrib volontarju għandu jkun ta’ EUR 63,00/t mis-sena kummerċjali 2005/2006. Fejn tkun ġiet iffissata produzzjoni differenti għal raba’ saqwi u dak mhux saqwi, għandhom japplikaw il-pagamenti tat-twarrib ta’ raba’ mhux saqwi.

L-Istati Membri għandhom japplikaw miżuri adatti kompatibbli mas-sitwazzjoni speċifika ta’ l-erjas imwarrba volontarjament sabiex ikun żgurat li dawn jinżammu f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba u li jitħares l-ambjent.

TAQSIMA 5

Komunikazzjonijiet

Artikolu 69

Komunikazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Anness IX fil-format standardizzat li hemm deskritt fih, skond ir-reġjun tal-produzzjoni, l-erja bażi u l-pajjiż, bi qbil ma’ l-iskeda li hemm fl-Artikolu 3.

2.   Fejn jinstab li l-erjas imsemmija fl-Artikoli 59 u 60 ikunu ġew maqbuża, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiffissa r-rata definittiva tal-qabża immedjatament u mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena kkonċernata u għandu jikkomunikaha lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena kkonċernata. Id-data użata biex tiġi kkalkulata r-rata li biha tkun ġiet maqbuża l-erja bażi għandha titwassal permezz tal-formula li hemm fl-Anness VI.

3.   Fejn ir-rata tal-qabża tkun imqassma bi qbil ma’ l-Artikoli 102(5) u 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar din id-distribuzzjoni mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru.

4.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 63, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-koeffiċjent tat-tnaqqis definittiv mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena kkonċernata.

KAPITOLU 12

PRIMJUMS GĦAL NAGĦAĠ U MOGĦOŻ

TAQSIMA 1

Pagamenti diretti

Artikolu 70

Applikazzjonijiet u perjodu taż-żamma

1.   Barra r-rekwiżiti taħt is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll li hemm provvediment għaliha fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (“is-sistema integrata”), il-bdiewa għandhom jindikaw fl-applikazzjoni tagħhom għall-primjums għal nagħaġ u mogħoż u primjums supplimentari jekk ikunux qed jikkummerċjalizzaw jew le l-ħalib tan-nagħaġ, jew prodotti tal-ħalib b’bażi tal-ħalib tan-nagħaġ, matul is-sena li għaliha jkun qed jintalab il-primjum.

2.   Applikazzjonijiet għall-primjum li jibbenefikaw minnu bdiewa fit-trobbija tan-nagħaġ u/jew mogħoż għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti, tul perjodu uniku ffissat mill-Istat Membru kkonċernat li jkun jibda mhux qabel l-1 ta’ Novembru u li jiġi fi tmiemu mhux wara t-30 ta’ April, rispettivament, qabel u wara l-bidu tas-sena li għaliha jkunu qed jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet.

Madankollu, ir-Renju Unit jista’ jiffissa perjodu differenti minn dak iffissat għall-Gran Brittanja b’referenza għall-Irlanda ta’ Fuq.

3.   Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 115(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li matulu l-bidwi jikkommetti ruħu li jmantni fl-azjenda tiegħu l-għadd ta’ nagħaġ u/jew mogħoż li għalihom ikun qed jintalab il-primjum (“il-perjodu taż-żamma”) għandu jkun ta’ 100 jum u li jibda fl-ewwel jum wara l-aħħar jum tal-perjodu għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 71

Erjas eliġibbli għall-primjum tal-mogħoż

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiġu sodisfatti fl-erjas elenkati fl-Anness X.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi regolari, jivverifikaw jekk dawn il-kriterji jkomplux jiġu sodisfatti fl-erjas kollha elenkati fl-Anness X li jkunu jaqgħu fit-territorji rispettivi tagħhom. Wara din l-evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull bżonn li jiġi emendat l-Anness X qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena qabel is-sena li għaliha tkun tapplika l-emenda. In-notifika għandha, b’mod partikolari, tindika ż-żoni, jew partijiet miż-żoni, elenkati fl-Anness X li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kif ukoll iż-żoni eventwali li jkunu qed jissodisfaw dawn il-kriterji imma jkunu għadhom m’humiex elenkati fl-Anness X. Għal dawn iż-żoni potenzjali l-ġodda, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’ġustifikazzjoni dettaljata ta’ l-approvazzjoni tagħhom.

Artikolu 72

Applikazzjoni għall-primjum supplimentari u għall-primjum tal-mogħoż

1.   Sabiex jibbenefika mill-primjum supplimentari jew il-primjum tal-mogħoż, bidwi bil-bhejjem li l-azjenda tiegħu jkollha mill-inqas 50 % imma inqas minn 100 % ta’ l-erja tagħha qed tintuża għal biedja li tkun tinsab fl-erjas imsemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew fl-erjas elenkati fl-Anness X għal dan ir-Regolament, għandu jissottometti dikjarazzjoni jew dikjarazzjonijiet li jkunu jindikaw il-lok ta’ l-art tiegħu, bi qbil mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu:

2.   Bidwi bil-bhejjem li jkun meħtieġ jissottometti kull sena dikjarazzjoni ta’ l-erja agrikola totali ta’ l-azjenda tiegħu li tkun utilizzata, waqt l-applikazzjoni għall-għajnuna, kif hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jindika f’dik id-dikjarazzjoni dawk il-bċejjeċ ta’ art użati għal biedja li jkunu jinsabu fl-erjas imsemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew fl-erjas elenkati fl-Anness X għal dan ir-Regolament skond il-każ;

Bidwi bil-bhejjem li ma jkunx meħtieġ jissottometti d-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandu jissottometti kull sena dikjarazzjoni speċifika permezz, jekk ikun il-każ, tas-sistema għall-identifikazzjoni ta’ bċejjeċ ta’ art agrikola li hemm provvediment għaliha taħt is-sistema integrata.

Dik id-dikjarazzjoni speċifika għandha tindika l-lok ta’ l-art kollha proprjetà ta’ dak il-bidwi bil-bhejjem, kirjiet jew użi skond kwalunkwe arranġament, filwaqt li tindika l-erja tagħha u tagħti d-dettalji ta’ dawk il-bċejjeċ ta’ art użati għal biedja li jkunu jinsabu fl-erjas imsemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew fl-erjas elenkati fl-Anness X għal dan ir-Regolament skond il-każ. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment għad-dikjarazzjoni speċifika biex tiġi inkluża fl-applikazzjoni għall-primjum tan-nagħaġ u/jew il-mogħoż. L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll li d-dikjarazzjoni speċifika ssir permezz tal-formula ta’ l-“applikazzjoni għall-pagament wieħed”.

3.   L-awtorità kompetenti nazzjonali tista’ titlob li jiġi ppreżentat l-att tal-proprjetà, kuntratt tal-kirja jew ftehim bil-miktub bejn il-bdiewa bil-bhejjem u, jekk ikun il-każ, affermazzjoni mill-awtorità lokali jew reġjonali li tkun għaddiet għad-dispożizzjoni tal-bidwi kkonċernat l-art użata għal biedja. L-affermazzjoni għandha tindika l-erja ta’ l-art mogħtija lill-produttur u l-bċejjeċ ta’ art li jkunu jinsabu fl-erjas imsemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew l-erjas elenkati fl-Anness X għal dan ir-Regolament skond il-każ.

Artikolu 73

Bdiewa bil-bhejjem li jipprattikaw it-tranżumanza

1.   L-applikazzjonijiet għall-primjums sottomessi minn bdiewa bil-bhejjem li jkollhom l-indirizzi ta’ l-irziezet tagħhom irreġistrati f’waħda mill-erjas ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 114(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li jkunu jixtiequ jikkwalifikaw għall-primjum supplimentari għandhom jindikaw:

(a)

il-post jew il-postijiet fejn tkun ser issir it-tranżumanza fis-sena kurrenti;

(b)

il-perjodu ta’ mill-inqas 90 jum imsemmi fl-Artikolu 114(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u stabbilit għas-sena kurrenti.

2.   L-applikazzjonijiet għall-primjums mill-bdiewa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu akkumpanjati b’dokumenti li jiċċertifikaw li t-tranżumanza tkun tabilħaqq saret, minbarra f’każijiet ta’ xi forza maġġuri jew minħabba l-impatt ta’ ċirkostanzi naturali debitament iġġustifikati li jkunu affettwaw il-ħajja tal-merħla, matul is-sentejn preċedenti u b’mod partikolari b’affermazzjoni mill-awtorità lokali jew reġjonali tal-post tat-tranżumanza li tiċċertifika li din tkun tabilħaqq saret tul mill-inqas 90 jum konsekuttiv.

Meta jkunu qed jagħmlu l-kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-post tat-tranżumanza speċifikat fl-applikazzjoni għall-primjum huwa tabilħaqq f’erja msemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 74

Eliġibbiltà

1.   Il-primjums għandhom jitħallsu lill-bdiewa fuq bażi ta’ l-għadd ta’ nagħaġ u/jew mogħoż li jkunu mantnew fl-azjenda tagħhom tul il-perjodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 70(3).

2.   Bhejjem li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li hemm provvediment għalihom fid-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 112 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-aħħar jum tal-perjodu taż-żamma għandhom jitqiesu bħala bhejjem eliġibbli.

Artikolu 75

Inventarju ta’ bdiewa li jkunu qed jikkummerċjalizzaw il-ħalib tan-nagħaġ jew prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ

Kull sena l-Istati Membri għandhom jelenkaw, mhux aktar tard mit-tletin jum tal-perjodu taż-żamma, inventarju ta’ bdiewa li jkunu qed jikkummerċjalizzaw il-ħalib tan-nagħaġ jew prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ fuq bażi tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 70(1) li jkunu għamlu l-bdiewa.

Waqt l-elenkar ta’ l-inventarju, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-riżultati tal-kontrolli u kull sors ieħor ta’ informazzjoni disponibbli għand l-awtorità kompetenti, b’mod partikolari informazzjoni miksuba mingħand proċessuri jew distributuri relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ħalib tan-nagħaġ jew prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ mill-bdiewa.

Artikolu 76

Notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, bl-informazzjoni relatata ma’ l-applikazzjonijiet għall-primjums li jkunu ġew sottomessi għas-sena kurrenti, bl-użu tal-formula mudell li hemm fl-Anness XI;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, bl-għadd u l-ammont ta’ primjums imħallsa s-sena ta’ qabel wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis fl-għajnuna li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 120 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jekk ikun il-każ, bl-użu tal-formula mudell li hemm fl-Anness XII għal dan ir-Regolament;

(c)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, b’kull bdil fil-lista ta’ l-erjas ġeografiċi fejn tiġi ppratikata t-tranżumanza msemmija fl-Artikolu 114(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 73 ta’ dan ir-Regolament.

L-informazzjoni meħtieġa skond l-ewwel subparagrafu għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-korpi nazzjonali responsabbli mit-tħejjija ta’ statistika uffiċjali dwar is-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, fuq talba tagħhom.

2.   Fejn tinbidel l-informazzjoni meħtieġa skond il-paragrafu 1, b’mod partikolari b’riżulat tal-kontrolli jew il-korrezzjonijiet jew it-titjib fiċ-ċifri preċedenti, għandu jiġi kkomunikat aġġornament lill-Kummissjoni fi żmien xahar wara l-okkorrenza tal-bidla.

TAQSIMA 2

Limiti, Riżervi u Trasferimenti

Artikolu 77

Drittijiet miksuba bla ħlas

Minbarra f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati, fejn bidwi jkun kiseb bla ħlas drittijiet ta’ primjums mir-riżerva nazzjonali temporanjament huwa ma jkunx awtorizzat li jittrasferixxi drittijietu jew jikrihom għal perjodu ta’ tliet snin mid-data li jkun kiseb dawk id-drittijiet.

Artikolu 78

Użu tad-drittijiet

1.   Bidwi fil-pussess ta’ drittijiet ikun jista’ jużahom billi jinqeda b’dawk id-drittijiet huwa stess u/jew jikri dawk id-drittijiet lil bidwi ieħor.

2.   Fejn bidwi ma jkunx għamel użu mill-persentaġġ minimu ta’ drittijietu li hemm provvediment għalih fil-paragrafu 4, matul kull sena, il-parti li ma tkunx intużat għandha tiġi trasferita fir-riżerva nazzjonali, minbarra fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ bidwi li jkun jippossiedi massimu ta’ 20 dritt ta’ primjums, fejn dan il-bidwi ma jkunx għamel użu mill-persentaġġ minimu ta’ drittijietu, matul kull waħda mis-sentejn kalendarji konsekuttivi, il-parti biss li ma tkunx intużat matul l-aħħar sena kalendarja għandha tiġi trasferita fir-riżerva nazzjonali;

(b)

fil-każ ta’ bidwi li jkun qed jipparteċipa fi programm ta’ estensifikazzjoni rikonoxxut mill-Kummissjoni;

(c)

fil-każ ta’ bidwi li jkun qed jipparteċipa fi skema ta’ rtirar kmieni rikonoxxuta mill-Kummissjoni li fiha t-trasferiment u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet ma jkunx obbligatorju;

(d)

f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati.

3.   Il-kiri temporanju għandu jsir biss b’referenza għal snin sħaħ u għandu jinvolvi mill-inqas l-għadd minimu ta’ bhejjem li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 79(1). Fi tmiem kull perjodu ta’ kiri temporanju, li ma jistax jaqbeż tliet snin konsekuttivi, bidwi jkun jista’, minbarra fl-eventwalità ta’ trasferiment ta’ drittijiet, jirkupra drittijietu kollha għalih innifsu, għal mill-inqas sentejn konsekuttivi. Jekk il-bidwi ma jutilizzax huwa stess minn mill-inqas il-persentaġġ minimu ta’ drittijietu li hemm provvediment għalih fil-paragrafu 4 matul kull waħda mis-sentejn, l-Istat Membru għandu, minbarra f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, kull sena jirtira u jgħaddi lura fir-riżerva nazzjonali dik il-parti tad-drittijiet li ma tkunx intużat mill-bidwi.

Madankollu, fil-każ ta’ bdiewa li jkunu qed jipparteċipaw fi skemi ta’ rtirar kmieni rikonoxxuti mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment biex jiżdied it-terminu totali ta’ żmien tal-kiri temporanju fuq bażi ta’ dawn l-iskemi.

Il-bdiewa li jkunu ħadu l-inkarigu li jipparteċipaw fi programm ta’ estensifikazzjoni bi qbil mal-miżura msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 (34) jew fi programm ta’ estensifikazzjoni bi qbil ma’ l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 ma jkunux awtorizzati li jikru u/jew jittrasferixxu temporanjament drittijiethom tul il-perjodu ta’ dik il-parteċipazzjoni. Madankollu, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika f’każijiet fejn il-programm ikun jippermetti t-trasferiment u/jew il-kiri temporanju ta’ drittijiet lil bdiewa li l-parteċipazzjoni tagħhom f’miżuri oħrajn barra dawk imsemmija f’dan is-subparagrafu tkun teħtieġ ix-xiri tad-drittijiet.

4.   Il-persentaġġ minimu ta’ l-użu tad-drittijiet ta’ primjum għandu jkun ta’ 70 %.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jżidu dak il-persentaġġ sa 100 %. Huma għandhom jinfurmaw bil-quddiem lill-Kummissjoni bil-persentaġġ li jkunu bi ħsiebhom japplikaw.

Artikolu 79

Trasferiment ta’ drittijiet u kiri temporanju

1.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, fuq bażi ta’ l-istrutturi tal-produzzjoni tagħhom, għadd minimu ta’ drittijiet ta’ primjums li jistgħu jkunu suġġetti għal trasferiment parzjali li ma jkunx jinvolvi t-trasferiment ta’ azjenda. Dan il-minimu ma jistax jaqbeż 10 drittijiet ta’ primjums.

2.   It-trasferimenti tad-drittijiet ta’ primjums u l-kiri temporanju ta’ dawn id-drittijiet għandhom jidħlu biss fis-seħħ wara li dawn ikunu ġew innotifikati lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru mill-bidwi li jkun qed jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet u mill-bidwi li jkun qed jirċievi d-drittijiet.

Din in-notifika għandha ssir bi skadenza ffissata mill-Istat Membru u mhux aktar tard mid-data ta’ tmiem il-perjodu ta’ l-applikazzjoni għall-primjum f’dak l-Istat Membru, minbarra f’dawk il-każijiet fejn it-trasferiment iseħħ b’wirt. F’dawk il-każijiet, il-bidwi/bidwija li tirċievi d-drittijiet għandha tkun f’qagħda li tforni d-dokumenti legali xierqa biex tipprova li hi tkun il-benefiċjarju tal-bidwi li jkun miet.

3.   Fil-każ ta’ trasferiment mingħajr it-trasferiment ta’ l-azjenda, l-għadd ta’ drittijiet trasferiti mingħajr kumpens lir-riżerva nazzjonali f’ebda każ ma jista’ jkun ta’ inqas minn wieħed.

Artikolu 80

Bidla fil-limitu individwali

Fil-każ ta’ trasferimenti jew kiri temporanju ta’ drittijiet ta’ primjums, l-Istati Membri għandhom jiffissaw il-limitu individwali l-ġdid u għandhom jinnotifikaw lill-bdiewa kkonċernati bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums li għalihom ikunu intitolati mhux aktar tard minn 60 jum mill-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-produttur ikun issottometta l-applikazzjoni tiegħu.

L-ewwel paragrafu ma japplikax fil-każ fejn it-trasferiment iseħħ b’wirt kif imsemmi fl-Artikolu 79(2).

Artikolu 81

Bdiewa li l-art li jaħdmu mhix proprjetà tagħhom

Bdiewa li jkunu qed jaħdmu biss art proprjetà pubblika jew kollettiva li jiddeċiedu li ma jibqgħux jużaw dik il-mergħa u jittrasferixxu drittijiethom kollha lil bidwi ieħor għandhom jiġu ttrattati l-istess bħal bdiewa li jkunu qed ibiegħu jew jittrasferixxu l-azjendi tagħhom. Fil-każijiet l-oħra kollha dawn il-bdiewa għandhom jiġu ttrattati l-istess bħala bdiewa li jkunu qed jittrasferixxu drittijiethom ta’ primjums biss.

Artikolu 82

Trasferiment mir-riżerva nazzjonali

Fejn l-Istati Membri jagħmlu provvediment li t-trasferiment tad-drittijiet għandu jsir permezz tar-riżerva nazzjonali, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali analogi għal dawk f’dan il-Kapitolu. Barra minn hekk, f’dawn il-każijiet:

(a)

l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment għall-kiri temporanju li jsir permezz tar-riżerva nazzjonali;

(b)

fl-eventwalità tat-trasferiment tad-drittijiet ta’ primjums jew il-kiri temporanju konformi mal-punt (a), it-trasferiment għar-riżerva ma jidħolx fis-seħħ jekk mhux wara n-notifika mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lill-bidwi li jkun qed jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet, u t-trasferimenti mir-riżerva għal għand bidwi ieħor ma jidħlux fis-seħħ jekk mhux wara n-notifika lil dak il-bidwi mill-awtoritajiet.

Barra dan, id-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiżguraw li l-parti tad-drittijiet mhux koperta bit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 117(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tiġi kkontrobilanċjata b’pagament mill-Istat Membru li jikkorrispondi għall-pagament li kien jirriżulta minn trasferiment dirett bejn il-bdiewa, filwaqt li tiġi kkunsidrata b’mod partikolari x-xejra tal-produzzjoni fl-Istat Membru kkonċernat. Il-pagament għandu jkun daqs il-pagament mitlub lil bidwi li jirċievi drittijiet ekwivalenti mir-riżerva nazzjonali.

Artikolu 83

Kalkolu tal-limiti individwali

Għandhom jintużaw numri sħaħ biss fil-kalkoli inizjali u l-aġġustamenti sussegwenti fil-limiti individwali fuq drittijiet ta’ primjums.

Għal dak il-għan, fejn ir-riżultat finali tal-kalkoli aritmetiċi ma jkunx numru sħiħ, għandu jintuża n-numru sħiħ l-aktar viċin. Madankollu, fejn ir-riżultat tal-kalkoli jinzerta bl-eżatt bejn numri sħaħ, għandu jintuża l-ogħla numru sħiħ.

Artikolu 84

Notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2005 b’dik il-parti tad-drittijiet ta’ primjums trasferiti li trid tgħaddi għal ġor-riżerva nazzjonali skond l-Artikolu 117(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u fejn ikun applikabbli bil-miżuri li jkunu ttieħdu skond l-Artikolu 117(3) ta’ dak ir-Regolament u, qabel l-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, b’kull emenda li ssir fih.

2.   Permezz tat-tabella li hemm fl-Annessi XIII u XIV, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena:

(a)

bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums li jkunu għaddew lura fir-riżerva nazzjonali mingħajr pagament biex jikkumpensa wara trasferimenti ta’ drittijiet mingħajr it-trasferimenti ta’ azjendi matul is-sena preċedenti;

(b)

bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums li ma ntużawx trasferiti għal ġor-riżerva nazzjonali matul is-sena preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 118(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(c)

bl-għadd ta’ drittijiet mogħtija skond l-Artikolu 118(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 matul is-sena preċedenti;

(d)

bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums mogħtija lill-bdiewa f’żoni żvantaġġati mir-riżerva nazzjonali matul is-sena preċedenti;

(e)

bid-dati li jikkonċernaw il-perjodi u l-iskadenzi relatati mat-trasferimenti ta’ drittijiet u ma’ l-applikazzjonijiet għall-primjum.

TAQSIMA 3

Pagamenti Addizzjonali

Artikolu 85

Pagamenti addizzjonali

L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għandhom jipprovdu l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti nazzjonali tagħhom li jkunu jikkonċernaw l-għoti tal-pagamenti addizzjonali li hemm provvediment għalih skond l-Artikolu 119 ta’ dak ir-Regolament. Fejn ikun applikabbli dik l-informazzjoni għandha tinkludi b’mod partikolari:

(a)

għal dak li għandu x’jaqsam ma’ pagamenti skond l-għadd ta’ bhejjem:

(i)

ammonti indikattivi għal kull ras u arranġamenti ta’ l-għotjiet;

(ii)

previżjoni indikattiva ta’ l-ispiża totali u l-għadd ta’ bhejjem kkonċernati;

(iii)

rekwiżiti tad-densità speċifika ta’ stokkjar;

(iv)

informazzjoni oħra dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni;

(b)

għal dak li għandu x’jaqsam ma’ pagamenti skond l-erja, fejn ikun meħtieġ:

(i)

kalkolu ta’ l-erjas bażi reġjonali;

(ii)

ammonti indikattivi għal kull ettaru;

(iii)

previżjoni indikattiva ta’ l-ispiża totali u ta’ l-għadd ta’ ettari kkonċernati;

(iv)

informazzjoni oħra dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni;

(c)

dettalji ta’ skemi oħra li jkunu ġew stabbiliti biex isiru pagamenti addizzjonali.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull bdil fl-arranġamenti nazzjonali tagħhom fi żmien perjodu ta’ xahar mid-data ta’ kull bdil bħal dan.

TAQSIMA 4

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 86

Kambju fil-munita nazzjonali

L-okkorrenza operattiva għar-rata tal-kambju li għandha tiġi applikata għall-ammont tal-primjums u l-pagamenti msemmija fl-Artikoli 113, 114 u 119 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun il-bidu tas-sena kalendarja li b’referenza għaliha jkun qed jingħata l-primjum jew il-pagament.

Ir-rata tal-kambju li trid tintuża għandha tkun il-medja tar-rati tal-kambju applikabbli għax-xahar ta’ Diċembru ta’ qabel id-data ta’ l-okkorrenza operattiva, maħduma pro rata temporis. Din għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni matul ix-xahar ta’ wara d-data ta’ l-okkorrenza operattiva.

KAPITOLU 13

PAGAMENTI GĦAĊ-ĊANGA U L-VITELLA

TAQSIMA 1

Primjum speċjali

(l-Artikolu 123 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 87

Applikazzjonijiet

1.   1. Barra r-rekwiżiti taħt is-sistema integrata, kull waħda mill-applikazzjonijiet għal pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun fiha:

(a)

l-analiżi ta’ l-għadd ta’ bhejjem skond il-kategorija ta’ età;

(b)

referenza għall-passaporti jew id-dokumenti amministrattivi li jkunu qed jakkumpanjaw il-bhejjem li tkun qed issir l-applikazzjoni għalihom.

2.   Applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi biss b’referenza għal bhejjem li fid-data tal-bidu tal-perjodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 90 ikunu:

(a)

fil-każ ta’ barrin, mhux iżgħar minn seba’ xhur;

(b)

fil-każ ta’ barrin imsewwija:

(i)

mhux iżgħar minn seba’ xhur u mhux akbar minn 19-il xahar fil-każ ta’ l-ewwel kategorija ta’ età;

(ii)

mill-inqas 20 xahar fil-każ tat-tieni kategorija ta’ età.

Artikolu 88

Għotja tal-primjum

Bhejjem li ma jikkwalifikawx għall-primjum speċjali jew minħabba l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 123(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew l-applikazzjoni tad-densità ta’ stokkjar li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 131 ta’ dak ir-Regolament ma tkunx tista’ tibqa’ ssir applikazzjoni għalihom għall-istess kategorija ta’ età u għandhom jitqiesu li jkun sar il-pagament tal-primjum għalihom.

Artikolu 89

Passaporti u dokumenti amministrattivi

1.   Fejn, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, il-passaport ma jkunx disponibbli, dan għandu jkun sostitwit b’dokument amministrattiv nazzjonali kif hemm provvediment għalih fl-Artikolu 123(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom jiżguraw li l-passaporti jew id-dokumenti amministrattivi jaċċertaw li jingħata primjum wieħed biss għal kull bhima u għal kull kategorija ta’ età. L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin, kif ikun meħtieġ, għal din il-fini.

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li d-dokument amministrattiv nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun f’forma ta’:

(a)

dokument li jakkumpanja lil kull bhima individwali;

(b)

lista komprensiva, f’idejn il-bidwi, bl-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dokument amministrattiv, bil-kundizzjoni li l-bhejjem ikkonċernati jibqgħu, mid-data li fiha tkun saret l-ewwel applikazzjoni, għand l-istess bidwi sa ma jitqiegħdu fis-suq għall-iskop tal-qatla;

(c)

lista komprensiva, f’idejn l-awtoritajiet ċentrali, bl-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dokument amministrattiv, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jew ir-reġjun ta’ l-Istat Membru li jkun qed jinqeda b’din il-possibbiltà jesegwixxi fuq il-post kontrolli fuq il-bhejjem kollha koperti bl-applikazzjoni, jivverifika l-movimenti ta’ dawk il-bhejjem u jagħmel marka distintiva fuq kull bhima vverifikata li l-bdiewa jkunu meħtieġa li jippermettu;

(d)

lista komprensiva, f’idejn l-awtoritajiet ċentrali, bl-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dokument amministrattiv, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li l-primjum ma jingħatax darbtejn għall-istess kategorija ta’ età u immedjatament jipprovdi l-informazzjoni fir-rigward ta’ l-istatus tal-primjum għal kull bhima kif jintalab jagħmel dan.

4.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jinqdew b’waħda jew aktar mill-possibbiltajiet li hemm provvediment għalihom fil-paragrafu 3 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan fi żmien xieraq u jgħaddulha d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni rilevanti.

Għall-iskopijiet tal-punt (c) paragrafu 3, il-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq weħidhom għandhom jitqiesu bħala reġjuni ta’ Stat Membru.

Artikolu 90

Perjodu taż-żamma

It-terminu taż-żmien tal-perjodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 123(3) (a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun ta’ xahrejn, li jibda fil-jum wara dak li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li l-bidwi bil-bhejjem jista’ jiffissa dati tal-bidu oħrajn bil-kundizzjoni li dawn ma jkunux jibdew aktar tard minn xahrejn wara l-jum li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

Artikolu 91

Limitu reġjonali

1.   Fejn mill-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 123(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 joħroġ numru ta’ bhejjem eliġibbli li jkun inqas minn numru sħiħ, għandha tingħata b’referenza għall-parti deċimali frazzjoni korrispondenti ta’ l-ammont ta’ primjum għal unità waħda. Għal dan l-iskop, għandu jkun ikkunsidrat biss lill-ewwel pożizzjoni deċimali.

2.   Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċu reġjuni differenti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 122(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew li jimmodifikaw ir-reġjuni eżistenti fit-territorji tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata, filwaqt li jagħtu definizzjoni tar-reġjun u tal-limitu ffissat. Kull modifika sussegwenti għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata.

Artikolu 92

Limiti fuq l-għadd ta’ bhejjem għal kull azjenda

1.   Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jemendaw il-limitu ta’ għanem ta’ 90 ras għal kull azjenda u għal kull kategorija ta’ età msemmija fl-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew li jidderogaw minnu, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata.

Fejn, barra minn hekk, l-Istati Membri jiffissaw għadd minimu ta’ bhejjem għal kull azjenda, li taħtu ma jiġix applikat it-tnaqqis proporzjonali, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata.

2.   Kull emenda sussegwenti fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata.

Artikolu 93

Għoti meta tasal il-qatla

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-primjum speċjali ta’ meta tasal il-qatla kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ barrin, għall-kategorija ta’ età waħda;

(b)

fil-każ ta’ barrin imsewwija, għall-ewwel jew it-tieni kategorija ta’ età jew billi jiġi kkumbinat l-għoti tal-primjums għaż-żewġ kategoriji ta’ età.

2.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħtu l-primjum speċjali ta’ meta tasal il-qatla skond il-paragrafu 1 għandhom jagħmlu provvediment li l-primjum għandu jingħata wkoll meta bhejjem eliġibbli jkunu qed jintbagħtu fi Stat Membru ieħor jew ikunu qed jiġu esportati lejn pajjiż terz.

3.   Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħtu l-primjum speċjali ta’ meta tasal il-qatla skond il-paragrafu 1, din it-Taqsima u l-Artikolu 120 u l-Artikolu 121(1) u (2) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-għotja tal-primjum.

4.   Barra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 121(1), l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jindikaw jekk il-bhima tkunx barri jew għoġol, u għandha tkun akkumpanjata b’dokument li jkun fih id-dettalji meħtieġa għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 89(2). Dak id-dokument għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin, skond l-għażla ta’ l-Istat Membru:

(a)

il-passaport jew kopja tal-passaport fejn it-tip użat ikun jikkonsisti f’diversi kopji;

(b)

kopja tal-passaport fejn it-tip ta’ passaport użat ikun jikkonsisti f’kopja waħda biss li għandha tintbagħat lura lill-awtorità kompetenti għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000; f’dak il-każ l-Istat Membru għandu jieħu passi biex ikun żgurat li l-informazzjoni ta’ fuq il-kopja tkun tikkorrispondi ma’ l-oriġinal;

(c)

id-dokument amministrattiv nazzjonali fejn il-passaport ma jkunx disponibbli, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

L-Istati Membri jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tad-dokument amministrattiv nazzjonali. F’dak il-każ għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li l-primjum ma jingħatax darbtejn għall-istess kategorija ta’ età lil bhejjem li kienu suġġetti għal kummerċ intra-Komunitarju.

Fejn id-databases kompjuterizzata kif hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 ikun fihom, għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru, l-informazzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li jkun qed jingħata primjum wieħed biss għal kull bhima u kull waħda mill-kategoriji ta’ età, l-applikazzjoni għall-għajnuna ma jkollhiex għalfejn tkun akkumpanjata bid-dokument imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Bis-saħħa ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn L-Istati Membri japplikaw l-alternattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 121(2), għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li l-bidwi jista’ jiddetermina l-bhejjem li jkun qed jitlob primjum speċjali għalihom.

5.   Fil-każ ta’ barrin, il-prova tal-qatla għandha tispeċifika l-piż tal-karkassa.

6.   Fejn il-bhima tkun qed tiġi ttrasportata, għandha tingħata prova tad-dispaċċ permezz ta’ stqarrija mingħand il-kunsinjatur li tkun tindika l-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-bhima.

F’dak il-każ, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-kunsinjatur (jew kodiċi ekwivalenti);

(b)

in-numru ta’ l-identità tal-bhima;

(c)

stqarrija li l-bhima ma tkunx iżgħar minn disa’ xhur.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu sottomessi qabel ma l-bhima tħalli t-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat u prova tad-dispaċċ għandha tiġi sottomessa fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta l-bhejjem ikunu ħallew it-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 94

Dettalji tas-sistema ta’ l-għotjiet

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 90, il-primjum għandu jitħallas lill-bdiewa li jkunu mantnew il-bhejjem għal perjodu minimu taż-żamma ta’ xahrejn li jiġi fi tmiemu f’inqas minn xahar qabel id-data tal-qatla jew l-ikkunsinjar jew li jiġi fi tmiemu f’inqas minn xahrejn qabel id-data ta’ l-esportazzjoni.

Fil-każ ta’ barrin imsewwija, il-pagament tal-primjum għandu jkun suġġett għar-regoli li ġejjin:

(a)

il-primjum b’referenza għall-ewwel kategorija ta’ età għandu jitħallas biss jekk il-bidwi jkun mantna l-bhima għal perjodu ta’ mhux inqas minn xahrejn bejn iż-żmien meta l-bhima ma kinitx iżgħar minn seba’ xhur u ż-żmien meta kienet iżgħar minn 22 xahar;

(b)

il-primjum b’referenza għat-tieni kategorija ta’ età għandu jitħallas biss jekk il-bidwi jkun mantna bhima ta’ mhux inqas minn 20 xahar għal perjodu ta’ mhux inqas minn xahrejn;

(c)

il-primjums b’referenza għaż-żewġ kategoriji ta’ età jistgħu jitħallsu flimkien biss jekk il-bidwi jkun mantna l-bhima għal mhux inqas minn erba’ xhur konsekuttivi b’osservanza tar-rekwiżiti ta’ l-età stabbiliti fil-punti (a) u (b);

(d)

jista’ jitħallas biss il-primjum b’referenza għat-tieni kategorija ta’ età jekk il-bhima tkun ġiet ittrasportata minn Stat Membru ieħor meta tkun laħqet għalqet id-19-il xahar.

2.   Fil-kuntest ta’ l-ikkalkular tad-densità ta’ stokkjar li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 131 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kull bhima li tkun saret applikazzjoni kkumbinata għaliha għaż-żewġ kategoriji ta’ età għandha tkun ikkunsidrata darbtejn.

3.   Il-piż tal-karkassa għandu jiġi stabbilit fuq bażi ta’ karkassa skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 (35).

Fejn il-preżentazzjoni tal-karkassa tiddifferixxi minn dik tad-definizzjoni, il-fatturi korrettivi li hemm fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 563/82 (36) għandhom japplikaw.

Fejn il-qatla ssir f’biċċerija li ma tkunx suġġetta għall-applikazzjoni ta’ l-iskala ta’ gradazzjoni Komunitarja għall-karkassi tal-bhejjem ta’ l-ifrat adulti, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-piż jiġi stabbilit fuq bażi tal-piż tal-bhima ħajja qabel il-qatla. F’dawn il-każijiet il-piż tal-karkassa għandu jitqies li hu daqs jew aktar minn 185 kilogramm jekk il-piż tal-bhima ħajja qabel il-qatla kien daqs jew aktar minn 340 kilogramm.

Artikolu 95

Notifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel il-bidu tas-sena kalendarja kkonċernata bid-deċiżjoni tagħhom, jew b’kull emenda li ssir fiha, li tkun tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 u l-proċeduri rilevanti.

TAQSIMA 2

Primjum għad-destaġonalizzazzjoni

(l-Artikolu 124 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 96

Applikazzjoni għall-primjum

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena kalendarja, f’liema Stati Membri jista’ jingħata l-primjum għad-destaġonalizzazzjoni għas-sena kalendarja sussegwenti.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja li fiha jkun qed jingħata l-primjum jekk jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 124(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 97

Intitolament għall-primjum

1.   Il-primjum għad-destaġonalizzazzjoni jista’ jingħata biss b’referenza għal barrin imsewwija li jkunu diġà rċevew il-primjum speċjali, jew jitqiesu li jkunu rċevew il-primjum speċjali konformi ma’ l-Artikolu 88, fi Stat Membru li jkun qed japplika il-primjum għad-destaġonalizzazzjoni u li jinqatlu fi Stat Membru li jkun qed japplika l-primjum għad-destaġonalizzazzjoni.

2.   Il-primjum għad-destaġonalizzazzjoni jista’ jingħata biss lill-bidwi li jkun mantna l-bhima l-aħħar qabel il-qatla.

Artikolu 98

Applikazzjonijiet

1.   Il-bidwi bil-bhejjem għandu jissottometti l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab l-azjenda.

2.   L-applikazzjoni għandha titħejja skond l-Artikoli 93(4) u 121, applikati mutatis mutandis.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jivverifikaw li l-primjum speċjali jkun ingħata u għandhom jagħmlu kontrolli regolari, u mingħajr avviż tal-korrettezza taċ-ċertifikati li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 121.

TAQSIMA 3

Primjum għal baqar li jreddgħu

(l-Artikoli 125 sa 129 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 99

Baqar li jappertenu għal razza tal-laħam

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikoli 122(d) u 129(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, Baqar li jappartenu għar-razez ta’ l-ifrat elenkati fl-Anness XV għal dan ir-Regolament m’għandhomx jitqiesu li huma baqar li jappertenu għal razza tal-laħam.

Artikolu 100

Kwantità ta’ referenza individwali massima

1.   Fejn L-Istati Membri jiddeċiedu li jibdlu l-kwantità ta’ referenza individwali massima ta’ 120 000 kilogramm imsemmija fl-Artikolu 125(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew li jidderogaw minnha, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata.

2.   Kull bidla sussegwenti fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata.

Artikolu 101

Perjodu taż-żamma

Il-perjodu taż-żamma ta’ sitt xhur li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jibda fil-jum wara dak li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

Artikolu 102

Applikazzjonijiet

1.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti taħt is-sistema integrata, fejn l-applikazzjoni tkun saret għall-primjum konformi ma’ l-Artikolu 125(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-applikazzjoni għal pagamenti diretti li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun fiha:

(a)

stqarrija li tistabbilixxi l-kwantità ta’ referenza individwali ta’ ħalib għad-dispożizzjoni tal-produttur fil-31 ta’ Marzu ta’ qabel il-bidu tal-perjodu tat-12-il xahar ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ taxxa addizzjonali li tibda fis-sena kalendarja kkonċernata; fejn din il-kwantità ma tkunx magħrufa fid-data li l-applikazzjoni tiġi sottomessa, din għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti ma’ l-ewwel opportunità li jsir hekk;

(b)

garanzija mill-bidwi li ma jżidx il-kwantità ta’ referenza individwali tiegħu fuq il-limitu kwantitattiv stabbilit fl-Artikolu 125(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 matul il-perjodu ta’ 12-il xahar li jibda fid-data li l-applikazzjoni tiġi sottomessa.

Il-punt (b) m’għandux japplika jekk l-Istat Membru jkun abolixxa l-limitu kwantitattiv.

2.   L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fi żmien perjodu ta’ sitt xhur sħaħ matul is-sena kalendarja, li jridu jiġu deċiżi mill-Istat Membru.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment għal perjodi separati għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet fi żmien dak il-perjodu kollu.

Artikolu 103

Produzzjoni medja tal-ħalib

Il-produzzjoni medja tal-ħalib għandha tiġi kkalkulata fuq bażi tal-produzzjoni medja li hemm fl-Anness XVI. Madankollu, għal dak il-kalkolu, l-Istati Membri jistgħu jużaw dokument rikonoxxut minnhom li jkun jiċċertifika l-produzzjoni medja tal-merħla tal-ħalib tal-bidwi.

Artikolu 104

Primjum addizzjonali nazzjonali

1.   Il-primjum addizzjonali nazzjonali għal baqar li jreddgħu kif hemm provvediment għalih fl-Artikolu 125(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jista’ jingħata biss lil bidwi li, b’referenza għall-istess sena kalendarja, jirċievi l-primjum għal baqar li jreddgħu.

Il-primjum addizzjonali nazzjonali għal baqar li jreddgħu għandu jingħata biss skond il-limitu ta’ l-għadd ta’ bhejjem li jikkwalifikaw għall-primjum għal baqar li jreddgħu, u jekk ikun il-każ wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali stabbilita fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali għall-għoti tal-primjum addizzjonali nazzjonali għal baqar li jreddgħu. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawk il-kundizzjonijiet fi żmien xieraq qabel jiddaħħlu fis-seħħ.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena kalendarja liema Stati Membri jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 125(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 105

Limitu individwali

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw limitu individwali għal kull bidwi skond l-Artikolu 126(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 106

Notifikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2005 b’kull bdil fil-proċeduri użati biex jiġi implimentat it-tnaqqis tal-limiti individwali skond l-Artikolu 126(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2005 b’kull bdil fil-metodu ta’ l-ikkalkular tat-tnaqqis li hemm provvediment għalih fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 127(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

kull sena qabel l-1 ta’ Jannar, fejn ikun applikabbli, b’kull emenda fil-miżuri li jkunu ttieħdu skond l-Artikolu 127(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.

3.   Permezz tat-tabella li hemm fil-Parti 3 ta’ l-Anness XVIII, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu, proviżorjament, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju, definittivament, għal kull sena kalendarja:

(a)

bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums li jkunu għaddew lura fir-riżerva nazzjonali mingħajr pagament biex jikkumpensa wara trasferimenti ta’ drittijiet mingħajr it-trasferimenti ta’ azjendi matul is-sena kalendarja preċedenti;

(b)

bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums li ma ntużawx trasferiti għal ġor-riżerva nazzjonali matul is-sena kalendarja preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 109(2);

(c)

bl-għadd ta’ drittijiet mogħtija skond l-Artikolu 128(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 matul is-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 107

Drittijiet miksuba bla ħlas

Minbarra f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati, fejn bidwi jkun kiseb drittijiet ta’ primjums bla ħlas mir-riżerva nazzjonali temporanjament huwa ma jkunx awtorizzat li jittrasferixxi u/jew jikri drittijietu matul it-tliet snin kalendarji sussegwenti.

Artikolu 108

Użu tad-drittijiet

1.   Bidwi fil-pussess ta’ drittijiet ikun jista’ jużahom billi jinqeda b’dawk id-drittijiet huwa stess u/jew jikri dawk id-drittijiet lill-produttur ieħor.

2.   Fejn bidwi ma jkunx għamel użu ta’ mill-inqas il-persentaġġ minimu ta’ drittijietu, iffissat skond il-paragrafu 4, matul kull sena kalendarja, il-parti li ma tkunx intużat għandha tiġi trasferita fir-riżerva nazzjonali, minbarra:

fil-każ ta’ bidwi li jkun jippossiedi massimu ta’ seba’ drittijiet ta’ primjums, fejn dan il-bidwi ma jkunx għamel użu mill-persentaġġ minimu ta’ drittijietu, iffissat skond il-paragrafu 4, matul kull waħda mis-sentejn kalendarji konsekuttivi, il-parti li ma tkunx intużat matul l-aħħar sena kalendarja għandha tiġi trasferita fir-riżerva nazzjonali,

fil-każ ta’ bidwi li jkun qed jipparteċipa fi programm ta’ estensifikazzjoni rikonoxxut mill-Kummissjoni,

fil-każ ta’ bidwi li jkun qed jipparteċipa fi skema ta’ rtirar bikri rikonoxxuta mill-Kummissjoni li fiha t-trasferiment u/jew kiri temporanju tad-drittijiet ma jkunx obbligatorju,

jew

f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati.

3.   Il-kiri temporanju għandu jsir biss b’referenza għal snin sħaħ u għandu jinvolvi mill-inqas l-għadd minimu ta’ bhejjem li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 109(1). Fi tmiem kull perjodu ta’ kiri temporanju, li ma jistax jeċċedi tliet snin konsekuttivi, bidwi jkun jista’, minbarra fl-eventwalità ta’ trasferiment ta’ drittijiet, jirkupra drittijietu kollha għalih innifsu, għal mill-inqas sentejn kalendarji konsekuttivi. Jekk il-bidwi ma jutilizzax huwa stess minn mill-inqas il-persentaġġ minimu ta’ drittijietu, iffissat skond il-paragrafu 4, matul kull waħda mis-sentejn, l-Istat Membru għandu, minbarra f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, kull sena jirtira u jgħaddi lura fir-riżerva nazzjonali dik il-parti tad-drittijiet li ma tkunx intużat mill-bidwi.

Madankollu, fil-każ ta’ bdiewa li jkunu qed jipparteċipaw fi skemi ta’ rtirar bikri rikonoxxuti mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment biex jiżdied it-terminu totali ta’ żmien tal-kiri temporanju fuq bażi ta’ dawn l-iskemi.

Il-bdiewa li jkunu ħadu l-inkarigu li jipparteċipaw fi programm ta’ estensifikazzjoni skond il-miżura msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 (37) jew fi programm ta’ estensifikazzjoni skond l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 (38) ma jkunux awtorizzati li jikru u/jew jittrasferixxu temporanjament drittijiethom tul il-perjodu ta’ dik il-parteċipazzjoni. Madankollu, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika f’każijiet fejn il-programm ikun jippermetti t-trasferiment u/jew il-kiri temporanju ta’ drittijiet lil bdiewa li l-parteċipazzjoni tagħhom f’miżuri oħrajn barra dawk imsemmija f’dan is-subparagrafu tkun teħtieġ ix-xiri tad-drittijiet.

4.   Il-persentaġġ minimu ta’ l-użu tad-drittijiet ta’ primjums għandu jkun ta’ 70 %. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jżidu dan il-persentaġġ sa 100 %.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw bil-quddiem lill-Kummissjoni bil-persentaġġ li jkunu bi ħsiebhom japplikaw jew b’kull bidla f’dan.

Artikolu 109

Trasferiment ta’ drittijiet u kiri temporanju

1.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, fuq bażi ta’ l-istrutturi tal-produzzjoni tagħhom, għadd minimu ta’ drittijiet ta’ primjums li għalihom jista’ jkun hemm trasferiment parzjali li ma jkunx jinvolvi t-trasferiment ta’ l-azjenda. Dan il-minimu ma jistax jaqbeż ħames drittijiet ta’ primjums.

2.   It-trasferimenti tad-drittijiet ta’ primjums u l-kiri temporanju ta’ dawn id-drittijiet għandhom jidħlu biss fis-seħħ wara li dawn ikunu ġew innotifikati b’mod konġunt lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru mill-bidwi li jkun qed jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet u mill-bidwi li jkun qed jirċievi d-drittijiet.

Din in-notifika għandha ssir bi skadenza ffissata mill-Istat Membru u mhux aktar tard mid-data li fiha l-bidwi li jirċievi d-drittijiet ikun issottometta l-applikazzjoni tiegħu għall-primjum, minbarra f’dawk il-każijiet fejn it-trasferiment tad-drittijiet iseħħ b’wirt. F’dak il-każ, il-bidwi jew il-bidwija li tkun qed tirċievi d-drittijiet għandha tkun f’qagħda li tforni d-dokumenti legali xierqa biex tipprova li hi tkun il-benefiċjarju tal-bidwi li jkun miet.

Artikolu 110

Bidla fil-limitu individwali

Fil-każ ta’ trasferimenti jew kiri temporanju ta’ drittijiet ta’ primjums, l-Istati Membri għandhom jiffissaw il-limitu individwali l-ġdid u għandhom jinnotifikaw lill-bdiewa kkonċernati bl-għadd ta’ drittijiet ta’ primjums li jkunu intitolati għalih mhux aktar tard minn 60 jum mill-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-bidwi jkun issottometta l-applikazzjoni tiegħu.

L-ewwel paragrafu ma japplikax fil-każ fejn it-trasferiment iseħħ b’wirt.

Artikolu 111

Bdiewa li l-art li jaħdmu mhix proprjetà tagħhom

Bdiewa li jkunu qed jaħdmu biss art proprjetà pubblika jew kollettiva li jiddeċiedu li ma jibqgħux jużaw dik il-mergħa u jittrasferixxu drittijiethom kollha lil bidwi ieħor għandhom jiġu ttrattati l-istess bħal bdiewa li jkunu qed ibiegħu jew jittrasferixxu l-azjendi tagħhom. Fil-każijiet l-oħra kollha dawn il-bdiewa għandhom jiġu ttrattati l-istess bħala bdiewa li jkunu qed jittrasferixxu drittijiethom għall-primjums biss.

Artikolu 112

Trasferiment mir-riżerva nazzjonali

Fejn l-Istati Membri jagħmel provvediment li t-trasferiment tad-drittijiet mingħajr it-trasferiment ta’ l-azjenda għandu jsir permezz tar-riżerva nazzjonali skond l-Artikolu 127(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali analogi għal dawk li hemm fl-Artikoli 109 sa 111. Barra dan, f’dan il-każ:

l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li l-kiri temporanju jrid isir permezz tar-riżerva nazzjonali;

fejn drittijiet ta’ primjums ikunu trasferiti, jew mikrija temporanjament f’każijiet fejn l-ewwel inċiż jiġi applikat, trasferimenti fir-riżerva għandhom jidħlu biss fis-seħħ wara li jkunu ġew innotifikati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lill-bidwi li jkun qed jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet, u trasferimenti mir-riżerva għal għand bidwi ieħor għandhom jidħlu biss fis-seħħ wara li dawn ikunu ġew innotifikati lil dak il-bidwi minn dawn l-awtoritajiet.

Barra dan, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw li jsir pagament mill-Istat Membru għal dik il-parti l-oħra tad-drittijiet barra l-parti msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 127(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jikkorrispondi ma’ dak li kien jirriżulta minn trasferiment dirett bejn il-bdiewa, filwaqt li tkun ikkunsidrata b’mod partikolari x-xejra tal-produzzjoni fl-Istat Membru kkonċernat. Dan il-pagament għandu jkun daqs il-pagament li jintalab mill-bdiewa li jirċievu drittijiet ekwivalenti mir-riżerva nazzjonali.

Artikolu 113

Drittijiet parzjali

1.   Fejn il-kalkoli li jridu jsiru konformi ma’ l-Artikoli 105 sa 112 jipproduċu numri li ma jkunux numri sħaħ, għandu tiġi kkunsidrata biss l-ewwel pożizzjoni deċimali.

2.   Fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima tirriżulta fi drittijiet parzjali ta’ primjums, jew għall-bdiewa inkella għar-riżerva nazzjonali, dawn id-drittijiet parzjali għandhom jingħaddu.

3.   Fejn bidwi jkun jippossiedi dritt parzjali, dan id-dritt parzjali għandu jikkonferixxi biss il-jedd għall-frazzjoni korrispondenti ta’ l-ammont ta’ primjum għal unità waħda u, fejn ikun applikabbli, tal-primjum addizzjonali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 104 u tal-pagament għall-estensifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 118.

Artikolu 114

Skema speċjali għal baqar żgħar

1.   L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jutilizzaw il-possibbiltà stipulata fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan u, fl-istess waqt, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-tagħrif rilevanti li jkun jippermetti li jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 129(1) ta’ dak ir-Regolament ikunux qed jiġu sodisfatti.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom ukoll, fejn ikun applikabbli, jikkomunikaw il-limitu speċifiku li jkunu ddeterminaw.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi liema Stati Membri jkunu qed jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Id-deċiżjonijiet li jkunu fis-seħħ dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu japplikaw.

2.   L-Istati Membri li jkunu qed jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata, b’kull modifika fil-limitu speċifiku nazzjonali li jkunu ddeterminaw.

3.   L-Istati Membri li japplikaw l-iskema speċjali għandhom jistabbilixxu l-kriterji biex ikun żgurat li l-primjum li jitħallas lil bdiewa li l-merħla ta’ baqar żgħar li jkollhom tkun intenzjonata biex tgħammar mill-ġdid il-merħliet tal-baqar. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu b’mod partikolari limitu ta’ l-età u/jew rekwiżiti tar-razza. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata bil-kriterji adottati. Kull modifika sussegwenti għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata.

4.   Fejn l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 toħroġ numru ta’ bhejjem eliġibbli li jkun inqas minn numru sħiħ, għandha tingħata b’referenza għall-parti deċimali frazzjoni korrispondenti ta’ l-ammont ta’ primjum għal unità waħda u, fejn ikun applikabbli, tal-primjum addizzjonali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 104 u tal-pagament għall-estensifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 118. Għal dan l-iskop għandha tiġi kkunsidrata biss l-ewwel pożizzjoni deċimali.

5.   Fl-Istati Membri li japplikaw l-iskema speċjali, ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jikkonċerna l-għadd minimu ta’ bhejjem li jridu jinżammu għandu jiġi sodisfatt kompletament jew skond il-baqar li jreddgħu jekk il-bidwi jkun iddepożita applikazzjoni għall-baqar li jreddgħu jew skond il-baqar żgħar jekk il-bidwi jkun iddepożita applikazzjoni għal baqar żgħar.

6.   Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 105 sa 113 m’għandhomx japplikaw taħt din l-iskema speċjali.

Artikolu 115

Ittondjar ta’ l-għadd ta’ bhejjem

Jekk il-kalkolu ta’ l-għadd massimu ta’ baqar żgħar bħala persentaġġ kif stabbilit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 125(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipproduċi riżultat li ma jkunx numru sħiħ, dak in-numru għandu jitnaqqas sa l-eqreb numru sħiħ jekk ikun inqas minn 0,5 u jiżdied sa l-eqreb numru sħiħ jekk ikun 0,5 jew aktar.

TAQSIMA 4

Dispożizzjonijiet komuni għall-primjum speċjali u l-primjum għal baqar li jreddgħu

Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 116

Applikazzjonijiet għall-primjum speċjali u l-primjum għal baqar li jreddgħu

1.   L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet amministrattivi, jagħmlu provvediment li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna f’pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għal dak li għandu x’jaqsam mal-primjum speċjali u l-primjum għal baqar li jreddgħu, għandhom ikunu għal għadd minimu ta’ bhejjem, bil-kundizzjoni li dak in-numru ma jkunx iżjed minn tlieta.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 102(2) u 118c(2), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu l-perjodi u d-dati għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-primjums u l-għadd ta’ applikazzjonijiet li l-bdiewa jkunu jistgħu jissottomettu għal kull skema ta’ primjum u sena kalendarja.

Artikolu 117

Densità ta’ stokkjar

1.   Għal kull wieħed mill-bdiewa li, b’referenza għall-istess sena kalendarja, jissottometti applikazzjoni għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-primjum speċjali jew għall-primjum għal baqar li jreddgħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-għadd ta’ LUs (“livestock units”, unitajiet fl-istokk ta’ bhejjem) li jkun jikkorrispondi ma’ l-għadd ta’ bhejjem li għalihom jista’ jingħata primjum speċjali jew primjum għal baqar li jreddgħu, filwaqt li titqies l-erja għall-mergħa ta’ l-azjenda tiegħu.

2.   Biex tiġi stabbilita d-densità ta’ stokkjar imsemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

għandha tiġi kkunsidrata l-kwantità ta’ referenza individwali ta’ ħalib għad-dispożizzjoni tal-bidwi fil-31 ta’ Marzu ta’ qabel il-bidu tal-perjodu tat-12-il xahar ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ taxxa addizzjonali li jingħata bidu għaliha fis-sena kalendarja kkonċernata;

(b)

l-għadd ta’ baqar tal-ħalib li jkun hemm bżonn biex jipproduċu dik il-kwantità ta’ referenza għandu jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 103 ta’dan ir-Regolament.

3.   Biex jiġi ddeterminat l-għadd ta’ bhejjem eliġibbli għall-primjum:

(a)

l-għadd ta’ ettari ddeterminat skond ir-regoli stabbiliti fis-sistema integrata għandu jiġi mmultiplikat bid-densità ta’ stokkjar imsemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

l-għadd ta’ LUs li jkun jikkorrispondi ma’ l-għadd ta’ baqar tal-ħalib li jkun hemm bżonn biex jipproduċu l-kwantità ta’ referenza ta’ ħalib għad-dispożizzjoni tal-bidwi għandu jitnaqqas miċ-ċifra miksuba b’dan il-mod;

(c)

l-għadd ta’ LUs li jkun jikkorrispondi ma’ l-għadd ta’ nagħaġ u/jew mogħoż li tkun ġiet sottomessa applikazzjoni għalihom għall-primjum għandu jitnaqqas miċ-ċifra miksuba b’dan il-mod.

Iċ-ċifra finali miksuba b’dan il-mod għandha tkun tikkorrispondi ma’ l-għadd massimu ta’ LUs li għalihom jista’ jingħata l-primjum speċjali u l-primjum għal baqar li jreddgħu.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil kull wieħed mill-bdiewa kkonċernati bid-densità ta’ stokkjar stabbilita għalih u bl-għadd ta’ LUs li jirriżulta li jkun jista’ jingħata primjum għalih.

Subtaqsima 2

Skema ta’ pagamenti għall-estensifikazzjoni

(l-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 118

Parteċipazzjoni fl-iskema ta’ pagamenti għall-estensifikazzjoni

1.   Biex jikkwalifikaw għall-pagament għall-estensifikazzjoni, il-bdiewa għandhom jindikaw fl-applikazzjoni għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema ta’ pagamenti għall-estensifikazzjoni.

2.   Bhejjem li jitqiesu li jkunu rċevew il-primjum speċjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 88 ma jikkwalifikawx għall-pagament għall-estensifikazzjoni.

Artikolu 118a

Iddeterminar tad-densità ta’ stokkjar permezz ta’ ċensiment

1.   Sabiex jiġi vverifikat li l-għadd totali ta’ bhejjem ikkalkulat skond l-Artikolu 132(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jissodisfa r-rekwiżiti tad-densità ta’ stokkjar stabbiliti fl-Artikolu 132(2) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw ta’ kull sena mill-inqas ħames dati għal ċensimenti tal-bhejjem u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Minbarra f’dawk il-każijiet fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li d-dati taċ-ċensimenti jistgħu jkunu kwalunkwe jum tas-sena, id-dati taċ-ċensimenti għandhom jitqassmu addoċċ b’tali mod li jkunu rappreżentattivi tas-sena intiera, billi jitbiddlu ta’ kull sena, u kull waħda mid-dati taċ-ċensimenti għandha tiġi ddeterminata a posteriori u nnotifikata lill-bidwi mhux qabel ġimagħtejn minn meta tiġi ddeterminata.

2.   Fid-dati taċ-ċensimenti l-bhejjem għandhom jingħaddu skond wieħed mill-metodi li ġejjin, skond l-għażla ta’ l-Istat Membru:

(a)

l-Istati Membri jistgħu jitolbu lil kull wieħed mill-bdiewa jiddikjara, fuq bażi tar-reġistru tar-razzett tiegħu, qabel data li trid tkun iddeterminata mill-Istat Membru, l-għadd ta’ LUs jew l-għadd ta’ bhejjem ta’ kull waħda miż-żewġ kategoriji ta’ bhejjem ta’ l-ifrat imsemmija fit-tabella ta’ konverżjoni stabbilita fl-Artikolu 131(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

L-Istati Membri jistgħu jużaw id-databases kompjuterizzati msemmija fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 biex jiddeterminaw l-għadd ta’ LUs bil-kundizzjoni li dawk id-databases ikunu joffru, għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru kkonċernat, assigurazzjonijiet adegwati fir-rigward tal-korrettezza tat-tagħrif li jkun fihom għall-iskop ta’ l-iskema ta’ pagamenti għall-estensifikazzjoni.

3.   L-għadd ta’ LUs użat biex jiġi ddeterminat jekk il-bidwi jkunx qed jikkonforma mar-rekwiżiti tad-densità ta’ stokkjar stabbiliti fl-Artikolu 132(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun il-medja aritmetika tan-numri tal-LUs li jkunu ingħaddew fid-dati taċ-ċensimenti flimkien ma’ l-għadd ta’ LUs li jkun jikkorrispondi man-nagħaġ u l-mogħoż li għalihom ikunu ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-primjums għall-istess sena kalendarja.

Madankollu, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li d-dati taċ-ċensimenti jistgħu jkunu kwalunkwe jum tas-sena, huma jistgħu jagħmlu provvediment li n-numri msemmija fil-paragrafi 2(a) u (b) għandhom jiġi kkalkulati pro rata temporis għall-perjodu li fih il-bhejjem ikunu qegħdin fl-azjenda.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex japplikaw l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fil-każ ta’ bdiewa li, b’mod anormali permezz ta’ rati ta’ stokkjar baxxi tul parti mis-sena, b’mod artifiċjali joħolqu l-kundizzjonijiet rekwiżiti mill-Artikolu 132 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 118b

Iddeterminar issemplifikat tad-densità ta’ stokkjar

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 118a, l-Istati Membri jistgħu joffru lill-bdiewa l-alternattiva li jagħżlu skema ssemplifikata biex tiġi kkalkulata d-densità ta’ stokkjar.

F’dak il-każ, il-bidwi għandu jinkludi f’applikazzjoni għall-għajnuna:

(a)

dikjarazzjoni li kuljum kien konformi mad-densità ta’ stokkjar massima stabbilita fl-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 sad-data ta’ l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna;

(b)

garanzija li jikkonforma kuljum ma’ dik id-densità ta’ stokkjar bejn id-data ta’ l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna u l-31 ta’ Diċembru ta’ wara.

Fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun għażel li japplika t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 132(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-bidwi għandu jispeċifika fl-applikazzjoni tiegħu liema waħda miż-żewġ densitajiet ta’ stokkjar massimi jkun qed josserva. Il-bidwi jista’ jbiddel dik l-għażla qabel id-dikjarazzjoni ta’ verifika fuq il-post ta’ l-għadd ta’ bhejjem li jkollu.

Il-bidwi jista’ jinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-kanċellatura tal-garanzija msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu qabel id-dikjarazzjoni ta’ verifika fuq il-post ta’ l-għadd ta’ bhejjem tiegħu. F’dak il-każ huwa ma jikkwalifikax għall-pagament għall-estensifikazzjoni.

Id-dikjarazzjoni u l-garanzija li hemm provvediment għalihom fit-tieni subparagrafu għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ kontrolli u pieni li hemm provvediment għalihom fis-sistema integrata.

2.   Fejn l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw, jew li jieqfu milli japplikaw, l-alternattiva stabbilita fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 132(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata.

Artikolu 118c

Bdiewa f’żoni fil-muntanji

1.   L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jutilizzaw il-possibbiltà stipulata fl-Artikolu 132(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan u, fl-istess waqt, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-tagħrif rilevanti li jkun jippermetti li jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jkunux qed jiġu sodisfatti.

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 132(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, “bidwi f’żona fil-muntanji” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

bidwi li r-razzett tiegħu jkun jinsab f’żona fil-muntanji;

(b)

bidwi li l-erja tiegħu għall-mergħa tkun tinsab mill-inqas 50 % f’żona fil-muntanji.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi liema Stati Membri jkunu qed jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Id-deċiżjonijiet li jkunu fis-seħħ dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu japplikaw.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 118, paragrafu 1, il-bdiewa li jkunu jixtiequ li jikkwalifikaw għall-pagament għall-estensifikazzjoni skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jistqarru fl-applikazzjoni għall-għajnuna illi huma jkunu qed japplikaw għall-pagament għall-estensifikazzjoni. Il-bdiewa għandhom imantnu, għal mill-inqas sitt xhur konsekuttivi li jibdew fid-data li fiha l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 118 tiġi sottomessa, għadd ta’ baqar tal-ħalib mill-inqas daqs l-għadd ta’ baqar tal-ħalib li għalihom tkun saret l-applikazzjoni għall-pagament għall-estensifikazzjoni. Dak il-perjodu taż-żamma ta’ sitt xhur għandu jibda fil-jum wara dak li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fi żmien perjodu ta’ sitt xhur sħaħ matul is-sena kalendarja, li jridu jiġu ddeterminati mill-Istat Membru.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment għal perjodi separati għas-sottomissjoni fi żmien dak il-perjodu kollu.

Artikolu 118d

Għadd massimu ta’ baqar tal-ħalib eliġibbli għall-pagament

L-għadd ta’ baqar tal-ħalib li għalihom jingħata l-pagament għall-estensifikazzjoni lil bidwi ma jistax jaqbeż xi waħda miż-żewġ ċifri li ġejjin:

(a)

l-għadd ta’ baqar tal-ħalib li jkun hemm bżonn biex jipproduċu l-kwantità ta’ referenza individwali ta’ ħalib għad-dispożizzjoni tal-bidwi fil-31 ta’ Marzu ta’ qabel il-bidu tal-perjodu tat-12-il xahar ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ taxxa addizzjonali li tibda fis-sena kalendarja kkonċernata; dak l-għadd ta’ baqar għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-produzzjoni medja tal-ħalib iddefinita fl-Anness XVI;

(b)

l-għadd totali ta’ baqar fl-azjenda, iddeterminat skond l-Artikolu 118a, bl-għadd imnaqqas ta’ baqar li jreddgħu li jkun jikkorrispondi mal-limitu individwali.

Artikolu 119

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull emenda fid-definizzjoni ta’ “żona għall-għalf” użata għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 132(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kkonċernata.

2.   Għall-iskop ta’ l-ikkalkular tad-densità ta’ stokkjar konformi ma’ din is-Subtaqsima, għandhom jiġu kkunsidrati biss l-ewwel żewġ pożizzjonijiet deċimali.

3.   Fl-eventwalità li l-awtoritajiet veterinarji kompetenti jiddeċiedu li ebda bhima ma tkun tista’ tħalli l-unità tal-produzzjoni għajr għall-iskop tal-qatla, l-għadd ta’ unitajiet fl-istokk ta’ bhejjem li jkunu ġew irreġistrati fl-azjenda għandu jiġi mmultiplikat bil-koeffiċjent 0,8 għall-iskop ta’ min ikun qed japplika din is-Subtaqsima.

Dik il-miżura għandha tkun ristretta għall-perjodu, biż-żieda ta’ 20 jum, li fih id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tkun tapplika, bil-kundizzjoni li l-bidwi jkun informa lill-awtorità kompetenti, bil-miktub fi żmien 10 ijiem mid-deċiżjoni, bil-preżenza tal-bhejjem ikkonċernati u jkun ħa kull miżura meħtieġa biex jimpedixxi u/jew irażżan l-okkorrenza ta’ l-epiżutija.

TAQSIMA 5

Primjum tal-qatla

(l-Artikolu 130 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 120

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li sabiex jikkwalifika għall-primjum tal-qatla għal sena kalendarja partikolari kull bidwi għandu, qabel jew fl-istess waqt li jkun qed jagħmel l-ewwel applikazzjoni għas-sena kalendarja, jissottometti stqarrija ta’ parteċipazzjoni.

Madankollu, fejn il-bidwi ma jagħmel ebda bdil fl-istqarrija ta’ parteċipazzjoni, l-Istat Membru jista’ jaċċetta li l-istqarrija preċedenti tkun għadha valida.

Artikolu 121

Applikazzjonijiet

1.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu l-informazzjoni meħtieġa għall-pagament tal-primjum tal-qatla, b’mod partikolari d-data tat-twelid tal-bhima fil-każ ta’ bhejjem imwielda wara l-1 ta’ Jannar 1998.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu sottomessi fi żmien perjodu li jrid jiġi ddeterminat mill-Istat Membru li ma jistax jeċċedi s-sitt xhur mill-qatla tal-bhima u, fejn il-bhima tiġi esportata, mid-data li tħalli t-territorju doganali Komunitarju, u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Frar tas-sena ta’ wara minbarra f’każijiet eċċezzjonali li l-Istat Membru kkonċernat irid jiddeċiedi fejn il-bhejjem jiġu kkunsinjati jew esportati. Mingħajr preġudizzju għal dak il-limitu ta’ żmien, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw perjodi u dati għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna u jistgħu jiddeterminaw l-għadd ta’ applikazzjonijiet li kull wieħed mill-bdiewa jista’ jissottometi għal kull sena kalendarja.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi permezz ta’ persuna oħra minflok il-bidwi. F’dawn il-każijiet l-applikazzjoni għandha turi l-isem u l-indirizz tal-bidwi li suppost jikkwalifika għall-primjum tal-qatla.

Barra r-rekwiżiti li ġew introdotti bħala parti mis-sistema integrata, kull waħda mill-applikazzjonijiet għandha tkun:

(a)

f’każijiet fejn l-għotja ssir meta tasal il-qatla, b’ċertifikat mill-biċċerija jew kull dokument li l-biċċerija toħroġ jew tapprova li jkun fih mill-inqas l-istess informazzjoni, li tkun turi:

(i)

l-isem u l-indirizz tal-biċċerija (jew kodiċi ekwivalenti),

(ii)

id-data tal-qatla u n-numri ta’ l-identità u tal-qatla tal-bhima,

(iii)

fil-każ ta’ għoġġiela, il-piż tal-karkassa, ħlief fejn japplika l-Artikolu 122(4);

(b)

f’każijiet fejn il-bhima tiġi esportata lejn pajjiż terz:

(i)

l-isem u l-indirizz ta’ l-esportatur (jew kodiċi ekwivalenti),

(ii)

in-numru ta’ l-identità tal-bhima,

(iii)

id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni fejn tiġi ddikjarata l-età tal-bhima għall-bhejjem imwielda wara l-1 ta’ Jannar 1998 u, fil-każ ta’ għoġġiela, ħlief fejn japplika l-Artikolu 122(4), il-piż ta’ qabel il-qatla, li ma jistax jaqbeż it-300 kilogramm,

(iv)

prova li l-bhima tkun ħalliet it-territorju doganali Komunitarju, murija bl-istess manjiera kif isir għal rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tar-raba’ subparagrafu għandha titwassal permezz ta’ korp jew korpi approvati mill-Istat Membru, li jistgħu jagħmlu użu mill-informatika.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kontrolli regolari, u mingħajr avviż tal-korrettezza taċ-ċertifikati jew id-dokumenti maħruġa u, jekk ikun il-każ, ta’ l-informazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li informazzjoni dwar il-qatla tal-bhejjem, imdaħħla fid-databases kompjuterizzati msemmija fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, imwassla lill-awtorità kompetenti mill-biċċeriji għandha titqies l-istess daqs l-applikazzjonijiet għall-primjums tal-qatla fl-interess tal-bdiewa, bil-kundizzjoni li dawk id-databases jkunu joffru, għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru, assigurazzjonijiet adegwati fir-rigward tal-korrettezza tat-tagħrif li jkun fihom għall-iskopijiet ta’ l-iskema ta’ primjums tal-qatla u, fejn ikun applikabbli, il-pagament ta’ primjum speċjali dwar il-qatla u/jew il-pagamenti addizzjonali jekk dawn jitħallsu dwar il-qatla, u/jew il-primjum għad-destaġonalizzazzjoni.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li għandhom jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet. F’dan il-każ huma jistgħu jiddeċiedu dwar it-tip ta’ informazzjoni li għandha takkumpanja l-applikazzjoni.

L-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw dan il-paragrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull bidla sussegwenti qabel din tiġi implimentata.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif li jgħaddi għad-dispożizzjoni ta’ l-aġenzija tal-pagamenti jkun jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tħallas il-primjum tal-qatla, b’mod partikolari:

(a)

it-tipi u l-kwantitajiet ta’ bhejjem kif imsemmija fl-Artikolu 130(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 maqtula matul is-sena kkonċernata;

(b)

informazzjoni għal dik li hija konformità mal-limiti ta’ l-età u l-piż tal-karkassi tal-bhejjem imsemmija f’dak l-Artikolu u mal-perjodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 123 ta’ dan ir-Regolament;

(c)

fejn ikun applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa biex tħallas il-primjum speċjali ta’ meta tasal il-qatla u/jew il-pagamenti addizzjonali jekk dawn jitħallsu dwar il-qatla, u/jew il-primjum għad-destaġonalizzazzjoni.

3.   Fejn bhejjem li kienu suġġetti għal kummerċ intra-Komunitarju wara l-perjodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 123, ukoll jekk l-Istat Membru fejn tkun saret il-qatla jkun għażel li japplika d-deroga stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-biċċerija għandha toħroġ id-dokument imsemmi fil-punt (a) tar-raba’ subparagrafu ta’ paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Madankollu, fejn ikollhom sistemi ta’ trasferiment ta’ tagħrif li jkunu kompatibbli, żewġ Stati Membri jistgħu jiftiehmu li japplikaw is-sistema li tissemma’ fil-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin biex jiżguraw kontrolli effettivi fuq l-awtentiċità tad-dokumenti sottomessi u/jew il-korrettezza tat-tagħrif skambjat. Għal dak il-għan l-Istat Membru ta’ fejn isir il-pagament għandu jibgħat regolarment lill-Istat Membru ta’ fejn issir il-qatla riassunt, issortjat skond il-biċċeriji, taċ-ċertifikati tal-qatla (jew informazzjoni minflokhom) li dan l-Istat Membru ta’ l-aħħar ikun irċieva.

Artikolu 122

Piż u preżentazzjoni ta’ karkassi

1.   Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 130(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-karkassi tal-vitella għandhom jiġu ppreżentati wara li jitqaxxru, jitneħħielhom il-ġewwieni u jinħarġilhom demmhom, mingħajr ir-ras jew is-saqajn imma bil-fwied, il-kliewi u x-xaħam tal-kliewi.

2.   Il-piż li jrid jiġi kkunsidrat għandu jkun il-piż tal-karkassa wara l-iffriżar tagħha, jew il-piż tal-karkassa qabel tiksaħ stabbilit kemm jista’ jkun malajr wara l-qatla, imnaqqas bi 2 %.

3.   Fejn il-karkassi jiġu ppreżentati mingħajr il-fwied, il-kliewi u/jew ix-xaħam tal-kliewi, il-piż tagħhom għandu jiżdied:

(a)

bi 3,5 kilogrammi għall-fwied;

(b)

b’0,5 kilogrammi għall-kliewi;

(c)

bi 3,5 kilogrammi għax-xaħam tal-kliewi.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li fejn għoġol ikun iżgħar minn sitt xhur meta jasal għall-qatla jew l-esportazzjoni, ir-rekwiżit tal-piż imsemmi fl-Artikolu 130(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jitqies li jkun ġie sodisfatt.

Fejn il-piż tal-karkassa ma jkunx jista’ jiġi stabbilit il-biċċerija, ir-rekwiżit tal-piż imsemmi fl-Artikolu 130(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jitqies li jkun ġie sodisfatt jekk il-piż ta’ qabel il-qatla ma jaqbiżx it-300 kilogramm.

Artikolu 123

Benefiċjarju tal-primjum

1.   Il-primjum tal-qatla għandu jitħallas lill-bidwi li jkun mantna l-bhima għall-perjodu minimu taż-żamma ta’ xahrejn li jkun ġie fi tmiemu f’inqas minn xahar qabel il-qatla jew li jkun ġie fi tmiemu f’inqas minn xahrejn qabel l-esportazzjoni.

2.   Fil-każ ta’ għoġġiela maqtula qabel l-età ta’ tliet xhur, il-perjodu taż-żamma għandu jkun ta’ xahar.

Artikolu 124

Limiti nazzjonali

1.   Il-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 130(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jinsabu fl-Anness XVII għal dan ir-Regolament.

2.   Fejn mill-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 130(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 joħroġ għadd ta’ bhejjem eliġibbli li jkun inqas minn numru sħiħ, għandha tingħata b’referenza għall-parti deċimali frazzjoni korrispondenti ta’ l-ammont tal-primjum tal-qatla għal unità waħda. Għal dan l-iskop għandha tiġi kkunsidrata biss l-ewwel pożizzjoni deċimali.

TAQSIMA 6

Pagamenti addizzjonali

(l-Artikoli 133 sa 136 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 125

Arranġamenti nazzjonali

L-informazzjoni dettaljata dwar l-arranġamenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 137 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tinkludi dan li ġej:

(1)

Għal pagamenti skond l-għadd ta’ bhejjem, fejn ikun applikabbli:

(a)

l-ammonti indikattivi għal kull ras għal kull waħda mill-kategoriji ta’ bhejjem, u l-arranġamenti ta’ l-għotjiet;

(b)

previżjoni indikattiva ta’ l-ispiża totali għal kull waħda mill-kategoriji ta’ bhejjem, li tkun tispeċifika jekk dawk il-pagamenti jkunux ser isiru f’forma ta’ suppliment għall-primjum tal-qatla, u ta’ l-għadd ta’ bhejjem kkonċernati;

(c)

ir-rekwiżiti tad-densità speċifika ta’ stokkjar, ħlief fil-każ ta’ pagamenti f’forma ta’ suppliment għall-primjum tal-qatla;

(d)

il-limitu fuq l-għadd ta’ rġiel ta’ l-ifrat għal kull azjenda, fejn ikun applikabbli;

(e)

informazzjoni oħra dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni.

Il-kategoriji ta’ bhejjem imsemmija fil-punti (a) u (b) huma barrin, barrin imsewwija, baqar li jreddgħu, baqar tal-ħalib, baqar żgħar li jkunu jikkwalifikaw għall-primjum għal baqar li jreddgħu, u baqar żgħar oħrajn, jew kull sottogrupp ta’ bhejjem li jiġi ddeterminat mill-Istat Membru u inkluż f’dawk il-kategoriji;

(2)

Għal pagamenti skond l-erja, fejn ikun meħtieġ:

(a)

il-kalkolu ta’ l-erjas bażi reġjonali;

(b)

l-ammonti indikattivi għal kull ettaru;

(c)

previżjoni indikattiva ta’ l-ispiża totali u ta’ l-għadd ta’ ettari kkonċernati;

(d)

informazzjoni oħra dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni.

TAQSIMA 7

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 126

Pagament ta’ ħlasijiet bil-quddiem

1.   Skond l-Artikolu 28(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fuq bażi tar-riżultati tal-kontrolli amministrattivi u l-kontrolli fuq il-post, l-awtorità kompetenti għandha tħallas lill-bidwi, għall-għadd ta’ bhejjem meqjusa li jkunu eliġibbli, u ħlas bil-quddiem daqs 60 % tal-primjum speċjali, il-primjum għal baqar li jreddgħu u l-primjum tal-qatla.

Fil-każ tal-primjum speċjali, l-iskema speċjali għal baqar żgħar imsemmija fl-Artikolu 114 u l-primjum tal-qatla, il-persentaġġ ta’ ħlas bil-quddiem jista’ jitnaqqas mill-Istati Membri imma ma jistax ikun inqas minn 40 %.

Barra dan, fuq bażi tal-kontrolli amministrattivi u fuq il-post, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li lill-bdiewa jgħaddulhom ħlas bil-quddiem ta’ massimu ta’ 60 % fuq l-ammont tal-pagamenti addizzjonali msemmija fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-ħlas bil-quddiem jista’ ma jitħallasx qabel is-16 ta’ Ottubru tas-sena kalendarja li għaliha tkun qed issir applikazzjoni għall-primjum jew ikun ingħata l-pagament addizzjonali.

2.   Il-pagament definittiv tal-primjum jew il-ħlas addizzjonali għandu jkun ammont daqs id-differenza ta’ bejn il-pagament tal-ħlas bil-quddiem u l-ammont tal-primjum jew il-ħlas addizzjonali li l-bidwi jkun intitolat għalih.

Artikolu 127

Sena ta’ l-allokazzjoni

1.   Id-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għandha tikkostitwixxi l-okkorrenza operattiva għall-iddeterminar tas-sena li jiġu allokati fiha l-bhejjem koperti bil-primjum speċjali, primjum għal baqar li jreddgħu, primjum għad-destaġonalizzazzjoni u skemi ta’ pagamenti għall-estensifikazzjoni u l-għadd ta’ LUs li jrid jintuża biex tiġi kkalkulata d-densità ta’ stokkjar.

Madankollu, jekk il-primjum speċjali jkun qed jingħata skond l-Artikolu 93, l-ammont tal-primjum applikabbli għandu jkun dak fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tkun saret il-qatla jew l-esportazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-bhima tkun inqatlet jew ġiet esportata mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru;

(b)

fejn l-applikazzjoni għall-primjum għal dik il-bhima tkun ġiet sottomessa wara dik id-data.

2.   Għal dak li għandu x’jaqsam mal-primjum tal-qatla, għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tar-rata ta’ l-għajnuna u l-ikkalkular tat-tnaqqis proporzjonali skond l-Artikolu 124, is-sena ta’ l-allokazzjoni għandha tkun is-sena tal-qatla jew l-esportazzjoni.

Artikolu 128

Kambju fil-munita nazzjonali

Il-kambju fil-munita nazzjonali ta’ l-ammonti ta’ primjums, il-pagament għall-estensifikazzjoni u l-pagamenti addizzjonali għandu jsir skond il-medja, ikkalkulata pro rata temporis, tar-rati tal-kambju applikabbli għax-xahar ta’ Diċembru ta’ qabel is-sena ta’ l-allokazzjoni ddeterminata skond l-Artikolu 127. Ir-rata medja tal-kambju għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni matul ix-xahar ta’ wara.

Artikolu 129

Pieni għall-użu illegali jew iż-żamma ta’ ċerti sustanzi jew prodotti

Fl-eventwalità ta’ trasgressjonijiet ripetuti minħabba l-użu illegali jew iż-żamma ta’ sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati bir-regolamenti Komunitarji rilevanti fis-settur veterinarju, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, fid-dawl tas-serjetà tat-trasgressjoni, it-terminu taż-żmien ta’ l-esklużjoni mill-iskemi ta’ għajnuna konformi mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 140(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 130

Iddeterminar tal-kwantità ta’ referenza individwali ta’ ħalib

Sa tmiem il-ħdax-il perjodu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003, permezz ta’ deroga mill-Artikoli 102(1)(a), 117(2)(a) u 118d(a) ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li fil-każ ta’ bdiewa bil-ħalib li jirrinunzjaw jew li jieħdu f’idejhom il-kwantitajiet individwali ta’ referenza kollha jew parti minnhom b’seħħ mill-31 ta’ Marzu jew l-1 ta’ April rispettivament skond l-Artikolu 5(j) u (k) tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 jew konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 16, 17 u 18 ta’ dak ir-Regolament, dawn li ġejjin għandhom jiġu ddeterminati fl-1 ta’ April:

(a)

il-kwantità ta’ referenza individwali massima tal-ħalib disponibbli biex jikkwalifika għall-primjum għal baqar li jreddgħu u l-għadd massimu ta’ baqar li jreddgħu;

(b)

l-għoti ta’ pagamenti addizzjonali għal kull ras għal baqar tal-ħalib;

(c)

l-għadd ta’ baqar tal-ħalib għall-iskop ta’ l-għoti tal-pagament għall-estensifikazzjoni ta’ baqar tal-ħalib imrawma f’azjendi li jkunu jinsabu f’żoni fil-muntanji;

(d)

id-densità ta’ stokkjar.

Artikolu 130a

Iddeterminar ta’ perjodi taż-żamma

L-aħħar jum tal-perjodi taż-żamma msemmija fl-Artikoli 90, 94(1), 101, 118c(2) u 123 għandu jkun l-aħħar jum, ikunx jum tax-xogħol jew le, ta’ qabel il-jum li fih ikun hemm l-istess għadd fil-jum tal-bidu tal-perjodu.

Artikolu 131

Notifikazzjoni

1.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

ta’ kull sena mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru għal informazzjoni relatata ma’ l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, u l-1 ta’ Marzu għal informazzjoni relatata mat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ qabel, bl-għadd ta’ għoġġiela li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-primjum tal-qatla u fejn għandhom jindikaw jekk il-bhejjem ikunux inqatlu jew ġew esportati;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja preċedenti:

(i)

bl-għadd ta’ għoġġiela li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum tal-qatla u fejn għandhom jindikaw jekk l-għajnuna tkunx ingħatat dwar il-qatla jew dwar l-esportazzjoni, kif ukoll l-għadd ta’ bdiewa kkonċernati;

(ii)

bl-għadd ta’ għoġġiela li għalihom ma jkunx ingħata l-primjum tal-qatla b’referenza għas-sena kalendarja preċedenti minħabba l-applikazzjoni tal-limiti nazzjonali.

2.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68(2)(a)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jinnotifaw lill-Kummissjoni:

(a)

ta’ kull sena mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru għal informazzjoni relatata ma’ l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, u l-1 ta’ Marzu għal informazzjoni relatata mat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ qabel:

(i)

bl-għadd ta’ baqar li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-primjum għal baqar li jreddgħu, analizzati b’konformità ma’ l-iskemi msemmija fl-Artikolu 125(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(ii)

bl-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-primjum tal-qatla u fejn għandhom jindikaw jekk il-bhejjem ikunux inqatlu jew ġew esportati;

(b)

mhux aktar tard mill-31 Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja preċedenti:

(i)

bl-għadd ta’ baqar u baqar żgħar li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum għal baqar li jreddgħu, analizzati b’konformità ma’ l-iskemi msemmija fl-Artikolu 125(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kif ukoll l-għadd ta’ bdiewa kkonċernati fil-każ ta’ kull waħda mill-iskemi;

(ii)

fejn ikun applikabbli, bl-għadd ta’ bhejjem li għalihom ma jkunx ingħata l-primjum b’referenza għas-sena kalendarja preċedenti minħabba l-applikazzjoni tal-limitu speċifiku nazzjonali għal baqar żgħar.

(iii)

fejn ikun applikabbli, bl-għotja ta’ kull primjum nazzjonali barra l-primjum għal baqar li jreddgħu, fejn għandhom jindikaw:

il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-primjum,

l-ammont li jkun ingħata għal kull bhima;

(iv)

bl-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum tal-qatla u fejn għandhom jindikaw jekk l-għajnuna tkunx ingħatat dwar il-qatla jew dwar l-esportazzjoni, kif ukoll bl-għadd ta’ bdiewa kkonċernati;

(v)

bl-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela li għalihom ma jkunx ingħata l-primjum tal-qatla b’referenza għas-sena kalendarja preċedenti minħabba l-applikazzjoni tal-limiti nazzjonali.

3.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68(2)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

ta’ kull sena mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru għal informazzjoni relatata ma’ l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, u l-1 ta’ Marzu għal informazzjoni relatata mat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ qabel, bl-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-primjum tal-qatla u fejn għandhom jindikaw jekk il-bhejjem ikunux inqatlu jew ġew esportati.

(b)

mhux aktar tard mill-31 Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja preċedenti:

(i)

bl-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum tal-qatla u fejn għandhom jindikaw jekk il-bhejjem ikunux inqatlu jew ġew esportati, kif ukoll l-għadd ta’ bdiewa kkonċernati;

(ii)

bl-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela li għalihom ma jkunx ingħata l-primjum tal-qatla b’referenza għas-sena kalendarja preċedenti minħabba l-applikazzjoni tal-limiti nazzjonali.

4.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68(2)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

ta’ kull sena mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru għal informazzjoni relatata ma’ l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, u l-1 ta’ Marzu għal informazzjoni relatata mat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ qabel, bl-għadd ta’ rġiel ta’ l-ifrat li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-primjum speċjali, analizzati skond il-kategorija ta’ età u t-tip ta’ bhima (barri jew għoġol);

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja preċedenti:

(i)

bl-għadd ta’ rġiel ta’ l-ifrat li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum speċjali, analizzati skond il-kategorija ta’ età u t-tip ta’ bhima (barri jew għoġol), u bl-għadd tal-bdiewa kkonċernati;

(ii)

bl-għadd ta’ bhejjem analizzati skond il-kategorija ta’ età li għalihom ma jkunx ingħata l-primjum speċjali b’referenza għas-sena kalendarja preċedenti minħabba l-applikazzjoni tal-limitu reġjonali.

5.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja preċedenti bl-ammonti tal-primjums li fil-fatt ikunu tħallsu, b’konformità ma’ l-għażla li tkun saret għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-implimentazzjoni parzjali ta’ l-iskema ta’ pagament wieħed, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis stabbilita fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 139 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

6.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

fejn ikun applikabbli, ta’ kull sena mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru għal informazzjoni relatata ma’ l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, u l-1 ta’ Marzu għal informazzjoni relatata mat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ qabel, bl-għadd ta’ bhejjem li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum għad-destaġonalizzazzjoni, analizzati skond jekk ikunux ibbenefikaw mill-ewwel jew mit-tieni porzjon tal-primjum speċjali, u bl-għadd ta’ bdiewa li jikkorrispondi ma’ kull waħda miż-żewġ kategoriji ta’ età;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja preċedenti:

(i)

bl-għadd ta’ rġiel ta’ l-ifrat, analizzati skond il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 132(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-pagament għall-estensifikazzjoni, kif ukoll bl-għadd ta’ bdiewa kkonċernati, murija separatament skond dawn il-limiti;

(ii)

bl-għadd ta’ baqar u baqar żgħar, analizzati skond il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 132(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-pagament għall-estensifikazzjoni, kif ukoll bl-għadd ta’ bdiewa, murija separatament skond dawn il-limiti;

(iii)

bl-għadd ta’ baqar tal-ħalib li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-pagament għall-estensifikazzjoni;

(iv)

bl-għadd ta’ bhejjem li għalihom fil-fatt ikun ingħata l-primjum mhux affettwat mid-densità ta’ stokkjar, u bl-għadd ta’ bdiewa kkonċernati.

7.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji speċifikati f’dan l-Artikolu permezz tat-tabelli li hemm fl-Annessi XVIII u XIX.

TAQSIMA 8

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 132

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Ir-rekwiżit li jiġu identifikati u rreġistrati l-bhejjem stabbiliti fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu japplika, għall-bhejjem imwielda qabel l-1 ta’ Jannar 1998, skond il-proċedura stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE (39), ħlief fil-każ ta’ bhejjem li jkunu suġġetti għal kummerċ intra-Komunitarju.

Artikolu 133

Dispożizzjonijiet applikabbli fil-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli l-oħra ta’ dan il-Kapitolu, l-Artikoli 96, 97, 98, 117, 118 sa 118e u 125 għandhom japplikaw fis-snin kalendarji 2005 u 2006 sakemm l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-possibbiltà li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

KAPITOLU 14

SKEMA TA’ PAGAMENT WIEĦED SKOND L-ERJA

(l-Artikolu 143b tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 134

Daqs minimu ta’ erja eliġibbli għal kull azjenda

Id-daqs minimu ta’ l-erja eliġibbli għal kull azjenda li għaliha jistgħu jintalbu pagamenti f’livell ogħla minn 0,3 ettaru, kif hemm provvediment għalih fl-Artikolu 143b(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jinsab fl-Anness XX.

Artikolu 135

Erjas agrikoli

L-erjas agrikoli taħt l-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja, kif hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 143b(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jinsabu fl-Anness XXI.

Artikolu 136

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 796/2004

Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 143b (6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika għall-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja minbarra l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(2)(b) u (c), l-Artikolu 12(1)(c) u (2), l-Artikolu 13(2) sa (8), l-Artikolu 14 (2) u (3), l-Artikoli 16 u 17, l-Artikolu 21(3), l-Artikolu 24(1)(b), (d) u (e), l-Artikolu 26(1)(a), (b) u (c) u (2)(b), (c) u (d), l-Artikolu 27(2)(g), (h), (i) u (j), l-Artikolu 28(1)(d), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31, l-Artikoli 34 sa 40, l-Artikolu 49(2) u (3), l-Artikolu 50(2), (4), (5) u (6), l-Artikoli 51 sa 64, l-Artikolu 69 u l-Artikolu 71(1) tiegħu.

Artikolu 137

Applikazzjoni tal-pagament wieħed skond l-erja

1.   L-applikazzjoni tal-pagament wieħed skond l-erja għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni waħda skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 (11) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-applikazzjoni tal-pagament wieħed skond l-erja għandha tindika l-erjas eliġibbli skond il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 143b(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 138

Tnaqqis u esklużjonijiet b’referenza għal kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà

1.   Minbarra f’każijiet ta’ xi forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali kif iddefiniti mill-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, fejn, b’riżultat ta’ kontroll amministrattiv jew fuq il-post, jinstab li d-differenza stabbilita bejn l-erja ddikjarata u l-erja ddeterminata, skond it-tifsira tal-punt (22) ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, tkun aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 30 % ta’ l-erja ddeterminata, l-ammont li jrid jingħata taħt l-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja għandu jitnaqqas, għas-sena kkonċernata, bid-differenza li tinstab għal darbtejn.

Jekk id-differenza tkun ta’ aktar minn 30 % ta’ l-erja ddeterminata, ma tingħata ebda għajnuna għas-sena kkonċernata.

Jekk id-differenza tkun ta’ aktar minn 50 %, il-bidwi għandu jiġi eskluż għal darb’oħra milli jirċievi l-għajnuna sa ammont li jkun jikkorrispondi għad-differenza ta’ bejn l-erja ddikjarata u l-erja ddeterminata. Dak l-ammont għandu jinqata’ kontra pagamenti għall-għajnuna li jkun intitolat għalihom il-bidwi fil-kuntest ta’ l-applikazzjonijiet li jiddepożita fil-perkors tat-tliet snin kalendarji wara s-sena kalendarja ta’ din il-konstatazzjoni.

2.   Fejn id-differenzi bejn l-erja ddikjarata u l-erja ddeterminata jirriżultaw minn irregolaritajiet kommessi b’mod intenzjonat, l-għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat m’għandhiex tingħata għas-sena kalendarja kkonċernata.

Barra minn hekk, fejn dik id-differenza tkun aktar minn 20 % ta’ l-erja ddeterminata, il-bidwi għandu jiġi eskluż għal darb’oħra milli jirċievi l-għajnuna sa ammont li jkun jikkorrispondi għad-differenza ta’ bejn l-erja ddikjarata u l-erja ddeterminata. Dak l-ammont għandu jinqata’ kontra pagamenti għall-għajnuna li jkun intitolat għalihom il-bidwi fil-kuntest ta’ l-applikazzjonijiet li jiddepożita tul it-tliet snin kalendarji wara s-sena kalendarja ta’ din il-konstatazzjoni.

3.   Għall-iskop li tiġi stabbilita l-erja ddeterminata skond it-tifsira tal-punt (22) ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, għandhom japplikaw l-Artikolu 143b(5) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 143b(6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 137 ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU 15

PAGAMENTI NAZZJONALI DIRETTI KOMPLEMENTARI

(l-Artikolu 143c tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Artikolu 139

Koeffiċjent tat-tnaqqis

Fejn f’xi settur partikolari l-pagamenti diretti komplementari nazzjonali jaqbżu l-livell massimu awtorizzat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 143c(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-rata ta’ pagamenti diretti komplementari nazzjonali tas-settur ikkonċernat għandha titnaqqas proporzjonalment bl-applikazzjoni ta’ koeffiċjent tat-tnaqqis.

Artikolu 140

Kontrolli u sanzjonijiet

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika għal pagament dirett komplementari nazzjonali kkofinanzjat skond l-Artikolu 33h tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

2.   F’każ li ma jkunx hemm kofinanzjament, l-Istati l-Membri l-ġodda kkonċernati għandhom japplikaw miżuri ta’ kontroll xierqa sabiex ikun żgurat illi l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-pagamenti diretti komplementari nazzjonali, iddefiniti bl-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 143c(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jiġu osservati.

Artikolu 141

Komunikazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport li jkun jipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-pagamenti diretti komplementari nazzjonali qabel it-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jkopri mill-inqas dan li ġej:

(a)

kull bdil fis-sitwazzjoni li tkun taffettwa l-pagamenti diretti komplementari nazzjonali;

(b)

għal kull wieħed mill-pagamenti diretti komplementari nazzjonali, l-għadd ta’ benefiċjarji, u ettari jew unitajiet ta’ pagamenti mħallsa;

(c)

rapport dwar kontrolli u sanzjonijiet applikati skond l-Artikolu 140.

Artikolu 142

Għajnuna ta’ l-Istat

Pagamenti diretti komplementari nazzjonali li ma jitħallsux b’konformità ma’ l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 143c(6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jitqiesu bħala għajnuna illegali ta’ l-Istat skond it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (40).

KAPITOLU 16

UŻU TA’ ART IMWARRBA GĦALL-PRODUZZJONI TA’ MATERJA PRIMA

SEZZJONI 1

Skop u definizzjonijiet

Artikolu 143

Skop

1.   L-art imwarrba fil-kwadru tas-sistemi għas-sostenn dirett maħsuba mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tista’ tintuża, b’konformità mal-Artikolu 55 b) u mal-Artikolu 107 paragrafu 3, l-ewwel sing, ta’ dan ir-Regolament, għall-produzzjoni ta’ materji primi li jservu għall-produzzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li mhumiex maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali fil-kundizzjonijiet maħsuba minn dan il-kapitolu.

2.   Ma għandux isir ħlas għall-art imwarrba li fuqha jiġu kkoltivati pitravi, artiċokks jew indivja. Madankollu d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu huma applikabbli għal dawk il-koltivazzjonijiet fuq l-art imwarrba, bl-istess kundizzjonijiet daqs kieku sar il-ħlas.

Il-koltivazzjonijiet ta’ dawn il-materji primi fuq l-art imwarrba huma permessi b’kundizzjoni li:

(a)

il-pitravi ma jservux għall-produzzjoni taz-zokkor, definit fir-Regolament (KE) Nru 314/2002 (41), la bħala prodott intermedjarju, la bħala koprodott, anqas bħala prodott sekondarju;

(b)

l-għeruq tal-indivja u l-artiċokks ma għandhomx jiġu sottomessi għall-proċessi tal-idrolisi definita fir-Regolament (KEE) Nru 314/2002, sew fl-istat naturali, sew bħala prodott intermedjarju, bħall-glutina, sew bħala koprodott, bħall-oligofructose, jew bħala prodott sekondarju potenzjali.

Artikolu 144

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, wieħed ifisser permezz ta’:

a)

“attur”, il-bidwi li juġa l-art imwarrba b’konformità mal-Artikolu 55 b) u ma’ l’Artikolu 107 paragrafu 3, l-ewwel inċiż tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

b)

“kollettur”, kull persuna, firmatarja tal-kuntratt maħsub fl-Artikolu 147, li tixtri għan-nom tagħha materji primi msemmija fl-Artikolu 145 maħsuba għall-finijiet previsti fl-Anness XXIII;

c)

“l-ewwel proċessur”, l-utent tal-materji primi agrikoli li jirriżultaw mill-ewwel proċess bil-ħsieb li jinkiseb prodott wieħed jew bosta prodotti msemmija fl-Anness XXIII ta’ dan ir-Regolament.

SEZZJONI 2

Kuntratt

Artikolu 145

Użu tal-materja prima

1.   Kull materja prima agrikola tista’ tkun ikkoltivata fuq l-erja mwarrba b’konformità mal-Artikolu 53 punt b) u mal-Artikolu 107 paragrafu 3 l-ewwel inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-valur ekonomiku tal-prodotti użati għal skopijiet mhux alimentari msemmija fl-Anness XXIII ta’ dan ir-regolament li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-materji primi għandu jkun ogħla minn dak tal-prodotti l-oħra kollha maħsuba għal użi oħra u li jirriżultaw mill-istess ipproċessar, b’konformità mal-metodu tal-evalwazzjoni previst mill-Artikolu 163, paragrafu 3 ta’ dan ir-Rregolament.

2.   Il-materji primi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal kuntratt b’konformità mal-Artikolu 147 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 148.

3.   L-applikant iwassal il-kunsinna tal-materja prima kollha kemm lill-kollettur kif ukoll lill-ewwel proċessur li jirċiviha u li jiggarantixxi l-użu fil-Komunità ta’ kwantità ekwivalenti ta’ din il-materja prima fil-produzzjoni ta’ prodott wieħed jew bosta prodotti lesti maħsuba għal skopijiet mhux alimentari msemmija fl-Anness XXIII.

Jekk l-ewwel proċessur juża l-materja prima effettivament miġbura għall-iskop tal-produzzjoni ta’ prodott intermedjarju jew ta’ prodott sekondarju, jista’ juża kwantità ekwivalenti ta’ dan il-prodott intermedjarju jew ta’ dan il-prodott sekondarju għall-produzzjoni ta’ prodott wieħed jew bosta prodotti msemmija fl-ewwel paragrafu.

Fil-każ imsemmi fit-tieni paragrafu, jew jekk il-kollettur ibiegħ l-ekwivalenti tal-materja prima maħsuda, l-ewwel proċessur jew il-kollettur għandu jinforma l-awtorità kompetenti li magħha hi ddepożitata l-garanzija. Jekk din il-kwantità ekwivalenti hi użata fi Stat Membru minbarra dak li fih inħasdet il-materja prima, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiskambjaw informazzjoni dwar it-transazzjoni msemmija.

4.   Fil-kwadru tal-miżuri nazzjonali li jirregolaw ir-relazzjonijiet kuntrattwali, l-ewwel proċessur jista’ jiddelega lil terza persuna l-ġbir tal-materja prima mill-bidwi li qed jitlob l-għajnuna. Il-proċessur jibqa’ l-uniku responsabbli fir-rigward tal-obbligazzjonijiet maħsuba minn dan il-kapitolu.

Artikolu 146

Deroga

1.   B’deroga għall-Artikolu 145, paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-applikant biex:

a)

juża ċ-ċereali kollha jew ix-xtieli kollha li jipproduċu ż-żejt li jaqgħu taħt il-kodici NC 1201 00 90, 1205 10 90, 1205 90 00, 1206 00 91 u 1206 00 99, maħsuda:

i)

bħala fjuwils biex isaħħan l-art agrikola tiegħu;

ii)

għall-produzzjoni, fuq l-art agrikolu tiegħu, ta’ enerġija jew ta’ bijokarburanti;

b)

jipproċessa, fuq l-art agrikola tiegħu, il-materja prima kollha maħsuda f’bijogass li jaqa’ taħt il-kodiċi NC 2711 29 00.

2.   Fil-każi msemmija fil-paragrafu 1, min jagħmel it-talba:

a)

jintrabat, b’dikjarazzjoni li tieħu post il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 147, li juża jew jipproċessa direttament il-materja prima li hi soġġetta għad-dikjarazzjoni msemmija; l-Artikoli 147 sa 164 japplikaw mutatis mutandis.

b)

jara li l-materja prima maħsuda kollha tintiżen minn awtorità jew intrapriża awtorizzata mill-Istat Membru u jimplimenta kontabilità speċifika tal-materja prima użata u tal-prodotti u l-prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-ipproċessar; madankollu, għaċ-ċereali u x-xtieli li jipproduċu ż-żejt, għat-tiben u anke f’każ li tintuża x-xitla kollha, l-użin jista’ jinbidel bid-determinazzjoni volumetrika tal-materja prima.

3.   L-Istat Membru li jagħmel użu mill-faċilità offruta fil-paragrafu 1 jimplimenta miżuri tal-kontroll adegwati li jiggarantixxu l-użu dirett ta’ materja prima fuq ir-raba jew l-ipproċessar f’bijogass li jaqa’ taħt il-kodiċi NC 2711 29 00.

4.   Iċ-ċereali jew ix-xtieli li jipproduċu ż-żejt użati b’konformità mal-paragrafu 1, punt a), huma soġġetti għal tibdil li l-metodu tiegħu għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru. L-Istati Membri jistgħu madankollu jawtorizzaw it-tibdil taż-żejt prodott bl-ipproċessar taż-żrieragħ li jipproduċu ż-żejt imsemmi fil-paragrafu 1, punt a) ii), flok it-tibdil taż-żrieragħ, b’kundizzjoni li t-tibdil isir eżatt wara l-ipproċessar f’żejt u li miżuri tal-kontroll relatati mal-użu taż-żrieragħ ikunu implimentati.

Artikolu 147

Kuntratt

1.   L-applikant għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha, b’appoġġ għat-talba tiegħu għall-għajnuna, kuntratt konkluż bejnu u jew kollettur jew l-ewwel proċessur. Madankollu, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li l-kuntratt jista’ jiġi konkluż biss bejn l-applikant u l-ewwel proċessur.

2.   L-applikant għandu jkun ċert li l-kuntratt jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

a)

l-isem u l-indirizz tal-partijiet li qed jiffirmaw il-kuntratt;

b)

it-tul tal-kuntratt;

c)

l-ispeċi ta’ kull materja prima kkonċernata u l-erja okkupata minn kull speċi;

d)

kull kundizzjoni applikabbli għall-kunsinna, kif ukoll għax-xtieli li jipproduċu ż-żejt il-kwantità previdibbli, ikkunsidrata rappreżentattiva mill-awtorità kompetenti, tal-materja prima inkwistjoni;

e)

ir-rabta li jiġu rrispettati l-obbligazzjonijiet maħsuba fl-Artikolu 145, paragrafu 3;

f)

l-użiijiet finali prinċipali maħsuba għall-materja prima, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145, paragrafu 1, u fl-Artikolu 163, paragrafu 3.

3.   Min jagħmel it-talba għandu jara li l-kuntratt jiġi konkluż f’data li tippermetti lill-kollettur jew lill-ewwel proċessur jiddepożita kopja tal-kuntratt mal-awtorità kompetenti li taħthom jaqa’ l-kollettur jew il-proċessur fiż-żmien stabbilit fl-Artikolu 157, paragrafu 1.

4.   L-Istati Membri jistgħu jesiġu, għal raġunijiet ta’ kontroll, li kull applikant jista’ jikkonkludi kunntratt wieħed biss għall-provvista ta’ materja prima.

5.   Meta l-kuntratt jikkonċerna żrieragħ tal-lift, tal-kolza, tal-ġirasol jew fażola tas-sojja li jaqgħu taħt il-kodiċi NC 1205 10 90, 1205 90 00, 1206 00 91, 1206 00 99 jew 1201 00 90, l-applikant għandu jagħmel fiċ-ċert li l-kuntratt jispeċifika, barra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-kwantità totali previdibbli ta’ prodotti sekondarji u l-kwantità previdibbli ta’ prodotti sekondarji maħsuba għal skopijiet oħra barra l-konsum min-nies jew mill-annimali, imfissra fiż-żewġ każijiet skont l-ispeċi.

Il-kwantitajiet imsemmija għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi tar-rapporti li ġejjin:

a)

100 kilogramma ta’ żrieragħ tal-lift u/jew tal-kolza li jaqgħu taħt il-kodiċi NC 1205 10 90 jew 1205 90 00 għandhom jiżu kkunsidrati ekwivalenti għal 56 kilogramma ta’ prodotti sekondarji;

b)

100 kilogramma ta’ żrieragħ tal-ġirasol li jaqgħu taħt il-kodiċi NC 1206 00 91 jew NC 1206 00 99 għandhom jiġu kkunsidrati ekwivalenti għal 56 kilogramma ta’ prodotti sekondarji;

c)

100 kilogramma ta’ żrieragħ ta’ fażola tas-sojja li jaqgħu taħt il-kodiċi NC 1201 00 90 għandhom jiġu kkunsidrati ekwivalenti għal 78 kilogramma ta’ prodotti sekondarji.

Artikolu 148

Materji primi li ma għandhomx ikunu soġġetti għal kuntratt

B’deroga għall-Artikolu 147, il-materji primi elenkati fl-Anness XXII m’għandhomx neċessarjament ikunu soġġetti għal kuntratt.

Biex jirċievi l-ħlas, l-applikant li jixtieq juża art imwarrba biex fuqha jikkoltiva materji primi jintrabat b’dikjarazzjoni bil-miktub mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tiegħu, mill-mument li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għall-ħlas, li, f’każ tal-użu din l-art agrikola jew tal-bejgħ ta’ materji primi kkonċernati, dawn ikunu allokati għall-użi li għalihom hemm provvediment fl-Anness XXIII.

Artikolu 149

Ekwivalenza tal-prodotti sekondarji tax-xtieli li jipproduċu ż-żejt f’dqiq tas-sojja

1.   L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinforma lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr, u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena li fiha jiġi effettwat il-ħsad tal-materja, dwar il-kwantità totali prevista, speċi speċi, ta’ prodotti sekondarji maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali li tirriżulta mill-kuntratti affettwati mill-Artikolu 147, jekk dawn il-kuntratti jikkonċernaw iż-żrieragħ tal-lift, iż-żrieragħ tal-kolza, iż-żrieragħ tal-ġirasol jew il-fażola tas-sojja li jaqgħu taħt il-kodiċi NC 1205 10 90, 1205 90 00, 1206 00 91, 1206 00 99 jew 1201 00 90, kif ukoll l-erja skont l-ispeċi ta’ dawn ix-xtieli li jipproduċu ż-żejt.

2.   Il-Kummissjoni tikkalkola l-kwantità totali prevista ta’ prodotti sekondarji maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali, espressa f’ekwivalenti-dqiq tas-sojja, mill-informazzjoni pprovduta b’konformità mal-paragrafu 1 billi jiġu applikati l-koeffiċjenti li ġejjin:

oilcakes tas-sojja: 48 %,

oilcakes tal-kolza: 32 %,

oilcakes tal-ġirasol: 28 %.

Jekk, fuq il-bażi tal-kalkolu effettwat b’konformità mal-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni tinduna li nqabeż l-ogħla limitu ta’ 1 miljun tunnellata ta’ prodotti sekondarji maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali, hija tistabbilixxi, kemm jista’ jkun malajar u mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena li fiha jsir il-ħsad tal-materja prima, il-persentaġġ ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat għal kull kuntratt, bil-ħsieb li tiġi kkalkolata l-kwantità massima ta’ prodotti sekondarji li tista’ tkun maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali.

SEZZJONI 3

Modifika jew revoka tal-kuntratt

Artikolu 150

Modifika jew revoka tal-kuntratt

Fil-każijiet fejn il-partijiet li qed jiffirmaw il-kuntratt jimmodifikaw jew jirrevokaw il-kuntratt wara li l-applikant ikun iddepożita t-talba għall-għajnuna, dan tal-aħħar ikun jista’ jiġi awtorizzat li jżomm l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna biss jekk jinforma lill-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha dwar il-modifika jew ir-revoka bil-ħsieb li jippermetti l-kontrolli kollha meħtieġa, mhux aktar tard mid-data finali stabbilita għall-modifika tal-applikazzjoni għall-għajnuna fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 151

ċirkostanzi eċċezzjonali

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 150, jekk l-applikant jinforma lill-awtorità kompetenti li, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, ma jkunx f’pożizzjoni li jipprovdi l-materja prima kollha jew parti minn dik indikata fil-kuntratt, l-awtorità kompetenti tista’, wara li tkun ġabet provi suffiċjenti taċ-ċirkostanzi msemmija, tawtorizza modifika tal-kuntratt sa fejn dan jidher ġustifikat, jew ir-revoka tiegħu.

F’każ li l-modifika tal-kuntratt tfisser tnaqqis tal-art li hi s-suġġett tal-kuntratt jew f’każ li l-kuntratt jiġi revokat, l-applikant, biex iżomm id-dritt tiegħu għall-ħlas, hu obbligat li:

a)

iwarrab l-art inkwistjoni, bil-mezzi awtorizzati mill-awtorità kompetenti;

b)

ma jbigħx, iċedi jew juża l-materja prima kkoltivata fuq l-art imneħħija mill-kuntratt.

Artikolu 152

Modifiki tal-użi finali

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 150, il-kollettur jew l-ewwel proċessur hu awtorizzat li jimmodifika l-użi finali prinċipali previsti tal-materji primi msemmija fl-Artikolu 147, paragrafu 2, punt f), wara li l-materji primi taħt kuntratt ikunu ġew ipprovduti lilu u li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 154, paragrafu 1, u fl-artikolu 157, paragrafu 3, l-ewwel linja, ġew sodisfatti.

Il-modifika tal-użi finali għandha tiġi effettwata b’rispett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu, paragrafu 1, it-tieni linja, u fl-Artikolu 163, paragrafu 3.

Il-kollettur jew l-ewwel proċessur għandu jinforma qabel lill-Awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha, biex jippermetti li jiġu eżerċitati l-kontrolli meħtieġa.

SEZZJONI 4

Ġabriet rappreżentattivi u kwantitajiet biex jiġu kkunsinjati

Artikolu 153

Produttività rappreżentattiva

L-Istati Membri jistabbilixxu kull sena u skont proċedura xierqa l-produttività rappreżentattiva li għandhom effettivament jinkisbu, u jinfurmaw b’dawn lill-applikanti kkonċernati.

Madankollu, il-materji primi elenkati fl-Anness XXII jistgħu jiġu eżentati mill-produttività rappreżentattiva.

Artikolu 154

Kwantitajiet li għandhom jiġu kkunsinjati

1.   L-applikant jiddikjara lill-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha l-kwantità totali tal-materja prima maħsuda, ta’ kull speċi, u jikkonferma l-kwantità kkunsinjata u l-persuna li lilha kkunsinna din il-materja prima.

2.   Il-kwantità li effettivament għandha tiġi kkunsinj ata mill-applikant lill-kollettur jew lill-ewwel proċessur għandha tikkorrispondi mill-anqas mal-produttività rappreżentattiva.

Madankollu, f’każijiet puntwalment ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw, eċċezzjonalment, li din il-kwantità tkun anqas mill-produttività rappreżentattiv, sa 10 % ta’ din il-produttività.

Barra minn hekk, f’każijiet fejn l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat modifika jew revoka tal-kuntratt, b’konformità mal-Artikolu 151, l-awtorità kompetenti tista’ tnaqqas, sakemm dan jidher ġustifikat, il-kwantità li l-applikant hu obbligat li jipprovdi b’konformità mal-ewwel paragrafu.

SEZZJONI 5

Kundizzjonijiet għall-ħlas tal-għajnuna

Artikolu 155

ħlas

1.   Il-ħlas tal-għajnuna lill-applikant jista’ jseħħ qabel l-ipproċessar tal-materja prima. Madankollu, il-ħlas għandu jiġi effettwat biss jekk il-kwantità tal-materja prima li għandha tiġi kkunsinjata fil-kwadru ta’ dan il-kapitolu ġiet ikkunsin jata lill-kollettur jew lill-ewwel proċessur u jekk:

a)

id-dikjarazzjoni maħsuba fl-Artikolu 154, paragrafu 1, ġiet effettwata;

b)

kopja tal-kuntratt ġiet depożitata għand l-awtorità kompetenti li taħtha jaqa’ l-kollettur jew l-ewwel proċessur b’konformità mal-Artikolu 158, paragrafu 1, u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 145, paragrafu 1 ġew sodisfatti;

c)

l-awtorità kompetenti tkun irċeviet il-prova tal-ħlas kollu tal-garanzija msemmija fl-Artikolu 158, paragrafu 2;

d)

l-awtorità kompetenti nkarigata bil-ħlas tkun ivverifikat għal kull applikazzjoni li ġew irrispettati l-kundizzjonijiet maħsuba fl-Artikolu 147.

2.   F’każ ta’ koltivazzjoni biennali fejn il-ħsad u, b’konsegwenza, il-kunsinna tal-materja prima jsiru biss waqt it-tieni sena tal-koltivazzjoni, il-ħlas għandu jiġi effettwat waqt is-sentejn wara l-konklużjoni tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 147, b’kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jiddikjaraw li:

a)

l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, punti b), c) u d) għandhom jiġu rrispettati mill-ewwel sena tal-koltivazzjoni;

b)

l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, punt a) kif ukoll il-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 157, paragrafu 3, l-ewwel linja, għandhom jiġu rrispettati fit-tieni sena.

Għall-ewwel sena tal-koltivazzjoni, il-ħlas għandu jiġi effettwat biss jekk l-awtorità kompetenti rċeviet il-prova tad-depożitu tal-garanzija msemmija fl-Artikolu 158, paragrafu 2. Għat-tieni sena tal-koltivazzjoni, id-depożitu tal-garanzija mhux meħtieġ biex jiġi effettwat il-ħlas.

3.   F’każ ta’ koltivazzjoni permanenti jew perenni, il-ħlas tal-għajnuna għandu jiġi effettwat kull sena mill-konklużjoni tal-kuntratt. Il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu applikati mutatis mutandis.

SEZZJONI 6

Obbligazzjonijiet tal-k ollettur u tal-applikant

Artikolu 156

Numru ta’ proċessuri

Il-prodotti mhux alimentari għandhom jinkisbu, l-aktar, minn terz proċessur.

Artikolu 157

Obbligazzjonijiet

1.   Il-kollettur jew l-ewwel proċessur jiddepożita kopja tal-kuntratt mal-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha, skont skeda stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat, mhux aktar tard mid-data definittiva tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna fl-Istat Membru kkonċernat, waqt is-sena inkwistjoni.

Jekk l-applikant u l-kollettur jew l-ewwel proċessur jimmodifikaw jew jirrevokaw il-kuntratt qaabel id-data msemmija fl-Artikolu 150 waqt sena speċifikata, il-kollettur jew l-ewwel proċessur iħalli kopja tal-kuntratt immodifikat jew revokat mal-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha mhux aktar tard minn dik id-data.

2.   L-ewwel proċessur jipprovdi lill-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina ta’ pproċessar inkwistjoni, l-aktar fejn jidħlu l-prezzijiet u l-koeffiċjenti tekniċi tal-ipproċessar li jservu biex jiġu ddeterminati l-kwantitajiet ta’ prodotti lesti li jistgħu jinkisbu msemmija fl-Artikolu 164, paragrafu 2, it-tieni linja.

3.   Il-kollettur jew l-ewwel proċessur wara li jkun irċieva l-materja prima kkunsinjata mill-applikant jinforma lill-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha dwar il-kwantità ta’ materja prima riċevuta, billi jispeċifika l-ispeċi kif ukoll l-isem u l-indirizz tal-parti kuntrattwali li kkunsinnalu l-materja prima, il-post tal-kunsinna u r-referenza tal-kuntratt imsemmi, fi żmien li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri f’mod li jippermetti li l-ħlas isir fiż-żmien imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

F’każ li l-Istat Membru tal-kollettur jew tal-ewwel proċessur ikun differenti minn dak li fih ġiet ikkoltivata l-materja prima, l-awtorità kompetenti kkonċernata tinforma lill-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha l-applikant, fi żmien erbgħin ġurnata tax-xogħol minn meta tkun irċeviet il-komunikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, dwar il-kwantità totali ta’ materja prima kkunsinjata.

SEZZJONI 7

Garanziji

Artikolu 158

Garanzija tal-kollettur jew tal-ewwel proċessur

1.   Il-kollettur jew l-ewwel proċessur jiddepożita l-garanzija kollha msemmija fil-paragrafu 2 mal-awtorità kompetenti li jaqa’ taħtha mhux aktar tard mid-data limitu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-ħlas waqt is-sena inkwistjoni u fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   Il-garanzija għandha tiġi kkalkolata, għal kull materja prima, fuq il-bażi tal-ammont ta’ 250 euro kull ettaru multiplikat bis-somma tal-art kollha kkoltivata li hi soġġetta għal kuntratt iffirmat mill-kollettur jew l-ewwel proċessur ikkonċernat u li għandha tiġi użata għall-produzzjoni tal-materja prima msemmija.

3.   F’każ li l-kuntratt ikun ġie mmodifikat jew revokat taħt il-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 150 jew fl-Artikolu 151, il-garanzija ddepożitata għandha b’konsegwenza tiġi adattata.

4.   Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata, prorata, għal kull materja prima, sakemm l-awtorità kompetenti li taħtha jaqa’ l-kollettur jew l-ewwel proċessur tkun kisbet il-provi li ġejjin:

a)

il-prova li l-kwantitajiet ta’ materji primi inkwistjoni ikunu ġew ipproċessati b’konformità mal-użi imsemmi fl-Artikolu 147, paragrafu 2, punt f), meta wieħed iqis, jekk meħtieġ, kull modifika effettwata rispett il-miżuri tal-Artikolu 152;

b)

meta l-kuntratt ikun dwar żrieragħ tal-lift, tal-kolza, tal-ġirasol jew fażola tas-sojja li jaqgħu taħt il-kodiċi NC es 1205 00 90, 1206 00 91, 1206 00 99 jew 1201 00 90 u l-proċedura prevista fl-Artikolu 149, paragrafu 2, it-tieni linja, tkun għall-applikazzjoni, il-prova li l-kwantitajiet ta’ prodotti sekondarji li jaqbżu l-kwantità massima li tista’ tkun maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali sabu żbokki oħra barra s-suq alimentari.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-pargrafu 4, meta l-garanzija tkun ġiet iddepożitata mill-kollettur, hi tiġi rilaxxata wara li l-materja prima inkwistjoni tkun ġiet ikkunsinjata lill-ewwel proċessur b’kundizzjoni li l-awtorità kompetenti li taħtha jaqa’ l-kollettur għandu l-prova li l-ewwel proċessur iddepożita garanzija mal-awtorità kompetenti tiegħu.

Artikolu 159

Rekwiżiti prinċipali u subordinati

1.   L-obbligi li ġejjin jikkostitwixxu r-rekwiżiti prinżipali għall-finijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 tal-Kummissjoni:

a)

l-obbligu tal-ipproċessar bħala skop prinċipali kwantitajiet ta’ materja prima f’prodotti lesti msemmija fil-kuntratt. L-ipproċessar għandu jkun sar qabel il-31 ta’ Lulju tat-tieni sena wara s-sena tal-ħsad tal-materja;

b)

l-obbligu tas-sejba, qabel id-data msemmija fil-punt a), ta’ żbokki oħra minbarra s-suq alimentari għall-kwantitajiet ta’ prodotti sekondarji li jaqbżu l-kwantità massima li tista’ tkun maħsuba għall-konsum min-nies jew mill-annimali meta l-proċedura prevista mill-Artikolu 149, paragrafu 2, it-tieni linja, ta’ dan ir-regolament tkun applikata;

c)

l-obbligu li l-prodott ikun akkumpanjat minn formola tal-kontroll T5 b’konformità mal-Artikoli 160 u 161 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-obbligi li ġejjin, li huma d-dmir tal-kollettur jew tal-ewwel proċessur, jikkostitwixxu rekwiżiti subordinati skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85:

a)

l-obbligu tar-riċeviment tal-materji primi kollha kkunsinjati mill-applikant b’konformità mal-Artikolu 145, paragrafu 3, ta’ dan ir-Regolament;

b)

l-obbligu li tiġi ddepożitata kopja tal-kuntratt b’konformità mal-Artikolu 157, paragrafu 1, ta’ dan ir-regolament;

c)

l-obbligu li jiġu effettwati l-komunikazzjonijiet b’konformità mal-Artikolu 157, paragrafu 3, l-ewwel linja, ta’ dan ir-Regolament;

d)

l-obbligu li tiġi ddepożitata l-garanzija b’konformità mal-Artikolu 158, paragrafu 1, ta’ dan ir-Regolament.

SEZZJONI 8

Dokumenti għall-bejgħ, il-waqfien jew il-kunsinna fi Stat Membru ieħor jew għall-esportazzjoni

Artikolu 160

Formola tal-kontroll T5

1.   F’każ li proċessur ibiegħ jew iċedi lil proċessur stabbilit fi Stat Membru ieħor prodotti intermedjarji li huma soġġetti għal kuntratt imsemmi fl-Artikolu 147, il-prodott għandu jkun akkumpanjat minn formola tal-kontroll T5 ikkunsinjata b’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

F’każ li proċessur ibiegħ jew iċedi lil proċessur stabbilit fi Stat Membru ieħor materji primi li huma soġġetti għal kuntratt, l-ewwel linja tapplika.

2.   Waħda mill-frażijiet li ġejjin għandha tinkiteb fil-kolonna “oħrajn” fil-kaxxa 104 tal-formola tal-kontroll T5:

Producto destinado a su transformación o entrega de acuerdo con lo establecido en el articulo 147 del Reglamento (CE) no 1973/2004 de la Comisión;

Použito pro zpracování nebo dodávku v souladu s článkem 147 nařízení Rady (ES) 1973/2004

Skal anvendes til forarbejdning eller levering i overensstemmelse med artikel 147 i Kommissionens forordning (EF) nr. 1973/2004

Zur Verarbeitung oder Lieferung gemäß Artikel 147 der Verordnung (EG) Nr. 1973/2004 der Kommission zu verwenden

Προς χρήση για μεταποίηση ή παράδοση σύμφωνα με το άρθρο 147 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1973/2004 της Επιτροπής

To be used for processing or delivery in accordance with Article 147 of Commission Regulation (EC) No 1973/2004

Kasutamiseks töötlemisel või tarnimisel vastavalt komisjoni määruse (EÜ) nr 1973/2004 artiklile 147

À utiliser pour transformation ou livraison conformément aux dispositions de l'article 147 du règlement (CE) no 1973/2004 de la Commission

Da consegnare o trasformare conformemente all'articolo 147 del regolamento (CE) n. 1973/2004 della Commissione

Izmantot pārstrādei vai piegādei saskaņā ar Komisijas Regulas (EK) Nr. 1973/2004 147. panta nosacījumiem

Naudoti perdirbimui arba pristatymui pagal Komisijos reglamento (EB) Nr. 1973/2004 147 straipsnio nuostatas

A Bizottság 2004/1973/EK rendelete szerint feldolgozásra, vagy átadásra használandó

Te gebruiken voor verwerking of aflevering overeenkomstig artikel 147 van Verordening (EG) nr. 1973/2004 van de Commissie

Do wykorzystania w procesie przetwórstwa bądź do dostawy zgodnie z postanowieniami zawartymi w art. 147 rozporządzenia Komisji (WE) nr 1973/2004

A utilizar para transformação ou entrega em conformidade com o artigo 147 do Regulamento (CE) n.o 1973/2004 da Comissão

Na spracovanie alebo dodávku v súlade s článkom 147 nariadenia Komisie (ES) č. 1973/2004

Se uporablja za predelavo ali dostavo v skladu s členom 147 Uredbe Komisije (ES) št. 1973/2004

Käytetään jalostamiseen tai toimittamiseen komission asetuksen (EY) N:o 1973/2004 147 artiklan mukaisesti

Används till bearbetning eller leverans i enlighet med artikel 147 i kommissionens förordning (EG) nr 1973/2004.

Artikolu 161

Formola tal-kontroll T5 għall-esportazzjoni

F’każ li prodott wieħed jew bosta prodotti lesti, prodotti intermedjarji, koprodotti jew prodotti sekondarji li huma s-suġġett ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 147 ikunu maħsuba biex ikunu esportati lejn terzi pajjiżi, it-trasport tagħhom fuq it-territorju tal-Komunità għandha tkun koperta minn formola tal-kontroll T 5 stabbilita mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ġew akkwistati dawn il-prodotti.

Waħda mill-frażijiet li ġejjin għandha tinkiteb fil-kolonna “oħrajn” fil-kaxxa 104 tal-formola tal-kontroll T5:

Este producto no podrá acogerse a ninguna de las medidas previstas en el apartado 2 del artículo 1 del Reglamento (CE) no 1258/1999 del Consejo

Pro tento produkt nemůže být poskytnuto financování podle čl. 1 odst. 2 nařízení (ES) č. 1258/1999 Rady

De finansieringsforanstaltninger, der er omhandlet i artikel 1, stk. 2, i Rådets forordning (EF) nr. 1258/1999, kan ikke anvendes på dette produkt

Dieses Erzeugnis kommt für keine Finanzierungen gemäß Artikel 1 Absatz 2 der Verordnung (EG) Nr. 1258/1999 des Rates in Betracht

Το προϊόν αυτό δεν μπορεί να τύχει καμιάς από τις χρηματοδοτήσεις που προβλέπονται στο άρθρο 1 παράγραφος 2 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1258/1999 του Συμβουλίου

This product shall not qualify for any benefit pursuant to Article 1(2) of Council Regulation (EC) No 1258/1999

Kõnealuse toote puhul nõukogu määruse (EÜ) nr 1258/1999 artikli 1 lõikele 2 vastavaid soodustusi ei anta.

Ce produit ne peut pas bénéficier des financements prévus à l'article ler, paragraphe 2, du règlement (CE) no 1258/1999 du Conseil

Questo prodotto non può beneficiare delle misure di cui all'articolo 1, paragrafo 2 del regolamento (CE) n. 1258/1999 del Consiglio

Šis produkts nevar saņemt Padomes Regulas (EK) Nr. 1258/1999 1. panta 2. punktā noteikto finansējumu

Šiam produktui netaikoma jokia išmoka pagal Tarybos reglamento (EB) Nr. 1258/1999 1 straipsnio 2 punktą.

Ez a termék nem jogosult az 1258/1999/EK tanácsi rendelet 1. cikkének (2) bekezdése szerinti semmilyen ellátásra

Dit product komt niet in aanmerking voor financieringen zoals bedoeld in artikel 1, lid 2, van Verordening (EG) nr. 1258/1999 van de Raad

Ten produkt nie kwalifikuje się do finansowania przewidzianego w art. 1 ust. 2 rozporządzenia Rady (WE) nr 1258/1999

O presente produto não pode beneficiar de medidas ao abrigo do n.o 2 do artigo 1.o do Regulamento (CE) n.o 1258/1999 do Conselho

Tento produkt nie je oprávnený na financovanie uvedené v odseku 2 článku 1 nariadenia Rady (ES) č. 1258/1999

Ta proizvod ni upravičen do financiranja iz člena 1(2) Uredbe Sveta (ES) št. 1258/1999

Tähän tuotteeseen ei sovelleta neuvoston asetuksen (EY) N:o 1258/1999 1 artiklan 2 kohdan mukaisia toimenpiteitä

De åtgärder som avses i artikel 1.2 i rådets förordning (EG) nr 1258/1999 kan inte användas för denna produkt.

L-ewwel u t-tieni paragrafi japplikaw biss f’każ li l-prodott lest imsemmi fl-Anness XXIII, il-prodott intermedjarju, il-koprodott jew il-prodott sekondarju suġġett ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 14e ikun igawdi minn rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jekk ikun inkiseb minn materji primi kkoltivati barra minn din l-iskema.

Artikolu 162

Pr ovi alternattivi għall-formola tal-kontroll T5

Permezz ta’ deroga għall-Artikolu 159, paragrafu 1, punt b), meta l-formola tal-kontroll 5 ma tasalx lura għand l-uffiċċju tat-tluq tal-Awtorità nkarigata bil-kontroll tal-Istat Membru fejn il-kollettur jew l-ewwel proċessur ikun stabbilit xahrjen qabel l-iskadenza taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 159, paragrafu 1, punt a), kawża ta’ ċirkostanzi mhux imputabbli għall-ewwel proċessur, id-dokumenti li ġejjin jistgħu jiġu aċċettati bħala prova alternattiva għall-formola tal-kontroll T5:

a)

fatturi tax-xiri tal-prodotti intermedjarji;

b)

dikjarazzjonijiet tal-aħħar proċessur tal-ipproċessar finali fi prodotti mhux alimentari;

c)

fotokopji ċertifikati, mill-aħħar proċessur, tad-dokumenti tal-kontabilità li jippruvaw li sar l-ipproċessar.

SEZZJONI 9

Kontrolli

Artikolu 163

żamma tar-reġistri

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tippreċiża r-reġistri li l-kollettur jew il-proċessur għandu jżomm kif ukoll kull tant żmien reġistrazzjonijiet, li għandu jsir mill-anqas kull xahar.

Fejn għandu x’jaqsam il-kollettur, dawn ir-reġistri jinkludu kull xahar l-informazzjoni li ġejja:

a)

il-kwantitajiet tal-materji primi kollha mixtrija u mibjugħa biex jiġu pproċessati fil-kwadru ta’ din l-iskema;

b)

l-isem u l-indirizz tal-ewwel proċessur.

Fejn għandu x’jaqsam il-proċessur, dawn ir-reġistri għandhom jinkludu jew le l-informazzjoni li ġejja:

a)

il-kwantitajiet tad-diversi materji primi mixtrija biex jiġu pproċessati;

b)

il-kwantitajiet tal-materji primi pproċessati kif ukoll il-kwantitajiet u tipi ta’ prodotti lesti, koprodotti u prodotti sekondarji miksuba minnhom;

c)

it-telf kawża tal-ipproċessar;

d)

il-kwantitajiet meqruda kif ukoll il-ġustifikazzjoni għall-qerda tagħhom;

e)

il-kwantitajiet u tipi ta’ prodotti mibjugħa jew trasferiti mill-proċessur u l-prezzijiet miksuba;

f)

jekk ikun hemm bżonn l-isem u l-indirizz tal-proċessur sussegwenti.

2.   L-awtorità kompetenti li taħtha jaqa’ l-kollettur jew l-ewwel proċessur tivverifika li l-kuntratt ipprovdut jirrispetta l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 145, paragrafu 1. Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti, l-awtorità kompetenti li taħtha jaqa’ l-applikant tiġi infurmata b’dan.

3.   Biex jiġi kkalkolat il-valur ekonomiku tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 145, paragrafu 1, l-awtorità kompetenti kkonċernata tqabbel, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 157, paragrafu 2, is-somma tal-valur tal-prodotti kollha mhux alimentari mas-somma tal-valur tal-prodotti l-oħra kollha maħsuba għal użi oħra li jirriħultaw mill-istess ipproċessar. Kull valur hu r-riżultat tal-kwantità rispettiva multiplikata bil-medja tal-prezzijiet x’ħin jitilqu mill-impjant ivverifikati waqt il-kampanja preħedenti. F’każ li l-prezzijiet ma jkunux disponibbli, l-awtorità kompetenti tiffissa l-prezzijiet adattati, speċjalment fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 157, paragrafu 2.

Artikolu 164

Kontrolli fuq il-kolletturi u l-proċessuri

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom jinsabu l-kolletturi għandhom iwettqu kontrolli fuq mill-anqas 25 % tal-kolletturi installati fuq it-territorju tagħhom magħżula permezz ta’ analiżi tar-riskju. Dawn il-kontrolli jinkludu verifiki fiżiċi u l-eżami tad-dokumenti kummerċjali, biex tkun żgurata l-koerenza bejn ix-xiri ta’ materji primi u l-kunsinni rispettivi.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikun sar l-ipproċessar għandhom iwettqu kontrolli skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 146, paragrafu 1, fuq mill-anqas 25 % tal-proċessuri installati fuq it-territorju tagħhom magħżula permezz ta’ analiżi tar-riskju. Dawn il-kontrolli jikkonċernaw mill-anqas il-fatti li ġejjin:

a)

tqabbil tas-somma tal-valur tal-prodotti kollha mhux alimentari mas-somma tal-valur tal-prodotti l-oħra kollha maħsuba għal aktar użi li jirriżultaw mill-istess ipproċessar;

b)

analiżi tas-sistema tal-produzzjoni ta’ proċessur, li tinkludi verifiki fiżiċi u l-eżami tad-dokumenti kummerċjali, biex tiġi żgurata l-koerenza, fil-każ tal-proċessur, bejn il-kunsinni ta’ materji primi, il-prodotti lesti, il-koprodotti u l-prodotti sekondarji.

Għall-verifika msemmija fil-punt b), l-awtorità kompetenti għandha tibbaża ruħha l-aktar fuq il-koeffiċjenti tekniċi għall-ipproċessar tal-materji primi kkunsidrati. Jekk jeżistu tali koeffiċjenti relatati mal-esportazzjoni fil-leġislazzjoni komunitarja, għandhom jiħu applikati. Fl-assenza tagħhom, jekk jeżistu koeffiċjenti oħra fil-leġislazzjoni komunitarja, għandhom jiġu applikati. Fil-każi l-oħra kollha, il-verifika għandha toqgħod l-aktar fuq il-koeffiċjenti ġeneralment ammessi mill-industrija tal-ipproċessar ikkonċernata.

3.   Għall-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 146, il-kontrolli għandhom jiġu effettwati fuq 10 % tal-applikanti magħżula fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji li jikkunsidraw:

a)

l-ammont tal-għajnuna;

b)

in-numru ta’ ġonot agrikoli u l-erja li hi s-suġġett ta’ applikazzjoni għall-għajnuna;

c)

l-iżvilupp meta mqabbel mas-sena preċedenti;

d)

ir-riżultati tal-kontrolli effettwati waqt is-snin preċedenti;

e)

parametri oħra li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ element ta’ rappreżentattività tad-dikjarazzjonijiet sottomessi.

4.   F’każ li l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 3 jikxfu xi irregularitajiet f’mill-anqas 3 % tal-każi, l-awtorità kompetenti teffettwa l-kontrolli supplementari li jiġu imposti tul is-sena kurrenti u b’konsegwenza tkabbar il-persentaġġ ta’ operaturi li għandhom jiġu soġġetti għal kontroll fuq il-post is-sena ta’ wara.

5.   Jekk ikun previst li ċerti elementi tal-kontrolli msemmija fil-paragafi 1,2 u 3 jistgħu jitħaddmu fuq bażi ta’ kampjun, dan tal-aħħar għandu jiżgura livell tal-kontroll preċiż u rappreżentattiv.

6.   Kull kontroll għandu jkun soġġett għal rapport tal-kontroll iffirmat mill-kontrollur, li jagħti rendikont bi preċiżjoni tal-elementi differenti tal-kontroll. Dan il-kontroll jindika l-aktar:

a)

id-data tal-kontroll;

b)

il-persuni preżenti;

c)

il-perjodu kkontrollat;

d)

it-teknika tal-kontroll użata inkluż, jekk hemm bżonn, referenza għall-metodi tat-teħid ta’ kampjuni;

e)

ir-riżultati tal-kontroll.

Artikolu 165

Produzzjoni ta’ qanneb

Il-miżuri relatati mal-qanneb imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 u fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 japplikaw.

Artikolu 166

Miżuri supplementari u assistenza wieħed lil ieħor

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura supplementari meħtieġa għall-applikazzjoni tajba ta’ dan il-kapitolu u joffru assistenza wieħed lill-ieħor għall-esekuzzjoni tal-kontrolli previsti mill-kapitolu msemmi. Jekk it-tnaqqis jew l-esklużjonijiet adattati mhumiex previsti minn dan il-kapitolu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw sanzjonijiet nazzjonali adattati kontra l-operaturi tal-industrija kummerċjali, u jintervjenu fil-proċedura tal-għoti tal-għajnuna.

2.   Kemm bħala ħtieġa jew sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu jesiġu dan, l-Istati Membri għandhom joffru assistenza wieħed lill-ieħor biex jiżguraw l-effiċjenza tal-kontrolli u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti ppreċentati u l-eżatezza tad-dejta mparta.

SEZZJONI 10

Esklużjoni mill-iskema u komunikazzjonijiet

Artikolu 167

Esklużjoni ta’ materji primi mill-iskema

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-iskema stabbilita b’dan il-kapitolu kull materja prima agrikola f’każ li din tal-aħħar tqajjem diffikultajiet marbuta mal-kontroll, mas-saħħa pubblika, mal-ambjent, mal-liġi kriminali, jew ma’ rata mnaqqsa ta’ prodotti finali mhux alimentari.

Artikolu 168

Erja minima

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu erja kkoltivata minima għal kull materja prima prevista fl-Artikolu 145, paragrafu 1.

Artikolu 169

Komunikazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni qabel il-15 ta’ Ottubru wara tmiem is-sena inkwistjoni, l-informazzjoni kollha li ġejja:

a)

l-erjas, li jirriżultaw mill-kuntratti msemmija fl-Artikolu 147 u mid-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 146, paragrafu 2 u 148, għal kull materja prima;

b)

il-kwantitajiet ta’ kull tip ta’ materja prima, prodott lest, prodott sekondarju u koprodott miksub, b’indikazzjoni tat-tip ta’ materja prima użata;

c)

il-miżuri meħudin għall-applikazzjoni tal-Artikolu 146;

d)

il-materji primi esklużi mis-sistema b’konformità mal-Artikolu167;

e)

l-erjas minimi stabbiliti b’konformità mal-Artikolu 168.

KAPITOLU 17

GĦAJNUNA SKOND L-ERJA GĦALL-ĦOPS

Artikolu 170

Pagament addizzjonali għall-bdiewa li jkabbru l-ħops

1.   Lill-bdiewa li jipproduċu l-ħops għandu jingħatalhom il-ħlas addizzjonali msemmi fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 68a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fuq bażi ta’ kull ettaru għall-erjas li jkunu jirrispettaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 110o ta’ dak ir-Regolament, bil-kundizzjoni li:

a)

dan ikun inżera’ b’densità uniformi ta’ mill-inqas 1 500 xitla għal kull ettaru fil-każ ta’ rbit bi spag jew iwwajerjar doppju, jew 2 000 xitla għal kull ettaru fil-każ ta’ rbit bi spag jew iwwajerjar singlu;

b)

dan ikun għadda minn proċess normali ta’ kultivazzjoni.

2.   Erja “miżrugħa bil-ħops” imsemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 110o tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tfisser l-erja ġol-limiti tal-linja miġbuda bejn il-ventijiet ta’ barra ta’ l-arbli. Fejn fuq dik il-linja jkun hemm ix-xitel tal-ħops, strixxa addizzjonali ta’ wisa’ li tkun tikkorrispondi mal-wisa’ medja ta’ passaġġ f’dik l-għalqa għandha tiżdied fuq kull naħa ta’ dik l-erja. L-istrixxa addizzjonali ma tridx tkun tagħmel minn xi parti minn fejn il-pubbliku jkollu dritt jgħaddi. Iż-żewġ strixex mhux maħruta fit-trufijiet tar-ringieli tal-ħops meħtieġa għall-immanuvrar tal-makkinarju agrikolu jkunu inklużi fl-erja, bil-kundizzjoni li t-tul ta’ ebda waħda miż-żewġ strixex mhux maħruta ma jkun jaqbeż it-tmien metri u ma jkunux jagħmlu minn xi parti minn fejn il-pubbliku jkollu dritt jgħaddi.

3.   Erjas miżrugħa b’xitel żgħir tal-ħops li jkun qed jitkabbar fil-biċċa l-kbira tiegħu bħala prodott tal-mixtla ma jkunx eliġibbli għall-ħlas addizzjonali.

4.   Is-somma totali li tkun disponibbli għall-pagamenti addizzjonali għandha titqassam b’mod ibbilinċjat fuq l-erjas eliġibbli miżrugħa bil-ħops fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 171

Pagamenti lil gruppi ta’ produtturi tal-ħops rikonoxxuti

1.   Gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti għandhom japplikaw għall-pagament imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 68a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru tas-sena tal-ġbir.

2.   Is-somma li titħallas lil grupp ta’ produtturi rikonoxxuti għandha tintrabat bil-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 7(1) (a) sa (d) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 għal 3 snin mid-data tal-pagament. Kull ammont mingħajr l-obbligu li jitħallas f’dan il-perjodu għandu jintradd lura lill-aġenzija tal-pagamenti u għandu jitnaqqas mill-ispejjeż iffinanzjati mill-FAEGG, it-Taqsima tal-Garanzija.

3.   L-għajnuna miżmuma b’referenza għal ġbir li jkun sar qabel il-ġbir ta’ l-2005 b’konformità ma’ l-Artikolu 12(5) punt c) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 għandha tintefaq qabel il-31 ta’ Diċembru 2008.

4.   L-Istat Membru li jkun qed jagħmel pagamenti lil gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti għandu jibgħat fuq bażi annwali rapport lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-pagament mill-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti minnu, inkluża deskrizzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 7(1) (a) sa (d) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 iffinanzjati permezz tal-pagament. Ir-rapport għandu jintbagħat mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena.

5.   Is-somma totali disponibbli fi Stat Membru partikolari f’pagamenti lil gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 68a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha titqassam lil dawk il-gruppi skond il-proporzjon ta’ l-erjas li jkunu qed jirrispettaw il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 170 ta’ dan ir-regolament u li għaliha l-membri tagħhom ikunu ssottomettew applikazzjoni konformi mat-Titolu II tal-parti II tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

KAPITOLU 18

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 172

Revoki

1.   Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1686/72, (KEE) Nru 1445/76, (KE) Nru 1644/1996, (KE) Nru 2316/1999, (KE) Nru 2461/1999, (KE) Nru 2550/2001, (KE) Nru 2199/2003 u (KE) Nru 2237/2003 qed jiġu rrevokati b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2005.

Madankollu dawn għandhom jibqgħu japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatata mas-sena kummerċjali jew il-perjodu ta’ primjums 2004/2005 u s-snin kummerċjali jew il-perjodi ta’ primjums preċedenti. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 66 jew l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Artikoli 20(2) sa (5) tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999 għandhom jibqgħu jkunu applikabbli sax-xoljiment ta’ l-impriżi tal-bdiewa.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 2342/1999 qed jiġi rrevokat b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2005. Dan għandu jibqa’ applikabbli għall-applikazzjonijiet sottomessi b’referenza għas-sena 2004.

3.   Ir-Regolament (KE) Nru 609/1999 qed jiġi rrevokat b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2005. Madankollu, dan għandu jibqa’ japplika għall-applikazzjonijiet għall-pagamenti diretti b’referenza għall-ġbir ta’ l-2004 u għall-ġbir ta’ l-2005 fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

4.   Referenzi għall-atti rrevokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 173

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatata mas-snin kummerċjali jew il-perjodu ta’ primjums li jibda mill-1 ta’ Jannar 2005, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 10 li għandu jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 864/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48).

(2)  ĠU L 177, 4.8.1972, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 323/2004 (ĠU L 58, 26.2.2004, p. 14).

(3)  ĠU L 161, 23.6.1976, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1252/2001 (ĠU L 173, 27.6.2001, p. 27).

(4)  ĠU L 207, 17.8.1996, p. 1.

(5)  ĠU L 75, 20.3.1999, p. 20.

(6)  ĠU L 280, 30.10.1999, p. 43. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 206/2004 (ĠU L 34, 6.2.2004, p. 33).

(7)  ĠU L 281, 4.11.1999, p. 30. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1777/2004 (ĠU L 316, 15.10.2004, p. 66).

(8)  ĠU L 299, 20.11.1999, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 345/2002 (ĠU L 55, 26.2.2002, p. 10).

(9)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 105. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 920/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 92).

(10)  ĠU L 328, 17.12.2003, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1766/2004 (ĠU L 315, 14.10.2004, p. 27).

(11)  ĠU L 339, 24.12.2003, p. 52.

(12)  ĠU L 197, 30.7.1994, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(13)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123.

(14)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).

(15)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/55/KE (ĠU L 114, 21.4.2004, p. 18).

(16)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 23).

(17)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/61/KE.

(18)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

(19)  ĠU L 193, 29.7.2000, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 393/2004 (ĠU L 65, 3.3.2004, p. 4).

(20)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.

(21)  ĠU L 147, 18.6.1993, p. 25.

(22)  ĠU L 175, 4.8.1971, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2320/2003 (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 18).

(23)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(24)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

(25)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 31.

(26)  ĠU L 125, 11.7.1966, p. 2309.

(27)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.

(28)  ĠU L 339, 24.12.2003, p. 45.

(29)  ĠU L 339, 24.12.2003, p. 36.

(30)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 96.

(31)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1.

(32)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(33)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 114.

(34)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85

(35)  ĠU L 123, 7.5.1981, p. 3.

(36)  ĠU L 67, 11.3.1982, p. 23.

(37)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85.

(38)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

(39)  ĠU L 355, 5.12.1992, p. 32.

(40)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(41)  ĠU L 50, 21.2.2002, p. 40.


ANNESS I

TEST GĦAL-LUPINA MORRA MSEMMI FL-ARTIKOLU 2(4)

Irid jiġi esegwit fuq kampjun ta’ 200 granell meħud minn lott ta’ 1 kg minn kull wieħed mil-lottijiet ta’ massimu ta’ 20 t.

It-test huwa intenzjonat li jipprovdi biss evidenza kwalitattiva tal-preżenza ta’ granelli morri fil-kampjun. It-tolleranza ta’ l-omoġenità hija ta’ granell 1 għal kull 100. Uża l-metodu tal-Qatgħa tal-Granelli (“Grain-Cut”) b’konformità ma’ Von Sengbusch (1942), Ivanov u Smirnova (1932) u Eggebrecht (1949). Aqta’ f’forma ta’ salib il-granelli nixfin jew minfuħin. Qiegħed in-nofsijiet tal-granelli f’passatur u għaddashom f’soluzzjoni tal-jodju għal għaxar sekondi, imbagħad laħlaħhom taħt l-ilma għal ħames sekondi. L-uċuħ maqtugħin tal-granelli l-morri jsiru kannella filwaqt dawk b’livell baxx ta’ alkalojdi jibqgħu sofor.

Biex tħejji s-soluzzjoni tal-jodju, ħoll 14-il g ta’ jodat tal-potassju f’ilma kemm jista’ jkun ftit, żid 10 g ta’ jodju u iddilwahom f’1 000 cm3. Ħalli s-soluzzjoni toqgħod għal ġimgħa sħiħa qabel tużaha. Erfagħha fi fliexken kannella. Qabel tuża s-soluzzjoni ta’ l-istokk iddilwaha fi tliet sa ħames darbiet il-volum inizjali tagħha.


ANNESS II

PAGAMENT SPEĊIFIKU GĦAL UĊUĦ TAR-ROSS

Kalkolu tal-koeffiċjent tat-tnaqqis msemmija fl-Artikolu 13

1.

Għall-osservazzjoni ta’ xi eċċess possibbli ta’ l-erja bażi msemmija fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tikkunsidra, minn banda, l-erjas bażi jew suberjas bażi, iffissati fl-Artikolu 81 ta’ dak ir-Regolament, u mill-banda l-oħra, it-total ta’ l-erjas ta’ dawn l-erjas bażi u s-suberjas bażi li għalihom ikunu ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-għajnuna.

2.

Biex tiġi stabbilita l-erja totali li għaliha jkunu ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, m’għandhomx jitqiesu l-applikazzjonijiet jew partijiet ta’ l-applikazzjonijiet li verifika tkun uriet biċ-ċar li ma jkunux iġġustifikati.

3.

Jekk tkun osservata qabża għal ċerti erjas bażi jew suberjas bażi, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi għal dawn, il-persentaġġ tal-qabża, ikkalkulat sa żewġ pożizzjonijiet deċimali b’konformità ma’ l-iskadenza ffissata fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament. Meta l-qabża tkun waħda prevista, l-Istat Membru għandu jinforma lill-produtturi minnufih.

4.

Il-koeffiċjent tat-tnaqqis tal-pagament speċifiku għal uċuħ tar-ross għandu jiġi kkalkulat, skond l-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, b’konformità mal-formula li ġejja:

Koeffiċjent tat-tnaqqis = erja ta’ referenza tas-suberja bażi diviża bl-erja totali ta’ din is-suberja bażi li għaliha jkunu ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-għajnuna.

Il-pagament speċifiku mnaqqas għal uċuħ tar-ross għandu jiġi kkalkulat b’konformità mal-formula li ġejja:

Għajnuna speċifika mnaqqsa għar-ross = għajnuna speċifika għar-ross immultiplikata bil-koeffiċjent tat-tnaqqis.

Dan il-koeffiċjent tat-tnaqqis u dan il-pagament speċifiku mnaqqas għal uċuħ tar-ross għandhom jiġu kkalkulati għal kull waħda mis-suberjas bażi, wara l-applikazzjoni tat-tqassim mill-ġdid li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 82(2) tar-Regolament.(KE) Nru 1782/2003. It-tqassim mill-ġdid għandu jsir għall-gwadann tas-suberjas bażi li għalihom il-limiti jkunu ġew maqbuża. Dan għandu jsir proporzjonalment għall-qabżiet nnotati fis-suberjas bażi li għalihom il-limiti jkunu ġew maqbuża.


ANNESS III

PAGAMENT SPEĊIFIKU GĦAL UĊUĦ TAR-ROSS

A.   Erja miżrugħa li għaliha tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna (tagħrif proviżorju).

Sena kummerċjali: 2…/2… Stat Membru: …

(għal Franza biss) erja bażi: …

suberja

erja ta’ referenza (f’ettari) (*)

varjetà

erja miżrugħa li għaliha tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna (f’ettari) (**)

qabża perċentwali

Isem is-suberja 1

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

Isem is-suberja 2

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

Isem is-suberja 3

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

…..

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

TOTAL

 

 

 

 

B.   Erja miżrugħa li għaliha tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna (tagħrif definittiv).

Sena kummerċjali: 2…/2… Stat Membru: …

(għal Franza biss) erja bażi: …

suberja

erja ta’ referenza (f’ettari) (***)

varjetà

erja miżrugħa li għaliha tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna (f’ettari) (****)

qabża perċentwali

Isem is-suberja 1

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

Isem is-suberja 2

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

Isem is-suberja 3

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

…..

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

TOTAL

 

 

 

 

C.   Erja miżrugħa li għaliha tkun tħallset l-għajnuna.

Sena kummerċjali: 2…/2… Stat Membru: …

(għal Franza biss) erja bażi: …

suberja

erja ta’ referenza (f’ettari) (*****)

varjetà

erja miżrugħa li għaliha tkun tħallset l-għajnuna (f’ettari)

għajnuna speċifika mħallsa (€ kull ettaru) (******)

Isem is-suberja 1

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

Isem is-suberja 2

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

Isem is-suberja 3

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

…..

 

Varjetà 1

 

 

Varjetà 2

 

Varjetà 3

 

Varjetà 4

 

Varjetà 5

 

…..

 

TOTAL

 

TOTAL

 

 

 

 


(*)  L-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(**)  L-Artikolu 80(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(***)  L-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(****)  L-Artikolu 80(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(*****)  L-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(******)  L-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Anness II għal dan ir-Regolament.


ANNESS IV

msemmi fl-Artikoli 54(3) u 59(1)

ERJAS BAŻI

(1000 ettaru)

Reġjun

L-uċuħ tar-raba’ kollha

qamħirrum fihom

ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin fihom

IL-BELĠJU

Total

489,5

96,4

 

Fjandra-Brussell fih

 

 

 

ID-DANIMARKA

2 018,6

 

 

IL-ĠERMANJA

10 159,4  (1)

540,3  (3)

 

Schleswig-Holstein

506,2

 

 

Hamburg

5,1

 

 

Niedersachsen

1 424,7

 

 

Bremen

1,8

 

 

Nordrhein-Westfalen

948,5

 

 

Rheinland-Pfalz

368,6

 

 

Hessen

461,4

 

 

Baden-Württemberg

735,5

122,1

 

Bayern

1 776,0

418,2

 

Saarland

36,6

 

 

Berlin

2,9

 

 

Brandenburg

889,6

 

 

Mecklenburg-Vorpommern

968,2

 

 

Sachsen

599,0

 

 

Sachsen-Anhalt

880,9

 

 

Thüringen

554,4

 

 

IL-GREĊJA

1 491,7

222,1

 

SPANJA

Regadío

1 371,1

403,4

 

Secano

7 849,0

 

 

FRANZA

Total

13 582,1

 

 

Erja bażi għall-qamħirrum

 

613,8  (2)

 

Erja bażi irrigata

1 209,7  (2)

 

 

L-IRLANDA

345,6

0,2

 

L-ITALJA

5 801,2

400,8

 

IL-LUSSEMBURGU

42,8

 

 

L-OLANDA

441,7

208,3

 

L-AWSTRIJA

1 203,5

 

 

IL-PORTUGALL

Açores

9,7

 

 

Madejra

 

 

 

— Regadío

0,31

0,29

 

— Oħrajn

0,30

 

 

Kontinentali

 

 

 

— Regadío

293,4

221,4

 

— Oħrajn

622,7

 

 

IL-FINLANDJA

1 591,5

 

200,0

L-IŻVEZJA

1 737,1

 

130,0

IR-RENJU UNIT

L-Ingilterra

3 794,6

33,2  (3)

 

L-Iskozja

551,6

 

 

L-Irlanda ta’ Fuq

52,9

 

 

Wales

61,4

1,2  (1)

 


(1)  Fejn l-Artikolu 102(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jkun qed jiġi applikat.

(2)  Inklużi 284 000 ettaru ta’ qamħirrum irrigat.

(3)  Bl-eċċezzjoni tal-qamħ ħelu.


ANNESS V

msemmi fl-Artikolu 56(1)(b)

Varjetajiet ta’ kittien imkabbra għall-fibra eliġibbli għall-pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli

Adélie

Agatha

Alba

Alizée

Angelin

Argos

Ariane

Artemida

Aurore

Belinka

Bonet

Caesar Augustus

Diane

Diva

Drakkar

Electra

Elise

Escalina

Evelin

Exel

Hermes

Ilona

Jitka

Jordan

Kastyciai

Laura

Liflax

Liviola

Loréa

Luna

Marina

Marylin

Melina

Merkur

Modran

Nike

Opaline

Rosalin

Selena

Super

Tabor

Texa

Venica

Venus

Veralin

Viking

Viola


ANNESS VI

msemmi fl-Artikoli 59(4) u 69(2)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VII

Legumi tal-magħlef imsemmija fl-Artikolu 67

Kodiċi NM

 

0713 90

Vicia spp. Esklużi l-Vicia faba u Vicia sativa, miġbura meta jkunu mmaturaw kompletament

Vicia sativa għajr dik miġbura meta tkun immaturat kompletament

ex 1209 29 50

Lupinus spp. għajr iż-żrieragħ tal-lupina ħelwa

ex 1214 90 99

Medicago spp.

Trifolium spp.

Lathyrus spp.

Melilotus spp.

Onobrychis spp.

Ornithopus sativus

Hedysarum coronarium

Lotus corniculatus

Galega orientalis

Trigonella foenum-graecum

Vigna sinensis


ANNESS VIII

PRODOTTI TAR-RABA’ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 57

Prodott tar-raba’

Stat Membru

Reġjun

Il-prodotti tar-raba’ kollha eliġibbli

L-Estonja

Il-Finlandja

It-territorju sħiħ

It-territorju sħiħ

L-Iżvezja

It-territorju sħiħ

Qamħ ħelu

Qanneb imkabbar għall-fibra

L-Istati Membri kollha

It-territorju sħiħ


ANNESS IX

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI KKOMUNIKATA LILL-KUMMISSJONI

imsemmija fl-Artikolu 69(1)

L-informazzjoni trid tiġi ppreżentata f’forma ta’ sensiela ta’ tabelli mħejjija skond il-mudell deskritt hawn taħt:

l-ewwel sett ta’ tabelli li jkun jagħti informazzjoni mil-lat ta’ reġjun tal-produzzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003,

it-tieni sett ta’ tabelli li jkun jagħti informazzjoni b’referenza għal kull wieħed mir-reġjuni ta’ erja bażi skond it-tifsira ta’ l-Anness IV għal dan ir-Regolament,

tabella waħda li tkun tiġbor fiha fil-qosor l-informazzjoni għal kull wieħed mill-Istati Membri.

It-tabelli għandhom jintbagħtu f’forma pprintjata kif ukoll elettronika.

Formuli ta’ l-erjas

:

5 = 1 + 2 + 3 + 4

10 = 7 + 8 + 9

16 = 17 + 18

21 = 5 + 10 + 11 + 12 + 13 + 14 + 15 + 16 + 20

Noti:

Kull waħda mit-tabelli għandha tikkwota r-reġjun ikkonċernat.

Il-produzzjoni hija dik użata biex jiġu kkalkulati l-pagamenti skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli skond il-Kapitolu 10 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Id-distinzjoni bejn raba’ “saqwi” u dak “mhux saqwi” għandha ssir biss fil-każ ta’ reġjuni li jkun fihom mit-tnejn. F’dak il-każ:

 

(d) = (e) + (f)

 

(j) = (k) + (l)

Il-linja 1 hija relatata biss mal-qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għas-suppliment tal-pagament skond l-erja li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-linja 2 hija relatata biss mal-qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għall-għajnuna speċjali li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-linja 19 hija relatata biss ma’ l-erjas imwarrba jew imsaġġra skond l-Artikoli 22, 23, 24 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u li jingħaddu bħala art kultivabbli mwarrba skond l-Artikolu 107(8) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-linja 20 tikkorrispondi ma’ l-erjas imsemmija fl-Artikolu 102(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

L-informazzjoni għandha tintbagħat ukoll b’referenza għal produtturi li ma jkunux qed japplikaw għall-għajnuna għal kull ettaru taħt il-pagament skond l-erja għall-uċuħ kultivabbli (il-Kapitolu 10 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003). Din l-informazzjoni, li trid tingħata taħt “Oħrajn” fil-kolonni “m” u “n”, b’mod ewlieni hija relatata ma’ l-uċuħ kultivabbli ddikjarati bħala erjas għall-mergħa għall-iskopijiet li jinkisbu l-primjums għall-produzzjoni taċ-ċanga/vitella u l-laħam tan-nagħaġ.

Il-linja 23 hija relatata ma’ l-art imwarrba għall-produzzjoni ta’ prodotti tar-raba’ mhux għall-ikel u li għalihom ebda pagament ma jsir skond ir-regoli implimentati bl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (eż. pitravi, artiċokks u ċikwejra).

Il-linja 24 hija relatata ma’ l-art imwarrba u użata għat-tkabbir ta’ legumi tal-magħlef bi qbil mat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

TAGĦRIF

Isem ir-reġjun: …

Data: …

PRODOTT TAR-RABA’

nru

Applikazzjoni > 92 tunnellata

Applikazzjoni < 92 tunnellata

Oħrajn

Total ta’ l-għadd ta’ applikazzjonijiet =

Total ta’ l-għadd ta’ applikazzjonijiet =

Total ta’ l-għadd ta’ applikazzjonijiet =

Produzzjoni (tunnellati/ettaru)

Erja (ettari)

Produzzjoni (tunnellati/ettaru)

Erja (ettari)

Produzzjoni (tunnellati/ettaru)

Erja (ettari)

Total

mhux saqwi

Saqwi

Total

mhux saqwi

Saqwi

Total

mhux saqwi

Saqwi

Total

mhux saqwi

Saqwi

 

 

 

 

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

(g)

(h)

(i)

(j)

(k)

(l)

(m)

(n)

Qamħ ta’ l-Awstralja, l-Artikolu 105(1)

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qamħ ta’ l-Awstralja, l-Artikolu 105(3)

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qamħirrum (erja bażi separata)

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ċereali oħrajn

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ ċereali

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

— ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin fihom

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fażola tas-sojja

7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lift

8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġirasoli

9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ żrieragħ taż-żejt

10

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ pjanti ta’ proteina

11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ żerriegħa tal-kittien

12

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ kittien imkabbar għall-fibra

13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ qanneb imkabbar għall-fibra

14

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħaxix ta’ l-għalf għall-ħżin

15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ twarrib (l-Artikolu 107)

16

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

— twarrib obbligatorju fih

17

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

— twarrib volontarju fih, l-Artikolu 107(6)

18

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

— twarrib fih li ma tħallasx, l-Artikolu 107(8)

19

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Uċuħ kultivabbli ddikjarati bħala erjas għall-magħlef għal primjums għall-bhejjem ta’ l-ifrat u n-nagħaġ

20

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

21

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Twarrib mhux għall-ikel

22

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

— fih li ma tħallasx

23

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Twarrib għal legumi tal-magħlef

24

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS X

ERJAS ELIĠIBBLI LI JIRĊIEVU L-PRIMJUM TAL-MOGĦOŻ

1.

Il-Ġermanja: iż-żoni kollha fil-muntanji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/99.

2.

Il-Greċja: il-pajjiż kollu (*).

3.

Spanja: ir-reġjuni awtonomi ta’ Andalusia, Aragon, il-Gżejjer Baleariċi, Castile-La Mancha, Castile-Leon, il-Katalunja, Extremadura, Galizja (bl-eċċezzjoni tal-provinċji ta’ Coruña u Lugo), Madrid, Murcia, La Rioja u l-Komunità Valenzjana u l-Gżejjer Kanari (*) u ż-żoni kollha fil-muntanji li jkunu jinsabu barra dawn ir-reġjuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/99.

4.

Franza: Korsika, id-dipartimenti barranin (*) u ż-żoni kollha fil-muntanji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/99 li jkunu jinsabu barra dawn ir-reġjuni.

5.

L-Italja: Lazio, Abruzzo, Molise, Campania, Apulia, Basilicata, Calabria, Sqallija u Sardinja u ż-żoni kollha fil-muntanji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/99 li jkunu jinsabu barra dawn ir-reġjuni.

6.

Ċipru: il-pajjiż kollu.

7.

L-Awstrija: iż-żoni kollha fil-muntanji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/99.

8.

Il-Portugall: il-pajjiż kollu, bl-eċċezzjoni ta’ l-Ażori (*).

9.

Is-Slovenja: il-pajjiż kollu.

10.

Is-Slovakkja: iż-żoni kollha fil-muntanji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/99.


(*)  Id-dipartimenti barranin ta’ Franza, il-Madejra, il-Gżejjer Kanari u l-Gżejjer Eġej għandhom jitqiesu bħala esklużi minn dan l-anness f’każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-esklużjoni elettiva mill-Istat Membru interessat li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 70(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.


ANNESS XI

APPLIKAZZJONIJIET PRIMJUMS GĦAL NAGĦAĠ U MOGĦOŻ

STAT MEMBRU …

SENA …

DATA …

SKADENZA TAT-TRAŻMISSJONI: 31 TA’ LULJU TA’ KULL SENA

Tip ta’ mara

Nagħaġ mhux tal-ħalib

Nagħaġ tal-ħalib

Mogħoż

Total ta’ nisa

Għadd ta’ applikazzjonijiet  (1)

Total ta’ l-għadd ta’ nisa ddikjarat għal kull talba mingħand il-bdiewa  (2)

10/20 (3)

 

 

 

 

21/50

 

 

 

 

51/100

 

 

 

 

101/500

 

 

 

 

501/1000

 

 

 

 

+1 000

 

 

 

 

Għadd ta’ primjums mitluba

TOTAL

 

 

 

 

Bis-supplimenttal-primjum fih  (4)

 

 

 

 


(1)  Pereżempju, f’razzett imħallat bin-nagħaġ u l-mogħoż mhux tal-ħalib ikun hemm “1” fiċ-ċelluli ta’ din il-linja li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż mhux tal-ħalib — ukoll fil-kolonna “total ta’ nisa” — u “0” fiċ-ċellula għan-nagħaġ tal-ħalib. Dan jimplika li f’din ir-ringiela l-kolonna “total ta’ nisa” jista’ jkollha valur li jkun inqas mis-somma tat-tliet ċifri l-oħrajn fir-ringiela.

(2)  Ir-ringiela li trid tintuża (daqs tal-merħla) trid tkun ibbażata fuq it-total ta’ nisa. Għar-ringieli ta’ din l-intestatura l-kolonna “total ta’ nisa” għandha tkun daqs is-somma ta’ l-għadd ta’ “nagħaġ mhux tal-ħalib”, “nagħaġ tal-ħalib” u “mogħoż” tat-tliet kolonni preċedenti.

(3)  B’konformità mar-Regolament tal-Kunsill 1782/2003 m’huwiex possibbli li titressaq talba għal inqas minn 10 nagħġiet u/jew mogħżiet.

(4)  Skond l-artikolu 4 u 5 tar-Regolament kurrenti (Żoni Inqas Vantaġġati).


ANNESS XII

PAGAMENTI PRIMJUMS GĦAL NAGĦAĠ U MOGĦOŻ

STAT MEMBRU .…

SENA …

DATA …

SKADENZA TAT-TRAŻMISSJONI: 31 TA’ LULJU TA’ KULL SENA

Tip ta’ mara

Nagħaġ mhux tal-ħalib

Nagħaġ tal-ħalib

Mogħoż

Total ta’ nisa jew ammont

Għadd ta’ primjums imħallsa

(Irjus)

Għadd ta’ pagamenti addizzjonali għal kull ras  (*)

xxxxxxx

xxxxxxx

xxxxxxx

 

Għadd ta’ primjums supplimentari  (**)

 

 

 

 

Għadd ta’ primjums għal nagħaġ u mogħoż

 

 

 

 

AMMONTI MĦALLSA

(€)

Ammonti ta’ pagamenti addizzjonali oħrajn barra għal kull ras  (*)

xxxxxxx

xxxxxxx

xxxxxxx

 

Ammonti ta’ pagamenti addizzjonali għal kull ras  (*)

xxxxxxx

xxxxxxx

xxxxxxx

 

Ammonti ta’ primjums supplimentari  (**)

 

 

 

 

Ammonti ta’ primjums għal nagħaġ jew mogħoż

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 


(*)  Fejn l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jkun japplika (perjodu tranżizzjonali).

(**)  Skond l-Artikoli 72 u 73 ta’ dan ir-Regolament (Żoni Inqas Vantaġġati).


ANNESS XIII

OPERAT TAR-RIŻERVA NAZZJONALI

STAT MEMBRU …

SENA …

DATA …

SKADENZA TAT-TRAŻMISSJONI: 30 TA’ APRIL TA’ KULL SENA

Trasferimenti ta’ drittijiet matul is-sena indikata hawn fuq

Għadd ta’ drittijiet ta’ primjums

(a)

Bilanċ fir-riżerva nazzjonali fil-bidu tas-sena (= tmiem is-sena preċedenti)

 

LI JKUNU GĦADDEW LURA FIR-RIŻERVA NAZZJONALI MINGĦAJR PAGAMENT BIEX JIKKUMPENSA

(b)

Wara t-trasferiment ta’ drittijiet mingħajr trasferiment ta’ azjendi

 

(c)

Minn drittijiet ta’ primjums li ma ntużawx (użu insuffiċjenti)

 

(d)

TOTAL = (b) + (c)

 

(e)

Drittijiet allokati

 

(f)

Drittijiet mogħtija lil bdiewa f’żoni inqas vantaġġati

 

(g)

Bilanċ fir-riżerva nazzjonali fi tmiem is-sena = (a) + (d) – (e)

 


ANNESS XIV

PERJODI TA’ ŻMIEN U SKADENZI RELATATI MAT-TRASFERIMENT TA’ DRITTIJIET U L-APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-PRIMJUMS

STAT MEMBRU …

SENA …

DATA …

SKADENZA TAT-TRAŻMISSJONI: 30 TA’ APRIL TA’ KULL SENA

 

Data inizjali

Data finali

Skadenza għal trasferimenti permanenti ta’ drittijiet

xxxxx

 

Skadenza għal kiri temporanju ta’ drittijiet

xxxxx

 

Perjodu għall-applikazzjoni għal drittijiet mir-riżerva nazzjonali

 

 

Skadenza biex jiġu attribwiti drittijiet mir-riżerva nazzjonali

xxxxx

 

Perjodu għall-applikazzjoni għall-primjum

 

 

Perjodu taż-żamma

 

 


ANNESS XV

LISTA TA’ RAZEZ TA’ L-IFRAT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 99

Angler Rotvieh (Angeln) — Rød dansk mælkerace (RMD)

Ayrshire

Armoricaine

Bretonne Pie-noire

Fries-Hollands (FH), Française frisonne pie noire (FFPN), Friesian-Holstein, Holstein, Black and White Friesian, Red and White Friesian, Frisona española, Frisona Italiana, Zwartbonten van België/Pie noire de Belgique, Sortbroget dansk mælkerace (SDM), Deutsche Schwarzbunte, Schwarzbunte Milchrasse (SMR)

Groninger Blaarkop

Guernsey

Jersey

Malkeborthorn

Reggiana

Valdostana Nera

Itäsuomenkarja

Länsisuomenkarja

Pohjoissuomenkarja.


ANNESS XVI

PRODUZZJONI MEDJA TAL-ĦALIB IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 103

(kilogrammi)

Il-Belġju

5 450

Id-Danimarka

6 800

Il-Ġermanja

5 800

Il-Greċja

4 250

Spanja

4 650

Franza

5 550

L-Irlanda

4 100

L-Italja

5 150

Il-Lussemburgu

5 700

L-Olanda

6 800

L-Awstrija

4 650

Il-Portugall

5 100

Il-Finlandja

6 400

L-Iżvezja

7 150

Ir-Renju Unit

5 900


ANNESS XVII

LIMITI NAZZJONALI GĦALL-PRIMJUM TAL-QATLA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 124(1) APPLIKABBLI MILL-1 TA’ JANNAR 2005

 

Adulti ta’ l-ifrat

Għoġġiela

Il-Belġju

711 232

335 935

Id-Danimarka

711 589

54 700

Il-Ġermanja

4 357 713

652 132

Il-Greċja

235 060

80 324

Spanja (1)

1 982 216

25 629

Franza (2)

4 041 075

2 045 731

L-Irlanda

1 776 668

0

L-Italja

3 426 835

1 321 236

Il-Lussemburgu

21 867

3 432

L-Olanda

1 207 849

1 198 113

L-Awstrija

546 557

129 881

Il-Portugall (3)

325 093

70 911

Il-Finlandja

382 536

10 090

L-Iżvezja

502 063

29 933

Ir-Renju Unit

3 266 212

26 271


(1)  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001.

(2)  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001.

(3)  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001.


ANNESS XVIII

TABELLA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 106(3) U 131

1.   PRIMJUM SPEĊJALI

Għadd ta’ bhejjem

Ir-Regolament (KE) Nru …/2004

Skadenza għas-sottomissjoni

Ref.

Informazzjoni meħtieġa

Skema ġenerali u skema tal-qatla

Skema tal-qatla biss

Kategorija ta’ età waħda jew l-ewwel kategorija ta’ età

It-tieni kategorija ta’ età

Iż-żewġ kategoriji ta’ età flimkien

Barrin

Barrin imsewwija

Barrin imsewwija

Barrin imsewwija

L-Artikolu 131(4)(a)

15 ta’ Settembru

1.1

Għadd ta’ bhejjem li għalihom saret applikazzjoni (Jannar sa Ġunju)

 

 

 

 

1 ta’ Marzu

1.2

Għadd ta’ bhejjem li għalihom saret applikazzjoni (Lulju sa Diċembru)

 

 

 

 

L-Artikolu 131(4)(b)(i)

31 ta’ Lulju

1.3

Għadd ta’ bhejjem aċċettati (sena sħiħa)

 

 

 

 

L-Artikolu 131(4)(b)(ii)

31 ta’ Lulju

1.4

Għadd ta’ bhejjem li ma ġewx aċċettati minħabba l-applikazzjoni tal-limitu

 

 

 

 

Għadd ta’ produtturi

Ir-Regolament (KE) Nru …/2004

Skadenza għas-sottomissjoni

Ref.

Informazzjoni meħtieġa

Skema ġenerali u skema tal-qatla

Skema tal-qatla biss

Kategorija ta’ età waħda jew l-ewwel kategorija biss

It-tieni kategorija ta’ età biss

Iż-żewġ kategoriji ta’ età flimkien

Iż-żewġ kategoriji ta’ età flimkien biss

L-Artikolu 131(4)(b)(i)

31 ta’ Lulju

1.5

Għadd ta’ produtturi mogħtija l-primjum

 

 

 

 

2.   PRIMJUM GĦAD-DESTAĠONALIZZAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru …/2004

Skadenza għas-sottomissjoni

Ref.

Informazzjoni meħtieġa

Kategorija ta’ età waħda jew l-ewwel kategorija ta’ età

It-tieni kategorija ta’ età

Iż-żewġ kategoriji ta’ età flimkien

L-Artikolu 131(6)(a)

15 ta’ Settembru

2.1

Għadd ta’ bhejjem li għalihom saret applikazzjoni

 

 

 

2.2

Għadd ta’ produtturi

 

 

 

1 ta’ Marzu

2.3

Għadd ta’ bhejjem aċċettati

 

 

 

2.4

Għadd ta’ produtturi

 

 

 

3.   PRIMJUM GĦAL BAQAR LI JREDDGĦU

Ir-Regolament (KE) Nru …/2004

Skadenza għas-sottomissjoni

Ref.

Informazzjoni meħtieġa

Merħliet purament ta’ baqar li jreddgħu

Merħliet imħallta

L-Artikolu 131(2)(a)(i)

15 ta’ Settembru

3.1

Għadd ta’ bhejjem li għalihom saret applikazzjoni (Jannar sa Ġunju)

 

 

1 ta’ Marzu

3.2

Għadd ta’ bhejjem li għalihom saret applikazzjoni (Lulju sa Diċembru)

 

 

L-Artikolu 131(2)(b)(i); 131(6)(b)(ii)

31 ta’ Lulju

3.3

Għadd ta’ baqar aċċettati (sena sħiħa)

 

 

3.4

Għadd ta’ baqar żgħar aċċettati (sena sħiħa)

 

 

3.5

Għadd ta’ produtturi mogħtija l-primjum (sena sħiħa)

 

 

 

 

 

 

Ammont għal kull ras

 

L-Artikolu 131(2)(b)(iii)

31 ta’ Lulju

3.6

Primjum nazzjonali

 

 

L-Artikolu 131(2)(b)(ii)

31 ta’ Lulju

3.7

Għadd ta’ bhejjem li ma ġewx aċċettati minħabba l-applikazzjoni tal-limitu nazzjonali għal baqar żgħar

 

 

4.   PAGAMENT GĦALL-ESTENSIFIKAZZJONI

4.1.   Applikazzjoni ta’ densità ta’ stokkjar waħda (l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 132(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Ir-Regolament (KE) Nru …/2004

Skadenza għas-sottomissjoni

Ref.

Informazzjoni meħtieġa

Primjum speċjali

Primjum għal baqar li jreddgħu

Baqar tal-ħalib

TOTAL

L-Artikolu 131(6)(b)(i); 131(6)(b)(ii); 131(6)(b)(iii)

31 ta’ Lulju

4.1.1

Għadd ta’ bhejjem aċċettati

 

 

 

 

4.1.2

Għadd ta’ produtturi mogħtija l-pagamenti

 

 

 

 

4.2.   Applikazzjoni taż-żewġ densitajiet ta’ stokkjar (it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 132(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Ir-Regolament (KE) Nru …/2004

Skadenza għas-sottomissjoni

Ref.

Informazzjoni meħtieġa

Primjum speċjali

Primjum għal baqar li jreddgħu

Baqar tal-ħalib

TOTAL

1,4-1,8

< 1,4

1,4-1,8

< 1,4

1,4-1,8

< 1,4

1,4-1,8

< 1,4

L-Artikolu 131(6)(b)(i); 131(6)(b)(ii); 131(6)(b)(iii)

31 ta’ Lulju

4.2.1

Għadd ta’ bhejjem aċċettati

 

 

 

 

 

 

 

 

4.2.2

Għadd ta’ produtturi mogħtija l-pagament

 

 

 

 

 

 

 

 

5.   PRIMJUM EŻENTI MILL-FATTUR TAD-DENSITÀ

Ir-Regolament (KE) Nru …/2004

Skadenza għas-sottomissjoni

Ref.

Informazzjoni meħtieġa

Bhejjem

Produtturi

L-Artikolu 131(6)(b)(iv)

31 ta’ Lulju

5

Għadd ta’ bhejjem u produtturi mogħtija l-primjum eżenti mill-applikazzjoni tal-fattur tad-densità

 

 

6.   PRIMJUM TAL-QATLA

Għadd ta’ bhejjem

Ir-Regolament (KE) Nru …/2004

Skadenza għas-sottomissjoni

Ref.

Informazzjoni meħtieġa

Qatla

Esportazzjoni

Adulti

Għoġġiela

Adulti

Għoġġiela

L-Artikolu 131(1)(a); 131(2)(a)(ii); 131(3)(a)

15 ta’ Settembru

6.1

Għadd ta’ bhejjem li għalihom saret applikazzjoni (Jannar sa Ġunju)

 

 

 

 

1 ta’ Marzu

6.2

Għadd ta’ bhejjem li għalihom saret applikazzjoni (Lulju sa Diċembru)

 

 

 

 

L-Artikolu 131(1)(b)(i); 132(2)(b)(iv); 132(3)(b)(i)

31 ta’ Lulju

6.3

Għadd ta’ bhejjem aċċettati (sena sħiħa)

 

 

 

 

L-Artikolu 131(1)(b)(ii); 131(2)(b)(v); 131(3)(b)(ii)

31 ta’ Lulju

6.4

Għadd ta’ bhejjem li ma ġewx aċċettati minħabba l-applikazzjoni tal-limitu

 

 

 

 

Għadd ta’ produtturi

Ir-Regolament (KE) Nru …/2004

Skadenza għas-sottomissjoni

Ref.

Informazzjoni meħtieġa

Qatla

Esportazzjoni

Adulti

Għoġġiela

Adulti

Għoġġiela

L-Artikolu 131(1)(b)(i); 131(2)(b)(iv); 131(3)(b)(i)

31 ta’ Lulju

6.5

Għadd ta’ produtturi mogħtija l-primjum

 

 

 

 

7.   KWOTA TA’ BAQAR LI JREDDGĦU

Ir-Regolament (KE) Nru …/2004

Skadenza għas-sottomissjoni

Ref.

Bilanċ tad-drittijiet fil-bidu tas-sena

Drittijiet li jkunu għaddew għal ġor-riżerva nazzjonali minħabba

Drittijiet miksuba mir-riżerva nazzjonali

Bilanċ tad-drittijiet fi tmiem is-sena

L-Artikolu 106(3)

1 ta’ Marzu (Informazzjoni proviżorja)

7.1

 

(a)

Trasferimenti mingħajr dawk ta’ l-azjenda

(b)

Użu insuffiċjenti

 

 

L-Artikolu 106(3)

31 ta’ Lulju (Informazzjoni definittiva)

7.2

 

 

 

 

 


ANNESS XIX

TABELLA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 131, GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 5 TIEGĦU

 

Sa 100 % Primjum tal-qatla (għoġġiela)

Sa 100 % Primjum għal baqar li jreddgħu

Sa 40 % Primjum tal-qatla (bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela)

Sa 100 % Primjum tal-qatla (bhejjem ta’ l-ifrat oħrajn barra għoġġiela)

Sa 75 % Primjum speċjali

Referenza fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003

L-Artikolu 68(1)

L-Artikolu 68(2) (a)(i)

L-Artikolu 68(2)(a) (ii)

L-Artikolu 68(2)(b) (i)

L-Artikolu 68(2)(b) (ii)

Ammont attwalment imħallas f’€ (wara t-tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 139)

 

 

 

 

 


ANNESS XX

DAQS MINIMU TA’ L-ERJA ELIĠIBBLI GĦAL KULL AZJENDA TAĦT L-ISKEMA TA’ PAGAMENT WIEĦED SKOND L-ERJA

Stati Membri Ġodda

daqs minimu ta’ l-erja eliġibbli għal kull azjenda

(ettari)

Ċipru

0,3

Ir-Repubblika Ċeka

1

L-Estonja

1

L-Ungerija

1

Madankollu, azjendi b’ortijiet jew vinji ta’ aktar minn 0,3 ettaru jistgħu jagħmlu talba għall-pagamenti

Il-Latvja

1

Il-Litwanja

1

Il-Polonja

1

Is-Slovakkja

1


ANNESS XXI

ŻONA AGRIKOLA TAĦT L-ISKEMA TA’ PAGAMENT WIEĦED SKOND L-ERJA

Stati Membri Ġodda

Żona agrikola taħt l-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja msemmija fl-Artikolu 143b (4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

(eluf ta’ ettari)

Ċipru

140

Ir-Repubblika Ċeka

3 469

L-Estonja

800

L-Ungerija

4 355

Il-Latvja

1 475

Il-Litwanja

2 289

Il-Polonja

14 843

Is-Slovakkja

1 976


ANNESS XXII

MATERJA PRIMA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 148

Kodiċi NM

Deskrizzjoni qasira tal-prodotti

ex 0602 90 41

Siġar tal-foresta ta’ rotazzjoni qasira b’ċiklu ta’ ħsad ta’ 20 sena jew inqas

ex 0602 90 49

Siġar, sġajriet u arbuxxelli, li jipproduċu materjal ta’ pjanti kopert bil-kodiċi NM 1211 u bil-Kapitolu 14 tan-Nomenklatura Magħquda, eskluż dak kollu li jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem jew il-bhejjem

ex 0602 90 51

Pjanti ta’ barra multiannwali (eż. il-Miscanthus sinensis) oħrajn barra dawk li jistgħu jintużaw għall-konsum mill-bniedem jew il-bhejjem, b’mod partikolari dawk li jipproduċu materjal ta’ pjanti kopert bil-kodiċi NM 1211 , barra l-lavanda, il-lavandin u s-salvja, u bil-Kapitolu 14 tan-Nomenklatura Magħquda

ex 0602 90 59

L-Euphorbia lathyris, Sylibum marianum, Polygonum tinctorium u l-Isatis tinctoria

1211 90 95

Id-Digitalis lanata, Secale cornutum u l-Hypericum perforatum, eskluż materjal ta’ pjanti li jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem jew il-bhejjem


ANNESS XXIII

Prodotti aħħarin li jistgħu jiġu mmanifatturati mill-materja prima elenkata fl-Artikolu 145:

il-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-Kapitoli 25 sa 99 tan-Nomenklatura Magħquda,

il-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-Kapitolu 15 tan-Nomenklatura Magħquda u intenzjonati għal użi oħrajn għajr il-konsum mill-bniedem u l-bhejjem,

il-prodotti koperti bil-kodiċi NM 2207 20 00 u intenzjonati għal użu dirett fi fjuwil għall-inġenji jew għall-ipproċessar għall-użu fi fjuwil għall-inġenji,

il-materjal ta’ l-ippakkeġġar kopert bil-kodiċijiet NM ex 1904 10 u ex 1905 90 90, bil-kundizzjoni li tinġieb prova li l-prodotti ma jkunux ntużaw għall skopijiet ta’ ikel skond l-Artikolu 158(4) ta’ dan ir-Regolament,

il-miċelju tal-faqqiegħ kopert bil-kodiċi NM 0602 91 10,

il-gommalakka, gomma naturali, rażi, rażi tal-gomma u balzmi koperti bil-kodiċi NM 1301,

il-linfa u estratti ta’ l-oppju koperti bil-kodiċi NM 1302 11 00,

il-linfa u estratti tal-piretru jew ta’ l-għeruq ta’ pjanti li jkun fihom ir-rotenun koperti bil-kodiċi NM 1302 14 00,

il-muċilaġnijiet u sustanzi li jgħaqqdu oħrajn koperti bil-kodiċi NM 1302 39 00,

il-prodotti agrikoli kollha elenkati fl-Artikolu 146(1) u l-prodotti dderivati minnhom permezz ta’ proċess intermedju u użati bħala fjuwil għall-produzzjoni ta’ l-enerġija,

il-prodotti kollha elenkati fl-Artikolu 146(1) u l-prodotti dderivati minnhom u intenzjonati għall-iskop ta’ l-enerġija,

il-Miscanthus sinensis li taqa’ taħt il-kodiċi NM 0602 90 51, imqatta’, intenzjonata għall-użu bħala mifrex għaż-żwiemel, kisja protettiva, additiv li jsaħħaħ il-kompost u l-mifrex għall-inxif u t-tindif ta’ pjanti, kif ukoll din il-materja prima jew il-fibra tagħha li tintuża bħala materjal fil-kostruzzjoni

il-prodotti kollha msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 1722/93 (1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 216/2004 (2), bil-kundizzjoni li dawn ma jinkisbux minn ċereali jew patata mkabbra fuq raba’ mwarrba u li dawn ma jkunx fihom prodotti dderivati minn ċereali jew patata mkabbra fuq raba’ mwarrba,

il-prodotti kollha msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1260/2001 (3), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2004 (4), bil-kundizzjoni li dawn ma jinkisbux minn pitravi mkabbra fuq raba’ mwarrba, u li dawn ma jkunx fihom prodotti dderivati minn pitravi mkabbra fuq raba’ mwarrba.


(1)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112.

(2)  ĠU L 36, 7.2.2004, p. 36.

(3)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 6, 10.1.2004, p. 16.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

142


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2080/2004

tas-6 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2298/2001, li jipprovdi r-regoli dettaljati għall-esportazzjoni tal-prodotti provduti bħala għajnuna tal-ikel, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, speċjalment l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba l-adeżjoni fil-Komunità tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, (minn hawn ’il quddiem “l-Istati Membri l-ġodda”), hemm il-ħtieġa li jiġi adattat ir-Regolament (KE) Nru 2298/2001 tal-Kummissjoni (1) u li jiġu pprovduti ċerti dikjarazzjonijiet fil-lingwi tal-Istati Membri l-ġodda.

(2)

Għaldaqstant hemm il-ħtieġa li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2298/2001 skont dan,

IDDEĊIDIET DWAR DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2298/2001, il-paragrafu 3 qed jitteħidlu postu t-test li ġej:

“3.   Meħtieġ li jiġi indikat fid-dokument użat biex issir it-talba għar-rimborż, kif speċifikat fl-Artiklu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 u, b’żieda mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, fil-Kaxxa 20 tat-talba għal liċenzja u tal-liċenzja ta’ esportazzjoni nfisha, għandha tidher waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet, skont il-każ:

Ayuda alimentaria comunitaria — Accion no …/… o Ayuda alimentaria nacional

Potravinová pomoc Společenství — akce č. …/… nebo vnitrostátní potravinová pomoc

Fællesskabets fødevarehjælp — Aktion nr. …/… eller National fødevarehjælp

Gemeinschaftliche Nahrungsmittelhilfe — Maßnahme Nr. …/… oder Nationale Nahrungsmittelhilfe

Ühenduse toiduabi — programm nr …/… või siseriiklik toiduabi

Kοινοτική επισιτιστική βοήθεια — Δράση αριθ. …/… ή εθνική επισιτιστική βοήθεια

Community food aid — Action No …/… or National food aid

Aide alimentaire communautaire — Action no …/… ou Aide alimentaire nationale

Aiuto alimentare comunitario — Azione n. …/… o Aiuto alimentare nazionale

Kopienas pārtikas atbalsts — Pasākums Nr. …/… vai valsts pārtikas atbalsts

Bendrijos pagalba maisto produktais — Priemonė Nr. …/… arba Nacionalinė pagalba maisto produktais

Közösségi élelmiszersegély — … számú intézkedés/… vagy Nemzeti élelmiszersegély

Għajnuna alimentari komuni — Azzjoni nru …/… jew Għajnuna alimentari nazzjonali

Communautaire voedselhulp — Actie nr. …/… of Nationale voedselhulp

Wspólnotowa pomoc żywnościowa — Działanie nr …/… lub Krajowa pomoc żywnościowa.

Ajuda alimentar comunitária — Acção n.o …/… ou Ajuda alimentar nacional

Potravinová pomoc spoločenstva — Akcia č. …/… alebo Národná potravinová pomoc

Pomoč Skupnosti v hrani — Akcija št. …/… ali državna pomoč v hrani

Yhteisön elintarvikeapu — Toimi No …/… tai Kansallinen elintarvikeapu

Livsmedelsbistånd från gemenskapen — Aktion nr …/… eller Nationellt livsmedelsbistånd.

In-numru tal-azzjoni li għandu jiġi indikat hu dak li jidher fl-avviż ta’ sejħa għall-offerti. Barra minn hekk, il-pajjiż ta’ destinazzjoni għandu jiġi indikat fil-Kaxxa 7 fit-talba għal liċenzja u tal-liċenzja.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu jkun applikat mill-1 ta' Mejju 2004. Madankollu, hu ma jaffettwax il-validità tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 3(3), tar-Regolament Nru 2298/2001 li ħarġu bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament ghandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 308, 27.11.2001, p. 16.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

144


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2250/2004

tas-27 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 429/90, (KE) Nru 2571/97, (KE) Nru 174/1999, (KE) Nru 2771/1999, (KE) Nru 2799/1999, (KE) Nru 214/2001, (KE) Nru 580/2004, (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004 rigward il-limiti taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti u għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari fl-Artikolu 10, 15 u 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti li ġejjin jistabbilixxu dispożizzjonijiet fuq il-proċeduri għas-sejħiet tal-offerti dwar limiti taż-żmien għall-proponenti li qed jippreżentaw l-offerti tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti u għall-Istati Membri biex jikkomunikaw l-offerti lill-Kummissjoni.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/1990 tal-20 ta' Frar 1990 dwar l-għoti bi stedina għal offerta ta’ għajnuna għall-butir konċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità (2),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir ikkonċentrat sabiex jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-pastiċċiera, il-ġelat u oġġetti oħra ta’ ikel (3),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema (4),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2799/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf ta’ l-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat (5),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward interventi fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat (6),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċedura għall-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti (7),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir (8), u

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat (9).

(2)

Sabiex ikun żgurat tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta' offerta, b'mod partikolari biex l-awtoritajiet kompetenti relevanti u s-servizzi tal-Kummissjoni jkollhom biżżejjed żmien biex jipproċessaw l-informazzjoni relevanti dwar kull offerta, ikun xieraq li jiġu estiżi l-iskandenzi għall-operaturi biex jippreżentaw l-offerti u għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkomunikaw l-informazzjoni lill-Kummissjoni.

(3)

Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta' spekulazzjoni maħluqa bl-antiċipazzjoni tas-sottomissjoni tal-offerti rigward il-proċedura għas-sejħiet tal-offerti skont ir-Regolamenti (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004, l-iffissar minn qabel tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta' Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (10) m'għandux ikun aktar possibbli wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

(4)

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 429/90, (KE) Nru 2571/97, (KE) Nru 174/1999, (KE) Nru 2771/1999, (KE) Nru 2799/1999, (KE) Nru 214/2001, (KE) Nru 580/2004, (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004 għandhom għalhekk ikunu emendati skont dan.

(5)

[Il-miżuri provduti għal dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,]

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 429/90 hu emendat b'dan li jmiss:

(1)

Il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li ġej:

“2.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħa individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar ħlief għat-tieni Tlieta ta' Awwissu u r-raba' Tlieta ta' Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(2)

Il-paragrafu 4 li jmiss hu miżjud:

“4.   Fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 3(2), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kwantitajiet u prezzijiet offerti mill-proponenti.

Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan l-istess skandenza.”

Artikolu 2

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2571/97 hu emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħiet individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar, ħlief għat-tieni Tlieta ta' Awwissu u r-raba' Tlieta ta' Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(2)

Il-paragrafu 3 li jmiss hu miżjud:

“3.   Fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 14(2), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kwantitajiet u prezzijiet offerti mill-proponenti.

Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan l-istess skandenza jekk il-butir hu disponibbli għall-bejgħ fl-Istati Membri kkonċernati.”

Artikolu 3

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, it-tielet paragrafu hu mibdul b' dan li jmiss:

“3.   Applikazzjonijiet tal-liċenzja għall-prodotti kollha msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 (*) li, fi ħdan is-sinjifikat tal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (**), kienu ppreżentati l-Erbgħa u l-Ħamis ta' wara t-tmiem ta' kull perjodu tal-offerta msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 (***) u fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 582/2004 (****) għandhom ikunu kkunsidrati bħala li ġew sottomessi fil-jum tax-xogħol ta' wara dak il-Ħamis.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 hu emendat b' dan li ġej:

(1)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 hu mibdul b'dan li ġej:

“3.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħa individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar ħlief għat-tieni Tlieta ta' Awwissu. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(2)

L-Artikolu 17b, il-paragrafu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“1.   Fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 16(3), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kwantitajiet u prezzijiet offerti mill-proponenti.

Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan dik il-ġurnata stess.”

(3)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li ġej:

“2.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħa individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar ħlief għat-tieni Tlieta ta' Awwissu u r-raba' Tlieta ta' Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(4)

Fl-Artikolu 24a, il-paragrafu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“1.   Fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 22(2), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kwantitajiet u prezzijiet offerti mill-proponenti u l-kwantità ta' butir offrut għal-bejgħ.

Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan dik l-istess ġurnata jekk il-butir hu disponibbli għall-bejgħ fl-Istati Membri kkonċernati.”

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 2799/1999 hu emendat b'dan li jmiss:

(1)

Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li jmiss:

“2.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħa individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjoni tat-tieni Tlieta ta' Awwissu u r-raba' Tlieta ta' Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(2)

Fl-Artikolu 30(1), il-paragrafu li jmiss hu miżjud:

“Jekk ma jkunu ġew sottomessi l-ebda offerti l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan l-istess skadenza jekk trab tal-ħalib mingħajr xkuma hu disponibbli għall-bejgħ fl-Istat Membru kkonċernat.”

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 214/2001 hu emendat b'dan li jmiss:

(1)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li jmiss:

“2.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħa individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjoni tat-tieni Tlieta ta' Awwissu. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(2)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“1.   Fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 14(2), l-Istati Memebri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kwantitajiet u prezzijiet offerti mill-proponenti.

Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan dik l-istess skandenza.”

(3)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li jmiss:

“2.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħa individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjoni tat-tieni Tlieta ta' Awwissu u r-raba' Tlieta ta' Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(4)

Fl-Artikolu 24a, it-tielet subparagrafu hu mibdul b'dan li jmiss:

“Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerti l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan l-istess dewmien jekk trab tal-ħalib mingħajr xkuma hu disponibbli għall-bejgħ fl-Istat Membru kkonċernat.”

Artikolu 7

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEC) Nru 580/2004 hu mibdul b'dan li jmiss:

“L-offerti validi kollha għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri fil-forma speċifikata mill-Anness, mingħajr ma l-offerti jissemmew bisimhom, fi żmien tliet sigħat tat-tmiem ta' kull perjodu tal-offerta.”

Artikolu 8

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 581/2004, paragrafu 2 hu emendat b'dan li jmiss:

“2.   Kull perjodu tal-offerta għandu jibda fis-13:00 (ħin ta' Brussell) fl-ewwel u t-tielet Tlieta tax-xahar ħlief għall-ewwel Tlieta f'Awwissu u t-tielet Tlieta f'Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun is-is-13:00(ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.

Kull perjodu tal-offerta għandu jispiċċa fis-13:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar, bl-eċċezzjoni tat-tieni Tlieta f'Awwissu u r-raba' Tlieta f'Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-perjodu għandu jispiċċa fis-13:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

Artikolu 9

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 582/2004, paragrafu 2 hu mibdul b'dan li jmiss:

“2.   Kull perjodu tal-offerta għandu jibda fis-13:00 (ħin ta' Brussell) fl-ewwel u t-tielet Tlieta tax-xahar ħlief għall-ewwel Tlieta f'Awwissu u t-tielet Tlieta f'Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun is-13:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.

Kull perjodu tal-offerta għandu jispiċċa fis-13:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar, ħlief għat-tieni Tlieta f'Awwissu u r-raba' Tlieta f'Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-perjodu għandu jispiċċa fis-13:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

Artikolu 10

Ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara dak tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regoalment tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 45, 21.2.1990, p. 8. Ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regoalment (KE) Nru 921/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 94).

(3)  ĠU L 350, 20.12.1997, p. 3. Ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regoalment (KE) Nru 921/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 94).

(4)  ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regoalment (KE) Nru 1448/2004 (ĠU L 267, 14.8.2004, p. 30).

(5)  ĠU L 340, 31.12.1999, p. 3. Regolament l-aħħar emendat mir-Regoalment (KE) Nru 1338/2004 (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 3).

(6)  ĠU L 37, 7.2.2001, p. 100. Regolament l-aħħar emendat mir-Regoalment (KE) Nru 1838/2004 (ĠU L 322, 23.10.2004, p. 3).

(7)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58.

(8)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64.

(9)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67.

(10)  ĠU L 20, 27.1.1999, p. 8. Regolament l-aħħar emendat mir-Regoalment (KE) Nru 1846/2004 (ĠU L 322, 23.10.2004, p. 16).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

148


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 6/2005

ta' l-4 ta' Jannar 2005

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 46/2003 u 47/2003 b'rigward it-taħlitiet ta' tipi differenti ta' frott u ħaxix frisk fl-istess pakkett ta' bejgħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 48/2003 tal-10 ta' Jannar 2003 iniżżel ir-regoli li japplikaw għal taħlitiet ta' tipi differenti ta' frott u ħaxix frisk fl-istess pakkett ta' bejgħ (2) jgħodd għall-pakketti ta' bejgħ ta' piż nett inqas jew daqs tliet kilogrammi.

(2)

Hemm żball fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 46/2003 tal-10 ta' Jannar 2003 li jemenda l-livelli tas-suq ta’ frott u ħaxix frisk dwar it-taħlit ta’ diversi tipi ta’ frott u ħaxix frisk fl-istess pakkett ta’ bejgħ (3) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 tal-10 ta' Jannar 2003 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, li jistipulaw li l-prodotti koperti min-normi ta' tqegħid fis-suq għall-frott u l-ħxejjex friski jistgħu jiġu ppreżentati f'taħlita ta' tipi f'pakkett ta' bejgħ ta' piż nett inqas minn tliet kilogrammi.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu emendati r-Regolamenti (KE) Nru 46/2003 u (KE) Nru 47/2003 sabiex il-pakketti ta' bejgħ ikkonċernati minn din id-dispożizzjoni jistgħu jkunu ta' piż nett ta' tliet kilogrammi.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 46/2003, it-termini “ta' piż nett inqas minn tliet kilogrammi” jinbidlu bit-termini “ta' piż nett inqas jew daqs tliet kilogrammi”.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 47/2003, it-termini “ta' piż nett inqas minn tliet kologrammi” jinbidlu bit-termini “ta' piż nett inqas jew daqs tliet kilogrammi”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 7, 11.1.2003, p. 65.

(3)  ĠU L 7, 11.1.2003, p. 61.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

149


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 118/2005

tas-26 ta' Jannar 2005

li jbiddel l-Anness VIII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u jistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji għall-implimentazzjoni parzjali jew opzjonali tal-Iskema ta' Pagament Uniku u l-pakketti finanzjarji għall-Iskema ta' ħlas uniku għaż-żona stabilliti f'dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 64(2) u 70(2), 143b (3) u 145 (i) u 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-Istati Membri li jużaw l-għażla stabblita mill-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u bla ħsara għat-tagħrif komunikat kif imsemmi fl-Artikolu 145(i) ta' dak ir-Regolament, l-ammonti tal-Anness VIII għal dak ir-Regolament għandhom ikunu riveduti.

(2)

Għall-Istati Membri li jimplimentaw l-iskema ta' pagament uniku stabbilita fl-Intestatura III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2005, il-limiti massimi baġitarji għal kull ħlas msemmi fl-Artikoli 66 sa 69 ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu iffissati għall-2005.

(3)

Għall-Istati Membri li fl-2005 jużaw l-għażla stabbilita fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti massimi baġitarji li japplikaw għall-ħlasijiet diretti esklużi mill-iskema ta' pagament uniku għandhom ikun iffissati għall-2005.

(4)

Għall-Istati Membri li jużaw l-għażla stabbilita fl-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti massimi baġitarji li japplikaw għall-ħlasijiet diretti elenkati fl-Anness VI għal dak ir-Reoglament għandhom ikun iffissati għall-2005.

(5)

Għaċ-ċarezza, huma xieraq li jkunu ppubblikata l-limiti massimi baġitarji tal-iskema ta' pagament uniku għall-2005 wara li jkunu mnaqqsa l-limiti stabbiliti għall-ħlasijiet msemmija fl-Artikoli 66 sa 70 ta' dak ir-Regolament mill-limiti riveduti tal-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(6)

Għal dawk l-Istati Membri li aċċedew għall-Komunità fl-2004 u se jimplimentaw l-Iskema ta' ħlas uniku għaż-żona stabbilita fl-Intestatura IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tal-2005, il-pakketti finanzjarji annwali għal dik is-sena għandhom ikunu ffisati skont l-Artikolu 143b (3) ta' dak ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-ħlasijiet diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Il-limiti massimi baġitarji għall-2005 msemmija fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikunu stabbiliti fl-Annessi II u III ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-limiti massimi baġitarji għall-2005 msemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-limiti massimi baġitarji għall-iskema ta' pagament uniku fl-2005 għandha tkun stabbilita fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2005 msemmija fl-Artikolu 143b(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-Istati Membri li jagħżlu l-implimentazzjoni reġjonali stabbilita fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jikkomunikaw il-limiti massimi reġjonali stabbiliti sal-31 ta' Diċembru fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku lill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2217/2004 (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 1).


ANNESS I

“ANNESS VIII

IL-LIMITI MASSIMI NAZZJONALI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 41

1000 euro

 

2005

2006

2007, 2008 u 2009

2010 u s-snin sussegwenti

Il-Belġju

411 053

530 573

530 053

530 053

Id-Danimarka

943 369

996 165

996 000

996 000

Il-Ġermanja

5 148 003

5 492 201

5 492 000

5 496 000

il-Greċja

838 289

1 701 289

1 723 289

1 761 289

Spanja

3 266 092

4 065 063

4 263 063

4 275 063

Franza

7 199 000

7 231 000

8 091 000

8 099 000

L-Irlanda

1 260 142

1 322 305

1 322 080

1 322 080

L-Italja

2 539 000

3 464 517

3 464 000

3 497 000

Il-Lussemburgu

33 414

36 602

37 051

37 051

L-Olanda

386 586

386 586

779 586

779 586

L-Awstrija

613 000

614 000

712 000

712 000

Il-Portugall

452 000

493 000

559 000

561 000

Il-Finlandja

467 000

467 000

552 000

552 000

L-Iżvezja

637 388

650 108

729 000

729 000

Ir-Renju Unit

3 697 528

3 870 420

3 870 473

3 870 473 ”


ANNESS II

IL-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-ĦLASIJIET DIRETTI MOGĦTIJA SKONT L-ARTIKOLI 65 SA 69 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena Kalendarja 2005

1000 euro

 

Il-Belġju

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Italja

L-Awstrija

Il-Portugall

L-Iżvezja

Ir-Renju Unit

 

Il-Fjandri

L-Iskozja

Primjum għal-baqar li jreddgħu

77 565

 

 

 

 

70 578

79 031

 

 

Primjum addizzjonali għall-baqar li jreddgħu

19 389

 

 

 

 

99

9 503

 

 

Primjum speċjali għaċ-ċanga

 

 

33 085

 

 

 

 

37 446

 

Primjum għall-qtil tal-adulti

 

 

 

 

 

17 348

8 657

 

 

Primjum għall-qtil tal-għoġġiela

 

6 384

 

 

 

5 085

946

 

 

Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż

 

 

855

 

 

 

21 892

 

 

Primjum supplimentarju għan-nagħaġ u l-mogħoż

 

 

 

 

 

 

7 184

 

 

Ħops

 

 

 

2 277

 

27

 

 

 

L-Artikolu 69,

 

 

 

 

 

 

 

2 869

 

L-Artikolu 69, uċuħ tar-raba'

 

 

 

 

142 491

 

1 885

 

 

L-Artikolu 69, Ross

 

 

 

 

 

 

150

 

 

L-Artikolu 69, Ċanga u vitella

 

 

 

 

28 674

 

1 684

 

29 800

L-Artikolu 69, Nagħaġ u mogħoż

 

 

 

 

8 665

 

616

 

 


ANNESS III

IL-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-ĦLASIJIET DIRETTI MOGĦTIJA SKONT L-ARTIKOLU 70 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena Kalendarja 2005

1000 euro

 

Il-Belġju

L-Italja

Il-Portugall

L-Artikolu 70 (1) (a)

Għajnuna għall-produzzjoni għaż-żrieragħ

1 397  (*)

13 321

272

L-Artikolu 70(1) (b)

Ħlasijiet għall-prodotti li jinħartu

 

 

1 871


(*)  L-għajnuna għal Triticum spelta L. (100 %) u l-għajnuna għal Linum usitatissimum L. (fibra tal-kittien) (100 %) hija eskluża mill-iskema ta' pagament uniku.


ANNESS IV

IL-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-ĦLASIJIET DIRETTI MOGĦTIJA SKONT L-ARTIKOLU 71 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena Kalendarja 2005

1000 euro

 

Il-Greċja

Il-Finlandja

Franza (*)

Malta

L-Olanda

Is-Slovenja

Spanja (*)

Ħlasijiet għall-uċuħ tar-raba' 63€/t

297 389

278 100

5 075 810

174

174 186

12 467

1 621 440

Ħlasijiet għall-uċuħ tar-raba' 63 €/t, POSEI

 

 

 

 

 

 

23

Għajnuna reġjonali speċifika għal prodotti tar-raba'24 €/t

 

80 700

 

 

 

 

 

Ħlasijiet supplimentari għall-qamħ Durum (291 €/ha) u għajnuna speċjali għal żoni mhux tradizzjonali (46 €/ha)

179 500

 

62 828

 

 

 

171 822

Għajnuna għalż-żerriegħa tal-legumi tal-ħbub

2 100

 

1 370

 

 

 

60 518

POSEI — Għajnuna għaż-żerriegħa tal-legumi

 

 

 

 

 

 

1

Għajnuniet għaż-żrieragħ

1 400

2 900

15 826

29

10 400

35

10 347

Primjum għal-baqar li jreddgħu

25 700

9 300

734 908

26

10 900

5 183

279 830

Primjum addizzjonali għall-baqar li jreddgħu

3 100

600

1 137

3

 

626

28 937

Primjum speċjali għaċ-ċanga

29 900

40 700

379 025

201

20 400

5 813

147 721

Primjum għall-qtil tal-adulti

8 000

27 600

233 620

144

62 200

3 867

142 954

Primjum għall-qtil tal-għoġġiela

 

100

69 748

 

40 300

538

602

Primjum għall-estensivizzazzjoni taċ-ċanga

17 600

16 780

277 228

 

900

5 360

153 486

Ħlasijiet addizzjonali għall-produtturi taċ-ċanga

3 800

6 100

90 586

19

23 900

889

31 699

Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż

180 300

1 200

133 716

53

13 800

520

366 997

Primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż

63 200

400

40 208

18

300

178

111 589

Ħlasijiet addizzjonali lill-produtturi tan-nagħaġ u l-mogħoż

8 800

100

7 083

3

700

26

18 655

Ħlasijiet lill-produtturi tal-patata tal-lamtu (44,216 €/t)

 

2 400

11 157

 

21 800

 

 

Għajnuna taż-żona għar-ross (102 €/t)

15 400

 

10 770

 

 

 

67 991

Għajnuna għar-ross skont iż-żona (102 €/t), id-Dipartimenti Franċiżi lill hinn mix-xtut

 

 

3 053

 

 

 

 

Ħlasijiet tad-dħul tal-għalf niexef

1 100

20

41 224

 

6 800

 

44 075

Primjums addizzjonali taċ-ċanga u tan-nagħaġ fil-gżejjer Eġew

1 000

 

 

 

 

 

 

Għajnuna taż-żona għall-hop

 

 

398

 

 

298

375


(*)  Għajnuniet li jikkorispondu għal primjums imħallsa fis-settur tal-bhejjem waqt is-snin ta' referenza 2000-2002 fir-reġjuni l-iktar imbegħda kienu mnaqqsa.


ANNESS V

IL-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GħALL-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU FL-ISTATI MEMBRI JEW REĠJUNI

Sena Kalendarja 2005

1000 euro

Stat Membru u/jew Reġjun

 

IL-BELĠJU (3)

 

Il-Fjandri

 

Il-Vallonja

306 318

ID-DANIMARKA

909 429

IL-ĠERMANJA (3)

 

Baden-Württemberg

 

Bayern

 

Brandenburg u Berlin

 

Hessen

 

Niedersachsen u Bremen

 

Mecklenburg-Vorpommern

 

Nordrhein-Westfalen

 

Rheinland-Pfalz

 

Saarland

 

Sachsen

 

Sachsen-Anhalt

 

Schleswig-Holstein u Hamburg

 

Thuringen

5 145 726

L-IRLANDA

1 260 142

L-ITALJA

2 345 849

IL-LUSSEMBURGU

33 414

L-AWSTRIJA

519 863

IL-PORTUGALL (1)  (2)

302 562

L-ISVEZJA (3)

 

Reġjun 1

 

Reġjun 2

 

Reġjun 3

 

Reġjun 4

 

Reġjun 5

597 073

IR-RENJU UNIT (3)

 

L-Ingilterra 1

 

L-Ingilterra 2

 

L-Ingilterra 3

 

L-Iskozja

 

Wales

 

L-Irlanda ta' Fuq

3 667 728


(1)  Għajnuniet li jikkorrispondu għal primjums imħallsa fis-settur tal-bhejjem waqt is-snin ta' referenza 2000-2002 fir-reġjuni l-iktar imbegħda kienu mnaqqsa.

(2)  It-trasferiment ta' 10 000 primjum tal-baqar li jreddgħu u dawk addizzjonali lill-Azores kif stabbilit fl-Artikolu 147 (3) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kien imnaqqas.

(3)  għandu jiġi mibdul minn limiti massimi reġjonali skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.


ANNESS VI

PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA' ĦLAS UNIKU GĦAŻ-ŻONA

Sena Kalendarja 2005

1000 euro

Stat Membru

 

Ir-Repubblika Ċeka

249 296

L-Estonja

27 908

L-Ungerija

375 431

Il-Latvja

38 995

Il-Litwanja

104 346

Il-Polonja

823 166

Ir-Repubblika Slovakka

106 959

Ċipru

14 274


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

156


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 180/2005

tat-2 ta' Frar 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-ewwel verżjoni tiegħu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/03 (2) kien jipprovdi li, fil-kuntratti konklużi bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-proċessaturi, għat-tadam, il-ħawħ u l-lanġas, il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard minn xahrejn minn tmiem ix-xahar li fih tkun saret il-kunsinna ta' kull lott.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2004 (3), li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1535/2003, din id-dispożizzjoni estendiha għall-prodotti kollha pproċessati abbażi tal-frott u l-ħxejjex.

(3)

L-esperjenza miksuba turi li jeħtieġ li din l-esiġenza tkun limitata biss għall-kuntratti li jirrigwardaw it-tadam, il-ħawħ, il-lanġas jew it-tin imqadded.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-prodotti pproċessati abbażi tal-frott u l-ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1535/2003, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Il-kuntratt għandu jindika wkoll il-fażi tal-kunsinna li għaliha jirreferi l-prezz imsemmi fil-punt f), kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ħlas. Għat-tadam, il-ħawħ, il-lanġas u t-tin imqadded, il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard minn xahrejn minn tmiem ix-xahar li fih tkun saret il-kunsinna ta' kull lott.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta' Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).

(2)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2169/2004 (ĠU L 371, 18.12.2004, p. 18).

(3)  ĠU L 72, 11.3.2004, p. 54


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

157


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 205/2005

ta’ l-4 ta' Frar 2005

li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru tal-ismijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Valdemone — [AOP], Queso Ibores — [AOP], Pera de Jumilla — [AOP], Aceite de Terra Alta jew Oli de Terra Alta — [AOP], Sierra de Cádiz — [AOP], Requeijão Serra da Estrela — [AOP], Zafferano dell’Aquila — [AOP], Zafferano di San Gimignano — [AOP], Mantecadas de Astorga — [IGP] u Pan de Cea — [IGP])

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu; l-ewwel inċiż,

billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, it-talba tal-Italja biex jiġu rreġistrati t-tliet denominazzjonijiet “Valdemone”, “Zafferano dell’Aquila”, u “Zafferano di San Gimignano”; it-talba ta’ Spanja għar-reġistrazzjoni ta’ sitt denominazzjonijiet “Queso Ibores”, “Pera de Jumilla”, “Aceite de Terra Alta” jew “Oli de Terra Alta”, “Sierra de Cádiz”, “Mantecada de Astorga” et “Pan de Cea” u t-talba tal-Portugall biex tiġi rreġistrata d-denominazzjoni “Requeijão Serra da Estrela” ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni konformi mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, dawn id-denominazzjonijiet għaldaqstant għandhom jitniżżlu fir-“Reġistru tal-ismijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 huwa kkompletat mid-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness tar-Regolament preżenti (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 1).

(2)  ĠU C 58, 6.3.2004, p. 10 (Valdemone)

ĠU C 58, 6.3.2004, p. 14 (Queso Ibores)

ĠU C 58, 6.3.2004, p. 17 (Pera de Jumilla)

ĠU C 61, 10.3.2004, p. 22 (Aceite de Terra Alta jew Oli de Terra Alta)

ĠU C 88, 8.4.2004, p. 6 (Sierra de Cádiz)

ĠU C 88, 8.4.2004, p. 10 (Requeijão Serra da Estrela)

ĠU C 93, 17.4.2004, p. 23 (Zafferano dell’Aquila)

ĠU C 93, 17.4.2004, p. 27 (Zafferano di San Gimignano)

ĠU C 98, 23.4.2004, p. 24 (Mantecadas de Astorga)

ĠU C 98, 23.4.2004, p. 29 (Pan de Cea)

(3)  OJ L 327, 18.12.1996, p. 11. Regulation as last amended by Regulation (EC) No 1898/2004 (OJ L 328, 30.10.2004, p. 66).


ANNESS

PRODOTTI TAL-ANNESS I TAT-TRATTAT MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ)

L-ITALJA

Valdemone (AOP)

SPANJA

Aceite de Terra Alta jew Oli de Terra Alta (AOP)

Sierra de Cádiz (AOP)

Ġobnijiet

SPANJA

Queso Ibores (AOP)

Frott

SPANJA

Pera de Jumilla (AOP)

Prodotti oħra magħmulin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib differenti ħlief butir, eċċ)

IL-PORTUGALL

Requeijão Serra da Estrela (AOP)

Prodotti oħra tal-Anness I — Ħwawar

L-ITALJA

Zafferano dell’Aquila (AOP)

Zafferano di San Gimignano (AOP)

L-OĠĠETTI TAL-IKEL IMSEMMIJIN FL-ANNESS I TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92

Il-Ħobż, l-għaġina, il-kejkijiet, l-oġġetti tal-ħelu, il-gallettini u oġġetti oħra tal-furnar għall-bejgħ

SPANJA

Pan de Cea (IGP)

Mantecadas de Astorga (IGP)


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

159


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 681/2005

tad-29 ta' April 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 rigward il-kundizzjonijiet biex wieħed jirċievi pagamenti tal-medda għall-kittien imkabbar għall-fibri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-punt (iii) tal-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art irtirata mill-produzzjoni għall-ksib ta' materja prima (2) jipprovdi, fost l-oħrajn, għall-kundizzjonijiet għall-pagamenti tal-medda għall-kittien imkabbar għall-fibri.

(2)

Skont l-Artikolu 56(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004, l-użu tal-varjetajiet taż-żrieragħ elenkati fl-Anness V għal dak ir-regolament huwa kundizzjoni biex wieħed jirċievi l-pagamenti tal-medda għall-kittien imkabbar għall-fibri. Madankollu, fil-qafas tal-pagamenti akkoppjati stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, din il-kunidzzjoni tal-eliġibbiltà mhijiex iġġustifikata, minħabba li, għall-pagamenti akkoppjati, l-ammont għal kull ettaru huwa l-istess għall-kittien u għal prodotti oħra tar-raba' li jinħarat. Fis-sistema diżakkoppjata mhemm l-ebda dispożizzjoni li tirreferi għal-lista ta’ varjetajiet tal-kittien. Bil-għan tas-simplifikazzjoni, huwa għaldaqstant f’loku li din il-kundizzjoni tkun irrevokata.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Ġaladarba r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li għandhom x'jaqsmu mas-snin tas-suq li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2005, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 56(1)(b), il-punt (i) għandu jitħassar.

(2)

L-Anness V għandu jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrigwardaw is-snin tas-suq b’bidu mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' April 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

(2)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

160


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 704/2005

ta' l-4 ta' Mejju 2005

emenda ta' xi elementi tal-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini li tinsab fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 (Mel de Barroso) [DOP]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1) u b'mod partikolari Artikolu 9, Artikolu 6(3) u t-tieni indċiż tal-Artikolu 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ir-rikjesta mill-Portugall għal emendi ta' xi elementi tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini “Mel de Barroso”, reġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2), ġiet ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (3).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 lill-Kummissjoni, dawn l-emendi għandhom jiġu reġistrati u ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni tal-oriġini Mel de Barroso hija emendata skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sommarju kkonsolidat tal-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Brussell, 4 ta' Mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1345/2004 (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 14).

(3)  ĠU C 262, 31.10.2003, p. 16 (Mel de Barroso).


ANNESS I

PORTUGALL

“Mel de Barroso”

Emenda magħmula:

Kapitolu tal-ispeċifikazzjoni:

Image

Isem

Image

Deskrizzjoni

Image

Żona ġeografika

Image

Prova tal-oriġini

Image

Metodu ta' produzzjoni

Image

Rabta

Image

Tikettjar

Image

Rekwiżiti nazzjonali

Emenda(i):

L-estensjoni taż-żona ġeografika ta' produzzjoni sabiex tinkludi l-muniċipalitajiet ta' Chaves u Vila Pouca de Aguiar u l-freguesias (parroċċi) ta' Jou u Valongo de Milhais, fil-muniċipalità ta' Murça.

Iż-żoni indikati għandhom l-istess ħamrija, jgawdu mill-istess kundizzjonijiet klimatiċi u jipproduċu għasel bl-istess karatteristiċi għal dak miksub fiż-żona ġeografika preżenti u japplikaw l-istess metodi ta' produzzjoni, b'garazija ta' traċċċabbiltà.


ANNESS II

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92

“MEL DE BARROSO”

(Nru KE: PT/0229/24.1.1994)

DOP (X) IĠP ( )

Dan is-sommarju ġie mfassal għal raġunijiet ta' informazzjoni biss. Għal aktar dettalji, b'mod partikolari dwar il-produtturi tal-prodotti koperti bid-DOP u u l-IĠP kkonċernati, tistà tikkonsulta l-verżjoni kompleta tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tista' tinkiseb fuq livell nazzjonali jew inkella mill-Kummissjoni Ewropea (1).

1.   Id-Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru

Isem

:

Instituto de Desenvolvimento Rural e Hidráulica

Indirizz

:

Av. Afonso Costa, 3.

P-1949-002 Lisbona

Telefon

:

+ 351 21 844 22 00

Faks

:

+ 351 21 844 22 02

Posta Eletttronika

:

idrha@idrha.min-agricultura.pt

2.   Grupp Applikant

Isem

:

Capolib — Cooperativa Agrícola de Boticas, CRL

Indirizz

:

Av. do Eiró

P-5460 Boticas

Telefon

:

+ 351 276 418170

Faks

:

+ 351 276 415734

Posta Eletttronika

:

capolib@mail.telepac.pt

Kompożizzjoni

:

produttur/proċessuri (X) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott

Klassi 1.4

:

Prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali — għasel.

4.   Speċifikazzjoni

(sommarju tar-rekwiżiti taħt Artikolu 4(2))

4.1.   Isem

“Mel de Barroso”

4.2.   Deskrizzjoni

Għasel prodott min-naħla nativa Apis mellifera (sp. iberica) minn nettaru ta' fjuri li fihom jippredomina l-polline erikaċe li jagħmel parti mill-flora mellifera tar-reġjun.

4.3.   Żona ġeografika

Fil-limiti tal-muniċipalitajiet ta' Boticas, Chaves, Montalegre u Vila Pouca de Aguiar u l-freguesias (parroċċi) ta' Jou u Valongo de Milhais fil-muniċipalita' ta' Murça (distrett ta' Vila Real).

4.4.   Prova tal-oriġini

Stabbilit mid-drawwa, b'mod partikolari mir-referenzi fiżiċi, kemm miktubin u ukoll orali, il-potenzjal produttiv tar-reġjun u l-preżenza tal-għasel u tan-naħal fl-emblemi u l-ismijiet ta' postijiet fir-reġjun.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni

L-għasel jistà jiġi biss estratt f'impjanti ta' estrazzjoni approvati, u l-estrazzjoni u d-dikantazzjoni jridu jsiru fiż-żona ta' produzzjoni. Peress li l-għasel Barroso huwa prodott li jitħallat, sabiex jiġi evitat xi nuqqas fil-katina ta' traċċabilità u spezzjoni, l-ippakkjar jistà jsir biss minn operaturi debitament awtorizzati, fiż-żona ġeografika tal-oriġini, sabiex jiġu garantiti l-kwalità u l-awtentiċità tal-prodott u b'hekk ma jiġix ingannat il-konsumatur. Il-produzzjoni, l-estrazzjoni u l-ippakkjar jistgħu biss jsiru fiż-żona ġeografika definita. L-għasel Barroso jistà jinbiegħ fil-forma likwida jew kristallizzata jew fix-xehdi tal-għasel (bil-kunduzzjoni li jkunu koperti kompletament u ma jkunx fihom doqqajs); Irid jkun ippakkjat f'kontenituri magħmulin minn materjal sikur, inerti u li hu adattat għall-ikel, u li t-tip u l-ittikettjar tiegħu jkunu approvati mill-grupp tal-produttur.

4.6.   Rabta

L-għasel Barroso huwa prodott fl-ogħla reġjuni ta' Barroso. Għandu karatteristiċi speċifiċi minħabba l-veġetazzjoni predominanti ta' art moxa.

4.7.   Korp tas-Spezzjoni

Isem

:

TRADIÇÃO E QUALIDADE — Associação Interprofissional para os Produtos Agro-Alimentares de Trás-os-Montes

Indirizz:

:

Av. 25 de Abril 273, S/L

P-5370 Mirandela

Tel

:

+ 351 278 261410

Faks

:

+ 351 278 261410

Posta Eletttronika

:

tradicao-qualidade@clix.pt

4.8.   Tikettjar

MEL DE BARROSO — Denominação de Origem Protegida

4.9.   Rekwiżiti nazzjonali


(1)  Kummissjoni Ewropea — Direttorat-Ġenerali tal-Agrikultura — “Politika tal-kwalità tal-prodotti agrikoli” — B-1049 Brussell.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

164


REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (KE) Nru 708/2005

tal-10 ta' Mejju 2005

li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 (Azeites do Norte Alentejano) [DOP]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 9 u l-Artikolu 6(3) u (4), it-tieni inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, it-talba tal-Portugall biex ibiddel xi partijiet tal-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Azeites do Norte Alentejano”, irreġistrata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2), ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (3).

(2)

Billi ma waslet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni għand il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, dawn il-bidliet għandhom jiġu rreġistrati u għandhom jidhru f’pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini “Azeites do Norte Alentejano” jinbidlu skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sinteżi tal-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta' Mejju 2005

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1829/2002 (ĠU L 277, 15.10.2002, p. 10).

(3)  ĠU C 262, 31.10.2003, p. 17 (“Azeites do Norte Alentejano”).


ANNESS I

IL-PORTUGALL

“Azeites do Norte Alentejano”

It-tibdil li sar:

kapitolu tal-ispeċifikazzjoni:

Isem

Image

Deskrizzjoni

Image

Żona ġeografika

Provi tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Konnessjoni

Tikketjar

Rekwiżiti nazzjonali:

Emendi:

Deskrizzjoni — Iż-żejt taż-żebbuġa ta' Alentejo ta' Fuq huwa żejt taż-żebbuġa kemmxejn magħqud, b'togħma ta' frott u ta' lewn isfar jagħti fl-aħdar, li jissodisfa l-grad minimu ta' 6,5 għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni u 6,0 taż-żejt taż-żebbuġa verġni.

Fid-dawl ta' studji ulterjuri mwettqa dwar il-karatteristiċi ta' dan iż-żejt taż-żebbuġa, ħarġet il-ħtieġa li jiġu korretti wħud mill-parametri tiegħu, speċifikament: Delta K, Trigliċeridi LLL, OLLn, PLLn, OLL, PLL, POL, POO, OOO, PPO; aċidi grassi C 16:0, C16:1 C17:0, C17:1, C18:0, C18:1, C18:2 et C18:3; aċidi grassi trans, Kolesterol, Kampestanol u Delta 7 — Stigmasterol.

Il-varjetajiet reġjonali Carrasquenha, Redondil u Azeiteira (jew Azeitoneira) żdiedu mal-varjetajiet awtorizzati.

Żona Ġeografika — Estensjoni taż-żona ġeografika ta' produzzjoni biex tinkludi l-muniċpalitajiet ta' Alandroal, Nisa, Reguengos de Monsaraz, Évora (freguesias ta' Na Sr.a de Machede, S. Mansos, S. Vicente do Pigeiro, S. Miguel de Machede u S. Bento do Mato) kif ukoll Mourão (freguesias ta' Luz u Mourão), sakemm:

dawn il-muniċipalitajiet u freguesias ikollhom kondizzjonijiet identiċi ta' klima u ħamrija;

iż-żejt taż-żebbuġa prodott hawnhekk għandu l-istesss karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi bħal dak miksub fiż-żona ġeografika kkonċernata;

ir-residenti ta' dawn il-muniċipalitajiet wirtu l-istess użanzi u l-istess għerf tas-sengħa leali u kostanti tar-residenti tal-bqija taż-żona.


ANNESS II

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) NRU 2081/92

“AZEITES DO NORTE ALENTEJANO”

(KE NRU: PO/0266/24.1.1994)

DPO (X) IĠP ( )

Din il-lista hija sinteżi stabbilita bl-iskop ta' informazzjoni. Għall-infomazzjoni kompluta, partikolarment għall-produtturi tal-prodotti koperti bid-DOP (Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta) jew bl-IĠP (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) ikkonċernata, ikun aħjar li wieħed jikkonsulta l-verżjoni kompluta tal-ispeċifikazzjonijiet kemm fil-livell nazzjonali, kif ukoll mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea (1).

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Instituto de Desenvolvimento Rural e Hidráulica

Indirizz:

Av. Afonso Costa, 3 — 1949-002 Lisboa. il-portugall

Tel:

+ 351 21 844 22 00

Numru tal-faks:

+ 351 21 844 22 02

Posta elettronika:

idrha@idrha.min-agricultura.pt

2.   Konsorzju:

Isem:

APAFNA — AGRUPAMENTOS DE PRODUTORES AGRÍCOLAS E FLORESTAIS DO NORTE ALENTEJANO

Indirizz:

Parque de Leilões de Gado de Portalegre, Estrada Nacional 246, Apartado n.o 269 — 7300-901 Portalegre Portugal

Tel:

+ 351 245 33 10 64

Numru tal-faks:

+ 351 245 20 75 21

Posta elettronika:

aadp1@iol.pt

Magħmula minn

:

produtturi/proċessuri (X) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott

Klassi 1.5 — Żjut u xaħmijiet — żejt taż-żebbuġa

4.   Speċifikazzjoni

(sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2))

4.1.   Isem: “Azeites do Norte Alentejano”

4.2.   Deskrizzjoni: It-titolu “Azeites do Norte Alentejano” jingħata lil-likwidu żejtni magħsur b'mod mekkaniku mill-frotta ladarba l-ilma tal-ħaxix ikun mifrud mill-karfa tal-frott, partikoli tal-qoxra, polpa u żerriegħa taż-żebbuġ tal-varjetajiet tal-Galega, il-Carrasquenha, ir-Redondil, l-Azeiteira jew l-Azeitoneira, il-Blanqueta jew il-Branquita kif ukoll il-Cobrançosa, tal-ispeċi Olea europea sativa li ġejjin minn imsaġar taż-żebbuġ li jinsabu fiż-żona ġeografika deskritta hawn fuq u li fiha stess jitwettqu l-ipproċessar u t-tħejjija għas-suq.

Iż-żebbuġ ta' Alentejo ta' Fuq huma żebbuġ kemmxejn ħoxnin, b'togħma tal-frotta u ta' lewn isfar jagħti fl-aħdar, li jissodisfa l-grad minimu ta' 6,5 għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni u 6,0 taż-żejt taż-żebbuġa verġni.

4.3.   Żona ġeografika: Limitata għall-muniċipalitajiet ta' Alandroal, Borba, Estremoz, għall-freguesias ta' Na Sr.a de Machede, S. Mansos, S. Vicente do Pigeiro, S. Miguel de Machede u S. Bento do Mato tal-muniċipalità ta' Évora, għall-freguesias ta' Luz u Mourão tal-muniċipalità ta' Mourão, għall-muniċipalitajiet ta' Redondo, Reguengos de Monsaraz u Vila Viçosa tad-distrett ta' Évora, għall-muniċipalitajiet ta' Alter do Chão, Arronches, Avis, Campo Maior, Castelo de Vide, Crato, Elvas, Fronteira, Marvão, Monforte, Nisa, Portalegre u Sousel tad-distrett ta' Portalegre.

4.4.   Prova tal-oriġini: L-oriġini awtorizzat mid-drawwa b'mod partikolari fid-dawl tat-tradizzjoni kulinari reġjonali u s-sengħa li ġejja miż-żmien imbiegħed.

Biex jipproduċu dan iż-żejt taż-żebbuġa, il-proċessuri jistgħu jużaw biss żebbuġ minn produtturi rreġistrati u minn varjetajiet awtorizzati.

Għal kull operatur approvat mill-konsorzju ta' ġestjoni tad-DOP, jinżamm u jiġi aġġornat reġistru deskrittiv, li fih informazzjoni dwar l-oriġini taż-żebbuġ użat, tal-kondizzjonijiet reali tal-produzzjoni/tat-twassil u tal-kondizzjonijiet teknoloġiċi fis-seħħ.

Dan ir-reġistru ta' kuljum irid juri l-ismijiet tal-fornituri taż-żebbuġ, il-kwantitajiet li waslu mingħand kull produttur u l-kwantità ta' żejt taż-żebbuġa prodott.

Il-varjetajiet iridu jkunu rreġistrati minn min ikabbar iż-żebbuġ jew mir-rappreżentanti tagħhom (il-kooperattivi).

Il-produtturi jrid ikollhom u jrid iżommu aġġornat reġistru li fih il-kwantitajiet ta' żebbuġ iddestinati għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li se jkollu d-DOP ta' Alentejano ta' Fuq.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: Il-prodott isir billi jitħalltu kwantitajiet magħsura mill-varjetajiet imsemmija hawn fuq, fil-proporzjonijiet li ġejjin:

Varjetà obbligatorja

Galega

Minimu ta' 65 %

Varjetajiet tollerati

Azeiteira; Blanqueta; Carrasquenha; Redondil

Massimu ta' 5 %

Cobrançosa

Massimu ta' 10 %

Fid-dawl tal-kondizzjonijiet speċjali li jikkaratterizzaw il-muniċipalitajiet ta' Campo Maior u Elvas (li huma xierqa b'mod partikolari għall-produzzjoni taż-żebbuġ ippreservat), bħala eċċezzjoni l-varjetajiet li ġejjin jistgħu jintużaw iżda biss fil-perċentwali li ġejjin fiż-żona żgħira tal-masġar taż-żebbuġ maħsuba għaż-żejt taż-żebbuġ li jifdal:

Varjetà obbligatorja

Galega

Minimu ta' 50 %

Varjetajiet tollerati

Azeiteira; Carrasquenha; Redondil; Cobrançosa

Massimu ta' 10 %

Blanqueta

Massimu ta' 5 %

Il-varjetà Picual hija pprojbita fi kwalunkwe ċirkustanza; minkejja dan, jistgħu jintużaw varjetajiet tradizzjonali oħra, fi proporzjoni massima ta' 5 %, bil-kondizzjoni li jkunu awtorizzati mill-konsorzju ta' ġestjoni tad-DOP.

Il-frott irird jinġabar meta jkun misjur fl-aqwa stat, u ż-żebbuġ li jinġabar minn mal-art ma jistax jintuża għall-produzzjoni taż-żejt li għandu din id-denominazzjoni tal-oriġini, filwaqt li t-trasport isir f'kaxxi li jistgħu jitgħabbew fuq xulxin, filwaqt li jittieħed ħsieb li jkun hemm ventilazzjoni.

Il-varjetajiet iridu jkunu rreġistrati minn min ikabbar iż-żebbuġ jew mir-rappreżentanti tagħhom u l-pressi jistgħu jirċievu esklussivament, fl-ambitu ta' din il-produzzjoni, iż-żebbuġ ta' produtturi rreġistrati u l-varjetajiet awtorizzati, dejjem f'kondizzjonijiet iġjeniċi u sanitarji impekkabbli.

It-temperatura tal-pasta fil-pressa jew fir-reċipjent tan-naqal kif ukoll tal-mikser tal-ilma/żejt fil-magna ċentrifuga ma tista' qatt taqbeż il - 35°Ċ.

Minħabba li ż-żejt taż-żebbuġa kapaċi jifforma taħlita omoġena u sabiex jiġi evitat kwalunkwe ostaklu għall-kapaċità ta' rintraċċar meta jsir kontroll, it-tħejjija għas-suq tista' ssir unikament minn operaturi approvati kif xieraq, fiż-żona tal-oriġini, sabiex tiġi ggarantita l-kwalità u l-awtentiċità tal-prodott u sabiex il-konsumatur ma jitqarraqx. It-tħejjija għas-suq se ssir f'reċipjenti magħmula minn materjali impermeabbli, inerti u innokwi li jissodisfaw kull standard iġjeniku u sanitarju.

4.6.   Rabta: Il-kondizzjonijiet ta' klima u ħamrija ta' dan ir-reġjun huma l-oriġini tal-karatteristiċi speċifiċi ta' dan iż-żejt taż-żebbuġa.

4.7.   Korp ta' kontroll:

Isem

:

AADP — Associação de Agricultores do Distrito de Portalegre

Indirizz

:

Parque de Leilões de Gado de Portalegre, Estrada Nacional 246, Apartado n.o 269 7300-901 Portalegre

Tel

:

+ 351 245 20 12 96/245 33 10 64

Numru tal-faks

:

+ 351 245 20 75 21

Posta elettronika

:

aadp1@iol.pt

4.8.   Tikkettar: It-titolu “AZEITES DO NORTE ALENTEJANO — Denominação de Origem Protegida” irid bilfors jidher, flimkien mal-logotip approvat mill-konsorzju ta' ġestjoni tad-DOP, għaż-żjut taż-żebbuġa tal-Alentejo ta' Fuq u l-logotip Komunitarju approvat għad-DOP.

Rekwiżiti nazzjonali

:


(1)  Il-Kummissjoni Ewropea — Direttorat Ġenerali tal-Agrikultura — It-taqsima tal-Politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli — B-1049 Brussell.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

169


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 794/2005

tas-26 ta' Mejju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 dwar l-iskemi ta’ appoġġ ipprovduti taħt it-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imserrħa mill-produzzjoni għall-ksib ta' materja prima

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skont il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 145(c) u l-Artikolu 155 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 (2) jipprevedi miżuri tranżizzjonali għall-istabbiliment tal-lista ta’ varjetajiet magħżula bħala ammissibbli għall-benefiċċju tal-primjum speċjali għall-kwalità għall-qamħ durum għas-sena 2005 L-esperjenza turi li f’ċerti Stati Membri, huwa ġustifikat li jiġu applikati fl-2006 ukoll il-miżuri tranżizzjonali previsti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu msemmi.

(2)

L-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 jipprevedi, b’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu msemmi, il-possibbiltà li l-Istati Membri jaċċettaw il-preżenza, f’masġar ta’ siġar tal-ġwież, siġar li jipproduċu frott ieħor, bil-kundizzjoni li ma jaqbżux l-10 % fl-għadd mill-għadd minimu ta’ siġar li jipproduċu, f’kull ettaru kif stabbilit fil-pargrafu 3 tal-istess Artikolu. L-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tat lok għal interpretazzjonijiet differenti. Huwa xieraq li jiġi ċċarat l-ambitu ta’ din id-dispożizzjoni filwaqt li titqies l-ispeċifiċità tal-imsaġar tal-ġwież fl-Istati Membri, billi jiġi ppreċiżat li l-limitu ta’ 10 % msemmi qabel, ikunx għan-numru minimu ta’ siġar produtturi kull ettaru, inkella l-għadd ta’ siġar li jipproduċu l-ġwież li effettivament tħawlu fil-masġar partikolari.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandu jiġi emendat skond dan.

(4)

Peress li r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 japplika mill-1 ta’ Jannar 2005, huwa xieraq li l-emenda kkonċernata tapplika b’effett minn dik id-data.

(5)

Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 hu emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu l-lista tal-varjetajiet magħżula bħala ammissibbli li jibbenefikaw mill-primjum speċjali għall-kwalità għall-qamħ durum matul l-2006 f’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2005 f’dak li jirrigwarda l-varjetajiet tax-xitwa u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005 f’dak li jirrigwarda l-varjetajiet tar-rebbiegħa.”

2)

It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(1) jinbidel b’li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, u bla ħsara għall-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw il-preżenza, f’masġar ta’ siġar tal-ġwież, siġar oħra li jipproduċu frott ieħor li mhux ġwież, bil-kundizzjoni li ma jaqbżux l-10 % fl-għadd mill-għadd minimu ta’ siġar li jipproduċu, f’kull ettaru kif stabbilit fil-pargrafu 3 jew l-għadd ta’ siġar produtturi ta’ ġwież imħawla effettivament kull ettaru ta’ masġar, skont kif jidhirlu l-Istat Membru. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-preżenza tas-siġar tal-qastan jew l-għadd ta’ siġar stipulat fil-paragrafu 3 jiġi rrispettat f’dak li jirrigwarda s-siġar tal-ġwież ammissibbli.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt 2 ta' l-Artikolu 1 għandu jgħodd mill-1 Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta' Mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

(2)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

171


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 827/2005

tat-30 ta' Mejju 2005

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti ġobon fiż-żmien ta' ħażna 2005/2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 tista' tingħata għajnuna għall-ħażna privata għal ġobon li jżomm fit-tul u għal ġobon magħmul mill-ħalib tan-nagħġa u/jew tal-mogħża u li jeħtieġ tal-inqas sitt xhur biex jimmatura, jekk għal dak il-ġobon l-iżviluppi fil-prezzijiet u l-qagħda tal-ħażna jindikaw żbilanċ serju fis-suq li jista' jiġi eliminat jew imnaqqas b'ħażna staġonali.

(2)

In-natura staġonali tal-produzzjoni ta' ċertuġobon li jżomm fit-tul u tal-ġobon Pecorino Romano, Kefalotyri u Kesseri hi aggravata mill-fatt li l-istaġonalità tal-konsum hi l-oppost tal-istaġonalità tal-produzzjoni. Barra minn hekk, is-sistema ta' produzzjoni mhix konsolidata ta' dan il-ġobon taggrava l-konsegwenzi ta' dik l-istaġonalità. Għalhekk għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex tiġi megħjuna l-ħażna staġonali fir-rigward ta' kwantita' relattiva mad-differenza bejn il-produzzjoni sajfija u dik xitwija.

(3)

Għandhom ikunu stabbiliti t-tipi ta' ġobon eliġibbli għall-għajnuna u l-kwantitajiet massimi li jistgħu jikkwalifikaw għaliha, kif ukoll it-tul ta' żmien tal-kuntratti fir-rigward tar-rekwiżiti reali tas-suq u kemm iżomm fit-tul il-ġobon kkonċernat.

(4)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta' ħażna u l-miżuri essenzjali li jippermettu l-ġobon kopert minn kuntratt biex ikun identifikat u suġġett għal verifiki. L-ammont tal-għajnuna jrid ikun stipulat b'referenza għall-ispejjeż tal-ħażna u l-bilanċ li għandu jinżamm bejn ġobon li jikkwalifika għall-għajnuna u ġobon ieħor mibjugħ fis-suq. Minħabba dawn l-elementi, u r-riżorsi disponibbli, l-ammonti għall-ispejjeż fissi u l-ispejjeż ta' ħażna għal kull ġurnata ta' ħażna għandhom jitnaqqsu. L-ammont għall-ispejjeż finanzjarji għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' rata ta' interessi ta' 2 %.

(5)

Għandhom jiġu stabbiliti wkoll regoli dettaljati dwar id-dokumentazzjoni, il-kontabbilità u l-frekwenza u n-natura tal-verifiki. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-kuntrattur biex iħallas l-ispejjeż tal-verifiki jew parti minnhom.

(6)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għotja ta' għajnuna tal-Komunità għall-ħażna ta' xi ġobon (minn hawn 'l quddiem “għajnuna”) skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 matul is-sena ta' ħażna 2006/2005.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' dan ir-Regolament:

a)

“lott tal-ħażna”: tfisser kwantita' ta' ġobon li jiżen mill-inqas żewġ tunnellati, tal-istess tip u jittieħed għall-ħażna f'maħżen wieħed f'ġurnata waħda;

b)

“il-jum ta' bidu ta' ħażna b'kuntratt”: tfisser l-għada tal-bidu tal-ħażna;

c)

“l-aħħar ġurnata ta' ħażna b'kuntratt”: tfisser il-ġurnata ta' qabel it-tneħħija mill-ħażna;

d)

“iż-żmien ta' ħażna”: tfisser iż-żmien li matulu l-ġobon jista' jiġi kopert mill-iskema ta' ħażna privata, kif speċifikat għal kull tip ta' ġobon fl-Anness.

Artikolu 3

Ġobon eliġibbli għall-għajnuna

1.   L-għajnuna għandha tingħata lil ċertu ġobon li jżomm fit-tul, il-ġobon Pecorino Romano, Kefalotyri u Kasseri skont it-termini stabbiliti fl-Anness.

2.   Il-ġobon irid kun ġie mmanifatturat fil-Komunità u jissodisfa dawn l-kundizzjonijiet:

a)

ikun immarkat b'linka li ma titħassarx b'indikazzjoni tal-impriża fejn ġie mmanifatturat u l-jum u x-xahar tal-manifattura; dawn id-dettalji jistgħu jkunu fil-forma ta' kodiċi;

b)

ikun għadda minn testijiet ta' kwalità li juru li joffri garanziji xierqa li jagħmluha possibbli li titbassar il-klassifikazzjoni tagħhom skont kemm il-prodott ikun immatura fil-kategoriji definiti fl-Anness.

Artikolu 4

Kuntratt ta' ħażna

1.   Il-kuntratti relatati mal-ħażna privata tal-ġobon għandhom ikunu konklużi bejn aġenzija ta' intervent tal-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu jinħażen il-ġobon u l-persuni naturali jew ġuridiċi, minn issa 'l quddiem imsejħin “il-kuntratturi”.

2.   Il-kuntratti ta' ħażna għandhom ikunu mfassla bil-miktub fuq il-bażi ta' applikazzjoni biex jitfassal kuntratt.

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand l-aġenzija ta' intervent mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tad-dħul fil-ħażna u jistgħu jinvolvu biss lottijiet ta' ġobon li diġa' bdew jinħażnu sħaħ. L-aġenziji ta' intervent għandhom jirreġistraw id-data ta' meta rċevew kull applikazzjoni.

Jekk l-applikazzjoni tasal għand l-aġenzija ta' intervent fi żmien 10 ijiem wara d-data tal-iskadenza, il-kuntratt ta' ħażna jista' jiġi konkluż xorta iżda l-għajnuna tkun imnaqqsa bi 30 %.

3.   Il-kuntratti ta' ħażna għandhom jiġu konklużi bil-miktub għal lott wieħed jew aktar ta' ħażna u għandhom jinkludu, b'mod partikolari, id-disposizzjonijiet dwar:

a)

il-kwantità ta' ġobon li għaliha japplika l-kuntratt;

b)

id-dati rigward it-twettiq tal-kuntratt;

c)

l-ammont tal-għajnuna;

d)

il-maħżen.

4.   Il-kuntratti ta' ħażna għandhom ikunu konklużi mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data ta' reġistrazzjoni tal-applikazzjoni biex jitfassal kuntratt.

5.   Il-miżuri ta' verifika, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 7, għandhom ikunu soġġetti għall-ispeċifikazzjonijiet mfasslin mill-aġenzija ta' intervent. Il-kuntratt ta’ ħażna għandu jirreferi għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet.

Artikolu 5

Dħul u tneħħija mill-ħażna

1.   Iż-żminijiet tad-dħul u tat-tneħħija mill-ħażna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness.

2.   It-tneħħija mill-ħażna għandu jkun f'lottijiet sħaħ ta' ħażna.

3.   Jekk, fi tmiem l-ewwel 60 jum ta' ħażna b'kuntratt id-deterjorament fil-kwalità tal-ġobon hi akbar minn dik li hi normali fil-maħżen, il-kuntratturi jistgħu jkunu awtorizzati, darba għal kull lott ta' ħażna, li jibdlu il-kwantità difettuża, bi spejjeż tagħhom.

Jekk il-verifiki matul il-ħażna jew fi tneħħija mill-ħażna jikxfu kwantitajiet difettużi, l-ebda għajnuna ma titħallas għal dwak il-kwantitajiet. Barra minn hekk, il-parti tal-lott li tkun għada eliġibbli għall-għajnuna m'għandhiex tiżen inqas minn żewġ tunnellati.

It-tieni sottoparagrafu għandu japplika fejn parti tal-lott hi mneħħija qabel il-bidu taż-żmien ta' tneħħija mill-ħażna, indikat fil-paragrafu 1, jew qabel l-iskadenza taż-żmien ta' ħażna minimu indikat fl-Artikolu 8(2).

4.   Għall-għan tal-kalkolu tal-għajnuna fil-każ indikat fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 3, l-ewwel jum ta' ħażna b'kuntratt għandu jkun il-jum ta' bidu ta' ħażna b'kuntratt.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet ta' ħażna

1.   L-Istat Membru għandu jassigura li jitwettqu l-kundizzjonijiet li jikkonċedu l-intitolment għall-ħlas tal-għajnuna.

2.   Il-kuntrattur jew, fuq talba tal-Istat Membru jew bl-awtorizzazzjoni tiegħu, il-persuna responsabbli għall-maħżen, għandu jagħmel disponibbli lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-iverifiki kull dokumentazzjoni li tippermetti l-verifika ta' dawn il-partikolaritajiet tal-prodotti mqiegħda f'ħażna privata:

a)

il-pussess fiż-żmien tat-tpoġġija fil-ħażna;

b)

l-oriġini u d-data tal-manifattura tal-ġobon;

c)

id-data tat-tpoġġija fil-ħażna;

d)

Il-preżenza fil-maħżen u l-indirizż tiegħu;

e)

id-data tat-tneħħija mill-ħażna.

3.   Il-kuntrattur jew, fejn applikabbli, il-persuna responsabbli għall-maħżen, għal kull kuntratt għandu jżomm disponibbli fil-maħżen reġistri tal-ħażna, li jkopru:

a)

l-identifikazzjoni, bin-numru tal-lott tal-ħażna tal-prodotti mqiegħda f'ħażna privata;

b)

dati tad-dħul u t-tneħħija mill-ħażna;

c)

in-numru ta' ġobon u l-piż tagħhom f'kull lott maħżun;

d)

il-post fejn tqiegħdu l-ġobon fil-maħżen.

4.   Il-prodotti fil-maħzen għandhom jintagħrfu faċilment, ikunu aċċessibli faċilment u identifikati individwalment bil-kuntratt. Għandu jitwaħħal timbru speċifiku mal-ġobon maħżun.

Artikolu 7

Verifiki

1.   Mad-dħul fil-ħażna l-aġenzija kompetenti għandha tagħmel verifiki, b'mod partikolari, sabiex tassigura li l-ġobon maħżun hu eliġibbli għall-għajnuna u sabiex tipprevjeni kull possibilita' ta' sostituzzjoni matul il-ħażna taħt kuntratt.

2.   L-aġenzija għandha tagħmel verifiki ta' kampjuni għall-għarrieda biex tivverifika li l-ġobon jinsab fil-maħżen. Il-kampjun ikkonċernat għandu jkun rappreżentattiv u jirrapreżenta mill-anqas 10 % tal-kwantita' totali mqiegħda taħt kuntratt għall-miżuri ta' għajnuna għall-ħażna privata.

Dawn il-verifiki għandhom jinkludu, minbarra eżaminazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3), kontroll fiżiku tal-piż u tat-tip ta' prodotti u l-identifikazzjoni tagħhom. Dawn il-verifiki fiżiċi għandhom jikkonċernaw mill-inqas 5 % tal-kwantità soġġetta għall-kontroll għall-għarrieda.

3.   Fi tmiem taż-żmien ta' ħażna b'kuntratt l-aġenzija għandha tivverifika biex tara li l-ġobon jinsab hemm. Madankollu, jekk il-prodotti jibqagħu maħżuna wara l-iskadenza taż-żmien massimu tal-ħażna b'kuntratt dan il-kontroll jista' jsir wara li jitneħħew mill-ħażna.

Għall-għanijiet tal-kontroll imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu, l-kuntrattur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti, billi jindika l-lottijiet maħżuna kkonċernati, mill-inqas ħamest ijiem ta' xogħol qabel l-iskadenza taż-żmien ta' ħażna b'kuntratt jew, qabel l-bidu tal-operazzjonijiet tat-tneħħija, fejn dawn jitwettqu matul jew wara iż-żmien ta' ħażna b'kuntratt.

L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw limitu ta' żmien iqsar minn ħamest ijiem ta' xogħol.

4.   Għandu jitfassal rapport dwar il-verifiki mwettqa skont il-paragrafi 1, 2 u 3, li jispeċifika:

a)

id-data tal-kontroll,

b)

it-tul ta' żmien,

c)

l-operazzjonijiet imwettqa,

Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli u kontro-iffirmat mill-kuntrattur jew, kif jista' jkun il-każ, mill-persuna responsabbli għall-maħżen, u jridu jkunu inklużi fil-fajl tal-ħlasijiet.

5.   Fil-każ ta' irregularitajiet li jolqtu 5 % jew aktar tal-kwantitajiet ta' ġobon ikkontrollat, il-kontroll għandu jkun estiż għal kampjun akbar, li għandu jkun iddeterminat mill-aġenzija.

L-Istati Membri għandhom javżaw dawn il-każijiet lill-Kummissjoni fi żmien erba' ġimgħat.

6.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kuntrattur jista' jkollu jħallas l-ispejjeż tal-verifiki jew parti minnhom.

Artikolu 8

Għajnuna għall-ħażna

1.   L-għajnuna għandha tkun kif ġej:

a)

EUR 7,50 kull tunnellata għall-ispejjeż fissi;

b)

EUR 0,20 għal kull tunnellata għal kull jum ta' ħażna b'kuntratt għall-ispejjeż ta' magażinaġġ:

c)

għall-ispejjeż finanzjarji ta' kuljum tal-ħażna b'kuntratt:

i)

EUR 0,23 għal kull tunnellata għall-ġobon li jżomm fit-tul;

ii)

EUR 0,28 għal kull tunellata għall-Pecorino Romano:

iii)

EUR 0,39 għal kull tunellata għall-Kefalotyri u Kasseri.

2.   M'għandiex tingħata għajnuna jekk il-ħażna b'kuntratt hi ta' inqas minn 60 jum. L-għajnuna massima li tista' titħallas m'għandhiex taqbeż l-ammont li jikkorrispondi għal 180 jum ta' ħażna b'kuntratt.

Jekk il-kuntrattur ma jirrispettax il-limitu ta' żmien speċifikat taħt it-tieni jew it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 7(3), l-għajnuna għandha titnaqqas bi 15 % u titħallas biss għaż-żmien li għalih il-kuntrattur iġib provi għas-sodisfazzjon tal-aġenzija hawn fuq imsemmija li l-ġobon baqa' taħt ħażna b'kuntratt.

3.   L-għajnuna għandha titħallas wara applikazzjoni mill-kuntrattur, fl-aħħar taż-żmien tal-ħażna b'kuntratt, fi żmien 120 jum mill-wasla tal-applikazzjoni, bil-kundizzjoni li l-verifiki msemmija fl-Artikolu 7(3) ikunu twettqu u l-kundizzjonijiet għall-intitolament għall-għajnuna jkunu tħarsu.

Iżda jekk ikun qed isir stħarriġ amministrattiv għal intitolament għall-għajnuna, il-ħlas m’għandux isir sakemm l-intitolament ikun rikonoxxut.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' Mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).


ANNESS

Kategoriji ta' ġobon

Kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna

Staġonatura minima għall-Ġobon

Żmien tad-dħul fil-ħażna

Żmien tat-tneħħija mill-ħażna

Ġobon Franċiż li jżomm fit-tul:

ġobon Beaufort u Comté b’denominazzjoni tal-oriġini protetta

“Tikketta Hamra” Emmental grand cru

Ġobon Emmental u Gruyère ta' klassi A jew B

16 000  t

10  ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

Ġobon Ġermaniż li jżomm fit-tul:

 

“Markenkäse” jew “Klasse fein” Emmentaler/Bergkäse

1 000  t

10  ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

Ġobon Irlandiż li jżomm fit-tul:

 

“Ġobon Irlandiż li jżomm fit-tul. Emmental, grad speċjali”

900  t

10  ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

Ġobon Awstrijak li jżomm fit-tul:

“1.

Güteklasse Emmentaler/Bergkäse/Alpkäse”

1 700  t

10  ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

Ġobon Finlandiż li jżomm fit-tul:

 

“I luokka”

1 700  t

10  ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

Ġobon Żvediż li jżomm fit-tul:

 

“Västerbotten/Prästost/Svecia/Grevé”

1 700  t

10  ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

Ġobon Pollakk li jżomm fit-tul:

 

“Podlaski/Piwny/Emmentalski/Ser Corregio”

3 000  t

10  ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

Ġobon Sloven li jżomm fit-tul:

 

“Ementalec/Zbrinc”

200  t

10  ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

Ġobon Litwan li jżomm fit-tul:

 

“Goja/Džiugas”

700  t

10  ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

Ġobon Latvjan li jżomm fit-tul:

 

“Rigamond, Ementāles tipa un Ekstra klases siers”

500  t

10  ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

Ġobon Ungeriż li jżomm fit-tul:

 

“Pannónia”

300  t

10  ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

Pecorino Romano

19 000  t

90 jum, u prodotti wara l-1 ta' Ottubru 2004

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru 2005

Qabel il-31 ta’ Marzu 2006

Kefalotyri u Kasseri magħmula mill-ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż jew minn taħlita tat-tnejn

2 500  t

90 jum, u prodotti wara t-30 ta' Novembru 2004

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Novembru 2005

Qabel il-31 ta’ Marzu 2006


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

176


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 832/2005

tal-31 ta' Mejju 2005

dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, isoglukożju u fruttożju għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 tal-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Arikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi evitat li jkun hemm disturb fis-swieq tas-settur taz-zokkor wara l-adeżjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea nhar l-1 ta’ Mejju 2004 tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (“l-Istati Membri l-ġodda”), l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004 jistipula li l-kwantitajiet taz-zokkor innifsu jew fi prodotti pproċessati, tal-isoglukożju u tal-fruttożju li fl-1 ta’ Mejju 2004 jaqbżu l-kwantità meqjusa bħala ħażna normali li tingħadda għall-perjodu ta’ wara, għandhom jitneħħew mis-suq fil-forma ta' zokkor innifsu jew ta' isoglukożju bi spejjeż tal-Istati Membri l-ġodda kkonċernati.

(2)

Sabiex jiġu ddeterminati dawk il-kwantitajiet żejda, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004 jistipula li l-Istati Membri l-ġodda għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-tagħrif relevanti dwar il-kwantitajiet tal-produzzjoni, il-konsum, il-ħażniet, l-esportazzjoni u l-importazzjoni, kif ukoll tagħrif dwar is-sistema stabbilita sabiex jiġu identifikati l-kwantitajiet żejda.

(3)

Ġeneralment, kwantitajiet żejda ta' zokkor huma meqjusa li jirriżultaw mill-iżvilupp fil-produzzjoni li miegħu tinżied l-importazzjoni u titnaqqas l-esportazzjoni għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2003 sat-30 ta' April 2004, imqabbel mal-medja tal-istess kwantitajiet għall-istess perjodu tul it-tliet snin ta’ qabel. Kif stipulat fl-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004, tqiesu wkoll ċirkustanzi speċifiċi rigward il-kumulazzjoni ta’ ħażniet, speċjament it-tnaqqis fil-livell tal-ħażniet matul dak il-perjodu.

(4)

Abbażi tal-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri l-ġodda, il-kwantitajiet żejda taz-zokkor għandhom jiġu ddeterminati biss għall-Estonja, Ċipru, il-Latvja, Malta u s-Slovakkja, b'konformità ma' dak il-metodu.

(5)

Għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ isoglukożju u fruttożju, ġie applikat l-istess metodu. B’riżultat ta’ dan, ma jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-ebda kwantitajiet żejda ta' fruttożju u ta' isoglukożju.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet ta’ zokkor, fl-għamla ta' zokkor innifsu jew fi prodotti proċessati, li fl-1 ta’ Mejju 2004 jaqbżu l-kwantità meqjusa bħala ħażna normali li tingħadda għall-perjodu ta’ wara, u li għandhom jitneħħew mis-suq Komunitarju skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004, huma kif ġej:

L-Estonja: 91 464 t.

Ċipru: 40 213-il t.

Il-Latvja: 10 589 t.

Malta: 2 452 t.

Is-Slovakkja: 10 225 t.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppublikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta' mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2005 (ĠU L 108, 29.4.2005, p. 3).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

178


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 873/2005

tad-9 ta' Ġunju 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2001 tal-5 ta' Frar 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta' Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-ħjut [fibra] (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sena tas-suq għall-prodotti tar-raba' li jinħarat, inkluż il-kittien u l-qanneb imkabbar għall-fibra, ġiet stabbilita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 li jwaqqaf sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti prodotti tar-raba' li jinħarat (2). Wara li dak ir-Regolament ġie rrevokat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3), hemm bżonn li, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2001 (4), tiġi stabbilita s-sena tas-suq għall-kittien u l-qanneb imkabbar għall-fibra.

(2)

Fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 245/2001 hemm referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta' Novembru 1992 li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta' għajnuna tal-Komunità (5). Minħabba li dak ir-Regolament ġie rrevokat u tbiddel bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-referenza rilevanti għandha tiġi emendata kif xieraq.

(3)

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 245/2001 jagħmel il-ħlas tal-għajnuna għall-ipproċessar tat-tiben tal-kittien u l-qanneb f'fibra suġġett b'mod partikulari għall-kundizzjoni li ż-żoni miżrugħa bil-kittien jew qanneb imkabbar għall-fibra jkunu ġew iddikjarati, għas-sena tas-suq ikkonċernata, permezz tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna “għaż-żona” kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92 tat-23 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta' għajnuna tal-Komunità (6). Minħabba li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna “għaż-żona” tbiddlu bl-applikazzjoni unika kif imsemmi fil-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa (7), jeħtieġ li l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 245/2001 jiġi emendat kif xieraq.

(4)

L-esperjenza wriet li l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 245/2001, li jobbliga lill-Kummissjoni tippubblika t-tagħrif li jibagħtulha l-Istati Membri dwar it-trasferiment bejn il-kwantitajiet iggarantiti nazzjonali għall-fibra t-twila tal-kittien u għall-fibra l-qasira tal-kittien u tal-qanneb fis-serje “Ċ” ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jitlob ħidma amministrattiva konsiderevoli, u ma jagħti l-ebda kontribut effettiv għas-settur, minħabba li l-operaturi diġà jiksbu dan it-tagħrif mill-Istati Membri nfushom. Sabiex ir-regoli dwar l-għajnuna għall-ipproċessar tal-kittien u l-qanneb jiġu ssimplifikati, għandha titħassar din id-dispożizzjoni.

(5)

Minħabba r-revoka tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, it-tqabbil tat-tagħrif fuq iż-żoni agrikoli miżrugħa bil-kittien jew qanneb imkabbar għall-fibra sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għall-fibra tal-kittien jew għall-fibra tal-qanneb, kif imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 245/2001, għandu jsir permezz tat-tagħrif iddeterminat skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(6)

Sabiex jitħaffu l-proċeduri, u safejn huwa teknikament possibbli, l-Istati Membri u l-importaturi għandhom jingħataw il-possibbiltà li joħorġu u jużaw liċenzji permezz ta' sistemi kkompjuterizzati għall-importazzjonijiet tal-qanneb minn pajjiżi terzi li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 245/2001.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 245/2001 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Il-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Fibri Naturali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 245/2001 għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 1 għandu jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

L-għan u s-sena tas-suq

1.   Ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb imkabbar għall-fibra stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1673/2000 għandhom ikunu hekk kif inhu stabbilit hawnhekk.

2.   Is-sena tas-suq għandha tkun mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju.”

2)

L-Artikolu 5(1)(b) għandu jitbiddel b’dan li ġej:

“(b)

in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-proċessur primarju, in-numru tal-identifikazzjoni tal-bidwi fis-sistema integrata għall-amministrazzjoni u l-kontroll li dwarha hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, kif ukoll l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom;”

3)

L-ewwel inċiż fl-Artikolu 7(1) għandu jitbiddel b'dan li ġej:

“—

tinkiseb minn tiben kopert bil-kuntratti tal-bejgħ/tax-xiri, bl-impenji għall-ipproċessar jew bil-kuntratti għall-ipproċessar kif imsemmi fl-Artikolu 5 li jkopri ż-żoni miżrugħa bil-kittien jew qanneb imkabbar għall-fibra u bl-applikazzjoni unika kif imsemmi fil-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, imressqa għas-sena li fiha tibda s-sena tas-suq, u”

4)

Fl-Artikolu 8, għandu jitħassar il-paragrafu 5.

5)

Fl-Artikolu 13(1), it-tieni inċiż għandu jitbiddel b'dan li ġej:

“—

it-tqabbil tat-tagħrif dwar iż-żoni agrikoli msemmija fil-kuntratti tal-bejgħ/tax-xiri, tal-impenji għall-ipproċessar u tal-kuntratti għall-ipproċessar biex jiġi mistħarreġ jekk dan ikunx jaqbel ma' dak iddeterminat skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003,”

6)

Fl-Artikolu 17a(1), għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara t-tieni s-subparagrafu:

“Jistgħu jinħarġu liċenzji u jintużaw permezz ta' sistemi kkompjuterizzati skont ir-regoli ddettaljati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti. Il-kontenut ta' dawk il-liċenzji għandu jkun bħal dak fuq il-liċenzji mitbugħin fuq karta msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu. Fl-Istati Membri fejn mhumiex disponibbli t-tali sistemi kkompjuterizzati, l-importatur jista' juża biss il-liċenzja mitbugħa fuq karta.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tas-suq 2005/2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta' Ġunju 2005.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 29.7.2000, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 393/2004 (ĠU L 65, 3.3.2004, p. 4).

(2)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 864/2004 (ĠU L 206, 9.6.2004, p. 20).

(4)  ĠU L 35, 6.2.2001, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1401/2003 (ĠU L 199, 7.8.2003, p. 3).

(5)  ĠU L 355, 5.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 495/2001 (ĠU L 72, 14.3.2001, p. 6).

(6)  ĠU L 391, 31.12.1992, p. 36. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2721/2000 (ĠU L 314, 14.12.2000, p. 8).

(7)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 436/2005 (ĠU L 72, 18.3.2005, p. 4).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

180


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 884/2005

tal-10 ta' Ġunju 2005

li jistabbilixxi l-proċeduri ta' kif ikunu kondotti l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima

(Test b'Relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib tal-faċilità tas-sigurtà tal-bastiment u l-port (1), u partikolarment l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tkun immonitorata l-applikazzjoni tal-Istati Membri tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 il-Kummissjoni għandha tagħmel spezzjonijiet li jibdew sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament. L-organizzazzjoni tal-ispezzjonjiet taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni hi neċessarja biex tivverifika l-effettività tas-sistemi għall-kontroll tal-kwalità u miżuri ta' sigurtà, proċeduri u strutturi nazzjonali.

(2)

L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima li hi stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-assistenza teknika fil-eżekuzzjoni ta' din tal-aħħar għall-inkarigi ta' spezzjoni rigward bastimenti, kumpaniji relevanti u Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti tas-Sigurtà.

(3)

Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-iskeda u l-preparament tal-ispezzjonijiet tagħha mal-Istati Membri. Timijiet għall-ispezzjoni tal-Kummissjoni jistgħu jinkludu spetturi nazzjonali kwalifikati li jsiru disponibbli mill-Istat Membru.

(4)

Ispezzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom isiru skont proċedura ffissata, li tinkludi metodoloġija standard.

(5)

Informazzjoni sensittiva dwar spezzjonijiet għandha tkun trattata bħala informazzjoni klassifikata.

(6)

Il-miżuri li dwarhom hemm provediment f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat istitwit permezz tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

KAPITOLU 1

TEMATIKA U TIFSIRIET

Artikolu 1

Kontenut

Dan ir-Regolament jistipula l-proċeduri ta' kif ikunu kondotti l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni biex jimmonitorjaw l-applikazzjoni mill-Istati Membri tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 fil-livell ta' kull Stat Membru u faċilitajiet tal-port individwali u kumpaniji relevanti.

L-ispezzjonijiet għandhom ikunu kondotti b'mod trasparenti, effettiv, armonizat u konsistenti.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw it-tifsiriet li jmiss:

1.

“Spezzjoni tal-Kummissjoni” tfisser eżaminazzjoni mill-ispetturi tal-Kummissjoni tas-sistemi nazzjonali għall-kontroll tal-kwalità tas-sigurtà marittima, miżuri, proċeduri u strutturi tal-Istati Membri, biex tkun iddeterminata l-konformità mill-Istati Membri mar-Regolament (KE) Nru 725/2004;

2.

“Spettur tal-Kummissjoni” tfisser persuna li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7, impjegata mill-Kummissjoni, jew impjegata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima jew spettur nazzjonali, mibgħut mill-Kummissjoni biex jipparteċipa fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni;

3.

“spettur nazzjonali” tfisser persuna impjegata mill-Istat Membru bħala spettur tas-sigurtà marittima, u kkwalifikata skont ir-rekwiżiti ta' dak l-Istat Membru;

4.

“Kumitat” tfisser il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004;

5.

“evidenza oġġettiva” tfisser informazzjoni, reġistri jew riżultati kwantitattivi jew kwalitattivi marbutin mas-sigurtà jew mal-eżistenza u l-implimentazzjoni ta' rekwiżit stipulati fir-Regolament (KE) Nru 725/2004, li huma msejsa fuq l-osservazzjoni, il-kejl jew l-eżaminar, u li jistgħu jkunu vverifikati

6.

“osservazzjoni” tfisser dikjarazzjoni ta' fatt magħmul waqt spezzjoni tal-Kummissjoni u sostanzjata b'evidenza oġġettiva;

7.

“non-konformità” tfisser sitwazzjoni osservata fejn l-evidenza oġġettiva tindika n-nuqqas ta' rekwizit stipulata fir-Regolament (KE) Nru 725/2004 li teħtieġ azzjoni korrettiva;

8.

“nuqqas ta' konformità maġġuri” tfisser devjazzjoni identifikabbli li toħloq perikolu serju għas-sigurtà marittima li tkun teħtieġ azzjoni korrettiva immedjata u li tinkludi n-nuqqas ta' implimentazzjoni effettiva u sistematika ta' rekwiżit li jkun stipulat fir-Regolament (KE) Nru 725/2004;

9.

“focal point” means the body designated by each Member State to serve as a contact point for the Commission and other Member States and to facilitate, follow up and inform on the application of the maritime security measures laid down in Regulation (EC) No 725/2004;

10.

“kumpanija rilevanti” tfisser entità li għandha taħtar Uffiċjal tal-Kumpanija għas-Sigurtà, Uffiċjal għas-Sigurtà tal-Bastiment jew Uffiċjal għas-Sigurtà tal-Faċilità tal-Port, jew li tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' Pjan ta' Sigurtà tal-Bastiment jew Pjan ta' Sigurtà tal-Faċilità tal-Port, jew li jkun maħtur minn Stat Membru bħala Organizzazzjoni Rikonoxxuta ta' Sigurtà;

11.

“eżami” tfisser prova ta' miżuri tas-sigurta' marittima, fejn tigi simulata l-intenzjoni biex tigi kommessa azzjoni kontra l-liġi sabiex tkun eżaminata l-effiċjenza fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sigurta' eżistenti.

KAPITOLU II

REKWIŻITI ĠENERALI

Artikolu 3

Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri

Mingħajr preġudizju lejn ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni fil-kompletament tal-inkarigi tagħha ta' ispezzjoni. Il-kooperazzjoni għandha tkun effettiva matul il-fażijiet preparatorji, ta' kontroll u ta' rappurtar.

Artikolu 4

L-eżerċizju tal-poteri tal-Kummissjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ispetturi tal-Kummissjoni jkunu kapaċi li jeżerċitaw l-awtorità tagħhom biex jispezzjonaw l-attivitajiet tas-sigurtà marittima ta' kwalunkwe awtorità kompetenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 u kwalunkwe kumpanija relevanti.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li, fuq talba, l-ispetturi tal-Kummissjoni jkollom aċċess għad-dokumentazzjoni kollha relatata mas-sigurtà relevanti u partikolarment;

(a)

il-programm nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 imsemmi fl-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament;

(b)

dejta fornita mill-punt fokali u rapporti ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004.

3.   Kull fejn spetturi tal-Kummissjoni jiltaqgħu ma' diffikultajiet fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom juzaw kwalunkwe mezz fil-limiti tas-setgħat legali tagħhom biex jassistu lill-Kummissjoni fit-twettiq tad-dmirijiet kollha tagħha.

Artikolu 5

Il-parteċipazzjoni tal-ispetturi nazzjonali fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jirsistu sabiex il-Kummissjoni jkollha disponibbli spetturi nazzjonali li jkunu kapaċi li jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, inklużi l-fażijiet preparatorji u ta' rappurtar.

2.   Spettur nazzjonali ma għandux jipparteċipa fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni fl-Istat Membru fejn hu impjegat.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni lista ta' spetturi nazzjonali li minnhom il-Kummissjoni tista' ssejjaħ biex jipparteċipaw fi spezzjoni tal-Kummissjoni.

Dik il-lista għandha tkun aġġornata, tal-anqas sal-aħħar ta' Ġunju ta' kull sena, u għall-ewwel darba fi żmien tmien ġimgħat mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Kumitat il-listi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal paragrafu 3.

5.   Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-parteċipazzjoni ta' spettur nazzjonali hi neċessarja fi spezzjoni partikolari tal-Kummissjoni, għandha titlob mingħand l-Istat Membru informazzjoni dwar id-disponibbilta' ta' spetturi nazzjonali għat-tmexxija ta' dik l-ispezzjoni. Talbiet bħal dawn għandhom normalment isiru tmien ġimgħat qabel l-ispezzjoni.

6.   L-ispejjeż li jinħolqu mill-parteċipazzjoni tal-ispetturi nazzjonali fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom, skont ir-Regoli tal-Komunita', jitħallsu mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Assistenza teknika mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà Marittima fi spezzjonijiet tal-Kummissjoni

1.   Meta tipprovdi lill-Kummissjoni bl-assistenza teknika skont l-Artikolu 2(b)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, l-Aġenzija għandha tqiegħed esperti tekniċi għad-dispożizzjoni biex jieħdu sehem fi spezzjonijiet mill-Kummissjoni, inkluż fil-fażijiet relatati ta’ tħejjija u rappurtar.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Kumitat lista ta' esperti tekniċi mill-Aġenzija li fuqhom tista' ssejjaħ biex jipparteċipaw fi spezzjoni.

Artikolu 7

Il-kwalifikazzjoni u t-taħriġ għall-ispetturi tal-Kummissjoni

1.   L-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom ikollhom kwalifikazzjonijiet appropjati, li għandhom jinkludu biżżejjed esperjenza teoretika u prattika fis-sigurtà marittima. Dan normalment jinkludi:

(a)

għarfien tajjeb tas-sigurtà marittima u kif tkun applikata lill-operazzjonijiet li qed ikunu eżaminati;

(b)

għarfien prattiku tajjeb tat-teknoloġiji u tekniki tas-sigurtà;

(c)

għarfien tal-prinċipji, proċeduri u tekniki tal-ispezzjoni;

(d)

għarfien prattiku tal-operazzjonijiet li qed ikunu eżaminati.

2.   Sabiex jikwalifikaw għall-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, l-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom jispiċċaw b'suċċess taħriġ biex ikunu jistgħu jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet.

Fil-każ ta' spetturi nazzjonali t-taħriġ neċessarju għalihom biex jaġġixxu bħala spetturi tal-Kummissjoni għandu:

(a)

ikun akkreditat mill-Kummissjoni;

(b)

ikun inizjali u rikorrenti;

(c)

jiżgura standard ta' eżekuzzjoni adekwata għall-iskopijiet ta' kontroll fuq jekk il-miżuri tas-sigurtà ikunux implimentat skont ir-Regolament (KE) Nru 725/2004

3.   Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-ispetturi tal-Kummissjoni jissodisfaw il-kriterja skont il-paragrafi 1 u 2.

KAPITOLU III

PROĊEDURI GĦAT-TMEXXIJA TAL-ISPEZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

Artikolu 8

Notifikar lill-Istati Membri dwar l-ispezzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha tavża tal-anqas sitt ġimgħat qabel spezzjoni lill-punt fokali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun ser isir. Fejn l-ispezzjoni hi ta' faċilità ta' port u li tinkludi bastimenti li jkun hemm f'dik il-faċilità ta' port matul l-ispezzjoni, il-punt fokali għandu jkun informat fin-notifika. Bi tweġiba għal avvenitmenti eċċezzjonali, dan il-perjodu ta' notifika jista' jitnaqqas,

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li n-notifikazzjoni ta' spezzjoni tinżam konfidenzjali sabiex ikun żgurat li l-proċess ta' spezzjoni ma jkunx kompromess.

2.   Il-punt fokali għandu jkun notifikat minn qabel dwar l-ambitu intenzjonat ta' spezzjoni tal-Kummissjoni.

Where a port facility is to be inspected and the inspection is to include ships at that port facility during the inspection, the focal point shall be informed in the notice.

3.   Il-punt fokali għandu:

(a)

jinforma l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru dwar l-ispezzjoni, u

(b)

jinnotifika l-Kummissjoni dwar dawk l-awtoritajiet kompetenti relevanti.

4.   Il-punt fokali għandu javża lill-Kuimmisjoni mill-anqas 24 siegħa qabel l-ispezzjoni l-isem tal-Istat tal-bandiera u n-numru IMO ta' bastimenti mistennija li jkunu fil-faċilità tal-port nnotifikata taħt il-paragrafu 1 matul l-ispezzjoni.

5.   Fejn tal-Istat tal-bandiera hu Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, fejn prattikabbli, tinforma lill-punt fokali tal-Istat Membri li l-bastiment jista' jkun ispezzjonat meta jkun fil-faċilità tal-port.

6.   Fejn l-ispezzjoni ta' faċilità tal-port tinkludi bastiment ta' dak l-Istat Membru bħala l-Istat tal-bandiera, il-punt fokali għandu jżomm kuntatt mal-Kummissjoni biex jikkonferma jekk il-bastiment hux ser ikun fil-faċilità tal-port matul l-ispezzjoni.

7.   L-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom isiru taħt l-awspiċji tal-Istat Membru tal-faċilità tal-port li qed jeżerċità miżuri ta' kontroll u konformità taħt ir-regolament 9 tal-miżuri speċjali biex tissaħħaħ is-sigurtà marittima tal-Konvenzjoni SOLAS meta jew:

(a)

l-Istat tal-bandiera tal-bastiment mhux Stat Membru; jew

(b)

fejn il-bastiment mhux inkluż fl-informazzjoni fornita taħt il-paragrafu 4

8.   Meta n-notifika ta' spezzjoni tingħata lill-punt fokali, jista' jkun ikkomunikat kwestjonarju ta' qabel l-ispezzjoni, sabiex jimtela' mill-awtorita' jew awtoritajiet kompetenti relevanti, flimkien ma' talba għad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(2).

In-notifika għandha tispeċifika wkoll d-data sa meta għandu jitlesta l-kwestjonarju u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(2) għandhom jintbagħtu lura lill-Kummissjoni.

Artikolu 9

Preparazzjoni ta' spezzjonijiet

1.   Spetturi tal-Kummissjoni għandhom iwettqu attivitajiet ta' preparazzjoni sabiex jiżguraw effiċjenza, akkuratezza u konsistenza fl-ispezzjonijiet.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-punt fokali bl-ismijiet tal-ispetturi tal-Kummisjoni li jkunu kummissjonati sabiex iwettqu spezzjoni, u dettalji oħra kif xieraq.

3.   Għal kull spezzjoni l-punt fokali għandu jiżgura li koordinatur ikun inkarigat li jagħmel l-arranġamenti prattiċi assoċjati mal-attivita' ta' spezzjoni li tkun ser issir.

Artikolu 10

Tmexxija ta' spezzjonijiet

1.   Metodoloġija standard għandha tintuża sabiex tkun osservata l-applikazzjoni mill-Istat Membru tar-rekwiżiti tas-sigurta' marittima kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 725/2004.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi tal-Kummissjoni jkunu akkompanjati l-ħin kollu matul l-ispezzjoni.

3.   Fejn bastiment fil-faċilità tal-port għandu jkun spezzjonat u l-Istat tal-bandiera tal-bastiment ma jkunx Stat Membru tal-faċilità tal-port, l-Istat Membru tal-faċilità tal-port għandu jiżgura li l-ispetturi tal-Kummissjoni jkunu akkumpanjati minn uffiċjal ta' awtorità msemmija fl-Artikolu 8(2) of Regulation (KE) Nru 725/2004 matul l-ispezzjoni tal-bastiment.

4.   L-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom iġorru karta tal-identita' li tawtorizzahom li jagħmlu spezzjonijiet f'isem il-Kummissjoni-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi tal-Kummissjoni jkunu kapaċi li jkollhom aċċess għaż-żoni kollha meħtieġa għall-finijiet tal-ispezzjoni.

5.   Eżami għandu jsir biss wara notifikazzjoni lil u ftehim mal-punt fokali fuq l-ambitu u l-iskop tiegħu. Il-punt fokali għandu jagħmel kwalunkwe koordinazzjoni neċessarja mal-awtoritajiet kompetenti konċernati.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, l-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom, kull fejn ikun xieraq u prattikabbli, jagħtu ġabra fil-qosor informali bil-fomm ta' dak li jkun irriżultalhom fuq il-post.

Il-punt fokali għandu jkun informat mill-ewwel dwar xi nuqqasijiet serji fejn tidħol il-konformità mar-Regolament(KE) Nru 725/2004 identifikati minn spezzjoni tal-Kummissjoni, qabel it-tmiem ta' rapport tal-ispezzjoni skont l-Artikolu 11.

Artikolu 11

Rapport ta' spezzjoni

1.   Fi żmien sitt ġimgħat mit-tmiem ta' spezzjoni, għandu jiġi kkomunikat rapport ta' spezzjoni mill-Kummissjoni lill-Istat Membru.

2.   Fejn bastiment kien spezzjonat matul l-ispezzjoni tal-faċilità tal-port, il-partijiet relevanti tar-rapport tal-ispezzjoni għandhom jintbagħtu wkoll lill-Istat Membru li hu l-Istat tal-bandiera.

3.   L-Istat Membru għandu jinforma lill-entitajiet spezzjonati bl-osservazzjonijiet relevanti tal-ispezzjoni.

4.   Ir-rapport għandu jagħmel fid-dettal l-osservazzjonijiet tal-ispezzjoni, jidentifika kwalunkwe nuqqasijiet u nuqqasijiet serji mar-Regolament (KE) Nru 725/2004.

Ir-rapport jista' jkun fih rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta' rimedju.

5.   Meta tkun qed tiġi stmata l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, il-klassifikazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal kull osservazzjoni tar-rapport:

(a)

konformi;

(b)

konformi, iżda titjib hu mixtieq

(c)

b'nuqqasijiet;

(d)

b'nuqqasijiet serji;

(e)

ma japplikax;

(f)

mhux konfermat.

Artikolu 12

Risposta mill-Istat Membru

1.   Fi żmien tliet xhur tad-data ta' meta jintbagħat ir-rapport ta' spezzjoni, l-Istat Membru għandu jissottometti bil-miktub lill-Kummissjoni risposta għar-rapport li:

(a)

jindirizza l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet; u

(b)

jipprovdi pjan ta' azzjoni, li jispeċifika azzjonijiet u żminijiet ta' skadenza, sabiex ikunu rimedjati kwalunkwe nuqqasijiet identifikati.

2.   Fejn ir-rapport ta' spezzjoni ma jidentifika l-ebda nuqqasijiet jew nuqqasijiet serji mar-Regolament (KE) Nru 725/2004, l-ebda risposta ma għanda tkun meħtiega.

Artikolu 13

Azzjoni mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe minn dawn il-passi li ġejjin f'każ ta' nuqqasijiet jew nuqqasijiet serji mar- Regolament (KE) Nru 725/2004 u wara li tirċievi risposta mill-Istat Membru:

(a)

tissottometti kummenti lill-Istat Membru jew titlob spjegazzjoni ulterjuri sabiex tiċċara r-risposta kollha jew parti minnha;

(b)

twettaq ispezzjoni ta' segwitu sabiex tivverifika l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta' rimedju, il-perjodu minimu ta' avviż ta' din l-ispezzjoni ta' segwitu għandha tkun ta' ġimgħatejn;

(c)

tibda proċedura ta' infrazzjoni fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   Fejn ikollha titwettaq spezzjoni ta' segwitu fuq bastiment, l-Istat Membru li hu l-Istat tal-bandiera għandu, fejn possibbli, jinforma lill-Kummissjoni bil-portijiet futuri fejn il-bastiment se jidħol, ħalli l-Kummissjoni tkun tistà tiddeċidi fejn u meta tagħmel l-ispezzjoni ta' segwitu.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 14

Informazzjoni sensittiva

Bla ħsara għall-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, il-Kummissjoni għandha tittratta materjal sensittiv relatat ma' dawn l-ispezzjonijiet bħala informazzjoni klassifikata.

Artikolu 15

Programm ta' spezzjoni tal-Kommissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu parir mill-Kumitat dwar il-prioritajiet għall-implimentazzjoni tal-programm ta' spezzjoni tagħha.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' spezzjoni tagħha kif ukoll dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet

Artikolu 16

Informazzjoni lill-Istat Membri dwar nuqqasijiet serji

Jekk spezzjoni turi nuqqasijiet serji mar-Regolament (KE) Nru 725/2004 li jkunu meqjusa li għandhom impatt serju fuq il-livell ġenerali tas-sigurtà maittima fil-Komunita', il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma lill-Istati Membri l-oħra wara li tikkomunika r-rapport tal-ispezzjoni lill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 17

Revizjoni

Sal-1 ta' Jannar 2007 u b'mod regolari minn hemm 'il quddiem il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistema ta' spezzjonijiet tagħha, u b'mod partikolari l-effettivita' ta' dik is-sistema.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta' Ġunju 2005.

Għall-Kummisjoni

Jacques BARROT

Vici President


(1)  ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.

(2)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Regolament li ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 724/2004 (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 1).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

185


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 885/2005

ta’ l-10 ta' Ġunju 2005

li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar l-iskrizzjoni ta' ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini u indikazzjonijiet geografiċi protetti” (Olive de Nice) [DPO]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-applikazzjoni ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Olive de Nice” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

La l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata b’ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, din id-denominazzjoni għandha għalhekk titniżżel fir-“Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini u indikazzjonijiet geografiċi protetti”,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament qed tiżdied fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta' Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 84, 3.4.2004, p. 12.

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 737/2005 (ĠU L 122, 14.5.2005, p. 15).


ANNESS

PRODOTTI TAL-ANNESS I TAT-TRATTAT MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali jew ipproċessati

FRANZA

Olive de Nice (AOP)


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

187


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 886/2005

ta' l-10 ta' Ġunju 2005

li jissupplimenta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 fir-rigward l-introduzzjoni ta' isem fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti — Miel de Granada (DPO)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-applikazzjoni ta' Spanja għar-reġistrazzjoni ta' “Miel de Granada” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Tressqet oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Ġaladarba din l-oġġezzjoni ma ssodisfat l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet ta' ammissibilità stipulati fl-Artikolu 7(4) ta' dak ir-Regolament, għaldaqstant l-isem għandu jiddaħħal fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni fl-Anness għal dan ir-Regolament għandu jiżdied fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta' Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 89, 14.4.2004, p. 3.

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 737/2005 (ĠU L 122, 14.5.2005, p. 15).


ANNESS

PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I GĦAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM TAL-BNIEDEM

Prodotti tal-annimali oħra (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib li ma jikludux butir, eċċ)

SPANJA

Miel de Granada (DPO)


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

189


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 936/2005

tal-20 ta' Ġunju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 14/2004, b'rigward il-bilanċ provviżorju ta' fornituri tad-dipartimenti Franċiżi lil hinn minn Franza għas-settur taċ-ċereali, taż-żejt veġetali u prodotti ta' frott u ħxejjex proċessati u l-fornitura ta' ċerti annimali ħajjin

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti tal-agrikultura għad-dipartimenti Franċiżi lil hinn minn Franza, li jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 525/77 u (KEE) Nru 3763/91 (Poseidom) (1) u partikolarment l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 6(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 14/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi l-bilanċi provviżorji u jiffissa għajnuniet Komunitarji għall-fornitura ta' ċerti prodotti essenzjali għal konsum mill-bniedem, għal ipproċessar u bħala prodotti agrikoli u għall-fornitura ta' annimali ħajjin u bajd lir-reġjuni l-aktar imbiegħda skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001 (2), jistabbilixxi bilanċi provviżorji ta' fornitura u jiffissa l-għajnuna Komunitarja.

(2)

Il-livell attwali ta' twettiq tal-bilanċi annwali ta' provvista f'ċereali, f'żejt veġetali u f'prodotti ta' frott u ħxejjex proċessati kif ukoll tal-fornitura ta' annimali ħajjin, għad-dipartimenti Franċiżi lil hinn minn Franza, juri li l-kwantitajiet iffissati għall-provvista tal-prodotti msemmija hawn fuq huma inqas mill-bżonnijiet minħabba talba ogħla milli dik prevista.

(3)

Intwera bżonn partikolari għall-provvista ta' tadam tal-bott. Għaż-żerriegħa tal-patata, il-kwantitajiet miktuba fil-bilanċ huma ogħla mill-implimentazzjoni attwali. Għal dak li għandu x'jaqsam mal-bufli, il-flieles u l-bajd, ċerti karatteristiċi ta' prodotti għandhom jiġu addattati mal-bżonnijiet li ntwerew fl-irziezet tad-dipartimenti Franċiżi lil hinn minn Franza.

(4)

Għalhekk, jeħtieġ li l-kwantitajiet u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti u l-annimali msemmija hawn fuq jiġu addattati mal-bżonnijiet tad-dipartimenti Franċiżi kkonċernati lil hinn minn Franza.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjonijiet tal-kumitati ta' ġestjoni tal-prodotti kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 14/2004 hu emendat kif ġej:

1)

il-partijiet 1, 2, 3 u 4 tal-Anness I jinbidlu bit-test li jidher fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2)

il-partijiet 1, 2, 3 u 4 tal-Anness II jinbidlu bit-test li jidher fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 21.7.2001, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1690/2004 (ĠU L 305, 1.10.2004, p. 1).

(2)  ĠU L 3, 7.1.2004, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2138/2004 (ĠU L 369, 16.12.2004, p. 24).


ANNESS I

“Il-Parti 1

Iċ-ċereali u l-prodotti miċ-ċereali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u t-tgħam tal-annimali; iż-żrieragħ taż-żjut, l-uċuh tar-raba' tal-proteina u l-għalf niexef

Il-bilanċ previst tal-provvista u l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-prodotti Komunitarji għal kull sena kalendarja

Dipartment:

L-isem tal-merkanzija

Kodiċijiet NM

Kwantità

(f'tunnellati)

Għajnuna

(EUR/tunnellata)

I

II

III

Il-Guadeloupe

qamħ komuni, xgħir, qamħirrum u xgħir imxarrab

1001 90 , 1003 00 , 1005 90 et 1107 10

58 000

42

 (*)

Il-Gujana

qamħ komuni, xgħir, qamħirrum, prodotti maħsuba għall-għalf għall-annimali u x-xgħir imxarrab

1001 90 , 1003 00 , 1005 90 , 2309 90 31 , 2309 90 41 , 2309 90 51 , 2309 90 33 , 2309 90 43 , 2309 90 53 et 1107 10

6 445

52

 (*)

Il-Martinique

qamħ komuni, xgħir, qamħirrum u xgħir u qamħ mitħun oħxon tal-qamħ durum, ħafur u xgħir imxarrab

1001 90 , 1003 00 , 1005 90 , 1103 11 , 1004 00 et 1107 10

52 000

42

 (*)

Ir-Réunion

qamħ komuni, xgħir, qamħirrum u xgħir imxarrab

1001 90 , 1003 00 , 1005 90 et 1107 10

188 000

48

 (*)

Il-Parti 2

Iż-żjut veġetali

Il-bilanċ previst tal-provvista u l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-prodotti Komunitarji għal kull sena kalendarja

L-isem tal-merkanzija

Kodiċi NM

Dipartment:

Kwantità

(f'tunnellati)

Għajnuna

(EUR/tunnellata)

I

II

III

Żjut veġetali (1)

1507 sa 1516  (2)

Il-Martinique

300

71

 (3)

Il-Guadeloupe

300

71

 (3)

Ir-Réunion

11 000

 

91

 (3)

Il-Gujana

100

91

 (3)

Total

11 700

Il-Parti 3

Prodotti ta' frott u ħxejjex proċessati

Il-bilanċ previst tal-provvista u l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-prodotti Komunitarji għal kull sena kalendarja

L-isem tal-merkanzija

Kodiċijiet NM

Dipartment:

Kwantità

(f'tunnellati)

Għajnuna

(EUR/tunnellata)

I

II

III

Purée tal-frott miksub mit-tisjir, bi jew bla żieda ta' żokkor jew ħlewwiet oħra, maħsub għall-ipproċessar

ex 2007

Kollha

100

395

Polpa tal-Frott, ippreparat jew ippreservat b’mod ieħor, kemm jekk biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi ħlewwiet oħra jew bl-ispirtu jew mingħajrha, mhux speċifikat jew inkluż imkien aktar, maħsub għall-ipproċessar

ex 2008

Il-Gujana

 

586

Il-Guadeloupe

950

408

Il-Martinique

 

408

Ir-Réunion

 

456

Meraq ikkonċentrat tal-frott (kif ukoll most tal-għeneb), mhux iffermentat, mingħajr żieda ta' spirti, bi jew bla żieda ta' żokkor jew ħlewwiet oħra maħsub għall-ipproċessar

ex 2009

Il-Gujana

500

 

727

 

Il-Martinique

311

 (**)

Ir-Réunion

311

 

Il-Guadeloupe

311

 

Tadam imħejji jew ippreservat għajr milli fil-ħall jew fl-aċtu aċetiku

2002

Kollha

100

91

 (**)

Il-Parti 4

Żrieragħ

Il-bilanċ previst tal-provvista u l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-prodotti Komunitarji għal kull sena kalendarja

L-isem tal-merkanzija

Kodiċi NM

Dipartment:

Kwantità

(f'tunnellati)

Għajnuna

(EUR/tunnellata)

I

II

III

Patata taż-żerriegħa

0701 10 00

Ir-Réunion

50

 

94 ”

 


(*)  L-ammont hu daqs ir-rifuzjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt l-istess kodiċi NM mogħtija f'applikazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 (ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7).

(1)  Maħsuba għall-industrija tal-ipproċessar.

(2)  Ħlief 1509 sa 1510.

(3)  L-ammont hu daqs ir-rifużjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt l-istess kodiċi NM mogħti f'applikazzjoni tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament 136/66/KEE.

(**)  L-ammont hu daqs ir-rifuzjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt l-istess kodiċi NM mogħtija f'applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 (ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29).


ANNESS II

“Il-Parti 1

Tkabbir tal-bovini u ż-żwiemel

In-numru tal-bhejjem u l-għajnuna għall-forniment tal-bhejjem mill-Komunità għal kull sena kalendarja

L-isem tal-merkanzija

Kodiċi NM

Dipartment

Kwantità

Għajnuna

(EUR/annimali)

Żwiemel għall-għanijiet tat-tgħammir

0101 11 00

Kollha

7

1 100

Annimali bovini ħajjin:

 

 

 

bovini għall-għanijiet tat-tgħammir (1)

0102 10

 

 

bufli għall-għanijiet tat-tgħammir

ex 0102 10 90

600

1 100

bovini maħsuba għat-tismin (2)  (3)

0102 90

200

Il-Parti 2

It-trobbija tat-tjur u l-fniek

In-numru tal-bhejjem u l-għajnuna għall-forniment tal-bhejjem mill-Komunità għal kull sena kalendarja

L-isem tal-merkanzija

Kodiċi NM

Dipartment

Kwantità

(għadd ta' annimali jew unitajiet)

Għajnuna

(EUR/annimali jew unità)

Flieles

ex 0105 11

Kollha

85 240

0,48

Bajd tat-tfaqqis maħsub għall-produzzjoni tal-flieles

ex 0407 00 19

800 000

0,17

Fniek għal għanijiet ta' tgħammir

 

 

 

Fniek domestiċi għal għanijiet ta' tgħammir

ex 0106 19 10

800

33 ”

“Il-Parti 4

It-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż

In-numru tal-bhejjem u l-għajnuna għall-forniment tal-bhejjem mill-Komunità għal kull sena kalendarja

L-isem tal-merkanzija

Kodiċi NM

Dipartment

Kwantità

(f'għadd ta' annimali)

Għajnuna

(EUR/annimali)

Nagħaġ u mogħoż għall-għanijiet ta' tgħammir

 

Kollha

 

 

annimali rġiel

ex 0104 10 and ex 0104 20

30

312

annimali nisa

ex 0104 10 and ex 0104 20

210

192 ”


(1)  L-annotazzjoni f’din is-sottointestatura hi soġġetta għal kundizzjonijiet previsti mid-dispożizzjonijiet Komunitarji addottati fil-qasam.

(2)  Għall-pajjiżi terzi ta' oriġini biss.

(3)  Il-benefiċċju għall-eżonerazzjoni għad-dazji għall-importazzjoni hu soġġett għal:

id-dikjarazzjoni mill-importatur, fil-ħin tal-wasla tal-annimali fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn minn Franza, li l-bovini huma maħsuba għat-tismin waqt perjodu ta' sittin ġurnata mill-jum tal-wasla effettiva tagħhom u wara maħsuba għall-konsum

l-impenn miktub tal-importatur, fil-ħin tal-wasla tal-annimali, li jindika lill-awtoritajiet kompetenti, fi żmien xahar wara l-jum ta' wasla tal-bovini, ir-razzett jew l-irziezet fejn il-bovini huma maħsuba li jissemmnu;

il-prova li għandha tiġi pprovduta mill-importatur li, ħlief f'każ ta' forza maġġuri, il-bovin issemmen fir-razzett jew l-irziezet indikati skont it-tieni inċiż, li ma nqatilx qabel l-iskadenza tal-perjodu previst fl-ewwel inċiż, jew li nqatel minħabba raġunijiet tas-saħħa jew miet wara marda jew inċident.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

193


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 944/2005

tal-21 ta' Ġunju 2005

li jisspospendi l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 331/2005

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it Trattat li waqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq fir-rigward tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 331/2005 tal-25 ta' Frar 2005 li jiddetermina l-għajnuna msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 għall-ħażna privata tal-butir u l-krema u b'deroga mir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 (2), u partikolarment l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għall-kuntratti tal-ħażna privata, stipulati fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 331/2005, jammontaw għal 110 000 tunnellata.

(2)

Billi din il-kundizzjoni ġiet sodisfatta, l-applikazzjoni tal-paragrafi 1(b) u 2 tal-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament għandha tkun sospiża,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjoni tal-paragrafi 1(b) u 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 331/2005 hija sospiża minn 23 ta' Ġunju 2005.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minn jum il-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 21 ta' Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 53, 26.2.2005, p. 15.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

194


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1008/2005

tat-30 ta' Ġunju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2771/1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2771/1999 (2) jipprovdi għal sistema ta' intervent għax-xiri tal-butir bi prezzijiet fissi.

(2)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għat-tnaqqis tal-prezzijiet tal-intervent tal-butir. Għalhekk hu neċessarju li jkun speċifikat il-prezz ta' intervent li għandu jintuża għall-kalkolu tal-prezz tax-xiri meta l-prezz tal-intervent jinbidel.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 għandu għalhekk jkun emendat kif jixraq.

(4)

Il-miżuri provduti għalihom f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u prodotti tal-Ħalib.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artiklu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999 jiżdied is-subparagrafu li jmiss:

“Il-prezz tal-intervent li għandu jintuża għal-kalkolu tal-prezz tax-xiri għandu jkun dak fis-seħħ fil-ġurnata tal-manifattura tal-butir.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2005

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' Ġunju 2005

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolarment kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolarment kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2250/2004 (ĠU L 381, 28.12.2004, p. 25).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

195


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1036/2005

ta' l-1 ta' Lulju 2005

li temenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u jiftaħ kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 29(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2535/2001 (2) jistabbilixxi, inter alia, regoli ddettaljati għall-applikazzjoni għall-arranġamenti ta’ importazzjoni għall-ħalib u prodotti tal-ħalib ipprovduti fil-Ftehimiet tal-Ewropa bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, min-naħa u l-pajjiżi Ewropej tal-Lvant min-naħa l-oħra. Sabiex jiġu implimentati l-konċessjonijiet previsti bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2005/431/KE (3) u 2005/431/KE (4) dwar il-konklużjoni tal-Protokolli Addizzjonali għall-Ftehimiet Ewropej li jistabbilixxu assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Bulgarija u r-Rumanija, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, għandhom jinfetħu l-kwoti tariffarji ġodda u għandhom jiżdiedu ċerti kwoti eżistenti sa mill-1 ta’ Lulju 2005, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokolli Addizzjonali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 (5) jipprovdi għall-kwota Nru 09.1302, fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli ġejjin mill-Iżrael, li jiġu ġestiti fuq bażi ta' “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”, fi qbil mal-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (6). Huwa xieraq li titqies il-kwota fir-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

(3)

L-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fih referenza għall-entità li toħroġ iċ-ċertifikati f'Ċipru li għandha titħassar minħabba l-adeżjoni ta’ Ċipru għall-Unjoni Ewropea.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-punt b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

il-kwoti previsti fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2005/430/KE (*) u 2005/431/KE (**);

(*)  ĠU L 155, 17.6.2005, p. 1."

(**)  ĠU L 155, 17.6.2005, p. 26”"

(2)

L-Artikolu 19a huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 1 jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Fi ħdan il-kuntest tal-kwoti previsti fir-Regolmenti tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 (*) u (KE) Nru 747/2001 (**), ingħataw fl-Anness VIIa għal dan ir-Regolament, l-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw.

(*)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1"

(**)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2.”"

(b)

Il-Paragrafu 4 jinbidel bit-test li ġej:

“4.   L-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ imposti għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni tal-prova tal-oriġini maħruġa skont l-Anness III għall-Ftehim maċ-Ċili jew mal-Protokoll 4 għall-Ftehim mal-Iżrael.”

(3)

Il-Parti B tal-Anness I għandha tinbidel bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness VIIa għandu jinbidel bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(5)

Fl-Anness XII ir-ringiela li għandha x’taqsam ma’ Ċipru tħassret.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Punti (1) u (3) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 810/2004 (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 138).

(3)  ĠU L 155, 17.6.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 155, 17.6.2005, p. 26.

(5)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 503/2005 (ĠU L 83, 1.4.2005, p. 13).

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1)


ANNESS I

“I. B

KWOTI TARIFFARJI SKONT IL-FTEHIMIET BEJN IL-KOMUNITÀ U L-BULGARIJA U R-RUMANIJA

1.   Prodotti li joriġinaw fir-Rumanija

Numru tal-kwota

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni (1)

Id-dazju applikabbli (% tal-MFN)

Kwantitajiet (tunnellati)

Kwantitajiet

mill-1.7.2005 to 30.6.2006

Żieda annwali mill-1 ta’ Lulju 2006 u minn hemm ’il quddiem

09.4771

0402 10 19

0402 21 11

Trab tal-ħalib xkumat

B’xejn

1 500

0

0402 21 19

0402 21 91

Trab tal-ħalib

09.4772

0403 10 11

0403 10 13

0403 10 19

0403 10 31

0403 10 33

0403 10 39

Jogurt, bla togħma

B’xejn

1 000

0

0403 90 11

0403 90 13

0403 90 19

0403 90 31

0403 90 33

0403 90 39

0403 90 51

0403 90 53

0403 90 59

0403 90 61

0403 90 63

0403 90 69

Oħrajn, bla togħma

09.4758

0406

Ġobon u baqta

B’xejn (2)

3 000

200


2.   Prodotti li joriġinaw fil-Bulgarija

Numru tal-kwota

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni (1)

Id-dazju applikabbli (% tal-MFN)

Kwantitajiet (tunnellati)

Kwantitajiet

mill-1.7.2005 to 30.6.2006

Żieda annwali mill-1 ta’ Lulju 2006 u minn hemm ’l quddiem

09.4773

0402 10

Trab tal-ħalib xkumat

B’xejn (2)

3 300

300

0402 21

Trab tal-ħalib mhux miżjud bil-ħlewwa

09.4675

0403 10 11

0403 10 13

0403 10 19

0403 10 31

0403 10 33

0403 10 39

Jogurt, bla togħma

B’xejn

770

70

09.4660

0406

Ġobon u baqta

B’xejn (2)

7 000

300


(1)  Minkejja r-regoli tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-diċitura tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies li għandha valur indikattiv biss, ġaladarba, fil-kuntest ta' dan l-Anness, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Fejn hemm referenza għall-kodiċijiet tan-NM, l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali tiġi ddeterminata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi għaliha, meħudin flimkien.

(2)  Din il-konċessjoni hija applikabbli biss għal prodotti li ma jibbenefikawx minn xi xorta ta’ sussidji għall-esportazzjoni.”


ANNESS II

“ANNESS VIIa

1.   Tariff quota under Annex I to the Association Agreement with the Republic of Chile

 

Annual quantities (tonnes)

(base = calendar year)

 

Quota No

CN code

Description (1)

Applicable rate of duty (% of the MFN duty)

from 1.2.2003

to 31.12.2003

2004

Annual increase from 2005

09.1924

0406

Cheese and curd

Exemption

1 375

1 500

75


2.   Tariff quota under Annex VII to Regulation (EC) No 747/2001 as regards certain agricultural products originating in Israel

 

Annual quantities (tonnes)

(base = calendar year)

Quota No

CN Code

Description (1)

Applicable rate of duty

2004

2005

2006

from 2007 onwards

09.1302

0404 10

Whey and modified whey

Exemption

824

848

872

896


(1)  Notwithstanding the rules for the interpretation of the Combined Nomenclature, the wording for the description of the products is to be considered as having no more than an indicative value, the preferential arrangements being determined, within the context of this Annex, by the coverage of the CN codes. Where ex CN codes are referred to, the applicability of the preferential arrangements is determined to the basis of the CN code and the corresponding description taken jointly.”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

200


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1044/2005

tal-4 ta’ Lulju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2808/98 f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar tal-avveniment operattiv tar-rata tal-kambju għall-għajnuna finanzjarja skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-Euro (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (2), u partikolarment l-Artikolu 145(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 stabbilixxa sistema ta’ għajnuna diretta li titħallas fuq bażi ta’ applikazzjoni unika għall-ħlas u li hija dejjem espressa f’euro.

(2)

Billi ma ġewx stipulati avvenimenti operattivi għar-rata tal-kambju għal xi wħud mill-miżuri ta’ għajnuna previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom isiru provvedimenti għal avveniment operattiv uniformi marbut direttament mal-applikazzjonijiet imressqa mill-benefiċjarji tal-għajnuna. Biex ikun hemm koerenza u trasparenza fir-rigward tal-benefiċjarji, l-avveniment operattiv għandu jkun f’data qrib kemm jista’ jkun tal-bidu tal-perjodu tal-ħlas introdott mir-Regolament imsemmi hawn fuq, u sabiex jiġu ssimplifikati l-kontrolli fuq l-applikazzjoni tar-rati tal-kambju u jsiru iktar effettivi, għandu jseħħ qabel il-bidu tas-sena baġitarja li matulha se jsiru l-ħlasijiet.

(3)

Konsegwentement, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għall-miżuri tal-għajnuna kollha taħt ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi stabbiliti b’mod uniformi billi jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 tat-22 ta' Diċembru 1998 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-Ewro fl-agrikoltura (3) u, għalhekk, id-dispożizzjonijiet eżistenti kollha dwar avvenimenti operattivi fir-Regolamenti li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jiġu revokati.

(4)

Sabiex l-operaturi jiġu infurmati dwar l-emendi lir-Regolamenti qabel il-bidu tal-ħlasijiet, jaqbel ukoll li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Awwissu 2005.

(5)

Fl-aħħarnett, billi ċerti avvenimenti operattivi diġà ġew stabbiliti għas-sena 2005 f'data qabel l-1 ta' Awwissu 2005, jaqbel li dawk l-avvenimenti operattivi jibqgħu applikabbli fl-2005 bħala miżura tranżitorja.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2808/98 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ previsti fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu tal-art maħsuba għall-produzzjoni tal-materja prima għandu jiġi emendat (4).

(7)

Il-miżuri f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni kkonċernati.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2808/98 huwa emendat kif ġej:

1)

Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit mit-test li ġej:

“1.   Għall-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (*), l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Ottubru tas-sena li għaliha tkun qed tingħata l-għajnuna

(*)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.”"

2)

Il-paragrafu 3 huwa ssostitwit mit-test li ġej:

“3.   Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2, ir-rata tal-kambju li għandha tiġi użata għandha tkun il-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar li jippreċedi d-data tal-avveniment operattiv, ikkalkulata pro rata temporis. Il-medja tar-rati tal-kambju għandha tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni fix-xahar wara d-data tal-avveniment operattiv.”

Artikolu 2

L-Artikoli 21(3), 86 u 128 tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 dwar id-determinazzjoni tal-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju u/jew ir-regoli għall-kalkolu tar-rata tal-kambju għall-għajnuna finanzjarja għall-patata tal-lamtu, il-primjums għan-nagħaġ u l-mogħoż u l-ħlasijiet li jinvolvu ċ-ċanga qed jiġu revokati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2005. Madankollu, għall-iskemi ta’ għajnuna stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li għalihom ġie stabbilit avveniment operattiv, għas-sena 2005, f’data qabel l-1 ta’ Awwissu 2005, l-avveniment operattiv definit jibqa’ japplika għas-sena 2005.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2005

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 394/2005 (ĠU L 63, 10.3.2005, p. 17.

(3)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 36. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1250/2004 (ĠU L 237, 8.7.2004, p. 13).

(4)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 794/2005 (ĠU L 134, 27.5.2005, p. 6).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

202


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1050/2005

tal-5 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2377/1999 li jistabbilixxi l-istandards ta’ marketing tal-asparagu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2377/1999 (2) jistabbilixxi l-istandard tal-marketing tal-asparagu. L-Anness għal dak ir-Regolament, fil-parti li tittratta r-rekwiżiti minimi ta' kwalità, jistipula li r-rimjiet jistgħu jinħaslu, imma mhux jingħaddsu biex jixorbu l-ilma.

(2)

Hija prattika komuni f’dan is-settur li r-rimjiet tal-asparagu abjad jitqegħdu fl-ilma bis-silġ qabel ma jiġu ppakkjati, biex ma jitħallewx jieħdu lewn roża.

(3)

Għaldaqstant, biex din il-prattika tittieħed in kunsiderazzjoni, għandha tkun emendata d-dispożizzjoni dwar ir-rekwiżiti minimi f’dak li jirrigwarda l-ħasil mhux f'loku.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2377/1999 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2377/1999 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 287, 10.11.1999, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 907/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 50).


ANNESS

Fil-punt A (Ħtiġijiet minimi) tat-Titolu II (Dispożizzjonijiet dwar kwalità) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2377/1999, it-tielet inċiż għandu jitbiddel b'dan li ġej:

“—

ħieles minn ħsara kkawżata mill-ħasil jew mit-tberrid mhux f'loku,”.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

204


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1051/2005

tal-5 ta’ Lulju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema għall-ħażna tal-għeneb imqadded mhux ipproċessat u t-tin imqadded mhux ipproċessat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru tal-1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikolu 9(8) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 idaħħal skema għall-ħażna tal-għeneb imqadded mhux ipproċessat u t-tin imqadded mhux ipproċessat matul l-aħħar xahrejn tas-snin tas-suq rispettivi għal dawn il-prodotti. Din l-iskema tikkonsisti f'arranġementi għall-approvazzjoni ta' l-aġenziji tal-ħażna u l-ħlas lilhom tal-għajnuna għall-ħażna u ta' kumpens finanzjarju. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/1999 (2) stabilixxa l-kondizzjonijiet li jridu jikkonformaw magħhom l-aġenziji tal-ħażna sabiex jiġu approvati, notevolment fir-rigward tal-passi li jridu jittieħdu sabiex jassiguraw li l-prodotti jkunu maħżuna kif jixraq.

(2)

It-tieni punt tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1622/1999 li stabilixxa d-dispożizzjonijiet tranżitorji sal-aħħar tal-sena tas-suq 2003/2004 f’dak li jirrigwarda t-tin imqadded mhux ipproċessat.

(3)

Il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi matul parti mis-sena tas-suq 2004/2005 ma kinux favorevoli, u dan ma ppermettiex żvilupp sodisfaċenti tal-frott. Minħabba dan ċerti produtturi kellhom jiġbru parti mill-frott ta’ kalibru ftit inferjuri għal dak tas-soltu iżda li kien jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ kwalità l-oħra u b'hekk kienu tajbin għall-konsum mill-bniedem. Sabiex jiġi evitat li dawn il-kwantitajiet imsemmija jiġu użati għall-produzzjoni tal-pasta tat-tin, li jwassal għal telf ekonomiku konsiderevoli, huwa għalhekk meħtieġ li d-dispożizzjonijiet tranżitorji msemmija jiġu estiżi filwaqt li jiġi previst kalibru minimu addizzjonali għas-sena 2004/2005.

(4)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1622/1999 jipprovdi għat-tqegħid għall-bejgħ permezz ta' sejħa għall-offerti tal-prodotti miżmuma mill-aġenziji ta' ħażna. L-użu previst, f’dak li jikkonċerna t-tin imqadded mhux ipproċessat, huwa użu industrijali speċifiku, li għandu jiġi speċifikat fl-avviż tas-sejħa għall-offerti mill-awtorità kompetenti. Minħabba n-nuqqas ta' interess ekonomiku mqanqal minn din l-istrateġija ma ġewx ippreżentati sejħiet matul is-sejħiet għall-offerti u għalhekk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw l-opportunità li jespandu l-firxa ta’ użi possibbli tal-prodotti li għandhom jinbiegħu mill-ħażna billi jżidu l-alimentazzjoni diretta tal-annimali u l-użu fi proċessi ta' kompostjar u ta’ bijodegradazzjoni.

(5)

Huwa meħtieġ li jiġu determinati l-proċeduri ta’ kontroll fiżiku u dokumentarju għal dawn l-użi ġodda, kemm meta ssir il-ħażna kif ukoll meta l-ħażna tiġi rilaxxata.

(6)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1622/1999 jigi emendat skont dan.

(7)

Id-dispożizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal Prodotti Proċessati minn Frott u Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1622/1999 hu emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

“2.   Il-prodotti għandhom jiġu kunsinjati lill-aġenziji tal-ħażna f'ċestuni tal-plastik li joqgħodu fuq xulxin. Madankollu, fuq bażi transitorja, l-għeneb imqadded mhux ipproċessat jista' jkun ikkunsinjat f'kontenituri xierqa sal-aħħar tas-sena tas-suq 2001/2002, u t-tin imqadded mhux proċessat sal-aħħar tas-sena tas-suq 2004/2005.

Il-prodotti kunsinjati għandhom:

fil-każ tal-għeneb imqadded mhux ipproċessat, jissodisfaw il-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1621/1999,

fil-każ tat-tin imqadded mhux ipproċessat, konformi mad-dispożizzjonijiet minimi li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1573/1999 (*) u ta’ kalibru minimu ta’ 180 frotta/kg sal-aħħar tas-sena tas-suq 2003/2004, ta’ 165 frott/kg għas-sena tas-suq 2004/2005 u ta’ 150 frott/kg għas-snin tas-suq ta’ wara.

(*)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 27.”"

2)

L-Artikolu 4 għandu jinbidel kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt a) hu ssostitwit b'li ġej:

“a)

it-tin imqadded mhux ipproċessat għandu jinbiegħ għal użu speċifiku industrijali, jew għal użu msemmi fil-paragrafu 3, li għandu jiġi speċifikat fl-avviż tal-istedina għall-offerti;”

(b)

Qed jiżdied il-paragrafu 3:

“3.   Wara li javżaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet ġustifikati li ma ppermettewx l-użi previsti fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-aġenziji ta’ ħażna biex jippermettu l-użi segwenti għat-tin imqadded mhux ipproċessat:

a)

distribuzzjoni għall-annimali;

b)

użu fi proċessi ta’ kompostjar u ta’ bijodegradazzjoni li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, u notevolment il-kwalità tal-ilma u tal-kampanja.”

3)

L-Artikolu 10 għandu jinbidel kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ tal-użi stipulati fl-Artikolu 4(3), il-kontrolli stabbiliti fil-punti b) u c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jirrigwardaw, għall kull lott, 100 % tal-kwantità ta’ prodotti li joħorġu mill-ħażna matul is-sena tas-suq. Wara dawn il-kontrolli, il-prodotti li joħorġu mill-ħażna għandhom jiġu denaturati, fil-preżenza tal-awtoritajiet kompetenti, fil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru.”

(b)

il-paragrafu 2 hu ssostitwit b'li ġej:

“3.   L-awtorità kompetenti għandha tirtira l-approvazzjoni meta ma tkunx għadha sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet meħtieġa għal tali approvazzjoni; F’dan il-każ m’għandha titħallas l-ebda għajnuna għall-ħażna jew kumpens finanzjarju fir-rigward is-sena tas-suq korrenti u l-ammonti diġà mħallsa għandhom jiġu rimborżati, flimkien mal-imgħax għaż-żmien li jgħaddi bejn il-ħlas u r-rimborż.

Ir-rata ta' dan l-imgħax għandha tkun dik applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet tiegħu f'euro, kif ippubblikata fis-serje ‘Ċ’ ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropej, fis-seħħ fid-data tal-ħlas indebitu u miżjuda bi tliet punti perċentwali.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).

(2)  ĠU L 192, 24.7.1999, p. 33.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

206


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1085/2005

tat-8 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 60(2) u l-Artikolu 145(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (2) jintroduċi regoli għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni mill-2005. L-esperjenza tal-implimentazzjoni amministrattiva u operattiva ta’ dik l-iskema f’livell nazzjonali wriet li f’ċerti aspetti jinħtieġu iktar regoli dettaljati u f’aspetti oħra r-regoli eżistenti jeħtieġu li jiġu ċċarati u addattati.

(2)

Biex tkun faċilitata l-ħidma tal-amministrazzjonijiet nazzjonali fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 54 (2) u 61 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema oqsma għandhom jitqiesu bħala mergħat permanenti għall-dawk l-oqsma fi skemi ta' tqassim tal-art mill-ġdid bejn id-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna għall-2003 u d-data ta' applikazzjoni għall-iskema ta' ħlas waħdieni fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 50 (2) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004, fil-każ tal-implimentazzjoni reġjonali tal-iskema ta' ħlas waħdieni kif stipulat fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 (1) (a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 għal kull wieħed mir-reġjuni kkonċernati, u, mhux aktar tard mill-1 ta' Awwissu tal-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni, il-parti li tikkorrispondi tal-limitu stabbilit skont l-Artikolu 58(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għal raġjunijiet ta' simplifikazzjoni, huwa xieraq li d-data tal-1 ta' Awwissu tinbidel bl-istess data stipulata għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 (1) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004.

(4)

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004 u magħmul applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005 mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 394/2005, jawtorizza lill-Istati Membri biex jippermettu l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba' sekondarji fuq l-ettari eliġibbli matul perjodu ta' massimu ta' tliet xhur li jibda kull sena fil-15 ta' Awwissu. Huwa għalhekk xieraq li dik id-data titressaq 'il quddiem biex tippermetti t-tkabbir tal-uċuħ tar-raba' ta' ħxejjex temporanji f'reġjuni fejn iċ-ċereali huma s-soltu maħsuda qabel għal raġjunijiet ta' klima kif ikkomunikat mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 l-Istati Membri li qed jimplimentaw l-għażla reġjonali stipulata fl-Artikolu 59 ta' dan ir-Regolament jistgħu wkoll jużaw il-pakketti ddikkjarati skont l-Artikolu 44(3) ta' dan ir-Regolament għall-produzzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (3) jew fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tal-frott u l-ħxejjex proċessati (4) u tal-patata għajr dawk maħsuba għall-manifattura tal-lamtu tal-patata.

(6)

L-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistipula li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-għadd ta' ettari li jistgħu jintużaw skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu billi jissoddividu, skont kriterji oġġettivi, il-medja tal-għadd ta' ettari li ntużaw għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fl-livell nazzjonali matul il-perjodu ta' tliet snin mill-2000 sal-2002 fost ir-reġjuni ddefiniti skont l-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Huwa xieraq li jiġi stabbilit l-għadd medju ta' ettarji f'livell nazzjonali u reġjonali fuq il-bażi tad-dejta kkomunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Minħabba fil-fatt li r-Regolament (KE) Nru 795/2004 japplika mill-1 ta' Jannar 2005, huwa xieraq li jkun stipulat li dan ir-Regolament japplika b'lura minn din id-data.

(9)

[Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 28a, it-terminu “l-Anness” qed jinbidel b“Anness I”.

(2)

Fl-Artikolu 32(4), jiddaħħal it-tielet subparagrafu li ġej:

“Fejn oqsma ġew allokati mill-ġdid fil-qafas ta' skema nazzjonali ta' tqassim tal-art mill-ġdid bejn id-data għall-applikazzjoni tal-għajnuna għall-2003 u d-data tal-applikazzjoni għall-iskema tal-ħlas waħdieni fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddetermina liema oqsma għandhom jitqiesu bħala mergħa permanenti għall-għan tal-Artikoli 54(2) u 61 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. F'dawn il-każijiet l-Istati Membri għandhom iqisu l-qagħda eżistenti fil-livell tal-bdiewa qabel it-tqassim tal-art mill-ġdid billi jimminimizzaw, safejn l-aktar possibbli, kwalunkwe effett fuq il-possibbiltajiet tal-bdiewa li jużaw id-drittijiet tal-ħlasijiet. Billi jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni biex jipprevjenu, fil-qasam affettwat mill-iskema tat-tqassim tal-art mill-ġdid, kwalunkwe żieda sinifikanti taż-żona totali eliġibbli għad-drittijiet tal-art imwarrba kif ukoll kwalunkwe tnaqqis sinifikanti ta' mergħa permanenti.”

(3)

Fl-Artikolu 41 qed jiddaħħal il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   L-għadd medju ta' ettari f'livell nazzjonali u reġjonali, imsemmi fl-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huwa stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament”.

(4)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(2), id-data tal-1 ta' Awwissu qed tinbidel bid-data tal-15 ta' Settembru.

(5)

L-Anness qed jinbidel bit-test tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(6)

It-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament jiddaħħal bħala Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Lulju 2005.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 606/2005 (ĠU L 100, 20.4.2005, p. 15).

(3)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(4)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25)


ANNESS I

“ANNESS I

Stat Membru

Data

il-Belġju

il-15 ta' Lulju

id-Danimarka

il-15 ta' Lulju

il-Ġermanja

il-15 ta' Lulju

l-Italja

il-11 ta' Ġunju

l-Awstrija

it-30 ta' Ġunju

il-Portugall

l-1 ta' Marzu”


ANNESS II

“ANNESS II

L-għadd ta’ ettari msemmija fl-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Stat Membru u Reġjuni

Għadd ta’ ettari

ID-DANIMARKA

33 740

IL-ĠERMANJA

301 849

Baden-Wurtenberg

18 322

il-Bavarja

50 451

Brandenburg u Berlin

12 910

Hessen

12 200

Is-Sassonja t'Isfel u Bremen

76 347

Mecklenburg-Pomeranja tal-Punent

13 895

Nordrhein-Westfalen

50 767

Ir-Renanja Palatinat

19 733

Saarland

369

Is-Sassonja

12 590

Sachsen-Anhalt

14 893

Schleswig-Holstein u Hamburg

14 453

Turingja

4 919

IL-LUSSEMBURGU

705

L-IŻVEZJA

Reġjun 1

9 193

Reġjun 2

8 375

Reġjun 3

17 448

Reġjun 4

4 155

Reġjun 5

4 051

IR-RENJU UNIT

L-Ingilterra (oħrajn)

241 000

L-Ingilterra (Moorland SDA)

10

L-Ingilterra (Upland SDA)

190

L-Irlanda ta' Fuq

8 304 ”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

210


REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (KE) Nru 1154/2005

tat-18 ta' Lulju 2005

li jadattat l-kodiċjiet u d-deskrizzjoni ta’ ċerti prodotti li jidhru fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 fuq il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għall-prodotti tal-agrikoltura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (2) fiha n-nomenklatura magħquda li qiegħda fis-seħħ bħalissa.

(2)

Skont ir-riżultati tan-negozjati bejn l-Istati Uniti tal-Amerika konklużi fl-1995, ċerti taħlitiet ta' residwi tal-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrum u ta' ċerti residwi oħra, partikolarment ir-residwi tat-tgħarbil tal-qamħirrum jew ir-residwi mill-ilma li jingħaddas fih il-qamħirrum li jiġi użat għall-produzzjoni tal-akoħol u ta' prodotti oħrajn li ġejjin mill-lamtu, importati fil-Komunità, kienu ġew eżentati mid-dazju. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 344/1996 (3) konsegwentement daħħal fin-nomenklatura maqgħquda is-subintestatura 2309 90 20 biex jikklassifika dan il-prodott għalih.

(3)

Minħabba ommissjoni, l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (4) ma ġiex adatta skont dan. Dan l-adattatment għandu għalhekk isir, b’seħħ mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, billi jiddaħħal il-kodiċi NM 2309 90 20 fil-lista tal-prodotti li jidhru fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 għandu jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 34, 9.2.1979, p. 2. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105).

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1).

(3)  ĠU L 49, 28.2.1996, p. 1.

(4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.


ANNESS

“ANNESS I

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(d)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

0714

Għeruq tal-manjoka, ararut, salep, artiċokks, topinambours, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’livell għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, mkessħa, iffriżati jew imxxifa, sew jekk flieli jew fil-forma ta' pellets sew jekk le; sago pith.

ex 1102

Dqiq taċ-ċereali ħlief tal-qamħ u tal-meslin:

1102 20

– Dqiq tal-qamħirrum

1102 90

– oħrajn:

1102 90 10

– – Dqiq tax-xgħir

1102 90 30

– – Dqiq tal-ħafur

1102 90 90

– – oħrajn:

ex 1103

Xgħir mitħun oħxon, smida u pellets taċ-ċereali bl-eċċezzjoni ta' xgħir mitħun oħxon u smida tal-qamħ (subintestatura 1103 11 ), xgħir mitħun oħxon u smida tar-ross (subintestatura 1103 19 50 ) u pellets tar-ross (subintestatura 1103 20 50 )

ex 1104

Qmuħ taċ-ċereali maħduma mod ieħor (per eżempju, imqaxxra, irrumblati, imlaqqxa, ipperlati, maqtugħa felli jew mitħuna oħxon), ħlief ross tal-intestatura 1006 u ross ifflejkjat (imlaqqax) tas-subintestatura 1104 19 91 ; nebbieta ta' ċereali, sħaħ, irrumblati, imlaqqxa jew mitħuna

1106 20

Dqiq, smida u trab tas-sagu (sago) jew ta' għeruq jew tuberi tal-intestatura 0714

ex 1108

Lamti; inulina:

 

– Lamtu:

1108 11 00

– – Lamtu tal-qamħ

1108 12 00

– – Lamtu tal-qamħirrum

1108 13 00

– – Lamtu tal-patata

1108 14 00

– – Lamtu tal-manjoka (cassava)

ex 1108 19

– – Lamtu ieħor

1108 19 90

– – – oħrajn

1109 00 00

Glutina tal-qamħ; kemm jekk imnixxfa kif ukoll jekk le

1702

Zokkrijiet oħrajn, inklużi l-lattożju, il-maltożju, il-glukożju u l-fruttożju kimikament puri, f'forma solida; xropp miz-zokkor mingħajr sustanzi miżjuda għat-togħma jew kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma' għasel naturali u kemm jekk mhuwiex; karamella:

ex 1702 30

– Glukożju u xropp tal-glukożju, li ma fihx fruttożju jew li fih fl-istat xott inqas minn 20 % fruttożju skont il-piż:

 

– – oħrajn:

 

– – – oħrajn:

1702 30 91

– – – – fil-forma ta’ trab abjad bħal kristall, sew jekk meħud flimkien kemm jekk le

1702 30 99

– – – – oħrajn:

ex 1702 40

– Glukożju u xropp tal-glukożju, li fih, fil-forma niexfa, għallinqas 20 % iżda anqas minn 50 % skont il-piż tal-fruttożju, eżkluz iz-zokkor invertit (jew intervertit):

1702 40 90

– – oħrajn:

ex 1702 90

– oħrajn, inklużi zokkor invertit (jew intervertit) u zokkor ieħor u taħlit ta’ xropp taz-zokko rli fihom fl-istat xott 50 % tal-piż tal-fruttożju:

1702 90 50

– – Maltodestrina u xropp tal-maltodestrina

 

– – zokkrijiet u karamella:

 

– – – oħrajn:

1702 90 75

– – – – fil-forma ta’ trab, sew jekk imgezzez jew le

1702 90 79

– – – – oħrajn:

2106

Tħejjijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor:

ex 2106 90

– oħrajn:

 

– – Xropp taz-zokkor b'sustanzi miżjuda għat-togħma jew il-kulur:

 

– – – oħrajn:

2106 90 55

– – – – tal-glukożju jew tal-maltodestrina

ex 2302

Granza, sharps u residwi oħrajn, sew jekk fil-forma ta' pellets jew le miksubin mit-tgħarbil, it-tħin jew trattamenti oħra taċ-ċereali

ex 2303

Residwi tal-manifattura tal-lamtu u residwi simili, polpa tal-pitravi, bagasse u skart ieħor mill-manifattura taz-zokkor, residwi u skart mill-fermentazzjoni jew id-distillar, fil-forma ta' pellets jew le:

2303 10

– Residwi tal-manifattura tal-lamtu u residwi simili

2303 30 00

– Fdalijiet u skart mill-fermentazzjoni jew mid-distillar

ex 2306

Oilcake u residwi solidi oħrajn, sew jekk mitħuna jew fil-forma ta' pellets u sew jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni mix-xaħmijiet jew żjut tal-ħaxix, minbarra dawk tal-intestaturi 2304 u 2305 :

2306 70 00

– tal-qamħirrum (corn)

ex 2308

Materjali veġetali u skart veġetali, fdal veġetali u prodotti li jirriżultaw minnhom, kemm f'forma ta' gerbub kif le, ta' kwalità użata għal għalf ta' annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra:

2308 00 40

– Ġandar u qastan selvaġġ; residwi taż-żebbuġ jew il-karfa tal-frott, minbarra l-għeneb

2309

Preparazzjonijiet ta' tipi użati għall-għalf tal-annimali:

ex 2309 10

– Ikel għall-klieb u l-qtates li jinbiegħ bl-imnut:

2309 10 11

2309 10 13

2309 10 31

2309 10 33

2309 10 51

2309 10 53

– – oħrajn li jkun fihom lamtu, zokkor li jsir mill-għeneb u gulepp taz-zokkor li jsir mill-għeneb, maltodextrine jew gulepp tal-maltodextrine li jaqa’ taħt is-subtitoli 1702 30 51  sa 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50  u 2106 90 55  jew prodotti tal-ħalib ħlief preparati u prodotti tal-ikel li jkun fihom bl-użin 50 % jew aktar ta’ prodotti tal-ħalib (1)

ex 2309 90

– oħrajn:

2309 90 20

– prodotti msemmija fin-nota addizzjonali 5 għall-Kapitolu 23 tan-Nomenklatura Magħquda

 

– – oħrajn, inklużi taħlitiet minn qabel:

2309 90 31

2309 90 33

2309 90 41

2309 90 43

2309 90 51

2309 90 53

– – – oħrajn li jkun fihom lamtu, glukożju jew xropp tal-glukożju, tal-maltodestrina jew tax-xropp tal-maltodestrinna tas-subintestaturi 1702 30 51 sa 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50  u 2106 90 55  jew prodotti tal-ħalib (1), ħlief Preparazzjonijiet u għalf li fih bil-piż 50 % jew aktar tal-prodotti tal-ħalib.


(1)  Għall-finijiet ta' din is-subintestatura ‘prodotti tal-ħalib’ tfisser prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0406 kif ukoll is-subintestaturi 1702 11, 1702 19 u 2106 90 51.”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

213


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1187/2005

tat-22 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1859/82 dwar l-għażla ta' azjendi tal-kontabilità biex jiġi determinat id-dħul tal-azjendi agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 (2) jistipula, għal kull Stat Membru, il-limitu massimu tad-daqs ekonomiku tal-azjendi tal-kontabilità li jaqgħu taħt il-qasam tal-istħarriġ tan-netwerk tal-informazzjoni tal-kontabilità agrikola.

(2)

Fil-każ tal-Ġermanja, it-tibdil strutturali wassal għal tnaqqis fin-numru tal-iżgħar azjendi u fil-kontribuzzjoni tagħhom lejn il-prodott agrikolu totali. Dan wassal biex l-użu tagħhom fl-istħarriġ dwar l-aktar parti rilevanti tal-attività agrikola ma huwiex aktar neċessarju. Huwa għalhekk indikat li l-limitu massimu jiżdied minn 8 UDE (Unita' ta' Dimensjoni Ewropea) għal 16 UDE.

(3)

Fil-każ ta' Ċipru, il-limitu li kien inizjalment ta' 1 UDE għandu jiżdied għal 2 UDE, għaliex l-azjendi b'daqs ekonomiku iżgħar minn 2 UDE jirrappreżenta biss 7 % tal-marġini gross totali standard. L-aktar parti rilevanti tal-attività agrikola tista' għalhekk tkun koperta b'limitu massimu li jeskludi l-azjendi ż-żgħar.

(4)

In-numru ta' azjendi tal-kontabilità għal kull Stat Membru li għandhom jingħażlu bid-diviżjoni huwa stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82. Fil-każ ta' Spanja, l-Italja, l-Awstrija, il-Portugall u l-Finlandja, in-numru ta' azjendi tal-kontabilità baqa' l-istess għal żmien twil minkejja li kien hemm tnaqqis sinifikanti fin-numru ta' azjendi. It-tnaqqis kien akkumpanjat minn żieda fl-uniformità tal-azjendi, li hija b'tali mod li tgħin biex tintlaħaq rappreżentanza sodisfaċenti fuq bażi ta' kampjun iżgħar minn dak attwali. Minħabba dan it-tibdil strutturali n-numru ta' azjendi tal-kontabilità li jridu jingħażlu fi Spanja, l-Italja, il-Portugall u l-Finlandja jista' jitnaqqas. Madankollu, għal xi diviżjonijiet fi Spanja u fl-Italja n-numru għandu jiżdied bħala riżultat ta' metodoloġiji mtejba ta' statistika użati għas-selezzjoni.

(5)

In-numru ta' azjendi tal-kontabilità f'Malta għandu jkun rivedut fuq il-bażi ta' informazzjoni ġdida dwar l-istruttura agrikola tagħha.

(6)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk ta' Informazzjoni dwar il-Kontabilità tal-Irziezet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Għas-sena tal-kontijiet 2006 (perjodu ta' 12-il xahar konsekuttiv li jibda bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-1 ta' Lulju 2006) u għas-snin tal-kontijiet sussegwenti, il-limitu massimu kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 79/65/KEE fl-UDE għandu jkun kif ġej:

Il-Belġju: 16 UDE

Ir-Repubblika Ċeka: 4 UDE

Id-Danimarka: 8 UDE

Il-Ġermanja: 16 UDE

L-Estonja: 2 UDE

Il-Greċja: 2 UDE

Spanja: 2 UDE

Franza: 8 UDE

L-Irlanda: 2 UDE

L-Italja: 4 UDE

Ċipru: 2 UDE

Il-Latvja: 2 UDE

Il-Litwanja: 2 UDE

Il-Lussemburgu: 8 UDE

L-Ungerija: 2 UDE

Malta: 8 UDE

L-Olanda 16 UDE

L-Awstrija: 8 UDE

Il-Polonja: 2 UDE

Il-Portugall: 2 UDE

Is-Slovenja: 2 UDE

Is-Slovakkja: 6 UDE

Il-Finlandja: 8 UDE

L-Iżvezja: 8 UDE

Ir-Renju Unit (bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta' Fuq): 16 UDE

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq biss): 8 UDE.”

(2)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tal-kontabilità 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859/65. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004 (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 97).

(2)  ĠU L 205, 13.7.1982, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2203/2004 (ĠU L 374, 22.12.2004, p. 36).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-parti li tikkonċerna lil Spanja tinbidel b'dan li ġej:

“SPANJA

500

Galicia

480

505

Asturias

270

510

Cantabria

190

515

País Vasco

250

520

Navarra

370

525

La Rioja

260

530

Aragón

739

535

Cataluña

710

540

Illes Balears

182

545

Castilla y León

1 095

550

Madrid

194

555

Castilla-La Mancha

1 138

560

Comunidad Valenciana

626

565

Murcia

444

570

Extremadura

718

575

Andalucia

1 816

580

Canarias

224

Total għal Spanja

9 706 ”

(2)

Il-parti li tikkonċerna l-Italja tinbidel b'dan li ġej:

“L-ITALJA

221

Valle d'Aosta

279

222

Piemonte

1 159

230

Lombardia

923

241

Trentino

315

242

Alto Adige

308

243

Veneto

925

244

Friuli-Venezia Giulia

797

250

Liguria

500

260

Emilia-Romagna

1 145

270

Toscana

680

281

Marche

956

282

Umbria

678

291

Lazio

854

292

Abruzzo

826

301

Molise

462

302

Campania

682

303

Calabria

882

311

Puglia

988

312

Basilicata

1 087

320

Sicilia

1 306

330

Sardegna

1 248

Total għall-Italja

17 000 ”

(3)

Il-parti li tikkonċerna lil Malta tinbidel b'dan li ġej:

“780

MALTA

400 ”

(4)

Il-parti li tikkonċerna l-Awstrija tinbidel b'dan li ġej:

“660

L-AWSTRIJA

1 800 ”

(5)

Il-parti li tikkonċerna l-Portugall tinbidel b'dan li ġej:

“IL-PORTUGAL

610

Entre Douro e Minho e Beira Litoral

670

620

Trás-os-Montes e Beira Interior

563

630

Ribatejo e Oeste

351

640

Alentejo e Algarve

399

650

Açores e Madeira

317

Total għall-Portugall

2 300 ”

(6)

Il-parti li tikkonċerna l-Finlandja tinbidel b'dan li ġej:

“IL-FINLANDJA

670

Etelä-Suomi

537

680

Sisä-Suomi

237

690

Pohjanmaa

229

700

Pohjois-Suomi

147

Total għall-Finlandja

1 150 ”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

217


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1216/2005

tat-28 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, rigward il-potenzjal ta’ produzzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunssil (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 80(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Bosta Stati Membri qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet serji fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li jikkonċerna l-proċedura r-regolarizzazzjoni ta' pjantaġġuni illegali. Dawn id-diffikultajiet jikkonċernaw, b'mod partikolari, mil-liema data għandha tinbeda l-proċedura msemmija. L-applikazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-għoti ta' deroga timponi piż amministrattiv serju u kkumplikat, b'mod partikolari rigward il-kontroll u l-penalitajiet.

(2)

Biex jingħelbu dawn id-diffikultajiet, jinħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar ir-regolarizzazzjoni ta' pjantaġġuni illegali jiġu emendati. Sakemm ma tingħata proposta xierqa lill-Kunsill u fl-interess ta' amministrazzjoni b'saħħitha, id-data tal-għeluq tal-proċedura stipulata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 (2) għandha tkun posposta definittivament għall-31 ta' Diċembru 2007.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1a.   Id-data tal-iskadenza stipulata fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tiġi posposta għall-31 ta' Diċembru 2007.”

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ tlett ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13).

(2)  ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1349/2004 (ĠU L 255, 31.7.2004, p. 7).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

218


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1268/2005

ta' l-1 ta' Awwissu 2005

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2191/81 dwar l-għoti ta' għajnuna għax-xiri tal-butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li mhumiex hemm għall-qliegħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/81 (2) jipprovdi l-għoti ta' għajnuna għax-xiri tal-butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li mhumiex hemm għall-qliegħ. Rigward it-tnaqqis fil-prezz ta' intervent tal-butir u t-tnaqqis sussegwenti tal-livelli ta' għajnuna fi skemi ta' appoġġ tal-butir oħra, l-ammont ta' għajnuna għandu jitnaqqas.

(2)

(Minħabba n-natura tal-benefiċarji finali ta' din l-skema, ikun neċessarju li jitħalla jgħaddi xi ftit żmien bejn id-dħul fis-seħħ tar-Regolament u l-applikazzjoni tiegħu sabiex il-benefiċarji jilħqu jaddattaw għal-livell il-ġdid ta' għajnuna).

(3)

(Il-miżuri disponibbli għal dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħalib u tal-Prodotti tal-Ħalib),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2191/81. l-ammont ta' “80 EUR” jinbidel bl-ammont ta' “60 EUR”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jkun ġie ppublikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Hu għandu japplika mill-1 ta' Settembru 2005).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta' Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 213, 1.8.1981, p. 20. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 181/2005 (ĠU L 30, 3.2.2005, p. 8)


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

219


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1293/2005

tal-5 ta' Awwissu 2005

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li jistabbilixxi metodi Komunitarji għall-analiżi tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-metodu tal-kejl tal-pressjoni żejda tal-inbejjed li jfexfxu u dawk spumanti kien stabbilit skont kriterji rikonoxxuti internazzjonalment. L-Uffiċju Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbid adotta d-deskrizzjoni ġdida ta' dan il-metodu fl-Assemblea Ġenerali tiegħu tal-2003.

(2)

L-użu ta' dan il-metodu jiżgura monitoraġġ iktar sempliċi u preċiż tal-pressjoni żejda f'dawn l-inbejjed.

(3)

Id-deskrizzjoni tal-metodu li jintuża s-soltu fil-Kapitolu 37 tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 (2) mhijiex meħtieġa iktar u għalhekk il-paragrafu 3 tal-Kapitolu 37 għandu jitneħħa. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni aġġornata ta' dan il-metodu għandha tiddaħħal f'kapitolu ġdid tal-Anness għal dak ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2676/90 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2676/90 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta' Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bil-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(2)  ĠU L 272, 3.10.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 355/2005 (ĠU L 56, 2.3.2005, p. 3).


ANNESS

L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2676/90 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Kapitolu 37. “Diossidu tal-karbonju” huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej: “1. PRINĊIPJU TAL-METODU”

(ii)

il-punt 1.2 għandu jitħassar.

(b)

Fil-paragrafu 2, it-titlu tal-punt 2.3 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Kalkolu tal-pressjoni żejda teoretika”.

(c)

Il-paragrafi 3 u 4 għandhom jitħassru.

(2)

Wara l-Kkapitolu 37, it-test illi ġej għandu jiddaħħal bħala l-Kapitolu 37-bis:

“37 bis —   IL-KEJL TAL-PRESSJONI ŻEJDA FL-INBEJJED SPUMANTI U DAWK LI JFEXFXU

1.   IL-PRINĊIPJU

Wara li tkun ġiet stabilizzata t-temperatura u l-flixkun ikun tqanqal, il-pressjoni żejda titkejjel bl-afrometru (gejġ tal-pressjoni). Hija titkejjel f'Pascals (Pa) (metodu tat-tip I). Il-metodu japplika wkoll għall-inbejjed spumanti bil-gass miżjud u għal dawk ifexfxu bil-gass miżjud.

2.   L-APPARAT

L-apparat li jkejjel il-pressjoni żejda fil-fliexken tal-inbejjed spumanti u dawk li jfexfxu jissejjaħ afrometru. Dan għandu għamliet differenti skont it-tappijiet li jintużaw biex jingħalaq il-flixkun (kapsula tal-metall, kapsula forma ta' ras, tapp tas-sufra jew tal-plastik).

2.1.   Fliexken li għandhom il-kapsuli

Huwa magħmul minn tliet partijiet (dijagramma 1):

Il-parti ta' fuq (jew kamin bil-labra) hija magħmula minn manometru, ċirku li jissikka bl-id, kamin bla tmiem li jgħaddi għall-parti tan-nofs, u labra li tgħaddi minn ġol-kapsula. Il-labra għandha toqba laterali li tgħaddi l-pressjoni lill-manometru. Ġonta tiżgura li kollox ikun issiġillat fuq il-kapsula tal-flixkun.

Il-parti tan-nofs (jew l-iskorfina) tintuża biex tiċċentra l-parti ta' fuq. Hija tinvita ruħha fil-parti t'isfel b'mod li l-apparat kollu jinżamm sod fuq il-flixkun.

Il-parti ta' isfel (jew morsa) tkun mgħammra bi xprun li jiżżerżaq taħt iċ-ċirku tal-flixkun, b'mod li jinżamm l-apparat kollu. Hemm ċrieki adattati għal kull tip ta' flixkun.

2.2.   Fliexken li għandhom it-tapp

Huwa magħmul minn żewġ partijiet (dijagramma 2):

Il-parti ta' fuq hija l-istess bħal fl-apparat ta' qabel; madankollu, il-labra hija itwal. Din tal-aħħar hija magħmula minn tubu twil u vojt li f'tarf minnhom hemm ponta biex tgħin il-labra tidħol fit-tapp. Din il-ponta tista' tinqala' u taqa' fl-inbid ladarba t-tapp jittaqqab.

Il-parti ta' taħt hija magħmula minn skorfina bil-bażi tagħha li sserraħ fuq it-tapp. Din għandha erba' viti li jissikkaw sabiex kollox jinżamm fuq it-tapp.

Image

Image

Rimarki rigward il-manometri li jinsabu ma' dawn iż-żewġ tipi ta' apparat:

Jistgħu jkunu jew mekkaniċi b’tubu tat-tip Bourdon inkella sensuri diġitali pjeżoelettriċi. Fl-ewwel każ, it-tubu tat-tip Bourdon għandu jkun tal-istainless steel.

Jġu gradati f'pascals (abbrevjazzjoni Pa). Għall-inbejjed spumanti huwa iktar prattiku li wieħed juża 105 pascals (105 Pa) jew il-kilopascal (kPa) bħala unità.

Jista' jkun hemmklassijiet differenti. Il-klassi tal-manometru hija l-preċiżjoni tal-qari meta mqabbel ma' qari sħiħ espress bil-persentaġġ (eż.: Manometru 1 000 kPa klassi 1, tfisser il-pressjoni massima użata 1 000 kPa, qari sa ±10 kPa). Il-klassi 1 hija rakkomandata għal kejl iktar preċiż.

3.   IL-PROĊEDURA

Il-kejl irid isir fuq fliexken li tagħhom it-temperatura tkun ilha stabbli tal-anqas għal 24 siegħa. Wara li jiġu minfuda, ir-ras, it-tapp tas-sufra jew tal-plastik, il-flixkun irid jitqanqal bil-qawwi sakemm tintlaħaq pressjoni kostanti, sabiex ikun jista' jseħħ il-qari.

3.1.   Fliexken bil-kapsuli

L-ixprun tal-morsa jiżżerżaq taħt iċ-ċirku tal-flixkun. L-iskorfina tiġi ssikkata sakemm l-apparat kollu jkun sod fuq il-flixkun. Il-parti ta' fuq imbagħad tiġi ssikkata fl-iskorfina. Sabiex ma jkunx hemm telf ta' gass it-titqib tal-kapsula għandu jsir malajr kemm jista' jkun, sabiex il-ġonta tiġi tmiss mal-kapsula. Il-flixkun imbagħad irid jitħallat tajjeb ħafna sakemm tintlaħaq pressjoni kostanti u sabiex iseħħ il-qari.

3.2.   Fliexken bit-tapp

Il-ponta titpoġġa f'tarf il-labra. Dan kollu jitqiegħed fuq it-tapp. Jiġu ssikkati l-erba' viti fuq it-tapp. Tiġi ssikkata l-parti ta' fuq (il-labra tidħol fit-tapp). Il-ponta trid taqa' fil-flixkun sabiex il-pressjoni tkun tista' tgħaddi għall-manometru. Il-qari jsir wara li l-flixkun jitħallat tajjeb sakemm tintlaħaq pressjoni kostanti. Il-ponta tinġabar wara l-qari.

4.   L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Il-pressjoni żejda li tilħaq l-20 °C (Paph20) tiġi espressa f'pascals (Pa) jew f'kilopascals (kPa). Dan irid ikun skont il-preċiżjoni tal-manometru (per eżempju: 6,3 × 105 Pa jew 630 kPa u mhux 6,33 × 105 Pa jew 633 kPa għal manometru ta' klassi 1 b'qari ta' skala sħiħa ta' 1 000 kPa).

Meta l-kejl tat-temperatura jkun differenti minn 20 °C ikun hemm bżonn korrezzjoni billi l-pressjoni mkejla tiġi multiplikata bil-koeffiċjent xieraq (ara t-tabella 1).

Tabella 1

Il-proporzjon bejn il-pressjoni żejda Paph20 tal-inbid li jfexfex jew dak spumanti f'temperatura ta' 20 °C u l-pressjoni żejda Paph t f'temperatura t

°C

 

0

1,85

1

1,80

2

1,74

3

1,68

4

1,64

5

1,59

6

1,54

7

1,50

8

1,45

9

1,40

10

1,36

11

1,32

12

1,28

13

1,24

14

1,20

15

1,16

16

1,13

17

1,09

18

1,06

19

1,03

20

1,00

21

0,97

22

0,95

23

0,93

24

0,91

25

0,88

5.   IL-KONTROLL TAR-RIŻULTATI

Il-metodu tad-determinazzjoni diretta tal-parametri fiżiċi (metodu tal-kriterji tat-tip I)

L-iċċekkjar tal-afrometri

L-afrometri jridu jiġu ċċekkjati regolarment (għallinqas darba fis-sena).

L-iċċekkjar isir permezz ta' kejl ta' kalibrazzjoni. Dan iqabbel il-manometru għall-ittestjar ma' manometru ta' referenza, ta' kwalità għolja mkejjel bl-istandards nazzjonali, immuntat b'mod parallel. L-iċċekkjar isir biex jitqabblu l-valuri indikati miż-żewġ apparati għal-livelli ta' pressjonijiet li jitilgħu u jinżlu. Jekk ikun diferenza bejn dawn it-tnejn, il-manometru jista' jiġi rregolat permezz ta' vit.

Il-laboratorji u l-entitajiet awtorizzati huma kollha mgħammra b'dan il-kejl ta' kalibrazzjoni; jinsabu wkoll disponibbli mingħand il-manifatturi tal-manometri.”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

223


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1318/2005

tal-11 ta' Awwissu 2005

li jemenda l-Annexx II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta' Ġunju 1991 dwar produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (1) u b'mod partikulari t-tieni inċiż tal-Artikolu 13,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ċerti Stati Membri mill-2002 ippreżentaw informazzjoni bil-ħsieb li jinkludu ċerti prodotti fl-Anness II ta' dak ir-Regolament.

(2)

Ġir industrijali, prodott sekondarju mill-produzzjoni ta' melħ raffinat mill-ilma mielaħ li jinsab fil-muntanji, huwa meqjus essenzjali għal rekwiżiti speċifiċi għall-ikkundizzjonar u n-nutrizzjoni tal-ħamrija f'uħud mill-Istati Membri u nstab li ma kellu ebda impatt ta' ħsara fuq l-ambjent.

(3)

L-idrossidu tal-kalċju nstab li huwa essenzjali biex tkun ikkontrollata marda tal-fungus f'siġar tal-frott f'ċerti klimi. Il-kontroll ta' din il-marda fi produzzjoni organika huwa diffiċli u jirrikjedi l-użu tar-ram, liema użu jista' jitnaqqas billi jkun applikat l-idrossidu tal-kalċju.

(4)

L-etilene huwa diġà inkluż fil-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 bħala sustanza ta' użu tradizzjoni fil-biedja organika. Deher xieraq li jkunu kompluti l-kundizzjonijiet għall-użu ta' dik is-sustanza sabiex ikunu koperti, barra l-banana, ċertu frott ieħor li għalih l-etilene huwa meħtieġ fil-produzzjoni.

(5)

L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għalhekk ikun emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artiklu 1

L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artiklu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta' Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2254/2004 (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 20)


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għalhekk ikun emendat kif ġej:

(1)

Fit-tabella għall-Part A “Fertilizzanti u kundizzjonarji tal-ħamrija” l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata “ġir industrijali mill-produzzjoni taz-zokkor”:

Isem

Deskrizzjoni, rekwiżiti għall-kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu

“Ġir industrijali mill-produzzjoni ta’ melħ raffinat

Prodott sekondarju ta’ produzzjoni ta’ melħ raffinat minn ilma mielaħ li jinsab fil-muntanji

Ħtieġa rikonoxxuta mill-korp ta’ spezzjoni jew awtorità ta’ spezzjoni”

(2)

Fil-Parti B “Pestiċidi”, punt 1. “Prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti” huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-tabella IV “Sustanzi oħra minn użu tradizzjonali fil-biedja organika”, l-entrata rigward “etilene” hija mibdula b’li ġej:

Isem

Deskrizzjoni, rekwiżiti tal-kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu

“(*) Etilene

Sajran tal-banana, kiwi u kaki; Induzzjoni tal-fjura tal-ananas

Ħtieġa rikonoxxuta mill-korp ta’ spezzjoni jew awtorità ta’ spezzjoni”

(b)

Tiżdied it-tabella V li ġejja:

“V.   Sustanzi oħra

Isem

Deskrizzjoni, rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu

Idrossidu tal-kalċju

Fungiċida

Fis-siġar tal-frott biss, fosthom mixtliet, biex tkun ikkontrollata n-Nectria galligena”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

225


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1336/2005

tat-12 ta' Awwissu 2005

li jemenda l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

B'riżultat tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 392/2004 (2), l-ambitu tal-attivitajiet tal-operaturi sottomessi għas-sistema ta' spezzjoni kif ipprovduta fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ikopri kull operatur matul il-proċess kollu ta' produzzjoni, preparazzjoni u kummerċjalizzazzjoni.

(2)

Sabiex ikunu koperti adegwatament il-kategoriji kollha tal-operaturi msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, hemm bżonn li tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

(3)

Huwa xieraq li l-frekwenza ta' spezzjonijiet każwali tiġi relatata mar-riskji ta' nuqqas ta' konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

(4)

L-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat maħtur skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2254/2004 (ĠU L 385, 29.12. 2004, p. 20).

(2)  ĠU L 65, 3.3.2004, p. 1.


ANNESS

L-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:

(1)

Wara t-titolu, għandu jiddaħħal dan li ġej:

“Id-Dispożizzjonijiet Ġenerali stabbiliti f'dan l-Anness għandhom japplikaw għall-operaturi msemmija f'Artikolu 8(1), sakemm dawk id-dispożizzjonijiet huma relatati mal-attivitajiet li għandu jwettaq l-operatur ikkonċernat.

Flimkien mad-Dispożizzjonijiet Ġenerali, id-Dispożizzjonijiet Speċifiċi għandhom japplikaw għal dawk l-operaturi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fit-titolu ta' kull subsezzjoni.”

(2)

Id-Dispożizzjonijiet Ġenerali huma emendati kif ġej:

(a)

Il-Punti 3 sa 6 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“3.   Spezzjoni tal-bidu

Meta jiġu implimentati għall-ewwel darba l-arranġamenti għall-ispezzjoni, l-operatur responsabbli għandu jħejji:

deskrizzjoni sħiħa tal-unità u/jew bini u/jew attività,

il-miżuri prattiċi kollha li għandhom jittieħdu fil-livell tal-unità u/jew bini u/jew attività sabiex tkun żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, u b'mod partikolari mar-rekwiżiti f'dan l-Anness,

il-miżuri ta’ prekawzjoni li għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni minn prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati u l-miżuri ta’ tindif li għandhom jittieħdu f’postijiet tal-ħażna u tul il-katina kollha ta’ produzzjoni tal-operatur.

Fejn xieraq, dawn id-deskrizzjonijiet u l-miżuri jistgħu jagħmlu parti minn sistema ta' kwalità kif stabbilita mill-operatur.

Id-deskrizzjoni u l-miżuri prattiċi kkonċernati għandhom ikunu mniżżlin f'dikjarazzjoni, iffirmata mill-operatur responsabbli.

B'żieda għal dan, din id-dikjarazzjoni għandha tinkludi mpenn mill-operatur:

li jwettaq x-xogħolijiet f’konformità mal-Artikoli 5, 6, 6a u, fejn hu rilevanti, l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, u/jew ir-Regolament (KE) Nru 223/2003,

li jaċċetta, fl-eventwalità ta' ksur jew irregolaritajiet, l-infurzar tal-miżuri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 9(9) ta' dan ir-Regolament u, fejn relevanti, fl-Artikolu 10(3) ta' dan ir-Regolament, u

li jaċċetta li jinforma bil-miktub lix-xerrejja tal-prodott sabiex jiżgura li l-indikazzjonijiet li jirriferu għall-metodu ta' produzzjoni organika jitneħħew minn din il-produzzjoni.

Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi vverifikata mill-korp jew awtorità tal-ispezzjoni li toħroġ rapport li jidentifika d-defiċjenzi possibbli u n-nuqqasijiet ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. L-operatur għandu jiffirma dan ir-rapport u jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa.

4.   Komunikazzjoni

L-operatur responsabbli jrid jinnotifika kull bidla fid-deskrizzjoni jew tal-miżuri prattiċi msemmija fil-punt 3 u fid-disposizzjonijiet tal-ispezzjoni inizjali previsti fit-taqsimiet A, B, C, D u E tad-Dispożizzjonijiet Speċifiċi ta' dan l-Anness lill-korp jew lill-awtorità ta' spezzjon fi żmien xieraq.

5.   Żjarat ta' spezzjoni

Il-korp jew awtorità tal-ispezzjoni għandu jagħmel spezzjoni fiżika sħiħa, tal-anqas darba fis-sena, tal-operaturi kollha. Il-korp jew awtorità ta' spezzjoni jista’ jieħu kampjuni għall-ittestjar tal-prodotti li mhumiex awtorizzati f'dan ir-Regolament jew sabiex jiġu ċċekkjati l-metodi ta' teknika tal-produzzjoni li mhumiex f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jistgħu jittieħdu wkoll kampjuni u jiġu analizzati sabiex jinqabad tniġġiz possibbli minn prodotti li mhumiex awtorizzati. Iżda, din l-analiżi għandha titwettaq fejn hemm suspett ta' użu ta' prodotti li mhumiex awtorizzati. Għandu jitħejja rapport ta' spezzjoni wara kull żjara, iffirmata mill-persuna responsabbli għall-unità jew ir-rappreżentant tiegħu.

Barra minn hekk, il-korp jew l-awtorità ta' spezzjoni għandu jwettaq żjarat ta' spezzjoni b’mod aleatorju, avżati jew le, abbażi tal-evalwazzjoni ġenerali tar-riskju ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (KE) Nru 223/2003, filwaqt li jqis għall-inqas ir-riżultati tal-ispezzjonijiet preċedenti, il-kwantità u l-prodotti kkonċernati u r-riskju ta' skambju ta' prodotti.

6.   Kontijiet dokumentati

Għandhom jinżammu rekords tal-ħażna u dawk finanzjarji fl-unità jew fil-bini, sabiex l-operatur ikun jista' jidentifika, u biex il-korp jew l-awtorità tal-ispezzjoni jkun jista' jivverifika:

il-fornitur u, fejn huwa differenti, il-bejjiegħ, jew l-esportatur tal-prodotti,

in-natura u l-kwantitajiet ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ikkonsenjati lill-unità u, meta rilevanti, il-materjali kollha mixtrija u l-użu ta’ dawn il-materjali, u, meta rilevanti, il-kompożizzjoni tal-prodotti tal-għalf kompost,

in-natura u l-kwantitajiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 maħżun fil-bini,

in-natura, il-kwantitajiet u d-destinatarji u, fejn huma differenti, ix-xerrejja, barra l-konsumaturi finali, ta' kull prodott kif hemm riferut fl-Artikolu 1, li jkunu ħallew l-unità jew il-bini jew il-faċilitajiet tal-ħażna tal-ewwel destinatarju,

fil-każ ta’ operaturi li ma jaħżnux jew ma jittrattawx fiżikament dawn il-prodotti, in-natura u l-kwantitajiet ta’ prodotti, kif imsemmija fl-Artikolu 1, mixtrija u mibjugħa, u l-fornituri, u meta differenti, il-bejjiegħa jew l-esportaturi u x-xerrejja, u meta differenti, id-destinatarji.

Il-kontijiet dokumentati għandhom jinkludu wkoll ir-riżultati tal-verifika mal-wasla tal-prodotti u kull informazzjoni oħra rikjesta mill-korp jew awtorità tal-inspezzjoni bl-iskop ta' spezzjoni xierqa.

Id-dejta fil-kontijiet għandha tkun dokumentata b'dokumenti ta' ġustifikazzjoni xierqa.

Il-kontijiet għandhom juru l-bilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ.”

(b)

It-titolu tal-punt 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“7.   

L-ippakkjar u t-trasport ta’ prodotti lejn operaturi jew unitajiet oħra”

(c)

Wara l-punt 7, għandu jiddaħħal il-punt 7a li ġej:

“7a.   L-irċevuta ta’ prodotti minn unitajiet oħrajn u mingħand operaturi oħrajn

Mal-wasla ta' prodott kif imsemmi fl-Artikolu 1, l-operatur għandu jiċċekkja l-għeluq tal-pakkett jew reċipjent fejn hu meħtieġ u l-preżenza tal-indikaturi msemmija fil-punt 7. L-operatur għandu jagħmel kontroverifika tal-informazzjoni fuq it-tikketta msemmija fl-Artikolu 7 mal-informazzjoni fuq id-dokumenti mehmuża. Ir-riżultat ta’ dawn il-verifiki għandu jissemma espliċitament fil-kontijiet dokumentati msemmija fil-punt 6.”

(d)

Il-Punt 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“8.   Il-ħażna tal-prodotti

Għall-ħażna ta' prodotti, l-imkejjen għandhom jiġu ġestiti sabiex jiżguraw l-identifikazzjoni ta' lottijiet u sabiex jiġi evitat kull taħlit ma', jew kontaminazzjoni minn prodotti u/jew sustanzi li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. Prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar f'kull ħin.”

(3)

Id-Dispożizzjonijiet Speċifiċi huma emendati kif ġej:

(a)

Fis-sezzjoni A, is-sitt paragrafu għandu jitħassar.

(b)

Is-sezzjoni b għandha tinbidel b'dan li ġej:

“B.   Unitajiet għall-preparament ta' prodotti li ġejjin mill-pjanti jew mill-bhejjem u għalf magħmul minn prodotti li ġejjin mill-pjanti u mill-bhejjem

Din is-Sezzjoni tapplika għal kull unità involuta fil-preparament, kif inhu ddefinit fl-Artikolu 4(3), tal-prodotti li saret riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1), għall-kont tiegħu stess jew għall-kont ta' terza parti, u li jinkludu b'mod partikolari wkoll:

unitajiet involuti fl-ippakkjar u/jew ippakkjar mill-ġdid ta' prodotti bħal dawn,

unitajiet involuti fit-tikkettjar u/jew tikkettjar mill-ġdid ta' prodotti bħal dawn.

1.   Spezzjoni inizjali

Id-deskrizzjoni sħiħa tal-unità li saret riferenza għalih fil-punt 3 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta' dan l-Anness għandhom juru l-faċilitajiet użati mal-wasla, għall-ipproċessar, l-ippakkjar, l-ittikkettjar u l-ħażna tal-prodotti agrikoli qabel u wara x-xogħolijiet li jikkonċernawhom, kif ukoll il-proċeduri għat-trasport tal-prodotti.

2.   Unitajiet għall-preparament li jieħdu ħsieb ukoll prodotti li ma jiġux minn produzzjoni organika.

Meta l-prodotti li ma saritx riferenza għalihom fl-Artikolu 1 jiġu ppreparati, ippakkettati u maħżuna wkoll fl-unità ta' preparament konċernat:

l-unità għandha jkollha żoni separati bil-post jew bil-ħin fi ħdan il-bini għall-ħażna ta' dawn il-prodotti kif hemm riferut fl-Artikolu 1, qabel u wara x-xogħolijiet,

ix-xogħlijiet għandhom isiru kontinwament sakemm tkun saret is-sekwenza kollha, mifrudin bl-ispazju jew bil-ħin minn xogħolijiet simili li jitwettqu fuq prodotti li mhumiex koperti minn l-Artikolu 1,

jekk dawn ix-xogħlijiet ma jsirux f’ħinijiet regolari jew f'ġurnata fissa, għandhom ikunu magħrufa minn qabel, b'limitu ta' żmien miftiehem mall-korp jew awtorità ta' spezzjoni,

kull miżura għandha tittieħed sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni tal-gruppi u sabiex ikun prevenut it-taħlit u tpartit ma' prodotti li ma nkisbux skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament,

xogħolijiet fuq prodotti skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom isiru biss wara li jitnaddaf it-tagħmir ta' produzzjoni. L-effikaċja tal-miżuri ta' tindif għandha tiġi ċċekkjata u rreġistrata.

3.   L-ippakkjar u t-trasport ta' prodotti għall-unitajiet ta' preparament

Ħalib, bajd u prodotti magħmulin mill-bajd li ġejjin mill-biedja organika għandhom jinġabru indipendentament minn prodotti mhux magħmula skont dan ir-Regolament. Permezz ta' deroga, u soġġett għal approvazzjoni minn qabel mill-korp jew awtorità ta' spezzjoni, jista' jsir ġbir simultanju, fejn ikunu ttieħdu miżuri xierqa biex jiġi prevenut it-taħlit u t-tpartit ma' prodotti li ma jkunux inħadmu skont dan ir-Regolament u biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni tal-prodotti maħduma skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament L-operatur iżomm għad-dispożizzjoni tal-korp jew l-awtorità ta' spezzjoni l-informazzjoni relatata mal-ġranet ta' ġbir, is-sigħat, is-sekwenza u d-data u l-ħin tal-wasla tal-prodotti”

(c)

Fis-Sezzjoni E, għandu jitħassar il-punt 6.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

229


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1357/2005

tat-18 ta' Awwissu 2005

li jikkompleta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 f’dak li jirrigwarda r-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-“Reġistru tad-denominazzonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” Chevrotin (DPO)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 7(5)(b) tiegħu u l-Artikolu 6(3) u (4), l-ewwel inċiż, tiegħu.

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, it-talba ta' Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Chevrotin” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

L-Italja opponiet ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, u tat bħala raġunijiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 mhumiex qed jiġu osservati, li r-reġistrazzjoni se tkun ta' ħsara għall-prodotti li jinsabu fis-suq fl-Italja, b'mod partikolari dawk imsejħa “caprino” u li t-traduzzjoni għal-lingwa Taljana tal-isem konċernat (“caprino”) hija waħda ġenerika.

(3)

Il-Kummissjoni, b'ittra tas-7 ta' Diċembru 2004, stiednet lill-Istati Membri kkonċernati jaslu għal ftehim bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(4)

Ġaladarba ma ntlaħaq l-ebda ftehim bejn Franza u l-Italja fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2081/92.

(5)

Madankollu, Franza argumentat uffiċjalment illi r-reġistrazzjoni tal-isem “Chevrotin” mhux se jwassal għall-projbizzjoni tal-użu tal-espressjoni “de chèvre” jew “fromage de chèvre” biex tiddeskrivi l-ġobon magħmul mill-ħalib tal-mogħża, jew bl-istess mod, l-użu tat-traduzzjoni ta' dawn it-termini (bit-Taljan, “caprino” jew “formaggio di capra”).

(6)

It-terminu “chevrotin” ma jistax jiġi kkunsidrat bħala traduzzjoni tat-terminu “caprino” u bil-maqlub, anke jekk it-terminu “caprino” huwa ġeneriku kif iddikjaraw l-awtoritajiet Taljani, ma jfissirx li t-terminu “chevrotin” sar ġeneriku. Barra minn hekk, l-Italja ma pprovdiet l-ebda evidenza li tikkonkludi li t-terminu “chevrotin” innifsu huwa ġeneriku.

(7)

Fl-aħħarnett, l-Italja ma pprovdiet l-ebda evidenza ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

(8)

Fid-dawl ta' dawn l-elementi, l-isem għalhekk għandu jiddaħħal fir-“Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiżdied fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 262, 31.10.2003, p. 12.

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 886/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 32).


ANNESS

PRODOTTI TAL-ANNESS I GĦAT-TRATTAT MAĦSUBA GĦALL-ALIMENTAZZJONI UMANA

Ġobnijiet

FRANZA

Chevrotin (DPO)


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

232


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1558/2005

tat-23 ta' Settembru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1839/95 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' qammħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta' qammħirrum fil-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-Ftehim dwar l-Agrikoltura (2) konkluż matul l-Uruguay Round ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ, il-Komunità aċċettat, mis-sena tas-suq 1995/96, li tapplika kwoti għall-importazzjoni fil-Portugall ta' 500 000 tunnellata qamħirrum u għal Spanja ta' 2 000 000 tunnellata qamħirrum u 300 000 tunnellata sorgu rispettivament.

(2)

Il-kundizzjonijiet għallġestjoni ta' dawn il-kwoti ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1839/95 (3). Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jidher neċessarju li l-ġestjoni tat-tariffi msemmija tiġi ssimplifikata u ċċarata.

(3)

Huwa fl-interess tal-operaturi tal-Komunità li tkun żgurata provvista adegwata tal-prodotti kkonċernati fis-suq tal-Komunità bi prezzijiet stabbli, filwaqt li jkunu evitati riskji żejda u eċċessivi, jew saħansitra taqlib fis-suq fis-sura ta’ varjazzjonijiet kbar fil-prezzijiet Il-Kummissjoni, filwaqt li tikkunsidra l-iżvilupp tas-swieq internazzjonali, il-qagħda tal-provvista fi Spanja u l-Portugall u l-impenji internazzjonali tal-Komunità, għandha tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ tnaqqis tad-dazji fuq l-importazzjoni applikabbli stipulati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta‘ applikazzjoni (dazji ta‘ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 1766/92 (4) biex ikun żgurat li t-tariffi tal-importazzjoni għall-prodotti konċernati jimtlew.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1839/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTA DAN IL-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1839/95 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 4

għandhom jitwettqu, bħala parti minn dawn il-kwoti u fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 1, fi Spanja u l-Portugall, billi tiġi applikata sistema ta' tnaqqis ta' dazji tal-importazzjoni kif provdut fl-Artikolu 5 jew b'xiri dirett fis-suq globali.”

L-Artikolu 2

Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1839/95, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, għall-importazzjoni ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja u għall-importazzjoni ta' qamħirrum fil-Portugall, fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 1, għandha jiġi applikat tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1249/96.

1a.   Il-Kummissjoni, filwaqt li tikkunsidra l-kundizzjonijiet eżistenti tas-suq, għandha tiddeċiedi jekk it-tnaqqis provdut f'paragrafu 1 għandux jiġi applikat, sabiex tiżgura li t-tariffi għall-importazzjoni jimtlew.

2.   Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tapplika tnaqqis bħal dan, l-ammont ta' tnaqqis għandu jkun stabbilit abbażi ta’ rata fissa jew bi proċedura ta' sejħiet għall-offerti, f‘livell li jippermeti, l-ewwel, illi jkun evitat taqlib fis-swieq Spanjoli u Portugizi bħala riżultat ta' importazzjoni f'dawk il-pajjiżi u t-tieni, illi l-kwantitajiet msemmijin fl-Artikolu jiġu importati tassew.”

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f‘Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta' Settembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.

(2)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(3)  ĠU L 177, 28.7.1995, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).

(4)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

234


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1608/2005

tat-30 ta' Settembru 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi regoli ġenerali għar-rifornimenti tal-ikel minn stokkijiet tal-intervent lil organizzazzjonijiet indikati għad-distribuzzjoni lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 (2) jiddetermina r-regoli dettaljati għas-sejħiet għall-offerti rigward l-organizzazzjoni tal-provvisti fl-Istati Membri li jipparteċipaw fil-miżura tal-Komunità għad-distribuzzjoni tal-ikel minn ħażniet ta' intervent għall-benefiċċju ta' persuni l-aktar fil-bżonn.

(2)

Il-prodotti li għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet tal-intervent fil-kuntest tal-pjan annwali jistgħu jiġu pprovduti fl-istat li jkunu fih jew jiġu ttrasformati għall-manifattura ta' oġġetti tal-ikel, jew jistgħu jiġu rtirati bħala ħlas tar-riforniment jew il-manifattura ta' oġġetti tal-ikel użati fis-suq tal-Komunità. Għal dan it-tip ta' riforniment, għandhom jiġu ppreċiżati l-prodotti disponibbli fil-ħażniet tal-intervent li jistgħu jiġu rtirati bi ħlas għall-manifattura ta' prodotti taċ-ċereali u ta' prodotti tal-ħalib.

(3)

Biex iwieġbu aħjar għall-bżonnijiet ta' organizzazzjonijiet tal-karità u biex jespandu l-firxa ta' prodotti tal-ikel fornuti, ikun xieraq li jiġi speċifikat li l-prodotti minn ħażniet ta' intervent jistgħu jiġu inkorporati fi prodotti oħra għall-għanijiet tal-fabbrikazzjoni tal-ikel.

(4)

Skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (3), l-intervent pubbliku fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella bħala strument permanenti ta' appoġġ għas-suq ma' baqax jeżisti mill-1 ta' Lulju 2002. B'hekk huwa meħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jiġi adattat għal din is-sitwazzjoni ġdida.

(5)

Konsegwentement jeħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jiġi emendat.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3149/92 hu emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 1, punt b), it-tielet supbaragrafu għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Madankollu, f'każ li fil-ħażniet ta' intervent ma jkunx disponibbli r-ross, il-Kummissjoni tista' tawtorizza t-tneħħija ta' ċereali mill-ħażniet ta' intervent bi ħlas għar-riforniment ta' ross u prodotti derivati mir-ross mobilizzati fuq is-suq.”

b)

fil-paragrafu 2, punt a), il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara t-tielet paragrafu:

“Fil-każ imsemmi fit-tieni paragrafu, it-tielet inċiż, u meta l-provvista tkun tinvolvi r-ross jew il-prodotti tar-ross bi skambju għal ċereali meħuda mill-ħażniet tal-intervent, is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika li l-prodott li għandu jittieħed huwa ċereali li qed jinżamm minn aġenzija ta' intervent.”

c)

il-paragrafu 2a hu mibdul bit-test li ġej:

“2a   Il-prodotti mill-intervent jistgħu jiġu inkorporati jew miżjuda ma' prodotti oħra mobilizzati fis-suq għall-fabbrikazzjoni tal-ikel li jrid jiġi pprovdut għall-għanijiet ta' implimentazzjoni tal-pjan. F'dawn il-każijiet, prodotti minn ħażniet ta' intervent iridu jirrappreżentaw tal-anqas 40 % tal-piż nett tal-prodott tal-ikel li jrid jiġi provvdut.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel paragrafu, is-sejħa għall-offerti għandha tindika espressament l-obbligu li l-prodotti minn ħażniet ta' intervent iridu jirrappreżentaw tal-anqas 40 % tal-piż nett tal-prodott tal-ikel li jrid jiġi provvdut.”

2)

Fl-Artikolu 5(1), it-tieni paragrafu għandu jitħassar.

3)

L-anness għandu jitħasser.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2005.

Dan ir-Regolament huwa mandatorju fl-elementi kollha tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' Settembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, 31.10.1995, p. 3).

(2)  ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1903/2004 (ĠU L 328, 30.10.2004, p. 77).

(3)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

236


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1624/2005

ta' l-4 ta' Ottubru 2005

li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 dwar il-frott taċ-ċitru li jaqsam il-linja ta’ demarkazzjoni f'Ċipru

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-rattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar reġim skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 10 mal-Att tal-Adeżjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 866/2004 jipprovdi li l-oġġetti kompletament miġjuba miż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru jew li sarilhom l-aħħar proċessar sostanzjali u ekononomikament ġustifikat, jew li jaħdmu f'impriża mgħammra għal dak l-iskop fl-oqsma li mhumiex suġġetti għad-dazji jew imposti doganali li jkollhom effett ekwivalenti meta jiġu introdotti fiż-żoni taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru, sakemm ikunu ta' tip eliġibbli għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni jew miżuri ta' intervent.

(2)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 866/2004 ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 293/2005 (2) biex jestendi l-aċċess għar-reġim bla dazju msemmi hawn fuq, każ b'każ, għal ċertu prodotti tat-tip eliġibbli għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew miżuri ta' intervent, sakemm il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għal dak l-aċċess jiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Komunità jistgħu jkunu mħarsa b'mod effettiv.

(3)

Il-faċilitazzjoni tal-moviment tal-frott taċ-ċitru tikkontribwixxi għall-proċess tal-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni li ma jaqgħux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru, minħabba l-interess fost l-operaturi ekonomiċi f'Ċipru fis-suq taċ-ċitru prodott f'dawk iż-żoni fis-suq Komunitarju.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li introduċa skema ta' għajnuna Komunitarja għall-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003 tal-1 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 li jintroduċi skema ta' għajnuna Komunitarja għal produtturi ta' ċerti frott taċ-ċitru (5) jipprovdu għal verifiki biex jiżguraw il-konformità mar-regoli Komunitarji fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex. B’segwitu għar-Regolamenti, il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru għandu jiżgura permezz ta' sorveljanza tajba li l-prodotti koperti b'dan ir-Regolament ma jkunux suġġett għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew miżuri ta' intervent.

(5)

Peress li l-livell ta' rifużjonijiet imħallsin għall-esportazzjoni taċ-ċitru mill-Komunità huma baxxi, ir-riskju ta' frodi bil-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huwa limitat. Madankollu, il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru għandu jiżgura li tinżamm il-konformità mar-regola tal-oriġini tal-Komunità kif stipulata fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 35(9) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (6).

(6)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1480/2004 tal-10 ta' Awwissu 2004 li jistipola regoli speċifiċi dwar oġġetti li jaslu miż-żoni mhux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta’ Ċipru lejn iż-żoni fejn il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv (7), il-kamra tal-kummerċ Ċiprijotta Torka u l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-tagħrif li jippermetti lill-Kummissjoni tissorvelja l-andament tan-negozju minn naħa għall-oħra tal-“linja l-ħadra”.

(7)

Minħabba f'hekk, ma jidhirx neċessarju li jiġu stabbiliti aktar kondizzjonijiet għall-aċċess mingħajr dazju għall-frott taċ-ċitru miksub fiż-żoni li ma jaqgħux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta' Ċipru.

(8)

Il-miżuri pprovduti għal dan fir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-Frott u l-Ħaxix Frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 866/2004, iċ-ċitru li jaqsam il-linja fit-tifsira ta' dak ir-Regolament li jaqa' fil-kodiċi NM 0805 ma jkunx suġġett għad-dazju jew l-imposti li jkollhom l-istess effett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 128. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1283/2005 (ĠU L 203, 4.8.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 50, 23.2.2005, p. 1)

(3)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(4)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni 2003.

(5)  ĠU L 317, 2.12.2003, p. 5.

(6)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).

(7)  ĠU L 272, 20.8.2004, p. 3.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

238


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1663/2005

tal-11 ta' ottubru 2005

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jistabbilixxi l-livelli massimi Komunitarji u nazzjonali tal-ipproċessar u d-dispożizzjonijiet applikabbli biex jinħadem l-ammont ta' għajnuna meta f'xi Stat Membru jinqabeż il-livell massimu, sakemm l-Istat Membru involut għandu limitu massimu tal-ipproċessar għall-prodott ikkonċernat kif speċifikat fl-Anness III għar-Regolament.

(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 (2) jgħid li l-materjal prim ipproċessat għandu jgħodd fil-limitu massimu tal-ipproċessar tal-Istat Membru fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-organizzazzjoni produttriċi.

(3)

L-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni f'dawn l-aħħar snin tas-suq uriet xi anomaliji fl-applikazzjoni tal-iskema ta' għajnuna, l-aktar fil-każ tat-tadam. Minħabba din id-dispożizzjoni, il-produzzjoni ta' ċerti produtturi li huma membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Stat Membru ieħor, jew il-produzzjoni tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi li jagħmlu parti minn assoċċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Stat Membru ieħor tgħodd fil-limitu massimu tal-ipproċessar tal-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni ta' produzzjoni jew l-assoċċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi għandha l-kwartieri ġenerali tagħha. L-esperjenza turina li dan il-bilanċ għandu jitnaqqas mil-limitu massimu tal-Istat Membru fejn tiġi prodotta l-materja prima.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 1535/2003 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għal Frott u Ħxejjex ipproċessati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1535/2003 huwa b'hekk emendat kif ġej:

1.

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) jinbidel b'dan li ġej:

“Fil-każ tat-tadam, il-ħawħ u l-lanġas, l-organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna tagħhom lill-awtoritatiet kompetenti fl-Istat Membru fejn għandhom il-kwartieri ġenerali, sakemm dak l-Istat Membru għandu limitu massimu ta' pproċessar għall-prodott ikkonċernat speċifikat fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 2201/96. Il-kwantità li fuqha tkun qed tintalab l-għajnuna titnaqqas mil-limitu massimu tal-Istat Membru fejn tiġi prodotta l-materja prima.”

2.

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24, punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

il-kwantità koperta mill-applikazzjoni tal-għajnuna fejn dik il-kwantità, imqassma skont il-kuntratt u, jekk xieraq, skont il-livell tal-għajnuna applikabbli fl-Istat Membru fejn il-materja prima hija prodotta, ma tistax taqbeż il-kwantità aċċettata għall-ipproċessar wara li jitnaqqsu klwalunkwe rati ta' tnaqqis applikati;”

3.

Is-subparagrafu li ġej jiżdied wara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(1):

“L-għajnuna pagabbli għandha tkun dik li tikkorrispondi mal-Istat Membru fejn il-materja prima tiġi prodotta.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tas-suq 2006/07.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta' ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).

(2)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 180/2005 (ĠU L 30, 3.2.2005, p. 7)


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

240


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1667/2005

tat-13 ta' Ottubru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 tal-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (1), l-ammont dovut minn dawk l-Istati Membri għall-kwantitajiet għandu jitqies fil-kalkolu tal-imposti fuq il-produzzjoni għas-sena tas-suq 2004/05.

(2)

L-ammont dovut mhux se jkun magħruf meta jiġu kkalkulati l-imposti tal-produzzjoni tal-2004/05 f'Settembru 2005, minħabba li l-iskadenza li tagħti prova tal-eliminazzjoni tal-kwantitajiet żejda ġiet differita għall-31 ta' Marzu 2006 bir-Regolament (KE) Nru 651/2005. Għalhekk jeħtieġ li jsir provvediment għal dak l-ammont li għandu jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-imposti tal-produzzjoni għas-sena tas-suq 2005/06, f'Settembru 2006.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 60/2004 għandu jiġu emendat skont dan. Ġaladarba din l-emenda għandha sseħħ qabel l-iffissar u l-ġbir tal-imposti fuq il-produzzjoni għas-sena tas-suq 2004/05, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Jekk ma tingħatax prova tat-tneħħija mis-suq skont il-paragrafu 1, għall-kwantità żejda kollha jew parti minnha, l-Istat Membru ġdid għandu jħallas ammont ugwali għall-kwantità mhux eliminata immultiplikata bl-ogħla rifużjonijiet tal-esportazzjoni aplikabbli għaz-zokkor l-abjad li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1701 99 10 matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2004 u t-30 ta' Novembru 2005. Parti ekwivalenti għal 25 % tal-ammont totali għandu tkun assenjata għall-baġit Komunitarju sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta’ kull waħda mis-snin 2006, 2007, 2008 u 2009. L-ammont totali għandu jkun ikkunsidrat fil-kalkolu tal-imposti tal-produzzjoni għas-sena tas-suq 2005/06.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta' Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 8. Ir-Regolament hekk kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2005 (ĠU L 108, 29.4.2005, p. 3).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

241


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1747/2005

ta' l-24 ta' Ottubru 2005

jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 59(3)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 tas-7 ta' Settembru 2004 biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2) li jemenda n-nomenklatura għal ċertu nbejjed tal-mejda.

(2)

L-Annessi II u II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 (3) fihom listi ta' prodotti tal-inbid, li l-kodiċijiet tagħhom għandhom jiġu adottati biex jikkorrispondu għall-emendi introdotti mir-Regolament (KE) Nru 1810/2004.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

L-emendi għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2005, id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1810/2004.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Anness II għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(b)

L-Anness III għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta' Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-(KE) Nru 1188/2005 (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 24).

(2)  ĠU L 327, 30.10.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 908/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 56).


ANNESS I

“ANNESS II

Il-kategoriji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 8(1)

Kodiċi

Kategorija

2009 69 11 9100

2009 69 19 9100

2009 69 51 9100

2009 69 71 9100

2204 30 92 9100

2204 30 96 9100

1

2204 30 94 9100

2204 30 98 9100

2

2204 21 79 9910

2204 29 62 9910

2204 29 64 9910

2204 29 65 9910

3

2204 21 79 9100

2204 29 62 9100

2204 29 64 9100

2204 29 65 9100

4.1

2204 21 80 9100

2204 29 71 9100

2204 29 72 9100

2204 29 75 9100

4.2

2204 21 79 9200

2204 29 62 9200

2204 29 64 9200

2204 29 65 9200

5.1

2204 21 80 9200

2204 29 71 9200

2204 29 72 9200

2204 29 75 9200

5.2

2204 21 84 9100

2204 29 83 9100

6.1

2204 21 85 9100

2204 29 84 9100

6.2

2204 21 94 9910

2204 21 98 9910

2204 29 94 9910

2204 29 98 9910

7

2204 21 94 9100

2204 21 98 9100

2204 29 94 9100

2204 29 98 9100

8”


ANNESS II

“ANNESS III

Il-gruppi tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 8(2)

Il-kodiċi tal-prodotti tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni

Grupp

2009 69 11 9100

2009 69 19 9100

2009 69 51 9100

2009 69 71 9100

A

2204 30 92 9100

2204 30 96 9100

B

2204 30 94 9100

2204 30 98 9100

C

2204 21 79 9100

2204 21 79 9200

2204 21 79 9910

2204 21 84 9100

D

2204 21 80 9100

2204 21 80 9200

2204 21 85 9100

E

2204 29 62 9100

2204 29 62 9200

2204 29 62 9910

2204 29 64 9100

2204 29 64 9200

2204 29 64 9910

2204 29 65 9100

2204 29 65 9200

2204 29 65 9910

2204 29 83 9100

F

2204 29 71 9100

2204 29 71 9200

2204 29 72 9100

2204 29 72 9200

2204 29 75 9100

2204 29 75 9200

2204 29 84 9100

G

2204 21 94 9910

2204 21 98 9910

H

2204 29 94 9910

2204 29 98 9910

I

2204 21 94 9100

2204 21 98 9100

J

2204 29 94 9100

2204 29 98 9100

K”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

244


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1757/2005

tas-27 ta' Ottubru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 690/2001 dwar miżuri speċjali ta' sostenn tas-suq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u tal-vitella (1), u partikolarment l-Artikolu 38(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2001 (2) jipprovdi għal skema ta' akkwist ta' karkassi minn ċerti kategoriji ta' annimali ta' aktar minn 30 xahar. Wara li jakkwistaw il-karkassi, l-Istat Membru kkonċernat jista', fost affarijiet oħra, jelimina l-prodotti. F'każ ta' eliminazzjoni, l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament jistipola li l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri neċessarji kollha biex tiżgura li l-laħam kollu kkonċernat ikun ipproċessat permezz tad-disponiment (rendering) u li l-prodotti miksuba sussegwentement ma jkunux jistgħu jintużaw għall-ikel jew għall-għalf. Minn Marzu 2002 ma sarux iktar akkwisti taħt din il-miżura speċjali ta' sostenn tas-suq.

(2)

L-esperjenza turi li għall-akkwisti taħt din l-iskema, f'reġjuni ultraperiferali b'aċċessibbiltà diffiċli u li m'għandhomx faċilitajiet ta' rendering f'distanza raġonevoli, huwa impossibbli li jiġu eliminati l-karkassi f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 690/2001. Il-karkassi akkwistati taħt ir-Regolament (KE) Nru 690/2001 f'reġjuni ultraperiferali indifnu fl-2001-2002. Id-dfin seħħ skont l-istandards veterinarji u ambjentali rilevanti u kien konformi mal-għan tal-eliminazzjoni stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 690/2001.

(3)

Fid-dawl tal-kundizzjonijiet speċjali mogħtija liż-żoni ultraperiferali, ir-Regolament (KE) Nru 690/2001 għandu jiġi emendat biex jippermetti għal forom oħra ta' eliminazzjoni tal-karkassi miksuba taħt l-iskema minbarra l-ipproċessar permezz tar-rendering.

(4)

Barra min hekk huwa xieraq, għar-raġunijiet eċċezzjonali stipulati hawn fuq, li jiġu sanzjonati każijiet preċedenti ta' dfin f'reġjuni ultraperiferali skont l-istandards veterinarji u ambjentali rilevanti. Għal dan il-għan, l-emenda tar-Regolament għandha tapplika b'mod retroattiv mill-1 ta' Lulju 2001.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 690/2001 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 690/2001, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li l-karkassi jew nofs karkassi jinqerdu permezz tal-inċinerazzjoni jew id-dfin sakemm jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

l-annimali kkonċernati jkunu nqatlu fil-qafas ta' dan ir-Regolament fl-istabbilimenti li jinsabu f'reġjun ultraperiferali b'aċċess diffiċli;

(b)

l-infrastruttura meħtieġa għall-ipproċessar permezz tar-rendering tal-karkassi jew tan-nofs karkassi msemmija fl-ewwel paragrafu ma jkunux disponibbli f'dak ir-reġjun.

Id-dfin imsemmi fit-tieni paragrafu għandu jkun fil-fond biżżejjed biex l-annimali karnivori ma jkunux jistgħu jħaffru għall-karkassi jew in-nofs karkassi u għandu jsir f'art adattata sabiex l-ilma tal-pjan ma jiġix ikkontaminat u ma jkunx hemm effetti negattivi ambjentali oħra. Qabel id-dfin, il-karkassi jew nofs karkassi għandhom jitbexxu kif xieraq b'diżinfettant awtorizzat mill-awtorità kompetenti.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 95, 5.4.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2595/2001 (ĠU L 345, 29.12.2001, p. 33).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

246


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1820/2005

tat-8 ta' Novembru 2005

jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-rattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari Artikolu 33 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1623/2000 (2) jipprovdi għal sistema biex l-alkoħol tal-inbid, b'sejħa għall-offerti, jintuża bħala bijoetanol fis-settur tal-fjuwil tal-Komunità. Sabiex jinkiseb l-ogħla prezz ta' bejgħ għal dan l-alkoħol, il-kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni tas-suq fl-alkoħol tal-inbid iridu jittejbu.

(2)

Għal dan il-għan, l-ewwelnett, irid jiżdied l-għadd ta' offerenti billi tiġi ssimplifikata l-proċedura tal-approvazzjoni. It-tieni, fejn applikabbli, dawk l-impriżi għandu jkollhom il-possibbiltà jagħżlu liberament fis-suq il-klijenti lil min se jbiegħu l-alkoħol proċessat għall-użu aħħari tiegħu.

(3)

Għladaqstant, l-offerenti ma jridx ikollhom bżonn, meta jippreżentaw l-offerti tagħhom, jindikaw id-destinazzjoni u x-xerrejja aħħarija tal-alkoħol, sakemm l-użu aħħari jsir fis-sura ta' bijoetanol fis-settur tal-fjuwil fil-Komunità.

(4)

Sabiex ikun żgurat aħjar li dawn jikkonformaw mal-użu aħħari ppjanat tal-alkoħol, l-ammont tal-garanzija ta' l-adempjament għandu jiżdied.

(5)

Il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-impriżi fuq is-sejħa għall-offerti dwar id-data tal-approvazzjoni tagħhom għandha titniżżel f'aktar dettall.

(6)

L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-aġenziji ta' intervent, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhu jsir aktar trasparenti u effiċjenti.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti għal dan fir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-unt (ċ) jinbidel f'dan li ġej:

“(ċ)

il-post ta' stabbiliment u kopja tal-pjan tal-impjant fejn jiġi pproċessat l-alkoħol f'alkoħol assolut, u indikazzjoni tal-kapaċità annwali tal-ipproċessar;”

(ii)

il-unt (e) jinbidel f'dan li ġej:

“(e)

l-impenn ta' l-impriża li tiżgura li x-xerrejja aħħarija kollha tal-alkoħol jużaw dak li jixtru biss għall-produzzjoni ta' fjuwil fil-Komunità fis-sura ta' bijoetanol;”

(b)

il-paragrafu 5 jinbidel f'dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni malajr dwar xi dewmien f'approvazzjoni ġdida jew it-tneħħija ta' approvazzjoni u jindikaw id-data eżatta tad-deċiżjoni.”

2.

L-Artikolu 94(1) u (2) jinbidel f'dan li ġej:

“1.   L-offerti għandhom jiġu minn impriżi li jkunu approvati meta jiġi ppublikat l-avviż dwar is-sejħa għall-offerti.

2.   L-offerenti jistgħu jibgħatu talba waħda biss għal kull lott li jingħata. Jekk xi proponent jibgħat aktar minn talba waħda għal kull lott, l-ebda minn dawk l-offerti ma jiġu aċċettati.”

3.

L-Artikolu 94a(c) tħassar.

4.

L-Artikolu 94b(3) jinbidel f'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni tavża lil dawk l-Istati Membri u aġenziji ta' intervent li għandhom l-alkoħol li jkunu saru l-offerti fuqu, dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu”

5.

L-Artikolu 94c jinbidel f'dan li ġej:

“Artikolu 94c

Dikkjarazzjoni ta' għotja u avviż lill-Kummissjoni

1.   L-aġenzija ta' intervent għandha tinforma lil-proponenti bil-miktub, bla dewmien u b'irċevuta, dwar x'deċiżjoni ttieħdet dwar l-offerti tagħhom.

2.   Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika msemmija fl-Artikolu 94b(3), l-aġenzija ta' intervent għandha tinforma lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz tal-proponent għal kull offerta mibgħuta.

3.   Fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi l-avviż tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, l-aġenzija ta' intervent għandha tibgħat lil kull offerent dikjarazzjoni tal-għoti li tiċċertifika li l-offerta tagħhom ġiet aċċettata.

4.   Fi żmien ġimgaħtejn minn meta tirċievi l-avviż tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, kull offerent rebbieħ għandu jipprovdi evidenza li ddepożita għand l-aġenzija tal-intervent ikkonċernata garanzija ta’ l-adempjament ta' EUR 40 għal kull ettolitru ta' alkoħol b'volum ta' 100 % biex jiżgura li l-alkoħol kollu mogħti jiġi użat skont l-għan iddikjarat fl-Artikolu 92(1).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1188/2005 (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 24).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1219/2005 (ĠU L 199, 29.7.2005, p. 45).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

248


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1854/2005

ta' l-14 ta' Novembru 2005

jissupplimenta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 fir-rigward tad-dħul ta' isem fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċci protetti (Miel de Provence) [PGI]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5)(b), l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-applikazzjoni ta' Franza biex tirreġistra l-Miel de Provence ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2)

(2)

Il-Ġermanja opponiet ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjoni hija dwar in-nuqqas ta' konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 u t-theddida possibbli għall-eżistenza ta' prodott li ilu legalment fuq is-suq għal mhux inqas minn ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni Prevista fl-Artikolu 6(2).

(3)

B'ittra mibgħuta fil-11 ta' Jannar 2005, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri kkonċernati jfittxu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(4)

Minħabba li ma kien għadu ntleħaq l-ebda qbil bejn Franza u l-Ġermanja wara tliet xhur, il-Kummissjoni jkollha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

(5)

Id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjoni mibgħuta mill-Ġermanja tressaq tliet argumenti kontra r-reġistrazzjoni. L-ewwelnett, il-Ġermanja tiddikkjara li r-reġistrazzjoni tmur kontra l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Il-parti opposta tiddikkjara li l-karatteristiċi organoleptiċi, il-karatteristiċi li għandhom x'jaqsmu mal-metodu ta' produzzjoni u l-kriterji ta' kwalità għall-prodott li applikaw għalih ma jistgħux jiġu kkonsidrati speċifiċi għar-reġjun ta' Provence.

(6)

Bil-kuntrarju, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni hija bbażata kemm fuq ir-reputazzjoni tal-għasel ta' Provence kif ukoll fuq il-kwalità speċjali tiegħu, li huwa l-oriġini tal-għasel mill-fjuri, speċifika għall-ambjent botaniku ta' Provence.

(7)

Il-Ġermanja mbagħad irreferiet għat-theddida possibbli għall-eżistenza ta' isem jew marka totalment jew parzjalment identika jew għall-eżistenza ta' prodotti li ilhom legalment fis-suq għal mhux inqas minn ħames snin qabel id-data ta' pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. B'mod partikolari tirreferi għall-possibbiltà li l-produtturi attwali li jikkumerċjalizzaw l-għasel bl-isem ta' Miel de Provence ma jkunux jistgħu jkomplu jużaw dak l-isem wara r-reġistrazzjoni jekk il-prodotti tagħhom ma jaqblux mal-ispeċifikazzjoni, kemm jekk dan ikun riżultat tal-oriġini mill-fjuri jew taż-żona ta' produzzjoni.

(8)

Il-Kummissjoni tħoss li dan l-argument huwa bbażat fuq ipoteżi bla provi. Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, il-parti opposta għandha “turi” l-periklu ipotizzat. Il-Ġermanja qajmet biss il-possibiltà ta' periklu mingħajr ma wriet li hemm fil-fatt produtturi li jispiċċaw ibatu bħala riżultat tar-reġistrazzjoni.

(9)

Fl-aħħarnett, il-Ġermanja targumenta li l-użu tal-isem Miel de Provence huwa permess skont id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 dwar l-għasel (3)għal għasel mir-reġjun Franċiż ta' Provence-Alpes-Côte-d’Azur. Issostni li dan ir-reġjun huwa differenti miż-żona ġeografika koperta mill-ispeċifikazzjoni stipulata skont ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Apparti minn hekk, l-ispeċifikazzjoni għall-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni teskludi l-għasel magħmul mill-fjuri tax-xemx, tal-lift jew tax-xnien (alfalfa), li huma florali u oriġini tal-pjanti preżenti fiż-żona ġeografika. Minħabba f'hekk, biex jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni, in-negozjanti li attwalment jikkumerċjalizzaw dan il-prodott bl-isem Miel de Provence iridu jeskludu l-għasel li joriġina mill-fjuri li m'hemmx provvediment għalihom fl-ispeċifikazzjoni. Skont il-Ġermanja, ir-reġistrazzjoni tal-Miel de Provence skont ir-Regolament(KEE) Nru 2081/92 joħloq kunflitt mad-Direttiva 2001/110/KE dwar l-għasel.

(10)

Kif innutat fil-premessa Nru 8, l-argument dwar l-eżistenza tal-periklu ma ġietx ipprovata. Barra minn hekk, il-ksur ipotizzat tad-Direttiva 2001/110/KE dwar l-għasel mhuwiex waħda mir-raġunijiet li jistgħu jintużaw għall-oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Ukoll, id-Direttiva 2001/110/KE tippermetti ċertu ismijiet mingħajr ma tagħmilhom obbligatorji. Bil-kontra ta' dan, ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92 huwa maħsub biex jirregola l-użu ta' ismijiet irreġistrati, anki fejn qabel setgħu jintużaw b'mod aktar liberu. B'riżultat ta' dan, in-nuqqas ta' restrizzjoni f'mument partikolari mhuwiex raġuni biex tirrifjuta reġistrazzjoni.

(11)

Minħabba dan kollu, l-isem għandu jiddaħħal fir-Reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(12)

Il-miżuri pprovduti f'dan fir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Ħarsien tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u d-Denominazzjonijiet ta' Oriġini għal Prodotti Agrikoli u għal Prodotti tal-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem fl-Anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (4).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 261, 30.10.2003, p. 4.

(3)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.

(4)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.


ANNESS

Il-prodotti elenkati fl-anness i għat-trattat tal-ke, maħsub għall-konsum mill-bniedem

Prodotti oħra tal-annimali (bajd, għasel, prodotti varji tal-ħalib minbarra l-butir, eċċ.)

FRANZA

Miel de Provence [PGI]


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

250


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1855/2005

ta' l-14 ta' Novembru 2005

jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 fir-rigward tad-dħul ta' ċertu ismijiet fir-Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Mela Alto Adige or Südtiroler Apfel — [PGI], Asperge des Sables des Landes — [PGI], Pâtes d’Alsace — [PGI], Jamón de Trevélez — [PGI], Oliva Ascolana del Piceno — [PDO])

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-rattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-applikazzjoni Taljana għar-reġistrazzjoni taż-żewġ ismijiet “Mela Alto Adige” jew “Südtiroler Apfel” u “Oliva Ascolana del Piceno”, l-applikazzjoni Franċiża għar-reġistrazzjoni taż-żewġ ismijiet “Asperge des Sables des Landes” u “Pâtes d'Alsace“, l-applikazzjoni Spanjola għar-reġistrazzjoni tal-isem” Jamón de Trevélez" ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Peress li l-ebda objezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ma ntbagħtet lill-Kummissjoni, dawn l-ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-reġistru ta' deskrizzjoni ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness għal dan ir-Regolament huma miżjuda fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 12, 18.1.2005, p. 20 (Mela Alto Adige jew Südtiroler Apfel);

ĠU C 47, 23.2.2005, p. 2 (Asperge des Sables des Landes);

ĠU C 47, 23.2.2005, p. 6 (Pâtes d’Alsace);

ĠU C 51, 1.3.2005, p. 2 (Jamón de Trevélez);

ĠU C 59, 9.3.2005, p. 33 (Oliva Ascolana del Piceno).

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.


ANNESS

IIl-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KC, maħsub għall-konsum tal-bniedem

Prodotti tal-laħam (imsaħħan, immellaħ, iffumigat, eċċ.)

SPANJA

Jamón de Trevélez [PGI]

Frott, ħxejjex, ċereali, proċessati jew le

L-ITALJA

Mela Alto Adige jew Südtiroler Apfel [PGI]

Oliva Ascolana del Piceno [PDO]

FRANZA

Asperge des Sables des Landes [PGI]

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92:

Għaġin

FRANZA

Pâtes d’Alsace [PGI]


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

252


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1856/2005

ta’ l-14 ta' Novembru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli fir-rigward tal-prodotti li għalihom hija meħtieġa l-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ta' ċertifikat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (3) jistqarr li m'hemmx bżonn ta' liċenzja u li m'hemmx għalfejn li din tkun ippreżentata għall-għanijiet ta' operazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kwantitajiet li ma jaqbżux dawk imniżżlin fl-Anness III ta' dak ir-Regolament.

(2)

Fil-qasam taż-żrieragħ, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2004 tas-6 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli dwar il-komunikazzjoni tat-tagħrif meħtieġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ (4) ħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1117/79 tas-6 ta’ Ġunju 1979 li jispeċifika l-prodotti fis-settur taż-żrieragħ li jkunu suġġetti għal-liċenzji tal-importazzjoni (5); minħabba f’hekk is-sorgu u l-qamħirrum ibridu intiżi għaż-żriegħ m'għadhomx aktar suġġetti għall-iskema tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(3)

Fil-qasam taż-żejt taż-żebbuġa u z-zebbuġ għall-ikel, l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 865/2004 jistipula deċiżjoni sabiex l-esportazzjoni mill-Komunità ta' kwalunkwe prodott elenkat fl-Artikolu 1(a) ta' dak ir-Regolament issir suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-esportazzjoni, jekk ikun meħtieġ, sabiex jiġu segwiti l-iżviluppi tas-suq. Minbarra f’dak il-każ, m’hemmx għalfejn tiġi ppreżentata liċenzja sabiex dawk il-prodotti jiġu esportati.

(4)

Għaldaqstant, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont il-fehmiet tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaż-Żrieragħ u tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żejt taż-Żebbuġa u għaż-Żebbuġ għall-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 permezz ta’ dan għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

fil-Parti B — Żjut u Xaħmijiet — għandha titħassar it-taqsima intitolata “Liċenzja tal-esportazzjoni bi, jew mingħajr l-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2543/95)”;

2)

Il-Parti J — Żrieragħ — għandha titħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 246, 5.11.1971, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97.

(3)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2004 (ĠU L 311, 8.10.2004, p. 17).

(4)  ĠU L 360, 7.12.2004, p. 6.

(5)  ĠU L 139, 7.6.1979, p. 11.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

254


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1881/2005

tas-17 ta' Novembru 2005

jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 rigward il-Fond Komunitarju tat-Tabakk

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-rattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonisdrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat (1), u b'mod partikolari Artikolu 14a tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Fond Komunitarju tat-Tabakk jiffinanzja miżuri speċifiċi biex jgħin lil min ikabbar it-tabakk jaqleb għal uċuħ jew attivitajiet finanzjarji oħra, kif provdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.

(2)

L-approprjazzjonijiet tal-Fond Komunitarju tat-Tabakk derivati mit-tnaqqis applikat fil-primjum fuq it-tabakk mhux ipproċessat mhux ipproċessat għall-ħsad tal-2005 huma disponibbli biex jiffinanzjaw miżuri ta' konverżjoni fl-2006.

(3)

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2182/2002 (2) jiddefinixxi l-benefiċjarji ta' miżuri individwali biex jaqilbu l-prodott tagħhom bħala dawk li jkabbru t-tabakk li l-kwota tagħhom tressqet lura irrevokabbilment taħt il-programm ta' xiri lura kif provdut fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.

(4)

Il-programm tax-xiri lura ta' kwoti tneħħa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1679/2005 tas-6 ta' Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat (3) mit-22 ta' Ottubru 2005. Minħabba f'dan, il-parteċipazzjoni fil-programm tax-xiri lura ma jistax ikompli jitqies bħala kriterju għall-eliġibbiltà għall-miżuri ffinanzjati mill-Fond Komunitarju tat-Tabakk.

(5)

Il-produtturi eliġibbli għall-għajnuna fil-produzzjoni tat-tabakk li huwa provdut fil-Kapitlolu 10c tat-Titolu IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (4), lokalizzati f'reġjun fejn dak il-Kapitolu jiġi applikat u li jħallu s-settur u jirrinunżjaw drittijiethom għall-għajnuna, għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jibbenefikaw minn miżuri ta' konverżjoni.

(6)

Id-dispożizzjonijiet dwar kif tinħadem l-ammont totali tal-għajnuna Komunitarja għall-miżuri ta' konverżjoni fuq kull produttur li jkollu kwota ta' produzzjoni għall-ħsad tal-2005 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2848/98 tat-22 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 dwar l-iskema ta’ premju (primjum), kwoti ta' produzzjoni u l-għajnuna speċifika li għandha tingħata lill-gruppi ta' produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum (5) għandhom jiġu emendati wkoll.

(7)

Biex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed ifasslu l-pjanijiet ipproġettati ta' finanzjament tagħhom għall-2006 għall-miżuri ta' konverżjoni, id-dati tal-iskadenza għat-notifikazzjoni tal-pjanijiet lill-Kummissjoni kif ukoll għall-allokazzjoni aħħarija ta' riżorsi fost l-Istati Membri għandhom jiġu estiżi.

(8)

Id-dispożizzjonijiet li jistipolaw il-kriterji li fuqhom il-Kummissjoni tiddeċiedi l-allokazzjoni indikattiva bejn l-Istati Membri tal-finanzjament skont il-Fond Komunitarju tat-Tabakk u d-dispożizzjonijiet dwar il-kastigi fil-każ ta' irregolaritajiet għandhom jiġu emendati wkoll.

(9)

Biex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed jimplimentaw il-proġetti, speċjalment il-miżuri ta' interess ġenerali u l-istudji kif ipprovdut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002 dwar it-testijiet tal-uċuħli jdumu sentejn, għandhom jingħataw il-possibbiltà jestendu l-perjodu inizjalment speċifikat ta' sentejn b'sitt xhur.

(10)

ir-Regolament (KE) Nru 2182/2002 għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri pprovduti għal dan fir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għat-Tabakk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2182/2002 huwa emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 15(1) jinbidel f'dan li ġej:

“1.   Il-benefiċjarji tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 13 ikunu produtturi tat-tabakk mhux ipproċessatmhux ipproċessat bi kwota ta' produzzjoni tat-tabakk għall-ħsad tal-2005 skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2848/98, lokalizzati fir-reġjun fejn japplika l-Kapitolu 10c tat-Titolu IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (*) u li jiddikkjaraw li mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2006 jirrinunżjaw drittijiethom għall-għajnuna fuq il-produzzjoni għat-tabakk mhux ipproċessatmhux ipproċessat kif ipprovdut f'dak il-Kapitolu mill-ħsad tal-2006.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta' produtturi li jagħmlu din id-dikjarazzjoni u dwar il-kwota totali kkonċernata, mqassma skont il-gruppi tal-varjetajiet.

Il-benefiċjarji jistgħu japplikaw ukoll għall-għajnuna mill-Fond għas-sena 2006 biss.

(*)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.”"

2)

L-Artikolu 16(2) jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-ammont totali ta' għajnuna Komunitarja għal kull produttur għall-miżuri kollha msemmija fl-Artikolu 13 ikunu hekk kif ġej:

(a)

tliet darbiet l-ammont tal-premjum għall-2005 għall-kwantitajiet ta' tabakk mhux ipproċessat sa u inklużi 10 tunnellati li l-produttu huwa intitolat għalihom skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2848/98 għall-ħsad tal-2005;

(b)

darbtejn l-ammont tal-premjum għall-2005 għall-kwantitajiet ta' tabakk mhux ipproċessat bejn 10 u 40 tunnellata li l-produttu huwa intitolat għalihom skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2848/98 għall-ħsad tal-2005;

(ċ)

l-ammont tal-premjum għall-2005 għall-kwantitajiet ta' tabakk mhux ipproċessat 'il fuq minn 40 tunnellata li l-produttur huwa intitolat għalihom skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2848/98 għall-ħsad tal-2005;”

3)

L-Artikolu 17(2), (3) u (4) jinbidel f'dan li ġej:

“2.   Qabel il-15 ta' Frar 2006, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92, allokazzjoni indikattiva ta' finanzjament bejn l-Istati Membri skont il-Fond għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 13 u 14 ta' dan ir-Regolament għandhom jitfasslu skont il-limiti massimi ta' garanzija nazzjonali deċiża għall-ħsad tal-2005.

3.   Qabel it-30 ta' April 2006, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-pjanijiet finanzjarji proġettati tagħhom għall-miżuri li ma ntalbitx għajnuna għalihom u javżaw b'dan lill-Kummissjoni.

4.   Fejn huwa stabbilit, abbażi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, li parti mill-finanzjament allokat għal Stat Membru wieħed jew aktar ma jkunx magħmul minħabba nuqqas ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna, il-Kummissjoni għandha tistabilixxi — qabel it-30 ta' Ġunju 2006 — allokazzjoni aħħarija ta' dan il-finanzjament fost l-Istati Membri li ħadu applikazzjonijiet għall-għajnuna b'ammont totali akbar mill-baġit tagħhom kif determinat skont paragrafu 2. L-allokazzjoni aħħarija tkun proporzjonata skont l-allokazzjoni indikattiva deċiża skont paragrafu 2.”

4)

Il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud ma' Artikolu 19:

“3.   Fejn ikun hemm irregolarità, apparti min-nuqqas ta' konformità mal-impenn ipprovdut fil-paragrafu 1, magħmula intenzjonalment, l-applikant għall-għajnuna skont l-Artikolu 13 u 14 għandu jħallas multa ugwali għall-għajnuna li talab. Is-somma tiġi kkreditata lill-Fond ta’ l-Għaqda, il-Fond Ewropew għall-Gwida u Garanzija Agrikola (FEGGA).”

5)

L-Artikolu 22(1) jinbidel f'dan li ġej:

“1.   Il-proġetti għandhom isiru fi żmien sentejn mid-data meta l-Istat Membru jinnotifika lill-benefiċjarju li l-proġett ġie approvat. Madankollu, L-Istati Membri jistgħu jestendu dan il-limitu ta' żmien għal 30 xahar.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 17 ta' Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1679/2005 (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 331, 7.12.2002, p. 16. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 480/2004 (ĠU L 78, 16.3.2004, p. 8).

(3)  ĠU L 271, 15.10.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

(5)  ĠU L 358, 31.12.1998, p. 17. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1809/2004 (ĠU L 318, 19.10.2004, p. 18).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

257


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 89/2006

tad-19 ta' Jannar 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2295/2003 fir-rigward tad-denominazzjonijiet li jistgħu jintużaw għat-tqegħid fis-suq tal-bajd f'każ ta' restrizzjonijiet ta' aċċess ħieles għal ħruġ fil-beraħ tat-tiġieġ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1907/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar ċerti standards fit-tqegħid fis-suq tal-bajd (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), il-punt d) u l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2295/2003 (2) stabbilixxa regoli dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE tat-30 ta' Jannar 2002 fuq ir-reġistrazzjoni tan-negozji stabbiliti tat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE (3) stabbilixxiet normi minimi relevanti għall-ħarsien tat-tiġieġ li jbidu.

(3)

Sabiex jitħares il-konsumatur kontra dikjarazzjonijiet li jistgħu jsiru b'intenzjoni qarrieqa biex jinkiseb prezz ogħla minn dak applikabbli għall-bajd tat-tiġieġ imrobbi fil-batteriji jew għall-bajd “standard”, ir-Regolament (KE) Nru 2295/2003 jiffissa kriterji ta' trobbija minimi li għandhom jitħarsu minn bdiewa li jikklejmjaw li jużaw metodi ta' trobbija partikolari. B'hekk, huma biss l-ismijiet stipulati fl-Anness II tar-Regolament imsemmi li jistgħu jintużaw u l-Anness III jistipula lista ta' eżiġenzi li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex ikunu jistgħu jintużaw dawn it-termini.

(4)

Fost il-kriterji preċiżi li jiddefinixxu l-kondizzjonijiet skont liema l-bajd jistgħu jitqiegħdu fis-suq taħt l-isem “bajd ta' tiġieġ imrobbi fil-beraħ”, l-aċċess għal post fil-beraħ hu essenzjali.

(5)

Restrizzjonijiet, inkluż restrizzjonijiet veterinarji, adottati fuq bażi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja biex titħares is-saħħa pubblika u tal-annimali, jistgħu jillimitaw l-aċċess għall-moviment ħieles tat-tjur.

(6)

Fejn il-produtturi ma jkunux jistgħu jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tat-trobbija stipulati fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2295/2003, dawn għandhom, fl-interess tal-konsumatur, jieqfu milli jużaw it-tikkettar fakultattiv dwar il-metodu tat-trobbija.

(7)

Sabiex jitqiesu l-konsegwenzi ekonomiċi possibbli li jista' jkollhom ir-restrizzjonijiet, billi s-settur kollu jeħtieġ perjodu raġonevoli ta' aġġustament, partikolarment fir-rigward tat-tikkettjar, u sakemm il-kwalità tal-prodott ma tiġix influwenzata sostanzjalment, għandu jkun previst perjodu ta' tranżizzjoni li matulu l-produtturi jkunu jistgħu jkomplu bit-tikkettjar dwar il-metodu tat-trobbija, f'dan il-każ “fil-beraħ”.

(8)

Deroga għall-aċċess għal post fil-beraħ hi stipulata b'mod espliċitu fil-punt 1.a), l-ewwel inċiż, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003 f'każ ta' “restrizzjonijiet temporanji imposti mill-awtoritajiet veterinarji”.

(9)

Peress li t-tul tar-restrizzjoni temporanja li matulha l-produtturi jistgħu jissoktaw igawdu mill-ittikkettjar “fil-beraħ”, filwaqt li t-tiġieġ li jbid ma jkollhomx iżjed aċċess għal post fil-beraħ, ma ġiex speċifikat, din tista' tiġi limitata fiż-żmien sabiex jiġu ppreservati l-interessi tal-konsumatur.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 2295/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness III, il-punt 1.a), tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003, l-ewwel inċiż jinbidel b'dan li ġej:

“—

It-tiġieġ igawdi tul il-ġurnata minn possibbiltà mingħajr waqfien li jmur f'post fil-beraħ; deroga ta' din l-eżiġenza minħabba restrizzjonijiet, fosthom restrizzjonijiet veterinarji, meħuda fuq bażi tal-liġi Komunitarja m'għandhiex taqbeż it-tnax il-ġimgħa.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

This Regulation shall be binding in its entirety and directly applicable in all Member States.

Magħmul fi Brussell, 19 ta' Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 173, 6.7.1990, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1039/2005 (ĠU L 172, 5.7.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 340, 24.12.2003, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1515/2004 (ĠU L 278, 27.8.2004, p. 7).

(3)  ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44. Id-Direttiva emendata bl-Att ta' Adeżjoni tal-2003.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

259


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 228/2006

tad-9 ta' Frar 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2257/94 li jistabbilixxi l-istandards tal-kwalità għall-banana

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2257/94 (2) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 fir-rigward tal-istandards tal-kwalità għall-banana.

(2)

Riċerka reċenti dwar il-varjetajiet tal-banana wasslet għall-iżvilupp ta' diversi ibridi. Dan huwa l-każ għall-varjetà Flhorban 920, ibridu triplojde, Musa balbisiana X Musa acuminate, li tappartjeni għall-grupp AAA. Din il-varjetà ngħatat il-protezzjoni Komunitarja bid-Deċiżjoni Nru 13757 tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti tad-19 ta' Lulju 2004. L-ibridi għandhom għalhekk ikunu koperti bir-Regolament (KEE) Nru 2257/94.

(3)

Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni, ir-Regolament (KEE) Nru 2257/94 jippermetti li banana prodotta fil-Madeira, l-Azores, l-Algarve, Kreta u Lakonja tiġi kummerċalizzata fil-Komunità meta tkun klassifikata fil-Klassi II anke jekk ma tissodisfax ir-rekwiżit li tkun twila tal-anqas 14-il ċm. Huwa xieraq li tiġi provduta l-istess deroga għall-banana prodotta f'Ċipru, fejn il-kundizzjonijiet klimatiċi huma simili.

(4)

Fid-dawl tad-domanda tas-suq Komunitarju u b'kunsiderazzjoni għall-Istandard Codex Alimentarius għall-banana (Codex Stan 205-1997), għandu jkun hemm provvediment sabiex tkun permessa l-kummerċalizzazzjoni tal-banana ppreżentata bil-waħdiet.

(5)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 2257/94 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Banana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2257/94 jinbidel kif ġej:

(1)

L-Anness I jinbidel kif ġej:

(a)

Il-punt I jinbidel b'dan li ġej:

“I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-banana tal-varjetajiet (cultivars) tal-Musa (AAA) spp., is-subgruppi Cavendish u Gros Michel, kif ukoll l-Ibridi, imsemmija fl-Anness II, għall-forniment, friska għall-konsumatur wara l-preparazzjoni u l-imballaġġ. Plantains, banana intenzjonata għall-ipproċessar industrijali u banana tat-tin mhumiex koperti.”

(b)

Fil-punt III, ir-raba' paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“B'eċċezzjoni għat-tielet paragrafu, banana prodotta fil-Madeira, l-Azores, l-Algarve, Kreta, Lakonja u Ċipru li hija twila inqas minn 14-il ċm tista' tiġi kummerċalizzata fil-Komunità iżda għandha tiġi kklassifikata fil-Klassi II.”

(c)

Fil-punt V, il-punt C, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-banana għandha tkun ippreżentata f'għenieqed jew partijiet ta' għenieqed b'tal-anqas erba' bananiet. Il-banana tista' tiġi ppreżentata bil-waħdiet.”

(2)

Fl-Anness II, il-Grupp AAA, wara s-subgrupp Gros Michel tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

Grupp

Subgrupp

Cultivars ewlenin

(lista mhux eżawrjenti)

 

“Ibridi

Flhorban 920”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 47, 25.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni tal-2003.

(2)  ĠU L 245, 20.9.1994, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/97 (ĠU L 60, 1.3.1997, p. 53).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

261


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 261/2006

tal-15 ta' Frar 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 37(1)(e)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 (2), il-pajjiżi terzi jistgħu jużaw, bħala indikazjonijiet fakultattivi, it-termini tradizzjonali addizzjonali mniżżla fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament, sakemm il-kundizzjonijiet mniżżla f’dak l-Artikolu huma sodisfatti.

(2)

L-Afrika t’Isfel talbet biex tuża fis-suq tal-Komunità t-termini “ruby”, “tawny” u “vantage”. Dawn it-termini, li huma identiċi mat-termini Komunitarji tradizzjonali addizzjonali mniżżla f’Anness III tar-Regolament (KE) Nru 753/2002, huma użati għall-inbejjed imqawwija, huma regolati fl-Afrika t’Isfel u tradizzjonalment ġew użati għal aktar minn 10 snin fit-territorju ta’ dak il-pajjiż. Billi dawn it-termini huma strettament definiti b’mod ekwivalenti bħal kif huma għal ċerti inbejjed tal-Komunità u huma użati fuq tiketti fejn jindikaw il-veru post ta’ oriġini tal-inbejjed fil-kwistjoni, għalhekk mhumiex użati b’tali manjiera sabiex jiżvijjaw lill-konsumatur. Barra minn hekk, l-użu tagħhom għandu jiġi permess fis-suq tal-Kommunità.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri provduti f’dann ir-Regolament huwa bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-parti tal-Anness III li tirrefri għall-Portugal huwa ssostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness IX huwa ssostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13).

(2)  ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1512/2005 (ĠU L 241, 17.9.2005, p. 15).


ANNESS I

It-terminu tradizzjonali

Inbejjed konċernati

Kategoriji ta' prodotti

Lingwa

Data miżjuda mal-Anness III

Il-pajjiż terz ikkonċernat

“IL-PORTUGALL

Termini tradizzjonali speċifiċi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 29

Denominação de origem (DO)

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr, inbid frizzanti ta’ kwalità psr, inbid semifrizzanti ta’ kwalità psr, inbid likur ta’ kwalità psr

Portugiż

 

 

Denominação de origem controlada (DOC)

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr, inbid frizzanti ta’ kwalità psr, inbid semifrizzanti ta’ kwalità psr, inbid likur ta’ kwalità psr

Portugiż

 

 

Indicação de proveniencia regulamentada (IPR)

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr, inbid frizzanti ta’ kwalità psr, inbid semifrizzanti ta’ kwalità psr, inbid likur ta’ kwalità psr

Portugiż

 

 

Vinho doce natural

Kollha

Inbid likur ta’ kwalità psr

Portugiż

 

 

Vinho generoso

DO Porto, Madeira, Moscatel de Setúbal, Carcavelos

Inbid likur ta’ kwalità psr

Portugiż

 

 

Termini imsemmija fl-Artikolu 28

Vinho regional

Kollha

Inbid tal-mejda b'IĠ

Portugiż

 

 

Termini tradizzjonali addizzjonali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 23

Canteiro

DO Madeira

Iinbid likur ta’ kwalità psr

Portugiż

 

 

Colheita Seleccionada

Kollha

Inbid ta' kwalità psr, Inbid tal-mejda b'IĠ

Portugiż

 

 

Crusted/Crusting

DO Porto

Iinbid likur ta’ kwalità psr

Ingliż

 

 

Escolha

Kollha

Inbid ta' kwalità psr, Inbid tal-mejda b'IĠ

Portugiż

 

 

Escuro

DO Madeira

Inbid likur ta’ kwalità psr

Portugiż

 

 

Fino

DO Porto

DO Madeira

Inbid likur ta’ kwalità psr

Portugiż

 

 

Frasqueira

DO Madeira

Inbid likur ta’ kwalità psr

Portugiż

 

 

Garrafeira

Kollha

Inbid ta' kwalità psr, Inbid tal-mejda b'IĠ

Inbid likur ta’ kwalità psr

Portugiż

 

 

Lágrima

DO Porto

Inbid likur ta’ kwalità psr

Portugiż

 

 

Leve

Inbid tal-mejda bl-IĠ Estremadura u Ribatejano

Inbid tal-mejda b'IĠ

Portugiż

 

 

DO Madeira, DO Porto

Inbid likur ta’ kwalità psr

Nobre

DO Dão

Inbejjed ta' kwalità psr

Portugiż

 

 

Reserva

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr, inbid likur ta’ kwalità psr, inbid frizzanti ta' kwalità psr, inbid tal-mejda b’IĠ

Portugiż

 

 

Reserva velha (jew grande reserva)

DO Madeira

Inbid frizzanti ta’ kwalità psr, inbid likur ta' kwalità psr

Portugiż

 

 

Ruby

DO Porto

Inbid likur ta’ kwalità psr

Ingliż

2006

L-Afrika t’Isfel (*)

Solera

DO Madeira

Inbid likur ta’ kwalità psr

Portugiż

 

 

Super reserva

Kollha

Inbid frizzanti ta' kwalità psr

Portugiż

 

 

Superjuri

Kollha

Inbid ta’ kwalità psr, inbid likur ta' kwalità psr, inbid tal-mejda b’IĠ

Portugiż

 

 

Tawny

DO Porto

Inbid likur ta’ kwalità psr

Ingliż

2006

L-Afrika t’Isfel (*)

Il-qtigħ u l-għasir tal-għeneb miżjud bil-Late Bottle (LBV) jew Character

DO Porto

Inbid likur ta’ kwalità psr

Ingliż

 

 

Vintage

DO Porto

Inbid likur ta’ kwalità psr

Ingliż

2006

L-Afrika t’Isfel (*)


(*)  ‘Ruby’, ‘Tawny’ u ‘Vintage’ huma użati f’assoċjazzjoni mal-indikazzjoni ġeografika tal-Afrika t’Isfel ‘CAPE’.”


ANNESS II

“ANNESS IX

Lista ta’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-kummerċ imsemmija fl-Artikolu 37a u tal-membri tagħhom

Pajjiż Terz

Isem tal-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva

Membri tal-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva

L-Afrika t’Isfel

South African Fortified Wine Producers Association (SAFPA)

Allesverloren Estate

Axe Hill

Beaumont Wines

Bergsig Estate

Boplaas Wine Cellar

Botha Wine Cellar

Bredell Wines

Calitzdorp Wine Cellar

De Krans Wine Cellar

De Wet Co-op

Dellrust Wines

Distell

Domein Doornkraal

Du Toitskloof Winery

Groot Constantia Estate

Grundheim Wine Cellar

Kango Wine Cellar

KWV International

Landskroon Wine

Louiesenhof

Morgenhog Estate

Overgaauw Estate

Riebeek Cellars

Rooiberg Winery

Swartland Winery

TTT Cellars

Vergenoegd Wine Estate

Villiera Wines

Withoek Estate”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

265


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 262/2006

tal-15 ta' Frar 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2729/2000 li jistabbixxi regoli dettaljati ta' implimentazzoni għall-kontrolli fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 72(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2729/2000 (2) jipprevedi verifika sistematika fuq il-post tar-raba' li jkun soġġett talba għal għajnuna għall-abbandun permanenti ta' tkabbir.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 8(1), il-punti b) u e), tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid f’dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni (3), il-proċedura ta' preżentazzjoni tat-talbiet għall-għajnuna għall-abbandun li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għandha tipprevedi, fost l-oħrajn, għall-verifika aktar tard wara li ssir it-talba, tal-eżistenza tal-vinji rilevanti, tal-erja konċernata u tar-rendiment medju jew il-kapaċità tal-produzzjoni, u għall-verifika li l-abbandun ikun seħħ.

(3)

Billi l-iżviluppi fit-teknoloġija tat-teledetezzjoni għamluha għodda affidabbli, jaqbel li dawk l-Istati Membri li jkunu jixtiequ, jingħataw l-possibbiltà li jużawha sakemm din iżżomm mal-livelli tal-verifika.

(4)

Fir-rigward tal-verifiki msemmija dwar l-eżistenza tal-vinji rilevanti, u l-verifika tal-erja konċernata, ir-rendiment medju jew il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha, hija meħtiega verifika fuq il-post minħabba li dawn il-fatturi ma jistgħux jiġu vverifikati permezz tat-teledetezzjoni.

(5)

Madankollu, it-teledetezzjoni tista' tintuża biex jiġi kkontrollat jekk id-dwieli tassew ikunu tneħħew u għalhekk l-użu tagħha jista' jitħalla f'dan l-istadju ta' verifika.

(6)

Fid-dawl tad-diffikultajiet fil-kalkolu tal-erja bit-teledetezzjoni, dan il-metodu għandu jiġi awtorizzat biss fil-każijiet ta' abbandun ta' raba' tal-vinji sħaħ.

(7)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2729/2000 jigi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2729/2000, għandu jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

“Il-verifika li qlugħ id-dwieli sar skont l-Artikolu 8(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, tista' ssir permezz ta' teledetezzjoni, fil-każ ta' abbandun totali ta' raba' tal-vinji.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(2)  ĠU L 316, 15.12.2000, p. 16. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2120/2004 (ĠU L 367, 14.12.2004, p. 11).

(3)  ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1216/2005 (ĠU L 199, 29.7.2005, p. 32).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

267


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 263/2006

tal-15 ta' Frar 2006

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 796/2004 u (KE) Nru 1973/2004, għal dak li għandu x'jaqsam mal-ġewż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 145, il-punti (c), (l) u (m) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 introduċa skema ta' appoġġ għas-settur tal-ġewż biex jiġi evitat għejbien eventwali tal-produzzjoni tal-ġewż fiż-żoni tradizzjonali u l-effetti negattivi li jiriżultaw minn dan fuq livell ambjentali, rurali, soċjali u ekonomiku.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 stabbilixxa kondizzjonijiet ta' densità tas-sigar u daqs minimu għall-ħlas fuq is-superfiċje.

(3)

Sabiex titħaffef il-ġestjoni tal-iskema ta' ħlas għas-superfiċje għall-ġewż, filwaqt li jitħarsu il-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u filwaqt li jissegwew l-għanjiet stipulati mir-Regolament imsemmi, jeħtieġ li jiġu emendati l-kondizzjonijiet rigward l-identifikazzjoni tal-irqajja' agrikoli u għall-kontenut tat-talb għall-għajnuna, stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa (2). Jeħtieġ ukoll li jiġu addattati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x'jaqsam mal-iskemi ta' għajnuna stipulati fit-titoli IV u IVa tar-Regolament imsemmi u l-użu tal-art li jħalluha għall-produzzjoni tal-materja prima (3) għal dak li għandu x'jaqsam mal-kondizzjonijiet għall-ħlas tal-għajnuna għas-superfiċje għall-ġewż.

(4)

Sabiex tiġi addattata s-sistema ta' kontroll għar-rata ta' kontroll standard applikabbli għall-iskemi ta' għajnuna għas-superfiċje, jeħtieġ li jiġu emendati l-kondizzjonijiet stipulati għar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 796/2004 u (KE) Nru 1973/2004 għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 hu emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 6, jitħassar il-paragrafu 3.

2)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 5 hu ssostitwit b'dan li ġej:

“5.   Fil-każ ta' applikazzjoni għall-ħlas taż-superfiċje għall-ġewż stipulata fil-Titolu 4, il-Kapitolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-applikazzjoni waħdanija għandu jkun fiha n-numru tas-siġar tal-ġewż mqassma skont l-ispeċi.”.

3)

L-Artikolu 26(1)(d) it-tieni inċiż huwa mibdul b'dan li ġej:

“d)

5 % tat-total tal-bdiewa li jirreġistraw talba għall-għajnuna għall-ġewż f'isem it-titolu IV, il-Kapitolu 4, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

Artikolu 2

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Kondizzjonijiet għall-ħlas tal-għajnuna Komunitarja

1.   Huma biss l-irqajja' agrikoli b'siġar tal-ġewż li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu fid-data ffissata skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 li huma eliġibbli għall-benefiċċju tal-ħlas għas-superfiċje stipulat fl-Artikolu 83 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

F'każ ta' roqgħa b'siġar ta' speċi differenti ta' ġewż u meta l-għajnuna hi differenti skont l-ispeċi, l-eliġibbiltà għall-għajnuna għandha l-kondizzjoni li jrid jitħares l-għadd minimu ta' siġar għal kull ettaru stabbilit fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għal mill-inqas speċi waħda tal-ġewż.

2.   L-iżgħar daqs tar-roqgħa eliġibbli għall-benefiċċju tal-ħlas għas-superfiċje stipulat fl-Artikolu 83 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 hu ffissat għal 0,10 ettaru. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw daqs minimu ogħla fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċità taż-żoni kkonċernati.

3.   In-numru ta' siġar tal-ġewż għal kul ettaru m'għandux ikun inqas minn:

i)

125 għall-ġellewż,

ii)

50 għal-lewż morr,

iii)

50 għall-ġewż,

iv)

50 għall-pistaċċi,

v)

30 għall-ħarrub.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw densità minima ogħla ta' siġar fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċità tal-produzzjonijiet ikkonċernati.

4.   Fil-każijiet stipulati fil-paragrafu 1, it-tieni inċiż, il-livell ta' għajnuna li għandu jingħata hu l-livell korrispondenti għall-ispeċi li għaliha huma ssodisfatti l-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-għajnuna u li l-ammont tagħha hu l-ogħla.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Japplika għat-talb ta' għajnuna mressqa fis-sena 2006 u s-snin ta' wara.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2184/2005 (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 61).

(3)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2184/2005 (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 61).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

269


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 316/2006

tat-22 ta' Frar 2006

jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u l-ftuħ ta’ kwoti tat-tariffa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikulari Artiklu 29 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/67/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunita' Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni u l-emendar tal- Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-KE u l-Ġordan (il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni) kif ukoll is-sostituzzjoni tal-Annessi I, II, III u IV u l-Protokolli 1 u 2 ta’ dan il-Ftehim (2), tipprovdi aċċess liberu u mingħajr limitu fil-Komunità għall-ġobon li joriġina fil-Ġordan.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2535/2001 (3) jistipula, inter alia, regoli dettaljati applikati għall-ħalib u prodotti tal-ħalib tal-arranġamenti għall-importazzjoni stabbiliti għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Peress li d-dispożizzjonijiet marbuta ma' kwota ta' ġobon importat li joriġina fil-Ġordan m'humiex iktar kompatibbli mal-aċċess liberu u mingħajr limitu fil-Komunità ta' dan il-prodott kif stabbilit fil-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kif mibdul bil-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri msemmi hawn fuq, huma għandhom jiġu mneħħija.

(3)

Kapitlu III tar-Regolament (KEE) Nru 2535/2001 jistabbilixxi għal kwota tariffarja annwali ta' butir oriġinat minn New Zealand.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2175/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet konklużi mill-KE wara negozjati fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, li jemenda Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (4), jipprovdi għal allokazzjoni addizjonali ta' 735 tunnellata ta' butir li joriġina fin-New Zealand taħt il-kwota tat-tariffa annwali ta’ importazzjoni. Jidher xieraq għalhekk li tiġi rranġata l-kwantità ta' butir taħt il-kwota Nru 09.4589 li hemm referenza għaliha fl-Anness III. A għar-Regolament (KEE) Nru 2535/2001.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2535/2001 għandu għaldaqstant ikun emendat għal dan il-għan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artiklu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2535/2001 għandu għaldaqstant ikun emendat kif ġej:

(1)

F'Artiklu 5, il-punt (g) huwa mneħħi.

(2)

F'Artiklu 13(2), it-tieni sub-paragrafu huwa mibdul mit-test li ġej:

“Madanakollu, fil-każ tal-kwoti li għalihom hemm referenza f'Artiklu 5(c), (d), (e), (f), (g), u (h), l-applikazzjonijiet għal-liċenzi għandhom jirrelataw tal-inqas ma' 10 tunnellati u mhux ma' iktar mill-kwantità disponibbli għal kull perjodu.”

(3)

Fl-Anness I, l-parti 1.G hija mneħħija.

(4)

Fl-Anness III. A, il-parti relatata man-numru tal-kwota 09.4589 hi mibdula mat-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artiklu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu japplika fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 41, 13.2.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2004 (ĠU L 149, 3.2.2004, p. 127).

(4)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 9.


ANNESS

“Numru tal-kwota

Kodiċi CN

Deskrizzjoni

Pajjiż tal-oriġini

Kwota annwali minn Jannar sa Diċembru

(kwantità f'tunnellati)

Kwota massima Jannar — Ġunju (kwantità f'tunnellati)

dazju tal-importazzjoni (EUR/100 kg piż nett)

Regoli għat-tkomplija taċ-ċertifikati IMA 1

09.4589

ex 0405 10 11

ex 0405 10 19

Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 82 %, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li fih kollox u mhux interrott

New Zealand

77 402

42 571

86,88

Ara Anness IV”

ex 0405 10 30

Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 82 %, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li fih kollox u mhux interrott li jista' jinvolvi li l-krema tgħaddi minn stadju li fih, ix-xaħam tal-butir jiġi konċentrat u/jew maqsum fi frazzjonijiet (il-proċessi magħrufin bħala “Ammix” u “Spreadable”)


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

272


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 354/2006

tat-28 ta’ Frar 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2003 li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(12) tiegħu,

Billi:

(1)

Fi skambju ta’ ittri bejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Uffiċċju internazzjonali des épizooties (“OIE”) (2), iż-żewġ partijiet ftehmu li jaġixxu b’kollaborazzjoni. Bl-appoġġ tal-Komunità, l-OIE sussegwentement adottat, f'Mejju 2005, prinċipji u linji gwida speċifiċi għall-benessri tal-annimali soġġetti għal kummerċ internazzjonali, u m’mod partikolari rigward it-trasport bil-baħar, bl-art u bl-ajru, bħala t-Taqsima 3.7 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali tal-Ajru. Sabiex jingħata effett lill-Artikolu 3.7.2.1 tal-Linji Gwida għat-Trasport tal-annimali bil-Baħar u lill-Artikolu 3.7.3.1 tal-Linji Gwida għat-Trasport tal-Annimali bl-Art, li jiddefinixxu r-responsabbiltajiet tal-Awtoritajiet Kompetenti, huwa xieraq li jissaħħu l-istrumenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-benessri billi tittejjeb is-sistema ta’ rapportar ta’ spezzjonijiet li jsiru mill-Istati Membri, immirati lejn il-kundizzjonijiet tal-benessri tal-annimali li jiġu esportati mill-Komunità.

(2)

Biex tkun faċilitata evalwazzjoni bir-reqqa tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 639/2003 (3), l-Istati Membri għandhom jintalbu jipprovdu informazzjoni dettaljata ta’ statistika dwar każijiet fejn ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni ma jitħallsux. Għal dan il-għan, l-informazzjoni għandha tkun ikkonċentrata fil-livell tal-aġenziji tal-ħlas u dan għandu jgħin ukoll biex tinkiseb aktar trasparenza. Għalhekk għandu jkun previst li l-awtorità veterinarja responsabbli għall-punt ta’ ħrug, tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni tal-punt tal-ħruġ lill-aġenzija tal-ħlas.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 639/2003 jipprovdi biex isiru kontrolli wara t-tluq mit-territorju tad-dwana tal-Komunità. Barra minn hekk, jipprovdi li l-kontrolli jistgħu jsiru biss minn veterinarju. Sabiex tissaħħaħ l-effikaċja ta’ dawn il-kontrolli għandu jkun previst li jistgħu jsiru biss minn veterinarju li jkollu kwalifika formali fil-mediċina veterinarja fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 78/1026/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 li tikkonċerna r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina veterinarja, inklużi miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (4).

(4)

Alternattivament, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivit tal-Komunità u tal-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jintalbu jivverifikaw li l-aġenziji internazzjonali tal-kontroll u tas-sorveljanza jikkontrollaw li l-veterinarji li għandhom kwalifika li ma taqax taħt id-Direttiva 78/1026/KEE jkollhom l-għarfien tar-rekwiżiti imposti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-ħarsien tal-animmali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (5).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 639/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Ir-Regolament għandu japplika wara perijodu ta’ żmien adattat għall-implimentazzjoni tal-emendi.

(7)

Il-Kumitat tat-Tmexxija għaċ-Ċanga u l-Vitella ma tax l-opinjoni tiegħu fi ħdan il-limitu ta’ żmien stipulat mill-president tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT;

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 639/2003 huwa emendatl kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(2), it-tielet subparagrafu jinbidel b’li ġej:

“L-awtorità veterinarja responsabbli għall-punt tal-ħruġ għandha żżomm dan ir-rapport għall-anqas għal tliet snin. Kopja ta’ dan ir-rapport għandha tinbagħat lill-aġenżija tal-ħlas.”

(2)

Fl-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu jinbidel b’li ġej:

“Il-kontrolli previsti fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn veterinarju li għandu diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifika formali fil-mediċina veterinarja kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/1026/KEE (*). Madankollu, l-Istati Membri, li approvaw l-aġenziji internazzjonali tal-kontroll u tas-sorveljanza, msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jivverifikaw li dawn l-aġenziji jikkontrollaw li l-veterinarji li għandhom kwalifika mhux koperta minn dik id-Direttiva, għandhom l-għarfien tar-rekwiżiti imposti mid-Direttiva 91/628/KEE. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu b’mod raġjonevoli, oġġettiv u imparzjali permezz ta’ proċeduri xierqa.

(*)  ĠU L 362, 23.12.1978, p. 1.”"

(3)

Fl-Artikolu 8, il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ ħlas u l-irkupru tar-rifużjoni għall-annimali msemmija fil-punti (b) u (c), kif ukoll l-għadd ta’ dawk l-annimali rreġistrati taħt il-kategorija B, C u D rispetttivament kif imsemmi fl-Annessi I, II u III;

(da)

l-għadd ta’ penali għal kull kategorija definita fl-Artikolu 6(1) u (2) bl-għadd ta’ annimali u l-ammonti ta’ rifużjonijiet mhux imħallsa korrispondenti;”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) u (2) għandhom japplikaw għad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni aċċettati mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Frar 2006.

Mill-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU C 215, 27.8.2004, p. 3.

(3)  ĠU L 93, 10.4.2003, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1979/2004 (ĠU L 342, 18.11.2004, p. 23).

(4)  ĠU L 362, 23.12.1978, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 206, 31.7.2001, p. 1).

(5)  ĠU L 340, 11.12.1991, p. 17. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

274


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 408/2006

tad-9 ta' Marzu 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 936/97 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2006/106/KE tat-30 ta’ Jannar 2006 dwar il-Konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 li għandu x’jaqsam mal-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja, matul l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/97 (2) jipprovdi għall-ftuħ u l-amministrazzjoni, fuq bażi multi-annwali, ta’ numru ta’ kwoti ta’ ċanga ta’ kwalità għolja.

(2)

B'riżultat tan-negozjati li wasslu għall-Ftehim approvat bid-Deċiżjoni (KE) Nru 2006/106/KE, il-Komunità kkommettiet ruħha li tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-Istati Membri kollha żieda ta’ 150 tunnellata tal-kwota tariffarja annwali ta’ importazzjoni ta’ ċanga ta’ kwalità għolja.

(3)

Barra minn dan, il-kwalifika għall-kwota ta’ ċanga ta’ kwalità għolja allokata lill-Awstralja hi soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 936/97. Sabiex tirreferi għal parametri li huma verifikabbli, id-definizzjoni ta' ċanga ta' kwalità għolja fl-Artikolu 2(b) ta’ dan ir-Regolament għandha tkun modifikata u għandha tirreferi għal kategoriji uffiċjali definiti fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament mill-awtoritajiet kompetenti Awstraljani.

(4)

Huwa xieraq ukoll li jkun speċifikat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem bovini u jistipula dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga, ikunu applikabbli għall-importazzjoni ta’ ċanga ta’ kwalità għolja msemmija fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 936/97.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 936/97 għandu jkun emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 936/97 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu, “60 100 tunnellata” huma mibdula b’ “60 250 tunnellata”;

(b)

it-tieni subparagrafu hu mibdul b’li ġej:

“Madankollu, il-volum totali ta' kwoti ta' tariffi għandu jkun ta' 59 675 tunnellata fis-sena ta' importazzjoni 2005/2006.”

(2)

Fl-Artikolu 2, il-punt (b) hu emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu, “7 000 tunnellata” hu mibdul b’ “7 150 tunnellata”;

(b)

it-tieni sub-paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Qatgħat magħżulin minn karkassi ta’ għoġiela jew erieħ li ġew ikklassifikati taħt waħda mill-kategoriji uffiċjali li ġejjin ‘Y’, ‘YS’, ‘YG’, ‘YGS’, ‘YP’ u ‘YPS’ kif iddefinit mill-AUS-MEAT Australia. Il-kulur taċ-ċanga għandu jkun konformi mal-istandards ta’ referenza tal-kulur tal-laħam tal-AUS-MEAT bin-numri 1B sa 4, il-kulur tax-xaħam mal-istandards ta’ referenza tal-kulur tax-xaħam tal-AUS-MEAT bin-numri 0 sa 4, u l-ħxuna tax-xaħam (imkejla fil-post P8) mal-klassijiet tax-xaħam bin-numri 2 sa 5 ta’ l-‘AUS-MEAT.’

Il-qatgħat għandhom ikunu ttikkettjati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

L-indikazzjoni ‘Ċanga ta’ Kwalità Għolja’ tista’ tiġi miżjuda mal-informazzjoni fuq it-tikketta;

Madankollu, għas-sena ta’ importazzjoni 2005/2006 il-kwota tat-tariffa għandha tkun ta’ 800 tunnellata piż tal-prodott għal laħam li jikkorrispondi mal-kodiċi NM imsemmija fl-ewwel subparagrafu u li jikkonformaw mar-rekwiżiti previsti fit-tieni u r-raba’ subparagrafi;

(*)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni,

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 52

(2)  ĠU L 137, 28.5.1997, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2186/2005 (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 74).

(3)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

276


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 410/2006

tad-9 ta' Marzu 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli komuni ddetaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' arranġament minn qabel għall-prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta' Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli speċjali fid-dettall għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar il-liċenzji ta' esportazzjoni u r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), jistipula li l-esportazzjonijiet mill-Komunità ta' prodotti li għalihom tintalab rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' esportazzjoni.

(2)

Iżda, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 jistipula wkoll li liċenzja ta' esportazzjoni trid tiġi ppreżentata għall-prodotti msemmija fin-Numru II tal-Anness I tiegħu, fejn ma ssirx applikazzjoni għal rifużjoni, għajr fil-każijiet imsemmija fl-ewwel u r-raba' inċiż tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (3).

(3)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 jistipula li ma għandix tkun meħtieġa liċenzja u tista' ma tiġix ippreżentata għall-finijiet ta' esportazzjonijiet b'rifużjonijiet ta' esportazzjoni marbuta inter alia ma' kwantitajiet żgħar li ma jaqbżux dawk stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(4)

Huwa xieraq, fejn esportazzjonijiet mingħajr rifużjonijiet ta' trab tal-ħalib xkumat, kif jissemma fin-Numru II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, jirrelataw ma' dawn il-kwantitajiet żgħar, li l-esportaturi jiġu eżentati mill-obbligu ta' liċenzja ta' esportazzjoni.

(5)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Gestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, fi tmiem it-taqsima tal-prodotti D, jiżdid it-test li ġej:

 

Liċenzja ta' esportazzjoni mingħajr rifużjoni (Artiklu 1(1) it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 174/1999)

 

 

“0402 10

 

150  kg”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 9 ta' Marzu 2006

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 20, 27.1.1999, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 20).

(3)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1856/2005 (ĠU L 297, 15.11.2005, p. 7).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

277


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 417/2006

tal-10 ta' Marzu 2006

li jikkompleta l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 rigward ir-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Pimiento Asado del Bierzo — [IGP], Fico bianco del Cilento — [AOP], Melannurca Campana — [IGP], Montes de Granada — [AOP], Huile d’olive de Nice — [AOP], Aceite de la Rioja — [AOP], Antequera — [AOP])

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta’ Lulju 1992, rigward il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini ta’ prodotti agrikoli u ta’ oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu.

Billi:

(1)

B’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, it-talba tal-Italja għar-reġistrazzjoni taż-żewġ denominazzjonijiet “Fico bianco del Cilento” u “Melannurca Campana”; it-talba ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Huile d’olive de Nice”; it-talba ta’ Spanja għar-reġistrazzjoni ta’ erba’ denominazzjonijiet “Pimiento Asado del Bierzo”, “Montes de Granada”, “Aceite de la Rioja” u “Antequera” kienu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, b’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ma kienet innotifikat lill-Kummissjoni, għalhekk dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu mdaħħla fir-“Reġistru ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 tal-Kummissjoni (3) huwa komplut bid-denominazzjonijiet li hemm fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta' Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 125, 24.5.2005, p. 2 (Pimiento Asado del Bierzo);

ĠU C 137, 4.6.2005, p. 12 (Fico bianco del Cilento);

ĠU C 138, 7.6.2005, p. 7 (Melannurca Campana);

ĠU C 151, 22.6.2005, p. 4 (Montes de Grandada);

ĠU C 172, 12.7.2005, p. 7 (Huile d'olive de Nice);

ĠU C 172, 12.7.2005, p. 13 (Aceite de la Rioja);

ĠU C 177, 19.7.2005, p. 28 (Antequera).

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.


ANNESS

Prodotti tal-anness I tat-Trattat destinati għall-ikel tal-bniedem

Materji grassi (butir, marġarina, żjut, u l-bqija)

SPANJA

Montes de Granada [AOP]

Aceite de la Rioja [AOP]

Antequera [AOP]

FRANZA

Huile d’olive de Nice [AOP]

Frott, ħaxix u ċereali fl-istat tagħhom jew mibdula

SPANJA

Pimiento Asado del Bierzo [IGP]

L-ITALJA

Fico Bianco del Cilento [AOP]

Melannurca Campana [IGP]


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

279


REGOLAMENT TAL-KUMMISSONI (KE) Nru 430/2006

tal-15 ta' Marzu 2006

li japprova l-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-konformità mal-istandards tal-marketing applikabbli għall-frott u l-ħxejjex imwettqa fis-Senegal qabel l-importazzjoni fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2001 tat-12 ta’ Ġunju 2001 dwar il-kontrolli tal-konformità mal-istandards tal-marketing applikabbli fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-konformità li, qabel l-importazzjoni fil-Komunità, jitwettqu mill-pajjiżi terzi li japplikaw għal din l-approvazzjoni.

(2)

L-awtoritajiet Senegaliżi bagħtu lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-konformità mwettqa taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ħxejjex tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Ilma. Din l-applikazzjoni tindika li d-Direttorat imsemmi hawn fuq għandu għad-dispożizzjoni tiegħu il-persunal, il-materjal u l-istallazzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta’ dawn il-kontrolli, li juża metodi ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 u li l-frott u l-ħxejjex friski esportati mis-Senegal lejn il-Komunità jeħtiġilhom iħarsu l-istandards tal-marketing tal-Komunità.

(3)

Id-dejta li għandhom is-servizzi tal-Kummissjoni, ikkomunikata mill-Istati Membri, tindika li għall-perjodu 2001-2005, fl-importazzjoni ta’ frott u ħxejjex friski ta oriġini mis-Senegal irriżultat frekwenza żgħira ħafna ta’ nuqqas ta’ konformità mal-istandards tal-marketing.

(4)

Jeħtieġ għalhekk li jkunu approvati l-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-konformità mwettqa mis-Senegal, b’effett mid-data tal-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ kooperazzjoni amministrattiva provduta fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-frott u l-ħxejjex friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-operazzjonijiet imwettqa mis-Senegal ta’ kontroll tal-konformità mal-istandards tal-marketing applikabbli għall-frott u l-ħxejjex friski qabel l-importazzjoni fil-Komunità huma approvati f’konformità mal-kundizzjonijiet provduti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001.

Artikolu 2

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondent uffiċjali u tas-servizzi ta’ kontroll tas-Senegal, imsemmija fl-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001, jingħataw fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn dakinhar tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-serje C, tal-avviż imsemmi fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Komunità u s-Senegal.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 156, 13.6.2001, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 408/2003 (ĠU L 62, 6.3.2003, p. 8).


ANNESS

Korrispondent uffiċjali skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001:

Ministère de l’Agriculture et de l’Hydraulique

Direction de la protection des végétaux

BP 20054 THIAROYE DAKAR

SENEGAL

Tel.: (221) 834 03 97

Feks: (221) 834 28 54/834 42 90

Posta elettronika: almhanne@hotmail.com

almhanne@yahoo.fr

Servizz ta’ kontroll skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001:

Ministère de l’Agriculture et de l’Hydraulique

Direction de la protection des végétaux

Bureau qualité de la Division Législation et Contrôle phytosanitaire

Tel.: (221) 834 03 97

Feks: (221) 834 28 54

Posta elettronika: dpv1@sentoo.sn

almhanne@yahoo.fr


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

281


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 474/2006

tat-22 ta' Marzu 2006

li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament ta' bażi”) jistabblixxi l-proċeduri biex tkun stabbilita lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità kif ukoll proċeduri li jippermettu lill-Istati Membri, f'ċerti ċirkostanzi, jadottaw miżuri eċċezzjonali li l-għan li jimponu projbizzjonijiet tal-operat fit-territorju tagħhom;

(2)

Skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta' bażi, kull Stat Membru għandu, jikkomunika lill-Kummissjoni l-identità tal-kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fit-territorju tiegħu, flimkien mar-raġunijiet li wasslu għall-adozzjoni ta’ tali projbizzjonijiet u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra;

(3)

Il-Kummissjoni informat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati direttament jew, fejn dan ma setax isir, permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, u indikat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi għal deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni tal-operat fil-Komunità.

(4)

skont l-Artikolu 7 tar-Regolament ta' bażi, ingħatat l-opportunità mill-Kummissjoni lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, iressqu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni bil-fomm lill-Kummissjoni fi żmien għaxar ġranet tax-xogħol u lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru (2),

(5)

il-kriterji komuni sabiex tiġi kkunsidrata projbizzjoni tal-operat għal raġunijiet ta' sikurezza fuq livell Komunitarju huma stabbiliti fl-Anness għar-Regolament ta' bażi.

Air Bangladesh

(6)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tal-Air Bangladesh fir-rigward ta' ċertu ajruplan fil-flotta tagħha. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa mill-Ġermanja skont il-Programm SAFA (3),

(7)

Air Bangladesh ma tatx risposta degwata u f’waqtha għal inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tal-Ġermanja dwar l-aspett ta' sikurezza tal-operat tagħha u b'hekk uriet nuqqas ta' trasparenza jew komunikazzjoni, kif juri n-nuqqas ta' tweġiba tagħha għall-korrispondenza minn dan l-Istat Membru. Sal-lum il-Ġermanja ma kellhiex l-opportunità li tivverifika jekk in-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza ġewx korretti.

(8)

L-awtoritajiet tal-Bangladexx responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ta' Air Bangladesh ma għamlux sorveljanza adegwata fuq ajruplan speċifiku użat minn din il-kumpanija f'konformità mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.

(9)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li Air Bangladesh għandha tkun soġġetta għal restrizzjoni operattiva stretta u inkluża fl-Anness B,

Air Koryo

(10)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tal-Air Koryo. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa minn Franza u l-Ġermanja skont il-Programm SAFA (4),

(11)

Matul spezzjonijiet fir-rampa oħra mwettqa skont il-Programm SAFA (5) ġiet identifikata l-inkapaċità persistenti li Air Koryo tindirizza n-nuqqasijiet preċedentement ikkomunikati minn Franza.

(12)

Franza kkomunikat informazzjoni sostanzjata u gravi relatata ma' inċident li tindika nuqqasijiet sistemiċi latenti fil-qasam tas-sikurezza min-naħa ta' Air Koryo.

(13)

Air Koryo wriet nuqqas ta' kapaċità li tindirizza dawn in-nuqqasijiet ta' sikurezza.

(14)

Air Koryo ma tatx tweġiba f’waqtha u adegwata għal inkjetsa mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta' Franza dwar l-aspett ta' sikurezza tal-operat tagħha u b'hekk uriet nuqqas ta' trasparenza jew komunikazzjoni, kif turi l-assenza ta' tweġiba tagħha għall-inkjesta minn dan l-Istat Membru.

(15)

Il-pjan ta' azzjoni korrettiv ppreżentat minn Air Koryo bi tweġiba għat-talba minn Franza kienet inadegwata u insuffiċjenti biex isewwi n-nuqqasijiet gravi identifikati fil-qasam tas-sikurezza.

(16)

l-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ta' Air Koryo ma għamlux sorveljanza adegwata fuq dan it-trasportatur b'konformità mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.

(17)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li Air Koryo ma tilħaqx l-istandards rilevanti ta' sikurezza.

Ariana Afghan Airlines

(18)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa ta' ċerti inġenji tal-ajru operati mill-Ariana Afghan Airlines. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa mill-Ġermanja skont il-Programm SAFA (6).

(19)

Ariana Afghan Airlines wriet nuqqas ta' kapaċità li tindirizza dawn in-nuqqasijiet ta' sikurezza.

(20)

Ariana Afghan Airlines ma tatx tweġiba f’waqtha u adegwata għal inkjetsa mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tal-Ġermanja dwar l-aspett ta' sikurezza tal-operat tagħha u b'hekk uriet nuqqas ta' komunikazzjoni, kif turi l-assenza ta' tweġiba adegwata tagħha għall-korrispondenza minn dan l-Istat Membru.

(21)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Afganistan, fejn l-inġenji tal-ajru użati mill-Ariana Afghan Airlines huma rreġistrati, ma għamlux sorveljanza adegwata totali fuq l-ajruplan użat minn din il-kumpanija f'konformità mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.

(22)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li Ariana Afghan Airlines ma tilħaqx l-istandards rilevanti ta' sikurezza għall-inġenji tal-ajru kollha li hija tħaddem, għajr għall-A310 bin-numru ta' reġistrazzjoni F-GYYY li hu rreġistrat fi Franza u suġġett għas-sorveljanza tal-awtoritajiet Franċiżi.

BGB Air

(23)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa ta’ BGB Air. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mill-Italja, matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm SAFA (7).

(24)

BGB Air uriet nuqqas ta' kapaċità jew rieda li tindirizza nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza kif intwera mis-sottomissjoni ta' awtovalutazzjoni mal-istandards tal-ICAO fuq il-bażi ta' lista ta' kontroll ta' operaturi barranin (Foreign Operator Check List) ipprovduta mill-Italja, li ma nstabitx konformi mas-sejbiet sussegwenti tal-ispezzjonijiet SAFA.

(25)

BGB Air ma weġbitx b'mod adegwat għal inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tal-Italja, dwar l-aspett ta' sikurezza tal-operat tagħha u b'hekk uriet nuqqas ta' trasparenza jew komunikazzjoni, kif turi l-assenza ta' tweġiba għal xi korrispondenza mibgħuta minn dan l-Istat Membru.

(26)

Mhemm l-ebda evidenza dwar l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni korrettiv adegwat ippreżentat minn BGB Air biex issewwi n-nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza bi tweġiba għat-talba mill-Italja.

(27)

L-awtoritajiet tal-Każakstan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ta' BGB Air ma kkooperawx bis-sħiħ mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Italja meta tqajjem tħassib dwar is-sikurezza tal-operat ta' BGB Air iċċertifikata minn dak l-Istat, kif intwera mill-assenza ta' tweġiba għall-korrispondenza mibgħuta minn dan l-Istat Membru.

(28)

GGħalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li BGB Air ma tilħaqx l-istandards rilevanti ta' sikurezza.

Buraq Air

(29)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tal-Buraq Air dwar l-operazzjonijiet ta' merkanzija tagħha. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa mill-Iżvezja u l-Olanda skont il-Programm SAFA (8).

(30)

Buraq Air ma tatx tweġiba f’waqtha u adegwata għal inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tal-Ġermanja dwar l-aspett ta' sikurezza tal-operazzjonijiet tagħha ta' merkanzija u b'hekk uriet nuqqas ta' trasparenza jew komunikazzjoni, kif juri n-nuqqas ta' tweġiba għall-korrispondenza minn dan l-Istat Membru.

(31)

L-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ta' Buraq Air ma għamlux sorveljanza adegwata fuq l-operazzjonijiet ta’ merkanzija ta' din il-kumpanija f'konformità mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.

(32)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li Buraq Air għandha tkun suġġetta għal restrizzjonijiet operattivi stretti u inkluża fl-Anness B.

Air Service Comores

(33)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa ta’ Air Service Comores. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa minn Stat Membru, Franza, skont il-Programm SAFA (9).

(34)

Mhemm l-ebda evidenza dwar l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni korrettiv adegwat ppreżentat minn Air Service Comores biex isewwi n-nuqqasijiet gravi identifikati fil-qasam tas-sikurezza bi tweġiba għat-talba minn Franza.

(35)

L-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ta’ Air Service Comores urew nuqqas ta' kapaċità biex jindirizzaw in-nuqqasijiet ta' sikurezza.

(36)

L-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tal-Komoros ma kkooperawx fil-ħin dovut mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' Franza meta tqajjem tħassib dwar is-sikurezza tal-operat ta' kumpanija b'liċenzja maħruġa f'dak l-Istat jew iċċertifikata minnu.

(37)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li Air Service Comores ma tilħaqx l-istandards rilevanti ta' sikurezza.

GST Aero Air Company

(38)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa ta’ GST Aero Air Company. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa mill-Italja skont il-Programm SAFA (10).

(39)

GST Aero Air Company uriet nuqqas ta' kapaċità jew rieda li tindirizza nuqqasijiet ta' sikurezza.

(40)

GST Aero Air Company ma tatx tweġiba f’waqtha u adegwata għal inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tal-Italja dwar l-aspett ta' sikurezza tal-operat tagħha u b'hekk uriet nuqqas ta' trasparenza jew komunikazzjoni kif turi l-assenza ta' tweġiba għall-korrispondenza mibgħuta minn dan l-Istat Membru.

(41)

Mhemm l-ebda evidenza dwar l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni korrettiv adegwat ppreżentat mill-GST Aero Air Company biex isewwi n-nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza bi tweġiba għat-talba mill-Italja.

(42)

L-awtoritajiet tal-Każakstan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ta' GST Aero Air Company ma kkooperawx bis-sħiħ mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Italja meta tqajjem tħassib dwar is-sikurezza tal-operat ta' kumpanija ċċertifikata u b'liċenzja maħruġa f'dak l-Istat, kif intwera mit-tweġiba limitat għall-korrispondenza mibgħuta mill-Italja.

(43)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li GST Aero Air Company ma tilħaqx l-istandards rilevanti ta’ sikurezza.

Phoenix Aviation

(44)

L-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tal-Kirgiżistan urew kapaċità mhux suffiċjenti biex jimplimentaw u jinfurzaw l-istandards relevanti ta' sikurezza fir-rigward ta’ Phoenix Aviation. Minkejja li ċ-Ċertifikat ta' Operatur tal-Ajru ta’ Phoenix Aviation inħareġ mill-Kirgiżistan, hemm evidenza li turi li s-sede prinċipali ta' negozju tal-linja tal-ajru tinsab fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE), bi ksur tar-rekwiżiti tal-Anness 6 tal-Konvenzjoni ta' Chicago. Ir-Rapport Fattwali tan-National Transportation Safety Board tal-Istati Uniti (11) dwar inċident li fih kienet involuta t-titjira 904 tal-Kam Air, operata minn Phoenix Aviation, jistqarr li l-kwartieri ġenerali tal-Phoenix Aviation jinsabu fl-Emirati Għarab Magħquda.

(45)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li Phoenix Aviation ma tilħaqx l-istandards rilevanti ta’ sikurezza.

Phuket Airlines

(46)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa ta’ Phuket Airlines. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn Stati Membri, ir-Renju Unit u l-Olanda, matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm SAFA (12).

(47)

Phuket Airlines uriet nuqqas ta' kapaċità li tindirizza fil-ħin u b'mod adegwat dawn in-nuqqasijiet ta' sikurezza.

(48)

L-awtoritajiet tat-Tajlandja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ma kkooperawx bis-sħiħ mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Olanda meta tqajjem tħassib dwar is-sikurezza tal-Phuket Airlines iċċertifikata f'dak l-Istat, kif intwera min-nuqqas ta' tweġibiet pertinenti għall-korrispondenza minn dan l-Istat Membru.

(49)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li Phuket Airlines ma tilħaqx l-istandards rilevanti ta’ sikurezza.

Reem Air

(50)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa ta’ Reem Air. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati inizjalment mill-Olanda, matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm SAFA (13).

(51)

Matul spezzjonijiet fir-rampa magħmulin wara fuq ajruplan speċifiku mwettqa skont l-Programm SAFA (14), l-Olanda identifikat inkapaċità persistenti li Reem Air li tindirizza n-nuqqasijiet.

(52)

Reem Air uriet nuqqas ta' kapaċità jew rieda li tindirizza nuqqasijiet ta' sikurezza.

(53)

Reem Air ma tatx tweġiba f’waqtha u adegwata għal inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tal-Olanda dwar l-aspett ta' sikurezza tal-operat tagħha u b'hekk uriet nuqqas ta' trasparenza jew komunikazzjoni kif turi l-assenza ta' tweġiba għall-korrispondenza mibgħuta minn dan l-Istat Membru.

(54)

Mhemm l-ebda evidenza dwar l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni korrettiv adegwat ippreżentat mir-Reem Air biex isewwi n-nuqqasijiet gravi identifikati fil-qasam tas-sikurezza bi tweġiba għat-talba mill-Olanda.

(55)

L-awtoritajiet tal-Kirgiżistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ta' Reem Air ma għamlux sorveljanza adegwata fuq din il-kumpanija b'konformità mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago, kif turi l-persistenza tan-nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza. Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni minn Reem Air matul is-smigħ mogħti lil din il-kumpanija turi li, minkejja li ċ-Ċertifikat ta' Operatur tal-Ajru tar-Reem Air inħareġ mill-Kirgiżistan, is-sede prinċipali ta' negozju tal-linja tal-ajru tinsab fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE), bi ksur tar-rekwiżiti tal-Anness 6 tal-Konvenzjoni ta' Chicago.

(56)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li Reem Air ma tilħaqx l-istandards rilevanti ta’ sikurezza.

Silverback Cargo Freighters

(57)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa ta’ Silverback Cargo Freighters. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mill-Belġju matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm SAFA (15).

(58)

Silverback Cargo Freighters li tiggarantixxi wkoll il-manutenzjoni (kontrolli A&B) tal-ajruplani tagħha, ma weġbitx b'mod adegwat għal inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta' dan l-Istat Membru dwar l-aspett ta' sikurezza tal-operat tagħha u b'hekk uriet nuqqas ta' trasparenza jew komunikazzjoni, kif turi l-assenza ta' tweġiba pertinenti għal talbiet magħmula minn dan l-Istat Membru.

(59)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li Silverback Cargo Freighters ma tilħaqx l-istandards rilevanti ta’ sikurezza.

Kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(60)

Minkejja l-isforzi tagħha, l-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“DRC”) għandhom diffikultajiet persistenti biex jimplimentaw u jinfurzaw l-istandards relevanti ta' sikurezza, kif turi l-ICAO-USOAP — Rapport Sommarju dwar l-Ispezzjoni tad-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinxasa, mill-11 sat-18 ta' Ġunju 2001). Partikolarment, bħalissa għad mhemm stabbilita l-ebda sistema ta' ċertifikazzjoni tal-Operaturi tal-Ajru.

(61)

L-awtoritajiet tad-DRC responsabbli għas-sorveljanza regolatorja wrew b'hekk nuqqas ta' kapaċità li jwettqu sorveljanza adegwata fuq is-sikurezza.

(62)

Projbizzjoni tal-operat ġie impost fuq il-kumpanija Central Air Express minħabba nuqqasijiet kkonfermati relatati ma' standards internazzjonali ta' sikurezza, u n-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tagħha ma' Stat Membru.

(63)

Il-Belġju (16) u Hewa Bora Airways (HBA) ipprovdew informazzjoni li turi, fil-każ ta’ HBA, li n-nuqqasijiet osservati fl-imgħoddi mill-awtoritajiet Belġjani ġew sinikattivament korretti fir-rigwad ta' ċerti ajruplani. Il-Belġju suċċessivament informa lill-Kummissjoni li biħsiebu jwettaq spezzjonijiet fir-rampa sistematiċi fuq l-HBA. B'kunsiderazzjoni ta' dan, jitqies li din il-kumpanija tal-ajru għandha tkun awtorizzata tkompli l-operar attwali.

(64)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li l-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo “RDC” għandhom jiddaħħlu fl-Anness A, ħlief il-Hewa Bora Airways (HBA), li għandha tiddaħħal fl-Anness B.

Kumpaniji tal-ajru mill-Ginea Ekwatorjali

(65)

L-l-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ma kkooperawx bis-sħiħ mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tar-Renju Unit meta tqajjem tħassib dwar is-sikurezza tal-operat ta' kumpanija ċċertifikata u b'liċenzja maħruġa f'dak l-Istat. Ir-Renju Unit kiteb lid-Direttur Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Ginea Ekwatorjali fis-27 ta' Marzu 2002 (17) u talbu kjarifika dwar il-punti li ġejjin:

żieda sinifikanti fl-għadd ta' ajruplani rreġistrati fil-Ginea Ekwatorjali u l-possibilità li l-Uffiċċju għar-Reġistrazzjoni tal-Ajruplani (Aircraft Registration Bureau — ARB) jew organizzazzjoni simili qed jimmaniġġa r-reġistrazzzjonijiet,

il-fatt li għadd ta' operaturi fil-pussess ta' Ċertifikat ta' Operatur tal-Ajru (AOC) maħruġ mill-Ginea Ekwatorjali ma għandhomx is-sede prinċipali tan-negozju tagħhom fil-Ginea Ekwatorjali.

Fl-ittra l-awtoritajiet tar-Renju Unit avżaw ukoll lid-Direttur Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili li mhux se jkunu f'qagħda li jawtorizzaw iktar operazzjonijiet kummerċjali fit-territorju tagħhom minn kumpaniji tal-ajru mill-Ginea Ekwatorjali sakemm ma jkunux sodisfatti lil dawn il-kumpaniji qed tingħatalhom biżżejjed sorveljanza. Il-Ginea Ekwatorjali ma weġbitx għal din l-ittra.

(66)

L-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja wrew kapaċità mhux suffiċjenti biex implimentaw u jinfurzaw l-istandards relevanti ta' sikurezza kif juru l-ispezzjonijiet u l-pjanijiet ta' azzjoni korrettivi relatati stabbili skont il-Programm ta' Spezzjoni Universali għas-Sorveljanza tas-Sikurezza (Universal Safety Oversight Audit Programme) tal-ICAO. Verifika tali tal-USOAP fil-Ginea Ekwatorjali saret f'Mejju 2001, u fir-rapport ta' verifika (18) huwa indikat li l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili ma kellhiex, meta twettqet l-ispezzjoni, il-kapaċità li tipprovdi sorveljanza adegwata fuq l-linji tal-ajru tagħha u lanqas assigurat li dawn joperaw skont l-istandards tal-ICAO. Dawn is-sejbiet mill-ispezzjoni jinkludu:

nuqqas ta' organizzazzjoni kapaċi li twettaq attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza, partikolarment in-nuqqas ta' staff speċjalizzat fl-oqsma ta' liċenzjar, operazzjonijiet marbuta mal-ajruplani jew l-ajrunavigabbiltà tagħhom,

nuqqas ta’ kapaità li tidentifika l-għadd ta' ajruplani fir-reġistru jew l-għadd taċ-ċertifikati validi tal-ajrunavigabbiltà maħruġa,

nuqqas li tistabbilixxi sistema strutturata għaċ-ċertifikazzjoni u superviżjoni tal-operaturi tal-ajru,

nuqqas li tadotta regolamenti applikabbli għall-operazzjonijiet ajronawtiċi,

nuqqas li twettaq sorveljanza fuq operaturi awtorizzati,

nuqqas li timplimenta sistema għat-twettiq ta' dmirijiet bażiċi ta' aġenzija għall-ispezzjoni tal-ajrunavigabbiltà.

Barra minn hekk id-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Ginea Ekwatorjali sal-lum għadu ma ressaqx pjan ta' azzjoni lill-ICAO biec jindirizza dawn is-sejbiet mill-ispezzjoni (19) u b'hekk ma seħħet b’segwitu l-ebda missjoni ta’ verifika.

(67)

L-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja wrew kapaċità mhux suffiċjenti biex implimentaw u jinfurzaw l-istandards relevanti ta' sikurezza f'konformità mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago. Fil-fatt, uħud mill-operaturi fil-pussess ta' Ċertifikat ta' Operatur tal-Ajru (AOC) maħruġ mill-Ginea Ekwatorjali ma għandhomx is-sede prinċipali tan-negozju tagħhom fil-Ginea Ekwatorjali, bi ksur tar-rekwiżiti tal-Anness 6 tal-Konvenzjoni ta' Chicago (20).

(68)

L-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tal-kumpaniji tal-ajru li ġejjin urew b'hekk in-nuqqas ta' kapaċità li jwettqu sorveljanza adegwata fuq dawn il-kumpaniji: Air Consul SA, Avirex Guinée Equatoriale, COAGE — Compagnie Aeree de Guinée Equatorial, Ecuato Guineana de Aviación, Ecuatorial Cargo, GEASA — Guinea Ecuatorial Airlines SA, GETRA — Guinea Ecuatorial de Transportes Aéreos, Jetline Inc., King Transavia Cargo, Prompt Air GE SA, UTAGE — Unión de Transporte Aéreo de Guinea Ecuatorial.

(69)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li l-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Ginea Ekwatorjali għandhom ikunu suġġetti għal projbizzjoni tal-operat u jiddaħħlu fl-Anness A.

Kumpaniji tal-ajru mil-Liberja

(70)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa ta’ International Air Services iċċertifikata fil-Liberja. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn Franza, matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm SAFA (21).

(71)

L-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ma kkooperawx bis-sħiħ mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tar-Renju Unit meta dawn ġew informati b'nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza identifikati fuq ajruplan reġistrat fil-Liberja waqt spezzjoni fir-rampa mwettqa mir-Renju Unit fil-5 ta' Marzu 1996 (22). Minnufih tqajjem tħassib dwar is-sikurezza tal-operat ta' kumpaniji ċċertifikati u b'liċenzja maħruġa fil-Liberja meta fit-12 ta' Marzu 1996, id-DCA Liberjan ġie avżat mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tar-Renju Unit li se jkunu rrifjutati t-talbiet kollha għal permessi sabiex ajruplani rreġistrati fil-Liberja joperaw servizzi kummerċjali lejn ir-Renju Unit sakemm l-awtoritajiet Liberjani ma jkunux jistgħu juru l-eżistenza ta' sistema regolatorja effikaċi biex tiggarantixxi l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplani mniżżla fir-reġistru Liberjan. L-ebda tweġiba ma waslet mill-awtoritajiet Liberjani. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Liberjani ma kkooperawx bis-sħiħ mal-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta' Franza billi rrifjutaw li jwieġbu għat-tħassib imqajjem minn dan l-Istat Membru dwar is-sikurezza tal-operat ta' kumpanija ċċertifikata jew b'liċenzja maħruġa fil-Liberja.

(72)

L-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja wrew kapaċità mhux suffiċjenti biex implimentaw u jinfurzaw l-istandards relevanti ta' sikurezza. Il-Gvern tal-Liberja stess ammetta fl-1996 (23) li ma kellux il-kapaċità li jżomm kontroll regolatorju fuq ajruplani reġistrati fil-Liberja minħabba l-kunflitt ċivili. Filwaqt li ġie ffirmat il-Ftehim għall-Paċi Komprensiv fl-2003 u n-Nazzjonijiet Uniti u l-Gvern Nazzjonali ta’ Tranżizzjoni tal-Liberja qed jistabbilixxu bil-mod il-miżuri biex titjieb is-sikurezza, mhuwiex probabbli li l-kapaċità tal-Gvern li jirregola r-reġistri nazzjonali tjiebet mill-1996 ‘l hawn. L-ICAO għadu ma wettaqx spezzjoni USOAP tal-Liberja minħabba l-qagħda tas-sigurtà.

(73)

l-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tal-kumpaniji tal-ajru li ġejjin urew b'hekk nuqqas ta' kapaċità li jwettqu sorveljanza adegwata fuq dawn il-kumpaniji: International Air Services Inc., Satgur Air Transport Corp., Weasua Air Transport Co. Ltd.

(74)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li l-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Liberja għandhom ikunu suġġetti għal projbizzjoni tal-operat u jiddaħħlu fl-Anness A.

Kumpaniji tal-ajru mis-Sierra Leone

(75)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa ta’ Air Universal Ltd. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mill-Iżvezja matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm SAFA (24).

(76)

L-awtoritajiet tas-Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ma kkooperawx bis-sħiħ mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Iżvezja meta tqajjem tħassib dwar is-sikurezza tal-Air Universal Ltd. iċċertifikata f'dak l-Istat kif juri n-nuqqas ta' tweġiba għall-korrispondenza minn dan l-Istat Membru.

(77)

Ir-Renju Unit diġà rrifjuta jew irrevoka l-awtorizzazzjoni għall-operat jew il-permess tekniku tal-ajruplani kollha suġġetti għas-sorveljanza tas-Sierra Leone.

(78)

Minkejja li ċ-Ċertifikat ta' Operatur tal-Ajru ta’ Air Universal Ltd. inħareġ mis-Sierra Leone, hemm evidenza li turi li s-sede prinċipali ta' negozju tal-linja tal-ajru tinsab attwalment fil-Ġordan, bi ksur tar-rekwiżiti tal-Anness 6 tal-Konvenzjoni ta' Chicago.

(79)

L-awtoritajiet tas-Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ta' Air Universal ma għamlux sorveljanza adegwata fuq dan it-trasportatur b'konformità mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.

(80)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li Air Universal ma tilħaqx l-istandards rilevanti ta’ sikurezza.

(81)

Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tat-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati fis-Siera Leone. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn tliet Stati Membri, ir-Renju Unit, Malta u l-Iżvezja, matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm SAFA (25).

(82)

L-awtoritajiet tas-Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ma kkooperawx bis-sħiħ mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Iżvezja u ta’ Malta meta tqajjem tħassib dwar is-sikurezza ta’ Air Universal Ltd. iċċertifikata f'dak l-Istat, kif juri n-nuqqas ta' tweġiba għall-korrispondenza minn dawn l-Istati Membri.

(83)

L-awtoritajiet tas-Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja wrew kapaċità mhux suffiċjenti biex implimentaw u jinfurzaw l-istandards relevanti ta' sikurezza f'konformità mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago. Is-Sierra Leone ma għandhiex stabbilita sistema adegwata biex tissorvelja l-operaturi tagħha jew l-ajruplani, u ma ma għandhiex il-kapaċità teknika jew ir-riżorsi biex twettaq ħidma bħal din. Fil-fatt, uħud mill-operaturi fil-pussess ta' Ċertifikat ta' Operatur tal-Ajru (AOC) maħruġ mis-Sierra Leone ma għandhomx is-sede prinċipali tan-negozju tagħhom fil-Ginea Ekwatorjali, bi ksur tar-rekwiżiti tal-Anness 6 tal-Konvenzjoni ta' Chicago.

(84)

Il-jan ta’ azzjoni korrettiva ippreżentat mis-Sierra Leone ma jitqiesx adegwat (jew jitqies insuffiċjenti) biex isewwi n-nuqqasijiet serji ta’ sikurezza identifikati. L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sierra Leone daħlet f’kuntratt ma’ kumpanija privata, International Aviation Surveyors (IAS), biex din twettaq ċerti attivitajiet ta’ sorveljanza f’isem l-Awtorità. Madankollu, l-arranġamenti konklużi bejn iż-żewġ partijiet f’Memorandum ta’ Qbil (MoU) (26) ma jipprovdux sistema adegwata ta’ sorveljanza għall-inġenji tal-ajru fir-reġistru tas-Sierra Leone. B’mod partikolari:

l-inġenji tal-ajru/il-linji tal-ajru koperti bl-MoU ma kenux ibbażati fis-Sierra Leone, u l-persunal tal-IAS la kienu bbażati fis-Sierra Leone u lanqas fil-pajjiż li fih kienu bbażati l-linji tal-ajru;

ma deherx li l-IAS kellha xi poteri ta’ infurzar;

l-IAS assumiet ir-responsabbiltà għall-ispezzjonijiet ta’ rutina fuwq il-linji tal-ajru kkonċernati, imma l-lvell tal-attivitajiet ta’ spezzjoni ma kienx speċifikat;

l-MoU lill-IAS taha relazzjoni kuntrattwali mal-linji tal-ajru kkonċernati;

l-MoU ma deherx li jindirizza adegwatament is-superviżjoni tal-operazzjonijiet ta’ titjir.

(85)

L-awtoritajiet tas-Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tal-kumpaniji tal-ajru li ġejjin urew nuqqas ta' kapaċità li jwettqu sorveljanza adegwata fuq dawn il-kumpaniji: Aerolift Co. Ltd, Afrik Air Links, Air Leone Ltd, Air Rum Ltd, Air Salone Ltd, Air Universal Ltd, Destiny Air Services Ltd, First Line Air (SL) Ltd, Heavylift Cargo, Paramount Airlines Ltd, Star Air Ltd, Teebah Airways, West Coast Airways Ltd.

(86)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li l-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fis-Sierra Leone għandhom jiġu suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat u jiddaħħlu fl-Anness A.

Kumpaniji tal-ajru mis-Sważiland

(87)

Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji fil-qasam tas-sikurezza min-naħa ta’ Jet Africa, kumpanija tal-ajru ċċertifikata fis-Sważiland. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mill-Olanda, waqt spezzjoni fir-rampa mwettqa bħala parti mill-Programm SAFA (27).

(88)

Jet Africa ma tatx tweġiba f’waqtha u adegwata għal inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tal-Olanda dwar l-aspett ta' sikurezza tal-operat tagħha u b'hekk uriet nuqqas ta' trasparenza jew komunikazzjoni kif turi l-assenza ta' tweġiba għall-korrispondenza mibgħuta minn dan l-Istat Membru.

(89)

Mhemm l-ebda evidenza ta’ pjan ta’ azzjoni korrettiva ppreżentat minn Jet Africa biex isewwi n-nuqqasijiet serji ta’ sikurezza b’risposta għat-talba mill-Olanda.

(90)

L-awtoritajiet tas-Sważiland responsabbli għas-superviżjoni regolatorja wrew kapaċità insuffiċjenti li jimplimentaw u jinfurzaw l-istandards rilevanti tas-sikurezza, kif intwera partikolarment b’verifika tal-USOAP li saret f’Marzu 1999. Ir-rapport ta’ verifika (28) kkonkluda li, fil-waqt tal-verifika, is-Sważiland ma kenitx kapaċi li taqdi b’mod sodisfaċenti r-responsabbiltajiet relatati mas-superviżjoni tas-sikurezza fir-rigward tal-linji tal-ajru u r-reġsitru tal-inġenji tal-ajru tagħha. Innota wkoll li ma kienx possibbli li l-għadd reali tal-inġenji tal-ajru jkun determinat, minħabba li r-reġistru ma kienx miżmum sewwa. Il-grupp ta’ verifika lanqas ma seta’ jiddetermina l-għadd reali ta’ liċenzji tal-persunal maħruġa mis-Sważiland li kienu għadhom validi, minħabba li ma kenx qed jinżammu rekords sewwa. Ma seret l-ebda missjoni ta’ segwitu ta’ verifika tal-USOAP, minħabba li s-Sważiland ma tax lill-ICAO informazzjoni dwar il-progress li wettqet fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni biex tindirizza s-sejbiet tar-rapport.

(91)

L-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tal-kumpaniji tal-ajru li ġejjin urew nuqqas ta' kapaċità li jwettqu sorveljanza adegwata fuq dawn il-kumpaniji: Aero Africa (Pty) Ltd, African International Airways (Pty) Ltd, Airlink Swaziland Ltd, Northeast Airlines (Pty) Ltd, Scan Air Charter Ltd, Swazi Express Airways, Jet Africa.

(92)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li l-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fis-Sważiland għandhom jiġu suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat u jiddaħħlu fl-Anness A.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar il-linji l-oħra inklużi fil-lista

(93)

Minħabba li dan ma jikkomprometti bl-ebda mod is-sikurezza, it-trasportaturi tal-ajru elenkati hawn fuq jista' jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ (wet-leasing) mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(94)

il-lista tal-Komunità għandha tkun aġġornata regolarment u hekk kif ikun meħtieġ, biex tkun tista' tqis l-evoluzzjoni tas-sikurezza f'relazzjoni mat-trasportaturi tal-ajru kkonċernati u abbażi ta' evidenza ulterjuri dwar l-azzjonijiet rimedjali li jitwettqu.

Trasportaturi tal-ajru mhux inklużi fil-lista

(95)

Fid-dawl tal-evidenza mressqa minn Tuninter u l-awtoritajiet tat-Tuneżija responsabbli għas-sorveljanza regolatorja fuq din il-kumpanija, u konferma ulterjuri mill-Italja, jitqies li hemm evidenza sostanzjata li dan it-trasportatur tal-ajru kkoreġa n-nuqqasijiet ta’ sikurezza osservati matul żewġ spezzjonijiet fil-post imwettqa mill-awtoritajiet Taljani.

(96)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, jitqies li ma għadx hemm evidenza sostanzjata ta’ nuqqas ta’ kapaċità jew rieda min-naħa tal-awtoritajiet tat-Taġikistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati f’dan l-Istat.

(97)

Abbażi tal-informazzzjoni pprovduta mill-Belġju li turi li ġew ikkoreġuti għal kollox in-nuqqasijiet li kienu wasslu biex ikun hemm projbizzjoni nazzjonali fuq l-I.C.T.T.P.W. u South Airlines, jitqies li mhemmx evidenza sostanzjata ta’ persistenza ta’ nuqqasijiet serji tas-sikurezza min-naħa ta’ dawn it-trasportaturi tal-ajru.

(98)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja li turi li l-inġenju tal-ajru speċifiku li wassal għall-impożizzjoni ta’ restrizzjoni operattiva fuq Atlant Soyuz ma għadux parti mill-flotta ta’ din tal-aħħar, jitqies li mhemmx evidenza sostanzjata ta’ persistenza ta’ nuqqasijiet serji tas-sikurezza min-naħa ta’ dan it-trasportatur tal-ajru.

(99)

Abbażi tal-informazzjoni li hija disponibbli f’dan l-istadju, jitqies li mhemmx evidenza sostanzjata ta’ ta’ nuqqasijiet serji tas-sikurezza li ma ġewx ikkoreġuti min-naħa ta’ Air Mauritanie. Madankollu, jeħtieġ li jkun hemm verifika ulterjuri tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-Mawritanja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ta’ dan it-trasportatur tal-ajru. Għal dan il-għan, fi żmien xahrejn, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-awtoritajiet ta' kwalunkwe Stat membru interessat, għandha twettaq evalwazzjoni tal-awtoritajiet tal-Mawritanja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ta’ dan it-trasportatur tal-ajru u tal-impriżi taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

(100)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għall-projbizzjoni tal-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament ta’ bażi.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet tal-operat

1.   It-trasportaturi tal-ajru elenkati fl-Anness A huma suġġetti għal projbizzjoni fil-Komunità tal-operazzjonijiet kolha tagħhom.

2.   It-trasportaturi tal-ajru elenkati fl-Anness B huma suġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fi ħdan il-Komunità. Ir-restrizzjonijiet operattivi jikkonsistu fi projbizzjoni fuq l-użu tal-inġenji tal-ajru speċifiċi jew it-tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru msemmija fl-Anness B.

Artikolu 3

Infurzar

L-Istati Membri għandhom jgaħrrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura li tittieħed skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ bażi biex jinfurżaw, fif-territorju tagħhom, il-projbizzjonijiet tal-operat inklużi fil-lista tal-Komunità fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal dawk il-projbizzjonijiet.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Stabbilit bl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).

(3)  LBA-D-2005-0003

LBA-D-2005-0004

LBA-D-2005-0004

(4)  DGAC/F 2000-210

L-ebda ref. għal spezzjoni oħra tas-SAFA mwettqa mill-Ġermanja.

(5)  DGAC/F-2000-895

(6)  LBA-D-2004-269

LBA-D-2004-341

LBA-D-2004-374

LBA-D-2004-597

(7)  ENAC-IT-2005-237

(8)  LFV-S-2004-2004-52

CAA-NL-2005-47

(9)  DGAC/F-2005-1222

(10)  ENAC-IT-2005-170

ENAC-IT-2005-370

(11)  Factual Aviation Report, USA-National Transportation Safety Board, it-2 ta' Marzu 2005, (NTSB ID: DCA05RA033).

(12)  CAA-UK-2005-40

CAA-UK-2005-41

CAA-UK-2005-42

CAA-UK-2005-46

CAA-UK-2005-47

CAA-UK-2005-48

CAA-NL-2005-49

CAA-NL-2005-51

CAA-NL-2005-54

CAA-NL-2005-55

CAA-NL-2005-56

(13)  CAA-NL-2005-119

CAA-NL-2005-122

CAA-NL-2005-128

CAA-NL-2005-171

CAA-NL-2005-176

CAA-NL-2005-177

CAA-NL-2005-191

CAA-NL-2005-195

CAA-NL-2005-196

(14)  CAA-NL-2005-230

CAA-NL-2005-234

CAA-NL-2005-235

(15)  BCAA-2005-36

(16)  Spezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA mill-awtoritajiet Belġjani fil-11 ta' Marzu 2006, fi Brussell.

(17)  Korripondenza bejn il-Ministeru tat-Trasport tar-Renju Unit u d-DGCA tal-Ginea Ekwatorjali dwar ir-“Reġistru tal-Ajruplani tal-Ginea Ekwatorjali” (is-27 ta' Marzu 2002).

(18)  Rapport Sommarju tal-ICAO-USOAP — Spezzjoni tad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika tal-Ginea Ekwatorjali (Malabo, l-14-18 ta' Mejju 2001).

(19)  Id-Dokument ta' ħidma tal-Kunsill tal-ICAO C-WP/12471.

(20)  Korripondenza bejn il-Ministeru tat-Trasport tar-Renju Unit u l-ECAC dwar il-“Kwistjoni tad-Dokumentazzjoni dwar l-Ajruplani minn Kumpaniji mhux awtorizzati” (is-6 ta’ Awwissu 2003).

(21)  DGAC/F-2004 Nri s 315, 316.

(22)  UK-CAA Regulation Group — Aircraft Survey Report, il-5 ta' Marzu 1996 (Kodiċi Uffiċjali: 223).

(23)  Korrispondenza bejn il-Ministeru tat-Trasport tal-Liberja u d-DGCA tar-Renju Unit dwar “l-inkapaċità, minħabba l-kunflitt ċivili Liberjan, li jinżamm kontroll regolatorju fuq ajruplani reġistrati fil-Liberja”, it-28 ta’ Awwissu 1996.

(24)  LFV-S-04-0037

(25)  CAA-UK-2003-103

CAA-UK-2003-111

CAA-UK-2003-136

CAA-UK-2003-198

CAA-MA-2003-4

LFV-S-2004-37

(26)  Memorandum of Understanding between DCA Sierra Leone and “FAST International Aviation Surveyors on the inspection, surveillance and provision of regulatory services to extra-regional air operators” (IAS/SL DCA MOA 201101).

(27)  CAA/NL-2004-98.

(28)  ICAO-USOAP Summary Report — Audit of the Directorate of Civil Aviation of Swaziland, (Mbabane, 9-12 ta’ Marzu 1999).


ANNESS A

LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

Iċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (AOC)

In-Numru jew in-Numru tal-Liċenzja Operattiva

In-numru tad-deżinjazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-Istat tal-operatur

Air Koryo

Mhux magħruf

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (id-DPRK)

Air Service Comores

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Komoros

Ariana Afghan Airlines (2)

009

AFG

L-Afganistan

BGB Air

AK-0194-04

Mhux magħruf

Il-Każakstan

GST Aero Air Company

AK 0203-04

BMK

Il-Każakstan

Phoenix Aviation

02

PHG

Il-Kirgiżistan

Phuket Airlines

07/2544

VAP

It-Tajlandja

Reem Air

07

REK

Il-Kirgiżistan

Silverback Cargo Freighters

Mhux magħruf

VRB

Ir-Rwanda

It-trasportaturi kollha tal-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

Africa One

409/CAB/MIN/TC/017/2005

CFR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AFRICAN COMPANY AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/017/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIGLE AVIATION

Firma ministerjali

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR BOYOMA

Firma ministerjali

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TC/010/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR NAVETTE

409/CAB/MIN/TC/015/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR TROPIQUES s.p.r.l.

409/CAB/MIN/TC/007/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

ATO — Air Transport Office

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BLUE AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/038/2005

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BUSINESS AVIATION s.p.r.l.

409/CAB/MIN/TC/012/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BUTEMBO AIRLINES

Firma ministerjali

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CAA — Compagnie Africaine d’Aviation

409/CAB/MIN/TC/016/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CARGO BULL AVIATION

409/CAB/MIN/TC/032/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CENTRAL AIR EXPRESS

409/CAB/MIN/TC/011/2005

CAX

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CETRACA AVIATION SERVICE

409/CAB/MIN/TC/037/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CHC STELAVIA

Firma ministerjali

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

COMAIR

Firma ministerjali

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION

409/CAB/MIN/TC/016/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

C0-ZA AIRWAYS

Firma ministerjali

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

DAS AIRLINES

Mhux magħruf

RKC

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

DOREN AIRCARGO

409/CAB/MIN/TC/0168/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

ENTERPRISE WORLD AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/031/2005

EWS

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

FILAIR

409/CAB/MIN/TC/014/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

FREE AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/MNL/CM/014/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GALAXY CORPORATION

409/CAB/MIN/TC/0002/MNL/CM/014/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GR AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0403/TW/TK/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GLOBAL AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/029/2005

BSP

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GOMA EXPRESS

Firma ministerjali

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GREAT LAKE BUSINESS COMPANY

Firma ministerjali

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

I.T.A.B. — International Trans Air Business

409/CAB/MIN/TC/0022/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

JETAIR — Jet Aero Services, s.p.r.l.

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

KINSHASA AIRWAYS, s.p.r.l

Mhux magħruf

KNS

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

KIVU AIR

Firma ministerjali

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

LAC — Lignes Aériennes Congolaises

Mhux magħruf

LCG

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

MALU AVIATION

409/CAB/MIN/TC/013/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

Malila Airlift

409/CAB/MIN/TC/008/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

MANGO MAT

Firma ministerjali

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

RWABIKA “BUSHI EXPRESS”

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SAFARI LOGISTICS

409/CAB/MIN/TC/0760/V/KK//2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SERVICES AIR

409/CAB/MIN/TC/034/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TEMBO AIR SERVICES

409/CAB/VC-MIN/TC/0405/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

THOM’S AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0033/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TMK AIR COMMUTER

409/CAB/MIN/TC/020/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TRACEP

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TRANS AIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TC/035/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TRANSPORTS AERIENNES CONGOLAIS (TRACO)

409/CAB/MIN/TC/034/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

UHURU AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/039/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

VIRUNGA AIR CHARTER

409/CAB/MIN/TC/018/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

WALTAIR AVIATION

409/CAB/MIN/TC/036/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

WIMBI DIRI AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/005/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

It-trasportaturi kollha tal-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

Air Consul SA

Mhux magħruf

RCS

Il-Ginea Ekwatorjali

Avirex Guinee Equatoriale

Mhux magħruf

AXG

Il-Ginea Ekwatorjali

COAGE — Compagnie Aeree de Guinee Equatorial

Mhux magħruf

COG

Il-Ginea Ekwatorjali

Ecuato Guineana de Aviacion

Mhux magħruf

ECV

Il-Ginea Ekwatorjali

Ecuatorial Cargo

Mhux magħruf

EQC

Il-Ginea Ekwatorjali

GEASA — Guinea Ecuatorial Airlines SA

Mhux magħruf

GEA

Il-Ginea Ekwatorjali

GETRA — Guinea Ecuatorial de Transportes Aereos

Mhux magħruf

GET

Il-Ginea Ekwatorjali

Jetline Inc.

Mhux magħruf

JLE

Il-Ginea Ekwatorjali

KNG Transavia Cargo

Mhux magħruf

VCG

Il-Ginea Ekwatorjali

Prompt Air GE SA

Mhux magħruf

SHG

Il-Ginea Ekwatorjali

UTAGE — Union de Transport Aereo de Guinea Ecuatorial

Mhux magħruf

UTG

Il-Ginea Ekwatorjali

It-trasportaturi kollha tal-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi,

Mhux magħruf

Mhux magħruf

il-Liberja

International Air Services

Mhux magħruf

IAX

il-Liberja

SATGUR AIR TRANSPORT, Corp.

Mhux magħruf

TGR

il-Liberja

WEASUA AIR TRANSPORT, Co. Ltd

Mhux magħruf

WTC

il-Liberja

It-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sierra Leone

AEROLIFT, Co. Ltd

Mhux magħruf

LFT

Is-Sierra Leone

AFRIK AIR LINKS

Mhux magħruf

AFK

Is-Sierra Leone

AIR LEONE, Ltd

Mhux magħruf

RLL

Is-Sierra Leone

AIR RUM, Ltd

Mhux magħruf

RUM

Is-Sierra Leone

AIR SALONE, Ltd

Mhux magħruf

RNE

Is-Sierra Leone

AIR UNIVERSAL, Ltd

00007

UVS

Is-Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, Ltd

Mhux magħruf

DTY

Is-Sierra Leone

FIRST LINE AIR (SL), Ltd

Mhux magħruf

FIR

Is-Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, Ltd

Mhux magħruf

PRR

Is-Sierra Leone

STAR AIR, Ltd

Mhux magħruf

SIM

Is-Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sierra Leone

WEST COAST AIRWAYS Ltd

Mhux magħruf

WCA

Is-Sierra Leone

It-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sważiland responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sważilandja

AFRICAN INTERNATIONAL AIRWAYS, (Pty) Ltd

Mhux magħruf

AIA

Is-Sważilandja

AIRLINK SWAZILAND, Ltd

Mhux magħruf

SZL

Is-Sważilandja

Jet Africa

Mhux magħruf

OSW

Is-Sważilandja

NORTHEAST AIRLINES, (Pty) Ltd

Mhux magħruf

NEY

Is-Sważilandja

SCAN AIR CHARTER, Ltd

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sważilandja

SWAZI EXPRESS AIRWAYS

Mhux magħruf

SWX

Is-Sważilandja


(1)  It-trasportaturi tal-ajru elenkati fl-Anness A jista' jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ (wet-leasing) mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  Il-projbizzjoni fuq l-operat ta’ Ariana Afghan Airlines tapplika għall-inġenji tal-ajru kollha operati minn dan it-trasportatur tal-ajru, għajr li ġej: A310 numru ta’ reġistrazzjoni F-GYYY.


ANNESS B

LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (AOC)

In-numru tad-deżinjazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-Istat tal-operatur

It-Tip tal-inġenju tal-ajru

In-numru/i tar-reġistrazzjoni u, fejn disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni

L-Istat tar-reġistrazzjoni

Air Bangladesh

17

BGD

Il-Bangladexx

B747-269B

S2-ADT

Il-Bangladexx

Buraq Air

002/01

BRQ

Il-Libja

IL-76

UN-76007 (cons. No 0003426765)

5a-DNA (cons. No 0023439140)

5A-DMQ (cons. No 73479392)

UN-76008 (cons. No 0033448404)

Libya

Buraq Air

002/01

BRQ

Il-Libja

Let L-410

5A-DMT (cons. No 871928)

Libya

HBA (2)

416/dac/tc/sec/087/2005

ALX

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

Il-flotta kollha ħlief għal: L-101

Il-flotta kollha ħlief għal: 9Q-CHC (cons. No 193H-1206)

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)


(1)  It-trasportaturi tal-ajru elenkati fl-Anness B jista' jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ (wet-leasing) mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  Hewa Bora Airways għandha l-permess biss li tuża l-inġenju tal-ajru speċifiku msemmi għall-operazzjonijiet kurrenti tagħha fi ħdan il-Komunità Ewropea.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

296


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 491/2006

tas-27 ta' Marzu 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2375/2002 li jiftah u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffali (tariffarji) Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2375/2002 (2), jidher li xi dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament iridu jeħtieġu jiġu ċċarati u simplifikati. Bil-għan li jitjieb il-monitoraġġ tal-importazzjonijiet li jkunu saru b’din il-kwota tariffarja, jeħtieġ li kull subkwota tingħata numru tas-serje. Jeħtieġ ukoll jiġi mfakkar li t-talbiet għal-liċenzji tal-importazzjoni jitressqu skont ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 tal-Kummissjoni (3) u għalhekk l-applikant irid jiddepożita garanzija dakinhar tat-talba għal-liċenzja.

(2)

Sabiex ikunu jistgħu jiġu vverifikati l-kwantitajiet realment mitluba minn operatur, jeħtieġ li jiġi ppreċiżat l-obbligu għall-operatur biex jiddepożita biss talba waħda għal liċenzja tal-importazzjoni għal kull numru tas-serje u għal kull perjodu ta’ ġimgħa kkonċernat, u li tiġi prevista wkoll sanzjoni fil-każ li dan l-obbligu ma jiġix irrispettat.

(3)

Fid-dawl tal-modernizzazzjoni tal-ġestjoni tas-sistema, jeħtieġ tiġi prevista t-trasmizzjoni b’mod elettroniku tal-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni.

(4)

Sabiex ikun possibbli monitoraġġ aħjar tal-importazzjonijiet bis-subkwota għall-pajjiżi terzi għajr l-Istati Uniti u l-Kanada, l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u ċ-ċertifikat tal-importazzjoni għandhom isemmu pajjiż tal-oriġini wieħed biss.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ ġestjoni għal ċereali;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regulation (EC) No 2375/2002 is hereby amended as follows:

1)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Il-kwota tariffarja tal-importazzjoni globali tinqasam fi tliet subkwoti:

a)

subkwota I (numru tas-serje 09.4123): 572 000 tunnellata għall-Istati Uniti;

b)

subkwota II (numru tas-serje 09.4124): 38 000 tunnellata għall-Kanada;

c)

subkwota III (numru tas-serje 09.4125): 2 371 600 tunnellata għall-pajjiżi terzi l-oħra”;

2)

L-Artikolu 4a ġie miżjud:

“Artikolu 4a

Operatur jista' jressaq ċertifikat ta' importazzjoni wieħed biss għal kull numru tas-serje e u għal kull perjodu ta' ġimgħa skont l-Artikolu 5(1). Meta operatur iressaq aktar minn applikazzjoni waħda, l-applikazzjonijiet kollha tiegħu jiġu rrifjutati u l-garanziji ddepożitati meta tressqu l-applikazzjonijiet jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernat.”

3)

L-Artikolu 5 għandu jinbidel kif ġej:

a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej:

“1.   L-applikazzjonijiet ghal-liċenzji għall-importazzjoni għandhom jiġu depożitati għand l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kull nhar ta' Tnejn sa mhux aktar tard mis-13.00 (ħin ta' Brussell). L-applikant iressaq l-applikazzjoni għal-liċenzja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa irreġistrat għall-iskopijiet tal-VAT. L-applikant jiddepożita garanzija skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għas-somma stipulata fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament.

Kull applikazzjoni għal-liċenzja tindika kwantità li ma tistax taqbeż il-kwantità disponibbli għal kull subkwota jew għal kull tranche ikkonċernata.

L-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandhom isemmu pajjiż tal-oriġini wieħed biss.”;

b)

fil-paragrafu 2, it-termini “permezz ta' fax” jiġu sostitwiti bit-termini “elettronikament”;

c)

il-paragrafu 3 jinbidel b'li ġej:

“3.   Jekk it-total tal-kwantitajiet mogħtija sa mill-bidu tal-perjodu u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 jaqbżu l-kwantità tas-subkwota relevanti jew tat-tranche ikkonċernata, il-Kummissjoni għandha tiffissa, sa mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ xogħol wara li l-applikazzjonijiet jiġu depożitati, koeffiċjenti ta' tnaqqis li għandhom jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.”;

d)

il-paragrafu 4 jinbidel b'li ġej:

“4.   Wara li eventwalment jiġu applikati koeffiċjenti ta’ tnaqqis iffissati skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fir-raba’ jum ta’ xogħol li jiġi wara l-jum tat-tressiq tal-applikazzjoni, joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni li tikkorrispondi għall-applikazzjonijiet ikkomunikati lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.

Fil-jum tal-ħruġ tal-applikazzjonijiet tal-importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mis-18.00 ħin ta' Brussell, il-kwantità totali li toħroġ mis-somma tal-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenzji tal-importazzjoni dakinhar stess, abbażi tal-mudell li jidher fl-Anness.”

4)

L-Anness inbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 88. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).

(3)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

Mudell ta’ komunikazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2) u (4)

Il-kwota tal-importazzjoni tal-qamħ komuni miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 2375/2002

Ġimgħa minn … sa …


Subkwota

Numru tas-serje

Numru tal-operatur

Kwantità mitluba (t)

Pajjiż ta'l-oriġini

Kwantità maħruġa (t) (*)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-kwantitajiet mitluba (t):

Total tal-kwantitajiet maħruġa (t) (*):


(*)  Timtela biss għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 2375/2002.”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

299


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 643/2006

tas-27 ta' April 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi enoloġiċi, u r-Regolament (KE) Nru 884/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati tal-applikazzjoni li jikkonċerna d-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta’ prodotti tal-inbid u r-rekords li għandhom ikunu miżmuma fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 70(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 (2) partikolarment jistabbilixxi l-limiti u ċerti kundizzjonijiet għall-użu tas-sustanzi li l-użu tagħhom huwa awtorizzat bir-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Il-limiti tal-użu tas-sustanzi msemmija jidhru fl-Anness IV tiegħu. Wara ż-żieda fil-lista tal-prattiċi enoloġiċi awtorizzati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, biż-żieda ta’ aċidu assorbiku u ta’ dimethyl dicarbonate, hu meħtieġ li jiġu ffissati l-limiti u l-kundizzjonijiet ta’ użu għal dawn is-sustanzi.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2001 (3) jistabbilixxi r-regoli relatati maż-żamma tar-reġistri tad-dħul u tal-ħruġ u jipprevedi notevolment l-indikazzjoni ta’ ċerti manipulazzjonijiet fir-reġistri. Il-karatteristiċi partikolari taż-żieda tal-dimethyl dicarbonate fl-inbejjed jeħtieġu li l-użu tagħha jkun indikat fir-reġistri.

(3)

Hemm lok li jiġu emendati r-Regolamenti (KE) Nru 1622/2000 u (KE) Nru 884/2001 bħala konsegwenza.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Immaniġġjar għall-Inbid,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 emendat skont kif ġej:

1)

L-Artikolu 15(a) li ġej hu inserit:

“Artikolu 15a

Dimethyl dicarbonate

Iż-żieda tad-dimethyl dicarbonate, prevista fl-Anness IV il-paragrafu 3 il-punt zc) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, ma jistax jitwettaq ħlief fil-limiti stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament u jekk din tisssodisfa l-preskrizzjonijiet li jidhru fl-Anness IX(a) ta’ dan ir-Regolament.”

2)

L-Anness IV qed jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

3)

It-test li qed jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament hu mdaħħal bħala l-Anness Ixa.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 884/2001, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

iż-żieda ta’ dimethyl dicarbonate (DMDC) mal-inbejjed”

Artikolu 3

Din ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2006.

Mill-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1163/2005 (ĠU L 188, 20.7.2005, p. 3).

(3)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 32. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 908/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 56).


ANNESS I

“ANNESS IV

Restrizzjonijiet dwar l-użu ta’ ċerti sustanzi

(L-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament)

Il-limiti massimi għall-użu tas-sustanzi msemmija fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, u fil-kundizzjonijiet imsemmija, huma li ġejjin:

Sustanzi

Użu għall-għeneb frisk, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni magħmul minn għeneb imqadded, most konċentrati tal-għeneb u nbid ġdid li jkun għadu fil-fermentazzjoni

Użu għall-most tal-għeneb li jkun parzjalment iffermentat użat għall-konsum dirett mill-bnedmin bħala tali, inbid addattat għall-produzzjoni tal-inbid tal-mejda, inbid tal-mejda, inbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid semi-frizzanti, inbid semi-frizzanti bil-gass, inbid likuruż u nbejjed ta’ kwalità psr

Tħejjija tal-qoxra taċ-ċellola tal-ħmira

40  g/hl

40  g/hl

Dijossidu tal-karbonju

 

il-kontenut massimu tal-inbid ittrattat b’dan il-mod: 2 g/l

Aċidu L-assorbiku

250  mg/l

250 mg/l; il-kontenut massimu tal-inbid ittrattat b’dan il-mod ma għandux ikun aktar minn 250 mg/l

Aċidu ċitriku

 

il-kontenut massimu tal-inbid ittrattat b’dan il-mod: 1 g/l

Aċidu metatartariku

 

100  mg/l

Sulfat tar-ram

 

1 g/hl bil-kundizzjoni li l-prodott ittrattat b’dan il-mod ma jkollux kontenut ta’ ram li jkun aktar minn 1 mg/l

Faħam għal użu oenoloġiku

100 g tal-prodott xott għal kull hl

100 g tal-prodott xott għal kull hl

Imluħa nutrittivi, dijammonju fosfat, jew ammonju sulfat

1 g/l (espress bħala melħ) (*)

0,3 g/l (espress bħala melħ), għat-tħejjija ta’ nbejjed frizzanti

Ammonju sulfit jew ammonju bisulfit

0,2 g/l (espress bħala melħ) (*)

 

Fatturi ta’ tkabbir: Tiamina fil-forma ta’ tiamina idroklorida

0,6 mg/l (espress bħala tiamina)

0,6 mg/l (espress bħala tiamina), għat-tħejjija ta’ nbejjed frizzanti

Polyvinylpolypyrrolidone

80  g/hl

80  g/hl

Tartrat tal-kalċju

 

200  g/hl

Fitjat tal-kalċju

 

8  g/hl

Lysozyme

500  mg/l (**)

500  mg/l (**)

Dimethyl dicarbonate

 

200 mg/l; residwi mhux traċċabbli fl-inbejjed imqiegħda fis-suq.


(*)  Dawn il-prodotti jistgħu jkunu wkoll użati flimkien mal-limitu globali ta’ 1 g/l, bla ħsara għal-limitu ta’ 0,2 g/l ikkwotat.

(**)  Meta ż-żieda titwettaq fil-most u fl-inbid, il-kwantità akkumulata ma tistax tkun aktar mil-limitu ta’ 500 mg/l.”


ANNESS II

“ANNESS IXa

Rekwiżiti għad-dimethyl dicarbonate

(L-Artikolu 15(a) ta’ dan ir-Regolament)

QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Id-dimethyl dicarbonate jista’ jiżdied mal-inbid bl-għan li ġej: li tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni mikrobijoloġika tal-inbid fil-flixkun li jkollu zokkor li jista’ jiffermenta.

REKWIŻITI

Iż-żieda għandha ssir biss ftit tal-ħin qabel it-tqegħid fil-flixken

It-trattament ma jistax japplika għall-inbejjed li għandhom kontenut ta’ zokkor li jkun ugwali jew aktar minn 5 g/l.

Id-doża massima ta’ użu hi stabbilita fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament u l-prodott ma jistax ikun traċċabbli fl-inbid li jitqiegħed fis-suq.

Il-prodott użat għandu jirrispetta l-kriterji ta’ purità stipulati fid-Direttiva 96/77/KE.

Dan it-trattament għandu jiġi rrekordjat fir-reġistru li għalih jirreferi l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

303


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 661/2006

tat-28 ta' April 2006

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 312/2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mit-Tuneżija, f’dak li jirrigwarda l-limitazzjoni mensili għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2006 sal-31 ta’ Ottubru 2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/822/KE tat-22 ta' Diċembru 2000 fuq il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproċi u emendi għall-Protokolli tal-Agrikultura fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE/Tuneżija (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68 (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2001 (3) jipprovdi limitu mensili għall-kwantità taż-żejt taż-żebbuġa għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni fil-kuntest tal-kwota pprovduta bil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi.

(2)

Is-sena tas-suq 2005/2006 fil-Komunità hija kkaratterizzata minn produzzjoni baxxa taż-żejt taż-żebbuġa, li tikkawża xi diffikultajiet ta’ provvista. Bil-għan li tkun faċilitata l-provvista taż-żejt taż-żebbuġa fis-suq Komunitarju, jeħtieġ li jkun awtorizzat, mill-1 ta’ Mejju 2006 u b’deroga mir-Regolament (KE) Nru 312/2001, il-ħruġ ta’ liċenzji mingħajr limitu mensili.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu, ir-raba’ inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 312/2001, huwa awtorizzat il-ħruġ ta’ liċenzji mingħajr limitu mensili għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2006 sal-31 ta’ Ottubru 2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 336, 30.12.2000, p. 92.

(2)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97. Il-verżjoni korreġuta fil-ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37.

(3)  ĠU L 46, 16.2.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1721/2005 (ĠU L 276, 21.10.2005, p. 3).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

304


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 699/2006

tal-5 ta' Mejju 2006

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal aċċess għat-tjur li jinżammu fi spazji fl-arja aperta

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari it-tieni inċiż tal-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-prinċipji tal-metodu ta’ produzzjoni tal-biedja organika, l-annimal għandu jkollhom l-aċċess għall-ispazju miftuħ jew art fejn jirgħu, kulmeta l-kundizzjonijiet tat-temp ikunu jippermettu.

(2)

Ir-regoli attwali dwar il-produzzjoni organika jipprevedu li ssir eċċezzjoni għall-mammiferi għal dan il-prinċipju fejn il-ħtiġiet Komunitarji jew nazzjonali marbuta ma’ problemi speċifiċi ta' saħħet l-annimali jipprevjenu l-aċċess minn dawn l-annimali għal żoni fil-beraħ. Madanakollu, mhi prevista l-ebda eċċezzjoni għat-tjur organiku.

(3)

Fid-dawl tat-tħassib attwali dwar l-imxija tal-influenza avjarja, hu neċċessarju li jitqiesu l-miżuri ta’ prekawzjoni li jkunu jeħtieġu li t-tjur jinqaflu ġewwa. Biex l-affarijiet ikunu koerenti u ċari u sabiex ikun hemm garanzija ta’ kontinwità fis-sistema organika għall-produzzjoni tat-tjur, hu wkoll neċessarju li l-produtturi jkunu jistgħu jżommu t-tjur ġewwa mingħajr ma jitilfu l-istatus organiku, fejn ir-restrizzjonijiet, inklużi r-restrizzjonijiet veterinarji, li jsiru abbażi tal-liġi Komunitarja bl-iskop li tipproteġi s-saħħa pubblika jew tal-annimali, ma jħallux lit-tjur milli jimirħu jew jirgħu fil-beraħ.

(4)

Ir-restrizzjoni għall-aċċess apert biex it-tjur li kienu mdorrija jinżammu fl-ispazji tal-arja aperta b’mod permanenti tista’ tikkomprometti l-benessri tagħhom. Sabiex jitnaqqas l-impatt għal dawn il-miżuri l-annimali għandhom ikollhom aċċess għal kwantità suffiċjenti ta’ ikel li jkun fih il-fibra u materjal xieraq biex kull tajra tkun tista' tiekol il-fibra, tkun tista' tħokk u wkoll titfarfar fit-trab skont il-ħtieġa.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għaldaqstant ikun emendat.

(6)

Hemm ħtieġa urġenti għall-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament, meta jiġi kkunsidrat li diġà qed jiġu applikati r-restrizzjonijiet f’ċerti Stati Membri. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti B tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jiġi miżjud il-punt segwenti 8.4.7.

“8.4.7.

Minkejja d-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti 8.4.2 u 8.4.5, it-tjur jistgħu jinżammu ġewwa fejn ir-restrizzjonijiet, inklużi r-restrizzjonijiet veterinarji, li jsiru abbażi tal-liġi Komunitarja bl-iskop li tipproteġi s-saħħa pubblika jew dik tal-annimali, jipprevjenu jew jirristrinġu l-aċċess biex it-tjur jinżammu fl-ispazji tal-arja aperta.

It-tjur li jinżammu ġewwa għandhom b’mod permanenti jkollhom aċċess għall-kwantitajiet suffiċjenti ta’ ikel bil-fibra u materjal xieraq sabiex jiġu ssodisfatti l-ħtiġiet etoloġiċi tat-tjur.

Sal-15 ta’ Ottubru 2006 il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu fir-rigward tal-ħtiġiet għall-benessri tal-annimali.”

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 5 ta' Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 592/2006 (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 13).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

306


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 769/2006

tad-19 ta' Mejju 2006

li tissospendi l-possibbiltà li jitressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor C mit-23 ta’ Mejju 2006 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 493/2006 f’dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri tranżizzjonali applikabbli għaz-zokkor C

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ftehim dwar l-Agrikoltura fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj (2), skont l-Artikolu 300 tat-Trattat, fih limiti dwar il-kwantitajiet u l-valur tal-esportazzjonijiet issussidjati tal-Komunità. Bħala riżultat tal-konklużjonijiet tal-organu tal-appell tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tad-19 ta’ Mejju 2005, l-esportazzjonijiet taz-zokkor C għandhom jitqiesu fi ħdan il-limiti msemmija. Il-Komunità ngħatat perjodu li jintemm fit-22 ta’ Mejju 2006 sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha fi ħdan il-WTP.

(2)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (3) li jipprovdi partikolarment l-obbligu tal-esportazzjoni taz-zokkor C li mhuwiex miġjub għas-sena ta’ wara. Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006, applikabbli mill-1 ta' Lulju 2006, ma jinvolvix aktar l-obbligu għaz-zokkor barra l-kwota prodott fl-ambitu tas-sena tas-suq 2006/2007. Dan l-istess regolament jipprovdi, fl-Artikolu 44 tiegħu, il-possibbiltà li, minn naħa, jittieħdu miżuri tranżizzjonali sabiex tkun iffaċilitata t-transizzjoni mill-qagħda tas-suq mis-sena tas-suq 2005/2006 għal dik tas-sena tas-suq 2006/07 u, mill-oħra, id-dispożizzjonijiet tad-deroga meħtieġa sabiex tiġi assigurata mill-Komunità l-osservanza tal-obbligi internazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam maz-zokkor C prodott fi ħdan is-sena tas-suq 2005/2006.

(3)

B’applikazzjoni tal-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 493/2006 tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2006 li jipprovdi miżuri tranżizzjonali fi ħdan ir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2001 u (KE) Nru 314/2002 (4) idaħħal, b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2006, iz-zokkor C prodott fis-sena tas-suq 2005/2006 li ma jista' la jinġieb għas-sena ta' wara u lanqas jiġi esportat għal zokkor barra l-kwota, imsemmi fir-Regolament (KE) NRu 318/2006, prodott għas-sena tas-suq 2006/2007.

(4)

L-Artikolu 27(14) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jipprovdi li l-konformità mar-restrizzjonijiet fuq il-volum li jirriżultaw mill-ftehimiet konklużi permezz ta' l-Artikolu 300 tat-Trattat għandha tkun assigurata permezz tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa għall-perjodi tar-riferenza pprovduti f'dawn il-ftehimiet.

(5)

B'hekk, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tal-Komunità Ewropea li jirriżultaw mill-ftehimiet tal-WTO, għandha tiġi stipulata deroga mill-obbligu tal-esportazzjoni taz-zokkor C billi tiġi sospiża l-applikazzjoni għal ċertifikati tal-esportazzjoni għaz-zokkor C mit-23 ta' Mejju 2006 u jġi applikat għaz-zokkor C mhux esportat b'liċenzja tal-esportazzjoni maħruġa qabel it-23 ta' Mejju 2006, ir-reġim tranżitorju pprovdut fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006.

(6)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 493/2006 jiġi emendat.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitat ta' ġestjoni għaz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor C mit-23 ta’ Mejju 95 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1464/2006 tal-Kummissjoni (5) huwa sospiż mit-23 ta’ Mejju 2006. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji li jsiru matul il-perjodu ta' sospensjoni jkunu invalidi.

Il-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor C maħruġa u mhux użati fit-22 ta’ Mejju 2006 jistgħu jintraddu lura lill-entità emittenti waqt il-perjodu ta’ validità tagħhom. F’dan il-każ, b’deroga mill-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 tal-Kummissjoni (6), il-garanzija tinħeles minnufih.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 493/2006 hu emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Bla ħsara għad-deċiżjonijiet dwar trasferiment għas-sena tas-suq ta’ wara skont l-Artikolu 1, iz-zokkor C tas-sena tas-suq 2005/2006 mhux esportat b’liċenzja tal-esportazzjoni maħruġa qabel it-23 ta’ Mejju 2006 jitqies, b’bidu minn dik l-istess data, bħala zokkor barra l-kwota, imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, prodott għas-sena tas-suq 2006/2007.”

2)

Fl-Artikolu 13, it-tieni subparagrafu, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“L-Artikolu 2 għandu japplika mit-23 ta' Mejju 2006”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-23 ta’ Mejju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta' Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(3)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1. Ir-Regolament li tħassar bir-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(4)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 11.

(5)  ĠU L 144, 28.6.1995, p. 14.

(6)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

308


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 830/2006

tat-2 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2003 fir-rigward tal-importazzjonijiet taċ-ċereali u r-ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment it-tieni paragrafu tal-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), u partikolarment l-Artikolu 25(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 (3), li introduċa miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew li huma marbutin miegħu, jippermetti li ċereali u ross li joriġinaw mill-Albanija, il-Bożnija u Ħerzegovina u fit-territorji doganali tal-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo, jiġu impurtati fil-Komunità mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi u b’eżenzjoni mid-dazji tad-dwana.

(2)

L-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (4) jipprovdi għall-komunikazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni ta’ talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni jew esportazzjoni. F’dawn il-komunikazzjonijiet, l-indikazzjoni tal-oriġini mhix rikjesta għaċ-ċereali li mhumiex qamħ komuni.

(3)

Sabiex l-importazzjonijiet taċ-ċereali u r-ross jiġu segwiti tajjeb, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-oriġini indikat fuq il-liċenzji tal-importazzjoni għaċ-ċereali u r-ross kollha.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2003 għandu jigi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Fir-rigward ta' liċenzji tal-importazzjoni maħruġa, l-Istati Membri għandhom jgħaddu kuljum il-kwantitajiet koperti bil-liċenzji skont l-oriġini u l-kodiċi tal-prodott, u fil-każ tal-qamħ komuni, skont il-grad tal-kwalità. L-oriġini għandha tiġi indikata wkoll fin-notifiki tal-liċenzji tal-importazzjoni għar-ross.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1946/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 1).

(4)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1092/2004 (ĠU L 209, 11.6.2004, p. 9).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

309


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 852/2006

tad-9 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 793/2006 li jistabilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod tal-Unjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 jissostitwixxi l-iskema attwali fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 (2), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2001 (4) u jirrevoka dawn ir-Regolamenti. B’konformità mal-Artikolu 33 tiegħu, huwa japplika, għal kull Stat Membru konċernat, mid-data tan-notifika mill-Kummissjoni tal-approvazzjoni tal-programm ġenerali stabbilit fl-Artikolu 24(1) tiegħu.

(2)

Mill-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1454/2001 japplikaw sad-data tan-notifika mill-Kummissjoni għall-Istat Membru konċernat mill-approvazzjoni tal-programm ġenerali stabbilit fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li l-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1454/2001 japplikaw biss sa din id-data.

(3)

F’dan il-kuntest, għandu jiġi stabbilit li t-talbiet magħmulin fil-qafas tal-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1454/2001, li huma pendenti fid-data tan-notifika tal-programm ġenerali stabbilit fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jiġu kkunsidrati fil-qafas tal-iskema stabbilita minn dan ir-Regolament u b’mod aktar partikolari fil-qafas tal-programm ġenerali stabbilit fl-Artikolu 24(1) tiegħu.

(4)

Għalhekk għandu jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 793/2006 (5) sabiex jiġu introdotti l-miżuri tranżitorji li huma neċessarji biex jiżguraw tranżizzjoni mingħajr tfixkil tal-iskema applikabbli għas-sena 2005 għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 247/2006.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 52a huwa miżjud fir-Regolament (KE) Nru 793/2006:

“Artikolu 52a

Miżuri tranżitorji

1.   Il-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1454/2002 u li huma validi sa wara l-31 ta’ Diċembru 2005 jibqgħu japplikaw sad-data tan-notifika mill-Kummissjoni għall-Istat Membru konċernat mill-approvazzjoni tal-programm ġenerali stabbilit fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw għat-talbiet magħmula fil-qafas tal-miżuri adottati għall-implimentazzjoni, għas-sena 2006, tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1454/2001, li huma pendenti fid-data tan-notifika stabbilita fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, jew li jsiru wara din id-data.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mis-seba’ jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 198, 21.7.2001, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1690/2004 (ĠU L 305, 1.10.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 198, 21.7.2001, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1690/2004.

(4)  ĠU L 198, 21.7.2001, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1690/2004.

(5)  ĠU L 145, 31.5.2006, p. 1.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

311


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 926/2006

tat-22 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 29(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Anness I.A. ta’ Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2) jistabbilixxi l-kwoti tariffarji li mhux speċifikati mill-pajjiż tal-oriġini li jistgħu ikunu impurtati permezz ta’ perjodu ta’ kwota.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunisll (KE) Nru 267/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 li għandu x’jaqsam mal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Liwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul id-dħul tagħhom fl-Unjoni Ewropea, li jissupplixxi Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it- Tariffa Doganali Komuni (3) tipprovdi għal allokazzjoni addizzjonali ta' butir u xaħmijiet oħra u żjut imnissla mill-ħalib taħt il-kwota tariffarja annwali fuq l-importazzjoni.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 li għandu x’jaqsam mal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Liwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Re’ubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul id-dħul tagħhom fl-Unjoni Ewropea, li jissupplixxi Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it- Tariffa Doganali Komuni (4) tipprovdi għal allokazzjoni addizzjonali ta’ bosta kwoti ta’ ġobnijiet taħt il-kwota tariffarja annwali fuq l-importazzjoni.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li wieħed jaġġusta l-kwantitajiet ikkonċernati tal-kwoti li għalihom hemm referenza f’Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I. A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 591/2006 (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 11).

(3)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1.


ANNESS

“I.A

KWOTI TARIFFARJI MHUX SPEĊIFIKATI MILL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI

Numru tal-kwota

Il-Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni (1)

Il-pajjiż tal-oriġini

Kwota Annwali

Kull sitt xhur kwota

Dazju fuq l-importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett)

09.4590

0402 10 19

Trab tal-ħalib xkumat

Il-pajjiżi terzi kollha

68 000

34 000

47,50

09.4599

0405 10 11

0405 10 19

0405 10 30

0405 10 50

0405 10 90

0405 90 10  (*)

0405 90 90  (*)

Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn imnisslin mill-ħalib

Il-pajjiżi terzi kollha

11 360

5 680

94,80

fil-butir ekwivalenti

09.4591

ex 0406 10 20

ex 0406 10 80

Ġobon għall-pizza, iffriżat, imqatta' f’biċċiet b’kull waħda minnhom mhux itqal minn gramma, f’kontenituri li jesgħu 5 kg jew aktar netti, b’kontenut ta’ ilma, bil-piż, ta’ 52 % jew aktar, u kontenut ta’ xaħam, bil-piż bħala materjal xott ta’ 38 % jew aktar

Il-pajjiżi terzi kollha

5 360

2 680

13,00

09.4592

ex 0406 30 10

Emmentaler ipproċessat

Il-pajjiżi terzi kollha

18 438

9 219

71,90

0406 90 13

Emmentaler

85,80

09.4593

ex 0406 30 10

Gruyère ipproċessat

Il-pajjiżi terzi kollha

5 413

2 706,5

71,90

0406 90 15

Gruyère, Sbrinz

85,80

09.4594

0406 90 01

Ġobon għall-ipproċessar (2)

Il-pajjiżi terzi kollha

20 007

10 003,5

83,50

09.4595

0406 90 21

Cheddar

Il-pajjiżi terzi kollha

15 005

7 502,5

21,00

09.4596

ex 0406 10 20

Ġobon frisk (mhux misjur jew ikkurat) inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta, ħlief ġobon għall-pizza bin-numru tal-kwota 09.4591

Il-pajjiżi terzi kollha

19 525

9 762,5

92,60

ex 0406 10 80

106,40

0406 20 90

Ġobon ieħor maħkuk jew trab

94,10

0406 30 31

Ġobon ieħor ipproċessat

69,00

0406 30 39

71,90

0406 30 90

102,90

0406 40 10

0406 40 50

0406 40 90

Ġobon bil-vina blu

70,40

0406 90 17

Bergkäse u Appenzell

85,80

09.4596

0406 90 18

Fromage Fribourgeois, Vacherin Mont d’Or u Tête de Moine

 

 

 

75,50

0406 90 23

Edam

0406 90 25

Tilsit

0406 90 27

Butterkäse

0406 90 29

Kashkaval

0406 90 31

Ġobon tal-ħalib tan-nagħaġ jew tal-ħalib tal-buflu

0406 90 33

Feta, oħrajn

0406 90 35

Kefalo-Tyri

0406 90 37

Finlandia

0406 90 39

Jarlsberg

0406 90 50

Ġobon tal-ħalib tan-nagħaġ jew tal-ħalib tal-buflu

ex 0406 90 63

Pecorino

94,10

0406 90 69

-Oħrajn

0406 90 73

Provolone

75,50

ex 0406 90 75

Caciocavallo

ex 0406 90 76

Danbo, Fontal, Fynbo, Havarti, Maribo, Samsø

0406 90 78

Gouda

ex 0406 90 79

Esrom, Italico, Kernhem, Saint-Paulin

ex 0406 90 81

Cheshire, Wensleydale, Lancashire, Double Glouster, Blarney, Colby, Monterey

0406 90 82

Camembert

0406 90 84

Brie

0406 90 86

Aktar minn 47 % iżda mhux aktar minn 52 %

0406 90 87

Aktar minn 52 % iżda mhux aktar minn 62 %

0406 90 88

Aktar minn 62 % iżda mhux aktar minn 72 %

0406 90 93

Aktar minn 72 %

92,60

0406 90 99

Oħrajn

106,40


(*)  prodott ta’ 1 kg = 1,22 kg butir.

(1)  Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, jeħtieġ li d-diċitura tad-deskrizzjoni tal-prodotti titqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali fil-kuntest ta' dan l-Anness hija determinata mill-ambitu tal-kodiċi tan-NM. Fejn hemm referenza għall-kodiċijiet tan-NM, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali tiġi ddeterminata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi għalih meħudin flimkien.

(2)  Il-ġobniet li hemm referenza għalihom huma meqjusa bħala pproċessati meta jkunu ġew ipproċessati fi prodotti li jaqgħu taħt is-subintestatura 0406 30 tan-Nomenklatura Magħquda. L-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 japplikaw.”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

315


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 956/2006

tat-28 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom ċerti prodotti agrikoli miksubin minn produzzjoni organika jeħtiġilhom joriġinaw biex ikunu kkummerċjalizzati fil-Komunità

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom ċerti prodotti agrikoli miksubin minn produzzjoni organika jeħtiġilhom joriġinaw biex ikunu kkummerċjalizzati fil-Komunità, provdut fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (minn issa ‘l quddiem “il-lista”), imniżżel fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 94/92 tal-14 ta’ Jannar 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġu implimentati l-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi provduti fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Ċerti prodotti agrikoli li jiġu importati mill-Indja, bħalissa qed jiġi kkummerċjalizzati fil-Komunità skont id-deroga provduta fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

(3)

L-Indja talbet lill-Kummissjoni biex tinkludiha fil-lista. Bagħtet it-tagħrif meħtieġ skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 94/92.

(4)

L-eżaminazzjoni ta’ din l-informazzjoni u d-diskussjoni konsegwenti mal-awtoritajiet Indjani wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-ispezzjoni tal-prodotti agrikoli huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

(5)

Il-Kummissjoni wettqet kontroll fuq il-post dwar ir-regoli tal-miżuri tal-produzzjoni u l-ispezzjoni attwalment applikati fl-Indja, previsti fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

(6)

It-tul ta’ żmien tal-inklużjoni tal-Kosta Rika u ta’ New Zealand fil-lista jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2006. Sabiex ikun evitat tfixkil fil-kummerċ, hemm il-ħtieġa li tkun estiża l-inklużjoni ta’ dawn il-pajjiżi fil-lista għal perjodu itwal.

(7)

L-Awstralja informat lill-Kummissjoni li korp wieħed ta’ spezzjoni biddel ismu u rranġa l-isem ta’ korp ta’ spezzjoni ieħor.

(8)

L-Iżvizzera talbet lill-Kummissjoni biex temenda t-termini tal-inklużjoni tagħha fil-lista skont il-Ftehim li sar bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq kummerċ fi prodotti agrikoli (3) approvat mid-Deċiżjoni 2002/309/KE tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (4) u b’mod partikolari mal-Anness 9 għal dak il-Ftehim fuq prodotti agrikoli prodotti organikament u oġġetti tal-ikel.

(9)

L-Iżvizzera għaddiet l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KEE) Nru 94/92. L-eżaminazzjoni tal-informazzjoni ppreżentata wasslet għall-konklużjoni li r-rekwiżiti huma ekwivalenti għal dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

(10)

New Zealand informat lill-Kummissjoni li korp wieħed ta’ spezzjoni biddel ismu.

(11)

Ir-Regolament (KEE) Nru 94/92 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 94/92 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 592/2006 (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 13).

(2)  ĠU L 11, 17.1.1992, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 746/2004 (ĠU L 122, 26.4.2004, p. 10).

(3)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(4)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.


ANNESS

L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 94/92 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-test li jirrigwarda l-Awstralja, il-punt 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.

L-entitajiet tal-ispezzjoni:

Australian Quarantine and Inspection Service (AQIS)

Bio-dynamic Research Institute (BDRI)

(OGA)

Organic Food Chain Pty Ltd (OFC)

National Association of Sustainable Agriculture, Australia (NASAA)

Australian Certified Organic Pty. Ltd.”

(2)

Fit-test li jirrigwarda l-Kosta Rika, il-punt 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: 30.6.2011.”

(3)

Wara t-test li jirrigwarda l-Kosta Rika, jiddaħħal it-test li ġej:

“L-INDJA

1.

Il-kategoriji tal-prodott:

(a)

il-prodotti mhux ipproċessati tal-uċuħ tar-raba’ fit-tifsira tal-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91;

(b)

oġġetti tal-ikel komposti essenzjalment minn ingredjent wieħed jew aktar li oriġina minn pjanta fit-tifsira tal-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

2.

L-Oriġini: il-prodotti tal-kategorija 1(a) u l-ingredjenti mkabbrin organikament fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fl-Indja.

3.

L-entitajiet tal-ispezzjoni:

BVQI (India) Pvt. Ltd

Ecocert SA

IMO Control Private Limited

(INDOCERT)

International Resources for Fairer Trade

Lacon Quality Certification Pvt. Ltd

Natural Organic Certification Association

OneCert Asia Agri Certification private Limited

SGS India Pvt. Ltd

Skal International (India)

Uttaranchal State Organic Certification Agency (USOCA)

4.

L-entitajiet li joħorġu ċ-ċertifikati: bħal fin-numru 3

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: 30.6.2009”

(4)

It-test li jirrigwarda l-Iżvizzera huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.

Il-kategoriji tal-prodott:

(a)

prodotti tal-uċuħ tar-raba’ u l-bhejjem u prodotti mhux pproċessati tal-bhejjem fit-tifsira tal-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta’:

prodotti, prodotti matul il-perjodu tal-konverżjoni, kif imsemmijin fl-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

prodotti agrikoli tal-uċuħ tar-raba’ u tal-annimali pproċessati bl-iskop ta’ konsum uman fit-tifsira tal-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta’:

prodotti, kif imsemmijin fl-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament, li jinkludu ingredjent ta’ oriġini agrikola prodott waqt il-perjodu tal-konverżjoni.”

(b)

Il-punt 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.

L-entitajiet tal-ispezzjoni:

Institut für Marktökologie (IMO)

bio.inspecta AG

Schweizerische Vereinigung für Qualitäts- und Management-Systeme (SQS)

Bio Test Agro (BTA)”.

(5)

It-test li jirrigwarda lil New Zealand huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.

L-entitajiet tal-ispezzjoni:

AgriQuality

BIO-GRO New Zealand.”

(b)

Il-punt 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: 30.6.2011.”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

319


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 970/2006

tad-29 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni tax-xgħir minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV(6) u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ (GATT) tal-1994 (2), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (3), jistabbilixxi b’mod partikolari żieda ta’ 6 215 tunnellata fil-kwantità ta’ xgħir soġġetta għal kwota tariffarja.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 (4) fetaħ kwota tariffarja Komunitarja għax-xgħir. Għandu jiġi implimentat il-Ftehim approvat mid-Deċiżjoni 2006/333/KE biż-żieda tal-kwantitajiet koperti minn din il-kwota.

(3)

Għall-fini ta’ simplifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet li ma għadhomx fl-użu tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2004, għandhom jitneħħew.

(4)

Għall-finijiet ta’ ċarezza, għandu jiġi speċifikat li l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għandhom isiru mhux aktar tard mit-Tnejn, u dan ma jeskludix l-applikazzjonijiet li jsiru qabel.

(5)

Sabiex tiġi mmodernizzata l-amministrazzjoni tas-sistema, għandu jiġi stabbilit li r-rapport tal-informazzjoni mitlub mill-Kummissjoni jsir b’mezz elettroniku.

(6)

Għall-finijiet ta’ ċarezza, il-kunċett ta’ koeffiċjenti ta’ roħs għandu jiġi sostitwit ukoll b’dak ta’ koeffiċjenti ta’ allokazzjoni.

(7)

Għaldaqstant għandu jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2305/2003.

(8)

Il-Ftehim approvat mid-Deċiżjoni 2006/333/KE li jistabbilixxi implimentazzjoni fl-1 ta’ Lulju 2006, għandu jiġi stabbilit meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(9)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 1 tbiddel bit-test li ġej:

“Artikolu 1

1.   Kwota tariffarja ta’ 306 215 tunnellata għall-importazzjoni tax-xgħir relevanti mal-kodiċi NM 1003 00 hija miftuħa (numru tas-serje 09.4126).

2.   Il-kwota tariffarja hija miftuħa fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena. It-taxxa ta’ importazzjoni ġewwa l-kwota tariffarja hija ta’ 16-il euro għal kull tunnellata.

Għall-prodotti stabbiliti f’dan ir-Regolament importati f’aktar mill-kwantità stabbilita fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, japplika l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003.”

2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

i)

l-ewwel inċiż tbiddel bit-test li ġej:

“1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa, mhux aktar tard mit-Tnejn fis-13.00, ħin ta’ Brussell.”

ii)

it-tielet inċiż huwa revokat;

b)

fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija mibdula bit-test li ġej:

“Fl-aħħar jum li jinġabru r-rikjesti għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti jibagħtu rapport lill-Kummissjoni b’mezz elettroniku konformi mal-mudell li jidher fl-Anness, kif ukoll il-kwantità totali li tirriżulta mis-somma tal-kwantitajiet indikati fl-applikazzonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, mhux aktar tard mis-18.00, ħin ta’ Brussell.”

c)

il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

“3.   Jekk it-total tal-kwantitajiet konċessi mill-bidu tas-sena u l-kwantità stabbilita fil-paragrafu 2 taqbeż il-kwantità tal-kwota rilevanti għas-sena konċernata, il-Kummissjoni tistabbilixxi koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet rikjesti, mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ xogħol wara l-aħhar għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.”

d)

fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza tbiddlet bit-test li ġej:

“Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3, il-liċenzji joħorġu fir-raba jum ta’ xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum li fih jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.

(3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

(4)  ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

321


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 971/2006

tad-29 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2375/2002 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 12(1) tiegħu,

billi:

(1)

Il-ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropew u l-Istati Uniti tal-Amerika bis-saħħa tal-Artikolu XXIV, paragrafu 6, u l-Artikolu XXVIII ta-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 (2), approvat mid-Deċiżjoni 2006/333/KE tal-Kunsill (3), jipprovdi b’mod partikolari għal żieda fil-kwantitajiet ta’ qamħ komuni li jkunu soġġetti għal kwota tarrifarja.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2375/2002 tal-Kummissjoni (4) fetaħ kwota tariffarja Komunitarja għall-qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri. Jeħtieġ li jiġi implimentat il-ftehim approvat mid-Deċiżjoni 2006/333/KE biż-żieda ta’ 6 787 tunnellata tal-kwantitajiet koperti mis-subkwota III għall-pajjiżi terzi għajr l-Istati Uniti u l-Kanada.

(3)

Għall-finijiet ta’ ċarezza, jeħtieġ li jiġi preċiżat li t-talbiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu sa mhux aktar tard minn nhar ta’ Tnejn, iżda jistgħu jitressqu qabel ukoll

(4)

Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 2375/2002 jiġi emendat skont dan.

(5)

Billi l-ftehim approvat mid-Deċiżjoni 2006/333/KE jipprovdi għal implimentazzjoni għall-1 ta’ Lulju 2006, jeħtieġ li d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament jiġi previst għall-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2375/2002 hu emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Kwota tariffarja ta’ 2 988 387 tunnellata ta’ qamħ komuni tal-kodiċi 1001 90 99, ta’ kwalità differenti minn dik superjuri, hija miftuħa”

2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“1.   Il-kwota tariffarja tal-importazzjoni globali għandha tinqasam fi tliet sub-kwoti:

subkwota I (numru tas-serje 09.4123): 572 000 tunnellata għall-Istati Uniti,

subkwota II (numru tas-serje 09.4124): 38 000 tunnellata għall-Kanada;

subkwota III (numru tas-serje 09.4125): 2 378 387 tunnellata għall-pajjiżi terzi l-oħra.”

b)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“3.   Is-subkwota III għandha tinqasam f'erba' porzjonijiet għal bkull kwart tas-sena, għall-perjodi u l-kwantitajiet li ġejjin:

a)

porzjon Nru 1: mill-1 ta' Jannar sal-31 Marzu — 594 597 tunnellata;

b)

porzjon Nru 2: mill-1 ta' April sat-30 ta’ Ġunju — 594 597 tunnellata;

c)

porzjon Nru 3: mill-1 ta' Lulju sat-30 ta’ Settembru — 594 597 tunnellata;

d)

porzjon Nru 4: mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta’ Diċmebru — 594 596 tunnellata;

Għas-sena 2006, il-porzjon Nru 3 huwa ta’ 597 991 tunnellata.”

3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hi ssostitwita bit-test li ġej:

“1.   L-applikazzjonijiet ghal-liċenzji għall-importazzjoni għandhom jitressqu għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa, sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn sa fis-13.00 (ħin ta' Brussell).”

b)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel frażi hi ssostitwita bit-test li ġej:

“Sa mhux aktar tard mis-18.00 ħin ta' Brussell fil-ġurnata meta jitressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni permezz ta' fax, notifika skont il-mudell anness ma' dan id-dokument, u l-kwantità totali li toħroġ mis-somma tal-kwantitajiet kollha indikati fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni.”

c)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Jekk it-total tal-kwantitajiet allokati mill-bidu tal-perjodu u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 jaqbżu s-subkwota relevanti għall-perjodu konċernat, il-Kummissjoni għandha tiffissa, sa mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ xogħol wara li jitressqu l-applikazzjonijiet, koeffiċjenti ta' tnaqqis wieħed li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.”

d)

Fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza hi ssostitwita bit-test li ġej:

“Wara applikazzjoni eventwali tal-koeffiċjenti ta’ attribuzzjoni ffissati skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fir-raba' jum ta’ xogħol ta’ wara l-aħħar jum għat-tressiq tat-talbiet, iċ-ċertifikati tal-importazzjoni li jikkorrispondu għat-talbiet ikkomunikati lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.

(3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

(4)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 88. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 491/2006 (ĠU L 89, 28.3.2006, p. 3).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

323


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2006

tad-29 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità marbuta skont il-GATT għal ċertu frott u ħaxix u prodotti pproċessati tal-frott u l-ħaxix mill-1996

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 34(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim taħt forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ (GATT) 1994 (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/398/KE (3) u l-Ftehim taħt forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ (GATT) 1994 (4), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (5), jipprovdu għal żieda fil-kwoti tariffarji attwali tal-GATT u għall-ftuħ ta' oħrajn ġodda għal ċertu frott u ħaxix u prodotti ipproċessati tal-frott u l-ħaxix.

(2)

Mill-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/96 lil hawn (6), bosta kodiċijiet tan-NM elenkati fl-Annessi I sa III ta' dan ir-Regolament inbidlu.

(3)

Sabiex jiġi pprovdut għall-kwoti tariffarji ġodda u modifikati u f'ġieħ iċ-ċarezza, l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1831/96 għandhom jinbidlu.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/96 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk u Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I jinbidel bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(3)

L-Anness III jinbidel bit-test fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 6/2005 (ĠU L 2, 5.1.2005, p. 3).

(2)  ĠU L 154, 8.6.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 154, 8.6.2006, p. 22.

(4)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15

(5)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

(6)  ĠU L 243, 24.9.1996, p. 5.


ANNESS I

“ANNESS I

Nru ta' ordni

Kodiċi NM Sotto-intestatura TARIC

Deskrizzjoni (1)

Perjodu ta' kwota

Volum ta' kwota

(tunnellati)

Rata ta' dazju

(%)

09.0055

0701 90 50

Patata, friska jew imkessħa

1 ta' Jannar sa 15 ta' Mejju

4 295

3

09.0056

0706 10 00

Zunnarija u ġdur (Brassica), friski jew imkessħin

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

1 244

7

09.0057

0709 60 10

Bżar ħelu

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

500

1,5

09.0035

0712 20 00

Basal imnixxef, sħiħ, maqtuh, imfelli, miksur jew trab, iżda mhux ippreparat aktar

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

12 000

10

09.0041

0802 11 90

0802 12 90

Lewż, frisk jew imnixxef, bil-qoxra jew le, għajr lewżmorr

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

90 000

2

09.0039

0805 50 10

Lumi (Citrus limon, Citrus limonum)

15 ta' Jannar sa 14 ta' Ġunju

10 000

6

09.0058

0809 10 00

Berquq, frisk

1 ta' Awwissu sa 31 ta' Mejju

500

10

09.0092

2008 20 11

2008 20 19

2008 20 31

2008 20 39

2008 20 71

2008 30 11

2008 30 19

2008 30 31

2008 30 39

2008 30 79

2008 40 11

2008 40 19

2008 40 21

2008 40 29

2008 40 31

2008 40 39

2008 50 11

2008 50 19

2008 50 31

2008 50 39

2008 50 51

2008 50 59

2008 50 71

2008 60 11

2008 60 19

2008 60 31

2008 60 39

2008 60 60

2008 70 11

2008 70 19

2008 70 31

2008 70 39

2008 70 51

2008 70 59

2008 80 11

2008 80 19

2008 80 31

2008 80 39

2008 80 70

Ananas, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli ppreżervati Kodiċi ma jeżistix

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

2 838

20

09.0093

2009 11 11

2009 11 19

2009 19 11

2009 19 19

2009 29 11

2009 29 19

2009 39 11

2009 39 19

2009 49 11

2009 49 19

2009 79 11

2009 79 19

2009 80 11

2009 80 19

2009 80 35

2009 80 36

2009 80 38

2009 90 11

2009 90 19

2009 90 21

2009 90 29

Meraq tal-frott Kodiċijiet assorbiti minn

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

7 044

20


(1)  Il-prodotti deskritti f'dan l-Anness huma dawk li jidhru fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1), issupplimentati fejn meħtieġ b'kodiċi TARIC.”


ANNESS II

“ANNESS II

Nru ta' ordni

Kodiċi NM Sotto-intestatura TARIC

Deskrizzjoni (1)

Perjodu ta' kwota

Volum ta' kwota

(tunnellati)

Rata ta' dazju

(%)

09.0025

0805102011

0805102092

0805102096

Larinġ ħelu ta' kwalità għolja, frisk

1 ta' Frar sa 30 ta' April

20 000

10

09.0027

0805209005

0805209091

Ibridi taċ-ċitru magħruf bħala ‘minneolas’

1 ta' Frar sa 30 ta' April

15 000

2

09.0033

2009119911

2009119919

Meraq tal-larinġ ikkonċentrat u ffriżat, mingħajr zokkor miżjud, ta' valur Brix li ma jaqbiżx il-50, f'kontenituri ta' żewġ litri jew inqas, mingħajr meraq ta' larinġ tad-demm

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

1 500

13


(1)  Il-prodotti deskritti f'dan l-Anness huma dawk li jidhru fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 286, 28.10.2005), issupplimentati fejn meħtieġ b'kodiċi TARIC.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness:

(a)

‘Larinġ ħelu ta' kwalità għolja’ tfisser larinġ li għandu varjetà ta' karatteristiċi simili, misjur, sod u ta' forma tajba, li tal-inqas ikollu lewnu tajjeb, magħmul mhux imħassar u mhux iebes, u mingħajr xquq miftuħin fil-qoxra, mingħajr qoxra iebsa jew xotta, mingħajr eżantemi, qsim tal-iżvilupp, daqqiet (għajr għal dawk li jirriżultaw mit-tqandil u l-ippakkjar normali), ħsara minħabba arja xotta jew mill-umdità, mhux imlanżat jew li jkun se jitlanżat, mingħajr tinjiet, ġrieħi, tbajja taż-żejt, skaldi, marki tax-xemx, ħmieġ jew materjal ieħor barrani, mard, insetti jew ħsara kkawżata minn makkinarju, ċaqliq jew b'xi mod ieħor; massimu ta' 15 % tal-frott f'kull kunsinna jista' ma jissodisfax din l-ispeċifikazzjoni, u f'din il-perċentwali hemm inkluż mhux aktar minn 5 % ta' difetti li jammontaw għal ħsara serja, u din l-aħħar perċentwali tinkludi mhux aktar minn 0,5 % ta' tnawwir;

(b)

‘ibridi taċ-ċitru magħrufa bħala “minneolas”’ tfisser ibridi taċ-ċitru tal-varjetà Minneola (Citrus paradisi Macf. CV Duncan u Citrus reticulate blanca CV Dancy);

(c)

‘Meraq tal-larinġ ikkonċentrat u ffriżat, ta' valur Brix li ma jaqbiżx il-50’ tfisser meraq tal-larinġ b'densità ta' mhux aktar minn 1,229 gramma kull ċentimetru kubu f'temperatura ta' 20 °C.”


ANNESS III

“ANNESS III

Nru ta' ordni

Kodiċi NM Sotto-intestatura TARIC

Deskrizzjoni (1)

Perjodu ta' kwota

Volum ta' kwota

(tunnellati)

Rata ta' dazju

(%)

09.0094

0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ

15 ta' Mejju sa 31 ta' Ottubru

472

12

09.0059

0707 00 05

Ħjar, frisk jew imkessaħ

1 ta' Novembru sa 15 ta' Mejju

1 134

2,5

09.0060

0806101091

0806101099

Għeneb tal-mejda, frisk

21 ta' Lulju sa 31 ta' Ottubru

1 500

9

09.0061

0808108010

0808108090

Tuffieħ, frisk, għajr għal tuffieħ tas-sidru

1 ta' April sa 31 ta' Lulju

600

0

09.0062

0808 20 50

Lanġas, frisk, għajr għal lanġas tal-perry

1 ta' Awwissu sa 31 ta' Diċembru

1 000

5

09.0063

0809 10 00

Berquq, frisk

1 ta' Ġunju sa 31 ta' Lulju

2 500

10

09.0040

0809 20 95

Ċirasa (ħelwa) friska

21 ta' Mejju sa 15 ta' Lulju

800

4


(1)  Il-prodotti deskritti f'dan l-Anness huma dawk li jidhru fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1), issupplimentati fejn meħtieġ b'kodiċi TARIC.”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

328


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 952/2006

tad-29 ta’ Ġunju 2006

li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 40 tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti fis-settur taz-zokkor teħtieġ definizzjoni preċiża tal-kunċetti ta’ produzzjoni taz-zokkor, tal-iżoglukożju jew tax-xiropp tal-inulina ta’ impriża. Il-possibiltajiet li tiġi allokata parti mill-produzzjoni ta’ impriża lil impriża oħra li pproduċiet iz-zokkor fil-qafas ta’ kuntratt ta’ xogħol fuq rikjesta għandhom jiġu ristretti għal każijiet speċifiċi.

(2)

L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom joħorġu, fuq rikjesta, approvazzjoni lill-impriżi li jipproduċu z-zokkor, l-iżoglukożju jew ix-xiropp tal-inulina jew lil dawk l-impriżi li jipproċessaw dawn il-prodotti f’wieħed mill-prodotti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament imsemmi. Għandu jiġi speċifikat il-kontenut tar-rikjesta ta’ approvazzjoni li l-manifatturi ta’ zokkor, iżoglukożju jew xiropp tal-inulina kif ukoll il-fabbriki tar-raffinar għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għandhom jiġu ddefiniti l-obbligi li għandhom jiġu ssodisfati mill-impriża għal din l-approvazzjoni, u b’mod partikolari l-obbligu li jżommu reġistru tal-kwantitajiet ta’ materji primi li daħlu, li ġew ipproċessati u li ħarġu f’forma ta’ prodott lest.

(3)

Għandhom jiġu stabbiliti l-obbligi li għandhom l-Istati Membri għal dak li għandu x’jaqsam mal-kontroll tal-impriżi approvati u li tiġi ddefinita skema ta’ sanzjonijiet li tkun dissważiva biżżejjed.

(4)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprevedi sistema ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet taz-zokkor użati. L-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligu għall-impriżi approvati li jipprovdu l-informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ zokkor abjad mibjugħin u l-prezzijiet u l-kondizzjonijiet korrispondenti. Għandhom jiġu ddefiniti l-frekwenza u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet użati li l-fabbrikanti taz-zokkor u l-fabbriki tar-raffinar għandhom jistabbilixxu għar-rapport tagħhom lill-Kummissjoni. Sabiex ikun hemm indikazzjoni dwar il-perspettivi fuq perijodu ta’ żmien qasir, huwa utli li l-impriżi jistabbilixxu u jagħtu wkoll il-prezzijiet medji ta’ previżjoni ta’ bejgħ għat-tliet xhur li ġejjin. L-impriżi approvati li jużaw iz-zokkor biex jiġi pproċessat f’wieħed mill-prodotti tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom jistabbilixxu wkoll, sabiex jiġi rrapportat lill-Kummissjoni, il-prezz taz-zokkor li nxtara skont frekwenza u format identiċi għal dawk stabbiliti għall-produtturi taz-zokkor.

(5)

Sabiex tiġi assigurata l-pubblikazzjoni tal-livelli ta’ prezzijiet b’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, filwaqt li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, għandu jiġi stabbilit li l-Kummissjoni tinforma lill-Kumitat ta’ Ġestjoni taz-zokkor darbtejn fis-sena dwar il-prezzijiet medji taz-zokkor abjad li jiġi kkumerċjalizzat fis-suq Komunitarju matul is-sitt xhur li jkunu għaddew, filwaqt li jiġu distinti z-zokkor tal-kwota u z-zokkor ’il barra mill-kwota.

(6)

Rapport dwar kif taħdem is-sistema ta’ reġistrar u ta’ informazzjoni tal-prezzijiet stabbilita f’dan ir-Regolament ser ikun miktub sabiex jiġi propost xi titjib ikkunsidrat bħala rilevanti kif ukoll sistema komputerizzata ta’ rapportaġġ tal-prezzijiet. Sakemm isir dan it-titjib, temporanjament għall-2006 u l-2007, il-prezzijiet stabbiliti mill-impriżi għandhom jiġu indirizzati direttament lill-Kummissjoni, għall-finijiet ta’ informazzjoni fil-qafas tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taz-zokkor.

(7)

Fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 14 jew tal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-fabbrikant jittrasferixxi parti mill-produzzjoni tiegħu għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara favur il-produzzjoni ta’ din is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. Għalhekk, għal din is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni il-fabbrikant taz-zokkor jista’ jkun obbligat jagħmel kuntratti ta’ kunsinna bi prezz minimu tal-pitravi għall-kwantità ta’ zokkor inkluża fil-kwota bażika tiegħu li għadu ma pproduċix biss.

(8)

Biex is-sistema tal-kwoti taħdem sew, għandhom jiġu speċifikati l-kunċetti ta’ “qabel iż-żrigħ” u “prezz minimu” stabbiliti fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. Għandhom jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet agronomiċi u klimatiċi li huma speċifiċi għall-kultivazzjoni tal-pitravi f’ċertu reġjuni tal-Italja billi tiġi stabbilita data ta’ għeluq differenti għal meta jispiċċa ż-żrigħ.

(9)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxi li l-prezz minimu huwa aġġustat bl-applikazzjoni ta’ żieda u tnaqqis fil-prezz li jikkorrispondu għad-differenzi ta’ kwalità tal-pitravi meta mqabbla mal-kwalità tipika. Il-kwalità u għalhekk il-valur tal-pitravi taz-zokkor jiddependu mill-kontenut tagħhom ta’ zokkor. Biex jiġi stabbilit il-valur tal-pitravi li għandhom kwalità differenti mill-kwalità tipika, il-mod l-aktar adattat huwa li tiġi stabbilita skala ta’ żieda u ta’ tnaqqis fil-prezz espressi f’perċentwali tal-prezz minimu.

(10)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxi l-allokazzjoni ta’ kwoti supplimentari ta’ zokkor. Din l-allokazzjoni li għandha l-iskop li tiffaċilita il-passaġġ tal-iskema ta’ kwota ta’ qabel għall-iskema attwali, għandha tkun riżervata għall-impriżi li kienu jibbenefikaw minn kwota fl-2005/2006. Għandu jiġi speċifikat ukoll f’liema kundizzjonijet l-allokazzjoni hija possibbli mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007.

(11)

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxi l-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ iżoglukożju supplimentari. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jallokaw dawn il-kwoti lill-impriżi, bi pro rata tal-kwota ta’ iżoglukożju li ġie allokat għalihom, waqt li jevitaw kull diskriminazzjoni. Huwa neċessarju li tiġi ddefinita d-data ta’ għeluq għal ħlas tal-ammont uniku stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament imsemmi.

(12)

L-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jiddefinixxi l-produzzjoni ta’ zokkor taħt il-kwota bħala l-kwantità prodotta għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ddeterminata fil-limitu tal-kwota tal-impriża kkonċernata, waqt li l-Artikolu 2(9) jiddefinixxi l-pitrava taħt il-kwota bħala pitrava taz-zokkor ipproċessata f’zokkor taħt il-kwota. Għalhekk huwa neċessarju li tiġi stabbilita regola relattiva mal-attribuzzjoni tal-produzzjoni taz-zokkor għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ddeterminata, filwaqt li l-Istati Membri jkollhom marġni ta’ flessibiltà għas-sitwazzjonijiet speċifiċi li huma l-produzzjoni ta’ zokkor mill-pitravi tal-ħarifa u l-produzzjoni ta’ kannamiela.

(13)

Sabiex tiġi assigurata l-ġestjoni tajba tal-iskema tal-kwoti, biex jiġi ddeterminat l-konsum ta’ zokkor f’kull xahar u biex jiġu stabbiliti bilanċi ta’ provvista, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ komunikazzjoni, minn naħa waħda, bejn l-impriżi approvati u l-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom jikkonċernaw il-ħażniet, il-livell ta’ produzzjoni u l-meded miżrugħa.

(14)

L-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxi miżuri ta’ intervent għal kull xirja ta’ zokkor. Sabiex jiġu implimentati l-miżuri ta’ intervent Komunitarji hemm bżonn li l-aġenziji ta’ intervent jaħżnu z-zokkor f’post determinat. Għalhekk għandu jiġi stabbilit li l-ħażna ssir għal dak iz-zokkor li jinsab f’post tal-ħżin approvat fil-mument meta tkun qed issir l-offerta.

(15)

Sabiex jiġi permess l-aċċess għall-intervent fiż-żoni fejn dan huwa b’mod partikolari meħtieġ minħabba l-produzzjoni kbira f’dawn iż-żoni, il-kwantità massima stabbilita fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandha, l-ewwel nett, tiġi mqassma bejn l-Istati Membri kollha li huma produtturi skont il-kwoti tagħhom ta’ produzzjoni ta’ zokkor. Għandu jiġi stabbilit li dan it-tqassim ikun jista’ jiġi adattat, minn naħa waħda, qabel kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ġdida minħabba il-modifikazzjonijiet li saru fl-attribuzzjoni tal-kwoti għal kull Stat Membru, u, min-naħa l-oħra, matul kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-attribuzzjoni mill-ġdid li tista’ sseħħ għall-kwantitajiet li ma ntużawx.

(16)

Għad-definizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-allokazzjoni jew tal-irtirar tal-approvazzjoni tal-postijiet tal-ħżin, għandhom jiġu kkunsidrati l-eżiġenzi għal konservazzjoni tajba u l-faċilità ta’ tneħħija taz-zokkor kif ukoll il-kapaċità ta’ irtirar mill-ħżin.

(17)

M’għandux jiġi aċċettat l-intervent taz-zokkor li jkollu karatteristiċi li jistgħu jostakolaw il-bejgħ ulterjuri tiegħu u li jwassal għad-degradazzjoni tiegħu matul il-ħażna, u li tiġi speċifikata l-kwalità massima meħtieġa. Minbarra hekk għandu jiġi stabbilit li jsir kuntratt ta’ ħażna, li x-xiri taz-zokkor bl-intervent ikun jiddependi fuqu, bejn l-aġenzija ta’ intervent u il-bejjiegħ.

(18)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni normali tal-intervent, l-offerta taz-zokkor għandha tiġi ppreżentata fil-forma ta’ lott u dan għandu jiġi ddefinit, b’mod partikolari billi tiġi stabbilita l-kwantità tal-lott.

(19)

L-aġenzija ta’ intervent għandha tkun lesta li teżamina, b’għarfien sħiħ tal-fatti, jekk l-offerta tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa. Għal dan il-għan, l-offerent għandu jirraportalha l-indikazzjonijiet kollha meħtieġa.

(20)

L-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxi li l-prezz tax-xiri jiġi aġġustat meta l-kwalità taz-zokkor tkun differenti mill-kwalità tipika. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti skali ta’ żieda u ta’ tnaqqis fil-prezz li jikkunsidraw il-kwalità taz-zokkor offrut u li jkunu applikabbli għall-prezz tax-xiri. Dawn il-limiti u t-tnaqqis fil-prezz li jirriżultaw minn dan jistgħu jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-informazzjoni objettiva li hija ġeneralment magħżula fil-kummerċ.

(21)

Il-bejgħ taz-zokkor li jinżamm mill-aġenziji ta’ intervent għandu jsir bejn dawk li jixtru fil-Komunità mingħajr diskriminazzjoni u bil-kundizzjonijiet l-aktar ekonomiċi possibbli. Is-sistema ta’ aġġudikazzjoni ġeneralment tippermetti li jintlaħqu dawn l-objettivi. Sabiex jiġi evitat li l-bejgħ taz-zokkor ma jsirx f’sitwazzjoni ta’ suq mhux favorevoli, l-aġġudikazzjoni għandha tiġi sottomessa għal awtorizzazzjoni minn qabel. Madankollu, ċerti sitwazzjonijiet partikolari jistgħu jagħmlu l-użu ta’ proċeduri li m’humiex dawk tal-aġġudikazzjoni aktar opportun.

(22)

Sabiex jiġi assigurat it-trattament ugwali tal-partijiet kollha kkonċernati fil-Komunità, l-aġġudikazzjonijiet implimentati mill-aġenziji ta’ intervent għandhom jissodisfaw xi prinċipji uniformi. Huwa neċessarju li jiġu previsti f’dan il-kuntest xi kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-użu taz-zokkor għall-iskopijiet ippjanati.

(23)

Għad-determinazzjoni tal-kategorija taz-zokkor abjad u tar-rendiment taz-zokkor mhux raffinat mibjugħ, huwa xieraq li jinżammu kriterji identiċi għal dawk previsti waqt ix-xiri taz-zokkor mill-aġenziji ta’ intervent. Trattament ugwali tal-partijiet ikkonċernati jista’ jiġi assigurat biss billi jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi u stretti dwar l-adattament, skont il-każ, tal-prezz tal-bejgħ jew tar-restituzzjoni mal-esportazzjoni kif ukoll ir-rettifika tal-liċenzja għall-esportazzjoni fil-każ tal-osservazzjoni ta’ kwalità li mhijiex dik iddeterminata fl-avviż ta’ aġġudikazzjoni.

(24)

Għall-iskop ta’ ċarezza, għandu jiġi abbrogat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1261/2001 tas-27 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 rigward il-kuntratti ta’ kunsinna tal-pitravi u ż-żieda u t-tnaqqis fil-prezz applikabbli għall-prezz tal-pitravi (2), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2001 tas-27 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 dwar xiri u bejgħ ta’ zokkor minn aġenziji ta’ intervent (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002 tal-20 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor (4), u jiġu mibdula b’Regolament ġdid.

(25)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taz-Zokkor.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET PRELIMINARI

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, għal dak li għandu x’jaqsam b’mod partikolari mad-determinazzjoni tal-produzzjoni, l-approvazzjoni tal-fabbrikanti u tal-fabbriki tar-raffinar, l-iskema tal-prezzijiet u tal-kwoti, kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xiri u tal-bejgħ taz-zokkor bl-intervent.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn it-termini għandhom dawn it-tifsiriet:

a)

“materja prima”: il-pitravi, il-kannamiela, iċ-ċikwejra, iċ-ċereali, iz-zokkor li jiġi raffinat jew kull forma intermedjarja ta’ dawn il-prodotti li għandhom jiġu pproċessati fi prodott lest;

b)

“prodott lest”: iz-zokkor, ix-xiropp tal-inulina jew l-iżoglukożju;

c)

“fabbrikant”: impriża ta’ produzzjoni ta’ prodotti lesti, minbarra l-fabbriki tar-raffinar bħal m’huma definiti fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;

d)

“post tal-ħżin”: sajlo jew maħżen.

KAPITOLU II

DETERMINAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

Artikolu 3

Produzzjoni ta’ zokkor

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-“produzzjoni ta’ zokkor” tfisser il-kwantità totali, espressa f’zokkor abjad, ta’:

a)

zokkor abjad;

b)

zokkor mhux raffinat;

c)

zokkor intervertit;

d)

xiroppi li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin, hawn taħt imsemmijin bħala “xiroppi”:

i)

xiroppi ta’ sukrożju jew ta’ zokkor intervertit, b’purezza ta’ għallinqas 70 % u prodotti mill-pitravi taz-zokkor,

ii)

xiroppi ta’ sukrożju jew ta’ zokkor intervertit, b’purezza ta’ għallinqas 75 % u prodotti mill-kannamiela.

2.   Il-produzzjoni taz-zokkor ma tinkludix:

a)

il-kwantitajiet ta’ zokkor abjad prodotti miz-zokkor mhux raffinat jew minn xiroppi li ma kinux magħmula fl-impriża li tiffabbrika z-zokkor abjad;

b)

il-kwantitajiet ta’ zokkor abjad prodotti miz-zokkor mhux raffinat, minn xiroppi jew minn trab taz-zokkor li ma kinux prodotti matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li fiha ġie prodott dan iz-zokkor abjad;

c)

il-kwantitajiet ta’ zokkor mhux raffinat prodotti minn xiroppi li ma kinux prodotti fl-impriża li tiffabbrika dan iz-zokkor mhux raffinat;

d)

il-kwantitajiet ta’ zokkor mhux raffinat prodotti minn xiroppi li ma kinux prodotti matul l-istess sena ta’ kummerċjalizzazzjoni bħal dik li fiha ġie ffabbrikat dan iz-zokkor mhux raffinat;

e)

il-kwantitajiet ta’ zokkor mhux raffinat li huma pproċessati f’zokkor abjad matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni fl-impriża li pproduċiethom;

f)

il-kwantitajiet ta’ xiroppi li huma pproċessati f’zokkor jew f’zokkor intervertit matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni fl-impriża li pproduċiethom;

g)

il-kwantitajiet ta’ zokkor, ta’ zokkor intervertit u ta’ xiroppi prodotti taħt l-iskema ta’ arranġamenti għall-ipproċessar;

h)

il-kwantitajiet ta’ zokkor intervertit prodotti minn xiroppi li ma kinux prodotti fl-impriża li tiffabbrika dan iz-zokkor intervertit;

i)

il-kwantitajiet ta’ zokkor intervertit prodotti minn xiroppi li ma kinux prodotti matul l-istess sena ta’ kummerċjalizzazzjoni bħal dik li fiha kien iffabbrikat dan iz-zokkor intervertit.

3.   Il-produzzjoni ta’ zokkor huwa espress f’zokkor abjad bil-mod li ġej:

a)

għaz-zokkor abjad, billi ma jiġux ikkunsidrati d-differenzi fil-kwalità;

b)

għaz-zokkor mhux raffinat, skont ir-rendiment tiegħu ddeterminat b’konformità mal-punt III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;

c)

għaz-zokkor intervertit, billi tiġi allokata l-produzzjoni tiegħu tal-koeffiċjent 1;

d)

għax-xiroppi li għandhom jiġu kkunsidrati bħala prodotti intermedjarji, skont il-kontenut tagħhom ta’ zokkor li jista’ jiġi estratt, ddeterminat b’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;

e)

għax-xiroppi li m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala prodotti intermedjarji, skont il-kontenut tagħhom ta’ zokkor, espress f’sukrożju b’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2135/95 (5).

4.   It-trab taz-zokkor li ġej minn sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ qabel huwa espress f’zokkor abjad skont il-kontenut tiegħu ta’ sukrożju.

5.   Il-purezza tax-xiroppi hija kkalkulata billi jiġi diviż it-total tal-kontenut ta’ zokkor bit-total tal-kontenut ta’ materja xotta.

L-ammont ta’ zokkor li jista’ jiġi estratt huwa kkalkulat billi mil-livell ta’ polarizzazzjoni tax-xiropp imsemmi jitnaqqas il-prodott tal-multiplikazzjoni tal-koeffiċjent 1.70 mad-differenza bejn il-kontenut ta’ materja xotta u l-livell ta’ polarizzazzjoni ta’ dan ix-xiropp. Il-kontenut ta’ materja xotta huwa ddeterminat skont il-metodu areometru jew refrattometriku.

Madankollu, l-ammont ta’ zokkor li jista’ jiġi estratt jista’ jkun ddeterminat, għat-total tal-istess kumpanija, skont ir-rediment reali tax-xiroppi.

Artikolu 4

Produzzjoni ta’ iżoglukożju

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, “produzzjoni ta’ iżoglukożju” tfisser il-kwantità ta’ prodott miksub mill-glukożju jew il-polimeri tiegħu li għandu kontenut f’piż fl-istat xott ta’ għallinqas 10 % ta’ fruttożju, jkun xi jkun il-kontenut ta’ fruttożju ’l barra minn dan il-limitu. Il-produzzjoni ta’ iżoglukożju hija espressa f’materja xotta u ddeterminata b’konformità mal-paragrafu 2.

2.   Il-produzzjoni ta’ iżoglukożju hija ddeterminata immedjatament kif jispiċċa l-proċess ta’ iżomerizzazzjoni u qabel kull operazzjoni ta’ separazzjoni tal-komponenti tiegħu ta’ glukożju u ta’ fruttożju jew kull operazzjoni ta’ taħlit, billi jingħadd fiżikament il-volum tal-prodott hu kif inhu u jiġi determinat il-kontenut ta’ materja xotta skont il-metodu refrattometriku.

3.   Kull impriża għandha tiddikjara mingħajr dewmien kull installazzjoni li tuża għall-iżomerizzazzjoni tal-glukożju jew tal-polimeri tiegħu.

Din id-dikjarazzjoni hija ppreżentata lill-Istat Membru fit-territorju fejn tinsab din l-installazzjoni imsemmija. Dan l-Istat Membru jista’ jeżiġi mingħand il-persuna kkonċernata kull informazzjoni supplimentari f’dan ir-rigward.

Artikolu 5

Produzzjoni ta’ xiropp tal-inulina

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, “produzzjoni ta’ xiropp tal-inulina” tfisser il-kwantità ta’ prodott miksub wara l-idroliżi ta’ inulina jew ta’ oligofruttożji li għandha kontenut ta’ fruttożju f’piż fi stat xott ta’ għallinqas 10 % ta’ fruttożju f’forma libera jew f’forma ta’ sukrożju, ikun xi jkun l-kontenut ta’ fruttożju wara dan il-limitu, u li għandha purezza ta’ għallinqas 70 %. Il-produzzjoni ta’ xiropp tal-inulina hija espressa f’materja xotta ekwivalenti-zokkor/iżoglukożju.

“Purezza” tfisser il-perċentwal ta’ monosakkaridi u disakkaridi fil-materja xotta, iddeterminata skont il-metodu tal-International Commission for Uniform Methods of Sugar Analysis, hawn taħt imsemmi bħala “metodu Icumsa”, (ICUMSA method GS7/8/4-24).

2.   Il-produzzjoni ta’ xiropp tal-inulina huwa ddeterminat mit-total tal-operazzjonijiet li ġejjin:

a)

għadd fiżiku tal-volum tal-prodott hu kif inhu immedjatament wara l-ħruġ tal-ewwel unità ta’ tkessiħ wara kull idroliżi u qabel kull operazzjoni ta’ separazzjoni tal-komponenti tiegħu ta’ glukożju u ta’ fruttożju jew kull operazzjoni ta’ taħlit;

b)

determinazzjoni tal-kontenut ta’ materja xotta bil-metodu refrattometriku u kejl tal-kontenut ta’ fruttożju f’piż fl-istat xott, fuq il-bażi ta’ teħid ta’ kampjun rappreżentattiv kuljum;

c)

konverżjoni tal-kontenut ta’ fruttożju għal 80 % tal-piż fl-istat xott, billi tiġi allokata l-kwantità determinata f’materja xotta bil-koeffiċjent li jirrappreżenta r-relazzjoni bejn il-kontenut ta’ fruttożju mkejjel tal-kwantità msemmija tax-xiropp u 80 %;

d)

espressjoni f’ekwivalenti-zokkor/iżoglukożju bl-applikazzjoni tal-koeffiċjent 1.9.

3.   Kull impriża hija obbligata li tiddikjara mingħajr dewmien kull installazzjoni li tuża għall-idroliżi tal-inulina kif ukoll il-kwantitajiet annwali u l-użu tal-prodotti stabbiliti fil-paragrafu 1 li l-purezza tagħhom hija inqas minn 70 %.

Din l-informazzjoni hija ppreżentata lill-Istat Membru fit-territorju li fiha tinsab l-installazzjoni imsemmija. Dan l-Istat Membru jista’ jeżiġi li l-persuna kkonċernata tagħti kull informazzjoni supplimentari b’mod partikolari bil-għan li jiġi assigurat li l-prodotti stabbiliti fl-ewwel inċiż ma jkunux użati bħala ħlewwa għall-ikel għall-bniedem fis-suq Komunitarju.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni, l-aktar tard fil-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, rapport dettaljat li fih ikun hemm l-informazzjoni relatata mas-sena ta’ qabel. L-ewwel rapport għandu jingħata l-aktar tard fil-31 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 6

Produzzjoni ta’ impriża

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, “produzzjoni ta’ zokkor, ta’ iżoglukożju jew ta’ xiropp tal-inulina ta’ impriża” tfisser il-produzzjoni ta’ zokkor, ta’ iżoglukożju jew ta’ xiropp tal-inulina, kif huma ddefiniti fl-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament, li huma effettivament prodotti minn din l-impriża.

2.   Il-produzzjoni totali ta’ zokkor, iżoglukożju jew ta’ xiropp tal-inulina ta’ impriża, għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni speċifika, hija l-produzzjoni stabbilita fil-paragrafu 1:

miżjuda bil-kwantità ta’ zokkor, iżoglukożju jew ta’ xiropp tal-inulina ttrasferita għal din is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni u mnaqqsa bil-kwantità ta’ zokkor, iżoglukożju jew ta’ xiropp tal-inulina ttrasferiti għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, b’konformità mal-Artikoli 14 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 rispettivament;

miżjuda bil-kwantità prodotta minn dawk li jipproċessaw fil-qafas tal-kuntratti ta’ xogħol fuq rikjesta b’konformità mal-paragrafu 3 u mnaqqsa bil-kwantità prodotta mill-impriża għall-prinċipali fil-qafas ta’ kuntratti ta’ xogħol fuq rikjesta b’konformità mal-paragrafu 3.

3.   Il-kwantità ta’ zokkor prodott fil-qafas ta’ kuntratti ta’ xogħol fuq rikjesta minn impriża (hawn taħt imsemmija “dak li jipproċessa”), għall-impriża oħra (hawn taħt imsemmija “prinċipal”), hija kkunsidrata bħala produzzjoni ta’ prinċipal, fuq rikjesta miktuba u ffirmata kif suppost, indirizzata lill-Istat Membru li għandu x’jaqsam ma’ dawn iż-żewġ impriżi inkwistjoni, jekk waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tiġi rrispettata:

a)

il-produzzjoni totali ta’ zokkor ta’ dak li jipproċessa hija inferjuri mill-kwota tiegħu;

b)

il-produzzjoni totali ta’ zokkor ta’ dak li jipproċessa u tal-prinċipal hija superjuri għat-total tal-kwota tagħhom.

Il-produzzjoni totali ta’ zokkor ta’ impriża, stabbilita fil-punt b tal-ewwel inċiż, hija l-produzzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 li magħha jiġi miżjud it-trasferiment mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ qabel u l-kwantità prodotta minn dawk li jipproċessaw għall-impriża imsemmija, fil-qafas ta’ kuntratti ta’ xogħol fuq rikjesta, u li minnha tiġi mnaqqsa l-kwantità prodotta mill-impriża għall-prinċipali, fil-qafas ta’ kuntratti ta’ xogħol fuq rikjesta.

Minnflok il-kwantitajiet stabbiliti fit-tieni inċiż li huma effettivament prodotti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, meta r-riżultat ikun superjuri, iżommu l-produzzjonijiet stmati fuq il-bażi tal-kuntratti ta’ kunsinna magħmula mill-impriżi.

4.   Jekk il-fabbrika tal-prinċipal u dik ta’ min jipproċessa jinsabu fi Stati Membri differenti, ir-rikjesta stabbilita fil-paragrafu 3 hija indirizzata liż-żewġ Stati Membri kkonċernati. F’dan il-każ, l-Istati Membri inkwistjoni jiddeċiedu dwar ir-risposta li għandha tingħata u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jivverifikaw jekk l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu msemmi ġewx issoddisfati.

5.   Il-kwantità ta’ zokkor prodott minn wieħed li jipproċessa tista’ tiġi kkunsidrata bħala produzzjoni tal-prinċipal f’każ ta’ forza maġġuri, rikonoxxuta mill-Istat Membru, li jeħtieġ l-ipproċessar f’zokkor tal-pitravi, tal-kannamiela jew tal-għasel iswed f’impriża oħra li mhijiex dik tal-prinċipal.

KAPITOLU III

APPROVAZZJONI TAL-FABBRIKANTI U TAL-FABBRIKI TAR-RAFFINAR

Artikolu 7

Talba għall-approvazzjoni

1.   L-impriżi li jistgħu jiksbu approvazzjoni huma dawk li jagħmlu t-talba u li jipprattikaw attività ta’:

a)

fabbrikanti taz-zokkor;

b)

fabbrikanti tal-iżoglukożju;

c)

fabbrikanti tax-xiropp tal-inulina;

d)

fabbrika tar-raffinar full-time skont l-Artikolu 2(13) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

It-talba stabbilita fl-ewwel inċiż tingħata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri li fihom l-impriża tipprattika l-attività tagħha.

Impriża tista’ titlob l-approvazzjoni għal waħda jew bosta attivitajiet stabbiliti fl-ewwel inċiż.

2.   Fit-talba tagħha għall-approvazzjoni, l-impriża għandha tagħti l-isem tagħha, l-indirizz, il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ zokkor, iżoglukożju jew xiropp tal-inulina u, jekk ikun il-każ, in-numru ta’ siti ta’ produzzjoni stabbiliti fl-Istat Membru filwaqt li għandha tispeċifika l-indirizz u l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ kull sit.

3.   Impriża li titlob għall-approvazzjoni skont il-punt d tal-ewwel inċiż tal-paragrafu 1, għandha tagħti l-prova li hija tikkorrispondi għad-definizzjoni tal-Artikolu 2(13) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

Artikolu 8

Obbligi

1.   Għall-finijiet tal-ksib tal-approvazzjoni, l-impriża tintrabat bil-miktub:

a)

li tinnotifika mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kull modifika fl-informazzjoni prevista fl-Artikolu 7(2);

b)

li żżomm disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru r-reġistri b’konformità mal-Artikolu 9 u l-prezzijiet ta’ bejgħ stabbiliti b’konformità mal-Artikolu 13;

c)

li tirraporta l-informazzjoni lill-Istat Membru b’konformità mal-Artikolu 21;

d)

li tipprovdi, jekk din tkun mitluba mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, kull informazzjoni jew dokumenti ta’ ġustifikazzjoni għall-ġestjoni u l-kontroll.

2.   L-approvazzjoni tieħu l-forma ta’ att mill-awtorità kompetenti, flimkien ma’ dokument iffirmat mill-impriża li jerġa’ jsemmi l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.   L-approvazzjoni tiġi rtirata jekk jiġi osservat li waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma tkunx aktar issodisfata. L-irtirar jista’ jsir matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. M’għandux effet retroattiv.

Artikolu 9

Reġistri

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiddetermina r-reġistri li kull impriża approvata b’konformità mal-Artikoli 7 u 8 għandha żżomm, għal kull sit ta’ produzzjoni, kif ukoll kull kemm żmien għandhom jiġi aġġornati, li għandu jkun għallinqas kull xahar.

Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu mill-impriża matul għallinqas it-tliet snin ta’ wara dik is-sena u jkollhom għallinqas l-elementi li ġejjin:

1.

il-kwantitajiet ta’ materja prima riċevuti, u, għall-pitravi u l-kannamiela, il-kontenut ta’ zokkor kif kien iddeterminat waqt il-kunsinna fl-impriża;

2.

jekk ikun il-każ, il-prodotti lesti jew nofshom lesti riċevuti;

3.

il-kwantitajiet ta’ prodotti lesti miksuba, kif ukoll il-kwantitajiet ta’ prodotti sekondarji;

4.

it-telf li sar minħabba l-ipproċessar;

5.

il-kwantitajiet meqruda kif ukoll il-ġustifikazzjoni tad-distruzzjoni tagħhom;

6.

il-kwantitajiet ta’ prodotti lesti mibgħuta.

Artikolu 10

Kontrolli

1.   Matul kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha twettaq kontrolli fuq kull fabbrikant jew fabbrika tar-raffinar approvata.

2.   Il-kontrolli għandhom l-iskop li jassiguraw l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni tar-reġistri stabbiliti fl-Artikolu 9 u tar-rapporti stabbiliti fl-Artikolu 21, b’mod partikolari permezz ta’ analiżi tal-koerenza bejn il-kwantitajiet ta’ materji primi ikkunsinnati u l-kwantitajiet ta’ prodotti lesti miksubin kif ukoll ta’ konnessjoni mad-dokumenti kummerċjali jew dokumenti oħra relatati.

Il-kontrolli għandhom jinkludu verifika tal-eżattezza tal-istrumenti tal-użin u tal-analiżi fil-laboratorju li jintużaw biex jiddeterminaw il-kunsinni ta’ materji primi u d-dħul tagħhom fil-produzzjoni, il-prodotti miksuba u l-movimenti tal-ħażniet.

Il-kontrolli għandhom jinkludu verifika tal-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni li tintuża biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-bejgħ medji ta’ kull xahar tal-impriża, stabbiliti fl-Artikolu 13(2).

Għall-fabbrikanti taz-zokkor, il-kontrolli għandhom isiru wkoll fir-rigward tal-ħarsien tal-obbligu li jitħallas prezz minimu lill-produttur tal-pitravi.

Għallinqas darba kull sentejn, il-kontrolli għandhom jinkludu verifika fiżika tal-ħażniet.

3.   Jekk jiġi stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li ċerti elementi tal-kontroll jistgħu jiġu implimentati fuq il-bażi ta’ kampjun, dan għandu jassigura li jkun hemm livell ta’ kontroll affidabbli u rappreżentattiv.

4.   L-Istat Membru jista’ jeżiġi li l-impriżi approvati jirrikorru għas-servizz ta’ persuna li tiċċertifika l-kontijiet, li l-istatut tagħha jkun rikonoxxut fl-Istat Membru, biex tistabbilixxi ċertifikazzjoni tal-informazzjoni tal-prezz stabbilita fl-Artikolu 13.

5.   Għal kull kontroll għandu jkun hemm rapport ta’ kontroll iffirmat mill-kontrollur, li jispeċifika bi preċiżjoni d-diversi elementi tal-kontroll. Dan ir-rapport għandu jindika b’mod partikolari:

a)

id-data tal-kontroll u l-persuni preżenti;

b)

il-perijodu kkontrollat u l-kwantitajiet ikkonċernati;

c)

it-tekniċi ta’ kontroll użati, inkluża, jekk huwa l-każ, referenza għall-metodi tat-teħid tal-kampjuni;

d)

ir-riżultati tal-kontroll u l-miżuri ta’ korrezzjoni li eventwalment jsiru meħtieġa;

e)

evalwazzjoni tal-gravità, tal-iskala, tal-livell ta’ persistenza u t-tul ta’ żmien tad-difetti u nuqqas ta’ qbil li jistgħu jiġu osservati kif ukoll l-elementi l-oħra kollha li għandhom jiġu kkunsidrati għall-applikazzjoni ta’ sanzjoni.

Kull rapport ta’ kontroll għandu jiġi arkivjat għallinqas matul it-tliet snin ta’ wara s-sena ta’ kontroll, b’mod li jista’ jintuża faċilment mis-servizzi ta’ kontroll tal-Kummissjoni.

Artikolu 11

Sanzjonijiet

1.   Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Memrbu tosserva nuqqas ta’ qbil bejn il-ħażniet fiżiċi u l-informazzjoni tar-reġistri stabbilita fl-Artikolu 9 jew xi difett fil-koerenza bejn il-kwantitajiet ta’ materja prima u ta’ prodotti lesti miksuba jew bejn id-dokumenti relatati u l-informazzjoni jew kwantitajiet iddikjarati jew elenkati, hija għandha tiddetermina jew, jekk ikun il-każ, tistma l-kwantitajiet reali ta’ produzzjoni u tal-ħażniet għal dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni u eventwalment tas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ qabel.

Kull kwantità li wasslet għal dikjarazzjoni inkorretta, li kellha riżultat ta’ vantaġġ finanzjarju mhux dovut, hija soġġetta għal ħlas ta’ 500 euro għal kull tunnellata tal-kwantità inkwistjoni.

2.   Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tosserva li l-impriża ma ssodisfatx l-obbligi tagħha stabbiliti fl-Artikolu 8, u fil-każ tan-nuqqas ta’ dokumenti ta’ ġustifikazzjoni biżżejjed għall-objettivi tal-kontroll stabbiliti fl-Artikolu 10(2), l-awtorità kompetenti għandha timponi sanzjoni ta’ 500 euro għal kull tunnellata, li tkun applikata għal kwantità fissa ta’ prodott lest iddeterminata mill-Istat Membru skont il-gravità tal-infrazzjoni.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx fil-każ li n-nuqqas ta’ qbil u difetti ta’ koerenza osservati jkunu inqas minn 5 % f’piż tal-kwantità ta’ prodotti lesti ddikjarati jew elenkati u li huma soġġetti għall-kontroll jew jekk jirriżultaw minn ommissjonijiet jew sempliċi żbalji amministrattivi, b’kundizzjoni li jittieħdu miżuri ta’ rettifika biex jkun evitat li dawn id-difetti jirrepetu ruħhom fil-futur.

4.   Is-sanzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 mhumiex applikabbli f’każ ta’ forza maġġuri.

Artikolu 12

Rapporti lill-Kummissjoni

1.   L-Istat Membru għandu jirraporta lill-Kummissjoni:

a)

il-lista tal-impriżi approvati;

b)

il-kwota attribwita lil kull fabbrikant approvat.

Ir-rapport għandu jingħata l-aktar tard fil-31 ta’ Jannar ta’ kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. Għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, l-ewwel rapport għandu jingħata l-aktar tard fil-31 ta’ Lulju 2006.

Fil-kaz ta’ irtirar tal-approvazzjoni, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

2.   L-Istat Membru għandu jagħti lill-Kummissjoni l-aktar tard fil-31 ta’ Marzu wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata rapport annwali li jinkludi n-numru ta’ kontrolli li saru b’konformità mal-Artikolu 10 kif ukoll, għal kull kontroll, id-difetti osservati, l-azzjonijiet li ttieħdu wara u s-sanzjonijiet applikati.

KAPITOLU IV

PREZZIJIET

Artikolu 13

Stabbiliment tal-prezzijiet medji

1.   Kull xahar, l-impriżi approvati b’konformità mal-Artikoli 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament kif ukoll dawk li jipproċessaw li huma approvati b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom jistabbilixxu, rispettivament għaz-zokkor abjad taħt il-kwota u z-zokkor abjad ’l barra mill-kwota:

a)

għax-xahar ta’ qabel, il-prezz medju tal-bejgħ, rispettivament tax-xiri, kif ukoll il-kwantità mibjugħa, rispettivament mixtrija, li tikkorrispondi;

b)

għal dak ix-xahar u x-xahrejn ta’ wara, il-prezz medju ta’ bejgħ proviżorju, rispettivament tax-xiri, u l-kwantità li tikkorrispondi stabbilita fil-qafas tal-kuntratti jew tranżazzjonijiet oħra.

Il-prezz jikkonċerna z-zokkor abjad, mhux ippakkjat, li ħareġ mill-fabbrika u tal-kwalità tipika ddefinita fil-punt II tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006.

2.   Sabiex isiru l-kontrolli stabbiliti fl-Artikolu 10, l-impriżi approvati għandhom iżommu, għallinqas għal tliet snin wara s-sena li fiha ġew stabbiliti, l-informazzjoni użata għall-istabbiliment tal-prezzijiet u tal-kwantitajiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Informazzjoni dwar il-prezzijiet

F’Ġunju u Diċembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat ta’ Ġestjoni taz-zokkor dwar il-prezz medju taz-zokkor abjad li qed jintuża, rispettivament, fl-ewwel nofs ta’ dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni u fit-tieni nofs tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ qabel. Madankollu, l-ewwel informazzjoni tingħata f’Ġunju 2007 u tkun dwar il-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2006 u l-31 ta’ Marzu 2007.

Il-prezz jinbidel skont jekk ikunx zokkor abjad taħt il-kwota jew ’il barra mill-kwota.

L-informazzjoni hija bbażata fuq il-medja peżata tal-prezzijiet stabbiliti mill-impriżi skont l-Artikolu 13(1)(a) u rrapportata b’konformità mal-Artikolu 15.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet tranżitorji għar-rapport tal-informazzjoni dwar il-prezz

Sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Ottubru 2006, l-20 ta’ Jannar 2007, l-20 ta’ April 2007 u l-20 ta’ Lulju 2007, l-impriżi approvati b’konformità mal-Artikoli 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament kif ukoll dawk li jipproċessaw li huma approvati b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-prezzijiet stabbiliti b’konformità mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament matul it-tliet xhur ta’ qabel.

Ir-riċeviment, it-trattament u ż-żamma tal-informazzjoni mill-Kummissjoni huma assigurati b’mod li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.

L-operaturi l-oħra fis-settur taz-zokkor, u b’mod partikolari dawk li jixtru, jistgħu jirrapportaw lill-Kummissjoni l-prezz medju taz-zokkor, stabbilit skont ir-regoli indikati fl-Artikolu 13. L-operaturi għandhom jindikaw isimhom, l-indirizz u l-isem korporattiv.

Artikolu 16

Kuntratt ta’ kunsinna

1.   Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, huwa meqjus bħala kuntratt ta’ kunsinna l-kuntratt konkluż bejn il-fabbrikant taz-zokkor u il-bejjiegħ il-pitravi li jipproduċi hu stess.

2.   Jekk fabbrikant jittrasferixxi, skont l-Artikolu 14 jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-kwantità tal-produzzjoni tiegħu għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, il-kwota ta’ dan il-fabbrikant hija kkunsidrata mnaqqsa għal dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-kwantità ttrasferita għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament imsemmi.

3.   Il-kuntratti kkunsidrati bħala konklużi qabel iż-żrigħ huma dawk konklużi qabel ma jispiċċa ż-żrigħ kollu, u f’kull każ:

qabel l-1 ta’ April fl-Italja,

qabel l-1 ta’ Mejju fl-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 17

Żieda u tnaqqis fil-prezz

1.   Għall-applikazzjoni taż-żieda u t-tnaqqis fil-prezz stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-prezz minimu tal-pitravi taħt il-kwota stabbilit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu imsemmi huwa, għal kull 0,1 % tal-kontenut ta’ sukrożju:

a)

miżjud b’minimu ta’:

i)

0,9 % għall-kontenuti ta’ aktar minn 16 % u inqas jew ugwali għal 18 %;

ii)

0,7 % għall-kontenuti ta’ aktar minn 18 % u inqas jew ugwali għal 19 %;

iii)

0,5 % għall-kontenuti ta’ aktar minn à 19 % u inqas jew ugwali għal 20 %;

b)

imnaqqas b’massimu ta’:

i)

0,9 % għall-kontenuti ta’ inqas minn 16 % u aktar jew ugwali għal 15,5 %;

ii)

1 % għall-kontenuti ta’ inqas minn 15,5 % u aktar jew ugwali għal 14,5 %.

Għall-pitravi b’kontenut ta’ sukrożju ta’ aktar minn 20 % japplika għallinqas il-prezz minimu aġġustat b’konformità mal-punt (a)(iii).

2.   Il-kuntratti ta’ kunsinna u l-ftehimiet interprofessjonali stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistgħu jistabbilixxu, għaż-żieda u t-tnaqqis fil-prezz stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

a)

żieda supplimentari għall-kontenuti ta’ sukrożju ta’ aktar minn 20 %;

b)

tnaqqis supplimentari għall-kontenuti ta’ sukrożju ta’ inqas minn 14,5 %.

Dawn il-kuntratti u ftehimiet jistgħu jistabbilixxu, għall-pitravi li għandhom kontenut ta’ sukrożju ta’ inqas minn 14,5 %, definizzjoni ta’ pitravi li jistgħu jiġu pproċessati f’zokkor, jekk it-tnaqqis fil-prezz supplimentari għall-kontenuti ta’ sukrożju ta’ inqas minn 14,5 % u ta’ aktar jew ugwali għall-kontenut minimu ta’ sukrożju stabbilit f’din id-definizzjoni huma stabbiliti fil-kuntratti u l-ftehimiet imsemmija.

Jekk il-kuntratti u l-ftehimiet ma jipprevedux id-definizzjoni stabbilita fit-tieni inċiż, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jistabbilixxi din id-definizzjoni. F’dan il-każ, huwa għandu jistabbilixxi fl-istess ħin it-tnaqqis fil-prezz supplimentari stabbilit fl-inċiż imsemmi.

KAPITOLU V

KWOTI

Artikolu 18

Kwoti addizzjonali ta’ zokkor

1.   Il-kwoti addizzjonali ta’ zokkor stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistgħu jiġu attribwiti biss lil fabbrikanti ta’ zokkor li kellhom kwota fl-2005/2006.

2.   Fit-talba tagħha tal-kwota addizzjonali ta’ zokkor, l-impriża għandha tindika jekk tixtieqx tibbenefika mill-kwota addizzjonali mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007 jew 2007/2008.

Meta jattribwixxi l-kwota addizzjonali lil xi impriża, l-Istat Membru għandu jindika minn liema sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ l-attribuzzjoni. Madankollu, l-attribuzzjonijiet li saru qabel l-1 ta’ Jannar 2007 jidħlu fis-seħħ mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008.

Artikolu 19

Kwoti ta’ iżoglukożju supplimentari

1.   L-Italja, il-Litwanja u l-Iżvezja għandhom jattribwixxu l-kwoti ta’ iżoglukożju supplimentari stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fuq waħda jew aktar mill-erba’ snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007 sal-2009/2010, b’mod li jevitaw kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati.

2.   Il-ħlas tal-ammont uniku stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandu jsir minn kull impriża kkonċernata qabel data ta’ għeluq li tiġi stabbilita mill-Istat Membru u li ma tistax tkun aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li fiha l-kwota ta’ iżoglukożju supplimentari tkun attribwita.

Jekk l-ammont uniku ma jkunx imħallas sal-aktar tard fid-data ta’ għeluq stabbilita fl-ewwel inċiż, il-kwoti ta’ iżoglukożju supplimentari ma jitqisux li ġew allokati lill-impriża kkonċernata.

Artikolu 20

Allokazzjoni tal-ħsad tal-pitravi

Iz-zokkor li jiġi estratt mill-pitravi miżrugħin matul sena ta’ kummerċjalizzazzjoni speċifika huwa attribwit għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.

Madankollu, Spanja, l-Italja u l-Portugall jistgħu, kemm-il darba jkun hemm sistema ta’ kontroll adegwata, jiddeċiedu li z-zokkor li jkun estratt mill-pitravi miżrugħin fil-ħarifa ta’ sena ta’ kummerċjalizzazzjoni speċifika jiġi attribwit għal dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni stess.

Spanja, l-Italja u l-Portugall għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom fil-qafas ta’ dan l-Artikolu sa mhux aktar tard mill-30 ta’ Settembru 2006.

Artikolu 21

Rapporti dwar il-produzzjoni u l-ħażniet

1.   Kull fabbrikant ta’ zokkor jew fabbrika tar-raffinar approvata għandu jirraporta lill-aġenzija kompetenti tal-Istat Membru fejn issir il-produzzjoni jew ir-raffinar, qabel l-20 ta’ kull xahar, it-total, espress f’zokkor abjad, tal-kwantitajiet ta’ zokkor u ta’ xiroppi stabbiliti fil punti a sa d tal-Artikolu 2(1):

li tkun soġġetta għal dritt ta’ proprjetà jew garanzija;

maħżunin f’ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Komunità fl-aħħar tax-xahar ta’ qabel.

Dawn il-kwantitajiet huma mqassmin, għal kull Stat Membru tal-ħażna, f’:

zokkor prodott mill-kumpanija msemmija filwaqt li jiġu speċifikati l-kwantitajiet taħt il-kwota, ’il barra mill-kwota jew ittrasferiti b’konformità mal-Artikolu 14 jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;

zokkor ieħor.

2.   Kull Stat Membru għandu jirraporta lill-Kummissjoni qabel l-aħħar tat-tieni xahar wara x-xahar inkwistjoni, il-kwantità ta’ zokkor maħżuna fl-aħhar ta’ kull xahar mill-impriżi stabbiliti fil-paragrafu 1, mqassmin f’tip ta’ zokkor b’konformità mat-tieni inċiż tal-paragrafu imsemmi.

F’każ ta’ ħażna fi Stati Membri differenti minn dak li jagħmel ir-rapport lill-Kummissjoni, dan ta’ l-aħħar għandu jinforma lill-Istati Membri kkonċernati, qabel l-aħħar tax-xahar li jmiss, dwar il-kwantitajiet maħżuna u l-postijiet ta’ ħażna fit-territorju tagħhom.

3.   Kull fabbrikant ta’ iżoglukożju jew ta’ xiropp tal-inulina approvat għandu jirrapporta, qabel it-30 ta’ Novembru, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn issir il-produzzjoni, dwar il-kwantitajiet ta’ iżoglukożju espressi f’materja xotta jew, rispettivament, ta’ xiropp tal-inulina espressi fl-ekwivalenti ta’ zokkor abjad, soġġetti għal dritt ta’ proprjetà u maħżuna f’ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Komunità fl-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ qabel, mqassma f’:

a)

iżoglukożu jew xiropp tal-inulina prodotti mill-impriża msemmija, filwaqt li jiġu speċifikati l-kwantitajiet taħt il-kwota, ’il barra mill-kwota jew ittrasferiti b’konformità mal-Artikolu 14 jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;

b)

oħrajn.

Kull Stat Membru għandu jirraporta lill-Kummissjoni, qabel il-31 ta’ Diċembru, il-kwantitajiet ta’ iżoglukożju u xiropp tal-inulina maħżuna fl-aħhar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ qabel, mqassma b’konformità mal-ewwel inċiż.

4.   Kull impriża li tipproduċi l-iżoglukożju għandha tirraporta lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ssir il-produzzjoni, qabel il-15 ta’ kull xahar, il-kwantitajiet ta’ iżoglukożju, espressi f’materja xotta, effettivament prodotti matul ix-xahar ta’ qabel.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jirraportaw lill-Kummissjoni, għal kull xahar u qabel l-aħħar tat-tieni xahar ta’ wara, il-produzzjoni ta’ iżoglukożju ta’ kull impriża kkonċernata.

Il-kwantitajiet prodotti taħt l-iskema ta’ perfezzjonament attiv għandhom jiġu rraportati separatament.

Artikolu 22

Bilanċi ta’ provvista

1.   Għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni jiġu stabbiliti xi bilanċi Komunitarji ta’ provvista ta’ zokkor, iżoglukożju u xiropp tal-inulina. Dawn il-bilanċi huma kkonsolidati fl-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jirraportaw lill-Kummissjoni, qabel l-1 ta’ Marzu, il-produzzjoni proviżorja ta’ zokkor u ta’ xiropp tal-inulina ta’ dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, għal kull impriża li tinsab fit-territorju tagħhom. Il-produzzjoni ta’ zokkor hija mqassma xahar xahar.

Għad-dipartimenti Franċiżi tal-Gwadelup u Martinique, kif ukoll għal Spanja għal dak li għandu x’jaqsam maz-zokkor prodott mill-kannamiela, il-produzzjoni proviżorja hija stabbilita u rraportata qabel l-1 ta’ Lulju.

3.   L-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni, qabel l-1 ta’ Ġunju, il-meded u l-produzzjonijiet, minn naħa waħda, tal-pitravi li ser jintużaw għall-produzzjoni, rispettivament ta’ zokkor, bijoetanol jew prodotti oħra, u min-naħa l-oħra ta’ ċikwejra li ser jintużaw għall-produzzjoni ta’ xiropp tal-inulina, ta’ dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, u fuq bażi proviżorja, tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jirraportaw lill-Kummissjoni, qabel it-30 ta’ Novembru, il-produzzjonijiet definittivi ta’ zokkor, iżoglukożju u ta’ xiropp tal-inulina tas-sena ta’ kummerċjalizzazzzjoni ta’ qabel, għal kull impriża li tinsab fit-territorju tagħhom. Il-produzzjoni totali ta’ zokkor hija mqassma xahar xahar.

5.   Meta jkun meħtieġ li tiġi mmodifikata l-produzzjoni definittiva ta’ zokkor fuq il-bażi ta’ informazzjoni rraportata stabbilita fil-paragrafu 4, id-differenza li tirriżulta hija kkunsidrata meta tkun stabbilita l-produzzjoni definittiva tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li matulha ġiet osservata din id-differenza.

KAPITOLU VI

INTERVENT PUBBLIKU

SEZZJONI 1

Offerti għall-intervent

Artikolu 23

Offerta

1.   L-offerta għall-intervent għandha ssir bil-miktub lill-aġenzija ta’ intervent tal-Istat Membru fit-territorju fejn iz-zokkor offrut ikun jinsab fil-mument tal-offerta.

2.   L-offerta għall-intervent tista’ tkun aċċettata biss jekk tkun ippreżentata minn fabbrikant approvat b’konformità mal-Artikoli 7 u 8, għal zokkor mill-produzzjoni tiegħu taħt il-kwota ta’ dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, maħżun separatament fil-mument tal-offerta f’post tal-ħżin approvat b’konformità mal-Artikolu 24.

3.   Għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw għall-intervent il-kwantitajiet massimi biss li huma indikati fl-Anness għal kull wieħed minnhom. Fil-każ li l-offerti għall-intervent jaqbżu l-kwantità massima, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tapplika għall-offerti koeffiċjent uniku ta’ tnaqqis, b’mod li l-kwantità totali aċċettata tkun ugwali għall-kwantità disponibbli.

4.   Qabel il-bidu ta’ kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha timmodifika l-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament skont l-aġġustamenti stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u fi ħdan il-limitu tal-kwantità totali stabbilita fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament imsemmi.

Il-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu mmodifikati, jekk ikun il-każ, matul l-aħħar trimestru ta’ kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, skont il-kwantitajiet li ma ntużawx, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u fil-limitu tal-kwantità totali stabbilita fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 24

Approvazzjoni tal-post tal-ħżin

1.   L-approvazzjoni għandha tingħata, b’talba tal-fabbrikant lill-aġenzija ta’ intervent, lil kull post ta’ ħżin li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

huwa adattat għaż-żamma taz-zokkor;

b)

jinsab f’post li joffri possibiltajiet ta’ trasport neċessarju għall-irtirar taz-zokkor mill-ħżin;

c)

jippermetti li jkun hemm ħżin distint tal-kwantitajiet offerti għall-intervent.

Xi kundizzjonijiet supplimentari jistgħu jiġu rikjesti mill-aġenziji ta’ intervent.

2.   L-approvazzjoni tal-post tal-ħżin tingħata għall-ħżin ta’ prodott ippakkjat jew mhux ippakkjat. Din tistabbilixxi limitu ta’ kwantità ta’ ħżin li jikkorrispondi għal massimu ta’ ħamsin darba aktar mill-kapaċità ta’ kuljum tal-irtirar mill-ħżin li l-applikant jintrabat li jagħmel disponibbli għall-aġenzija ta’ intervent. L-approvazzjoni tindika l-kwantità totali li tingħata għaliha u l-kapaċità ta’ kuljum tal-irtirar mill-ħżin.

3.   Iz-zokkor għandu jinħażen b’mod li jista’ jkun identifikat u jkun aċċessibbli. Għandu jitqiegħed fuq pelits meta jkun ippakkjat, ħlief meta jkun ippakkjat ġo “big bags”.

4.   L-approvazzjoni tiġi irtirata mill-aġenzija ta’ intervent meta jiġi osservat li waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma tkunx issodisfata aktar. L-irtirar tal-approvazzjoni jista’ jseħħ matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-irtirar m’għandux effet retroattiv.

Artikolu 25

Kwalità minima taz-zokkor

1.   Iz-zokkor offrut għall-intervent għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

ikun prodott taħt il-kwota matul l-istess sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li fiha ġiet ippreżentata l-offerta;

b)

ikun f’forma ta’ kristalli.

2.   Iz-zokkor abjad offrut għall-intervent għandu jkun ta’ kwalità soda, ġenwina u kummerċjabbli, b’kontenut ta’ umdità ugwali jew inqas minn 0,06 % u bi tnixxija libera.

3.   Iz-zokkor mhux raffinat offrut għall-intervent għandu jkun ta’ kwalità soda, ġenwina u kummerċjabbli u jkollu rendiment, ikkalkulat b’konformità mal-punt III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 ta’ mhux inqas minn 89 %.

Meta jkun zokkor tal-kannamiela mhux raffinat, iz-zokkor għandu jkollu fattur ta’ sigurtà ta’ mhux aktar minn 0,30,

Meta jkun zokkor tal-pitravi mhux raffinat, iz-zokkor għandu jkollu:

valur pH ta’ mhux inqas minn 7,9 fil-mument meta tiġi aċċettata l-offerta,

kontenut ta’ zokkor intervertit ta’ mhux aktar minn 0,07 %,

temperatura li ma tkunx ta’ riskju għal żamma tajba,

fattur ta’ sigurtà ta’ mhux aktar minn 0,45 meta l-livell ta’ polarizzazzjoni huwa ugwali jew aktar minn 97, jew kontenut ta’ umdità ta’ mhux aktar minn 1,4 % meta l-livell ta’ polarizzazzjoni jkun inqas minn 97.

Il-fattur ta’ sigurtà huwa stabbilit billi jiġi diviż il-perċentwal tal-kontenut ta’ umdità taz-zokkor kkonċernat bid-differenza bejn 100 u l-livell ta’ polarizzazzjoni ta’ dan iz-zokkor.

Artikolu 26

Lott

Kull offerta ta’ zokkor għall-intervent hija ppreżentata f’forma ta’ lott.

Għall-finijiet ta’ din is-sezzjoni, “lott” tfisser kwantità ta’ zokkor ta’ mhux inqas minn 2 000 tunnellata li għandha l-istess kwalità u l-istess mod ta’ preżentazzjoni u li tinsab fl-istess post ta’ ħżin.

Artikolu 27

Kontenut tal-offerta

1.   L-offerta indirizzata lill-aġenzija ta’ intervent għandha tindika:

a)

l-isem u l-indirizz tal-offerent;

b)

il-post tal-ħżin fejn iz-zokkor jinsab fil-mument tal-offerta;

c)

il-kapaċità ta’ irtirar iggarantit għat-tneħħija taz-zokkor offrut;

d)

il-kwantità netta taz-zokkor offrut;

e)

in-natura, il-kwalità taz-zokkor offrut u s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li fiha ġie prodott;

f)

il-mod ta’ preżentazzjoni taz-zokkor.

2.   L-aġenzija ta’ intervent tista’ teżiġi xi indikazzjonijiet supplimentari.

3.   L-offerta jkollha mehmuża magħha dikjarazzjoni ta’ l-offerent li tiċċertifika li z-zokkor inkwistjoni ma kienx suġġett ta’ miżura ta’ intervent bix-xiri, li huwa l-proprjetarju u li z-zokkor jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt a tal-Artikolu 25(1).

Artikolu 28

Investigazzjoni tal-offerti

1.   L-offerta tibqa’ valida għal perijodu ta’ tliet ġimgħat mill-jum meta tiġi ppreżentata. Madankollu, din tista’ tiġi rtirata waqt il-perijodu msemmi bl-approvazzjoni tal-aġenzija ta’ intervent.

2.   L-aġenzija ta’ intervent tinvestiga l-offerta. L-aktar tard fl-aħhar tal-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1, hija taċċetaha. Madankollu hija tirrifjuta l-offerta jekk l-investigazzjoni turi li waħda mill-kundizzjonijiet meħtieġa ma tkunx issodisfata.

SEZZJONI 2

Ħżin

Artikolu 29

Kuntratt ta’ ħżin

1.   Il-kuntratt ta’ ħżin li għandu jsir qabel ma tiġi aċċettata l-offerta bejn l-offerent u l-aġenzija ta’ intervent inkwistjoni huwa konkluż għal żmien determinat.

Il-kuntratt ta’ ħżin jidħol fis-seħħ ħames ġimgħat wara d-data meta tiġi aċċettata l-offerta u jagħlaq fl-aħhar tal-għaxart ijiem li fihom tispiċċa t-tneħħija taz-zokkor inkwistjoni.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “għaxart ijiem”, għal kull xahar tal-kalendarju, ifissru wieħed mill-perijodi mill-1 sal-10, mill-11 sal-20 u mill-21 sal-aħhar tax-xahar.

2.   Il-kuntratt tal-ħżin jinkludi b’mod partikolari:

a)

il-klawżola li tgħid li l-kuntratt jagħlaq fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament b’avviż ta’ għallinqas għaxart ijiem;

b)

l-ammont tal-ispejjeż tal-ħżin li għandu jitħallas mill-aġenzija ta’ intervent;

3.   L-ispejjeż tal-ħżin huma mħallsin mill-aġenzija ta’ intervent għall-perijodu mill-bidu tal-għaxart ijiem li fihom jidħol fis-seħħ il-kuntratt stabbilit fil-paragrafu 2 sal-għeluq ta’ dan il-kuntratt.

4.   L-ispejjeż tal-ħżin ma jistgħux jaqbżu ammont ta’ 0,48 euro għal kull tunnellata u għal kull għaxart ijiem.

5.   Il-kuntratt tal-ħżin jagħlaq fl-aħħar tat-tneħħija stabbilita fl-Artikolu 50,

Artikolu 30

Trasferiment ta’ proprjetà

1.   It-trasferiment tal-proprjetà taz-zokkor li huwa s-suġġett ta’ kuntratt ta’ ħżin isir waqt il-ħlas taz-zokkor inkwistjoni.

2.   Il-bejjiegħ jibqa’, sat-tneħħija, responsabbli għall-kwalità taz-zokkor stabbilita fil-paragrafu 1 u tal-ippakkjar li fih ġie aċċettat iz-zokkor bl-intervent.

Artikolu 31

Konformità tal-kwalità jew tal-ippakkjar

1.   Il-bejjiegħ huwa obbligat li jissostitwixxi mingħajr dewmien il-kwantità ta’ zokkor inkwistjoni li l-kwalità tagħha ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 b’kwantità ekwivalenti li tissodisfa dawn il-kundizzjonjiet u li tinsab jew fl-istess post tal-ħżin, jew f’post ieħor tal-ħżin li huwa approvat b’konformità mal-Artikolu 24.

2.   Meta z-zokkor maħżun jkun ippakkjat u jiġi osservat li l-ippakkjar ma jissodisfax aktar l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti, l-aġenzija ta’ intervent teżiġi li l-bejjiegħ jissostiwixxih b’ippakkjar li jikkonforma.

SEZZJONI 3

Kundizzjonijiet tax-xiri bl-intervent

Artikolu 32

Prezz tax-xiri u l-kwalità taz-zokkor abjad

1.   Il-prezz tax-xiri bl-intervent taz-zokkor abjad huwa:

505,52 euro għal kull tunnellata matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007;

433,20 euro għal kull tunnellata matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008;

323,52 euro għal kull tunnellata matul is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010,

2.   Iz-zokkor abjad huwa kklassifikat f’erba’ kategoriji bil-mod li ġej:

a)

kategorija 1: iz-zokkor ta’ kwalità aħjar mill-kwalità tipika;

b)

kategorija 2: iz-zokkor ta’ kwalità tipika kif definita fil-punt II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;

c)

kategoriji 3 u 4: iz-zokkor ta’ kwalità inferjuri mill-kwalità tipika.

3.   Iz-zokkor tal-kategorija 1 għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

a)

kwalità soda, ġenwina u kummerċjabbli, xott, fi kristalli granulati omoġenji, bi tnixxija libera:

b)

umdità massima: 0,06 %;

c)

kontenut massimu ta’ zokkor intervertit: 0,04 %;

d)

in-numru ta’ punti ma jaqbiżx it-total ta’ 8, jew:

6 għall-kontenut ta’ rmied,

4 għat-tip ta’ kulur iddeterminat skont il-metodu tal-Istitut tat-Teknoloġija tal-Agrikoltura ta’ Brunswick (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-metodu Brunswick”),

3 għall-kulur tas-soluzzjoni ddeterminat skont il-metodu ICUMSA.

Punt wieħed għandu jikkorrispondi għal:

a)

0,0018 % tal-kontenut tal-irmied iddeterminat bl-użu tal-metodu ICUMSA f'28° Brix;

b)

0,5 unità tat-tip ta' kulur iddeterminat bl-użu tal-metodu Brunswick;

c)

7,5 unità tal-kulur tas-soluzzjoni ddeterminata bl-użu tal-metodu ICUMSA.

4.   Iz-zokkor tal-kategorija 3 għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

a)

kwalità soda, ġenwina u kummerċjabbli, xott, fi kristalli granulati omoġenji, bi tnixxija libera;

b)

polarizzazzjoni minima: 99,7° S;

c)

umdità massima: 0,06 %:

d)

kontenut massimu ta’ zokkor intervertit: 0,04 %;

e)

tip ta’ kulur: massimu Nru 6, iddeterminat skont il-metodu Brunswick.

5.   Il-kategorija 4 tinkludi iz-zokkor li m’humiex fil-kategoriji 1, 2 u 3.

6.   Il-prezz tax-xiri stabbilit fil-paragrafu 1 huwa mnaqqas bi:

a)

7,30 euro għal kull tunnellata, meta z-zokkor ikun tal-kategorija 3;

b)

13,10 euro għal kull tunnellata, meta z-zokkor ikun tal-kategorija 4.

Artikolu 33

Prezz tax-xiri taz-zokkor mhux raffinat

1.   Il-prezz tax-xiri bl-intervent taz-zokkor mhux raffinat huwa:

397,44 euro għal kull tunnellata matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007;

359,04 euro għal kull tunnellata matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008;

268,16 euro għal kull tunnellata matul is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010,

2.   Il-prezz tax-xiri stabbilit fil-paragrafu 1 huwa:

a)

miżjud meta r-rendiment taz-zokkor ikkonċernat huwa aktar minn 92 %;

b)

mnaqqas meta r-rendiment taz-zokkor ikkonċernat huwa inqas minn 92 %.

3.   L-ammont taż-żieda jew tat-tnaqqis, espress f’euro għal kull tunnellata, huwa ugwali għad-differenza bejn il-prezz tal-intervent taz-zokkor mhux raffinat u dan l-istess prezz li jkollu koeffiċjent. Dan il-koeffiċjent huwa ottenut billi jiġi diviż ir-rendiment taz-zokkor mhux raffinat ikkonċernat bi 92 %.

4.   Ir-rendiment taz-zokkor mhux raffinat huwa kkalkulat b’konformità mal-punt III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

Artikolu 34

Limiti ta’ żmien għall-ħlas

L-aġenzija ta’ intervent tagħmel il-ħlas l-aktar kmieni fil-mija u għoxrin jum mill-jum li fih ġiet aċċettata l-offerta, sakemm il-kontrolli relatati mal-verifika tal-piż u l-karatteristiċi tal-kwalità tal-lottijiet offerti jkunu lesti b’konformità mas-Sezzjoni 4.

SEZZJONI 4

Kontrolli

Artikolu 35

Kampjun għall-finijiet tal-kontroll ta’ kwalità

Fiż-żmien stabbilit fl-Artikolu 34, jittieħdu erba’ kampjuni rappreżentattivi sabiex ikunu analizzati, minn esperti approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru inkwistjoni, jew minn esperti magħżula bi ftehim komuni mill-aġenzija ta’ intervent u dak li qed ibiegħ. Jingħata kampjun lil kull parti kontraenti. Iż-żewġ kampjuni oħra huma miżmuma minn espert jew f’laboratorju approvat mill-awtoritajiet kompetenti.

L-operazzjonijiet ta’ analiżi ta’ kull kampjun huma magħmula darbtejn u l-medja taż-żewġ riżultati tkun ikkunsidrata bħala r-riżultat tal-analiżi tal-kampjun inkwistjoni.

Artikolu 36

Tilwim relatat mal-kwalità

1.   Fil-każ ta’ differenza osservata bejn ir-riżultati tal-analiżi li tkun saret mill-bejjiegħ u mix-xerrej b’konformità mal-Artikolu 35, il-medja aritmetika taż-żewġ riżultati miksuba tkun determinanti għall-għażla tal-kategorija taz-zokkor inkwistjoni jekk id-differenza tkun:

għaz-zokkor tal-kategorija 1, inqas jew ugwali għal punt wieħed għal kull waħda mill-karatteristiċi stabbiliti fil-punt d tal-Artikolu 32(3);

għaz-zokkor tal-kategorija 2, inqas jew ugwali għal żewġ punti għal kull waħda mill-karatteristiċi stabbiliti għad-definizzjoni ta’ din il-kategorija, għal dawk li jkunu ddeterminati bil-punti.

Madankollu, analiżi ta’ arbitraġġ tista’ ssir mil-laboratorju stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 35, b’talba ta’ waħda mill-partijiet kontraenti. F’dan il-każ, tiġi maħduma l-medja aritmetika bejn ir-riżultat tal-analiżi ta’ arbitraġġ u dik tar-riżultati tal-analiżi tal-bejjiegħ u tal-analiżi tax-xerrej li huwa l-aktar qrib tar-riżultat tal-analiżi ta’ arbitraġġ.

Din il-medja hija determinanti għall-għażla tal-kategorija taz-zokkor inkwistjoni. Jekk ir-riżultat tal-analiżi ta’ arbitraġġ jinsab f’distanza ugwali mir-riżultati tal-analiżi li għamlu dak li qed ibiegħ u dak li qed jixtri, l-analiżi ta’ arbitraġġ tkun l-unika li tiddetermina l-kategorija taz-zokkor inkwistjoni.

2.   Meta d-differenza osservata bejn ir-riżultati tal-analiżi li tkun saret mill-bejjiegħ u x-xerrej, b’konformità mal-Artikolu 35, tkun aktar minn dik stabbilita fl-ewwel jew it-tieni punt tal-ewwel inċiż tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, skont il-każ, issir analiżi ta’ arbitraġġ minn laboratorju approvat mill-awtoritajiet kompetenti. F’dan il-każ, il-proċedura stabbilita fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika.

3.   Għat-tilwim dwar il-limitu massimu għat-tip ta’ kulur taz-zokkor tal-kategorija 3, il-polarizzazzjoni, l-umdità jew il-kontenut ta’ zokkor intervertit, il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 u 2 tapplika.

Madankollu, id-differenzi stabbiliti fil-paragrafu 1 huma sostitwiti b’:

1,0 unità tat-tip ta’ kulur għaz-zokkor tal-kategorija 3,

0,2 S għall-polarizzazzjoni,

0,02 % għall-umdità,

0,01 % għall-kontenut ta’ zokkor intervertit.

4.   Meta jkun hemm tilwim bejn il-partijiet kontraenti, wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 35, għas-suġġett tar-rendiment taz-zokkor mhux raffinat li nxtara, issir analiżi ta’ arbitraġġ mil-laboratorju stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu msemmi. F’dan il-każ, tiġi maħduma l-medja aritmetika bejn ir-riżultat tal-analiżi ta’ arbirtraġġ u dik tar-riżultati tal-analiżi tal-bejjiegħ u tal-analiżi tax-xerrej li huwa l-aktar qrib tar-riżultat tal-analiżi ta’ arbitraġġ.

Din il-medja hija determinanti għall-kalkolu tar-rendiment taz-zokkor mhux raffinat inkwistjoni. Jekk ir-riżultat tal-analiżi ta’ arbitraġġ jinsab f’distanza ugwali mir-riżultati tal-analiżi li għamlu dak li qed ibiegħ u dak li qed jixtri, l-analiżi ta’ arbitraġġ tkun l-unika waħda li tiddetermina r-rendiment taz-zokkor mhux raffinat inkwistjoni.

5.   L-ispejjeż tal-analiżi ta’ arbitraġġ stabbiliti fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1, huma mħallsin mill-parti kontraenti li qed tagħmel it-talba.

L-ispejjeż tal-analiżi ta’ arbitraġġ stabbiliti fil-paragrafu 2 huma mħallsa f’partijiet ugwali mill-aġenzija ta’ intervent u dak li qed ibiegħ.

L-ispejjeż tal-analiżi ta’ arbitraġġ stabbiliti fil-paragrafu 3 huma mħallsa mill-parti kontraenti li kkuntestat ir-riżultati tal-analiżi magħmula b’applikazzjoni tal-Artikolu 35.

Artikolu 37

Kontroll tal-postijiet tal-ħżin

L-aġenzija kompetenti inkarigata bil-kontroll tagħmel spezzjoni fuq il-post tal-postijiet tal-ħżin b’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2148/96 tal-Kummissjoni (6).

Artikolu 38

Kontroll tal-piż u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu

1.   L-esperti stabbiliti fl-Artikolu 35 jipproċedu għall-verifika tal-piż taz-zokkor mibjugħ.

Il-bejjiegħ għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippermetti lil dawn l-esperti jipproċedu għall-verifika tal-piż u għat-teħid tal-kampjuni.

2.   L-ispejjeż tal-verifika tal-piż huma mħallsin mill-bejjiegħ.

3.   L-ispejjeż tal-esperti li jagħmlu l-verifika tal-piż u li jieħdu l-kampjuni huma mħallsin mill-aġenzija ta’ intervent.

4.   Il-kwantità tista’ tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-kontijiet tal-istokk li għandha tikkorrispondi mal-esiġenzi professjonali kif ukoll ma’ dawk tal-aġenzija ta’ intervent, sakemm:

a)

il-kontijiet tal-istokk juru l-piż li ġie kkalkulat bl-użin u l-karatteristiċi ta’ kwalità fiżiċi fil-mument tal-użin filwaqt li l-użin ma jistax ikun sar aktar minn għaxar xhur qabel;

b)

dak li jaħżen jiddikjara li l-lott offrut jikkorrispondi fl-elementi kollha tiegħu għall-indikazzjonijiet stabbiliti fil-kontijiet tal-istokk;

c)

il-karatteristiċi ta’ kwalità osservati fil-mument tal-użin jaqblu ma’ dawk tal-kampjuni rappreżentattivi.

SEZZJONI 5

Bejgħ bl-intervent

Artikolu 39

Bejgħ

1.   L-aġenziji ta’ intervent jistgħu jbiegħu zokkor biss wara li t-tpoġġija għall-bejgħ tkun deċiża skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

2.   It-tpoġġija għal-bejgħ taz-zokkor fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 issir b’aġġudikazzjoni jew bi proċedura oħra ta’ bejgħ.

3.   Waqt id-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-aġġudikazzjoni, ikunu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-aġġudikazzjoni, u b’mod partikolari d-destinazzjoni taz-zokkor li għandu jinbiegħ.

Għall-finijiet ta’ din is-sezzjoni, “destinazzjoni” tfisser:

a)

l-għalf tal-annimali;

b)

l-esportazzjoni;

c)

għanijiet oħra, jekk ikun il-każ, li għandhom jiġu ddeterminati.

L-aġġudikazzjoni tikkonċerna, skont il-każ, il-prezz tal-bejgħ, l-ammont tal-primjum ta’ denaturazzjoni jew l-ammont tar-restituzzjoni mal-esportazzjoni.

4.   Il-kundizzjonijiet tal-aġġudikazzjoni għandhom jassiguraw l-ugwaljanza fl-aċċess u tat-trattament ta’ kull min hu interessat ikun xi jkun il-post tal-istabbiliment tiegħu fil-Komunità.

Artikolu 40

Avviż ta’ aġġudikazzjoni

1.   L-aġġudikazzjoni hija assigurata mill-aġenzija ta’ intervent ikkonċernata għall-kwantitajiet ta’ zokkor inkwistjoni li qed iżżomm.

2.   Kull aġenzija ta’ intervent ikkonċernata tistabbilixxi avviż ta’ aġġudikazzjoni li tippubblika għallinqas tmint ijiem qabel il-bidu tal-perijodu stabbilit għall-preżentazzjoni tal-offerti.

L-aġenzija ta’ intervent tagħti l-avviż ta’ aġġudikazzjoni, kif ukoll l-emendi kollha tiegħu, lill-Kummissjoni qabel ma jiġi ppubblikat.

3.   L-avviż ta’ aġġudikazzjoni jindika b’mod partikolari:

a)

l-isem u l-indirizz tal-aġenzija ta’ intervent li jagħmel l-aġġudikazzjoni;

b)

il-kundizzjonijiet tal-aġġudikazzjoni;

c)

il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti;

d)

il-lottijiet ta’ zokkor li jitpoġġew għall-aġġudikazzjoni, u, għal kull lott:

ir-referenza,

il-kwantità,

id-denominazzjoni ta’ kwalità taz-zokkor inkwistjoni,

il-mod ta’ preżentazzjoni,

il-lok tal-post fejn iz-zokkor inkwistjoni huwa maħżun,

l-istadju tal-kunsinna,

jekk ikun il-każ, l-eżistenza ta’ possibbiltajiet ta’ tagħbija fuq mezzi tat-trasport ta’ fuq ix-xmara, il-baħar jew ferroviji.

Għall-finijiet ta’ din is-sezzjoni, “lott” tfisser kwantità ta’ zokkor li għandha l-istess denominazzjoni ta’ kwalità, l-istess mod ta’ preżentazzjoni u li tkun fl-istess post tal-ħżin. L-offerta minima għal kull aġġudikazzjoni parzjali hija 250 tunnellata.

4.   L-aġenzija ta’ intervent tieħu id-dispożizzjonijiet li tikkunsidra utli biex tippermetti lil dawk interessati li jagħmlulha t-talba biex teżamina z-zokkor li qed jinbiegħ.

Artikolu 41

Aġġudikazzjoni

1.   Għal kull attribuzzjoni tal-aġġudikazzjoni għandu jkun hemm kuntratt ta’ bejgħ għall-kwantità ta’ zokkor attribwita. L-attribuzzjoni tal-aġġudikazzjoni ssir, skont il-każ, skont l-elementi li ġejjin li jidhru fl-offerta:

a)

il-prezz li għandu jħallas ix-xerrej;

b)

l-ammont tal-primjum tad-denaturazzjoni;

c)

l-ammont tar-restituzzjoni mal-esportazzjoni.

2.   Il-prezz li għandu jħallas ix-xerrej huwa:

a)

fil-każ stabbilit fil-punt a tal-paragrafu 1, dak li jidher fl-offerta;

b)

fil-każ stabbilit fil-punti b u c tal-paragrafu 1, dak li jidher fil-kundizzjonijiet tal-aġġudikazzjoni.

Artikolu 42

Kundizzjonijiet tal-aġġudikazzjoni

1.   Għat-tpoġġija għall-aġġudikazzjoni taz-zokkor, il-kundizzjonijiet għall-aġġudikazzjoni li ġejjin huma determinati fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-aġġudikazzjoni:

a)

il-kwantità totali jew il-kwantitajiet li tpoġġew għall-aġġudikazzjoni;

b)

id-destinazzjoni;

c)

il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti;

d)

il-prezz li għandu jitħallas mix-xerrej fil-każ li z-zokkor ser jintuża għall-għalf tal-annimali jew għall-esportazzjoni.

2.   Xi kundizzjonijiet supplimentari jistgħu jiġu stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-aġġudikazzjoni, b’mod partikolari:

a)

l-ammont tal-prezz minimu taz-zokkor li qed jinbiegħ għal destinazzjoni li mhux dik tal-għalf tal-annimali jew tal-esportazzjoni;

b)

l-ammont massimu għall-primjum tad-denaturazzjoni jew għar-restituzzjoni mal-esportazzjoni;

c)

il-kwantità minima għal kull persuna li qed tagħmel l-offerta jew għal kull lott;

d)

il-kwantità massima għal kull persuna li qed tagħmel l-offerta jew għal kull lott;

e)

iż-żmien li fih ikunu validi b’mod partikolari t-titlu tal-primjum tad-denaturazzjoni jew tal-liċenzja għall-esportazzjoni.

Artikolu 43

Aġġudikazzjoni permanenti

1.   Jekk ikun opportun minħabba s-sitwazzjoni ezistenti fis-suq taz-zokkor fil-Komunità, tista’ tinfetaħ aġġudikazzjoni permanenti għat-tpoġġija għall-bejgħ.

Matul iż-żmien ta’ validità tal-aġġudikazzjoni permanenti jkun hemm aġġudikazzjonijiet parzjali.

2.   Il-pubblikazzjoni tal-avviż tal-aġġudikazzjoni permanenti ssir biss għall-ftuħ tagħha. L-avviż jista’ jiġi emendat jew issostitwit matul iż-żmien ta’ validità tal-aġġudikazzjoni permanenti. Huwa emendat jew issostitwit jekk, matul dan iż-żmien ta’ validità, jkun hemm xi emenda tal-kundizzjonijiet ta’ aġġudikazzjoni.

Artikolu 44

Preżentazzjoni tal-offerta

1.   L-offerti ppreżentati jiġu mogħtija lill-aġenzija ta’ intervent f’forma elettronika.

2.   L-offerta tindika:

a)

ir-referenza tal-aġġudikazzjoni;

b)

l-isem u l-indirizz ta’ min qed jagħmel l-offerta;

c)

ir-referenza tal-lott;

d)

il-kwantità li għaliha qed issir l-offerta;

e)

għal kull tunnellata, espressi f’euro b’żewġ deċimali, skont il-każ:

il-prezz propost, minbarra t-taxxi interni,

l-ammont tal-primjum ta’ denaturazzjoni propost,

l-ammont propost tar-restituzzjoni mal-esportazzjoni.

L-aġenzija ta’ intervent tista’ teżiġi xi indikazzjonijiet supplimentari.

3.   Offerta li tikkonċerna bosta lottijiet hija kkunsidrata waħda li għanda offerti daqs kemm tikkonċerna lottijiet.

4.   Offerta hija valida jekk:

a)

qabel ma jispiċċa ż-żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti, tingħata prova li garanzija ta’ aġġudikazzjoni ta’ 200 euro għal kull tunnellata ta’ zokkor ġiet stabbilita;

b)

ikollha dikjarazzjoni minn dak li qed jagħmel l-offerta li biha jintrabat, għall-kwantità ta’ zokkor li għaliha, jekk ikun il-każ, sar ix-xerrej, bi primjum ta’ denaturazzjoni, jew restituzzjoni mal-esportazzjoni:

li jitlob titlu ta’ primjum ta’ denaturazzjoni u li jistabbilixxi l-garanzija meħtieġa għal dan, għal aġġudikazzjoni għal zokkor li ser jintuża għall-għalf tal-annimali,

li jitlob liċenzja għall-esportazzjoni u jistabbilixxi l-garanzija meħtieġa għal din, għal aġġudikazzjoni għal zokkor li ser jintuża għall-esportazzjoni.

5.   Offerta tista’ tindika li tkun ikkunsidrata ppreżentata biss jekk l-attribuzzjoni tal-aġġudikazzjoni:

a)

tikkonċerna l-kwantità kollha jew parti determinata indikata fl-offerta;

b)

issir l-aktar tard f’data u f’ħin determinati.

6.   Offerta li ma tkunx ippreżentata b’konformità mal-paragrafi 1 sa 5 jew li għandha xi kundizzjonijiet oħra li mhumiex dawk stabbiliti fl-avviż tal-aġġudikazzjoni ma tkunx aċċettata.

7.   Offerta ppreżentata ma tistax tkun irtirata.

Artikolu 45

Eżaminazzjoni tal-offerti

1.   L-eżaminazzjoni tal-offerti ssir mill-aġenzija ta’ intervent mingħajr il-preżenza tal-pubbliku. Il-persuni li jitħallew jidħlu għall-eżaminazzjoni jinżammu sigrieti.

2.   L-offerti jiġu rraportati mingħajr dewmien lill-Kummissjoni.

Artikolu 46

Stabbiliment tal-ammonti

Meta l-kundizzjonijiet tal-aġġudikazzjoni ma jipprovdux prezz minimu jew ammont massimu għall-primjum ta’ denaturazzjoni jew għar-restituzzjoni mal-esportazzjoni, dawn jiġu stabbiliti wara l-eżaminazzjoni tal-offerti, filwaqt li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-kundizzjonijiet tas-suq u l-possibiltajiet ta’ bejgħ, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. Madankollu, jista’ jkun deċiż li l-aġġudikazzjoni ma titkomplix.

Artikolu 47

Attribuzzjoni tal-aġġudikazzjoni

1.   Ħlief jekk ikun deċiż li ma titkomplix l-aġġudikazzjoni jew l-aġġudikazzjoni parzjali u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3, l-aġġudikazzjoni tiġi attribwita lil dawk li l-offerta tagħhom ma tkunx inferjuri għall-prezz minimu jew li ma tkunx aktar mill-ammont massimu tal-primjum ta’ denaturazzjoni jew minn dak tar-restituzzjoni mal-esportazzjoni.

2.   Għall-istess lott, l-aġġudikazzjoni hija attribwita lil dak li l-offerta tiegħu tindika, skont il-każ, il-prezz l-aktar għoli, jew l-ammont l-inqas għoli għall-primjum ta’ denaturazzjoni jew għar-restituzzjoni mal-esportazzjoni.

Jekk il-lott ma jispiċċax totalment ma’ din l-offerta, il-kwantità li tifdal hija attribwita lill-offerenti skont il-livell tal-prezz propost billi jibdew mill-aktar wieħed għoli, jew skont il-livell tal-ammont propost għall-primjum ta’ denaturazzjoni jew għar-restituzzjoni mal-esportazzjoni billi jibdew mill-inqas wieħed għoli.

3.   Meta, għal lott jew parti minn lott, bosta persuni joffru l-istess prezz, jew l-istess ammont għall-primjum ta’ denaturazzjoni jew għar-restituzzjoni mal-esportazzjoni, l-aġenzija ta’ intervent tattribwixxi l-kwantità inkwistjoni permezz ta’ wieħed mill-modi li ġejjin:

a)

bi pro rata tal-kwantitajiet li jidhru fl-offerti kkonċernati;

b)

billi jqassmu l-kwantità msemmija bejn l-offerenti bi ftehim magħhom;

c)

bix-xorti.

Artikolu 48

Drittijiet u obbligi li jiġu mill-attribuzzjoni

1.   Meta z-zokkor ser jintuża għall-għalf tal-annimali, l-attribuzzjoni tal-aġġudikazzjoni twassal:

a)

għad-dritt għall-ħruġ, għall-kwantità li għaliha ġie attribwit il-primjum ta’ denaturazzjoni, ta’ titlu ta’ primjum ta’ denaturazzjoni, li jaċċenna b’mod partikolari l-primjum indikat fl-offerta;

b)

għall-obbligu li jitolbu dan it-titlu, għal din il-kwantità, mill-aġenzija ta’ intervent fejn ġiet ippreżentata l-offerta.

2.   Meta z-zokkor jintuża għall-esportazzjoni, l-attribuzzjoni tal-aġġudikazzjoni twassal:

a)

għad-dritt għall-ħruġ, għall-kwantità li għaliha ġiet attribwita r-restituzzjoni mal-esportazzjoni, ta’ liċenzja għall-esportazzjoni li taċċenna b’mod partikolari r-restituzzjoni mal-esportazzjoni, indikat fl-offerta, kif ukoll, għaz-zokkor abjad, il-kategorija stabbilita fl-avviż tal-aġġudikazzjoni;

b)

għall-obbligu li jitolbu din il-liċenzja, għal din il-kwantità u, għal dak li għandu x’jaqsam maz-zokkor abjad, għal din il-kategorija, mill-aġenzija ta’ intervent fejn ġiet ippreżentata l-offerta.

3.   Id-dritt huwa eżerċitat u l-obbligu huwa ssodisfat fi tmintax-il jum wara l-jum ta’ għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti.

4.   Id-drittijiet u obbligi li jiġu mill-attribuzzjoni tal-aġġudikazzjoni ma jistgħux ikunu ttrasferiti.

Artikolu 49

Dikjarazzjoni tal-attribuzzjoni

1.   L-aġenzija ta’ intervent tagħti minnufih lix-xerrejja dikjarazzjoni ta’ attribuzzjoni tal-aġġudikazzjoni u tinforma lil dawk kollha li għamlu offerta bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-aġġudikazzjoni.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ attribuzzjoni tal-aġġudikazzjoni tindika għallinqas:

a)

ir-referenza għall-aġġudikazzjoni;

b)

ir-referenza tal-lott u l-kwantità attribwita;

c)

skont il-każ, il-prezz, l-ammont tal-primjum ta’ denaturazzjoni jew dak tar-restituzzjoni mal-esportazzjoni li jintgħażlu għall-kwantità attribwita.

Artikolu 50

Tneħħija taz-zokkor mixtri

1.   Ħlief f’każ ta’ forza maġġuri, it-tneħħija taz-zokkor mixtri jsir l-aktar tard erba’ ġimgħat wara l-jum li fih tiġi rċevuta d-dikjarazzjoni ta’ attribuzzjoni stabbilita fl-Artikolu 49. Ix-xerrej u l-aġenzija ta’ intervent jistgħu jiddeċiedu li jekk isir kuntratt ta’ ħżin, f’dan iż-żmien, bejn ix-xerrej u dak li jaħżen iz-zokkor inkwistjoni, dan jissostitwixxi t-tneħħija.

Madankollu, l-aġenzija ta’ intervent tista’ tipprevedi żmien aktar twil għat-tneħħija tal-lottijiet iddeterminati u sakemm ikun meħtieġ, meta jkollha xi diffikultajiet ta’ irtirar mill-ħażna.

2.   F’każ ta’ forza maġġuri, l-aġenzija ta’ intervent tiddetermina l-miżuri li taħseb li jkunu meħtieġa minħabba ċ-ċirkostanza invokata mix-xerrej.

Artikolu 51

Kupun ta’ tneħħija

1.   It-tneħħija taz-zokkor mixtri mix-xerrej jew kuntratt tal-ħżin b’konformità mal-Artikolu 50(1) jistgħu jsiru biss wara il-ħruġ ta’ kupun ta’ tneħħija għall-kwantità attribwita.

Madankollu, xi kupuni tat-tneħħija jistgħu joħorġu għal frazzjonijiet tal-kwantità msemmija.

Kull kupun ta’ tneħħija huwa maħruġ mill-aġenzija ta’ intervent ikkonċernata, b’talba mill-persuna kkonċernata.

2.   L-aġenzija ta’ intervent toħroġ kupun ta’ tneħħija biss jekk tingħata l-prova li x-xerrej stabbilixxa garanzija li tiggarantixxi l-ħlas, fiż-żmien stipulat, tal-prezz taz-zokkor attribwit jew jekk irrilaxxa dokument kummerċjali ta’ ħlas.

Il-garanzija kif ukoll id-dokument kummerċjali ta’ ħlas jikkorrispondu għall-prezz li għandu jitħallas, mix-xerrej, għall-kwantità ta’ zokkor li għaliha talab għal kupun ta’ tneħħija.

Artikolu 52

Ħlas

1.   Il-ħlas taz-zokkor attribwit għandu jsir lill-aġenzija ta’ intervent l-aktar tard fit-tletin jum wara li joħroġ kupun ta’ tneħħija.

2.   Ħlief f’każ ta’ forza maġġuri, il-garanzija stabbilita fl-Artikolu 51(2) tkun rilaxxata biss għall-kwantità li għaliha x-xerrej, fiż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ħallas il-prezz tax-xiri lill-aġenzija msemmija. Dan ir-rilaxx isir minnufih.

3.   F’każ ta’ forza maġġuri, l-aġenzija ta’ intervent tiddetermina l-miżuri li taħseb huma meħtieġa minħabba c-cirkostanza invokata mix-xerrej.

Artikolu 53

Trasferiment ta’ proprjetà

1.   Il-proprjetà taz-zokkor li huwa s-suġġett tal-attribuzzjoni tal-aġġudikazzjoni huwa trasferit fil-mument meta jitneħħa z-zokkor.

2.   Madankollu, l-aġenzija ta’ intervent u x-xerrej jistgħu jiddeċiedu li jsir f’mument ieħor. Meta jkun hemm ftehim bejn l-aġenzija ta’ intervent u x-xerrej b’konformità mal-Artikolu 50(1), dawn jiddeċiedu flimkien il-mument li fih isir it-trasferiment ta’ proprjetà.

3.   Il-ftehim dwar il-mument tat-trasferiment ta’ proprjetà huwa validu biss jekk ikun magħmul bil-miktub.

Artikolu 54

Determinazzjoni tal-kategorija jew tar-rendiment

Għad-determinazzjoni tal-kategorija jew tar-rendiment taz-zokkor inkwistjoni, waqt it-tneħħija, japplikaw l-Artikoli 35 u 36.

Madankollu, il-partijiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu, wara l-attribuzzjoni tal-aġġudikazzjoni, li r-riżultati tad-determinazzjoni tal-kategorija jew tar-rendiment validu għaz-zokkor mixtri mill-aġenzija ta’ intervent huma wkoll validi għaz-zokkor mibjugħ wara l-aġġudikazzjoni.

Artikolu 55

Adattament tal-prezz taz-zokkor

1.   Meta l-applikazzjoni tal-Artikoli 35 u 36 twassal, għaz-zokkor abjad, għad-determinazzjoni ta’ xi kategorija inferjuri minn dik stabbilita fl-avviż ta’ aġġudikazzjoni, il-prezz taz-zokkor jiġi adattat, għad-destinazzjonijiet stabbiliti fil-punti b u c tat-tieni inċiż tal-Artikolu 39(3), b’konformità mal-Artikolu 32(6).

2.   Meta jkun iddeterminat, għaz-zokkor abjad li ser jintuża għall-esportazzjoni, li jaqa’ taħt kategorija oħra milli dik prevista fl-avviż ta’ aġġudikazzjoni, il-kategorija msemmija fil-liċenzja għall-esportazzjoni tiġi rettifikata.

3.   Meta l-applikazzjoni tal-Artikoli 35 u 36 twassal, għaz-zokkor mhux raffinat, għad-determinazzjoni ta’ rendiment li m’huwiex dak previst fl-avviż ta’ aġġudikazzjoni:

a)

il-prezz taz-zokkor huwa adattat b’konformità mal-Artikolu 33;

b)

l-ammont tal-primjum ta’ denaturazzjoni jew l-ammont tar-restituzzjoni mal-esportazzjoni huwa adattat billi jiġi mmultiplikat b’koeffiċjent ugwali għar-rendiment iddeterminat diviż bir-rendiment indikat fl-avviż ta’ aġġudikazzjoni.

Artikolu 56

Rilaxx tal-garanzija

1.   Ħlief f’każ ta’ forza maġġuri, il-garanzija ta’ aġġudikazzjoni tkun rilaxxata biss għall-kwantità li għaliha:

a)

jew ix-xerrej:

talab, wara li ssodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa, titlu ta’ primjum ta’ denaturazzjoni, jew liċenzja għall-esportazzjoni,

ikkostitwixxa l-garanzija stabbilita fl-Artikolu 51(2), jew ta d-dokument kummerċjali ta’ ħlas stabbilit fl-Artikolu 51(2),

neħħa z-zokkor fiż-żmien stipulat;

b)

jew li ma ngħatatx wara l-offerta.

2.   Ir-rilaxx tal-garanzija jsir minnufih.

3.   F’każ ta’ forza maġġuri, l-aġenzija ta’ intervent tiddetermina l-miżuri li taħseb ikunu meħtieġa minħabba ċ-ċirkostanza invokata mix-xerrej.

Artikolu 57

Rapporti tal-kwantitajiet

L-Istati Membri jirraportaw lill-Kummissjoni, hekk kif isiru jafuhom, il-kwantitajiet ta’ zokkor abjad u ta’ zokkor mhux raffinat:

offruti iżda li ma jkunux għadhom aċċettati mill-aġenzija ta’ intervent;

aċċettati mill-aġenzija ta’ intervent;

mibjugħin mill-aġenzija ta’ intervent.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 58

Rapporti

Ir-rapporti lill-Kummissjoni stabbiliti fl-Artikoli 12, 21, 22 u 57 ta’ dan ir-Regolament jsiru b’mod elettroniku bil-formuli li l-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri.

Artikolu 59

Revoki

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1261/2001, (KE) Nru 1262/2001 u (KE) Nru 314/2002 huma revokati.

Madankollu r-Regolamenti (KE) Nru 1261/2001 u (KE) Nru 314/2002 jibqgħu applikabbli għall-produzzjoni tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2005/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1262/2001 jibqa’ applikabbli għaz-zokkor aċċettat bl-intervent qabel l-10 ta’ Frar 2006.

Artikolu 60

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.

L-Artikoli 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37 u 38 huma applikabbli sat-30 ta’ Settembru 2010,

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 46.

(3)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 218/2006 (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 19).

(4)  ĠU L 50, 21.1.2002, p. 40. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 493/2006 (ĠU L 89, 28.3.2006, p. 11).

(5)  ĠU L 214, 8.9.1995, p. 16.

(6)  ĠU L 288, 9.11.1996, p. 6.


ANNESS

KWANTITAJIET GĦAL KULL STAT MEMBRU STABBILITI FL-ARTIKOLU 23(3)

Stat Membru

kwantitajiet

(tunnellati)

Il-Belġju

28 204

Ir-Repubblika Ċeka

15 648

Id-Danimarka

14 475

Il-Ġermanja

117 550

Il-Greċja

10 923

Spanja

34 298

Franza (tal-kontinent)

113 141

Franza (territorji barranin)

16 522

L-Irlanda

6 855

L-Italja

53 580

Il-Latvja

2 288

Il-Litwanja

3 544

L-Ungerija

13 819

L-Olanda

29 743

L-Awstrija

13 325

Il-Polonja

57 519

Il-Portugall (tal-kontinent)

2 398

Il-Portugall (Açores)

342

Is-Slovenja

1 822

Is-Slovakja

7 136

Il-Finlandja

5 026

L-Iżvezja

12 669

Ir-Renju Unit

39 172


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

349


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 991/2006

tat-30 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1870/2005 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi u li jintroduċi sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għal tewm impurtat minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31(2) u 34(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/398/KE (3), jipprovdi, fejn jikkonċerna liċ-Ċina, għal żieda ta’ 20 500 tunnellata fuq il-kwota tariffarja ta’ tewm li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 0703 20 00.

(2)

Din iż-żieda għandha tiġi riflessa fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1870/2005 (4).

(3)

L-esperjenza wriet li, għall-fini ta’ ċarezza, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1870/2005 dwar il-kwantità ta’ referenza, id-definizzjonijiet ta’ importaturi, l-applikazzjonijiet għall-liċenzji tal-importazzjoni u l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni għandhom jittejbu.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 għandu jiġi emendat kif ġej.

(1)

Fl-Artikolu 2(5), il-punt (c) għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:

‘(c)

għall-importaturi tradizzjonali li ma jaqgħux taħt (a) jew (b), il-kwantità massima ta’ tewm impurtat matul wieħed mill-ewwel tliet perjodi ta’ importazzjoni konklużi li matulhom kisbu liċenzji għall-importazzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 565/2002 jew dan ir-Regolament.’

(2)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:

‘1.   “Importaturi Tradizzjonali” tfisser importaturi, persuni fiżiċi jew legali, operaturi individwali jew assoċjazzjonijiet ta’ operaturi stabbiliti f’konformità mal-liġi nazzjonali, li Stati Membru jikkunsidra li jkunu:

(a)

kisbu liċenzji għall-importazzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 565/2002 jew dan ir-Regolament f’kull wieħed mit-tliet perjodi ta’ importazzjoni konklużi preċedenti;

(b)

impurtaw it-tewm lejn il-Komunità f’almenu tnejn mit-tliet perjodi ta’ importazzjoni preċedenti konklużi;

(ċ)

impurtaw lejn il-Komunità mill-inqas 50 tunnellata frott u ħxejjex kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 matul l-aħħar perjodu ta’ importazzjoni konkluż li jkun ġie qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.”

(b)

Fil-paragrafu 3(a), il-punt (i) għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:

‘(i)

matul almenu tnejn mit-tliet perjodi ta’ importazzjoni konklużi preċedenti, ikunu impurtaw it-tewm minn pajjiżi tal-oriġini li ma jkunux l-Istati Membri l-ġodda jew il-Komunità kif stabbilita sat-30 ta’ April 2004;’

(3)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:

‘2.   Il-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet għal liċenzji “A” mixħuta minn impurtatur ġdid fi kwalunkwe kwart tas-sena ma tistax taqbeż l-10 % tal-kwantità totali msemmija fl-Anness I għal dak il-kwart u dik l-oriġini. L-applikazzjonijiet li ma jikkonformawx ma’ din ir-regola għandhom jiġu rrifjutati mill-awtoritajiet kompetenti.’

(4)

Fl-Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:

“Meta, matul il-perjodu ta’ importazzjoni konkluż preċedenti, impurtaturi ġodda jkunu kisbu liċenzji għall-importazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 565/2002, għandhom jissottomettu xhieda li almenu ammont ta’ 90 % tal-kwantità allokata lilhom ikun ġie rrilaxxat għal ċirkulazzjoni ħielsa.”

(5)

L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-tieni paragrafu għandu jitħassar.

(b)

It-tielet paragrafu għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:

“Il-Kummissjoni tikkomunika lill-Istati Membri fuq bażi regolari, fil-ħin opportun u b'mod li hu xieraq, l-ammonti ta’ kwoti użati u l-informazzjoni li taslilha skont l-Artikoli 12 u 16(2).”

(6)

L-Anness I għandu jiġi ssostitwit bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjal ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 154, 8.6.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 154, 8.6.2006, p. 22.

(4)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 19.


ANNESS

“ANNESS I

Għall-perjodu ta’ importazzjoni 2006/2007

Oriġini

Numru tal-ordni

Kwota (tunnellati)

L-ewwel kwart tas-sena

(Ġunju-Awwissu)

It-tieni kwart tas-sena

(Settembru-Novembru)

It-tielet kwart tas-sena

(Diċembru-Frar)

Ir-raba’ kwart tas-sena)

(Marzu-Mejju)

Total

L-Arġentina

 

 

 

 

 

19 147

Impurtaturi tradizzjonali

09.4104

9 590

3 813

Impurtaturi ġodda

09.4099

4 110

1 634

Total

 

 

 

13 700

5 447

Iċ-Ċina

 

 

 

 

 

33 700

Impurtaturi tradizzjonali

09.4105

2 520

2 520

9 275

9 275

Impurtaturi ġodda

09.4100

1 080

1 080

3 975

3 975

Total

 

3 600

3 600

13 250

13 250

Pajjiżi oħra

 

 

 

 

 

6 023

Impurtaturi tradizzjonali

09.4106

941

1 960

929

386

Impurtaturi ġodda

09.4102

403

840

398

166

Total

 

1 344

2 800

1 327

552

Total

4 944

6 400

28 277

19 249

58 870


Għall-perjodi ta’ importazzjoni sussegwenti

Oriġini

Numru tal-ordni

Kwota (tunnellati)

L-ewwel kwart tas-sena

(Ġunju-Awwissu)

It-tieni kwart tas-sena

(Settembru-Novembru)

It-tielet kwart tas-sena

(Diċembru-Frar)

Ir-raba’ kwart tas-sena)

(Marzu-Mejju)

Total

L-Arġentina

 

 

 

 

 

19 147

Impurtaturi tradizzjonali

09.4104

9 590

3 813

Impurtaturi ġodda

09.4099

4 110

1 634

Total

 

 

 

13 700

5 447

Iċ-Ċina

 

 

 

 

 

33 700

Impurtaturi tradizzjonali

09.4105

6 108

6 108

5 688

5 688

Impurtaturi ġodda

09.4100

2 617

2 617

2 437

2 437

Total

 

8 725

8 725

8 125

8 125

Pajjiżi oħra

 

 

 

 

 

6 023

Impurtaturi tradizzjonali

09.4106

941

1 960

929

386

Impurtaturi ġodda

09.4102

403

840

398

166

Total

 

1 344

2 800

1 327

552

Total

10 069

11 525

23 152

14 124

58 870 ”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

352


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1017/2006

ta' l-4 ta' Lulju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1472/2003 li jagħti bidu u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa tal-Komunità għas-sugu tal-għeneb u għeneb magħsur b’effett mis-sena ta’ suq 2003/2004, safejn hija kkonċernata l-kwota tariffarja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 62 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1472/2003 (2) jipprovdi għall-bidu ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 14 000 tunnellata ta' meraq tal-għeneb u most li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2009 61 90, 2009 69 11, 2009 69 19, 2009 69 51 u 2009 69 90.

(2)

Il-Ftehim taħt forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (3), jipprovdi għal żieda ta' 29 tunnellata, mill-15 ta' Ġunju 2006, fil-kwota tariffarja annwali ta' importazzjoni tal-meraq tal-għeneb. Huwa għalhekk xieraq li tiġi miżjuda l-kwantità ta' meraq tal-għeneb u most taħt il-kwota tariffarja 09.0067 imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1472/2003.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1472/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-ewwel subparagrfau tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1472/2003, “14 000 tunnellata” tinbidel u ssir “14 029 tunnellata”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f‘Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-15 ta' Ġunju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 211, 21.8.2003, p. 10.

(3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

353


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1022/2006

tal-5 ta' Lulju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2005 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar l-azzjonijiet ta' tagħrif u ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar l-azzjonijiet ta' tagħrif u ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 4, 5(1), 12 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000 jiddefinixxi l-kriterji biex jintużaw biex ikunu determinati t-temi u l-prodotti li għalihom miżuri ta’ informazzjoni u/jew promozzjoni jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ fis-suq intern. Dawn it-temi u prodott huma nnumerati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1071/2005 tal-Kummissjoni (2).

(2)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000, għal kull wieħed mis-setturi jew prodotti miżmuma, għandhom ikunu stabbiliti linji gwida li jiddefinixxu l-linji ġenerali ta’ kampanji li għandhom jitwettqu f’dawn is-setturi. Il-linji gwida għas-setturi u prodotti miżmuma jidhru fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1071/2005.

(3)

Il-kriżi riċenti tal-influwenza avjarja ddistabbilizzat is-settur tal-laħam tat-tjur billi pprovokat tnaqqis sinifikattiv tal-konsum li rriżulta fi kriżi ta’ fiduċja tal-konsumaturi. Jidher għalhekk opportun li tkun prevista l-possibbiltà li jitmexxew miżuri ta’ informazzjoni u/jew promozzjoni f’dan is-settur fid-dawl li tinkiseb lura l-fiduċja tal-konsumatur b’mod sostenibbli, partikularment b’informazzjoni adegwata.

(4)

Għalhekk hemm lok li fil-lista jiddaħħlu prodotti biex ikun promoss il-laħam tat-tjur u li jkunu stabbiliti linji gwida li jiddefinixxu l-linji ġenerali ta’ kampanji li għandhom isiru f’dan is-settur.

(5)

Għalhekk meħtieġ li jkun emendat ir-Regolament (KE) Nru 1071/2005 bħala konsegwenza.

(6)

Il-miżuri previsti fir-Regolament attwali huma konformi mal-parir tal-Kumitat ta’ Ġestjoni Konġunta “Promozzjoni tal-Prodotti Agrikoli”,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) 1071/2005 hu emendat kif ġej:

1)

Fl-Anness I, huwa miżjud l-inċiż li ġej:

“—

laħam tat-tjur”

2)

Fl-Anness II, it-test stabbilit f’anness tar-Regolament attwali huwa miżjud.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2060/2004 (ĠU L 357, 2.12.2004, p. 3).

(2)  ĠU L 179, 11.7.2005, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1071/2005, qed jiddaħħlu l-linji gwida ta’ hawn taħt, marbuta mal-laħam tat-tjur:

“LAĦAM TAT-TJUR

1.   Analiżi globali tas-sitwazzjoni

Il-kriżi ta’ fiduċja tal-konsumaturi rigward il-laħam tat-tjur marbuta mal-pubbliċità eċċesiva fuq il-mezzi tal-massa tal-influwenza avjarja ssarrfet fi tnaqqis sostanzjali fil-konsum. Għalhekk meħtieġ li tkun imsaħħa l-fiduċja tal-konsumaturi fil-laħam tat-tjur li joriġina mill-Komunità.

Biex dan iseħħ, jeħtieġ li tingħata informazzjoni oġġettivi dwar is-sistema ta’ produzzjoni Komunitarja (regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni) u l-kontrolli li huma rekwiżiti b’żieda mal-leġiżlazzjoni ġenerali marbuta mal-kontrolli u s-sigurtà alimentari.

2.   Miri

Il-kampanji ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni huma limitati għall-prodotti li jsiru fl-UE.

Il-mira tagħhom tikkonsisti:

f’li jkunu garantiti informazzjonijiet oġġettivi u kompluti dwar ir-regoli ta’ sistemi ta’ produzzjoni komunitarji u nazzjonali għas-sigurtà ta’ prodotti b’bażi ta’ laħam tat-tjur; b’mod partikulari informazzjoni kompluta u preċiża dwar ir-regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni trid tkun imwassla lill-konsumatur;

f’li jkun infurmat il-konsumatur dwar id-diversità u l-kwalitajiet organoleptiċi u nutrittivi tal-laħam tat-tjur;

f’li tkun miġbuda l-attenzjoni tal-konsumatur dwar it-traċċabbiltà.

3.   Gruppi fil-mira

Konsumaturi u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi

Persuni responsabbli mix-xiri ta’ kuljum

Istituzzjonijiet (ristoranti, sptarijiet, skejjel, eċċ.)

Distributuri u assoċjazjonijiet ta’ distributuri

Ġurnalisti u opinjonisti

4.   Messaġġi prinċipali

Il-laħam tat-tjur mibjugħ fit-territorju tal-UE huwa l-mira ta’ regoli Komunitarji li jkopru flimkien il-katina tal-produzzjoni, l-ippakkjar u l-konsum.

Miżuri ta’ sigurtà fosthom dawk ta’ kontrolli jkunu fis-seħħ.

Pariri ġenerali dwar l-iġjene marbuta mal-użu ta’ prodotti alimentari li joriġinaw mill-annimali.

5.   Strumenti prinċipali

Internet

Miżuri ta’ relazzjonijiet pubbliċi mal-mezzi tal-massa u l-pubbliċità (stampa xjentifika u speċjalizzata, rivisti għan-nisa, ġurnali, rivisti dwar l-ikel)

Kuntatti mal-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi

Mezzi ta’ komunikazzjoni awdjoviżivi

Dokumentazzjoni miktuba (karti volanti, fuljetti, eċċ.)

Informazzjoni fil-postijiet ta’ bejgħ

6.   Tul u kobor tal-programmi

Il-programmi għandu jkollhom mill-inqas kopertura nazzjonali jew li jikkonċernaw diversi Stati Membri.

Minn 12 sa 24 xahar, bi preferenza għall-programmi pluriannwali billi jistabbilixxu miri ġustifikati għal kull stadju.”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

355


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1134/2006

tal-25 ta' Lulju 2006

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 145 (d) u l-Artikolu 155 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 tal-21 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta'l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa (2) jintroduċi regoli għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni mill-2005.

(2)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jistabbilixxi d-data li minnha l-uċuħ tar-raba' sekondarji jistgħu jkunu temporanjament awtorizzati fir-reġjuni fejn is-soltu ċ-ċereali jinħasdu kmieni minħabba raġunijiet klimatiċi, skond l-Artikolu 51(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Fuq it-talba ta' Spanja u Franza, id-data għandha titranġa għal dawk l-Istati Membri.

(3)

Sar żball meta ġew miżjuda l-paragrafi ġodda mal-Artikolu 48a tar-Regolament (KE) Nru 795/2004. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2005 (3) u r-Regolament (KE) Nru 2183/2005 (4) it-tnejn żdiedilhom paragrafu 10. Fl-interessi taċ-ċarezza, dawk il-paragrafi li n-numru tagħhom kien affettwat għandhom jitbiddlu b'paragrafi bin-numri tajbin, għax inkella jistgħu jikkawżaw xi konfużjoni.

(4)

Sar żball ukoll fil-kliem tal-paragrafu 10 miżjud mir-Regolament (KE) Nru 2183/2005, li jawtorizza lil Malta u s-Slovenja jagħtu għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ fl-2006. L-ammonti massimi li għalihom jipprovdi dak il-paragrafu huma ħżiena, peress li dawn għandhom ikunu l-ammonti kalkolati għall-pagament uniku. B'hekk għandhom jikkorrispondu għall-komponent taż-żejt taż-żebbuġa għal dawk l-Istati Membri għall-2006 mogħtija fl-Anness VIIIa għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Id-dispożizzjoni ta’ hawn fuq għandha għalhekk tiġi emendata.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu jiġi emendat u korrett skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti għal dan fir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Paragrafu 10 kif miżjud bir-Regolament (KE) Nru 2183/2005 u paragrafu 11 tal-Artikolu 48a tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jiġu mibdula b’dan li ġej:]

“11.   Malta u s-Slovenja jistgħu jagħtu għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ għal kull GIS-ha ta’ żebbuġ fl-2006 għal minimu ta' EUR 47 000 u massimu ta' EUR 120 000 għal mhux aktar minn ħames kategoriji ta' msaġar taż-żebbuġ kif definit fl-Artikolu 110i(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

12.   Għal Slovenja, l-Artikoli 2 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 (*) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/98 għandu jibqa jgħodd, rispettivament, fir-rigward tal-ħsad tal-2006 u sal-31 ta' Diċembru 2006 (**).

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2 japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 25 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 319/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 32).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 658/2006 (ĠU L 116, 29.4.2006, p. 14).

(3)  ĠU L 273, 19.10.2005, p. 6.

(4)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 56.


ANNESS

“ANNESS I

Stat Membru

Data

Il-Belġju

15 ta' Lulju

Id-Danimarka

15 ta' Lulju

Il-Ġermanja

15 ta' Lulju

Il-Greċja tan-Nofsinhar (il-Peloponneżu, il-Gżejjer Joniċi, il-Greċja tal-Punent, Attika, l-Eġew tan-Nofsinhar u Kreta)

20 ta' Ġunju

Il-Greċja ċentrali u tat-Tramuntana (il-Maċedonja tal-Lvant u Traċja, il-Maċedonja ċentrali, il-Maċedonja tal-Punent, Epiru, Tessalja, il-Greċja kontinentali (Sterea) u l-Eġew tat-Tramuntana)

10 ta' Lulju

Spanja

1 ta' Lulju

Franza: Aquitaine u Midi-Pyrénées

1 ta' Lulju

Franza: Alsace, Auvergne, Bourgogne, Bretagne, Centre, Champagne-Ardennes, Corse, Franche-Comté, Ile-de-France, Languedoc-Roussillon, Limousin, Lorraine, Nord-Pas-de-Calais, Basse-Normandie, Haute-Normandie, Pays-de-Loire, Picardie, Poitou-Charentes, Provence-Alpes-Côte-d’Azur u Rhône-Alpes

15 ta' Lulju

L-Italja

11 ta' Ġunju

L-Awstrija

30 ta' Ġunju

Il-Portugall

1 ta' Marzu”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

358


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1179/2006

ta’ l-1 ta'Awwissu 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 (1) dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/96 (2) jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur

(2)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 (3), li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (4), jipprovdi għal żieda fil-kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni tal-laħam tat-tjur, erga omnes, ta' 49 tunnellata ta' ċerti karkassi tat-tiġieġ frisk, imkessħa jew iffriżati, ta' 4 070 tunnellata ta' qatgħat tat-tiġieġ friski, imkessħa jew iffriżati, ta' 1 605 tunnellata ta' qatgħat ta' tjur u ta' 201 tunnellata għal-laħam tad-dundjan frisk, imkessaħ jew iffriżat.

(3)

Biż-żieda fil-kwota tariffarja għall-qatgħat tat-tjur m'għadx hemm il-ħtieġa għall-miżura li hemm provvediment għaliha fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1251/96.

(4)

Minħabba l-adeżjoni probabbli mill-1 ta' Jannar 2007 tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, ikun għaqli jekk jingħata perjodu differenti għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-ewwel tliet xhur tas-sena 2007.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1251/96 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1251/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, għandu jitħassar it-tieni paragrafu.

(2)

Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-perjodu mill-1 Jannnar sal-31 ta' Marzu 2007 l-applikazzjonijiet tal-liċenzja għandhom jiġu ppreżentati matul l-ewwel ħmistax ta' Jannar 2007.”

(3)

L-Annessi huma sostitwiti bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta'Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 679/2006, ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 136. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2001 (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 24).

(3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.

(4)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.


ANNESS

ANNESS I

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-Kodiċi tan-NM

Rata ta' dazju applikabbli

(EUR/tunnellata)

Kwantitajiet annwali

(il-piż tal-prodotti f'tunnellati)

P 1

09.4067

0207 11 10

131

6 249

0207 11 30

149

0207 11 90

162

0207 12 10

149

0207 12 90

162

P 2

09.4068

0207 13 10

512

8 070

0207 13 20

179

0207 13 30

134

0207 13 40

93

0207 13 50

301

0207 13 60

231

0207 13 70

504

0207 14 20

179

0207 14 30

134

0207 14 40

93

0207 14 60

231

P 3

09.4069

0207 14 10

795

2 305

P 4

09.4070

0207 24 10

170

1 201

0207 24 90

186

0207 25 10

170

0207 25 90

186

0207 26 10

425

0207 26 20

205

0207 26 30

134

0207 26 40

93

0207 26 50

339

0207 26 60

127

0207 26 70

230

0207 26 80

415

0207 27 30

134

0207 27 40

93

0207 27 50

339

0207 27 60

127

0207 27 70

230

ANNESS II

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/96

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej — DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Unità D.2 — Implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq

Is-settur tal-laħam tat-tjur

Applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni b'dazju mnaqqas

GATT

Data:

Perjodu:


 

Stat Membru:

 

Mingħand:

 

Persuna li tista' tiġi kkuntattjata:

 

Telefon.

 

Faks.:

 

Min qed jirċievi n-notifika: AGRI.D.2

 

Faks: + 32 2 292 17 41

 

indirizz tal-posta elettronika: AGRI-IMP-POULTRY@ec.europa.eu


Numru tas-serje

Kwantità li ssir applikazzjoni għaliha

(il-piż tal-prodotti f'kg)

 

 

ANNESS III

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/96

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej — DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Unità D.2 — Implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq

Is-settur tal-laħam tat-tjur

Applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni b'dazju mnaqqas

GATT

Data:

Perjodu:


Stat Membru:


Numru tas-serje

Kodifiċi NM

Applikant

(Isem u Indirizz)

Il-kwantità

(il-piż tal-prodotti f'kg)

 

 

 

 

ANNESS IV

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/96

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej — DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Unità D.2 — Implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq

Is-settur tal-laħam tat-tjur

NOTIFIKA DWAR L-IMPORTAZZJONIJIET ATTWALI

 

Stat Membru:

 

Applikazzjoni tal-Artikolu 5(8) tar-Regolament (KE) Nru 1251/96

 

Kwantità tal-prodotti (skont il-piż tal-prodotti f'kg) attwalment importati:

 

Min qed jirċievi n-notifika: AGRI.D.2

 

Faks: + 32 2 292 17 41

 

indirizz tal-posta elettronika: AGRI-IMP-POULTRY@ec.europa.eu


In-Nru tal-Ordni

Kwantità li attwalment iddaħħlet għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

Il-pajjiż tal-oriġini

 

 

 


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

363


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1187/2006

tat-3 ta' Awwissu 2006

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 796/2004 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 21 tiegħu f’ċerti Stati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 145(n) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (2), jipprovdi fl-Artikolu 21 tiegħu biex jiġi applikat tnaqqis fil-każ ta’ applikazzjoni ta' għajnuna li tressqet tard.

(2)

Diversi Stati Membri esperjenzaw ċirkustanzi eċċezzjonali fl-amministrazzjoni tagħhom għall-applikazzjoni waħdanija fl-2006. Din is-sitwazzjoni affetwat ukoll b’diversi modi l-ħila tal-bdiewa fl-Istati Membri konċernati biex jissottomettu l-applikazzjoni waħdanija tagħhom sal-għeluq tad-data kif provdut fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. B'hekk, is-sitwazzjoni x’aktarx ser ittellef id-dritt ta' wħud mill-bdiewa li jirċievu l-għajnuna sħiħa li normalment ikunu intitolati.

(3)

Franza, l-Italja, l-Olanda, il-Portugal, Spanja u r-Renju Unit esperjenzaw problemi mhux mistennija fl-implimentazzjoni prattika tagħhom tal-Iskema ta’ Ħlas Wieħed ġdid minħabba diffikulatijiet tekniċi jew amministrattivi li ma setgħux jiġu mbassra. Barra minn hekk, l-inkużjoni tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa fl-iskema żied sostanzjalment il-kumplessità tas-sistema. L-għadd kbir ta’ bdiewa li ssottomettew applikazzjoni u l-kalkulazzjonijiet kumplessi biex jiġu ddikjarati ż-żoni biż-żebbuġ ikkumplikaw aktar l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet tal-2006 fi Franza, l-Italja, il-Portugall u Spanja.

(4)

Minħabba s-sitwazzjoni gravi maħluqa mill-għargħar fl-Ungerija u d-diffikultajiet tekniċi mhux mistennija fl-ewwel stampar tal-informazzjoni relevanti grafika fil-Polonja, id-distribuzzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-formoli tal-applikazzjonijiet sħaħ lill-bdiewa damet ma bdiet sostanzjalment u affetwat il-ħila tal-bdiewa biex jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom sad-data tal-għeluq.

(5)

Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni huwa xieraq li ma tiġix applikata għall-2006 it-tnaqqis ta’ 1 % għal kull ġurnata ta’ xogħol u l-esklużjoni provduta fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 m’għandux japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet sottomessi sakemm jiġu ffissati d-dati skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull Stat Membru konċernat.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, it-tnaqqis ta’ 1 % għal kull ġurnata ta’ xogħol u l-esklużjoni pprovduta minnha ma għandiex tapplika għall-applikazzjonijiet individwali sottomessi fl-2006 lill-awtoritajiet kompetenti:

(a)

sal-31 ta’ Mejju 2006, fir-rigward ta’:

(i)

Franza:

minn bdiewa fid-Dipartimenti Franċiżi mniżżla fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament;

minn bdiewa li bdew jissottomettu applikazzjoni elettronika qabel il-15 ta’ Mejju 2006 iżda li kienu għadhom ma lestewx l-applikazzjoni sottomessa elettronikament sa dik id-data;

(ii)

L-Ungerija, fir-rigward taż-żoni mniżżla fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(iii)

L-Olanda;

(b)

sal-15 ta’ Ġunju 2006, fir-rigward ta’:

(i)

Franza, minn bdiewa li jkabbru siġar taż-żebbuġ eliġibbli għall-Iskema ta’ Ħlas Wieħed;

(ii)

Spanja, fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi mniżżla fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(iii)

L-Italja;

(iv)

Il-Polonja;

(v)

Ir-Renju Unit, fir-rigward tal-Ingilterra;

(vi)

Il-Portugal, minn bdiewa li jkabbru siġar taż-żebbuġ eliġibbli għall-Iskema ta’ Ħlas Wieħed.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 953/2006 (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 659/2006 (ĠU L 116, 29.4.2006, p. 20).


ANNESS I

Dipartimenti Franċiżi kif imsemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 1(a)(i):

 

Alpes-de-Haute-Provence

 

Alpes-Maritimes

 

Bouches-du-Rhône

 

Haute-Corse

 

Corse du Sud

 

Var

 

Vaucluse

 

Guadeloupe

 

Martinique

 

Guyane

 

Réunion


ANNESS II

Żoni fl-Ungerija kif imsemmija fl-Artikolu 1(a)(ii)

 

Szeged

 

Kiszombor

 

Csongrád

 

Domaszék

 

Ópusztaszer

 

Dóc

 

Bordány

 

Békésszentandrás

 

Gyomaendrőd

 

Hunya

 

Szeghalom

 

Szarvas

 

Ágasegyháza

 

Akasztó

 

Bácsalmás

 

Bácsbokod

 

Bácsborsód

 

Bácsszentgyörgy

 

Bácsszőlős

 

Balotaszálás

 

Bátya

 

Borota

 

Bugac

 

Csengőd

 

Csólyospálya

 

Dusnok

 

Érsekcsanád

 

Fajsz

 

Fülöpháza

 

Harkakötöny

 

Harta

 

Hercegszántó

 

Izsák

 

Kalocsa

 

Kaskantyú

 

Katymár

 

Kecel

 

Kecskemét

 

Kecskemét-Szarkás

 

Kiskőrös

 

Kiskunfélegyháza

 

Kiskunhalas

 

Kisszálás

 

Kömpöc

 

Kunfehértó

 

Kunszállás

 

Lakitelek

 

Madaras

 

Mátételke

 

Orgovány

 

Páhi

 

Soltszentimre

 

Soltvadkert

 

Szentkirály

 

Tabdi

 

Tiszaalpár

 

Tiszakécske

 

Uszód

 

Városföld

 

Zsana


ANNESS III

Komunitajiet Awtonomi Spanjoli kif imsemmija fl-Artikolu 1(b)(ii)

 

Andalucía

 

Aragón

 

Extremadura

 

Islas Baleares

 

Comunidad Autónoma del País Vasco

 

Castilla-La Mancha

 

Castilla y León

 

Cataluña

 

La Rioja

 

Madrid

 

Región de Murcia

 

Comunidad Foral de Navarra

 

Comunidad Valenciana


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

368


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1193/2006

ta' l-4 ta' Awwissu 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1990/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur tal-inbid minħabba l-adeżjoni tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 27(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1) jistabbilixxi li l-persuni jew korpi jew gruppi ta’ persuni li għamlu l-inbid huma obbligati li jiddistillaw it-totalità tal-prodotti sekondarji li rriżultaw minn din il-produzzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (2), jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan l-obbligu ta’ distillazzjoni kif ukoll, fl-Artikolu 49 tiegħu, xi possibbiltajiet ta’ derogi.

(3)

L-Ungerija adottat il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan l-obbligu ta’ distillazzjoni. Għaldaqstant, id-distilleriji fl-Ungerija ma jesgħux biżżejjed biex ikunu ddistillati l-prodotti sekondarji kollha.

(4)

Ir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1990/2004 (3) awtorizza lill-Ungerija sabiex teskludi ċerti kategoriji ta’ produtturi mill-obbligu li jiddistillaw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid għas-sena tal-inbid 2004/2005. Din l-awtorizzazzjoni ġiet imġedda għas-sena tal-inbid 2005/2006. Fid-dawl tas-sitwazzjoni deskritta hawn fuq, din l-awtorizzazzjoni għandha terġa’ tiġġedded għas-sena tal-inbid 2006/2007.

(5)

Għalhekk għandu jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1990/2004.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Inbejjed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1990/2004, il-kliem “għas-snin tas-suq 2004/2005 u 2005/2006” huma mibdulin bil-kliem “għas-snin tas-suq 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1820/2005 tat-8 ta’ Novembru 2005 (ĠU L 293, 9.11.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 344, 20.11.2004, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1215/2005 (ĠU L 199, 29.7.2005, p. 31).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

369


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1197/2006

tas-7 ta' Awwissu 2006

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2967/85 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tal-laħam tal-majjal (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 4 (6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3220/84 tat-13 ta’ Novembru 1984 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 (3) li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal, u b’mod partikolari l-metodu għall-valutazzjoni tal-volum tad-dgħif fil-karkassi tal-majjal.

(2)

Ir-riżultati tar-riċerki riċenti dwar il-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal, b’mod partikolari l-qafas tal-proġett EUPIGCLASS, enfasizzaw l-importanza biex tittejjeb il-kwalità tal-kampjunament u biex jiġi ssimplifikat il-metodu tal-valutazzjoni tal-volum tad-dgħif fil-karkassi tal-majjal.

(3)

Il-metodu għall-valutazzjoni tal-volum tad-dgħif fil-karkassi tal-majjal u l-kalkolu tal-perċentwali ta’ referenza tad-dgħif stabbilit fir-Regolament (KEE) Nru 2967/85 għandu għalhekk jiġi adottat.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2967/85 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2967/85 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ssostitwiti b’li ġej:

“1.   Il-metodu standard statistiku għall-valutazzjoni tal-volum tad-dgħif fil-karkassi tal-majjal awtorizzat bħala metodu ta’ gradazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84 huwa, fil-prinċipju, jew it-teknika tal-l-inqas kwadrati ordinati jew inkella l-proċedura msejħa ‘tal-gradi mnaqqsa’ imma jistgħu jintużaw metodi oħra statistikament ippruvati.

Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq kampjun rappreżentattiv tal-produzzjoni nazzjonali jew reġjonali tal-laħam tal-majjal ikkonċernata, li jkun jikkonsisti f’mill-anqas 120 karkass li l-kontenut tad-dgħif tagħhom ikun ġie aċċertat skont il-metodu tad-dissezzjoni stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Jekk jintużaw metodi multipli ta' kampjunatura, ir-referenza għandha titkejjel fuq tal-inqas 50 karkass u l-preċiżjoni għandha tkun tal-inqas ugwali għal dik miksuba bl-użu tal-metodu statistiku standard fuq 120 karkass bl-applikazzjoni tal-metodu fl-Anness I.

2.   Il-metodi ta’ gradazzjoni għandhom jiġu awtorizzati biss jekk l-għerq kwadrat medju tal-previżjoni (RMSEP), ikkalkulat permezz ta' teknika ta' validazzjoni msallba integrali jkun anqas minn 2,5. Barra minn hekk, il-valuri atipiċi għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-RMSEP.”

(2)

Fl-Anness I, il-punt 2 jiġi ssostitwit b’li ġej:

“2.

Il-perċentwali ta’ referenza għad-dgħif għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

Il-piż tad-dgħif f’dawk l-erba' qatgħat għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas it-total tal-partijiet li ma jkunux dgħif tal-erba’ qatgħat mill-piż totali tal-qatgħat qabel id-dissezzjoni.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika għall-metodi ta’ gradazzjoni li għalihom l-awtorizzazzjoni tkun mitluba, kif ipprovdut fl-Artikolu 3 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2967/85, sa mill-1 ta’ Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3513/93 ĠU L 320, 22.12.1993, p. 5).

(3)  ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3127/94 (ĠU L 330, 21.12.1994, p. 43).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

371


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1221/2006

tal-11 ta' Awwissu 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 45, 59 u 61 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 (2)jistabbilixxu ċerti dati li għandhom x’jaqsmu mad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji fil-produzzjoni tal-inbid. Minħabba li fis-sena tal-inbid 2005/2006 il-ħsad kien kbir, ċerti Stati Membri għandhom problemi materjali biex ikunu jistgħu jispiċċaw id-distillazzjoni fiż-żmien stipulat. Għalhekk l-iskadenzi msemmija għandhom jiġu estiżi.

(2)

L-Artikolu 63a tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000, dwar id-distillazzjoni tal-inbid f’alkoħol tajjeb għax-xorb jistabbilixxi perċentwali tal-produzzjoni li biha, il-produtturi jistgħu jipparteċipaw f’din id-distillazzjoni. Għandha tiġi stabbilita din il-perċentwali għas-sena tal-inbid 2006/2007.

(3)

Għalhekk għandu jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operazzjonijiet għall-produtturi konċernati, dan ir-Regolament għandu japplika mis-16 ta’ Lulju 2006.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Inbejjed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jiġi emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 45(1), ir-raba’ inċiż jitbiddel bit-test li ġej:

“B’deroga fl-ewwel inċiż għas-snin tal-ħsad 2004/2005 u 2005/2006, id-data stabbilita fl-ewwel inċiż hija differita għall-31 ta’ Awwissu tas-sena tal-inbid ta’ wara.”

2)

Fl-Artikolu 59, it-tielet inċiż huwa mibdul bit-test li ġej:

“B’deroga fl-ewwel inċiż għas-snin tal-ħsad 2004/2005 u 2005/2006, id-data stabbilita f’dan l-inċiż hija differita għall-15 ta’ Settembru tas-sena tal-inbid ta’ wara.”

3)

Fl-Artikolu 61(3), it-tieni inċiż jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Għaldaqstant, għas-snin tal-ħsad 2004/2005 u 2005/2006, id-data stabbilita fl-ewwel inċiż hija differita għall-15 ta’ Settembru tas-sena tal-inbid ta’ wara.”

4)

Fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 63(2), l-aħħar sentenza tiġi mibdula bit-test li ġej:

“Għas-snin tal-ħsad 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007, din il-perċentwali hija stabbilita għal 25 %”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Japplika mis-16 ta’ Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1820/2005 (ĠU L 293, 9.11.2005, p. 8).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

372


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1222/2006

tal-11 ta' Awwissu 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 944/2006 li jiftaħ id-distillazzjoni ta’ kriżi kif provdut fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 għal ċerti nbejjed fl-Italja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b’mod partikulari l-punt (f) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ladarba diversi miżuri ta’ distilliazzjoni jkunu qed jaħdmu fl-istess ħin, l-awtoritajiet Taljani kellhom jistabbilixxu li l-kapaċitajiet ta’ distillaturi u awtoritajiet ta’ kontroll mhumiex biżżejjed biex ikun garantit it-tħaddim tajjeb ta’ distillazzjonijiet. Biex tkun assigurata l-effikaċja tal-miżura prevista mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 944/2006 (2), huwa għalhekk meħtieġ biex ikun imtawwal il-perjodu ta’ konsenja ta’ nbejjed tal-mejda f’distillatur sat-28 ta’ Frar 2007 u l-perjodu ta’ konsenja tal-alkoħol lill-korp tal-intervent sal-31 ta’ Mejju 2007. Rigward l-inbejjed ta’ kwalità psr huwa meħtieġ li jitwal il-perjodu ta’ konsenjar f’distillatur sal-15 ta’ Settembru 2006 u l-perjodu ta’ konsenja tal-alkoħol lill-korp ta’ intervent sas-16 ta’ Ottubru 2006.

(2)

Għalhekk meħtieġ li jkun emendat ir-Regolament (KE) Nru 944/2006 bħala konsegwenza.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-parir tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Inbejjed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 944/2006, il-paragrafu 1 huwa mibdul bit-test li ġej:

“1.   Il-konsenji f’distillatur ta’ kwantitajiet ta’ nbejjed li huma parti minn kuntratti miftiehma għandhom ikunu magħmula mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2007 rigward l-inbejjed tal-mejda u l-15 ta’ Settembru 2006 rigward l-inbejjed ta’ kwalità psr. L-alcoħol prodott għandu jkun konsenjat lill-korp ta’ intervent skont l-Artikolu 6(1), mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2007 rigward l-inbejjed u s-16 ta’ Ottubru 2006 rigward l-inbejjed ta’ kwalità psr.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 173, 27.6.2006, p. 10.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

373


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1226/2006

ta’ l-14 ta' Awwissu 2006

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2771/1999 u (KE) Nru 1898/2005 fir-rigward tad-dħul fil-ħażna tal-butir ta’ intervent li jitqiegħed għall-bejgħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta’ Diċembru 1999 jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema (2) jistipula li l-butir ta’ intervent li jitqiegħed għall-bejgħ, għandu jkun daħal fil-ħażna qabel l-1 ta’ Jannar 2004.

(2)

L-Artikolu 1(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta’ Novembru 2005, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ miżuri għall-bejgħ tal-krema, tal-butir u tal-butir ikkonċentrat fis-suq tal-Komunità (3), jistabbilixxi li butir ta’ intervent mixtri skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 li jrid jinbiegħ bi prezzijiet imraħħsa jrid ikun ittieħed għall-ħażna qabel l-1 ta’ Jannar 2004.

(3)

Minħabba s-sitwazzjoni fis-suq tal-butir u l-kwantitajiet ta’ butir fil-ħażna ta’ intervent, huwa xieraq li l-butir li jkun fil-ħażna qabel l-1 ta’ Jannar 2005 jkun disponibbli għall-bejgħ.

(4)

Ir-Reġolamenti (KE) Nru 2771/1999 u (KE) Nru 1898/2005 għandhom għalhekk ikunu emendati skont dan,

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

F’Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999, id-data tal-“1 ta’ Jannar 2004” hi mibdula bid-data tal-“1 ta’ Jannar 2005”.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 1(a) tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005, id-data tal-“1 ta’ Jannar 2004” hi mibdula bid-data tal-“1 ta’ Jannar 2005”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

J. L. DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 20).

(3)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

374


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1255/2006

tal-21 ta' Awwissu 2006

li li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1431/94 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati, fis-settur tal-laħam tat-tjur, l-arranġamenti tal-importazzjonijiet ipprovvduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 774/94 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal-laħam tat-tjur u ċerti prodotti oħra agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/94 (2) jipprovdi għall-ftuħ u l-amministrazzjoni, fuq bażi multi-annwali, ta' għadd ta' kwoti ta’ importazzjonijiet tal-laħam tat-tjur.

(2)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 (3), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (4), jipprovdi għal żieda tal-kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni tal-laħam tat-tjur, erga omnes, ta’ 2 485 tunnellata għal ċerti biċċiet iffriżati tad-dundjan.

(3)

Minħabba l-possibilità ta’ adeżjoni mill-1 ta' Jannar 2007 tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, ikun għaqli jekk jingħata perjodu differenti għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-ewwel tliet xhur tas-sena 2007.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1431/94 għandu jigi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1431/94 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

It-taqsima 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u għal-liċenzji għandha turi l-pajjiż tal-oriġini; il-liċenzji għandhom iġorru magħhom l-obbligazzjoni tal-importazzjoni mill-pajjiż indikat apparti milli għal gruppi 3, 5 u 6.”

(2)

L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2007 l-applikazzjonijiet tal-liċenzja għandhom jiġu ppreżentati matul l-ewwel sebat ijiem ta' Jannar 2007.”

(b)

Fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Madankollu, fil-każ tal-gruppi 3, 5 u 6 kull wieħed mill-applikanti jista' jippreżenta iktar minn applikazzjoni waħda għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti fi grupp wieħed, meta dawn il-prodotti joriġinaw f'aktar minn pajjiż wieħed. Iridu jiġu ppreżentati applikazzjonijiet separati għal kull wieħed mill-pajjiżi tal-oriġini fl-istess waqt lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Għandhom jiġu kkunsidrati, f'dak li jirrigwarda l-massimu msemmi fl-Artikolu 3(b) kif ukoll f'dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tar-regola fis-sottoparagrafu ta' qabel, bħala applikazzjoni waħda.”

(3)

L-Annessi huma mibdula bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-1 ta’ Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 679/2006. (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 156, 23.6.1994, p. 9. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1043/2001 (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 24).

(3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15

(4)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.


ANNESS

ANNESS I

0 % DAZJU TAT-TARIFFA DOGANALI KOMUNI

Tiġieġ

Pajjiż

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-Kodiċi NM

Kwantitajiet annwali

(il-piż tal-prodotti f'tunnellati)

Il-Brażil

1

09.4410

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

7 100

It-Tajlandja

2

09.4411

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

5 100

Oħrajn

3

09.4412

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

3 300


It-Turkija

Pajjiż

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-Kodiċi NM

Kwantitajiet annwali

(il-piż tal-prodotti f'tunnellati)

Il-Brażil

4

09.4420

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

1 800

Oħrajn

5

09.4421

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

700

Erga omnes

6

09.4422

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

2 485

ANNESS II

APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1431/94

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej — DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Unità D.2 — Implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq

Is-settur tal-laħam tat-tjur

Applikazzjoni għal-liċenzji għal importazzjoni ta’ 0 % dazju tat-Tariffa Doganali Komuni

Data:

Perjodu:


 

Stat Membru:

 

Mingħand:

 

Persuna li tista' tiġi kkuntattjata:

 

Telefon.

 

Faks.:

 

Min qed jirċievi n-notifika: AGRI.D.2

 

Faks: + 32 2 292 17 41

 

indirizz tal-posta elettronika: AGRI-IMP-POULTRY@ec.europa.eu


Numru tas-serje

Kwantità li ssir applikazzjoni għaliha

(il-piż tal-prodotti f'kg)

 

 

ANNESS III

L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1431/94

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej — DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Unità D.2 — Implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq

Is-settur tal-laħam tat-tjur

Applikazzjoni għal-liċenzji għal importazzjoni ta’ 0 % dazju tat-Tariffa Doganali Komuni

Data:

Perjodu:


Stat Membru:


Numru tas-serje

Kodiċi NM

Applikant

(Isem u Indirizz)

Oriġini

Il-kwantità

(il-piż tal-prodotti f'kg)

 

 

 

 

 

ANNESS IV

L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1431/94

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej — DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Unità D.2 — Implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq

Is-settur tal-laħam tat-tjur

NOTIFIKA DWAR L-IMPORTAZZJONIJIET ATTWALI

 

Stat Membru: …

 

Applikazzjoni tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KE) Nru 1431/94

 

Kwantità tal-prodotti (skont il-piż tal-prodotti f'kg) attwalment importati:

 

Min qed jirċievi n-notifika: AGRI.D.2

 

Faks: + 32 2 292 17 41

 

indirizz tal-posta elettronika: AGRI-IMP-POULTRY@ec.europa.eu


In-Nru tal-Ordni

Kwantità li attwalment iddaħħlet għaċ-ċirkolazzjoni libera

Il-pajjiż tal-oriġini

 

 

 


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

380


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1257/2006

tal-21 ta' Awwissu 2006

li japprova l-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet ta' indikazzjoni ġeografika li tidher fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Nocciola di Giffoni) [IGP]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skont l-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni eżminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni tal-emendi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Nocciola di Giffoni”.

(2)

It-talba għandha l-iskop li temenda l-ispeċifikazzjonijiet dwar l-elementi li jagħtu prova li l-prodotti agrikoli joriġinaw miż-żona ġeografika, ir-regoli speċifiċi tat-tikketti u r-rekwiżiti li għandhom jiġu rispettati skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

(3)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-elementi li jagħtu prova li l-prodotti agrikoli joriġinaw miż-żona ġeografika, l-emenda għandha l-għan li tispeċifika li minbarra l-obbligu li jżommu reġistri tal-biċċiet ta’ art għall-komuni kkonċernati, il-produtturi għandhom iżommu reġistri ta’ produzzjoni u jiddikjaraw il-kwantitajiet prodotti.

(4)

F’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli speċifiċi tat-tikketti, is-simbolu grafiku tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata ġie emendat u l-ispeċifikazzjonijiet issa jispeċifikaw li dan is-simbolu grafiku għandu jidher fuq it-tikketta tal-prodotti agrikoli kkonċernati.

(5)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-esiġenzi li għandhom jiġu rispettati skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali, ir-referenzi għal testi ta’ applikazzjoni elaborati mir-reġjun tal-Campania dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-kontrolli ġew revokati.

(6)

Wara l-investigazzjoni tat-talba msemmija għal emenda, ġie kkunsidrat li din l-emenda minn naħa waħda tikkonforma mal-eżiġenzi tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u min-naħa l-oħra hija waħda minuri. Dan l-aħħar fattur ġie konkluż għax l-emenda ma tapplikax għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott u ma tbiddilx il-konnessjoni li għandu maż-żoma ġeografika.

(7)

Għalhekk, għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Nocciola di Giffoni”, għandha tiġi approvata l-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet stabbilita fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, mingħajr ma tiġi segwita l-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi.

(8)

Għandhom ukoll jiġu ppubblikati l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. B’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, dan jimplika l-pubblikazzjoni ta’ sommarju tal-ispeċifikazzjonijiet stabbilit b’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 383/2004 (2).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika “Nocciola di Giffoni” huma emendati b’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Is-sommarju kkonsolidat li juri l-elementi prinċipali tal-ispeċifikazzjonijiet jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kunsill

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 64, 2.3.2004, p. 16.


ANNESS I

L-emendi li ġejjin ġew approvati għall-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika “Nocciola di Giffoni” (Italja):

1.

fl-Artikolu 4, l-inċiżi li ġejjin huma revokati:

“L-użu ta’ tekniki għall-kultivazzjoni u ta’ tekniki agronomiċi għandu jsir skont l-arranġamenti indikati mis-servizzi kompetenti tar-Reġjun tal-Campania”;

“F’dawn il-limiti, ir-Reġjun tal-Campania, wara li jiġu kkunsidrati l-evoluzzjoni tal-istaġun u l-kundizzjonijiet tal-ambjent għall-kultivazzjoni, kull sena tispeċifika, b’mod indikattiv, produzzjoni medja għal kull unità.”

2.

fl-Artikolu 5,

is-sentenza li ġejja:

“Il-Ministeru tar-Riżorsi ta’ l-Agrikoltura, ta’ l-Ikel u tal-Foresti jindika l-arranġamenti li għandhom jiġu adottati għall-inklużjoni, għall-implimentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet annwali tal-produzzjoni u għal-liċenzji relatati għall-finijiet ta’ kontroll korrett u opportun tal-produzzjoni rikonoxxuta u kkummerċjalizzata kull sena taħt indikazzjoni ġeografika.”

hija mibdula bis-sentenza li ġejja:

“Barra minn hekk, il-prova tal-oriġini hija assigurata billi jinżammu reġistri ta’ produzzjoni u bid-dikjarar fi żmien opportun tal-kwanitajiet prodotti.”

is-sentenza li ġejja hija revokata:

“Iż-żamma tal-kundizzjonijiet tekniċi xierqa bħalma huma dawk deskritti fl-Artikolu 4 hija assigurata mir-Reġjun tal-Campania.”

3.

fl-Artikolu 7,

is-sentenzi li ġejjin:

“B’talba mill-produtturi kkonċernati, jista’ jintuża simbolu grafiku fit-tikketta. Dan is-simbolu jikkorrispondi mad-dehra artistika, inkluża l-bażi kolorimetrika li tintagħżel, tal-logo figurattiv jew tal-logo speċifiku u inekwivoku li għandhom jintużaw b’mod konġunt u mhux separat mal-indikazzjoni ġeografika.

L-indikazzjoni ‘magħmul fl-Italja’ għandha wkoll tidher fuq il-lottijiet li jkunu sejrin jiġu esportati.”

huma mibdula bis-sentenzi li ġejjin:

“Fit-tikkettar għandu jintuża s-simbolu distintiv tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta, li għandu forma ovali u fih il-kitba ‘Nocciola di Giffoni’. Isfel, fuq in-naħa tal-lemin, hemm rappreżentazzjoni stilizzata ta’ żewġ ġellewżiet fuq xulxin u isfel, fuq in-naħa tax-xellug hemm is-simbolu grafiku tal-indikazzjoni ġeografika protetta, kif jidher hawn taħt.”


ANNESS II

SOMMARJU KKONSOLIDAT

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“NOCCIOLA DI GIFFONI”

Nru KE: IT/117/1538/29.4.2004

DPO (.) IĠP (X)

Din il-formola hija sommarju li ġie stabbilit għall-finijiet ta’ informazzjoni. Għal informazzjoni sħiħa, il-partijiet interessati għandhom il-libertà li jikkonsultaw il-verżjoni kollha tal-ispeċifikazzjonijiet, mingħand is-servizzi tal-awtoritajiet nazzjonali indikati fit-taqsima 1, jew mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea (1).

1.   Servizz kompetenti tal-Istat Membru:

Isem

:

Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

Dipartimento della Qualità dei Prodotti Agroalimentari e dei Servizi

Indirizz

:

Via XX Settembre, 20

I-00187 Rome

Tel.

:

06 481 99 68

Fax

:

06 42 01 31 26

Email

:

qtc3@politicheagricole.it

2.   Grupp li għamel it-talba:

Isem

:

Associazione produttori nocciole tonda di Giffoni

Indirizz

:

via A. Russomando n.9

I-84095 Giffoni Valle Piana (SA)

Tel.

:

089 86 64 90

Fax

:

089 982 81 59

Email

:

info@tondadigiffoni.it

Kompożizzjoni

:

produtturi/proċessuri (X) oħrajn ( )

3.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.6 — Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

4.   Deskrizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet

(sommarju tal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4(2))

4.1   Isem:

“Nocciola di Giffoni”

4.2   Deskrizzjoni:

L-indikazzjoni “Nocciola di Giffoni” tirrappreżenta esklussivament il-frott tal-bijotipi li jikkorrispondu għall-varjetà tas-siġra tal-ġellewż “Tonda di Giffoni”, prodotta fiż-żona ġeografika stabbilita fil-punt 4.3.

Meta toħroġ għall-bejgħ, in-“Nocciola di Giffoni” għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

frotta mnixxfa ta’ daqs medju, mhux inqas minn 18 mm, tonda,

qoxra ta’ kulur kannella bi strixxi aktar skuri,

ġewża tonda, ta’ daqs mhux inqas minn 13 mm,

il-laħma tal-frotta ta’ kulur abjad, konsistenti, b’riħa pjaċevoli

4.3   Żona ġeografika:

Iż-żona ta’ produzzjoni tinkludi parti mit-territorju tal-provinċja ta’ Salerno u tkopri t-territorju kollu tal-komuni li ġejjin: Giffoni Valle Piana, Giffoni Sei Casali, San Cipriano Piacentino, Fisciano, Calvanico, Castiglione del Genovesi, Montecorvino Rovina; kif ukoll parti mill-komuni li ġejjin: Baronissi, Montecorvino Pugliano, Olevano sul Tusciano, San Mango Piemonte, Acerno.

4.4   Prova tal-oriġini:

Is-siġar tal-ġellewż li huma eliġibbli għall-produzzjoni tan-“Nocciola di Giffoni” huma mniżżlin f’reġistru li jinżamm mill-aġenzija ta’ kontroll, u kopja tiegħu tingħata lill-komuni li huma inklużi fiż-żona ġeografika.

Minbarra hekk, il-prova tal-oriġini hija assigurata billi jinżammu reġistri ta’ produzzjoni u billi jiġu ddikjarati fi żmien opportun il-kwantitajiet prodotti.

4.5   Metodu ta’ produzzjoni:

Il-kundizzjonijiet tal-ambjent għall-kultivazzjoni tas-siġra tal-ġellewż li tintuża għall-produzzjoni tal-ġellewż ta’ Giffoni għandhom ikunu l-kundizzjonijiet tradizzjonali tar-reġjun, jiġifieri huma għandhom jagħtu lill-prodott il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu ta’ kwalità.

Id-distanza tat-tħawwil, il-metodi ta’ kultivazzjoni u d-daqs għandhom ikunu dawk li japplikaw is-soltu; id-densità m’għandhiex tkun aktar minn 660 pjanta għal kull ettaru u l-metodi ta’ kultivazzjoni għandhom ikunu sistemi ta’ arbuxelli b’ħafna zkuk, jew siġar miżburin b’forma ta’ skutella jew ta’ arbuxelli.

Jistgħu wkoll jinżabru b’forma ta’ Y jew sies tal-ħaxix sakemm ikunu rispettati l-karatteristiċi ta’ kwalità u b’numru ta’ pjanti ta’ mhux aktar minn 1,000 għal kull ettaru.

Il-produzzjoni unitarja massima awtorizzata hija stabbilita għal 40 q għal kull ettaru f’kultivazzjoni speċjalizzata.

4.6   Rabta:

L-eżiġenzi tal-ġellewża ta’ Giffoni huma relatati mal-ambjent u ma’ fatturi naturali u umani taż-żona ta’ produzzjoni. B’mod partikolari, il-ġellewża ta’ Giffoni hija kkultivata f’bijotopu lokali li jiffavorixxi l-karatteristiċi tal-pjanta fil-preżenza ta’ fatturi klimatiċi taż-żona definita, li qiegħda f’territorji tal-Campania li jkabbru l-ġellewż. F’din iż-żona, il-varjetà “Tonda di Giffoni” issib l-ambjent favorevoli tagħha, għax il-ħamrija, li għandha natura u oriġini vulkanika, toffri l-aħjar kundizzjonijiet ta’ fertilità.

4.7   Struttura ta’ kontroll:

Isem

:

IS.ME.CERT

Indirizz

:

Via G. Porzio, Centro direzionale Isola G/1 Scala C

I-80143 Napoli

Tel.

:

081-787 97 89

Fax

:

081-604 01 76

Email

:

4.8   Tikkettjar:

Il-ġellewża ta’ Giffoni għandha tinbiegħ f’boroż għall-prodott fil-qoxra, jew f’boroż jew laned għall = ġewża mingħajr il-qoxra.

F’kull każ, il-kliem “Nocciola di Giffoni”, “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” u s-simbolu grafiku li jikkorispondi għandhom jidhru fuq l-ippakkjar.

4.9   Rekwiżiti nazzjonali


(1)  Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali, Politika ta’ kwalità tal-prodotti agrikoli, B-1049 Brussell.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

385


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1263/2006

tat-23 ta' Awwissu 2006

li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 1464/95, (KE) Nru 174/1999, (KE) Nru 800/1999, u (KE) Nru 1291/2000, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 633/2004, (KE) Nru 1138/2005, (KE) Nru 951/2006 u (KE) Nru 958/2006 fir-rigward ta’ prodotti agrikoli esportati lejn il-Libanu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur (1) b’mod partikolari l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 8(12) u l-Artikolu 15 tiegħu u l-artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli,

Billi:

(1)

Ir-regoli komuni li jikkonċernaw l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (3).

(2)

Iċ-ċirkostanzi straordinarji li jippredominaw fil-Libanu kienu ta’ dannu serju għall-interessi ekonomiċi tal-esportaturi u għalhekk is-sitwazzjoni li nħolqot affettwat b’mod negattiv l-opportunitajiet ta’ esportazzjoni taħt il-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti Nru 800/1999 u Nru 1291/2000.

(3)

Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu ristretti dawk l-effetti dannużi billi jiġu adottati miżuri speċjali biex l-operazzjonijiet tal-esportazzjoni li ma kinux mitmuma minħabba ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq ikunu jistgħu jiġu rregolarizzati. B’mod partikolari, għandhom jiġu adottati derogi minn ċerti dispożizzjonijiet applikabbli għall-proċeduri tal-esportazzjoni, bħalma huma dawk li jikkonċernaw l-iskadenzi stipulati fir-Regolamenti Nru 800/1999 u Nru 1291/2000, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta’ Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli speċjali ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68, fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (4), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzi għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (6).

(4)

Għall-prodotti fis-settur taz-zokkor, għandhom jiġu pprovduti derogi mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/95 tas-27 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli speċjali ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur taz-zokkor (7) għal-liċenzji li l-applikazzjoni għalihom saret qabel l-1 ta’ Lulju 2006, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2005 tal-15 ta’ Lulju 2005 rigward sejħa għall-offerti permanenti biex jiġu stabbiliti dazji u/jew rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta’ zokkor abjad għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2005/2006 (8), mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 fir-rigward tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fl-istess settur (9) għal-liċenzji li l-applikazzjoni għalihom saret mill-1 ta’ Lulju 2006 ’l quddiem u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 958/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jiftaħ sejħa għall-offerti permanenti biex jiġu stabbiliti rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta’ zokkor abjad għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/07 (10).

(5)

Dawk l-operaturi biss li jistgħu jressqu provi, fuq il-bażi tad-dokumenti tal-esportazzjoni jew id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-Sezzjoni ta’ Garanzija tal-Fond Ewropew ta’ Gwida u ta’ Garanzija Agrikola u li jħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE (11), li l-prodotti kienu ddestinati għall-esportazzjoni lejn il-Libanu għandhom jitħallew jibbenefikaw mid-derogi.

(6)

Biex jiġu rimedjati l-effetti dannużi fuq l-operaturi kollha li setgħu ġew affettwati biċ-ċirkostanzi straordinarji fil-Libanu, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitati tat-Tmexxija kkonċernati

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’deroga mill-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1464/95, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 633/2004, l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1138/2005, l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 u l-Artikolu 12 (2) tar-Regolament (KE) Nru 958/2006, it-terminu ta’ validità tal-liċenzji għall-esportazzjoni maħruġa skont dawk ir-Regolamenti u li l-applikazzjoni għalihom saret sal-20 ta’ Lulju 2006 għandhom, fuq il-bażi ta’ applikazzjoni mid-detentur, jiġu estiżi bi:

(a)

tliet xhur għal-liċenzji li t-terminu ta’ validità tagħhom jiskadi matul ix-xahar ta’ Lulju,

(b)

xahrejn għal-liċenzji li t-terminu ta’ validità tagħhom jiskadi matul ix-xahar ta’ Awwissu,

(c)

xahar għal-liċenzji li t-terminu ta’ validità tagħhom jiskadi matul ix-xahar ta’ Settembru.

2.   B’deroga mill-Artikolu 32(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u mill-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, il-limitu ta’ 60 jum għandu, fuq bażi ta’ applikazzjoni mill-esportatur, jiġi estiż għal 150 jum għall-prodotti li għalihom il-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni jkunu tlestew jew li jkunu tpoġġew taħt kwalunkwe wieħed mill-arranġamenti msemmija fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 (12) sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Lulju 2006.

3.   Iż-żidiet ta’ 10 % u 15 % msemmija fl-Artikolu 25(1) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(1) rispettivament, u t-tnaqqis ta’ 20 % msemmi fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 m’għandhomx japplikaw għall-esportazzjonijiet li jkunu saru taħt liċenzji li għalihom saret applikazzjoni sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Lulju 2006.

Jekk l-intitolament għar-rifużjoni jintilef minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji fil-Libanu, il-penali previst fl-Artikolu 51(1) (a) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 m’għandux japplika.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 għandu japplika għall-prodotti elenkati fis-sezzjonijiet 1, 2, 3, 4, 7, 9, 13 u 14 fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (13) sakemm l-esportatur ikkonċernat jista’ jforni prova li tkun tissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti li l-prodotti kienu ddestinati għal-Libanu.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il-valutazzjoni tagħhom tal-liċenzja għall-esportazzjoni, id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni jew id-dokumenti kummerċjali msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4045/89.

Artikolu 3

Sal-31 ta’ Jannar 2007, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet tal-prodotti kkonċernati skont kull waħda mill-miżuri stipulati fl-Artikolu 1, filwaqt li, jindikaw fid-dettal in-numru u d-data tal-ħruġ tal-liċenzja, il-kodiċi tan-nomenklatura għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, il-kwantità tal-prodotti, it-terminu tal-bidu ta’ validità u t-terminu estiż ta’ validità.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1)

(2)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).

(3)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7)

(4)  ĠU L 20, 27.1.1999, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 508/2006 (ĠU L 92, 30.3.2006, p. 10).

(5)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 988/2006 ĠU L 176, 30.6.2006, p. 98.

(6)  ĠU L 100, 6.4.2004, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1498/2004 (ĠU L 275, 25.5.2004, p. 8).

(7)  ĠU L 144, 28.6.1995, p. 14.

(8)  ĠU L 185, 16.7.2005, p. 3.

(9)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24

(10)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 49

(11)  ĠU L 388, 30.12.1989, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3235/1994 (ĠU L 338, 28.12.1994, p. 16).

(12)  ĠU L 62, 7.3.1980, p. 5.

(13)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2091/2005 (ĠU L 343, 24.12.2005, p. 1)


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

387


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1301/2006

tal-31 ta' Awwissu 2006

li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), u partikularment l-Artikoli 9(2) u 12(1) tiegħu, u l-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli,

Billi:

(1)

Il-Komunità bdiet biex tagħmel aċċessibbli kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli. F’xi każijiet l-importazzjoni ta’ prodotti skont kwoti ta’ tariffi bħal dawn fuq l-importazzjoni hi soġġetta għal sistema ta’ liċenzjar tal-importazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti tranżitorja meħtieġa fis-settur tal-agrikoltura biex ikunu implimentati l-ftehimiet konklużi matul ir-Round tal-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ (2), kif ukoll diversi ftehimiet konklużi bejn il-Komunità u ċerti pajjiżi terzi u Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jagħmlu aċċessibbli kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni fuq bażi awtonoma jipprovdu għal metodi differenti ta’ ġestjoni fir-rigward ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni soġġetti għal sistema ta’ liċenzjar tal-importazzjoni.

(3)

Biex ikunu ssimplifikati u mtejba l-effikaċja u l-utilità tal-mekkaniżmi ta’ amministrazzjoni u kontroll, għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni soġġetti għal sistema ta’ liċenzjar tal-importazzjoni u li għandhom ikunu ġestiti b’metodu li bih il-liċenzji jiġu allokati approporzjon tal-kwantitajiet kollha mitluba (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-metodu ta’ eżami simultanju”), jew b’metodu ta’ importazzjoni msejjes fuq dokumenti li jkollhom jinħarġu minn pajjiżi terzi. Dispożizzjonijiet bħal dawn għandu jkollhom ukoll regoli għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet u liċenzji li għandhom japplikaw, fejn ikun meħtieġ, bħala żieda għal ċerti dispożizzjonijiet, jew bħala deroga minnhom, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (3).

(4)

Għandu jkun hemm perjodu wieħed miftuħ kull sena ta’ kwoti ta’ importazzjoni fir-rigward tal-kwoti kollha ta’ tariffi fuq l-importazzjoni li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Iżda, f’xi każijiet, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li jkunu pprovduti subperjodi fil-perjodu ta’ kull sena ta’ kwota ta’ importazzjoni.

(5)

L-esperjenza turi li jeħtieġ li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet biex iżommu dokumenti skorretti milli jkunu ppreżentati. Għandha, għalhekk, titwaqqaf sistema xierqa ta’ pieni, u għandhom jiġu determinati l-każijiet li għalihom m’għandhomx ikunu applikati pieni.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistipula l-Kodiċi Doganali Komunitarja (4) japplika għall-ġestjoni ta’ miżuri ta’ tariffi. Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (5), ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa applikabbli bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’oqsma oħra. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi jeżistu għall-ġestjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni. Iżda r-regoli ta’ sorveljanza Komunitarja kif stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw biex itejbu l-kontrolli.

(7)

Fir-rigward tal-metodu ta’ eżami simultanju, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati li jkopru s-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-informazzjoni meħtieġa. Minn dak l-aspett, biex jitjiebu l-kontrolli, għandha ssir dispożizzjoni biex l-applikanti jkunu jistgħu jissottomettu mhux aktar minn applikazzjoni waħda għal liċenzja ta’ importazzjoni għall-istess numru tal-ordni ta’ kwoti fir-rigward ta’ perjodu jew subperjodu partikulari ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni, skont il-każ. Barra minn hekk, dawn l-applikazzjonijiet għandhom jiġu depożitati biss fi Stat Membru li fih l-applikant ikun stabbilit u rreġistrat għall-finijiet tal-VAT.

(8)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni. Il-liċenzji għandhom jinħarġu wara perjodu adegwat għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji li jkunu ntbagħtu. Iżda jekk il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji jkunu jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu kkonċernat tal-kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni, l-allokazzjoni għandha tkun soġġetta, skont il-każ, għall-applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ allokazzjoni. Wara li jkun applikat dak il-koeffiċjent, ir-riżultat jista’, iżda, jkun jeħtieġlu jiġi adattat fir-rigward tad-deċimali biex jiġi żgurat li l-kwantità disponibbli ma tinqabiżx.

(9)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-perjodu ta’ validità ta’ liċenzji għall- importazzjoni li għandu jiġi ffissat mir-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw il-kwota kkonċernata ta’ tariffi fuq l-importazzjoni. Iżda l-esperjenza turi li biex tkun żgurata l-aqwa effiċjenza fis-sorveljanza Komunitarja kif stipulat fl-Artikolu 308d tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, fl-interess tal-ġestjoni tajba tal-kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni, għandu jkun hemm dispożizzjoni biex il-liċenzji ta’ importazzjoni ma jibqgħux validi wara l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni, ukoll jekk dak il-jum ikun is-Sibt jew il-Ħadd jew btala pubblika, b’deroga mill-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jiddetermina r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u termini ta’ żmien (6). Jekk detentur titulari jew konċessjonarju ta’ liċenzja ta’ importazzjoni ma jkunux jistgħu jużaw il-liċenzja minħabba każ ta’ force majeure, huma għandhom ikunu intitolati biss japplikaw għand il-korp kompetenti tal-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja biex din tkun ikkanċellata u, b’deroga mill-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, mhux biex il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja jkun estiż wara l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni.

(10)

Ir-regoli applikabbli għat-terminu ta’ żmien li fih għandha tingħata prova li kienu użati liċenzji għandhom ukoll ikunu stabbiliti.

(11)

Biex il-kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni jkunu ġestiti sewwa, il-Kummissjoni għandha tirċievi l-informazzjoni rilevanti fil-ħin.

(12)

Għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet komuni abbażi ta’ dokumenti maħruġin minn pajjiżi terzi, bħal liċenzji ta’ esportazzjoni, għall-ġestjoni tas-sistema.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-kumitati ta’ ġestjoni kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1

Ambitu u definizzjoni

1.   Bla ħsara għad-derogi stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni speċifiċi għal ċerti kwoti, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni ġestita b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u li l-ġestjoni tagħha taqa’ fl-ambitu tal-organizzazzjoni komuni ta’ suq.

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni elenkati fl-Anness I.

2.   Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw kwota partikulari ta’ tariffi fuq l-importazzjoni ġestita b’sistema ta’ liċenzji fuq l-importazzjoni u li l-ġestjoni tagħha ma taqax fl-ambitu tal-organizzazzjoni komuni ta’ suq jistgħu jipprovdu li dan ir-Regolament għandu japplika għal dik il-kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni.

3.   Ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandu japplika għal liċenzji ta’ importazzjoni, ħlief meta previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni” tfisser kwantità speċifikata ta’ prodotti li tista’ tkun importata matul perjodu limitat soġġetta għar-rinunzja totali (sospensjoni totali) jew parzjali (sospensjoni parzjali) tad-dazji normali applikabbli.

Artikolu 2

Perjodu ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni

1.   Kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għandhom ikunu aċċessibbli għal perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttivi, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “perjodu ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni”.

2.   Il-perjodu ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni jista’ jinqasam f’diversi subperjodi.

Artikolu 3

Pieni

1.   Fejn jinstab li dokument ippreżentat minn applikant għall-attribuzzjoni tad-drittijiet derivanti minn Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw kwota partikulari ta’ importazzjoni jagħti informazzjoni żbaljata u fejn l-informazzjoni żbaljata kkonċernata tkun deċiżiva għall-attribuzzjoni ta’ dak id-dritt, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom:

(a)

iżommu lill-applikant milli jimporta kwalunkwe prodott li jaqa’ taħt il-kwota kkonċernata ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal matul il-perjodu kollu ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni li matulu tkun saret is-sejba u;

(b)

jeskludu lill-applikant mis-sistema ta’ applikazzjoni għal liċenzja għall-kwota kkonċernata ta’ tariffi fuq l-importazzjoni matul il-perjodu li jkun imiss ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni.

Iżda l-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu m’għandhomx japplikaw jekk l-applikant iġib prova, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-pożizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tkunx minħabba negliġenza gravi min-naħa tiegħu jew tkun minħabba force majeure jew żball ċar.

2.   Jekk applikant jippreżenta dokument żbaljat kif imsemmi fil-paragrafu 1 b’mod deliberat, dak l-applikant għandu:

(a)

jinżamm milli jimporta kwalunkwe prodott li jaqa’ taħt il-kwota kkonċernata ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għall-perjodu kollu tal-kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni li matulu tkun saret is-sejba u;

(b)

ikun eskluż mis-sistema ta’ applikazzjoni għal liċenzja għall-kwota kkonċernata ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal matul iż-żewġ perjodu li jkun imiss ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni.

3.   Fejn tkun diġà saret l-importazzjoni qabel is-sejba msemmija fil-paragrafu 1 jew 2, kull vantaġġ finanzjarju mhux dovut li jirriżulta minħabba f’hekk għandu jiġi rkuprat.

4.   Soġġett għall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (7), il-pieni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu bla ħsara għal kull piena addizzjonali skont dispożizzjonijiet oħra tad-dritt Komunitarju jew nazzjonali.

Artikolu 4

Sorveljanza ta’ prodotti

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dettalji dwar il-kwantitajiet ta’ prodotti mqiegħda f’ċirkulazzjoni ħielsa skont il-kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni matul ix-xhur speċifikati mill-Kummissjoni, konformi mal-Artikolu 308d tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 5

Applikanti

L-applikanti għandhom jibagħtu, fiż-żmien tal-ewwel applikazzjoni tagħhom għal perjodu partikulari ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti u li fih ikunu rreġistrati għall-finijiet tal-VAT, l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 (1) flimkien ma’ prova li fiż-żmien li l-applikazzjoni tagħhom tkun intbagħtet, huma kienu jaħdmu fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi ta’ prodotti koperti mill-organizzazzjoni rilevanti tas-suq komuni:

matul il-perjodu ta’ 12-il xahar immedjatament qabel iż-żmien ta’ dik l-applikazzjoni, u

matul il-perjodu ta’ 12-il xahar immedjatament qabel il-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmi fl-ewwel inċiż.

Il-prova ta’ kummerċ ma’ pajjiżi terzi għandha tingħata esklussivament permezz tad-dokumenti doganali ta’ rilaxx f’ċirkulazzjoni ħielsa, approvati kif imiss mill-awtoritajiet doganali u li jkun fihom referenza għall-applikant ikkonċernat bħala l-konsenjatarju, jew permezz tad-dokument doganali ta’ esportazzjoni approvat kif imiss mill-awtoritajiet doganali.

L-aġenti jew ir-rappreżentanti doganali m’għandhomx japplikaw għal liċenzji ta’ importazzjoni skont il-kwoti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

METODU TA’ EŻAMI SIMULTANJU

Artikolu 6

Applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni u liċenzji ta’ importazzjoni

1.   L-applikanti għal liċenzji ta’ importazzjoni m’għandhomx jiddepożitaw aktar minn applikazzjoni waħda għal liċenzja ta’ importazzjoni għall-istess numru tal-ordni ta’ kwota fir-rigward ta’ perjodu jew subperjodu ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni. Fejn applikant jiddepożita aktar minn applikazzjoni waħda, l-ebda waħda mill-applikazzjonijiet tiegħu ma tkun ammissibbli.

2.   B’konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, għandha tiġi depożitata garanzija. Il-garanzija għandha tkun rilaxxata fir-rigward ta’ kwantitajiet koperti minn applikazzjonijiet li għalihom ma tkunx tista’ tinħareġ liċenzja wara l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni imsemmi fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Fejn dan jitqies li jkun meħtieġ għall-ġestjoni ta’ kwota partikulari ta’ tariffi fuq l-importazzjoni, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw dik il-kwota jistgħu jipprovdu għal kundizzjonijiet addizzjonali. Jistgħu, b’mod partikulari, jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ sistema li skontha l-kwoti jkunu ġestiti bl-attribuzzjoni ta’ drittijiet ta’ importazzjoni bħala l-ewwel pass u l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni bħala t-tieni.

Il-paragrafi 1, 2 u 5 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(1) it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 7(2) u (4) u l-Artikolu 11(1)(a) għandhom japplikaw mutatis mutandis fejn tkun applikata sistema ta’ attribuzzjoni ta’ drittijiet ta’ importazzjoni.

4.   Il-kaxxa 20 ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni u liċenzji ta’ importazzjoni għandu jkollha n-numru tal-ordni tal-kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

5.   Applikazzjoni għal liċenzja ta’ importazzjoni jista’ ma jkollhiex x’taqsam, skont perjodu jew subperjodu ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni, ma’ kwantità li taqbeż il-kwantità jew, skont il-każ, il-limitu ffissat mir-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw il-kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal dak il-perjodu jew subperjodu ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni.

6.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jiġu depożitati matul perjodu ffissat mir-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw il-kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni in kwistjoni. Dak il-perjodu jista’ jiġi qabel il-perjodu jew is-subperjodu ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni.

7.   Il-kwantitajiet għandhom jintwerew skont il-piż, il-volum f’unitajiet sħaħ jew fi bċejjeċ, mhux fi frazzjonijiet tagħhom, fl-applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni.

Artikolu 7

Ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni

1.   Il-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jinħarġu f’perjodu speċifiku ffissat mir-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw il-kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni in kwistjoni, soġġett għall-miżuri adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.

Il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-applikazzjonijiet kollha depożitati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti u nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1)(a). Il-liċenzji ta’ importazzjoni m’għandhomx jinħarġu għal kwantitajiet li ma kinux ġew innotifikati.

2.   Fejn l-informazzjoni notifikata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11 turi li l-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu jew subperjodu ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta’ allokazzjoni, li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal liċenzja.

Il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

[(kwantità disponibbli/kwantità mitluba) × 100] %

Fejn ikun japplika, il-Kummissjoni għandha taġġusta dan il-koeffiċjent biex tiżgura li l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu jew subperjodi ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni fl-ebda każ ma jinqabżu.

3.   Il-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet koperti mill- applikazzjonijiet għal liċenzji, immultiplikati bil-koeffiċjent ta’ allokazzjoni msemmi fil-paragrafu 2.

L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għandu jinqata’ għad-dritt ’l isfel sa l-eqreb unità.

4.   Kwantitajiet mhux allokati jew mhux użati matul subperjodu ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għandhom ikunu determinati abbażi tal-informazzjoni mogħtija millIstati Membri skont l-Artikolu 11. Dawn il-kwantitajiet għandhom jiżdiedu awtomatikament mas-subperjodu ta’ wara biex jitqassmu mill-ġdid.

Iżda ebda kwantità m’għandha tiġi ttrasferita għall-perjodu ta’ wara ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni.

Artikolu 8

Perjodu ta’ validità ta’ liċenzji ta’ importazzjoni

Il-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġin skont l-Artikolu 7 għandhom ikunu validi għall-perjodu ta’ validità ffissat mir-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw il-kwota kkonċernata ta’ tariffi fuq l-importazzjoni. F’kull każ, liċenzji ta’ importazzjoni m’għandhomx jibqgħu validi wara l-aħħar jum tal-perjodu ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni. L-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1182/71 m’għandux japplika.

Jekk il-perjodu ta’ validità ta’ liċenzja ta’ importazzjoni jintemm fl-aħħar jum tal-perjodu kkonċernat ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni, waħda mill-approvazzjonijiet enlenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandha tiddaħħal fil-kaxxa 24 tal-liċenzja ta’ importazzjoni meta din tinħareġ.

Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, b’deroga mill-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja m’għandux, f’kull każ, ikun estiż wara l-aħħar jum tal-perjodu ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni.

Artikolu 9

Dazju doganali

Id-dazju doganali ffissat mir-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw il-kwota kkonċernata ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għandu jiddaħħal fil-kaxxa 24 tal-liċenzja ta’ importazzjoni bl-użu ta’ waħda mill-entraturi mudelli elenkati fl-Anness III.

Artikolu 10

Prova tal-utilizzazzjoni tal-liċenzji

L-Artikolu 35(6) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandu japplika għal liċenzji ta’ importazzjoni li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Notifiki lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

dwar il-kwantitajiet totali, inklużi prospetti negattivi, koperti minn applikazzjonijiet tal-liċenzja f’perjodu speċifiku ffissat mir-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw il-kwota rilevanti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni wara d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet;

(b)

dwar il-kwantitajiet, inklużi prospetti negattivi, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li huma jkunu ħarġu;

(c)

dwar il-kwantitajiet, inklużi prospetti negattivi, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni mhux użati jew użati parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet annotati fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) għandha tkun innotifikata mill-anqas fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-perjodu ta’ validità tal-liċenzji in kwistjoni.

2.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru b’mezzi elettroniċi bl-użu tal-formula li l-Istati Membri jistgħu jiksbu mingħand il-Kummissjoni.

3.   In-notifiki, inklużi prospetti negattivi, għandhom jintbagħtu sas-13.00 (ħin ta’ Brussell) mhux aktar tard mid-data speċifikata. Għall-finijiet ta’ notifiki lill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu, fejn issir referenza għal jiem tax-xogħol f’Regolament tal-Kummissjoni li jirregola kwota partikulari ta’ tariffi fuq l-importazzjoni, din għandha tkun interpretata bħala referenza għal jiem tax-xogħol għall-Kummissjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1182/71.

KAPITOLU III

METODU TA’ ĠESTJONI MSEJJES FUQ DOKUMENTI MAĦRUĠIN MINN PAJJIŻI TERZI

Artikolu 12

Prinċipji ġenerali

Fejn kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni tkun amministrata bl-użu ta’ metodu msejjes fuq dokument maħruġ minn pajjiż terz, dokument bħal dak għandu jkun ippreżentat lill-korp kompetenti ta’ ħruġ tal-Istat Membru, flimkien mal-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ importazzjoni li għaliha dak id-dokument ikun relatat. L-oriġinal tad-dokument għandu jinżamm minn dak il-korp kompetenti.

Artikolu 13

Applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni, liċenzji ta’ importazzjoni u notifiki

L-Artikolu 6 (2), (3) u (4), l-Artikoli 8, 9 u 10, l-Artikolu 11(1)(b) u (c), l-Artikolu 11(2), (3) u, fejn japplika, l-Artikolu 11(1)(a) għandhom japplikaw mutatis mutandis fejn il-metodu ta’ ġestjoni msejjes fuq dokumenti maħruġin minn pajjiżi terzi jkun applikat.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika għal-liċenzji ta’ importazzjoni għal perjodi ta’ kwota ta’ tariffi fuq l-importazzjoni li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1340/98 (ĠU L 184, 27.6.1998, p. 1).

(3)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).

(5)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).

(6)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

(7)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1


ANNESS I

“Zokkor preferenzjali AKP-India” kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar ta’ prodotti taz-zokkor skont ċerti kwoti ta’ tariffi u ftehimiet preferenzjali (1).

Kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1839/95 tas-26 ta’ Lulju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu għal Spanja u l-importazzjoni ta’ qamħirrum għall-Portugall (2).

Kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 tad-29 ta’ Novembru 2005 dwar rati ta’ tariffi għall-banana (3).


(1)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 177, 28.7.1995, p. 4.

(3)  ĠU L 316, 2.12.2005, p. 1


ANNESS II

Approvazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8

:

bl-Ispanjol

:

No es de aplicación el artículo 3, apartado 4, del Reglamento (CEE) no 1182/71

:

biċ-Ċek

:

Ustanovení čl. 3 odst. 4 nařízení (EHS) č. 1182/71 se nepoužije

:

bid-Daniż

:

Artikel 3, stk. 4, i forordning (EØF) nr. 1182/71 finder ikke anvendelse

:

bil-Ġermaniż

:

Artikel 3 (4) von Verordnung (EWG) Nr. 1182/71 kommt nicht zur Anwendung.

:

bl-Estonjan

:

Määruse (EMÜ) nr 1182/71 artikli 3 lõiget 4 ei kohaldata

:

bil-Grieg

:

Το άρθρο 3 (4) του Κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1182/71 δεν εφαρμόζεται

:

bl-Ingliż

:

Article 3(4) of Regulation (EEC) No 1182/71 shall not apply.

:

bil-Franċiż

:

L’article 3, paragraphe 4, du règlement (CEE) no 1182/71 ne s’applique pas.

:

bit-Taljan

:

L'articolo 3, paragrafo 4 del regolamento (CEE) n. 1182/71 non si applica.

:

bil-Latvjan

:

Regulas (EEK) Nr. 1182/71 3. panta 4. punktu nepiemēro

:

bil-Litwan

:

Reglamento (EEB) Nr. 1182/71 3 straipsnio 4 dalis netaikoma

:

bl-Ungeriż

:

Az 1182/71/EGK rendelet 3. cikkének (4) bekezdését nem kell alkalmazni

:

bil-Malti

:

Artiklu 3(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1182/71 m'għandux japplika

:

bl-Olandiż

:

Artikel 3 (4) van Verordening (EEG) Nr 1182/71 is niet van toepassing.

:

bil-Pollakk

:

Artykuł 3 ust. 4 rozporządzenia (EWG) nr 1182/71 nie ma zastosowania

:

bil-Portugiż

:

O no. 4 do artigo 3.° do Regulamento (CEE) n. 1182/71 não se aplica.

:

bis-Slovakk

:

Článok 3 ods. 4 nariadenia (EHS) č. 1182/71 sa neuplatňuje

:

bis-Sloven

:

Člen 3(4) Uredbe (EGS) št. 1182/71 se ne uporablja

:

bil-Finlandiż

:

Asetuksen (ETY) N:o 1182/71 3 (4) artiklaa ei sovelleta.

:

Bl-Iżvediż

:

Artikel 3.4 i förordning (EEG) nr 1182/71 skall inte tillämpas


ANNESS III

Annotazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 9

:

bl-Ispanjol

:

Derecho de aduana … — Reglamento (CE) no …/…

:

biċ-Ċek

:

Celní sazba … – nařízení (ES) č. …/…

:

bid-Daniż

:

Toldsats … — forordning (EF) nr. …/…

:

bil-Ġermaniż

:

Zollsatz … — Verordnung (EG) Nr. …/…

:

bl-Estonjan

:

Tollimaks … — määrus (EÜ) nr …/…

:

bil-Grieg

:

Δασμός … — Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. …/…

:

bl-Ingliż

:

Customs duty … — Regulation (EC) No …/…

:

bil-Franċiż

:

Droit de douane: … — Règlement (CE) no …/…

:

bit-Taljan

:

Dazio: … — Regolamento (CE) n. …/…

:

bil-Latvjan

:

Muitas nodoklis … – Regula (EK) Nr. …/…

:

bil-Litwan

:

Muito mokestis … – Reglamentas (EB) Nr. …/…

:

bl-Ungeriż

:

Vámtétel: … – …/…/EK rendelet

:

bil-Malti

:

Dazju Doganali … — Regolament (KE) Nru …/…

:

bl-Olandiż

:

Douanerecht: … – Verordening (EG) nr. …/…

:

bil-Pollakk

:

stawka celna … — Rozporządzenie (WE) nr …/…

:

bil-Portugiż

:

Direito aduaneiro: … — Regulamento (CE) no …/…

:

bis-Slovakk

:

Clo … – nariadenie (ES) č. …/…

:

bis-Sloven

:

Carina: … – Uredba (ES) št. …/…

:

bil-Finlandiż

:

Tulli … – Asetus (EY) N:o …/…

:

bl-Iżvediż

:

Tull … – Foerordning (EG) nr …/…


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

395


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Awwissu 2006

li jistabbilixxi l-ammonti li għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skont il-modulazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għas-snin 2006-2012

(notifikata bid-dokument numru C(2006) 3839)

(2006/588/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE (2) stabbiliet, b'mod partikulari, l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' tnaqqis fil-ħlasijiet diretti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għas-snin 2006-2012, li huma mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvlupp Rurali (FAEŻR) għas-snin baġitarji 2007-2013.

(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi l-kriterji għat-tqassim tal-ammont li jitnisslu mill-modulazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-istess Artikolu.

(3)

L-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa (3), jistabbilixxi l-prinċipju tal-allokazzjoni għal dawn l-ammonti fost l-Istati Membri billi jintużaw il-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(4)

Barra minn hekk, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jispeċifika li l-Istat Membru għandu jirċievi tal-anqas 80 % mill-ammonti ġġenerati mill-modulazzjoni fl-istess Stat Membri, filwaqt li l-Artikolu 10(4) tal-istess Regolament jipprovdi li dan il-perċentwal jista' jilħaq sa 90 % għall-Istati Membri bi produzzjoni importanti tas-segala matul il-perjodu 2000-2002.

(5)

Abbażi ta’ dawn il-kriterji, jeħtieġ li jiġu allokati għall-Istati Membri l-ammont li jitnisslu mill-modulazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2006 għas-snin 2006-2012, filwaqt li jitqies it-tnaqqis ipprovdut fil-paragrafu 2 tal-istess Artikolu.

(6)

(Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għas-snin 2006-2012, l-ammonti li jitnisslu mill-modulazzjoni għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skont it-tabella li tidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 953/2006 (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 1).

(2)  2 ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 659/2006 (ĠU L 116, 29.4.2006, p. 20).


ANNESS

Ammont li għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skont il-modulazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għas-snin 2006-2012

(f'miljuni ta' EUR)

Stat Membru

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Il-Belġju

13,5

17,5

18,0

18,2

18,1

18,1

18,1

Id-Danimarka

24,8

31,2

31,4

31,5

31,5

31,5

31,5

Il-Ġermanja

157,5

199,1

201,3

202,5

201,7

201,7

201,7

Il-Greċja

47,5

59,6

60,1

60,3

56,5

56,5

56,2

Spanja

163,8

206,7

208,5

209,2

201,7

201,7

200,6

Franza

212,6

267,5

269,5

270,6

268,8

268,8

268,8

L-Irlanda

26,8

33,0

33,2

33,2

33,1

33,1

33,1

L-Italja

103,2

130,0

131,3

131,8

125,9

125,9

125,1

Il-Lussemburgu

1,0

1,2

1,2

1,2

1,2

1,2

1,2

L-Olanda

22,0

27,2

27,6

27,7

26,9

26,9

26,8

L-Awstrija

31,4

40,6

41,0

41,2

39,7

39,7

39,5

Il-Portugall

37,1

48,4

48,8

49,0

47,1

47,1

46,9

Il-Finlandja

15,1

19,0

19,2

19,3

18,6

18,6

18,5

L-Iżvezja

19,7

24,3

24,5

24,6

23,9

23,9

23,8

Ir-Renju Unit

108,0

135,7

136,4

136,7

136,3

136,3

136,2


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

398


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Settembru 2006

li tistabbilixxi l-analiżi annwali mill-Istati Membri tal-ammont għall-għajnuna Komunitarja għall-iżvilupp rurali għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2013

(notifikata nid-dokument numru C(2006) 4024)

(2006/636/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 69(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE (2) tistipula l-ammont tal-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, l-analiżi annwali kif ukoll l-ammont minimu għar-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-oġġettiv tal-“konverġenza”.

(2)

Il-Punt 40 tal-Perspettivi Finanzjarji 2007-2013, miftiehma mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2005, iffissa l-livell massimu ta' trasferimenti mill-fondi li jsostnu l-Koeżjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-analiżi annwali mill-Istat Membru tal-ammonti għas-sostenn Komunitarju għall-iżvilupp rurali għandha ssir wara tnaqqis tar-riżorsi ddedikati lill-għajnuna teknika lill-Kummissjoni u b'kunsiderazzjoni tal-ammonti rriżervati għar-reġjuni eliġibbli taħt l-Għan ta' Konverġenza, rendiment fl-imgħoddi u qagħdiet u bżonnijiet partikolari msejsa fuq il-kriterja tal-għan. Skont l-Artikolu 69(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dawn l-ammonti għandu jkollhom indiċi ta' 2 % kull sena, filwaqt li skont il-paragrafu 5 ta' dak l-Artikolu, barra dawn l-ammonti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (3).

(4)

It-trasferimenti totali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija lill-FAEŻR skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (4) huma stipulati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE (5) għas-snin baġitarji 2007 sa 2013. Dawn l-ammonti għandhom jiżdiedu mal-analiżi annwali għal kull Stat Membru għall-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali, skont il-metodoloġija stabbilità fl-Artikolu 10(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. L-analiżi annwali mill-Istati Membri tal-ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni stipulata fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ġiet allokata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/588/KE (6).

(5)

L-analiżi annwali m'għandhiex tinkludi l-ammonti għall-Bulgarija u r-Rumanija peress li t-Trattat ta' Adeżjoni ta' dawn il-pajjiżi għadu ma daħalx fis-seħħ. Mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' dawn il-pajjiżi, l-analiżi annwali għandha tiġi emendata kif xieraq biex tinkludi l-allokazzjonijiet għal dawk il-pajjiżi.

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-analiżi annwali mill-Istati Membri tal-approprjazzjonijiet għall-impenn għall-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, kif imsemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, hi stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 195, 15.7.2006, p. 22.

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).

(4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 319/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 32).

(5)  ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.

(6)  ĠU L 240, 2.9.2006, p. 6.


ANNESS

Analiżi mill-Istat Membru tal-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali 2007-2013

EUR, prezzijiet attwali

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2007-2013 total

li minimu tagħhom għar-raġunijiet eliġibbli taħt l-Għan ta' Konverġenza

Total

Il-Belġju

63 991 299

63 957 784

60 238 083

59 683 509

59 267 519

56 995 480

54 476 632

418 610 306

40 744 223

Ir-Repubblika Ċeka

396 623 321

392 638 892

388 036 387

400 932 774

406 640 636

412 672 094

417 962 250

2 815 506 354

1 635 417 906

Id-Danimarka

62 592 573

66 344 571

63 771 254

64 334 762

63 431 467

62 597 618

61 588 551

444 660 796

0

Il-Ġermanja

1 184 995 564

1 186 941 705

1 147 425 574

1 156 018 553

1 159 359 200

1 146 661 509

1 131 114 950

8 112 517 055

3 174 037 771

L-Estonja

95 608 462

95 569 377

95 696 594

100 929 353

104 639 066

108 913 401

113 302 602

714 658 855

387 221 654

Il-Greċja

461 376 206

463 470 078

453 393 090

452 018 509

631 768 186

626 030 398

619 247 957

3 707 304 424

1 905 697 195

Spanja

1 012 456 383

1 030 880 527

1 006 845 141

1 013 903 294

1 057 772 000

1 050 937 191

1 041 123 263

7 213 917 799

3 178 127 204

Franza

931 041 833

942 359 146

898 672 939

909 225 155

933 778 147

921 205 557

905 682 332

6 441 965 109

568 263 981

L-Irlanda

373 683 516

355 014 220

329 171 422

333 372 252

324 698 528

316 771 063

307 203 589

2 339 914 590

0

L-Italja

1 142 143 461

1 135 428 298

1 101 390 921

1 116 626 236

1 271 659 589

1 266 602 382

1 258 158 996

8 292 009 883

3 341 091 825

Ċipru

26 704 860

24 772 842

22 749 762

23 071 507

22 402 714

21 783 947

21 037 942

162 523 574

0

Il-Latvja

152 867 493

147 768 241

142 542 483

147 766 381

148 781 700

150 188 774

151 198 432

1 041 113 504

327 682 815

Il-Litwanja

260 974 835

248 836 020

236 928 998

244 741 536

248 002 433

250 278 098

253 598 173

1 743 360 093

679 189 192

Il-Lussemburgu

14 421 997

13 661 411

12 655 487

12 818 190

12 487 289

12 181 368

11 812 084

90 037 826

0

L-Ungerija

570 811 818

537 525 661

498 635 432

509 252 494

547 603 625

563 304 619

578 709 743

3 805 843 392

2 496 094 593

Malta

12 434 359

11 527 788

10 656 597

10 544 212

10 347 884

10 459 190

10 663 325

76 633 355

18 077 067

L-Olanda

70 536 869

72 638 338

69 791 337

70 515 293

68 706 648

67 782 449

66 550 233

486 521 167

0

L-Awstrija

628 154 610

594 709 669

550 452 057

557 557 505

541 670 574

527 868 629

511 056 948

3 911 469 992

31 938 190

Il-Polonja

1 989 717 841

1 932 933 351

1 872 739 817

1 866 782 838

1 860 573 543

1 857 244 519

1 850 046 247

13 230 038 156

6 997 976 121

Il-Portugall

562 210 832

562 491 944

551 196 824

559 018 566

565 142 601

565 192 105

564 072 156

3 929 325 028

2 180 735 857

Is-Slovenja

149 549 387

139 868 094

129 728 049

128 304 946

123 026 091

117 808 866

111 981 296

900 266 729

287 815 759

Is-Slovakkja

303 163 265

286 531 906

268 049 256

256 310 239

263 028 387

275 025 447

317 309 578

1 969 418 078

1 106 011 592

Il-Finlandja

335 121 543

316 143 440

292 385 407

296 367 134

287 790 092

280 508 238

271 617 053

2 079 932 907

0

L-Iżvezja

292 133 703

277 225 207

256 996 031

260 397 463

252 975 513

246 760 755

239 159 282

1 825 647 954

0

Ir-Renju Unit

263 996 373

283 001 582

274 582 271

276 600 084

273 334 332

270 695 626

267 364 152

1 909 574 420

188 337 515

Total

11 357 312 403

11 182 240 092

10 734 731 213

10 827 092 785

11 238 887 764

11 186 469 323

11 136 037 766

77 662 771 346

28 544 460 460


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

401


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1487/2006

tad-9 ta' Ottubru 2006

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2921/90 għal dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna għall-ħalib xkumat għall-produzzjoni tal-każeina u l-każeinati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 15, il-punt b) tiegħu

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(1) li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2921/90 tal-10 ta’ Ottubru 1990 dwar għajnuna għall-produzzjoni ta’ casein u caseinate [każeina u każeinati] magħmulin minn ħalib xkumat (2), jiffissaw l-ammont tal-għajnuna għall-ħalib xkumat ipproċessat f’każeina u każeinati. Fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq tal-każeina u l-każeinati fis-suq Komunitarju u s-suq dinji, jeħtieġ li l-ammont tal-għajnuna jitnaqqas.

(2)

Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KEE) Nru 2921/90 jiġi emendat.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-ħlaib u l-prodotti tal-ħalib.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2921/90, l-ammont ta’ “EUR 0,52” għandu jinbidel b“EUR 0,00”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 279, 11.10.1990, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 935/2005 (ĠU L 158, 21.6.2005, p. 5).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

402


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1517/2006

tat-12 ta' Ottubru 2006

li jiftaħ id-distilazzjoni ta’ kriżi msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 għal ċerti nbejjed fi Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tiegħu, it-tieni inċiż,

Billi:

(1)

L-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jipprevedi l-possibbiltà li tittieħed miżura ta’ distillazzjoni ta’ kriżi fil-każ ta’ tfixkil eċċezzjonali tas-suq minħabba ħafna produzzjoni żejda. Din il-miżura tista’ tkun limitata għal ċerti kategoriji ta’ nbejjed inkella għal ċerti żoni ta’ produzzjoni u tista’ tiġi applikata għall-inbejjed ta’ kwalità p.s.r. fuq talba mill-Istat Membru konċernat.

(2)

Spanja talbet li tinfetaħ id-distillazzjoni ta’ kriżi għall-inbejjed ta’ kwalità ħomor prodotti fir-reġjuni determinati (l-inbejjed ta’ kwalità p.s.r.) fuq it-territorju tagħha. B’mod partikolari, dan jikkonċerna inbejjed ta’ kwalità ħomor prodotti fir-reġjun speċifikat ta’ Jumilla kif ukoll ta’ nbejjed ta’ kwalità p.s.r. ħomor prodotti fir-reġjuni speċifikati ta’ Conca de Barberà, Costers del Segre, Empordà, Penedès, Tarragona u Terra Alta. Irriżultaw kwantitajiet kbar żejda fis-suq tal-inbejjed ħomor ta’ kwalità psr. Dan jidher mit-tnaqqis fil-prezzijiet u minn żieda inkwetanti fil-ħażniet lejn tmiem is-sena finanzjarja attwali. Bil-għan li dawn l-iżviluppi negattivi jittreġġgħu lura u b’hekk tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni diffiċli tas-suq, huwa meħtieġ li l-ħażniet tal-inbejjed ta’ kwalità psr jerġgħu jitniżżlu għal livell normali biex jiġu koperti l-ħtiġijiet tas-suq.

(3)

Peress illi l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30(5) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 huma ssodisfati, huwa xieraq li jiġi previst il-ftuħ ta’ distillazzjoni ta’ kriżi għal volum massimu ta’ 100 000 ettolitru ta’ nbejjed ta’ kwalità ħomor prodotti f’Jumilla kif ukoll għal volum massimu ta’ 85 000 ettolitru ta’ nbejjed ta’ kwalità psr ħomor prodotti f’Conca de Barberà, Costers del Segre, Empordà, Penedès, Tarragona u Terra Alta.

(4)

Id-distillazzjoni ta’ kriżi miftuħa b’dan ir-Regolament trid tkun konformi mal-kundizzjonijiet previsti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (2), li jirrigwardaw il-miżura ta’ distillazzjoni prevista fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 għandhom ukoll jiġu applikati, partikolarment id-dispożizzjonijiet dwar it-twassil tal-alkoħol għand l-entità tal-intervent u dawk li jirrigwardaw it-trasferiment ta’ ħlas bil-quddiem.

(5)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit il-prezz tax-xiri li għandu jitħallas mid-distillatur lill-prodottur, f’livell li jippermetti li jiġi rrimedjat it-tfixkil fis-suq, filwaqt li l-prodotturi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-miżura.

(6)

Il-prodott li jirriżulta mid-distillazzjoni ta’ kriżi ma jistax ikun ħlief alkoħol mhux irfinut jew newtrali li għandu jitwassal obbligatorjament lill-entità tal-intervent biex jiġi evitat tfixkil fis-suq tal-alkoħol tax-xorb, li jiġi fornut l-ewwel permezz tad-distillazzjoni prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-distillazzjoni ta’ kriżi, prevista fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, hija miftuħa għal kwantità massima ta’ 100 000 ettolitru ta’ nbejjed ta’ kwalità ħomor prodotti fir-reġjun determinat (psr) ta’ Jumilla u ta’ 85 000 ettolitru ta’ nbejjed ta’ kwalità ħomor prodotti fir-reġjuni determinati (psr) ta’ de Conca de Barberà, Costers del Segre, Empordà, Penedès, Tarragona u Terra Alta, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 dwar din it-tip ta’ distillazzjoni.

Artikolu 2

Kull produttur jista’ jidħol f’kuntratt ta’ kunsinna, skont l-Artikolu 65 tar-Regolmanet (KE) Nru 1623/2000 (minn issa ’l quddiem “kuntratt”), mis-16 ta’ Ottubru 2006 sas-17 ta’ Novembru 2006.

Il-kuntratti jrid jiġu akkumpanjati minn provi tal-preżentazzjoni tal-garanzija ta’ EUR 5 għal kull ettolitru.

Dawn il-kuntratti ma jistgħux jiġu ttrasferiti.

Artikolu 3

1.   Jekk il-kwantità globali koperta mill-kuntratti ppreżentati lill-entità tal-intervent taqbeż il-kwantità stabbilita fl-Artikolu 1, l-Istat Membru għandu jiddetermina l-livell ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat għall-kuntratti msemmija.

2.   L-Istat Membru għandu jieħu d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex japprova l-kuntratti sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2006. L-approvazzjoni għandha tinkludi l-livell ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat u l-volum ta’ nbid aċċettat mill-kuntratt u għandha ssemmi l-possibbiltà li l-produttur joħroġ mill-kuntratt fil-każ li jiġi applikat livell ta’ tnaqqis.

L-Istat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni qabel it-12 ta’ Diċembru 2006, il-volumi ta’ nbid li jissemmew fil-kuntratti approvati.

3.   L-Istat Membru jista’ jillimita l-għadd ta’ kuntratt li prodottur jista’ jkun involut fihom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Il-kunsinni lid-distillerija tal-kwantitajiet ta’ nbid li jkunu suġġetti għall-kuntratti approvati jridu jsiru sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2007. L-alkoħol prodott irid jitwassal lill-entità tal-intervent f’konformità mal-Artikolu 6(1) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2007.

2.   Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment mal-kwantitajiet forniti meta l-produttur jipprovdi evidenza tal-kunsinna lid-distillerija.

Jekk ma ssir l-ebda kunsinna fl-iskadenzi previsti fil-paragrafu 1, il-garanzija tintilef.

Artikolu 5

Il-prezz minimu ta' xiri tal-inbid ikkonsenjat għad-distillazzjoni permezz ta' dan l-Artikolu għandu jkun ta' 3,00 EUR kull- % tal-vol u kull ettolitru;

Artikolu 6

1.   Id-distillatur għandu jagħti l-prodott tad-distillazzjoni lill-entità tal-intervent. Dan il-prodott ikollu livell alkoliku ta’ mhux inqas minn 92 % vol.

2.   Il-prezz li jrid jitħallas lid-distillaturi għall-alkoħol mhux irfinut mogħti lill-aġenzija ta’ intervent huwa ta’ EUR 3,367 kull % vol. kull ettolitru: Il-ħlas isir f’konformità mal-Artikolu 62(5) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000.

Id-distillatur jista’ jirċievi ħlas bil-quddiem fuq dan l-ammont ta’ EUR 2,208 kull % vol. kull ettolitru. F’dan il-każ, il-prezz li fil-fatt jitħallas jitnaqqas bl-ammont tal-ħlas bil-quddiem. L-Artikoli 66 u 67 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 japplikaw.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-16 ta' Ottubru 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1221/2006 (ĠU L 221, 12.8.2006, p. 3).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

404


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1541/2006

tat-13 ta' Ottubru 2006

li jiffissa l-koeffiċjent sabiex ikun stabbilit il-limitu ta' rtirar imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2006 tas-27 ta’ Marzu 2006 li jistipula miżuri tranżitorji fil-qafas tar-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2001 u (KE) Nru 314/2002 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006 jistipula li għal kull impriża, is-sehem tal-produzzjoni taz-zokkor, tal-iżoglukożju u tal-ixropp tal-inulin fis-sena kummerċjali 2006/7 li hu prodott taħt il-kwoti stabbiliti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament u li jaqbeż ċertu limitu għandu jkun ikkunsidrat irtirat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(2)

Sabiex ikun stabbilit il-limitu kkonċernat, irid ikun ifissat koeffiċjent mhux iktar tard mill-15 ta' Ottubru 2006, permezz ta' diviżjoni tas-somma tal-kwoti rrinunzjati fis-sena kummerċjali 2006/07 fl-Istat Membru kkonċernat, bis-saħħa tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 tal-20 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (3), bil-kwota ffissata għal dak l-Istat Membru fl-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 493/2006.

(3)

Sabiex dak il-koeffiċjent ikun iffissat, għandha tkun ikkunsidrata l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2006 dwar id-disponibbilità stmata tar-riżorsi finanzjarji għall-għotja ta' għajnuna għar-ristrutturar għas-sena kummerċjali 2006/07, fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (4), li kien adottat skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006 tas-27 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (5).

(4)

għaldaqstant jeħtieġ li jiġi ffissat il-koeffiċjent sabiex ikun stabbilit il-limitu ta' rtirar għas-sena kummerċjali 2006/2007

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu1

Il-koeffiċjent imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 493/2006 għandu jkun stabbilit mill-Istat Membru kif ġej:

(a)

il-Belġju: 0,1945;

(b)

Spanja: 0,0863;

(c)

Franza (metropolitana): 0,0074;

(d)

l-Irlanda: 1,0000;

(e)

l-Italja: 0,4936;

(f)

l-Olanda: 0,0848;

(g)

il-Portugall: 0,4422;

(h)

l-Iżvezja: 0,1156;

(i)

l-Istati Membri l-oħra: 0,0000.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta' Ottubru 2006

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 11. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 769/2006 (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 19).

(3)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.

(4)  ĠU C 234, 29.9.2006, p. 9.

(5)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 32.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

406


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1542/2006

tat-13 ta' Ottubru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 493/2006 dwar il-miżuri tranżitorji fil-qafas tar-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jitjieb l-ekwilibriju tas-suq fil-Komunità mingħajr ma jinħolqu stokks ġodda taz-zokkor matul is-sena tas-suq 2006/2007, l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2006 tas-27 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fil-qafas tar-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1265/2001 u r-Regolament (KE) Nru 314/2002 (2) jistipula rtirar ta’ prevenzjoni biex tonqos il-produzzjoni eliġibbli skont il-kwota għas-sena tal-ħsad imsemmija. Għalhekk, ’il fuq minn ċertu limitu, il-produzzjoni taħt il-kwota ta’ kull impriża hija kkunsidrata bħala irtirata jew, b’talba mill-impriża, bħala prodotta ’l barra mill-kwota. Il-limiti għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-kwoti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, kif kienu ffissati meta ġie adottat ir-Regolament imsemmi. L-Artikolu 10 tar-Regolament imsemmi jistabbilixxi li l-Kummissjoni taġġusta l-kwoti ffissati fl-Anness III imsemmi mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2006. Il-konsegwenza ta’ dan l-aġġustament tkun li l-kwoti jkunu modifikati u titnaqqas il-produzzjoni eliġibbli taħt il-kwota. Sabiex tkun limitata biss għall-effett mixtieq tal-irtirar ta’ prevenzjoni u tkun evitata kull ambigwità fl-implimentazzjoni ta’ din il-miżura, għandha tiġi sostitwita r-referenza għall-kwoti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 b’referenza għall-kwoti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 493/2006.

(2)

Il-konċessjoni tal-għajnuna tranżitorja għaz-zokkor magħmul fid-Dipartimenti Franċiżi lilhinn mill-eżagonu skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006 tiddependi fuq l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1554/2001 tat-30 ta’ Lulju ta’ l-2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 għal dak li għandu x’jaqsam mal-kummerċjalizzazzjoni taz-zokkor prodott fit-territorji barranin Franċiżi u li jugwalja l-kundizzjonijiet tal-prezz ta’ zokkor mhux raffinat (3). Għalhekk, l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1554/2001 biex jiġi stipulat l-ammont fiss li jirrapreżenta l-ispejjeż ta’ trasport fuq il-baħar ma jkunux applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2006, wara d-deċiżjoni tal-“United Terminal Sugar Market Association of London” biex ma jibqgħux jistabbilixxu l-London Daily Price. Għalhekk għandu jiġi stipulat ammont fiss li jkun ibbażat fuq il-valur medju tax-xhur ta’ April sa Ġunju 2006, li għandu jkun applikabbli matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tal-għajnuna stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006.

(3)

Il-kwoti tranżitorji attribwiti skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007 jistgħu jintużaw biss jekk l-impriża kkonċernata tista’ taddatta fi żmien xieraq xi deċiżjonijiet ta’ investiment li diġà ttieħdu, ħaġa li ma kinitx possibbli għal ċerti impriżi. Għalhekk għandu jingħata l-permess lill-Istati Membri li jerġgħu jagħtu lill-impriżi kkonċernati l-bilanċ li jkun fadal mill-kwoti tranżitorji bħala kwoti tranżitorji għas-sena tas-suq 2007/2008.

(4)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet skont liema l-Istati Membri jagħtu l-kwoti lill-impriżi li jirriżultaw minn amalgamazzjoni jew trasferiment. Skont id-data ta’ amalgamazzjoni jew trasferiment, il-miżuri jidħlu fis-seħħ jew għas-sena tas-suq li jkunu fiha jew għal dik ta’ wara. Għandu jiġi stipulat li meta amalgamazzjoni jew trasferiment isir bejn l-1 ta’ Lulju u t-30 ta’ Settembru 2006, b’talba tal-impriżi kkonċernati, il-miżuri jistgħu jidħlu fis-seħħ għas-sena tas-suq 2006/2007, u mhux għas-sena tas-suq ta’ wara kif stipulat fl-Anness imsemmi, punt V, sabiex jiġi kkunsidrat il-fatt li s-sena tas-suq 2006/07 tibda’ fl-1 ta’ Lulju u mhux, bħas-snin tas-suq l-oħra, fl-1 ta’ Ottubru.

(5)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 493/2006 għandu jiġi emendat.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 493/2006 huwa emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 1 u 2 huma mibdulin bit-test li ġej:

“1.   Għal kull impriża, is-sehem tal-produzzjoni ta’ zokkor, isoglukosju jew ġulepp tal-inulina tas-sena tas-suq 2006/2007 prodott taħt il-kwota mogħtija skont il-kwoti stabbiliti fl-Anness IV u li jaqbeż il-limitu stabbilit b’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, huwa kkunsidrat bħala irtirat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jew, b’talba mill-impriża ppreżentata qabel il-31 ta’ Jannar 2007, ikkunsidrat kollu jew parti minnu, prodott ’il barra mill-kwota skont l-Artikolu 12 tar-Regolament imsemmi.

2.   Għal kull impriża, il-limitu imsemmi fil-paragrafu 1, huwa stabbilit billi l-kwota tiegħu stabbilita fil-paragrafu 1 tiġi mmultiplikata bis-somma tal-koeffiċjenti li ġejjin:

a)

il-koeffiċjent iffissat għall-Istat Membru kkonċernat, fl-Anness I;

b)

il-koeffiċjent li jirriżulta meta jiġi diviż it-total tal-kwoti għal liema huwa rrinunzja għas-sena tas-suq 2006/2007 fl-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 bil-kwota ffissata għal dan l-Istat Membru fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tiffissa dan il-koeffiċjent mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2006.

Għaldaqstant, meta s-somma tal-koeffiċjenti taqbeż l-1,0000, il-limitu jkun ugwali għall-kwota stabbilita fil-paragrafu 1.”

2)

Fl-Artikolu 4(2), l-inċiż li ġej huwa miżjud:

“L-ammont fiss imsemmi fil-punt b) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1554/2001 huwa stabbilit għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju u t-30 ta’ Ottubru 2006 għal EUR [34,19] għal kull tunnellata.”

3)

Fl-Artikolu 9(1), l-inċiż li ġej huwa miżjud:

“Jekk, għal xi impriża speċifika, il-kwoti tranżitorji mogħtija b’konformità ma’ dan il-paragrafu jaqbżu l-produzzjoni għas-sena tas-suq 2006/2007, l-Istat Membru jista’ jagħti lil din l-impriża l-bilanċ li jibqa’ ta’ dawn il-kwoti għas-sena tas-suq 2007/2008.”

4)

L-Artikolu 10a li ġej huwa miżjud fl-aħħar tal-Kapitlu I:

“Artikolu 10a

Amalgamazzjoni jew trasferiment ta’ impriżi

B’talba mill-impriżi kkonċernati u b’deroga tal-punt V tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, meta l-amalgamazzjoni jew it-trasferiment isiru bejn l-1 ta’ Lulju u t-30 ta’ Settembru 2006, il-miżuri msemmija fil-punti II u III tal-Anness imsemmi jipproduċu l-effetti tagħhom għas-sena tas-suq 2006/2007.”

5)

L-Anness ta’ dan ir-Regolament huwa miżjud bħala Anness IV.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 11.

(3)  ĠU L 205, 31.7.2001, p. 18. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1442/2002 (ĠU L 212, 8.8.2002, p. 5)


ANNESS

“ANNESS IV

(Kwoti msemmijin fl-Artikolu 3)

Stat Membru jew reġjuni

zokkor

isoglukosju

ġulepp tal-inulina

(1)

(2)

(3)

(4)

Il-Belġju

819 812

71 592

215 247

Ir-Repubblika Ċeka

454 862

Id-Danimarka

420 746

Il-Ġermanja

3 416 896

35 389

Il-Greċja

317 502

12 893

Spanja

996 961

82 579

Franza (metropolitana)

3 288 747

19 846

24 521

Franza (DOM)

480 245

L-Irlanda

199 260

L-Italja

1 557 443

20 302

Il-Latvja

66 505

Il-Litwanja

103 010

L-Ungerija

401 684

137 627

L-Olanda

864 560

9 099

80 950

L-Awstrija

387 326

Il-Polonja

1 671 926

26 781

Il-Portugall (kontinentali)

69 718

9 917

Il-Portugall (Açores)

9 953

Is-Slovenja

52 973

Is-Slovakkja

207 432

42 547

Il-Finlandja

146 087

11 872

L-Iżveżja

368 262

Ir-Renju Unit

1 138 627

27 237

—”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

409


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1555/2006

tat-18 ta' Ottubru 2006

jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1039/2006 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji tal-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u partikolarment l-Artikolu 40(2)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet għall-bejgħ mill-ġdid li jidhru bħalissa fir-Regolament tal-Kummissjoni (2) (KE) Nru 1039/2006 jirriflettu s-sitwazzjoni tal-ħażniet ta’ riżerva fit-30 ta’ Ġunju 2006. Minn dakinhar, il-kwantitajiet ġew mibjugħa mill-aġenziji ta’ riżerva u fil-każ tal-Ġermanja, m’għadx fadal ħażniet ta’ riżerva.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1539/2006 tat-13 ta’ Ottubru 2006 li jadotta pjan li jagħti lill-Istati Membri riżorsi dovuti għall-baġit 2007 għall-provvista ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-ħażniet ta’ riżerva (riżerva) favur il-persuni l-iktar imċaħħda fil-Komunità (3) jipprevedi li 33 224 tunnellata ta’ zokkor għandhom joħorġu mill-ħażniet ta’ riżerva tal-Komunità biex jiġu distribwiti fl-Istati Membri konformi mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(3)

Hemm mezz kif isir rendikont tal-kwantitajiet tat-tqegħid fis-suq permezz ta’ stedina permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Komunità.

(4)

Sabiex jiġi żgurat immaniġġjar kif suppost taz-zokkor maħżun, għandha ssir dispożizzjoni biex ikun hemm komunikazzjoni mill-Istati Membri dwar il-kwantitajiet li filfatt ġew mibjugħa.

(5)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1039/2006 jigi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-ewwel Artikolu

Ir-Regolament (KE) Nru 1039/2006 hu emendat kif ġej:

1)

It-titolu hu mibdul b'dan li ġej:

“ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1039/2006 tas-7 ta’ Lulju li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji tal-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja”

2)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

L-aġenziji ta’ riżerva tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja għandhom joffru għall-bejgħ, permezz ta’ sejħa permanenti għall-offerti fis-suq intern Komunitarju, kwantità totali massima ta’ 899 896,41 tunnellati ta’ zokkor li ġie aċċettat għall-intervent u huwa disponibbli għall-bejgħ fis-suq Komunitarju. Il-kwantitajiet massimi allokati lil kull Stat Membru huma stabbiliti fl-Anness I.”

3)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 4:

“3.   Sa mhux aktar tard mill-ħames jum ta' xogħol wara li l-Kummissjoni tiffissa l-prezz minimu tal-bejgħ, l-aġenziji ta’ riżerva involuti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, skont il-mudell stipulat fl-Anness III, il-kwantità effettivament mibjugħa b’sejħa parzjali għall-offerti.”

4)

L-Anness I jinbidel bit-test li jidher fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

5)

Jiżdied l-Anness III li t-test tiegħu huwa inkluż fl-Anness II ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 8.7.2006, p. 3

(3)  ĠU L 283, 14.10.2006, p. 14.


ANNESS I

“ANNEXE I

L-Istati Membri li jżommu zokkor ta’ riżerva

Stat Membru

L-Aġenzija ta’ riżerva

Il-kwantitajiet miżmuma mill-aġenzija ta’ riżerva u li huma disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern

Il-Belġju

Bureau d'intervention et de restitution belge

Rue de Trèves, 82

B-1040 Brussell

Tel. (32-2) 287 24 11

Feks: (32-2) 287 25 24

28 648,00

Ir-Repubblika Ċeka

Statní zemědělsky intervenční fond Oddělení pro cukr a škrob

Ve Smečkách 33

CZ-11000 PRAHA 1

Tél 420 222 871 427

Fax: 420 222 871 875

34 156,72

Spanja

Fondo Español de Garantia Agraria

C/Beneficencia, 8

E-28004 Madrid

Tél +34 91 347 64 66

Feks +34 91 347 63 97

77 334,00

L-Irlanda

Intervention Section

On Farm Investment

Subsidies & storage Division

Department of Agriculture & Food

Johnstown Castle Estate

Wexford

L-Irlanda

Tél 00 353 536 34 37

Feks 00 353 914 28 43

12 000,00

L-Italja

AGEA — Agenzia per le erogazioni in Agricoltura

Ufficio ammassi pubblici e privati e alcool

Via Torino, 45

00185 Roma

Tél 0039 06 49 499 558

Feks 0039 06 49 499 761

494 011,70

L-Ungerija

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal (MVH), Budapest

(Agricultural and Rural Development Agency)

Soroksári út 22-24

HU-1095 Budapest

Tél 36/1/219-6213

Feks 36/1/219-8905 jew 36/1/219-6259

141 942,90

Il-Polonja

Agencja Rynku Rolnego

Biuro Cukru

Dział Dopłat i Interwencji

Nowy Świat 6/12

00-400 Warszawa

Tél +48 22 661 71 30

Feks +48 22 661 72 77

13 118,00

Is-Slovenja

Agencija RS za kmetijske trge in razvoj podeželja

Dunajska 160

1000 Ljubljana

Tél: +386 1580 77 92

Feks +386 1478 92 06

5 647,00

Is-Slovakkja

Podohospodarska platobna agentura

Oddelenie cukru a ostatných komodit

Dobrovičova, 12

SK — 815 26 Bratislava

Tél (4214) 582 432 55

Feks (4212) 534 126 65

34 000,00

L-Iżvezja

Statens jordbruksverk

Vallgatan 8

S-55182 Jönköping

Tel. (46-36) 15 50 00

Feks: (46-36) 19 05 46

59 038,00 ”


ANNESS II

“ANNESS III

Mudell għan-notifika lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(3).

Formola (*)

Sejħa parzjali għall-offerti ta' … għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ riżerva

Regolament (KE) Nru 1039/2006

1

2

L-Istat Membru li qed ibiegħ iz-zokkor permezz tal-aġenziji ta’ riżerva

Il-kwantità effettivament mibjugħa (f'tunnellati)


(*)  Għandha tintbagħat bil-feks fuq in-numru li ġej: + 32 292 10 34.”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

413


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1558/2006

tat-18 ta' Ottubru 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2799/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf tal-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10 u 15 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2799/1999 (2) jiffissa l-ammont ta' għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat maħsub għall-ikel tal-annimali filwaqt li jqis il-fatturi stipulati fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. Fid-dawl tal-iżviluppi fil-prezz tas-suq u fil-prezzijiet tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat tal-intervent l-ammont ta' għajnuna għandu jitnaqqas.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2799/1999 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2799/1999, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-għajnuna hija ffissata għal:

(a)

EUR 3,23 għal kull 100 kg ta' ħalib xkumat b'kontenut ta' proteina ta' mhux anqas minn 35,6 % tal-estratt niexef xkumat;

(b)

EUR 2,85 għal kull 100 kg ta' ħalib xkumat b'kontenut ta' proteina ta' mhux anqas minn 31,4 % iżda anqas minn 35,6 % tal-estratt niexef xkumat;

(c)

EUR 40,00 għal kull 100 kg ta' trab tal-ħalib xkumat b'kontenut ta' proteina ta' mhux anqas minn 35,6 % tal-estratt niexef xkumat;

(d)

EUR 35,28 kull 100 kg ta' trab tal-ħalib xkumat b'kontenut ta' proteina ta' mhux anqas minn 31,4 % iżda anqas minn 35,6 % tal-estratt niexef xkumat.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblkazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Ottubru 2006

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2)

(2)  ĠU L 340, 31.12.1999, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1018/2006 (ĠU L 183, 5.7.2006, p. 12)


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

414


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1847/2006

tat-13 ta' Diċembru 2006

li jadatta ċerti Regolamenti orizzontali fil-politika agrikola komuni minħabba s-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tas-Sħubija tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att tas-Sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba s-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fil-Komunità (minn issa ‘l quddiem magħrufa bħala “l-Istati Membri l-ġodda”), ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 120/89 tad-19 ta’ Jannar 1989 li jistabbilixxu regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tad-dazji fuq l-esportazzjoni u ħlasijiet fuq prodotti agrikoli (1), (KEE) Nru 3515/92 ta’ l-4 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1055/77 dwar il-ħżin u ċ-ċaqliq ta’ prodotti mixtrija minn aġenzija ta’ intervent (2), (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ rimborż fuq prodotti agrikoli (3), (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċertifikati ta’ iffissar tal-pagament bil-quddiem għall-prodotti agrikoli (4), (KE) Nru 2298/2001 tas-26 ta’ Novembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-esportazzjoni ta’ prodotti fornuti bħala għajnuna għall-ikel (5), (KE) Nru 2090/2002 tas-26 ta’ Novembru 2002li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 fir-rigward ta’ l-ispezzjonijiet fiżiċi li saru meta l-prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għal rimborż jiġu esportati (6) u (KE) Nru 639/2003 tad-9 ta’ April 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-għoti ta’ rimborż fuq l-esportazzjoni marbuta mal-benessri ta’ l-annimali bovini ħajjin waqt il-ġarr (7) għandu jiġi adattat u għandu jsir provvediment għal ċerti indikazzjonijiet bl-ilsna ta’ l-Istati Membri l-ġodda.

(2)

Ir-Regolament imsemmi hawn fuq għalhekk għandu jiġi emendat skond il-bżonn,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 120/89 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4a(2), it-tielet subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dokument mibgħut lill-uffiċċju tad-dwana fejn saru l-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni jimtela mill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ biex jinkludi waħda mir-reġistrazzjonijiet imniżżla fl-Anness I.”;

(2)

Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2), “Anness” hu sostitwit b“Anness II”;

(3)

L-Anness hu emendat skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 3515/92 hu emendat kif ġej:

(1)

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2 hu sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni u, jekk ikun il-każ, id-dokument ta’ tranżitu estern fil-Komunità jew id-dokument nazzjonali ekwivalenti għandha turi waħda mir-reġistrazzjonijiet imniżżla fl-Anness I.”;

(2)

L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 hu sostitwit b’dan li ġej:

“F’każijiet li jiġu fit-tieni indenzjoni ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1055/77, fejn prodotti jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor bħala operazzjoni ta’ trasferiment, il-prodotti għandu jkollhom magħhom Kopja tal-Kontroll T5 kif imsemmija fl-Artikoli 912a sa 912g tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (*). Il-Kopja tal-Kontroll T5 għandha tinħareġ mill-aġenzija ta’ intervent li tibgħat il-prodotti u għandha turi fil-kaxxa 104 waħda mir-reġistrazzjonijiet imniżżla fl-Anness II.;

(*)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.”"

(3)

It-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament hu miżjud bħala Anness I u Anness II.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 800/1999 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 9(1)(c), it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“F’dawk il-każijiet, waħda mir-reġistrazzjonijiet imniżżla fl-Anness Ia għandha tiġi miżjuda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-kopja tal-kontroll T5 jew mill-Istat Membru fejn jintuża' dokument nazzjonali bħala prova taħt l-intestatura ‘Kummenti’ fis-sezzjoni intitolata ‘Kontroll ta’ l-użu u/jew destinazzjoni’ fuq il-kopja tal-kontroll T5 jew taħt l-intestatura korrispondenti tad-dokument nazzjonali.”;

(2)

L-Artikolu 10 hu emendat kif ġej:

(a)

Fil-Paragrafu (4), l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn prodott li jiċċirkola taħt il-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern jew il-proċedura ta’ tranżitu komuni jitqiegħed fi Stat Membru ieħor barra dak ta’ l-esportazzjoni taħt xi proċedura kif stipulat fil-paragrafu 1 għall-ġarr lejn xi stazzjon destinatarju jew ta’ konsenjar lil xi konsenjant barra t-territorju doganali tal-Komunità, l-uffiċċju tad-dwana li fih il-prodott tqiegħed taħt xi proċedura kif imsemmija hawn fuq għandu jdaħħal waħda mir-reġistrazzjonijiet imniżżla fl-Anness Ib taħt ‘Kummenti’ fis-sezzjoni intitolata ‘Kontroll ta’ l-użu u/jew destinazzjoni’ fuq wara ta’ l-oriġinal tal-kopja ta’ kontroll T5.”;

(b)

Fil-Paragrafu (5), l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“Meta prodott jittieħed minn post għall-ieħor bil-ferroviji fl-Istat Membru ta’ l-esportazzjoni jew f’xi Stat Membru ieħor u jiċċirkola taħt il-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern jew il-proċedura ta’ tranżitu komuni taħt kuntratt ta’ ġarr għat-trasport imħallat bit-triq u bil-ferrovija permezz tal-ferrovija lejn destinazzjoni barra t-territorju doganali tal-Komunità, l-uffiċċju tad-dwana kompetenti għall-istazzjon tal-ferrovija jew dak l-eqreb lejh li fih il-prodott jittieħed minn post għall-ieħor permezz tal-ferroviji għandu jdaħħal waħda mir-reġistrazzjonijiet imniżżla fl-Anness Ic taħt ‘Kummenti’ fis-sezzjoni intitolata ‘Kontroll ta’ l-użu u/jew destinazzjoni’ fuq wara ta’ l-oriġinal tal-kopja ta’ kontroll T5.”;

(3)

Fl-Artikolu 41(2), it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“Kaxxi 33, 103 u 104 u, fejn jixraq 105 tal-kopja ta’ kontroll T5 għandhom jimtlew. Kaxxa 104 tal-kopja ta’ kontroll T5 għandha timtela, taħt l-intestatura ‘Oħrajn’, b’waħda mir-reġistrazzjonijiet imniżżla fl-Anness IIa;”

(4)

L-Artikolu 44(5) hu sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Meta l-Artikolu 8 japplika għall-ġarr lejn xi rig, waħda mir-reġistrazzjonijiet imniżżla fl-Anness IIb għandha tiddaħħal taħt ‘Oħrajn’ fil-kaxxa 104 tal-kopja ta’ kontroll T5.”;

(5)

It-test fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament hu mdaħħal bħala Anness Ia, Anness Ib, Anness Iċ, Anness IIa u Anness IIb;

(6)

Fl-Anness IV, “Bulgarija” u “Rumanija” huma mħassra.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“F’dawk il-każijiet, waħda mir-reġistrazzjonijiet imniżżla fl-Anness Ia għandha ssir mill-aġenzija li toħroġ il-liċenzja jew iċ-ċertifikat fis-sezzjoni 6.”;

(2)

L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 16 hu sostitwit b’dan li ġej:

“L-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji bi ffissar bil-quddiem tar-rimborż li jsir b’rabta ma’ l-operazzjoni ta’ l-għajnuna għall-ikel skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, konkluż bħala parti mis-Sensiela ta’ l-Uruguay tan-negozjati multilaterali dwar il-kummerċ, għandu jkun fihom fis-sezzjoni 20 talanqas waħda mir-reġistrazzjonijiet imniżżla fl-Anness Ib.”;

2a.

In Article 18(4) “BG” for Bulgaria and “RO” for Romania is added.

(3)

L-Artikolu 33 hu emendat kif ġej:

(a)

Fil-Paragrafu (2), it-tielet subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“Meta l-għan uniku tal-kopja tal-kontroll T 5 huwa li tiġi rilaxxata s-sigurtà, il-kopja tal-kontroll T 5 għandu jkun fiha fis-sezzjoni 106 waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness Ic.”;

(b)

Fil-Paragrafu (3), l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn, wara li tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni kif imsemmija fl-ewwel indenzjoni ta’ l-Artikolu 24(1)(b), prodott jitqiegħed taħt wieħed mill-arranġamenti simplifikati stipulati fil-Parti II, it-Titolu II, il-Kapitolu 7, is-sezzjoni 3, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jew fit-Titolu X, il-Kapitolu I, ta’ l-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta’ l-20 ta’ Mejju 1987 fuq proċedura ta’ tranżitu komuni għall-ġarr lejn stazzjon tad-destinazzjoni jew konsenjar lil konsenjatur barra t-territorju doganali tal-Komunità, il-kopja tal-kontroll T 5 hi meħtieġa skond 2(b) għandha tintbagħat permezz tal-mezzi uffiċjali lill-korp li joħroġha. Waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness Id għandha tiddaħħal fis-sezzjoni ‘J’ tal-kopja tal-kontroll T 5 taħt it-titolu ‘Kummenti’.”;

(4)

Fl-Artikolu 36(4), it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“Waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness Ie, sottolineata bl-aħmar, għandha tiddaħħal fis-sezzjoni 22 tal-liċenzji ta’ tibdil, ċertifikati jew estratti.”;

(5)

Artikolu 42(1) hu sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fejn, wara każ ta’ forza maġġuri, operatur applika għal perjodu ta’ validità tal-liċenzja li tinvolvi l-iffissar ta’ pagament bil-quddiem ta’ l-esportazzjoni jew ir-rimborż ta’ l-esportazzjoni li jrid jiġi estiż u l-korp kompetenti għadu ma ħax deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni, l-operatur jista’ japplika lill-korp għal liċenzja oħra. It-tieni liċenzja għandha tinħareġ abbażi tat-termini li japplikaw fil-ħin ta’ l-applikazzjoni minbarra li:

(a)

għandha tinħareġ għal mhux aktar mill-kwantità mhux użata fl-ewwel liċenzja li għaliha saret applikazzjoni għall-estensjoni;

(b)

is-sezzjoni 20 tagħhom għandu jkun fiha waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness If.”;

(6)

Fl-Artikolu 43(1), il-punt (a) hu sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

jekk l-esportazzjoni ġiet effettwata mingħajr liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew ċertifikat ta’ iffissar tal-pagament bil-quddiem, fejn tintuża l-karta bl-informazzjoni INF 3 kif stipulata fl-Artikolu 850 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 irid ikolha fis-sezzjoni A waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness Ig.”;

(7)

Fl-Artikolu 45(3), il-punt (a) hu sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni tal-prodotti ekwivalenti jew kopja jew fotokopja tagħha ċertifikata bħala tali mill-awtoritajiet kompetenti u li għandha fuqha waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness Ih; l-entrata trid tkun awtentikata permezz ta’ timbru ta’ l-uffiċċju tad-dwana konċernat, applikata direttament fuq id-dokument konċernat;”;

(8)

Fl-Artikolu 50(1), it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“Ħlief fejn ir-regolamenti f’setturi partikolari jirrikjedu kliem speċjali, is-sezzjoni 24 tal-liċenzji u ċ-ċertifikati għandha tindika waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness Ii.”;

(9)

It-test fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament hu mdaħħal bħala Anness Ia, Anness Ib, Anness Ic, Anness Id, Anness Ie, Anness If, Anness Ig, Anness Ih u Anness Ii.

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 2298/2001 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“Fid-dokument użat biex issir l-applikazzjoni għar-rimborż imsemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 u flimkien mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, fil-kaxxa 20 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzji u l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni nnifisha, waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness għandha tiġi inkluża.”;

(2)

It-test fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament hu miżjud bħala Anness.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 2090/2002 hu emendat kif ġej:

(1)

Artikolu 10 hu emendat kif ġej:

(a)

Fil-Paragrafu (5), it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jew l-uffiċċju li fih intbagħtet il-kopja tal-kontroll T5 ħa kampjun, waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness Ia għandha tiġi reġistrata fil-kopja ta’ kontroll T5 jew, fejn japplika, fuq id-dokument nazzjonali li jrid jiġi ritornat lill-awtoritajiet kompetenti.”;

(b)

Il-paragrafu (6) hu sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-uffiċċju doganali tal-ħruġ jew l-uffiċċju li fih tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 għandu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 5 bil-miktub, permezz ta’ kopja tad-dokument oriġinali, riżultat tat-testijiet, billi jirrapporta:

(a)

jew waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness Ib;

(b)

jew ir-riżultati tat-testijiet jekk hemm diskrepanza bejn ir-riżultati u l-prodott dikjarat.”;

(c)

Fil-Paragrafu (7), it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“F’dawk il-każijiet, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jew l-uffiċċju li fih tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jindika waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness Ic fuq il-kopja ta’ kontroll T5 jew, fejn japplika, fuq id-dokument nazzjonali li jrid jiġi ritornat lill-awtoritajiet kompetenti.”.

(2)

It-test fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament hu mdaħħal bħala Anness Ia, Anness Ib u Anness Ic.

Artikolu 7

Ir-Regolament (KE) Nru 639/2003 hu emendat kif ġej:

(1)

Artikolu 2(3) hu sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Jekk il-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ ikun sodisfat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 2 intlaħqu, hu għandu jiċċertifika dan b’waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness Ia u billi jiġi ttimbrat u jiġi ffirmat id-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità, jew fis-Sezzjoni J tal-kopja ta’ kontroll T5 jew fl-iktar post adattat fid-dokument nazzjonali.”;

(2)

It-test fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament hu inserit bħala Anness Ia.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tas-Sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 16, 20.1.1989, p. 19. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 910/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 63).

(2)  ĠU L 355, 5.12.1992, p. 15. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1970/2004 (ĠU L 341, 17.11.2004, p. 17).

(3)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).

(5)  ĠU L 308, 27.11.2001, p. 16. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2080/2004 (ĠU L 360, 7.12.2004, p. 4).

(6)  ĠU L 322, 27.11.2002, p. 4 kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1454/2004 (ĠU L 269, 17.8.2004, p. 9).

(7)  ĠU L 93, 10.4.2003, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 354/2006 (ĠU L 59, 1.3.2006, p. 10).


ANNESS I

It-test eżistenti ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 120/89 hu enumerat bħala “Anness II” u t-test li ġej hu inserit qablu:

“ANNESS I

L-entrati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1)

:

Bil-Bulgaru

:

В приложение на член 4а от Регламент (ЕИО) № 120/89

:

Bl-Ispanjol

:

Aplicación del artículo 4 bis del Reglamento (CEE) no 120/89

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Pouzitelnost clánku 4a narízení (EHS) c. 120/89

:

Bid-Daniż

:

Anvendelse af artikel 4a i forordning (EØF) nr. 120/89

:

Bil-Ġermaniż

:

Anwendung von Artikel 4a der Verordnung (EWG) Nr. 120/89

:

Bl-Eston

:

Määruse (EMÜ) nr 120/89 artikli 4a kohaldamine

:

Bil-Grieg

:

Εφαρμoγή τoυ άρθρoυ 4α τoυ καvovισμoύ (ΕΟΚ) αριθ. 120/89

:

Bl-Ingliż

:

Application of Article 4a of Regulation (EEC) No 120/89

:

Bil-Franċiż

:

Application de l'article 4 bis du règlement (CEE) no 120/89

:

Bit-Taljan

:

Applicazione dell'articolo 4 bis del regolamento (CEE) n. 120/89

:

Bil-Latviju

:

Regulas (EEK) Nr. 120/89 4.a panta piemerosana

:

Bil-Litwan

:

Reglamento (EEB) Nr. 120/89 4 bis straipsnio taikymas

:

Bl-Ungeriż

:

A 120/89/EGK rendelet 4 bis. cikkének alkalmazása

:

Bil-Malti

:

Applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 bis tar-regolament (KEE) nru 120/89

:

Bl-Olandiż

:

Toepassing van artikel 4 bis van Verordening (EEG) nr. 120/89

:

Bil-Pollakk

:

Stosowanie art. 4a rozporzadzenia (EWG) nr 120/89

:

Bil-Portugiż

:

Aplicação do artigo 4.oA do Regulamento (CEE) n.o 120/89

:

Bir-Rumen

:

Aplicarea articolului 4a din Regulamentul (CEE) nr. 120/89

:

Bis-Slovakk

:

Uplatnovanie clánku 4a nariadenia (EHS) c. 120/89

:

Bis-Sloven

:

Uporaba clena 4 bis Uredbe (EGS) st 120/89

:

Bil-Finlandiż

:

Asetuksen (ETY) N:o 120/89 4 a artiklan soveltaminen

:

Bl-Iżvediż

:

I enlighet med artikel 4a i förordning (EEG) nr 120/89”


ANNESS II

ANNESS I

L-entrati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2:

:

Bil-Bulgaru

:

Интервенционни продукти, държани от … (име и адрес на интервенционната агенция), предназначени за складиране в … (съответна държава и адрес на предложения склад). В приложение на член 2, първо тире, от Регламент (ЕИО) № 1055/77

:

Bl-Ispanjol

:

Productos de intervención en poder de … (nombre y dirección del organismo de intervención) destinados a ser almacenados en … (país y dirección del lugar de almacenamiento previsto). Aplicación del primer guión del artículo 2 del Reglamento (CEE) no 1055/77

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Intervenční produkty v držení … (název a adresa intervenční agentury), určené ke skladování v/ve … (dotčený stát a předpokládaná adresa a místo skladování). Použití první odrážky článku 2 nařízení (EHS) č. 1055/77

:

Bid-Daniż

:

Produkter fra intervention, som … (navn og adresse på interventionsorganet) ligger inde med, og som er bestemt til oplagring i … (det pågældende land og adressen på det forventede oplagringssted). Anvendelse af artikel 2, første led, i forordning (EØF) nr. 1055/77

:

Bil-Ġermaniż

:

Interventionserzeugnisse im Besitz von … (Name und Anschrift der Interventionsstelle), zur Lagerung in … (Land und Anschrift des vorgesehenen Lagerorts) bestimmt. Anwendung von Artikel 2 erster Gedankenstrich der Verordnung (EWG) Nr. 1055/77

:

Bl-Eston

:

(sekkumisasutuse nimetus ja aadress) valduses olevad sekkumistooted, mis on ette nähtud ladustamiseks (asjaomane riik ja ettenähtud ladustamiskoha aadress). Määruse (EMÜ) nr 1055/77 artikli 2 esimese taande kohaldamin

:

Bil-Grieg

:

Πρoϊόντα παρέμβασης πoυ ευρίσκoνται στην κατoχή τoυ … (oνoμασία και διεύθυνση τoυ oργανισμoύ παρέμβασης) πρoς απoθήκευση εις … (χώρα και διεύθυνση τoυ πρoτεινόμεvoυ χώρoυ απoθήκευσης). Εφαρμoγή τoυ άρθρoυ 2 πρώτη περίπτωση τoυ κανoνισμoύ (ΕΟΚ) αριθ. 1055/77

:

Bl-Ingliż

:

Intervention products held by … (name and address of the intervention agency) for storage in … (country concerned and address of the proposed place of storage). Application of the first indent of Article 2 of Regulation (EEC) No 1055/77

:

Bil-Franċiż

:

Produits d'intervention détenus par … (nom et adresse de l'organisme d'intervention), destinés à être stockés en/au … (pays concerné et adresse du lieu de stockage prévu). Application de l'article 2 premier tiret du règlement (CEE) no 1055/77

:

Bit-Taljan

:

Prodotti d'intervento detenuti da … (nome e indirizzo dell'organismo d'intervento) destinati ad essere immagazzinati in … (paese interessato e indirizzo del luogo di immagazzinamento previsto). Applicazione dell'articolo 2, primo trattino, del regolamento (CEE) n. 1055/77

:

Bil-Latviju

:

Intervences produkti, kas pieder … (intervences aģentūras nosaukums un adrese), glabāšanai … (attiecīgā valsts un plānotā glabāšanas vieta). Regulas (EEK) Nr. 1055/77 2. panta pirmā ievilkuma piemērošana

:

Bil-Litwan

:

(Intervencinės agentūros pavadinimas ir adresas) … intervenciniai produktai, skirti saugojimui … (atitinkama šalis ir numatomos saugojimo vietos adresas). Reglamento (EEB) Nr. 1055/77 2 straipsnio pirmos įtraukos taikymas

:

Bl-Ungeriż

:

Az … (intervenciós hivatal neve és címe) tulajdonában lévő, ….-ban-/ben (a raktározási hely címe és országa) raktározásra szánt intervenciós termékek. Az 1055/77/EGK rendelet 2. cikke első francia bekezdésének alkalmazása

:

Bil-Malti

:

Prodotti ta’ intervenzjoni miżmuma minn … (isem u indirizz ta’l-organu ta’l-intervenzjoni), biex jinħażnu f’/għand … (pajjiż ikkonċernat u indirizz ta’ post il-ħażna). Applikazzjoni ta’l-artikolu 2 l-ewwel inċiż tar-regolament (KEE) nru 1055/77

:

Bl-Olandiż

:

Interventieproducten in het bezit van … (naam en adres van het interventiebureau) — bestemd voor opslag in … (betrokken land en adres van de opslagplaats). Toepassing van artikel 2, eerste streepje, van Verordening (EEG) nr. 1055/77

:

Bil-Pollakk

:

Produkty interwencyjne znajdujące się w posiadaniu … (nazwa i adres agencji interwencyjnej), przeznaczone do magazynowania w … (właściwy kraj i adres przewidzianego miejsca magazynowania). Zastosowanie art. 2 pierwsze tiret rozporządzenia (EWG) nr 1055/77

:

Bil-Portugiż

:

Produtos de intervenção em poder de … (nome e morada do organismo de intervenção) destinados a serem armazenados em/no … (país em causa e morada do local de armazenagem previsto). Aplicação do primeiro travessão do artigo 2.o do Regulamento (CEE) n.o 1055/77

:

Bir-Rumen

:

Produse de intervenție deținute de … (denumirea și adresa agenției de intervenție) pentru depozitare în … (țara în cauză și adresa locului de depozitare propus). Se aplică prima liniuță din articolul 2 din Regulamentul (CEE) nr. 1055/77

:

Bis-Slovakk

:

Komodity, na ktoré sa vzťahujú intervencie, v držbe … (názov a adresa intervenčnej inštitúcie), určené na skladovanie v … (krajina, ktorej sa to týka a adresa stanoveného miesta skladovania). Uplatňuje sa prvá zarážka článku 2 nariadenia (EHS) č. 1055/77

:

Bis-Sloven

:

Intervencijski produkti, zadržani s strani … (ime in naslov intervencijskega organa), ki naj bi bili skladiščeni v … (zadevna država in naslov predvidenega kraja skladiščenja). Izvajanje prvega odstavka člena 2 Uredbe (EGS) št. 1055/77

:

Bil-Finlandiż

:

Interventiotuotteita, jotka ovat … (interventioelimen nimi ja osoite) hallussa ja jotka on tarkoitus varastoida … (kyseessä olevan maan ja ehdotetun varastointipaikan osoite). Asetuksen (ETY) N:o 1055/77 2 artiklan ensimmäisen luetelmakohdan mukainen soveltaminen

:

Bl-Iżvediż

:

Interventionsprodukter som innehas av … (interventionsorganets namn och adress) för lagring i … (berört land och adress till det tilltänkta lagringsstället). Tillämpning av artikel 2 första strecksatsen i förordning (EEG) nr 1055/77

ANNESS II

Entrati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5:

:

Bil-Bulgaru

:

интервенционни продукти — трансферна операция

:

Bl-Ispanjol

:

Productos de intervención — operación de transferencia

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Intervenční produkty — převod

:

Bid-Daniż

:

Produkter fra intervention — overførsel

:

Bil-Ġermaniż

:

Interventionserzeugnisse — Transfer

:

Bl-Eston

:

Sekkumistooted — ülevõtmistoiming

:

Bil-Grieg

:

Πρoϊόντα παρέμβασης — Πράξη μεταβίβασης

:

Bl-Ingliż

:

Intervention products — transfer operation

:

Bil-Franċiż

:

Produits d'intervention — opération de transfert

:

Bit-Taljan

:

Prodotti d'intervento — operazione trasferimento

:

Bil-Latviju

:

Intervences produkti — transfertoperācija

:

Bil-Litwan

:

Intervenciniai produktai — pervežimas

:

Bl-Ungeriż

:

Intervenciós termékek — szállítási művelet

:

Bil-Malti

:

Prodotti ta’ intervenzjoni — operazzjoni ta’ trasferiment

:

Bl-Olandiż

:

Interventieprodukten — Overdracht

:

Bil-Pollakk

:

Produkty interwencyjne — operacja przekazania

:

Bil-Portugiż

:

Produtos de intervenção — operação de transferência

:

Bir-Rumen

:

produse de intervenție — operațiune de transfer

:

Bis-Slovakk

:

Komodity, na ktoré sa vzťahujú intervencie — presun

:

Bis-Sloven

:

Intervencijski produkti — postopek transferja

:

Bil-Finlandiż

:

Interventiotuotteita — siirtotoimi

:

Bl-Iżvediż

:

Interventionsprodukter — överföringsförfarande


ANNESS III

ANNESS Ia

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1)(c):

:

Bil-Bulgaru

:

Представен е транспортен документ, посочващ местоназначение извън митническата територия на Общността

:

Bl-Ispanjol

:

Documento de transporte con destino fuera de la CE presentado

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Přepravní doklad s místem určení mimo ES předložen

:

Bid-Daniż

:

Transportdokument med destination uden for EF forelagt

:

Bil-Ġermaniż

:

Beförderungspapier mit Bestimmung außerhalb der EG wurde vorgelegt

:

Bl-Eston

:

Transpordiks väljaspool EÜd asuvasse sihtkohta on esitatud veodokument

:

Bil-Grieg

:

Yποβαλλόμενο έγγραφο μεταφοράς με προορισμό εκτός EK

:

Bl-Ingliż

:

Transport document indicating a destination outside the customs territory of the Community has been presented

:

Bil-Franċiż

:

Document de transport avec destination hors CE présenté

:

Bit-Taljan

:

Documento di trasporto con destinazione fuori CE presentato

:

Bil-Latviju

:

Pateiktas paskirties vietą už EB ribų nurodantis gabenimo dokumentas

:

Bil-Litwan

:

Uzrādīts transporta dokuments ar galamērķi ārpus EK

:

Bl-Ungeriż

:

EK-n kívüli rendeltetésű szállítmány szállítási okmánya bemutatva

:

Bil-Malti

:

Dokument tat-trasport b'destinazzjoni għal barra mill-KE, ippreżentat

:

Bl-Olandiż

:

Vervoerdocument voor bestemming buiten de EG voorgelegd

:

Bil-Pollakk

:

Przedstawiony dokument przewozowy wskazujący miejsce przeznaczenia poza WE

:

Bil-Portugiż

:

Documento transporte com destino fora da CE apresentado

:

Bir-Rumen

:

Document de transport care indică o destinație aflată în afara teritoriului vamal al Comunității — prezentat

:

Bis-Slovakk

:

Prepravný doklad s miestom určenia mimo ES bol predložený

:

Bis-Sloven

:

Predložena je bila prevozna listina za destinacijo izven ES

:

Bil-Finlandiż

:

Kuljetusasiakirja, jossa ilmoitetaan yhteisön tullialueen ulkopuolinen määräpaikka, on esitetty

:

Bl-Iżvediż

:

Transportdokument med slutlig destination, utanför gemenskapens tullområde har lagts fram

ANNESS Ib

Entrati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(4):

:

Bil-Bulgaru

:

Напускане на митническата територия на Общността под митнически режим опростен общностен транзит с железопътен транспорт с или големи контейнери:

Транспортен документ:

вид:

номер:

Дата на приемане за транспортиране от железопътните органи или съответното транспортно предприятие:

:

Bl-Ispanjol

:

Salida del territorio aduanero de la Comunidad bajo el régimen de tránsito comunitario simplificado por ferrocarril o en grandes contenedores:

Documento de transporte:

tipo:

número:

Fecha de aceptación para el transporte por parte de la administración ferroviaria o de la empresa de transportes de que se trate:

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Výstup z celního území Společenství ve zjednodušeném tranzitním režimu Společenství pro přepravu po železnici nebo pro přepravu ve velkokapacitních kontejnerech:

Přepravní doklad:

druh:

číslo:

Den přijetí pro přepravu orgány železnice nebo příslušným přepravcem:

:

Bid-Daniż

:

Udgang af Fællesskabets toldområde i henhold til ordningen for den forenklede procedure for fællesskabsforsendelse med jernbane/store containere:

Transportdokument:

type:

nummer:

Dato for overtagelse ved jernbane eller ved det pågældende transportfirma:

:

Bil-Ġermaniż

:

Ausgang aus dem Zollgebiet der Gemeinschaft im Rahmen des vereinfachten gemeinschaftlichen Versandverfahrens mit der Eisenbahn oder in Großbehältern:

Beförderungspapier:

Art:

Nummer:

Zeitpunkt der Annahme zur Beförderung durch die Eisenbahnverwaltung oder das betreffende Beförderungsunternehmen:

:

Bl-Eston

:

Ühenduse tolliterritooriumilt lahkumine ühenduse lihtsustatud transiidiprotseduuri alusel raudteed mööda või suurtes konteinerites:

Veodokument:

liik:

number:

Transpordiks vastuvõtmise kuupäev raudteeasutuste või asjaomase transpordiasutuse poolt:

:

Bil-Grieg

:

Έξοδος από το τελωνειακό έδαφος της Κοινότητας υπό το απλοποιημένο καθεστώς της κοινοτικής διαμετακόμισης με σιδηρόδρομο ή μεγάλα εμπορευματοκιβώτια:

Έγγραφο μεταφοράς:

τύπος:

αριθμός:

Ημερομηνία αποδοχής για μεταφορά από τη σιδηροδρομική αρχή ή την ενδιαφερόμενη εταιρεία μεταφοράς:

:

Bl-Ingliż

:

Exit from the customs territory of the Community under the simplified Community transit procedure for carriage by rail or large containers:

Transport document:

type:

number:

Date of acceptance for carriage by the railway authorities or the transport undertaking concerned:

:

Bil-Franċiż

:

Sortie du territoire douanier de la Communauté sous le régime du transit communautaire simplifié par chemin de fer ou par grands conteneurs:

Document de transport:

espèce:

numéro:

Date d'acceptation pour le transport par l'administration des chemins de fer ou par l'entreprise de transports concernée:

:

Bit-Taljan

:

Uscita dal territorio doganale della Comunità in regime di transito comunitario semplificato per ferrovia o grandi contenitori:

Documento di trasporto:

tipo:

numero:

Data di accettazione per il trasporto da parte delle ferrovie o dell'impresa di trasporto interessata:

:

Bil-Latviju

:

Išvežama iš Bendrijos muitų teritorijos pagal supaprastintą Bendrijos tranzito tvarką, taikomą gabenimui geležinkeliu arba didelėse talpose:

Gabenimo dokumentas:

rūšis:

numeris:

Geležinkelių administracijos ar atitinkamos transporto įmonės priėmimo pervežimui data:

:

Bil-Litwan

:

Izvešana no Kopienas muitas teritorijas saskaņā ar vienkāršoto Kopienas tranzīta procedūru pārvešanai pa dzelzceļu vai lielos konteineros:

Transporta dokuments:

veids:

numurs:

Datums, kad produktu pārvešanai pieņēmušas dzelzceļa iestādes vai attiecīgais transporta uzņēmums:

:

Bl-Ungeriż

:

A Közösség vámterületét egyszerűsített közösségi árutovábbítási eljárás keretében elhagyta, vasúton vagy konténerben történő szállítással:

Szállítási okmány:

típus:

szám:

A szállítás elfogadásának dátuma a vasút vagy az érintett szállítmányozási vállalat ügyintézése által:

:

Bil-Malti

:

Ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità skond ir-regoli tat-transitu komunitarju simplifikat bil-ferrovija jew b'kontejners kbar:

Dokument ta' trasport:

ġeneru:

numru:

Data ta' l-aċċettazzjoni għat-trasport mill-amministrazzjoni tal-ferrovija jew mill-impriża tat-trasporti konċernata:

:

Bl-Olandiż

:

Uitgang uit het douanegebied van de Gemeenschap onder de regeling voor vereenvoudigd communautair douanevervoer per spoor of in grote containers:

Vervoerdocument:

Type:

Nummer:

Datum van aanneming ten vervoer door de betrokken spoorwegadministratie of de betrokken vervoeronderneming:

:

Bil-Pollakk

:

Opuszczenie obszaru celnego Wspólnoty zgodnie z uproszczoną procedurą tranzytu wspólnotowego dla przewozu koleją lub w wielkich kontenerach:

Dokument przewozowy:

rodzaj:

numer:

Data przyjęcia transportu przez administrację kolejową lub przez określone przedsiębiorstwo transportowe:

:

Bil-Portugiż

:

Saída do território aduaneiro da Comunidade ao abrigo do regime do trânsito comunitário simplificado por caminho-de-ferro ou em grandes contentores:

Documento de transporte:

tipo:

número:

Data de aceitação para o transporte pela administração dos caminhos-de-ferro ou pela empresa de transporte interessada:

:

Bir-Rumen

:

Ieșire de pe teritoriul vamal al Comunității în cadrul regimului de tranzit comunitar simplificat pentru transportul pe calea ferată sau în containere mari:

Document de transport:

tip:

număr:

Data acceptării pentru transport de către autoritățile feroviare sau întreprinderea de transport în cauză:

:

Bis-Slovakk

:

Výstup z colného územia Spoločenstva podľa zjednodušeného tranzitného postupu Spoločenstva na železničnú prepravu alebo na prepravu vo veľkých prepravných kontajneroch:

Prepravný doklad:

typ:

číslo:

Dátum prijatia zo strany železničnej spoločnosti alebo zo strany príslušnej prepravnej spoločnosti:

:

Bis-Sloven

:

Izstop s carinskega območja Skupnosti po poenostavljenem tranzitnem postopku Skupnosti za prevoz po železnici ali v velikih zabojnikih:

Prevozna listina:

vrsta:

številka:

Datum, ko je železnica ali zadevni prevoznik blago prevzel za prevoz:

:

Bil-Finlandiż

:

Viety yhteisön tullialueelta yksinkertaistetussa yhteisön passitusmenettelyssä rautateitse tai suurissa konteissa:

Kuljetusasiakirja:

tyyppi:

numero:

Päivä, jona rautatieviranomainen tai asianomainen kuljetusyritys hyväksyi kuljetettavaksi:

:

Bl-Iżvediż

:

Utförsel från gemenskapens tullområde enligt det förenklade transiteringsförfarandet för järnvägstransporter eller transporter i stora containrar:

Transportdokument:

typ:

nummer:

Mottagningsdag för befordran hos järnvägsföretaget eller det berörda transportföretaget:

ANNESS Ic

Entrati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(5):

:

Bil-Bulgaru

:

Излизане от митническата територия на Общността по железен път при комбиниран железопътен и автомобилен транспорт:

Транспортен документ:

вид:

номер:

Дата на приемане за транспортиране от железопътните органи:

:

Bl-Ispanjol

:

Salida del territorio aduanero de la Comunidad por ferrocarril en transporte combinado por ferrocarril-carretera:

Documento de transporte:

tipo:

número:

Fecha de aceptación del transporte por parte de la administración ferroviaria:

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Opuštění celního území Společenství po železnici nebo kombinovanou přepravou po železnici a silnici:

Přepravní doklad:

druh:

číslo:

Den přijetí pro přepravu orgány železnice:

:

Bid-Daniż

:

Udgang af Fællesskabets toldområde ad jernbane ved kombineret jernbane/landevejstransport:

Transportdokument:

type:

nummer:

Dato for overtagelse ved jernbane:

:

Bil-Ġermaniż

:

Ausgang aus dem Zollgebiet der Gemeinschaft mit der Eisenbahn zur Beförderung im kombinierten Straßen- und Schienenverkehr:

Beförderungspapier:

Art:

Nummer:

Zeitpunkt der Annahme zur Beförderung durch die Eisenbahnverwaltung:

:

Bl-Eston

:

Ühenduse tolliterritooriumilt lahkumine raudteed mööda, raudtee- ja maanteetranspordi ühendveo korras:

Veodokument:

liik:

number:

Transpordiks vastuvõtmise kuupäev raudteeasutuste poolt:

:

Bil-Grieg

:

Έξοδος από το τελωνειακό έδαφος της Κοινότητας σιδηροδρομικώς με συνδυασμένη μεταφορά σιδηροδρομικώς-οδικώς:

Έγγραφο μεταφοράς:

είδος:

αριθμός:

Ημερομηνία αποδοχής για τη μεταφορά από τη διοίκηση των σιδηροδρόμων:

:

Bl-Ingliż

:

Exit from the customs territory of the Community by rail under combined transport by road and by rail:

Transport document:

type:

number:

Date of acceptance for carriage by the railway authorities:

:

Bil-Franċiż

:

Sortie du territoire douanier de la Communauté par chemin de fer, en transport combiné rail-route:

Document de transport:

espèce:

numéro:

Date d'acceptation pour le transport par l'administration des chemins de fer:

:

Bit-Taljan

:

Uscita dal territorio doganale della Comunità per ferrovia nell'ambito di un trasporto combinato strada-ferrovia:

Documento di trasporto:

tipo:

numero:

Data di accettazione del trasporto da parte dell'amministrazione delle ferrovie:

:

Bil-Latviju

:

Išvežama iš Bendrijos muitų teritorijos geležinkeliu pagal gabenimo kombinuotu transportu (automobilių keliais ir geležinkeliu) tvarką:

Gabenimo dokumentas:

rūšis:

numeris:

Geležinkelių administracijos priėmimo pervežimui data:

:

Bil-Litwan

:

Izvešana no Kopienas muitas teritorijas pa dzelzceļu dzelzceļa — autotransporta kombinētā transporta režīmā:

Transporta dokuments:

veids:

numurs:

Datums, kad produktu pārvešanai pieņēmušas dzelzceļa iestādes:

:

Bl-Ungeriż

:

A Közösség vámterületét elhagyta vasúton, kombinált szállítással (vasút-közút):

Szállítási okmány:

típus:

szám:

A szállítás elfogadásának dátuma a vasúti ügyintézés által:

:

Bil-Malti

:

Ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità skond ir-regoli tat-transitu komunitarju simplifikat bil-ferrovija jew b'kontejners kbar:

Dokument ta' trasport:

ġeneru:

numru:

Data ta' l-aċċettazzjoni għat-trasport mill-amministrazzjoni tal-ferrovija jew mill-impriża tat-trasporti konċernata:

:

Bl-Olandiż

:

Uitgang uit het douanegebied van de Gemeenschap per spoor, bij gecombineerd rail-wegvervoer:

Vervoerdocument:

Type:

Nummer:

Datum van aanneming ten vervoer door de spoorwegadministratie:

:

Bil-Pollakk

:

Wywóz z obszaru celnego Wspólnoty drogą kolejową lub drogą kombinowanego transportu drogowo- kolejowego:

Dokument przewozowy:

rodzaj:

numer:

Data przyjęcia transportu przez administrację kolejową:

:

Bil-Portugiż

:

Saída do território aduaneiro da Comunidade por caminho-de-ferro, em transporte combinado rodo-ferroviário:

Documento de transporte:

tipo:

número:

Data de aceitação do transporte pela administração dos caminhos-de-ferro ou pela empresa de transporte interessada:

:

Bir-Rumen

:

Ieșire de pe teritoriul vamal al Comunității pe calea ferată prin transport combinat rutier și feroviar:

Document de transport:

tip:

număr:

Data acceptării pentru transport de către autoritățile feroviare:

:

Bis-Slovakk

:

Výstup z colného územia Spoločenstva železničnou dopravou, kombinovanou železničnou a cestnou dopravou:

Prepravný doklad:

typ:

číslo:

Dátum prijatia zo strany železničnej spoločnosti:

:

Bis-Sloven

:

Izstop s carinskega območja Skupnosti po železnici s kombiniranim cestno-železniškim prevozom:

Prevozna listina:

vrsta:

številka:

Datum, ko je železnica prevzela blago v prevoz:

:

Bil-Finlandiż

:

Viety yhteisön tullilaueelta rautateitse yhdistetyssä rautatie- ja maantiekuljetuksessa:

Kuljetusasiakirja:

tyyppi:

numero:

Päivä, jona rautatieviranomainen hyväksyi kuljetettavaksi:

:

Bl-Iżvediż

:

Utförsel från gemenskapens tullområde på järnväg vid kombinerad järnvägs- och landsvägstransport:

Transportdokument:

typ:

nummer:

Mottagningsdag för befordran hos järnvägsföretaget:

ANNESS IIa

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 41(2):

:

Bil-Bulgaru

:

Задължително влизане в продоволствен склад за пласиране на продуктите — Член 40 от Регламент (ЕО) № 800/1999

:

Bl-Ispanjol

:

Depositado con entrega obligatoria para el avituallamiento — Aplicación del artículo 40 del Reglamento (CE) no 800/1999

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Uskladnění ve skladu s povinnou dodávkou určenou k zásobování — použití článku 40 nařízení (ES) č. 800/1999

:

Bid-Daniż

:

Anbringelse på oplag med obligatorisk levering til proviantering — anvendelse af artikel 40 i forordning (EF) nr. 800/1999

:

Bil-Ġermaniż

:

Einlagerung ins Vorratslager mit Lieferpflicht zur Bevorratung — Artikel 40 der Verordnung (EG) Nr. 800/1999

:

Bl-Eston

:

Ladustatud väljastamiseks üksnes pardavarudena — määruse (EÜ) nr 800/1999 artikkel 40

:

Bil-Grieg

:

Εναποθήκευση με υποχρεωτική παράδοση για τον ανεφοδιασμό — εφαρμογή του άρθρου 40 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 800/1999

:

Bl-Ingliż

:

Compulsory entry into warehouse for delivery for victualling — Article 40 of Regulation (EC) No 800/1999

:

Bil-Franċiż

:

Mise en entrepôt avec livraison obligatoire pour l'avitaillement — application de l'article 40 du règlement (CE) no 800/1999

:

Bit-Taljan

:

Deposito con consegna obbligatoria per l'approvvigionamento — applicazione dell'articolo 40 del regolamento (CE) n. 800/1999

:

Bil-Latviju

:

Pristatyta į maisto atsargų tiekimo sandėlį, taikant Reglamento (EEB) Nr. 800/1999 40 straipsnio nuostatas

:

Bil-Litwan

:

Obligāta ievešana pārtikas krājumu noliktavā piegādēm — Regulas (EK) Nr. 800/1999 40. pants

:

Bl-Ungeriż

:

A vámterület elhagyásának vagy a rendeltetési helyre való megérkezésnek a dátuma:

:

Bil-Malti

:

Impoġġi fil-maħżen b'konsenja obbligatorja għar-razzjonar- applikazzjoni ta' l-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 800/1999/KE

:

Bl-Olandiż

:

Opslag in depot onder verplichting van levering voor de bevoorrading van zeeschepen of luchtvaartuigen — Toepassing van artikel 40 van Verordening (EG) nr. 800/1999

:

Bil-Pollakk

:

Złożenie w magazynie żywności z obowiązkową dostawą — zastosowanie art. 40 rozporządzenia (WE) nr 800/1999

:

Bil-Portugiż

:

Colocado em entreposto com destino obrigatório para abastecimento — aplicação do artigo 40.o do Regulamento (CE) n.o 800/1999

:

Bir-Rumen

:

Amplasare în antrepozit obligatorie pentru livrarea de provizii alimentare — articolul 40 din Regulamentul (CE) nr. 800/1999,

:

Bis-Slovakk

:

Uskladnenie v sklade s povinnou dodávkou určenou na zásobovanie — uplatnenie článku 40 nariadenia (ES) č. 800/1999

:

Bis-Sloven

:

Dano v skladišče z obvezno dobavo za oskrbo — uporaba člena 40 Uredbe (ES) št. 800/1999

:

Bil-Finlandiż

:

Siirto varastoon sekä pakollinen toimittaminen muonitustarkoituksiin — asetuksen (EY) N:o 800/1999 40 artiklan soveltaminen

:

Bl-Iżvediż

:

Placering i lager med skyldighet att leverera för proviantering — artikel 40 i förordning (EG) nr 800/1999

ANNESS IIb

Entrati msemmija fl-Artikolu 44(5):

:

Bil-Bulgaru

:

Доставки на бордови провизии за платформи — Регламент (ЕО) № 800/1999

:

Bl-Ispanjol

:

Suministro para el abastecimiento de las plataformas — Reglamento (CE) no 800/1999

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Dodávka určená k zásobování plošin — nařízení (ES) č. 800/1999

:

Bid-Daniż

:

Proviant til platforme — forordning (EF) nr. 800/1999

:

Bil-Ġermaniż

:

Bevorratungslieferung für Plattformen — Verordnung (EG) Nr. 800/1999

:

Bl-Eston

:

Ladustatud väljastamiseks üksnes pardavarudena — määruse (EÜ) nr 800/1999 artikkel 40

:

Bil-Grieg

:

Προμήθειες τροφοδοσίας για εξέδρες — κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 800/1999

:

Bl-Ingliż

:

Catering supplies for “rigs” — Regulation (EC) No 800/1999

:

Bil-Franċiż

:

Livraison pour l'avitaillement des plates-formes — Règlement (CE) no 800/1999

:

Bit-Taljan

:

Provviste di bordo per piattaforma — Regolamento (CE) n. 800/1999

:

Bil-Latviju

:

Maisto atsargų tiekimas platformoms — Reglamentas (EEB) Nr. 800/1999

:

Bil-Litwan

:

Nogāde ieguves urbšanas vai ekstrakcijas platformu personāla apgādei ar pārtiku — Regula (EK) Nr. 800/1999

:

Bl-Ungeriż

:

Élelmezési ellátmány szállítása fúrótornyokra — 800/1999/EK rendelet

:

Bil-Malti

:

Konsenja għat-tqassim tal-pjattaformi — Regolament Nru 800/1999/KE

:

Bl-Olandiż

:

Leverantie van boordproviand aan platform — Verordening (EG) nr. 800/1999

:

Bil-Pollakk

:

Dostawa zaopatrzenia dla platform — rozporządzenie (WE) nr 800/1999

:

Bil-Portugiż

:

Fornecimentos para abastecimento de plataformas — Regulamento (CE) n.o 800/1999

:

Bir-Rumen

:

Livrare pentru aprovizionarea cu alimente a platformelor — Regulamentul (CE) nr. 800/1999

:

Bis-Slovakk

:

Dodávka určená na zásobovanie plošín — Nariadenie (ES) č. 800/1999

:

Bis-Sloven

:

Dobava za oskrbo ploščadi — Uredba (ES) št. 800/1999

:

Bil-Finlandiż

:

Muonitustoimitukset lautoille — asetus (EY) N:o 800/1999

:

Bl-Iżvediż

:

Proviant till plattformar — Förordning (EG) nr 800/1999


ANNESS IV

ANNESS Ia

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(2)

:

Bil-Bulgaru

:

правата са прехвърлени обратно на титуляра на [дата]

:

Bl-Ispanjol

:

Retrocesión al titular el …

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Zpětný převod držiteli dne …

:

Bid-Daniż

:

tilbageføring til indehaveren den …

:

Bil-Ġermaniż

:

Rückübertragung auf den Lizenzinhaber am …

:

Bl-Eston

:

õiguste tagasiandmine litsentsi/sertifikaadi omanikule …

:

Bil-Grieg

:

εκ νέου παραχώρηση στο δικαιούχο στις …

:

Bl-Ingliż

:

rights transferred back to the titular holder on [date] …

:

Bil-Franċiż

:

rétrocession au titulaire le …

:

Bit-Taljan

:

retrocessione al titolare in data …

:

Bil-Latviju

:

teisės perleidžiamos savininkui [data] …

:

Bil-Litwan

:

tiesības nodotas atpakaļ to nominālajam īpašniekam [datums] …

:

Bl-Ungeriż

:

Visszátruházás az eredeti engedélyesre … -án/-én

:

Bil-Malti

:

Retroċessjoni għas-sid il-

:

Bl-Olandiż

:

aan de titularis geretrocedeerd op …

:

Bil-Pollakk

:

Retrocesja na właściciela tytularnego

:

Bil-Portugiż

:

retrocessão ao titular em …

:

Bir-Rumen

:

repturi retrocedate titularului la data de [data]

:

Bis-Slovakk

:

spätný prevod na oprávneného držitel'a dňa …

:

Bis-Sloven

:

Ponoven odstop nosilcu pravic dne …

:

Bil-Finlandiż

:

palautus todistuksenhaltijalle …

:

Bl-Iżvediż

:

återbördad till licensinnehavaren den …

ANNESS Ib

Entrati msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 16

:

Bil-Bulgaru

:

Лицензия по ГАТТ — хранителна помощ

:

Bl-Ispanjol

:

Certificado GATT — Ayuda alimentaria

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Licence GATT — potravinová pomoc

:

Bid-Daniż

:

GATT-licens — fødevarehjælp

:

Bil-Ġermaniż

:

GATT-Lizenz, Nahrungsmittelhilfe

:

Bl-Eston

:

GATTi alusel välja antud litsents — toiduabi

:

Bil-Grieg

:

Πιστοποιητικό GATT — επισιτιστική βοήθεια

:

Bl-Ingliż

:

Licence under GATT — food aid

:

Bil-Franċiż

:

Certificat GATT — aide alimentaire

:

Bit-Taljan

:

Titolo GATT — Aiuto alimentare

:

Bil-Latviju

:

GATT licencija — pagalba maistu

:

Bil-Litwan

:

Licence saskaņā ar GATT — pārtikas palīdzība

:

Bl-Ungeriż

:

GATT-engedély — élelmiszersegély

:

Bil-Malti

:

Ċertifikat GATT — għajnuna alimentari

:

Bl-Olandiż

:

GATT-certificaat — Voedselhulp

:

Bil-Pollakk

:

Świadectwo GATT — pomoc żywnościowa

:

Bil-Portugiż

:

Certificado GATT — ajuda alimentar

:

Bir-Rumen

:

Certificat GATT — ajutor alimentar

:

Bis-Slovakk

:

Licencia podľa GATT — potravinová pomoc

:

Bis-Sloven

:

Licenca za GATT — pomoč v hrani

:

Bil-Finlandiż

:

GATT-todistus — elintarvikeapu

:

Bl-Iżvediż

:

GATT-licens — livsmedelsbistånd

ANNESS Ic

Entrati msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 33(2)

:

Bil-Bulgaru

:

Да се използва за освобождаване на гаранцията

:

Bl-Ispanjol

:

Se utilizará para liberar la garantía

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

K použití pro uvolnění záruky

:

Bid-Daniż

:

Til brug ved frigivelse af sikkerhed

:

Bil-Ġermaniż

:

Zu verwenden für die Freistellung der Sicherheit

:

Bl-Eston

:

Kasutada tagatise vabastamiseks

:

Bil-Grieg

:

Προς χρησιμοποίηση για την αποδέσμευση της εγγύησης

:

Bl-Ingliż

:

To be used to release the security

:

Bil-Franċiż

:

À utiliser pour la libération de la garantie

:

Bit-Taljan

:

Da utilizzare per lo svincolo della cauzione

:

Bil-Latviju

:

Naudotinas užstatui grąžinti

:

Bil-Litwan

:

Izmantojams drošības naudas atbrīvošanai

:

Bl-Ungeriż

:

A biztosíték feloldására használandó

:

Bil-Malti

:

Biex tiġi użata għar-rilaxx tal-garanzija

:

Bl-Olandiż

:

Te gebruiken voor vrijgave van de zekerheid

:

Bil-Pollakk

:

Do wykorzystania w celu zwolnienia zabezpieczenia

:

Bil-Portugiż

:

A utilizar para liberar a garantia

:

Bir-Rumen

:

A se utiliza pentru eliberarea garanției

:

Bis-Slovakk

:

Použiť na uvol'nenie záruky

:

Bis-Sloven

:

Uporabiti za sprostitev jamstva

:

Bil-Finlandiż

:

Käytettäväksi vakuuden vapauttamiseen

:

Bl-Iżvediż

:

Att användas för frisläppande av säkerhet

ANNESS Id

Entrati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 33(3):

:

Bil-Bulgaru

:

Напускане на митническата територия на Общността под митнически режим опростен общностен транзит с железопътен транспорт или с големи контейнери

:

Bl-Ispanjol

:

Salida del territorio aduanero de la Comunidad bajo el régimen de tránsito comunitario simplificado por ferrocarril o en contenedores grandes

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Opuštění celního území Společenství ve zjednodušeném tranzitním režimu Společenství pro přepravu po železnici nebo ve velkých kontejnerech

:

Bid-Daniż

:

Udgang fra Fællesskabets toldområde i henhold til ordningen for den forenklede procedure for fællesskabsforsendelse med jernbane eller store containere

:

Bil-Ġermaniż

:

Ausgang aus dem Zollgebiet der Gemeinschaft im Rahmen des vereinfachten gemeinschaftlichen Versandverfahrens mit der Eisenbahn oder in Großbehältern

:

Bl-Eston

:

Ühenduse tolliterritooriumilt väljaviimine ühenduse lihtsustatud transiidiprotseduuri kohaselt raudteed mööda või suurtes konteinerites

:

Bil-Grieg

:

Έξοδος από το τελωνειακό έδαφος της Κοινότητας υπό το απλοποιημένο καθεστώς της κοινοτικής διαμετακόμισης με σιδηρόδρομο ή μεγάλα εμπορευματοκιβώτια

:

Bl-Ingliż

:

Exit from the customs territory of the Community under the simplified Community transit procedure for carriage by rail or large containers

:

Bil-Franċiż

:

Sortie du territoire douanier de la Communauté sous le régime du transit communautaire simplifié par chemin de fer ou par grands conteneurs

:

Bit-Taljan

:

Uscita dal territorio doganale della Comunità in regime di transito comunitario semplificato per ferrovia o grandi contenitori

:

Bil-Latviju

:

Išvežama iš Bendrijos muitų teritorijos pagal supaprastintą Bendrijos tranzito geležinkeliu arba didelėse talpyklose tvarką

:

Bil-Litwan

:

Izvešana no Kopienas muitas teritorijas, izmantojot Kopienas vienkāršoto tranzīta procedūru pārvadājumiem pa dzelzceļu vai lielos konteineros

:

Bl-Ungeriż

:

A Közösség vámterületét elhagyta egyszerűsített közösségi szállítási eljárás keretében vasúton vagy konténerben

:

Bil-Malti

:

Ħierġa mit-territorju tad-dwana tal-Komunità taħt ir-reġim tat-transitu komunitarju simplifikat bil-ferroviji jew b' kontejners kbar

:

Bl-Olandiż

:

Vertrek uit het douanegebied van de Gemeenschap onder de regeling vereenvoudigd communautair douanevervoer per spoor of in grote containers

:

Bil-Pollakk

:

Opuszczenie obszaru celnego Wspólnoty zgodnie z uproszczoną procedurą tranzytu wspólnotowego w przewozie koleją lub w wielkich kontenerach

:

Bil-Portugiż

:

Saída do território aduaneiro da Comunidade ao abrigo do regime do trânsito comunitário simplificado por caminho-de-ferro ou em grandes contentores

:

Bir-Rumen

:

Ieșire de pe teritoriul vamal al Comunității în cadrul regimului de tranzit comunitar simplificat pentru transport pe calea ferată sau în containere mari

:

Bis-Slovakk

:

Opustenie colného územia spoločenstva na základe zjednodušeného postupu spoločenstva pri tranzite v prípade prepravy po železnici alebo vo vel'kých kontajneroch

:

Bis-Sloven

:

Izstop iz carinskega območja Skupnosti pod skupnostnim poenostavljenim tranzitnim režimom po železnici ali z velikimi zabojniki

:

Bil-Finlandiż

:

Vienti yhteisön tullialueelta yhteisön yksinkertaistetussa passitusmenettelyssä rautateitse tai suurissa konteissa

:

Bl-Iżvediż

:

Utförsel från gemenskapens tullområde enligt det förenklade transiteringssförfarandet för järnvägstransporter eller transporter i stora containrar.

ANNESS Ie

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 36(4):

:

Bil-Bulgaru

:

Заместваща лицензия (сертификат или извлечение) за изгубена лицензия (сертификат или извлечение) — Номер на оригиналната лицензия (сертификат) …

:

Bl-Ispanjol

:

Certificado (o extracto) de sustitición de un certificado (o extracto) perdido — número del certificado inicial …

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Náhradní licence (osvědčení nebo výpis) za ztracenou licenci (osvědčení nebo výpis) číslo původní licence …

:

Bid-Daniż

:

Erstatningslicens/-attest (eller erstatningspartiallicens) for bortkommen licens/attest (eller partiallicens) — Oprindelig licens/attest (eller partiallicens) nr. …

:

Bil-Ġermaniż

:

Ersatzlizenz (oder Teillizenz) einer verlorenen Lizenz (oder Teillizenz) — Nummer der ursprünglichen Lizenz …

:

Bl-Eston

:

Kaotatud litsentsi/sertifikaati (või väljavõtet) asendav litsents/sertifikaat (või väljavõte) — esialgse litsentsi/sertifikaadi number …

:

Bil-Grieg

:

Πιστοποιητικό (ή απόσπασμα) αντικαταστάσεως του απωλεσθέντος πιστοποιητικού (ή αποσπάσματος πιστοποιητικού) αριθ. …

:

Bl-Ingliż

:

Replacement licence (certificate or extract) of a lost licence (certificate or extract) — Number of original licence (certificate) …

:

Bil-Franċiż

:

Certificat (ou extrait) de remplacement d'un certificat (ou extrait de) perdu — numéro du certificat initial …

:

Bit-Taljan

:

Titolo (o estratto) sostitutivo di un titolo (o estratto) smarrito — numero del titolo originale …

:

Bil-Latviju

:

Pamesto sertifikato (licencijos, išrašo) pakaitinis sertifikatas (licencija, išrašas) — sertifikato (licencijos, išrašo) originalo numeris …

:

Bil-Litwan

:

Nozaudētās licences (sertifikāta vai izraksta) aizstājēja licence (sertifikāts vai izraksts). Licences (sertifikāta) oriģināla numurs

:

Bl-Ungeriż

:

Helyettesítő engedély (vagy kivonat) elveszett engedély (vagy kivonat) pótlására — az eredeti engedély száma

:

Bil-Malti

:

Ċertifikat (jew estratt) tas-sostituzzjoni ta' ċertifikat (jew estratt) mitluf — numru ta'l-ewwel ċertifikat

:

Bl-Olandiż

:

Certificaat (of uittreksel) ter vervanging van een verloren gegaan certificaat (of uittreksel) — nummer van het oorspronkelijke certificaat …

:

Bil-Pollakk

:

Świadectwo zastępcze (lub wyciąg) świadectwa (lub wyciągu) utraconego numer świadectwa początkowego

:

Bil-Portugiż

:

Certificado (ou extracto) de substituição de um certificado (ou extracto) perdido — número do certificado inicial

:

Bir-Rumen

:

Licență (certificat sau extras) de înlocuire a unei licențe (certificat sau extras) pierdute — Numărul licenței (certificatului) originale …

:

Bis-Slovakk

:

Náhradná licencia (certifikát alebo výpis) za stratenú licenciu (certifikát alebo výpis) — číslo pôvodnej licencie (certifikátu) …

:

Bis-Sloven

:

Nadomestna licenca (ali delna licenca) za izgubljeno licenco (ali delno licenco) — številka izvirne licence …

:

Bil-Finlandiż

:

Kadonneen todistuksen (tai otteen) korvaava todistus (tai ote). Alkuperäisen todistuksen numero …

:

Bl-Iżvediż

:

Ersättningslicens (licens eller dellicens) för förlorad licens (licens eller dellicens). Nummer på ursprungslicensen …

ANNESS If

Entrati msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 42(1):

:

Bil-Bulgaru

:

Лицензия, издадена съгласно член 42 от Регламент (ЕО) № 1291/2000; оригинална лицензия № …

:

Bl-Ispanjol

:

Certificado emitido en las condiciones del artículo 42 del Reglamento (CE) no 1291/2000; certificado inicial no

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Licence vydaná podle článku 42 nařízení (ES) č. 1291/2000; č. původní licence …

:

Bid-Daniż

:

Licens udstedt på de i artikel 42 i forordning (EF) nr. 1291/2000 fastsatte betingelser; oprindelig licens nr. …

:

Bil-Ġermaniż

:

Unter den Bedingungen von Artikel 42 der Verordnung (EG) Nr. 1291/2000 erteilte Lizenz; ursprüngliche Lizenz Nr. …

:

Bl-Eston

:

Määruse (EÜ) nr 1291/2000 artikli 42 kohaselt väljaantud litsents; esialgne litsents nr …

:

Bil-Grieg

:

Πιστοποιητικό που εκδίδεται υπό τους όρους του άρθρου 42 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1291/2000· αρχικό πιστοποιητικό αριθ. …

:

Bl-Ingliż

:

License issued in accordance with Article 42 of Regulation (EC) No 1291/2000; original licence No …

:

Bil-Franċiż

:

Certificat émis dans les conditions de l'article 42 du règlement (CE) no 1291/2000; certificat initial no

:

Bit-Taljan

:

Titolo rilasciato alle condizioni dell'articolo 42 del regolamento (CEE) n. 1291/2000; titolo originale n. …

:

Bil-Latviju

:

Licencija išduota Reglamento (EB) Nr. 1291/2000 42 straipsnyje nustatytomis sąlygomis; licencijos originalo Nr. …

:

Bil-Litwan

:

Licence, kas ir izsniegta saskaņā ar Regulas (EK) Nr. 1291/2000 42. pantu; licences oriģināla Nr. …

:

Bl-Ungeriż

:

Az 1291/2000/EK rendelet 42. cikkében foglalt feltételek szerint kiállított engedély; az eredeti engedély száma: …

:

Bil-Malti

:

Ċertifikat maħruġ taħt il-kundizzjonijiet ta'l-artikolu 42 tar-regolament (CE) nru 1291/2000; l-ewwel ċertifikat nru …

:

Bl-Olandiż

:

Certificaat afgegeven overeenkomstig artikel 42 van Verordening (EG) nr. 1291/2000; oorspronkelijk certificaat nr. …

:

Bil-Pollakk

:

Świadectwo wydane zgodnie z warunkami art. 42 rozporządzenia (WE) nr 1291/2000; Pierwsze świadectwo nr. …

:

Bil-Portugiż

:

Certificado emitido nas condições previstas no artigo 42g do Regulamento (CE) n.o 1291/2000; certificado inicial n.o

:

Bir-Rumen

:

Licență eliberată în conformitate cu articolul 42 din Regulamentul (CE) nr. 1291/2000; licență originală nr.

:

Bis-Slovakk

:

Licencia vydaná v súlade s článkom 42 nariadenia (ES) č. 1291/2000; číslo pôvodnej licencie …

:

Bis-Sloven

:

Licenca, izdana pod pogoji člena 42 Uredbe (ES) št. 1291/2000; izvirna licenca št. …

:

Bil-Finlandiż

:

Todistus myönnetty asetuksen (EY) N:o 1291/2000 42 artiklan mukaisesti; alkuperäinen todistus N:o …

:

Bl-Iżvediż

:

Licens utfärdad i enlighet med artikel 42 i förordning (EG) nr 1291/2000; ursprunglig licens nr …

ANNESS Ig

Entrati msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 43(1)

:

Bil-Bulgaru

:

Износът е осъществен без лицензия или сертификат

:

Bl-Ispanjol

:

Exportación realizada sin certificado

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Vývoz bez licence nebo bez osvědčení

:

Bid-Daniż

:

Udførsel uden licens/attest

:

Bil-Ġermaniż

:

Ausfuhr ohne Ausfuhrlizenz oder Vorausfestsetzungsbescheinigung

:

Bl-Eston

:

Eksporditud ilma litsentsita/sertifikaadita

:

Bil-Grieg

:

Εξαγωγή πραγματοποιούμενη άνευ αδείας ή πιστοποιητικού

:

Bl-Ingliż

:

Exported without licence or certificate

:

Bil-Franċiż

:

Exportation réalisée sans certificat

:

Bit-Taljan

:

Esportazione realizzata senza titolo

:

Bil-Latviju

:

Eksportuota be licencijos ar sertifikato

:

Bil-Litwan

:

Eksportēts bez licences vai sertifikāta

:

Bl-Ungeriż

:

Kiviteli engedély használata nélküli export

:

Bil-Malti

:

Esportazzjoni magħmula mingħajr ċertifikat

:

Bl-Olandiż

:

Uitvoer zonder certificaat

:

Bil-Pollakk

:

Wywóz dokonany bez świadectwa

:

Bil-Portugiż

:

Exportação efectuada sem certificado

:

Bir-Rumen

:

Exportat fără licență sau certificat

:

Bis-Slovakk

:

Vyvezené bez licencie alebo certifikátu

:

Bis-Sloven

:

Izvoz, izpeljan brez licence

:

Bil-Finlandiż

:

Viety ilman todistusta

:

Bl-Iżvediż

:

Exporterad utan licens

ANNESS Ih

Entrati msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 45(3)

:

Bil-Bulgaru

:

Условията, определени в член 45 от Регламент (ЕО) № 1291/2000, са изпълнени

:

Bl-Ispanjol

:

Condiciones previstas en el artículo 45 del Reglamento (CE) no 1291/2000 cumplidas

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Byly dodrženy podmínky stanovené v článku 45 nařízení (ES) č. 1291/2000

:

Bid-Daniż

:

Betingelserne i artikel 45 i forordning (EF) nr. 1291/2000 er opfyldt

:

Bil-Ġermaniż

:

Bedingungen von Artikel 45 der Verordnung (EG) Nr. 1291/2000 wurden eingehalten

:

Bl-Eston

:

Määruse (EÜ) nr 1291/2000 artiklis 45 ettenähtud tingimused on täidetud

:

Bil-Grieg

:

Τηρουμένων των προϋποθέσεων του άρθρου 45 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1291/2000

:

Bl-Ingliż

:

Conditions laid down in Article 45 of Regulation (EC) No 1291/2000 fulfilled

:

Bil-Franċiż

:

Conditions prévues à l'article 45 du règlement (CE) no 1291/2000 respectées

:

Bit-Taljan

:

Condizioni previste dall'articolo 45 del regolamento (CE) n. 1291/2000 ottemperate

:

Bil-Latviju

:

Įvykdytos Reglamento (EB) Nr. 1291/2000 45 straipsnyje numatytos sąlygos

:

Bil-Litwan

:

Regulas (EK) Nr. 1291/2000 45. pantā paredzētie nosacījumi ir izpildīti

:

Bl-Ungeriż

:

Az 1291/2000/EK rendelet 45. cikkében foglalt feltételek teljesítve

:

Bil-Malti

:

Kundizzjonijiet previsti fl-artikolu 45 tar-regolament (CE) nru 1291/2000 rispettivament

:

Bl-Olandiż

:

in artikel 45 van Verordening (EG) nr. 1291/2000 bedoelde voorwaarden nageleefd

:

Bil-Pollakk

:

Warunki przewidziane w art. 45 rozporządzenia (WE) nr 1291/2000 spełnione

:

Bil-Portugiż

:

Condições previstas no artigo 45.o do Regulamento (CE) n.o 1291/2000 cumpridas.

:

Bir-Rumen

:

Condițiile prevăzute la articolul 45 din Regulamentul (CE) nr. 1291/2000 — îndeplinite

:

Bis-Slovakk

:

Podmienky ustanovené v článku 45 nariadenia (ES) č. 1291/2000 boli splnené

:

Bis-Sloven

:

Pogoji, predvideni v členu 45 Uredbe (ES) št. 1291/2000, spoštovani

:

Bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 1291/2000 45 artiklassa säädetyt edellytykset on täytetty

:

Bl-Iżvediż

:

Villkoren i artikel 45 i förordning (EG) nr 1291/2000 är uppfyllda.

ANNESS Ii

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 50(1)

:

Bil-Bulgaru

:

Преференциален режим, приложим към количеството, посочено в Раздели 17 и 18

:

Bl-Ispanjol

:

Régimen preferencial aplicable a la cantidad indicada en las casillas 17 y 18

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Preferenční režim na množství uvedená v kolonkách 17 a 18

:

Bid-Daniż

:

Præferenceordning gældende for mængden anført i rubrik 17 og 18

:

Bil-Ġermaniż

:

Präferenzregelung, anwendbar auf die in den Feldern 17 und 18 genannte Menge

:

Bl-Eston

:

Lahtrites 17 ja 18 osutatud koguse suhtes kohaldatav sooduskord

:

Bil-Grieg

:

Προτιμησιακό καθεστώς εφαρμοζόμενο για την ποσότητα που αναγράφεται στα τετραγωνίδια 17 και 18

:

Bl-Ingliż

:

Preferential arrangements applicable to the quantity given in Sections 17 and 18

:

Bil-Franċiż

:

Régime préférentiel applicable pour la quantité indiquée dans les cases 17 et 18

:

Bit-Taljan

:

Regime preferenziale applicabile per la quantità indicata nelle caselle 17 e 18

:

Bil-Latviju

:

Taikomos lengvatinės sąlygos 17 ir 18 skiltyse įrašytiems kiekiams

:

Bil-Litwan

:

Labvēlības režīms, kas piemērojams 17. un 18. iedaļā dotajam daudzumam

:

Bl-Ungeriż

:

Kedvezményes eljárás hatálya alá tartozó, a 17-es és 18-as mezőn feltüntetett mennyiség

:

Bil-Malti

:

Reġim preferenzjali applikabbli għall-kwantità indikata fil-każi 17 u 18

:

Bl-Olandiż

:

Preferentiële regeling van toepassing voor de in de vakken 17 en 18 vermelde hoeveelheid

:

Bil-Pollakk

:

Porozumienie preferencyjne stosowane dla ilości wskazanych w polach 17 i 18

:

Bil-Portugiż

:

Regime preferencial aplicável em relação à quantidade indicada nas casas 17 e 18,

:

Bir-Rumen

:

Regimuri preferențiale aplicabile cantității prevăzute în căsuțele 17 și 18

:

Bis-Slovakk

:

Preferenčné opatrenia platia pre množstvo uvedené v oddieloch 17 a 18

:

Bis-Sloven

:

Preferenčni režim, uporabljen za količine, navedene v okencih 17 in 18

:

Bil-Finlandiż

:

Etuuskohtelu, jota sovelletaan kohdissa 17 ja 18 esitettyihin määriin

:

Bl-Iżvediż

:

Preferensordning tillämplig för den kvantitet som anges i fält 17 och 18.


ANNESS V

“ANNESS

Entrati msemmija fl-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 3(3):

:

Bil-Bulgaru

:

Хранителна помощ от Общността — Дейност № …/… или Национална хранителна помощ

:

Bl-Ispanjol

:

Ayuda alimentaria comunitaria — Accion no …/… o Ayuda alimentaria nacional

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Potravinová pomoc Společenství — akce č. …/… nebo vnitrostátní potravinová pomoc

:

Bid-Daniż

:

Fællesskabets fødevarehjælp — Aktion nr. …/… eller National fødevarehjælp

:

Bil-Ġermaniż

:

Gemeinschaftliche Nahrungsmittelhilfe — Maßnahme Nr. …/… oder Nationale Nahrungsmittelhilfe

:

Bl-Eston

:

Ühenduse toiduabi — programm nr …/… või siseriiklik toiduabi

:

Bil-Grieg

:

Kοινοτική επισιτιστική βοήθεια — Δράση αριθ. …/… ή εθνική επισιτιστική βοήθεια

:

Bl-Ingliż

:

Community food aid — Action No …/… or National food aid

:

Bil-Franċiż

:

Aide alimentaire communautaire — Action no …/… ou Aide alimentaire nationale

:

Bit-Taljan

:

Aiuto alimentare comunitario — Azione n. …/… o Aiuto alimentare nazionale

:

Bil-Latviju

:

Kopienas pārtikas atbalsts — Pasākums Nr. …/… vai Valsts pārtikas atbalsts

:

Bil-Litwan

:

Bendrijos pagalba maisto produktais — Priemonė Nr. …/… arba Nacionalinė pagalba maisto produktais

:

Bl-Ungeriż

:

Közösségi élelmiszersegély — … számú intézkedés/… vagy Nemzeti élelmiszersegély

:

Bil-Malti

:

Għajnuna alimentari komuni — Azzjoni nru …/… jew Għajnuna alimentari nazzjonali

:

Bl-Olandiż

:

Communautaire voedselhulp — Actie nr. …/… of Nationale voedselhulp

:

Bil-Pollakk

:

Wspólnotowa pomoc żywnościowa — Działanie nr …/… lub Krajowa pomoc żywnościowa

:

Bil-Portugiż

:

Ajuda alimentar comunitária — Acção n.o …/… ou Ajuda alimentar nacional

:

Bir-Rumen

:

Ajutor alimentar comunitar — Acțiunea nr. …/… sau Ajutor alimentar național

:

Bis-Slovakk

:

Potravinová pomoc Spoločenstva — Akcia č. …/… alebo Národná potravinová pomoc

:

Bis-Sloven

:

Pomoč Skupnosti v hrani — Akcija št. …/… ali državna pomoč v hrani

:

Bil-Finlandiż

:

Yhteisön elintarvikeapu — Toimi nro …/… tai kansallinen elintarvikeapu

:

Bl-Iżvediż

:

Livsmedelsbistånd från gemenskapen — Aktion nr …/… eller Nationellt livsmedelsbistånd”


ANNESS VI

ANNESS Ia

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(5):

:

Bil-Bulgaru

:

Взета проба

:

Bl-Ispanjol

:

muestra recogida

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

odebraný vzorek

:

Bid-Daniż

:

udtaget prøve

:

Bil-Ġermaniż

:

Probe gezogen

:

Bl-Eston

:

võetud proov

:

Bil-Grieg

:

ελήφθη δείγμα

:

Bl-Ingliż

:

Sample taken

:

Bil-Franċiż

:

échantillon prélevé

:

Bit-Taljan

:

campione prelevato

:

Bil-Latviju

:

paraugs paņemts

:

Bil-Litwan

:

Bandinys paimtas

:

Bl-Ungeriż

:

ellenőrzési mintavétel megtörtént

:

Bil-Malti

:

kampjun meħud

:

Bl-Olandiż

:

monster genomen

:

Bil-Pollakk

:

pobrana próbka

:

Bil-Portugiż

:

Amostra colhida

:

Bir-Rumen

:

Eșantion prelevat

:

Bis-Slovakk

:

odobratá vzorka

:

Bis-Sloven

:

vzorec odvzet

:

Bil-Finlandiż

:

näyte otettu

:

Bl-Iżvediż

:

varuprov.

ANNESS Ib

Entrati msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 10(6):

:

Bil-Bulgaru

:

Съответствие на резултатите от тестовете

:

Bl-Ispanjol

:

resultado del análisis conforme

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

výsledek analýzy je v souladu

:

Bid-Daniż

:

analyseresultat i orden

:

Bil-Ġermaniż

:

konformes Analyseergebnis

:

Bl-Eston

:

vastav analüüsitulemus

:

Bil-Grieg

:

αποτέλεσμα της ανάλυσης σύμφωνο

:

Bl-Ingliż

:

Results of tests conform

:

Bil-Franċiż

:

résultat d'analyse conforme

:

Bit-Taljan

:

risultato di analisi conforme

:

Bil-Latviju

:

analīzes rezultāti atbilst

:

Bil-Litwan

:

Tyrimų rezultatai atitinka eksporto deklaraciją

:

Bl-Ungeriż

:

ellenőrzési eredmény megfelelő

:

Bil-Malti

:

riżultat ta'l-analiżi konformi

:

Bl-Olandiż

:

analyseresultaat conform

:

Bil-Pollakk

:

wynik analizy zgodny

:

Bil-Portugiż

:

Resultado da análise conforme

:

Bir-Rumen

:

Rezultatul analizelor — conform

:

Bis-Slovakk

:

výsledok testu je v súlade

:

Bis-Sloven

:

rezultat analize je v skladu z/s

:

Bil-Finlandiż

:

analyysin tulos yhtäpitävä

:

Bl-Iżvediż

:

Analysresultatet överensstämmer med exportdeklarationen.

ANNESS Ic

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(7):

:

Bil-Bulgaru

:

Искане за прилагане на член 10, параграф 7 от Регламент (ЕО) № 2090/2002. Митническа служба за излизане или митническо бюро на получаване на контролното копие Т5: …

:

Bl-Ispanjol

:

Solicitud de aplicación del apartado 7 del artículo 10 del Reglamento (CE) no 2090/2002. Oficina de aduana de salida o de destino del T5: …

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Žádost o použití čl. 10 odst. 7 nařízení (ES) č. 2090/2002. Identifikace celního úřadu výstupu nebo celního úřadu určení T 5: …

:

Bid-Daniż

:

Anmodning om anvendelse af artikel 10, stk. 7, I forordning (EF) nr. 2090/2002. Identifikation af udgangstoldstedet eller bestemmelsestoldstedet for T5: …

:

Bil-Ġermaniż

:

Antrag auf Anwendung von Artikel 10 Absatz 7 der Verordnung (EG) Nr. 2090/2002. Identifizierung der Ausgangszollstelle oder der Bestimmungsstelle des Kontrollexemplars T5: …

:

Bl-Eston

:

Määruse (EÜ) nr 2090/2002 artikli 10 lõike 7 kohaldamise taotlus. Väljumistolliasutus või tolliasutus, kuhu saadetakse kontrolleksemplar T5: …

:

Bil-Grieg

:

Αίτηση εφαρμογής του άρθρου 10 παράγραφος 7 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 2090/2002. Εξακρίβωση του τελω-νείου εξόδου ή του τελωνείου προορισμού του T5: …

:

Bl-Ingliż

:

Request for application of Article 10(7) of Regulation (EC) No 2090/2002. Identity of the customs office of exit or customs office receiving the control copy T5: …

:

Bil-Franċiż

:

Demande d'application de l'article 10, paragraphe 7, du règlement (CE) no 2090/2002. Identification du bureau de douane de sortie ou de destination du T5: …

:

Bit-Taljan

:

Domanda di applicazione dell'articolo 10, paragrafo 7, del regolamento (CE) n. 2090/2002. Identificazione dell'ufficio doganale di uscita o di destinazione del T5: …

:

Bil-Latviju

:

Pieprasījums piemērot Regulas (EK) Nr. 2090/2002 10. panta 7. punktu. Nobeiguma muitas punkta vai muitas punkta, kas saņem T5 kontroleksemplāru, identitāte: …

:

Bil-Litwan

:

Prašymas taikyti Reglamento (EB) Nr. 2090/2002 10 straipsnio 7 dalį. Išvykimo muitinės įstaiga arba įstaiga, kuriai išsiunčiamas T5 kontrolinis egzempliorius: …

:

Bl-Ungeriż

:

A 2090/2002/EK rendelet 10. cikke (7) bekezdésének alkalmazására irányuló kérelem. A kilépési vámhivatal vagy a T5 ellenőrző példányt átvevő hivatal azonosítója: …

:

Bil-Malti

:

Talba għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10, paragrafu 7, tar-Regolament (KE) nru 2090/2002. Identifikazzjoni ta'l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew tal-wasla tat-T5: …

:

Bl-Olandiż

:

Verzoek om toepassing van artikel 10, lid 7, van Verordening (EG) nr. 2090/2002. Identificatie van het kantoor van uitgang of van bestemming van de T5: …

:

Bil-Pollakk

:

Wniosek o stosowanie art. 10 ust. 7 rozporza, dzenia (WE) nr 2090/2002. Identyfikacja urzędu celnego wyjścia lub przeznaczenia T5. …

:

Bil-Portugiż

:

Pedido de aplicação do n.o 7 do artigo 10.o do Regulamento (CE) n.o 2090/2002. Identificação da estância aduaneira de saída ou de destino do T5: …

:

Bir-Rumen

:

erere de aplicare a articolului 10 alineatul (7) din Regulamentul (CE) nr. 2090/2002. Identitatea biroului vamal de ieșire sau a biroului vamal de destinație a exemplarului de control T5: …

:

Bis-Slovakk

:

Žiadost’ o uplatňovanie článku 10 odsek 7 nariadenia (ES) č. 2090/2002. Identifikácia colného úradu výstupu alebo colného úradu určenia T5: …

:

Bis-Sloven

:

Zahteva se uporaba člena 10, odstavka 7, Uredbe(ES) št. 2090/2002. Identifikacija carinskega urada izvoza ali namembnega kraja T5: …

:

Bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 2090/2002 10 artiklan 7 kohdan soveltamista koskeva pyyntö. Poistumistullitoimipaikan tai toimipaikan, johon T5-valvontakappale toimitetaan, tunnistustiedot: …

:

Bl-Iżvediż

:

Begäran om tillämpning av artikel 10.7 i förordning (EG) nr 2090/2002. Uppgift om utfartstullkontor eller bestämmelsetullkontor enligt kontrollexemplaret T5: …


ANNESS VII

“ANNESS Ia

Entrati msemmija fl-Artikolu 2(3):

:

Bil-Bulgaru

:

Резултатите от проверките съгласно член 2 от Регламент (ЕО) № 639/2003 са удовлетворителни,

:

Bl-Ispanjol

:

Resultados de los controles de conformidad con el artículo 2 del Reglamento (CE) no 639/2003 satisfactorios

:

Biċ-Ċekożlovakk

:

Výsledky kontrol podle článku 2 nařízení (ES) č. 639/2003 jsou uspokojivé

:

Bid-Daniż

:

Resultater af kontrollen efter artikel 2 i forordning (EF) nr. 639/2003 er tilfredsstillende

:

Bil-Ġermaniż

:

Ergebnisse der Kontrollen nach Artikel 2 der Verordnung (EG) Nr. 639/2003 zufriedenstellend

:

Bl-Eston

:

Määruse (EÜ) nr 639/2003 artiklis 2 osutatud kontrollide tulemused rahuldavad

:

Bil-Grieg

:

Αποτελέσματα των ελέγχων βάσει του άρθρου 2 του κανονισμού (EK) αριθ, 639/2003 ικανοποιητικά

:

Bl-Ingliż

:

Results of the checks pursuant to Article 2 of Regulation (EC) No 639/2003 satisfactory

:

Bil-Franċiż

:

Résultats des contrôles visés à l'article 2 du règlement (CE) no 639/2003 satisfaisants

:

Bit-Taljan

:

Risultati dei controlli conformi alle disposizioni dell'articolo 2 del regolamento (CE) n. 639/2003

:

Bil-Latviju

:

Regulas (EK) Nr. 639/2003 2. pantā minēto pārbaužu rezultāti ir apmierinoši

:

Bil-Litwan

:

Reglamento (EB) Nr.639/2003 2 straipsnyje numatytų patikrinimų rezultatai yra patenkinami

:

Bl-Ungeriż

:

A 639/2003/EK rendelet 2. cikkében előirányzott ellenőrzések eredményei kielégítők

:

Bil-Malti

:

Riżultati tal-kontrolli konformi ma’l-artikolu 2 tar-regolament (KE) nru 639/2003 sodisfaċenti

:

Bl-Olandiż

:

Bevindingen bij controle overeenkomstig artikel 2 van Verordening (EG) nr. 639/2003 bevredigend

:

Bil-Pollakk

:

Wyniki kontroli, o której mowa w art. 2 rozporządzenia (WE) nr 639/2003 zadowalające.

:

Bil-Portugiż

:

Resultados dos controlos satisfatórios nos termos do artigo 2.o do Regulamento (CE) n.o 639/2003

:

Bir-Rumen

:

Rezultatele controalelor menționate la articolul 2 din Regulamentul (CE) nr. 639/2003 — satisfăcătoare.

:

Bis-Slovakk

:

Výsledky kontrol podľa článku 2 nariadenia (ES) č. 639/2003 uspokojivé

:

Bis-Sloven

:

Rezultati kontrol, izhajajoči iz člena 2 Uredbe št. 639/2003 so zadovoljivi

:

Bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 639/2003 2 artiklan mukaisen tarkastuksen tulos tyydyttävä

:

Bl-Iżvediż

:

Resultaten av kontrollen enligt artikel 2 i förordning (EG) nr 639/2003 är tillfredsställande”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

449


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1851/2006

ta’ l-14 ta' Diċembru 2006

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward tal-konsum tal-għalf konvenzjonali matul il-perjodi ta’ transumanza

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-regoli tal-produzzjoni organika għall-bhejjem stabbiliti fl-Anness I, parti B tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, li jinkludi r-regoli tal-għalf, għandhom ikunu applikati għall-annimali matul ħajjithom kollha.

(2)

Wieħed mill-prinċipji bażiċi fil-biedja organika hu l-użu wiesa’ tal-mergħa.

(3)

F’xi Stati Membri, l-użu tal-mergħa fuq l-art organika hu marbut mas-sistema tradizzjonali tal-mergħa tat-transumanza. Meta annimali taħt transumanza jiġu mċaqalqa bil-mixi minn mergħa għall-oħra, huma jgħaddu minn u jirgħu fuq l-art konvenzjonali, kemm fi triqithom u kif ukoll barra miż-żoni ta’ transumanza u bejn mergħat differenti ta’ transumanza.

(4)

Hemm ħtieġa li jkun żgurat li t-transumanza għal bhejjem organiċi tista’ tkompli, minkejja l-fatt li l-annimali jkunu se jieħdu ċertu ammont ta’ għalf b’kontenut qawwi ta’ fibra.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 iddaħħal il-punt 4.10 li ġej:

“4.10.

Minkejja l-punt 4.13, matul il-perjodu ta’ transumanza l-annimali jistgħu jirgħu fuq l-art konvenzjonali meta jiġu mċaqalqa bil-mixi minn mergħa għal oħra. Il-konsum ta’ għalf konvenzjonali, fil-forma ta’ ħaxix u veġetazzjoni oħra li fuqha jirgħu l-annimali, matul dan il-perjodu m’għandux jaqbeż l-10 % tal-porzjon totali tal-għalf għal kull sena. Din iċ-ċifra għandha tkun ikkalkolata bħala perċentwali tal-kontenut niexef ta’ għalf minn oriġini agrikola.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2006 (ĠU L 137, 25.5.2006, p. 9).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

450


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1918/2006

ta’ l-20 ta' Diċembru 2006

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 1 għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija min-naħa l-oħra (2) kif emendat bl-Artikolu 3(1) tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija min-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea (3), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/720/KE (4), jiftaħ kwota tariffarja ta’ 56 700 tunnellata b’dazju żero għall-importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa bil-kodiċi NM 1509 10 10 u 1509 10 90, miksub fl-intier tiegħu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn hemm lejn il-Komunità.

(2)

Ir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli amministrati skont sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni (5), japplika għal-liċenzji għall-importazzjoni għall-perjodi ta’ kwoti tariffarji tal-importazzjoni li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2007.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistabbilixxi b’mod partikolari dispożizzjonijiet iddettaljati dwar l-applikazzjonijiet, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ tal-liċenzji. Dan ir-Regolament jillimita l-perjodu ta’ validità tal-liċenzji sal-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati għall-iffissar minn qabel għal dak li għandu x'jaqsam mal-prodotti agrikoli (6), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2005 tas-16 ta’ Awwissu 2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa (7) u r-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw bla ħsara għal kundizzjonijiet u derogi addizzjonali stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(5)

Il-forniment taż-żejt taż-żebbuġa lis-suq Komunitarju jippermetti, bħala prinċipju, kunsinna ta’ kwantità skont il-kwota tariffarja mingħajr ma jinħoloq tfixkil fis-suq, sakemm l-importazzjoni ma tkunx ikkonċentrata f'perjodu qasir tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. Għalhekk għandu jiġi pprovdut li l-liċenzji għall-importazzjoni jinħarġu bejn Jannar u Ottubru skont skeda ta’ kull xahar.

(6)

Filwaqt li jitqies il-vantaġġ li toffri l-applikazzjoni ta’ dazju żero, il-garanzija għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa taħt dan ir-Regolament għandha tiġi ffissta b’ammont ogħla minn dak stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1345/2005.

(7)

Għall-fini ta’ ċarezza, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2001 tal-15 ta’ Frar 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1476/95 u (KE) Nru 1291/2000 (8) għandu jitħassar.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000, ir-Regolament (KE) Nru 1345/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Infetħet kwota ta’ tariffa bin-numru tal-ordni 09.4032 għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ żejt verġni taż-żebbuġa li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1509 10 10 u 1509 10 90, miksub fl-intier tiegħu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dan il-pajjiż lejn il-Komunità, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jkun ta’ 56 700 tunnellata. Ir-rata ta’ dazju applikabbli għandha tkun 0 %.

2.   Il-kwota għandha tinfetaħ mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena. Kull sena u bla ħsara għall-volum tal-kwota msemmija fil-paragrafu 1, il-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni jista’ jasal sal-limiti li ġejjin fix-xahar:

1 000 tunnellata kull xahar minn Jannar sa Frar,

4 000 tunnellata għax-xahar ta’ Marzu,

8 000 tunnellata għax-xahar ta’ April,

10 000 tunnellata kull xahar minn Mejju sa Ottubru.

B’deroga mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, il-kwantitajiet li ma jintużawx f’xahar partikolari għandhom jiżdiedu ma’ dawk tax-xahar ta’ wara, imma mhux ma’ dawk tax-xahar suċċessiv għal dan ix-xahar ta’ wara.

3.   Għall-fini tal-ikkalkular tal-kwantità awtorizzata għal kull xahar, meta ġimgħa tibda f’xahar wieħed u tintemm fix-xahar ta' warajh, din il-ġimgħa għandha titqies bħala parti minn dak ix-xahar li fih jaqa’ l-Ħamis.

Artikolu 3

1.   B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikanti jistgħu jissottomettu applikazzjoni għal-liċenzja għall-importazzjoni waħda kull ġimgħa, kull nhar ta’ Tnejn jew kull nhar ta’ Tlieta. L-applikazzjonijiet ta’ kull ġimgħa għal-liċenzji li jissottometti applikant ma jistgħux jaqbżu l-limitu tal-kwantità tax-xahar stabbilit fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Kull ġimgħa, fil-jum ta’ xogħol l-għada ta’ nhar ta’ Tlieta, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet li għalihom ikunu ntefgħu applikazzjonijiet għal-liċenzji. In-notifiki għandhom jinqasmu skont il-kodiċi NM.

3.   Il-liċenzji għall-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-raba’ jum ta’ xogħol li jsegwi t-tmiem tal-perjodu ta’ notifikazzjoni previst fil-paragrafu 2.

4.   B’deroga mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1345/2005, l-ammont ta’ granazija għandu jkun EUR 15 għal kull 100 kg nett.

5.   B’deroga mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li joħorġu mil-liċenzji għall-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 312/2001 għandu jitħassar.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97. Il-Verżjoni korretta ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37.

(2)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2. Il-Ftehim kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-kunsill 2006/612/KE (ĠU L 260, 21.9.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 278, 21.10.2005, p. 3.

(4)  ĠU L 278, 21.10.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(6)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).

(7)  ĠU L 212, 17.8.2005, p. 13.

(8)  ĠU L 46, 16.2.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1721/2005 (ĠU L 276, 21.10.2005, p. 3).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

452


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1951/2006

tal-21 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 dwar ċerti modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, f’dak li jikkonċerna l-preżentazzjoni tal-inbejjed ittrattati fil-kontenituri tal-injam

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 22(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 tad-29 ta’ April 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (2), jiffissa l-kundizzjonijiet ta’ użu tal-indikazzjonijiet relatati mal-metodu ta’ elaborazzjoni tal-prodott f’dak li jikkonċerna l-użu ta’ kontenitur tal-injam tal-ballut fil-preparazzjoni tal-inbid.

(2)

L-imsemmija dispożizzjoni tillimita l-użu ta’ ċerti termini indikati fl-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 753/2002 għall-inbejjed biss li kienu esklussivament iffermentati, żviluppati fit-togħma jew li kellhom maturazzjoni f’kontenitur tal-injam tal-ballut.

(3)

Filwaqt li hu minnu li l-injam tal-ballut hu normalment u tradizzjonalment użat fil-prodotti tal-buttar, speċijiet oħra ta’ njam, bħall-fraxxnu u l-qastan huma wkoll użati f’ċerti Stati Membri. Ikun xieraq għalhekk li jitħalla l-użu tat-termini indikati fl-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 753/2002 għal speċijiet ta’ njam ieħor minbarra l-ballut, bil-kundizzjoni li l-indikazzjoni inkwistjoni tkun eżatta u li ma tqarraqx. Sabiex jiġi evitat kull tfixkil fil-kompetizzjoni bejn il-produtturi, hu meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa dwar it-tikketti.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Inbejjed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 hu emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 22(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Għad-deskrizzjoni ta’ nbid iffermentat, żviluppat fit-togħma jew immaturat f’kontenitur tal-injam, l-ismijiet li jidhru fl-Anness X huma l-uniċi li jistgħu jintużaw. Madankollu, għall-inbejjed ta’ din ix-xorta, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ismijiet oħra ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Anness X, bil-paragrafi 1 u 2 japplikaw mutatis mutandis.

L-użu ta’ wieħed mill-ismijiet indikati fl-ewwel paragrafu hu permess meta l-inbid ikun immatura fil-kontenitur fl-injam skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ, anki meta l-maturazzjoni tiġi mtawla f’tip ieħor ta’ kontenitur. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri li huma jieħdu biex jimplimentaw l-ewwel paragrafu.

Għad-deskrizzjoni ta’ nbid elaborat permezz ta’ biċċiet ta’ njam tal-ballut, anki flimkien mal-użu ta’ kontenitur(i) tal-injam, l-ismijiet indikati fl-ewwel paragrafu ma jistgħux jintużaw.”

2)

L-Anness X qed jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1507/2006 (ĠU L 280, 12.10.2006, p. 9).


ANNESS

“L-ANNESS X

Kliem awtorizzati li jidhru fuq it-tikketta tal-inbejjed skont l-Artikolu 22(3)

‘iffermentat fi krietel’

‘iffermentat fi btieti ta’ [l-isem tal-ispeċi tal-injam ikkonċernat]’

‘iffermentat fi btieti’

‘immaturat fi krietel’

‘immaturat fi btieti ta’ [l-isem tal-ispeċi tal-injam ikkonċernat]’

‘immaturat fi btieti’

‘misjur fi krietel’

‘misjur fi btieti ta’ [l-isem tal-ispeċi tal-injam ikkonċernat]’

‘misjur fi btieti’”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

455


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1975/2006

tas-7 ta' Diċembru 2006

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar is-sostenn għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 51(4), 74(4) u 91 tiegħu,

Billi:

(1)

L-esperjenza turi li s-sistema integrata ta’ l-amministrazzjoni u l-kontroll (minn hawn ’il quddiem imsejħa “IACS”), prevista fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (2), kienet mezz effikaċi u effiċjenti sabiex jiġu implimentati l-iskemi ta’ ħlas dirett. Għalhekk, safejn huma kkonċernati l-miżuri relatati maż-żona u ma’ l-annimali, taħt l-Assi 2 fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-amministrazzjoni u r-regoli tal-kontroll, kif ukoll id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-tnaqqis u l-esklużjonijiet f’każijiet ta’ dikjarazzjonijiet foloz, relatati ma’ dawn il-miżuri, għandhom isegwu l-prinċipji stabbiliti fil-IACS, u b’mod partikolari fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (3).

(2)

Madankollu, għal ċerti skemi ta’ sostenn stipulati skond l-Assi 2, u s-sostenn ekwivalenti skond l-Assi 4 previsti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, ir-regoli ta’ l-amministrazzjoni u l-kontroll jeħtieġ jiġu adattati għall-karatteristiċi partikolari tagħhom. L-istess japplika fil-każ ta’ l-iskemi ta’ sostenn stipulati fl-Assi 1 u 3 fit-Taqsimiet 1 u 3 rispettivament ta’ dak ir-Regolament u s-sostenn ekwivalenti skond l-Assi 4. Għalhekk, għal dawk l-iskemi ta’ sostenn jeħtieġ jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha jkunu f’pożizzjoni li jorganizzaw kontroll integrat effiċjenti fl-oqsma kollha li għalihom jintalab ħlas skond l-Assi 2, min-naħa waħda, u skond l-iskemi ta’ għajnuna relatati maż-żona li huma koperti bir-Regolament (KE) Nru 796/2004, min-naħa l-oħra, it-talbiet għall-ħlas għall-miżuri relatati maż-żona skond l-Assi 2 għandhom jiġu sottomessi sa l-istess data ta’ l-għeluq bħall-applikazzjoni unika pprovduta fil-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, sabiex ikunu jistgħu jsiru l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa, għandu jingħata perjodu tranżizzjonali.

(4)

Sabiex jiġi żgurat l-effett deterrenti tal-kontrolli, il-ħlasijiet m’għandhomx, bħala regola ġenerali, isiru qabel ma jkunu ġew finalizzati l-verifiki ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Madankollu, huwa xieraq li jkunu jistgħu jsiru ħlasijiet sa ċertu livell wara li jkunu tlestew il-verifiki amministrattivi. Meta jiġi ffissat dak il-livell, għandu jitqies ir-riskju ta’ ħlas żejjed.

(5)

Ir-regoli tal-kontroll previsti f’dan ir-Regolament għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċjali tal-miżuri ikkonċernati skond l-Assi 2. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli partikolari.

(6)

Skond l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-ħlasijiet taħt uħud mill-miżuri pprovduti f’dak ir-Regolament ġew soġġetti għall-ħarsien tal-kundizzjonalità kif previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għalhekk, huwa xieraq li r-regoli relatati mal-kundizzjonalità jiġu allinjati ma’ dawk li jinsabu fir-Regolamenti (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 796/2004.

(7)

Għandhom isiru verifiki ex post dwar l-operazzjonijiet ta’ investiment sabiex jiġi verifikat il-ħarsien ta’ l-Artikolu 72(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, sabiex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ikunu twettqu kif xieraq, u li l-istess investiment ma jkunx ġie ffinanzjat b’mod irregolari minn sorsi nazzjonali jew Komunitarji differenti. Il-bażi u l-kontenut ta’ dawn il-verifiki għandhom jiġu speċifikati.

(8)

Huma meħtieġa regoli speċjali sabiex jiġu stipulati r-responsabbiltajiet ta’ kontroll tal-gruppi ta’ azzjoni lokali msemmija fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u approvati mill-Istati Membri.

(9)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-obbligi tagħha ta’ amministazzjoni tal-miżuri, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta’ kontrolli li jkunu saru u dwar ir-riżultati ta’ dawn.

(10)

Il-kriterji ta’ l-eliġibbiltà kollha, stabbiliti mill-Komunità jew bil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew permezz ta’ programmi għall-iżvilupp rurali, għandhom ikunu jistgħu jiġu kkontrollati skond sett ta’ indikaturi verifikabbli.

(11)

L-Istati Membri jistgħu jużaw evidenza li huma stess ikunu rċevew minn servizzi jew organizzazzjonijiet oħra sabiex jivverifikaw il-ħarsien tal-kriterji ta’ l-eliġibbiltà. Madankollu, dawn għandhom ikollhom assigurazzjoni li s-servizz jew l-organizzazzjoni ikunu qed joperaw skond standard suffiċjenti sabiex tiġi kkontrollata l-konformità mal-kriterji ta’ l-eliġibbiltà.

(12)

Għandhom jiġu stabbiliti ċerti prinċipji ta’ kontroll ġenerali, li jkopru d-dritt tal-Kummissjoni sabiex twettaq il-verifiki.

(13)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenziji li jħallsu, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (4), ikollhom informazzjoni biżżejjed dwar il-kontrolli mwettqa minn servizzi jew korpi oħra sabiex jintlaħqu l-obbligi tagħhom taħt dak ir-Regolament.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I

L-ambitu u d-dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

L-Ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità rigward il-miżuri ko-finanzjati ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali, stabbiliti skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Artikolu 2

L-Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 796/2004

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 5, 22, 23, 69 u 73 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“Applikazzjoni għas-sostenn” tfisser l-applikazzjoni li għandha tiġi aċċettata għas-sostenn, jew sabiex din tidħol fi skema

(b)

“Talba għall-ħlas” tfisser applikazzjoni li tiġi ppreżentata minn benefiċjarju sabiex jitħallas mill-awtoritajiet nazzjonali

Artikolu 4

L-applikazzjonijiet għas-sostenn u t-talbiet għall-ħlas

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċeduri xierqa għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għas-sostenn.

2.   Għal miżuri b’rabtiet multiannwali, il-benefiċjarju għandu jissottometti talba annwali għall-ħlas.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw it-talbiet tal-ħlas annwali jekk dawn jintroduċu proċeduri effettivi alternattivi sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-verifiki amministrattivi previsti fl-Artikolu 11 jew 26 kif xieraq.

3.   L-applikazzjonijiet għas-sostemm u għat-talbiet tal-ħlas jistgħu jiġu aġġustati fi kwalunkwe żmien wara s-sottomissjoni tagħhom f’każijiet ta’ żbalji ovvji li jiġu identifikati mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 5

Il-prinċipji ġenerali tal-kontroll

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà kollha stabbiliti mill-Komunità jew bil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew permezz ta’ programmi għall-iżvilupp rurali għandhom ikunu kontrollati skond sett ta’ indikaturi verifikabbli li jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   Fejn ikun possibbli, fl-istess waqt għandhom isiru l-verifiki fuq il-post previsti fl-Artikoli 12, 20 u 27 kif ukoll verifiki oħra previsti fir-regolamenti tal-Komunità dwar is-sussidji agrikoli.

3.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi, m’għandu jsir l-ebda ħlas lil benefiċjarji li dwarhom ikun ġie stabbilit li dawn ħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa b’mod artifiċjali sabiex jakkwistaw dawn il-ħlasijiet bil-ħsieb li jkollhom vantaġġ fuq l-għanijiet ta’ l-iskema ta’ sostenn.

PARTI II

Ir-regoli ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll

TITOLU I

Is-sostenn ta’ l-iżvilupp rurali għal ċerti miżuri taħt l-Assi 2 u l-Assi 4

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 6

L-Ambitu u definizzjonijiet

1.   Għajr kif previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, dan it-Titolu għandu japplika għal:

(a)

is-sostenn mogħti skond l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005;

(b)

is-sostenn mogħti skond l-Artikolu 63(a) ta’ dak ir-Regolament fir-rigward ta’ operazzjonijiet li jikkorrispondu għall-miżuri definiti taħt l-Assi 2.

Madankollu, dan it-Titolu m’għandux japplika għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 36(a)(vi) u (b)(vi) u (vii) u fl-Artikolu 39(5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 kif ukoll għall-miżuri taħt l-Artikolu 36(b)i) u (iii) ta’ dak ir-Regolament safejn hi kkonċernata l-ispiża ta’ l-istabbiliment.

2.   Għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“miżura relatata mas-superfiċje” tfisser miżuri jew sotto-miżuri li għalihom is-sostenn jiġi bbażat fuq id-daqs tas-superfiċje ddikjarata;

(b)

“miżura relatata ma’ l-annimali” tfisser miżuri jew sotto-miżuri li għalihom is-sostenn jiġi bbażat fuq in-numru ta’ annimali ddikjarati.

Artikolu 7

L-Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 796/2004

L-Artikolu 2 (10), (22) u (23) u l-Artikoli 9, 18, 21 u 25 (1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-għan ta’ dan it-Titolu.

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu wkoll japplika mutatis mutandis. Madankollu, għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 36(b)(iii), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi alternattivi xierqa sabiex jidentifikaw b’mod uniku l-art li hija soġġetta għas-sostenn.

Artikolu 8

It-talbiet għall-ħlas

1.   Għall-kuntratti kollha li jidħlu fis-seħħ wara l-1 ta’ Jannar 2007, it-talbiet għall-ħlas taħt il-miżuri relatati maż-żona għandhom jiġu sottomessi skond id-data ta’ l-għeluq stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din id-dispożizzjoni biss mis-sena tat-talba 2008. Barra mill-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1)(d) ta’ dak ir-Regolament, it-talba għall-ħlas għandha jkun fiha wkoll l-informazzjoni stipulata f’dik id-dispożizzjoni dwar art mhix agrikola li għaliha jkun qed jintalab is-sostenn.

2.   Jekk Stat Membru japplika d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(2), it-tieni sotto-paragrafu, it-talba għall-ħlas għandha titqies tressqet skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

3.   L-Artikoli 11(3), 12 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għall-ħlas skond dan it-Titolu.

Artikolu 9

Il-ħlasijiet

1.   M’għandu jsir l-ebda ħlas għal kwalunkwe miżura jew sett ta’ operazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan it-Titolu qabel ma jkunu ġew finalizzati l-verifiki ta’ din il-miżura jew sett ta’ operazzjonijiet fir-rigward tal-kriterji ta’ l-eliġibbiltà, kif imsemmi fit-Taqsima I tal-Kapitolu II.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, filwaqt li jikkunsidraw ir-riskju ta’ ħlas żejjed, li jħallsu sa 70 % ta’ l-għajnuna wara li jkunu ġew finalizzati l-verifiki amministrattivi previsti fl-Artikolu 11. Il-perċentwal tal-ħlas għandu jkun l-istess għall-benefiċjarji kollha tal-miżura jew tas-sett ta’ operazzjonijiet.

2.   Fejn jikkonċerna l-verifiki ta’ kundizzjonalità previsti fit-Taqsima II tal-Kapitolu II, fejn dawn il-verifiki ma jkunux jistgħu jiġu finalizzati qabel il-ħlas, kwalunkwe ħlas mhux dovut għandu jiġi rkuprat skond l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

KAPITOLU II

Il-Kontrolli, it-tnaqqis u l-esklużjonijiet

Artikolu 10

Prinċipji ġenerali

1.   L-applikazzjonijiet għas-sostenn u t-talbiet għall-ħlas sussegwenti għandhom jiġu verifikati b’mod li tiġi żgurata l-verifika effettiva tal-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ sostenn.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu metodi u mezzi adattati sabiex jivverifikaw l-kundizzjonijiet għall-għoti tas-sostenn għal kull miżura ta’ sostenn.

3.   L-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll prevista fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (minn issa ’l quddiem imsejħa “IACS”).

4.   Il-verifika tal-kriterji ta’ l-eliġibbiltà għandha tikkonsisti f’verifiki amministrattivi u fuq il-post.

5.   Il-ħarsien tal-konformità għandu jiġi verifikat permezz ta’ verifiki fuq il-post u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ verifiki amministrattivi.

6.   Matul il-perjodu kopert b’impenn, il-pakketti li għalihom ikun qed jingħata s-sostenn ma jkunux jistgħu jinbidlu, għajr f’każijiet li jkunu speċifikament previsti fil-programm għall-iżvilupp rurali.

TAQSIMA I

Il-Ħarsien tal-kriterji ta’ l-eliġibbiltà

SOTTO-TAQSIMA I

Il-kontrolli

Artikolu 11

Verifiki amministrattivi

1.   Għandhom isiru verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjonijiet kollha għas-sostemm u għat-talbiet tal-ħlas, u dawn għandhom ikopru l-elementi kollha possibli u xierqa li jiġu kontrollati b’mezzi amministrattivi. Il-proċeduri għandhom jiżguraw ir-reġistrazzjoni tax-xogħol ta’ kontroll imwettaq, tar-riżultati tal-verifika, kif ukoll tal-miżuri meħuda fir-rigward ta’ diskrepanzi.

2.   Il-verifiki amministrattivi għandhom jinkludu kontro-verifiki kulfejn ikun possibbli u xieraq, inter alia b’data mill-IACS. Dawn il-kontro-verifiki għandhom ikunu mill-inqas ikkonċernati mal-pakketti u ma’ l-annimali koperti b’miżura ta’ sostenn sabiex jiġu evitati ħlasijiet ta’ sostenn mhux dovuti.

3.   Il-konformità ma’ rabtiet ta’ perjodu twil għandha tiġi verifikata.

4.   L-indikazzjonijiet ta’ irregolaritajiet li jirriżultaw minn dawn il-kontro-verifiki għandhom jiġu segwiti permezz ta’ kwalunkwe proċedura amministrattiva xierqa oħra, u, fejn ikun meħtieġ, permezz ta’ verifika fuq il-post.

5.   Fejn japplika, il-verifiki amministrattivi dwar l-eliġibbiltà għandhom jikkunsidraw ir-riżultati tal-verifiki mwettqa minn servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħra li jkunu involuti fil-kontrolli tas-sussidji agrikoli.

Artikolu 12

Il-verifiki fuq il-post

1.   In-numru totali ta’ verifiki fuq il-post li jsiru kull sena għandhom ikopru mill-inqas 5 % tal-benefiċjarji kollha li huma soġġetti għal impenn taħt waħda jew aktar mill-miżuri li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ dan it-Titolu.

Madankollu, l-applikanti li jinstabu li mhumiex eliġibbli wara l-verifiki amministrattivi, m’għandhomx jibqgħu jiffurmaw parti min-numru ġenerali ta’ benefiċjarji msemmija fl-ewwel sotto-paragrafu.

2.   L-Artikolu 26(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika għall-verifiki fuq il-post previsti f’dan l-Artikolu.

3.   Il-kampjun ta’ kontroll isemmi fl-ewwel sotto-paragrafu tal-paragrafu 1 għandu jiġi magħżul skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

4.   Għal kwalunkwe miżura multiannwali li tinvolvi ħlasijiet ta’ iktar minn ħames snin, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu bin-nofs ir-rata ta’ kontroll prevista fil-paragrafu 1 wara l-ħames sena ta’ ħlas lil benefiċjarju.

Il-benefiċjarji li dwarhom l-Istat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà stabbilita fl-ewwel sotto-paragrafu ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jiffurmaw parti min-numru ġenerali ta’ benefiċjarji msemmija fl-ewwel sotto-paragrafu tal-paragrafu 1.

Artikolu 13

Ir-rapport tal-kontroll

Il-verifiki fuq il-post taħt din is-Sotto-Taqsima għandhom ikunu s-suġġett ta’ rapport tal-kontroll li għandu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Artikolu 14

Il-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-verifiki fuq il-post

1.   Il-verifiki fuq il-post għandhom ikunu mifruxa matul is-sena fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji li tiġi ppreżentata mir-rabtiet differenti taħt kull miżura ta’ żvilupp rurali.

2.   Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru r-rabtiet u l-obbligi kollha ta’ benefiċjarju li jkun jista’ jiġi verifikat fil-waqt taż-żjara.

Artikolu 15

Elementi tal-verifiki fuq il-post u d-determinazzjoni tas-superfiċje

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kriterji u l-metodi ta’ kontroll li jippermettu l-kontrolli tar-rabtiet u l-obbligi differenti tal-benefiċjarju sabiex jilħaq ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 48(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (5).

2.   Rigward il-kontrolli li jikkonċernaw miżuri relatati mas-superfiċje, il-verifiki fuq il-post għandhom isiru skond l-Artikoli 29, 30 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Madankollu, għall-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 36(b)(iii), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu tolleranzi xierqa, li fl-ebda każ m’għandhom ikunu iktar mid-doppju tat-tolleranzi stabbiliti fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

3.   Rigward il-kontrolli li jikkonċernaw miżuri relatati ma’ l-annimali, il-verifiki fuq il-post għandhom isiru skond l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

SOTTO-TAQSIMA II

It-Tnaqqis u l-Esklużjonijiet

Artikolu 16

Miżuri relatati mas-superfiċje

1.   Il-bażi sabiex tiġi kkalkulata l-għajnuna fir-rigward ta’ miżuri relatati mas-superfiċje għandha tiġi stabbilita skond l-Artikolu 50(1), (3) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, is-superfiċji ddikjarati minn benefiċjarju li jirċievi l-istess rata ta’ għajnuna għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jiffurmaw grupp wieħed ta’ ħxejjex.

2.   Jekk is-superfiċje ddikjarata għall-ħlas taħt miżura relatata mas-superfiċje tkun iktar mis-superfiċje determinata skond l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tas-superfiċje determinata mnaqqsa b’nofs id-differenza li tkun instabet, jekk dik id-differenza tkun iktar minn 3 % jew minn żewġ ettari, iżda mhux iktar minn 20 % tas-superfiċje determinata.

Jekk id-differenza tkun iżjed minn 20 % tas-superfiċje determinata, m’għandha tingħata l-ebda għajnuna għall-miżura relatata mas-superfiċje kkonċernata.

3.   Jekk is-superfiċje ddikjarata tkun iktar mis-superfiċje determinata skond l-Artikolu 50 (3) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 b’iktar minn 30 %, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż milli jirċievi l-għajnuna li kien ikun intitolat għaliha skond dak l-Artikolu għas-sena kalendarja kkonċernata għall-miżuri kkonċernati.

Jekk id-differenza tkun iktar minn 50 %, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż iżjed milli jirċievi l-għajnuna sa ammont ugwali għal dak li jikkorrispondi għad-differenza bejn is-superfiċje dikjarata u s-superfiċje determinata skond l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

4.   B’deroga mill-paragrafi 2 u l-ewwel sotto-paragrafu tal-paragrafu 3, għall-benefiċjarji fl-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skond is-superfiċje kif previst fl-Artikolu 143b tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, it-tnaqqis u l-esklużjonijiet li għandhom ikunu applikati għandhom jiġu kkalkulati skond l-ewwel u t-tieni sotto-paragrafi ta’ l-Artikolu 138(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 (6).

5.   Fejn id-differenzi bejn is-superfiċje ddikjarata u s-superfiċje determinata skond l-Artikolu 50 (3) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 jirriżultaw minn irregolaritajiet magħmula b’mod intenzjonali, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż mill-għajnuna li kien ikun intitolat għaliha skond dak l-Artikolu għas-sena tal-FAEŻR ikkonċernata għall-miżura relatata mas-superfiċje kkonċernata.

6.   L-ammont li jirriżulta mill-esklużjonijiet previsti fit-tieni sotto-paragrafu tal-paragrafu 3 u fil-paragrafu 5 għandu jinqata’ kontra l-ħlasijiet għall-għajnuna taħt kwalunkwe miżura ta’ sostenn taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li għalihom il-benefiċjarju kkonċernat huwa intitolat fil-kuntest ta’ l-applikazzjonjiet sottomessi minnu waqt it-tliet snin kalendarji wara s-sena kalendarja tas-sejba. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jinqata’ b’mod sħiħ kontra dawk il-ħlasijiet, il-bilanċ li jifdal għandu jiġi kkanċellat.

Artikolu 17

Miżuri relatati ma’ l-annimali

1.   Il-bażi għall-kalkulazzjoni ta’ l-għajnuna rigward il-miżuri relatati ma’ l-annimali għandha tiġi stabbilita skond l-Artikolu 57(2), (3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

2.   Kwalunkwe tnaqqis jew esklużjonijiet li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ dikjarazzjoni żejda ta’ annimali bovini jew ta’ annimali ovini jew kaprini rispettivament għandu jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Il-miżuri ta’ sostenn rigward annimali bovini u dawk li jirrigwardaw annimali ovini jew kaprini għandhom jiġu trattati b’mod separat.

3.   B’deroga mit-tieni sotto-paragrafu ta’ l-Artikolu 59(2) u t-tieni sotto-paragrafu ta’ l-Artikolu 59(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, l-ammont li jirriżulta mill-esklużjoni għandu jinqata’ kontra l-ħlasijiet ta’ l-għajnuna taħt kwalunkwe miżura ta’ sostenn taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, li għalihom il-benefiċjarju kkonċernat huwa intitolat fil-kuntest ta’ l-applikazzjonijiet sottomessi minnu waqt it-tliet snin kalendarji wara s-sena kalendarja tas-sejba. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jinqata’ b’mod sħiħ kontra dawk il-ħlasijiet, il-bilanċ li jifdal għandu jiġi kkanċellat.

4.   Rigward id-dikjarazzjonijiet żejda li jikkonċernaw annimali għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru għandu jiffissa sistema xierqa ta’ tnaqqis u esklużjonijiet.

Artikolu 18

Tnaqqis u esklużjonijiet f’każ li ma jitħarsux il-kriterji ta’ l-eliġibbiltà

1.   F’każ li kwalunkwe impenn relatat ma’ l-għoti ta’ għajnuna, għajr dawk relatati mad-daqs tas-superfiċje jew man-numru ta’ annimali ddikjarati, ma jiġix rispettat, l-għajnuna mitluba għandha tiġi mnaqqsa jew rifjutata.

2.   L-Istat Membru għandu jiddetermina l-ammont tat-tnaqqis ta’ l-għajnuna, b’mod partikolari, fuq il-bażi tas-severità, tal-grad u tal-permanenza tan-nuqqas ta’ ħarsien li jkun instab.

Is-severità tan-nuqqas ta’ ħarsien tiddependi, b’mod partikolari, fuq l-importanza tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ħarsien, waqt li jitqiesu l-għanijiet segwiti bil-kriterji li ma ġewx rispettati.

Il-grad tan-nuqqas ta’ ħarsien jiddependi, b’mod partikolari, fuq l-effett tan-nuqqas ta’ ħarsien fuq l-operazzjoni bħala ħaġa waħda.

Jekk nuqqas ta’ konformità ikunx ta’ permanenza jew le jiddependi, b’mod partikolari, fuq it-tul ta’ żmien li għalih idum l-effett jew il-potenzjal sabiex jiġu terminati dawk l-effetti b’mezzi raġonevoli.

3.   F’każ li n-nuqqas ta’ ħarsien jirriżulta minn irregolaritajiet imwettqa b’mod intenzjonali, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż mill-miżura kkonċernata għas-sena tal-FAEŻR ikkonċernata kif ukoll għas-sena tal-FAEŻR ta’ wara.

4.   It-tnaqqis u l-esklużjonijiet previsti f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penali addizzjonali previsti taħt ir-regoli nazzjonali.

TAQSIMA II

Il-Ħarsien tal-Kundizzjonalità

SOTTO-TAQSIMA I

Il-Kontrolli

Artikolu 19

Prinċipji ġenerali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, “il-kundizzjonalità” għandha tfisser ir-rekwiżiti obbligatorji msemmija fl-ewwel sotto-paragrafu ta’ l-Artikolu 51(1) ta’ dak ir-Regolament u r-rekwiżiti minimi għall-użu tal-prodotti fertilizzanti u ta’ protezzjoni għall-pjanti msemmi fit-tieni sotto-paragrafu ta’ l-Artikolu 51(1) ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-Artikoli 3(2) u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 2(2), (2a) u (31) sa (36) kif ukoll l-Artikoli 9, 41, 42, 43, 46, 47 u 48 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw fejn jikkonċerna l-kontrolli dwar il-ħarsien tal-kundizzjonalità.

Artikolu 20

Il-verifiki fuq il-post

1.   L-awtorità tal-kontroll kompetenti għandha, fir-rigward tar-rekwiżiti jew ta' l-istandards li għalihom din hija responsabbli, twettaq verifiki fuq il-post fuq mill-inqas 1 % tal-benefiċjarji kollha li jissottomettu t-talbiet għall-ħlas skond l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

2.   It-tieni sotto-paragrafu ta’ l-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika.

Artikolu 21

L-għażla tal-kampjun tal-kontroll

1.   L-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika fir-rigward ta’ l-għażla tal-kampjun tal-kontroll imsemmi fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità tal-kontroll kompetenti għandha, fejn jikkonċerna r-rekwiżiti jew l-istandards li għalihom din hija responsabbli, tagħżel il-benefiċjarji li għandhom jiġu verifikati skond l-Artikolu 20, billi tagħżel il-kampjun mill-kampjun tal-benefiċjarji li kienu diġà magħżula skond l-Artikolu 12, u li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti jew l-istandards rilevanti.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità tal-kontroll kompetenti tista’, rigward ir-rekwiżiti jew l-istandards li għalihom din hija responsabbli, tagħżel kampjun tal-kontroll ta’ 1 % tal-benefiċjarji kollha li jissottomettu t-talbiet għall-ħlas skond l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u li jkunu taħt l-obbligu li jirrispettaw mill-inqas wieħed minn dawn ir-rekwiżiti jew standards.

SOTTO-TAQSIMA II

It-tnaqqis u l-esklużjonijiet

Artikolu 22

Ġenerali

1.   L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 2 (2), (2a) u (31) sa (36), l-Artikolu 41 u l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw fejn jikkonċerna t-tnaqqis jew l-esklużjonijiet li għandhom jiġu applikati wara li jkun ġie determinat in-nuqqas ta’ konformità.

2.   Meta jkun hemm aktar minn aġenzija tal-ħlas waħda li tkun responsabbli fil-kuntest tal-ġestjoni ta’ miżuri differenti ta’ sostenn taħt l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ta’ din is-Sotto-taqsima, b’mod partikolari li għandha tiġi applikata rata waħda ta’ tnaqqis għal dawk il-pagamenti kollha li l-benefiċjarju jkun applika għalihom.

Artikolu 23

Il-kalkulazzjoni tat-tnaqqis u ta’ l-esklużjonijiet

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, fejn jiġi determinat nuqqas ta’ konformità, għandu jiġi applikat tnaqqis fuq l-ammont ġenerali ta’ l-għajnuna taħt l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(iv) u (v) ta’ dak ir-Regolament li tkun, jew li tkun se, tingħata lill-benefiċjarju kkonċernat wara t-talbiet għall-ħlas li dan ikun issottometta jew ikun se jissottometti matul is-sena kalendarja tas-sejba.

Fejn in-nuqqas ta’ konformità tkun minħabba traskuraġmi min-naħa tal-benefiċjarju, it-tnaqqis għandu jiġi kkalkulat skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali, it-tnaqqis għandu jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Artikolu 24

L-akkumulazzjoni tat-tnaqqis

Fejn ikun hemm kumulu ta’ tnaqqis, it-tnaqqis għandu jiġi applikat l-ewwel għal sottomissjonijiet li jsiru tard skond l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, imbagħad skond l-Artikoli 16 jew 17 ta’ dan ir-Regolament, imbagħad skond l-Artikolu 18 u fl-aħħarnett skond l-Artikoli 22 u 23.

TITOLU II

Is-sostenn għall-iżvilupp rurali taħt l-Assi 1 u l-Assi 3 u ċerti miżuri taħt l-Assi 2 u l-Assi 4

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 25

L-Ambitu

Dan it-Titolu japplika għal:

(a)

il-miżuri ta’ sostenn stabbiliti fl-Artikoli 20 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005,

(b)

il-miżuri ta’ sostenn stabbiliti fl-Artikoli 36(a)(vi), (b)(vi), (b)(vii) u 39(5) ta’ dak ir-Regolament u fl-Artikoli 36(b) (i) u (iii) ta’ dak ir-Regolament safejn huma kkonċernati l-ispejjeż ta’ l-istabbiliment,

(c)

is-sostenn li jingħata skond l-Artikolu 63(a) u (b) ta’ dak ir-Regolament fejn jikkonċerna operazzjonijiet li jikkorrispondu għall-miżuri previsti fil-punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu.

TAQSIMA I

Il-Kontrolli

Artikolu 26

Verifiki amministrattivi

1.   Għandhom isiru verifiki amministrattivi fir-rigward ta’ l-applikazzjonijiet kollha għat-talbiet ta’ sostenn jew ta’ ħlas, u dawn għandhom ikopru l-elementi kollha possibbli u xierqa sabiex jitwettqu l-kontrolli b’mezzi amministrattivi. Il-proċeduri jeħtieġu r-reġistrazzjoni tax-xogħol ta’ kontroll li jkun sar, tar-riżultati tal-verifika u tal-miżuri meħuda fir-rigward ta’ diskrepanzi.

2.   Il-verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjonijiet għas-sostenn jinkludu b’mod partikolari verifika ta’:

(a)

l-eliġibbiltà ta’ l-operazzjoni li għaliha ikun qed jintalab is-sostenn;

(b)

ir-rispett tal-kriterji ta’ l-għażla stabbiliti fil-programm ta’ żvilupp rurali;

(c)

il-konformità ta’ l-operazzjoni li għaliha jkun qed jintalab is-sostenn mar-regoli nazzjonali u Komunitarji applikabbli, b’mod partikolari, u fejn huwa rilevanti, għall-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat u l-istandards obbligatorji xierqa l-oħra stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew fil-programm ta’ żvilupp rurali;

(d)

ir-raġonevolezza ta’ l-ispejjeż proposti, li għandhom jiġu evalwati bl-użu ta’ sistema ta’ valutazzjoni adattata, bħalma huma l-ispejjeż ta’ referenza, il-paragun ta’ offerti differenti jew il-kumitat tal-valutazzjoni;

(e)

il-kredibbiltà ta’ l-applikant, b’referenza lejn kwalunkwe operazzjoni ta’ ko-finanzjament preċedenti li tkun saret mill-2000 ’il hawn.

3.   Il-verifiki amministrattivi dwar it-talbiet tal-ħlas għandhom jinkludu b’mod partikolari, u safejn dan ikun xieraq għat-talba kkonċernata, verifika dwar:

(a)

il-kunsinna tal-prodotti u tas-servizzi ko-finanzjati;

(b)

ir-realtà tan-nefqa mitluba;

(c)

l-operazzjoni kompluta paragunata ma’ l-operazzjoni li għaliha l-applikazzjoni għas-sostenn tkun ġiet sottomessa u mogħtija.

4.   Il-verifiki amministrattivi li jirrigwardaw l-operazzjonijiet ta’ investiment għandhom jinkludu mill-inqas żjara waħda lill-operazzjoni appoġġjata jew fuq is-sit ta’ l-investiment sabiex jiġi verifikat it-twettiq ta’ l-investiment.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħmlux dawn iż-żjajjar għal investimenti iżgħar, jew fejn dawn jikkunsidraw li r-riskju li l-kundizzjonijiet sabiex wieħed jirċievi l-għajnuna ma kinux milħuqa, jew li r-realtà ta’ l-investiment ma tkunx ġiet rispettata, huwa baxx. Dik id-deċiżjoni u l-ġustifikazzjoni tagħha għandhom jiġu reġistrati.

5.   Il-ħlasijiet mill-benefiċjarji għandhom ikunu appoġġjati b’fatturi u b’dokumenti li jipprovaw il-ħlas. Fejn dan ma jkunx jista’ jsir, il-ħlasijiet għandhom ikunu appoġġjati b’dokumenti ta’ valur probativ ekwivalenti.

6.   Il-verifiki amministrattivi għandhom jinkludu proċeduri sabiex jiġi evitat finanzjament doppju irregolari ma’ skemi Komunitarji jew nazzjonali oħra u ma’ perjodi ta’ programmar oħra. Fejn ikun jeżisti il-finanzjament minn sorsi oħra, dawn il-verifiki għandhom jiżguraw li l-għajnuna totali riċevuta ma tkunx tikser il-limiti massimi ta’ għajnuna awtorizzati.

7.   Għall-appoġġ relatat ma’ skemi tal-kwalità ta’ l-ikel li huma rikonoxxuti mill-Istati Membri, kif previst fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-aġenziji li jħallsu jistgħu, fejn ikun xieraq, jagħmlu użu mill-evidenza li dawn jirċievu minn servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħra sabiex jivverifikaw il-ħarsien tal-kriterji ta’ l-eliġibbiltà. Madanlollu, dawn irid ikollhom assigurazzjoni li s-servizz, l-entità jew l-organizzazzjoni tkun qed topera skond standard suffiċjenti sabiex tiġi rregolata l-konformità mal-kriterji ta’ l-eliġibbiltà.

Artikolu 27

Il-verifiki fuq il-post

1.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw verifiki fuq il-post dwar operazzjonijiet approvati fuq bażi ta’ kampjun xieraq. Dawn għandhom, safejn ikun possibbli, isiru qabel ma jsir il-ħlas finali għall-proġett.

2.   In-nefqa kkontrollata għandha tirrappreżenta mill-inqas 4 % tan-nefqa pubblika li tkun ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni kull sena, u mill-inqas 5 % tan-nefqa pubblika ddikjarata lill-Kummissjoni matul il-perjodu sħiħ ta’ programmar.

3.   Il-kampjun ta’ l-operazzjonijiet approvati li jridu jiġu verifikati skond il-paragrafu 1 għandhom jikkunsidraw b’mod partikolari:

(a)

il-ħtieġa li tiġi verifikata taħlita xierqa ta’ tipi u daqsijiet ta’ operazzjonijiet;

(b)

kwalunkwe fattur ta’ riskju li jkun ġie identifikat wara l-verifiki nazzjonali jew Komunitarji;

(c)

il-ħtieġa li jinżamm bilanċ bejn l-assi u l-miżuri.

4.   Ir-riżultati tal-verifiki fuq il-post għandhom jiġu valutati sabiex jiġi stabbilit jekk il-problemi li jkunu nqalgħu jkunux ta’ natura sistematika, li tinvolvi riskju għal operazzjonijiet simili oħra, benefiċjarji jew korpi oħra. Il-valutazzjoni għandha tidentifika wkoll il-kawżi ta’ dawn is-sitwazzjonijiet, kwalunkwe eżami ieħor li jista’ jkun meħtieġ, u l-azzjoni korrettiva u preventiva meħtieġa.

5.   Jista’ jingħata avviż minn qabel dwar il-verifiki fuq il-post, sakemm ma jiġix ipperikolat l-għan tal-kontroll. Jekk l-avviż minn qabel ikun jaqbeż it-48 siegħa, dan għandu jkun limitat għall-minimu meħtieġ, skond in-natura tal-miżura u l-operazzjoni ko-finanzjata.

Artikolu 28

Il-kontenut tal-verifiki fuq il-post

1.   Permezz tal-verifiki fuq il-post, l-Istati Membri għandhom jirsistu sabiex jivverifikaw dan li ġej:

(a)

li l-ħlasijiet li jkunu saru lill-benefiċjarji jkunu jistgħu jiġu appoġġjati bid-dokumenti ta’ kontabbiltà jew b’dokumenti oħra li jinżammu mill-korpi ta’ ditti li jwettqu l-operazzjonijiet appoġġjati;

(b)

għal numru adekwat ta’ spejjeż kapitali, li n-natura u ż-żmien tan-nefqa rilevanti jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Komunità u li dawn ikunu jikkorrispondu ma’ l-ispeċifikazzjonijiet approvati ta’ l-operazzjoni u x-xogħlijiet li jkunu twettqu fil-fatt jew is-servizzi li jkunu saru;

(c)

li l-użu jew l-użu maħsub ta’ l-operazzjoni jkun konsistenti ma’ l-użu deskritt fl-applikazzjoni għas-sostenn tal-Komunità;

(d)

li l-operazzjonijiet iffinanzjati pubblikament ikunu ġew implimentati skond ir-regoli u l-politiki tal-Komunità, speċjalment ir-regoli dwar is-sejħat għall-offerti pubbliċi u l-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew stabbiliti fil-programm ta’ żvilupp rurali.

2.   Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru r-rabtiet u l-obbligi kollha ta’ benefiċjarju li jista’ jiġi verifikat fiż-żmien taż-żjara.

3.   Ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, li jiġu reġistrati u spjegati kif xieraq mill-awtoritajiet nazzjonali, il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu żjara lejn l-operazzjoni jew, jekk l-operazzjoni tkun waħda intanġibbli, għand il-promotur ta’ l-operazzjoni.

4.   Verifiki biss li jilħqu r-rekwiżiti kollha ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu kkunsidrati sabiex tinkiseb ir-rata tal-kontroll stabbilita fl-Artikolu 27(2).

Artikolu 29

Il-kontroll ta’ miżuri ta’ rtirar kmieni u ta’ biedja semi-suffiċjenti

1.   Għall-applikazzjonijiet għas-sostenn taħt l-Artikoli 23 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-verifiki amministrattivi għandhom jinkludu addizzjonalment dawk imsemmija fl-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Għall-miżura prevista fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-verifiki fuq il-post wara l-ewwel ħlas tas-sostenn, sakemm il-verifiki amministrattivi, inklużi inter alia il-kontrolli bir-reqqa, b’mod partikolari l-informazzjoni disponibbli fid-database elettroniku msemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ifornu l-assigurazzjoni meħtieġa tal-legalità u tar-regolarità tal-ħlasijiet.

Artikolu 30

Il-verifiki ex post

1.   Għandhom isiru verifiki ex post fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ investiment li jkunu għadhom soġġetti għar-rabtiet skond l-Artikolu 72(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew dettaljati fil-programm ta’ żvilupp rurali.

2.   L-għan tal-verifiki ex post huwa sabiex:

(a)

jiġi verifikat il-ħarsien ta’ l-Artikolu 72(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005;

(b)

jiġu verifikati r-realtà u l-finalità tal-ħlasijiet li jkunu saru mill-benefiċjarju, għajr fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet in natura jew spejjeż standard;

(c)

jiġi żgurat li l-istess investiment ma jkunx ġie ffinanzjat b’mod irregolari minn sorsi nazzjonali jew Komunitarji differenti.

3.   Il-verifiki ex post għandhom ikopru kull sena mill-inqas 1 % tan-nefqa eliġibbli għall-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li għal dawn ikun sar il-ħlas finali. Dawn għandhom isiru fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena tal-FAEŻR rilevanti.

4.   Il-verifiki ex post għandhom jiġu bbażati fuq analiżi tar-riskji u ta’ l-impatt finanzjarju ta’ l-operazzjonijiet, tal-gruppi ta’ operazzjonijiet jew ta’ miżuri differenti.

Il-kontrolluri tal-verifiki ex post m’għandhomx ikunu involuti fil-verifiki ta’ qabel il-ħlas fl-istess operazzjoni ta’ investiment.

TAQSIMA II

It-tnaqqis u l-esklużjonijiet

Artikolu 31

It-tnaqqis u l-esklużjonijiet

1.   Il-ħlasijiet għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ x’jinstab li huwa eliġibbli.

L-Istat Membru għandu jeżamina t-talba għall-ħlas li jkun irċieva mill-benefiċjarju, u jistabbilixxi l-ammonti eliġibbli għas-sostenn. Dan għandu jistabbilixxi:

(a)

l-ammont li jrid jitħallas lill-benefiċjarju bbażat biss fuq it-talba tal-ħlas;

(b)

l-ammont li jrid jitħallas lill-benefiċjarju wara li tkun ġiet eżaminata l-eliġibbiltà tat-talba għall-ħlas.

Jekk l-ammont stabbilit skond il-punt (a) ikun iżjed mill-ammont stabbilit skond il-punt b) b’iktar minn 3 %, għandu jiġi applikat tnaqqis għall-ammont stabbilit skond il-punt (b). L-ammont tat-tnaqqis għandu jkun id-differenza bejn dawk iż-żewġ ammonti.

Madankollu, m’għandu jiġi applikat l-ebda tnaqqis jekk il-benefiċjarju juri li hu/hi mhux/mhix ħati/ħatja li nkluda/inkludiet ammont mhux eliġibbli. It-tnaqqis għandu jiġi applikat mutatis mutandis għan-nefqa mhux eliġibbli li tiġi identifikata matul il-verifiki taħt l-Artikolu 28 u 30.

2.   Jekk il-benefiċjarju jinstab li għamel dikjarazzjoni falza b’mod intenzjonali, l-operazzjoni kkonċernata għandha tiġi eskluża mis-sostenn tal-FAEŻR, u kwalunkwe ammont imħallas diġà għal dik l-operazzjoni jrid jiġi rkuprat. Barra minn hekk, il-benefiċjarju jista’ jiġi eskluż milli jirċievi appoġġ taħt l-istess miżura għas-sena tal-FAEŻR ikkonċernata kif ukoll għas-sena tal-FAEŻR ta’ wara.

3.   Il-penali previsti fil-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-penali addizzjonali previsti taħt ir-regoli nazzjonali.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Assi 4 (Il-Leader)

Artikolu 32

Il-kontrolli

Fil-każ ta’ nefqa li tkun saret taħt l-Artikolu 63(c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istat Membru għandu jorganizza kontrolli b’mod konformi ma’ dan it-Titolu. Dawk il-kontrolli għandhom isiru minn persuni indipendenti mill-grupp ta’ azzjoni lokali kkonċernat.

Artikolu 33

Ir-responsabbiltajiet għall-kontroll

1.   Fil-każ ta’ nefqa li tkun saret taħt l-Artikolu 63(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-verifiki amministrattivi msemmija fl-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jsiru minn gruppi ta’ azzjoni lokali taħt delega formali. Madankollu, l-Istat Membru jibqa’ responsabbli sabiex jivverifika li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jkollhom il-kapaċità amministrattiva u ta’ kontroll sabiex iwettqu dan ix-xogħol.

2.   L-Istat Membu għandu jimplimenta sistema xierqa ta’ superviżjoni tal-gruppi ta’ azzjoni lokali. Dan għandu jinkludi kontrolli regolari għall-operazzjonijiet tal-gruppi ta’ azzjoni lokali, inkluż il-verifiki tal-kontabbiltà u t-twettiq mill-ġdid tal-kampjun għall-verifiki amministrattivi.

PARTI III

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 34

Notifikazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Lulju ta’ kull sena, u għall-ewwel darba sal-15 ta’ Lulju 2008, rapport li jkopri s-sena finanzjarja tal-FAEŻR preċedenti li jittratta, b’mod partikolari, il-punti li ġejjin:

(a)

l-għadd ta’ talbiet għall-ħlas għal kull miżura ta’ żvilupp rurali, l-ammont totali verifikat kif ukoll, fejn xieraq, l-erja totali u l-għadd totali ta’ annimali koperti bil-verifiki fuq il-post skond l-Artikoli 12, 20 u 27;

(b)

għas-sostenn relatat maż-żona, l-erja totali maqsuma skond l-iskema ta’ għajnuna individwali;

(c)

għall-miżuri relatati ma’ l-annimali, l-għadd totali ta’ annimali maqsum skond l-iskema ta’ għajnuna individwali;

(d)

ir-riżultat tal-verifiki li jkunu twettqu, li jindika t-tnaqqis u l-esklużjonijiet applikati skond l-Artikoli 16, 17, 18, 22 u 23;

(e)

in-numru ta’ verifiki ex post imwettqa skond l-Artikolu 30, l-ammont tan-nefqa verifikat u r-riżultati tal-verifiki, li jindikaw it-tnaqqis u l-esklużjonijiet applikati skond l-Artikolu 31.

Artikolu 35

Il-kontroll mill-Kummissjoni

L-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu japplika għall-għajnuna mħallsa skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Artikolu 36

Ir-Rappurtar tal-kontrolli lill-aġenzija li tħallas

1.   Fejn il-kontrolli ma jitwettqux mill-aġenzija li tħallas, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-aġenzija li tħallas tirċievi biżżejjed informazzjoni dwar il-kontrolli li jkunu twettqu. Hija r-responsabbiltà ta’ l-aġenzija li tħallas sabiex tiddefinixxi l-ħtiġijiet tagħha għall-informazzjoni.

Għandha tinżamm sekwenza ta' awditjar li tkun suffiċjenti. Deskrizzjoni indikattiva tar-rekwiżiti tas-sekwenza ta’ awditjar sodisfaċenti qed tidher fl-Anness.

2.   L-informazzjoni msemmija fl-ewwel sotto-paragrafu tal-paragrafu 1 tista’ tkun rapport dwar kull kontroll li jkun sar jew, fejn xieraq, tkun fil-forma ta’ rapport fil-qosor.

3.   L-aġenzija li tħallas għandu jkollha d-dritt li tivverifika l-kwalità tal-kontrolli mwettqa minn korpi oħra, u li tirċievi l-informazzjoni l-oħra kollha li din tkun teħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħha.

Artikolu 37

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika għas-sostenn tal-Komunità li jikkonċerna l-perjodu ta’ programmar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1)

(3)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 659/2006 (ĠU L 116, 29.4.2006, p. 20).

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).

(5)  See page 15 of this Official Journal.

(6)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1


ANNESS

DESKRIZZJONI INDIKATTIVA DWAR IR-REKWIŻITI TA’ L-INFORMAZZJONI GĦAS-SEKWENZA TA’ VERIFIKA SUFFIĊJENTI

Sekwenza ta’ verifika suffiċjenti, kif imsemmi fl-Artikolu 36 (1), tkun preżenti meta, għall-għajnuna mogħtija:

(a)

din tippermetti r-rikonċiljazzjoni bejn l-ammonti globali ddikjarati lill-Kummissjoni u l-fatturi, id-dokumenti ta’ kontabbiltà u oħrajn ta’ sostenn li jkunu qed jinżammu mill-aġenzija li tħallas jew minn xi servizz ieħor għall-operazzjonijiet kollha appoġġjati mill-FAEŻR;

(b)

din tippermetti l-verifika tal-ħlas tan-nefqa pubblika lill-benefiċjarju;

(c)

din tippermetti l-verifika ta’ l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ l-għażla għall-operazzjonijiet iffinanzjati bil-FAEŻR;

(d)

din ikollha, safejn ikun xieraq, il-pjan finanzjarju, ir-rapporti ta’ l-attivitajiet, id-dokumenti dwar l-għoti tas-sostenn, id-dokumenti li jikkonċernaw l-proċeduri ta’ sejħat għall-offerti pubbliċi, kif ukoll ir-rapporti li jikkonċernaw kwalunkwe kontroll li jkun sar.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

466


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1977/2006

tal-21 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1201/2006 li jiffissa l-koeffiċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2006/2007, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezz komunitarju tas-suq tal-karkassi tal-majjal kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 irid jiġi stabbilit b'referenza għall-prezzijiet reġistrati minn kull Stat Membru permezz ta' koeffiċjenti li jirriflettu d-daqs relattiv tal-merħla tal-majjali f'kull Stat Membru.

(2)

Fid-dawl tal-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li l-koeffiċjenti msemmija jiġu adattati biex jinkorporaw id-dejta tal-Istati Membri l-ġodda.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1201/2006 tal-Kummissjoni (1) jrid jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond lopinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-laħam tal-majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1201/2006 jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ soġġett u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarij u tar-Rumanija.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 218, 9.8.2006, p. 10.


ANNESS

“ANNESS

Koeffiċjenti ta' peżar biex jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2006/2007, applikabbli mill-1 ta' Jannar 2007

L-Artikolu 4(2), tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75

Il-Belġju

3,9  %

Il-Bulgarija

0,6  %

Ir-Repubblika Ċeka

1,7  %

Id-Danimarka

7,9  %

Il-Ġermanja

16,9  %

L-Estonja

0,2  %

Il-Greċja

0,7  %

Spanja

15,5  %

Franza

9,5  %

L-Irlanda

1,1  %

L-Italja

5,8  %

Ċipru

0,3  %

Il-Latvja

0,3  %

Il-Litwanja

0,7  %

Il-Lussemburgu

0,1  %

L-Ungerija

2,4  %

Malta

0,1  %

L-Olanda

6,9  %

L-Awstrija

2,0  %

Il-Polonja

11,8  %

Il-Portugall

1,5  %

Ir-Rumanija

4,1  %

Is-Slovenja

0,3  %

Is-Slovakkja

0,7  %

Il-Finlandja

0,9  %

L-Iżvezja

1,1  %

Il-Gran Brittanja

3,0  %”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

468


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2000/2006

tal-20 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1870/2005 minħabba fl-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri tranżizzjonali sabiex jippermettu lill-importaturi mill-Bulgarija u r-Rumanija jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet inklużi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1870/2005 tas-16 ta' Novembru 2005 li jagħti bidu u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u ta' ċertifikati ta' oriġini għat-tewm impurtat minn pajjiżi terzi (1). Dawn il-miżuri għandhom ikopru b’mod partikolari d-definizzjoni tal-kwantità ta’ referenza u d-definizzjonijiet ta’ importaturi tradizzjonali u ta’ dawk ġodda.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 5 tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

għal importaturi tradizzjonali li importaw it-tewm bejn l-2003 u l-2005 fil-Bulgarija jew fir-Rumanija, il-kwantità massima ta' tewm importat matul:

(i)

jew is sena kalendarja 2003, 2004 jew l-2005,

(ii)

inkella matul il-perjodi tal-importazzjoni 2003/04, 2004/05 jew 2005/06;

(d)

għall-importaturi tradizzjonali li ma jaqgħux taħt il-punti (a), (b) jew (c), il-kwantità massima ta’ tewm impurtat matul wieħed mill-ewwel tliet perjodi ta’ importazzjoni konklużi li matulhom kisbu liċenzji għall-importazzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 565/2002 jew dan ir-Regolament.”

(b)

it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“It-tewm li joriġina mill-Istati Membri tal-Komunità kif kostitwita fil-31 ta' Diċembru 2006, jew mill-Bulgarija u r-Rumanija, ma għandux jitqies fil-kalkolu tal-kwantità referenzjali.”

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jagħżlu u japplikaw wieħed miż-żewġ metodi msemmija f'punt (c) għall-importaturi tradizzjonali kollha, skond il-kriterji oġġettivi u b'tali mod li jiġi żgurat it-trattament ugwali bejn l-operaturi.”

(2)

Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, fir-rigward tal-perjodi ta’ importazzjoni 2006/07, 2007/8 u 2008/09, u fil-Bulgarija u r-Rumanija biss:

(a)

‘importaturi tradizzjonali’ tfisser importaturi, kemm jekk persuni fiżiċi jew ġuridiċi, individwi jew gruppi ta’ operaturi stabbiliti skont il-liġi nazzjonali, li jistgħu jippruvaw li:

(i)

jkunu impurtaw it-tewm minn pajjiżi ta’ oriġini barra mill-Istati Membri tal-Komunità kif kienet kostitwita fil-31 ta’ Diċembru 2006 jew il-Bulgarija u r-Rumanija f’tal-anqas tnejn mit-tliet perjodi ta’ importazzjoni preċedenti konklużi;

(ii)

jkunu impurtaw tal-anqas 50 tunnellata ta’ frott u ħaxix kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 matul is-sena kalendarja preċedenti;

(iii)

l-importazzjonijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) ikunu seħħew fil-Bulgarija u r-Rumanija, fejn ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-importatur ikkonċernat.

(b)

‘importaturi ġodda’ tfisser importaturi, minbarra dawk tradizzjonali fi ħdan it-tifsira tal-punt (a), sew jekk negozjanti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, individwi jew gruppi ta’ operaturi stabbiliti skont il-liġi nazzjonali, li jistgħu jippruvaw li:

(i)

jkunu impurtaw tal-anqas 50 tunnellata ta’ frott u ħaxix kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 matul kull waħda mis-sentejn kalendarji preċedenti minn pajjiżi ta’ oriġini barra l-Istati Membri tal-Komunità kif kienet kostitwita fil-31 ta’ Diċembru 2006 jew il-Bulgarija u r-Rumanija;

(ii)

l-importazzjonijiet imsemmija fil-punt (i) ikunu seħħew fil-Bulgarija jew ir-Rumanija, fejn ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-importatur ikkonċernat.”

(3)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-referenza li ġejja tiġi inserita qabel ir-referenza bl-Ispanjol:

“—

fil-Bulgaru: Мито 9,6 % — Регламент (ЕО) No 1870/2005,”

(b)

ir-referenza li ġejja tiġi inserita wara r-referenza bil-Portugiż:

“—

fir-Rumen: Taxa vamală: 9,6 % — Regulamentul (CE) nr. 1870/2005,”

(4)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-referenza li ġejja tiġi inserita qabel ir-referenza bl-Ispanjol:

“—

fil-Bulgaru: Лицензия, издадена и валидна само за тримесечие от 1 (месец) до 28/29/30/31 (месец)”

(b)

ir-referenza li ġejja tiġi inserita wara r-referenza bil-Portugiż:

“—

fir-Rumen: licență emisă și valabilă numai pentru trimestrul de la 1 [luna] pana la 28/29/30/31[luna]”

Artikolu 2

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data, tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 19. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 991/2006 (ĠU L 179, 1.7.2006, p. 15).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

470


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2002/2006

tal-21 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1782/2003 tad-29 Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u partikolarment l-Artikolu 145(c) tiegħu,

Billi,

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (2)

(2)

Article 54(3) of Regulation (EC) No 1782/2003 provides that farmers shall set aside from production the hectares eligible for set-aside entitlements and Article 56(1) of that Regulation stipulates that the use of land declared as set aside for agricultural purpose is in general prohibited. L-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi illi l-bdiewa għandhom iwarrbu mill-produzzjoni dawk l-ettari eliġibbli għad-drittijiet għall-art imwarrba u l-Artikolu 56(1) ta' dak ir-Regolament jistipula illi l-użu ta' art iddikjarata mwarrba għal skop agrikolu huwa inġenerali projbit.

(3)

L-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jiddisponi li dawk iż-żoni mwarrba jridu jibqgħu hekk għal perjodu li jibda l-iktar tard fil-15 ta' Jannar u jispiċċa l-iktar kmieni fil-31 ta' Awwissu.

(4)

Il-Kummissjoni ta' spiss ipprovdiet għal derogi minn dawk ir-regoli sabiex taqdi l-bżonnijiet tal-bdiewa għall-għalf f'reġjuni milquta b'diżastri naturali, b'mod partikolari, b'nuqqas ta' xita. Iċ-ċirkostanzi speċjali ta' diżastru naturali lokali jinħtieġu analiżi u deċiżjoni fi żmien xieraq. L-esperjenza turi illi sabiex wieħed jaffronta sitwazzjoniet lokali b'mod u fi żmien ikun xieraq illi l-Istati Membri jingħataw ir-responsabbiltà għal dawn id-deċiżjonjiet, sakemm dan ikun iġġustifikat minn ċirkustanzi eċċezzjonali.

(5)

Huwa għalhekk xieraq illi l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjoni illi jirrikonoxxu diżastri naturali gravi illi jaffettwaw serjament l-art f'impriżi f'reġjun partikolari u sabiex jawtorizzaw lill-produtturi kollha affettwati sabiex jutilizzaw art dikjarata mwarrba għall-għalf tal-annimali fi żmien xieraq u jinnotifikawha lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'deċiżjonjiet nazzjonali ta' dan it-tip u partikolarment bil-kondizzjonjiet klimatiċi ħżiena li jiġġustifikawhom.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(7)

Il-miżuri li hemm stabbiliti fir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 32 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 40(4)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-produtturi kollha affettwati sabiex jużaw l-art imwarrba għall-għalf tal-annimali għas-sena tal-applikazzjoni unika. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw illi ż-żona mwarrba soġġetta għall-awtorizzazzjoni ma tintużax għal skopijiet ta' qliegħ, u b'mod partikolari illi l-ebda għalf prodott u mwarrab ma jinbiegħ.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom dwar l-awtorizzazzjoni u l-ġustifikazzjoni tagħha.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1291/2006 (ĠU L 236, 31.8.2006, p. 20).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

472


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2006/2006

tat-22 ta' Diċembru 2006

li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 sabiex jinkludu l-kwota tariffarja annwa għall-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fil-Kroazja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 40(1)(e)(iii),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 27(5) u l-Anness IV(h) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra (2), kif emendat mill-Protokoll approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2006/882/KE, tat-13 ta' Novembru 2006 (3), il-Komunità għandha tippermetti l-aċċess mingħajr dazju fil-Komunità ta' prodotti li joriġinaw fil-Kroazja li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1701 u 1702, fil-limitu tal-kwantità annwa ta' 180 000 tunnellata (piż nett).

(2)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kroazja jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

(3)

Il-kwota tariffarja għall-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fil-Kroazja għandha għalhekk tinfetaħ minn dik id-data. Dik il-kwota għandha tinfetaħ u tkun amministrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u rraffinar ta' prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti tarriffarji u ftehimiet preferenzjali (4), bħaz “Zokkor tal-Balkani” fit-tifsira ta' dak ir-Regolament. Billi l-Artikolu 28 ta' dak ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji għaz-zokkor tal-Balkani fuq bażi ta' sena tas-suq, il-kwota tariffarja annwa għall-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fil-Kroazja għandha tiġi aġġustata għall-kumplament tad-disa' xhur tas-sena tas-suq 2006/2007.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu jiġi emendat f'dan is-sens.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinnjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(1), il-punt li jmiss għandu jiġi miżjud:

“(h)

L-Artikolu 27(5) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja.”

(2)

L-Artikolu 1(2) hu sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-kwantitajiet importati skont id-dispożizzjonjiet imsemmija fil-paragrafu 1(c) sa (h) (minn issa 'l quddiem imsejħin ‘kwoti tariffarji’), u d-dispożizzjonjiet msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dak il-paragrafu (minn issa 'l quddiem imsejħin ‘obbligi tal-kunsinna’) għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 se jkollhom in-numri tas-serje tal-kwoti murija fl-Anness I.”

(3)

Il-punt (d) tal-Artikolu 2, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

‘Iz-zokkor tal-Balkani’ jfisser prodotti taz-zokkor li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1701 u 1702 li joriġinaw fl-Albanija, il-Bożnja u l-Erzegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew il-Kroazja u li jiġu importati fil-Komunità taħt ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000, il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma' l-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mar-Repubblika tal-Kroazja;”

(4)

L-Artikolu 28 hu sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 28

1.   Għal kull sena tas-suq, kwoti tariffarji ħielsa mid-dazju għal total ta' 380 000 tunnellata ta' prodotti taz-zokkor li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1701 u 1702 għandhom jinfetħu bħala zokkor tal-Balkani.

Madanakollu, għas-sena tas-suq 2006/2007 il-kwantità għandha tkun 381 500 tunnellata ta' prodotti taz-zokkor li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1701 u 1702.

2.   Il-kwantitajiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu allokati skont il-pajjiż tal-oriġini kif ġej:

L-Albanija

1 000 tunnellata,

Il-Bożnja-Erzegovina

12 000 tunnellata,

Is-Serbja u l-Montenegro

180 000 tunnellata,

L-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

7 000 tunnellata,

Il-Kroazja

180 000 tunnellata,

Madanakollu, għas-sena tas-suq 2006/2007 l-allokazzjoni skont il-pajjiż tal-oriġini għandha tkun:

L-Albanija

1 250 tunnellata,

Il-Bożnja-Erzegovina

15 000 tunnellata,

Is-Serbja u l-Montenegro

225 000 tunnellata,

L-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

5 250 tunnellata,

Il-Kroazja

135 000 tunnellata,

Il-kwoti għall-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Kroazja għas-sena tas-suq 2006/2007 għandhom jinfetħu mill-1 ta' Jannar 2007 biss.”

(5)

L-Artikolu 29(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-applikazzjonjiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor tal-Balkani mit-territorji doganali tal-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo, jew il-Kroazja għandhom ikunu akkumpanjati mill-oriġinali tal-liċenzja tal-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tat-territorji doganali tal-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo jew il-Kroazja inkonformità mal-mudell fl-Anness II għal kwantità ekwivalenti għal dik fl-applikazzjoni għal-liċenzja.”

(6)

L-Anness I qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).

(2)  ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3.

(3)  ĠU L 341, 7.12.2006, p. 31.

(4)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, it-tabella li tikkonċerna n-numi tas-serje għaz-zokkor tal-Balkani hija sostiwita b'dan li ġej:

“Numri tas-serje għaz-zokkor tal-Balkani

Pajji — terz

Numru tas-serje

L-Albanija

09.4324

Il-Bożnja u l-Erzegovina

09.4325

Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo

09.4326

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

09.4327

Il-Kroazja

09.4328”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

475


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2016/2006

tad-19 ta' Diċembru 2006

li jadatta diversi regolamenti li jikkonċernaw is-suq taz-zokkor b’riżultat tal-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1)

Ċerti emendi tekniċi huma meħtieġa f’bosta Regolamenti tal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid sabiex isiru l-adattamenti meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea.

(2)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1907/85 tal-10 ta' Lulju 1985 dwar il-lista ta' varjetajiet ta' inbid u reġjuni li jipprovdu inbid impurtat biex isiru inbejjed frizzanti fil-Komunità (1) fih referenzi għar-Rumanija. Dawn ir-referenzi għandhom jitħassru.

(3)

L-Artikoli 52(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (2), jistipula perjodi ta' referenza għall-Istati Membri li jipproduċu l-inbid. Għandu jiġi determinat il-perjodu ta' refernza għar-Romanija.

(4)

L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 tat-24 ta’ April 2001 li jistipola regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward il-kummerċ fis-settur tal-inbid ma’ pajjiżi terzi (3), fih ċerti annotazzjonijiet fil-lingwi kollha tal-Istati Membri. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu annotazzjonijiet bil-Bulgaru u bir-Rumen.

(5)

L-Artikolu 33 tar-Regolamnet (KE) Nru 883/2001 fih referenza li fiha r-Romanija titqies bħala terzi pajjiż. Din ir-referenza għandha titħassar.

(6)

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2001 tal-24 ta' April 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati tal-applikazzjoni li jikkonċerna d-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta' prodotti tal-inbid u r-rekords li għandhom ikunu miżmuma fis-settur tal-inbid (4) jinkludu annotazzjonijiet fil-lingwi kollha tal-Istati Membri. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu annotazzjonijiet bil-Bulgaru u bir-Rumen.

(7)

L-Artiklou 16(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 tad-29 ta’ April 2002 li jistipola regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, l-ikklassifikar, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur tal-inbid (5), fih ċerti annotazzjonijiet fil-lingwi kollha tal-Istati Membri. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu annotazzjonijiet bil-Bulgaru u bir-Rumen.

(8)

L-Anness VIII tar-Regolamnet (KE) Nru 753/2002 fih referenza għall-Bulgarija u r-Romanija bħala pajjiżi terzi. Din ir-referenza għandha titħassar.

(9)

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1907/85, (KEE) Nru 1623/2000, (KE) Nru 883/2001, (KE) Nru 884/2001 u (KE) Nru 753/2002 għandhom għalhekk ikunu emendati kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1907/85 huwa mħassar.

Artikolu 2

Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

1999/2000 sal-2004/2005 fir-Rumanija”

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sottoparagrafu huwa sosstitwit b’dan li ġej:

“Il-kaxxa 20 tal-liċenzi ta' importazzjoni u l-liċenzi ta' esportazzjoni għandha jkollha fiha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness I:”

(2)

Fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 5, ir-referenza għall-Anness I għandu n-numru Anness Ia.

(3)

Fl-Artikolu 11, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Mill-anqas waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin għandha ssir fil-kaxxa 22 tal-liċenzi”.

(4)

L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (c) jitħassar;

(b)

fil-paragrafu 2, il-kliem ta' introduzzjoni għandu jinbidel b'li ġej:

“Għall-fini tal-paragrafi 1(b) u (d), l-aġenzija uffiċjali tal-pajjiż ta' origini li hija awtorizzata biex tfassal id-dokument V I 1 kif imsemmi f'dan ir-Regolament għandha ddaħħal dan li ġej fil-kaxxa 15 ta' dak id-dokument”

(5)

L-Annessi huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 884/2001 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 8(2), it-tieni sottoparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“L-uffiċċju tad-dwana fil-punt ta' ħruġ mit-territorju tad-dwana tal-komunità għandu jdaħħal wieħed mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness V fiż-żewġ kopji tad-dokument tal-aħħar u jittimbrah bħala awtentiku: Għandu jagħti l-kopji stampati bil-kliem ta' hawn fuq lill-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu. Dan tal-aħħar għandu jassigura li kopja waħda takkumpanja l-ġarr tal-prodott esportat.”

(2)

It-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness V.

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 16(1) jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Għall-iskopijiet tat-tieni inċiż tal-Anness VII(B)(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, it-termini li ġejjin jistgħu jintużaw biss fuq it-tikketti tal-inbejjed tal-mejda, l-inbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika u l-inbejjed psr ta' kwalità, bl-eċċezzjoni ta' l-inbejjed psr likuri ta' kwalità u l-inbejjed psr ta' kwalità semi frizzanti koperti mill-Artikolu 39(1)(b):

(a)

‘сухо’, ‘seco’, ‘suché’, ‘tør’, ‘trocken’, ‘kuiv’, ‘ξηρός’, ‘dry’, ‘sec’, ‘secco’, ‘asciuttto’, ‘sausais’, ‘sausas’, ‘száraz’, ‘droog’, ‘wytrawne’, ‘seco’, ‘sec’, ‘suho’, ‘kuiva’ jew ‘torrt’, bil-kundizzjoni li l-inbid ikkonċernat fih kontenut ta' zokkor reżidwali li ma jaqbiżx:

(i)

4 grammi kull litru; jew

(ii)

9 grammi kull litru, basta li l-aċidità totali espressa bħala grammi ta' aċidu tartariku kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi taħt il-kontenut residwu taz-zokkor;

(b)

‘полусухо’, ‘semiseco’, ‘polosuché’, ‘halvtør’, ‘halbtrocken’, ‘poolkuiv’, ‘ημίξηρος’, ‘medium dry’, ‘demi-sec’, ‘abboccato’, ‘pussausais’, ‘pusiau sausas’, ‘félszáraz’, ‘halfdroog’, ‘półwytrawne’, ‘meio seco’, ‘adamado’, ‘demisec’‘polsuho’, ‘puolikuiva’ jew ‘halvtorrt’, bil-kundizzjoni li l-inbid ikkonċernat għandu fih kontenut ta' zokkor reżidwali li jaqbeż l-ammont massimu stipulat f(a) iżda li ma jabiżx:

(i)

12 grammi kull litru; jew

(ii)

18-il gramma kull litru, meta l-aċidità totali minima stabbilita mill-Istat Membru permezz tal-paragrafu 2;

(c)

‘полусладко’, ‘semidulce’, ‘polosladké’, ‘halvsød’, ‘lieblich’, ‘poolmagus’, ‘ημίγλυκος’, ‘medium’, ‘medium sweet’, ‘moelleux’, ‘amabile’, ‘pussaldais’, ‘pusiau saldus’, ‘félédes’, ‘halfzoet’, ‘półsłodkie’, ‘meio doce’, ‘demidulce’, ‘polsladko’, ‘puolimakea’, jew ‘halvsött’, bil-kundizzjoni li l-inbid ikkonċernat għandu fih kontenut ta' zokkor reżidwali li jaqbeż l-ammont massimu stipulat f'(b) iżda li ma jabiżx 45 gramma l-litru

(d)

‘сладко’, ‘dulce’, ‘sladké’, ‘sød’, ‘süss’, ‘magus’, ‘γλυκός’, ‘sweet’, ‘doux’, ‘dolce’, ‘saldais’, ‘saldus’, ‘édes’, ‘ħelu’, ‘zoet’, ‘słodkie’, ‘doce’, ‘dulce’, ‘sladko’, ‘makea’ jew ‘sött’, bil-kundizzjoni li l-inbid ikkonċernat għandu fih kontenut ta' zokkor reżidwali li huwa mill-inqas 45 gramma l-litru.”

(2)

Fl-Anness VII, il-punti 1 u 6 tħassru

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 11.7.1985, p. 21. Ir-Regolament kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-2003.

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1221/2006 ĠU L 221, 12.8.2006, p. 3).

(3)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2079/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 6).

(4)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 32. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1507/2006 (ĠU L 280, 12.10.2006, p. 9).

(5)  ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1507/2006.


ANNESS I

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2001 huma emendati kif ġej:

(1)

It-test eżistenti tal-Anness I għandu n-numru “Anness Ia” u t-test li ġej huwa inserit qablu:

“ANNESS I

L-annotazzjonijiet msemmija fit-tieni sootoparagrafu tal-Artikolu 2(1):

:

Bil-Bulgaru

:

Oтклонение от 0,4 об. %

:

Bl-Ispanjol

:

Tolerancia de 0,4 % vol.

:

Biċ-Ċek

:

Přípustná odchylka 0,4 % obj.

:

Bid-Daniż

:

Tolerance 0,4 % vol.

:

Bil-Ġermaniż

:

Toleranz 0,4 % vol.

:

Bl-Estonjan

:

Lubatud 0,4 mahuprotsendi suurune hälve

:

Bil-Grieg

:

Ανοχή 0,4 % vol.

:

Bl-Ingliż

:

Tolerance of 0,4 % vol.

:

Bil-Franċiż

:

Tolérance de 0,4 % vol.

:

Bit-Taljan

:

Tolleranza di 0,4 % vol.

:

Bil-Latvjan

:

0,4 tilp. % pielaide

:

Bil-Litwen

:

Leistinas nukrypimas 0,4 tūrio %

:

Bl-Ungeriż

:

0,4 térfogat-százalékos tűrés

:

Bil-Malti

:

Varjazzjoni massima ta’ 0,4 % vol.

:

Bl-Olandiż

:

Tolerantie van 0,4 % vol.

:

Bil-Pollakk

:

Tolerancja 0,4 % obj.

:

Bil-Portugiż

:

Tolerância de 0,4 % vol.

:

Bir-Rumen

:

Toleranță de 0,4 % vol.

:

Bis-Slovakk

:

Prípustná odchýlka 0,4 % obj.

:

Bis-Sloven

:

Odstopanje 0,4 vol.%

:

Bil-Finlandiż

:

Sallittu poikkeama 0,4 til — %

:

Bl-Iżvediż

:

Tolerans 0,4 vol. %”

(2)

L-Anness li ġej jiddaħħal wara l-Anness IV:

“ANNESS IVa

L-annotazzjonijiet msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 11:

:

Bil-Bulgaru

:

Възстановяване, валидно за не повече от … (количество, за което е издаден лицензът)

:

Bl-Ispanjol

:

Restitución válida para … (cantidad por la que se haya expedido el certificado) como máximo

:

Biċ-Ċek

:

Náhrada platná nejvýše pro … (množství, na něž byla vydána licence)

:

Bid-Daniż

:

Restitutionen omfatter hoejst … (den maengde, licensen er udstedt for)

:

Bil-Ġermaniż

:

Erstattung gültig für höchstens … (Menge, für die die Lizenz erteilt wurde)

:

Bl-Estonjan

:

Toetus ei kehti rohkem kui … (kogus millele litsents on väljastatud)

:

Bil-Grieg

:

Επιστροφή που ισχύει για … (ποσότητα για την οποία εκδίδεται το πιστοποιητικό) κατ' ανώτατο όριο

:

Bl-Ingliż

:

Refund valid for not more than … (quantity for which licence is issued)

:

Bil-Franċiż

:

Restitution valable pour … (quantité pour laquelle le certificat est délivré) au maximum

:

Bit-Taljan

:

Restituzione valida al massimo per … (quantitativo per il quale è rilasciato il titolo)

:

Bil-Latvjan

:

Atmaksa ir spēkā par ne vairāk kā … (daudzums, par ko izdota licence)

:

Bil-Litwen

:

Grąžinamoji išmoka mokama ne daugiau kaip už … (nurodomas kiekis, kuriam išduota licencija)

:

Bl-Ungeriż

:

Legfeljebb … -re (az a mennyiség, amelyre az engedélyt kiadták) érvényes visszatérítés

:

Bil-Malti

:

Valur mrodd lura ta’ mhux aktar minn … (ammont maħrug fil. licenzja)

:

Bl-Olandiż

:

Restitutie voor ten hoogste … (hoeveelheid waarvoor het certificaat is afgegeven)

:

Bil-Pollakk

:

Refundacji udziela się na nie więcej niż … (ilość, na którą wydano licencję)

:

Bil-Portugiż

:

Restituição válida para … (quantidade em relação à qual é emitido o certificado), no máximo

:

Bir-Rumen

:

Restituție valabilă pentru maxim … (cantitatea pentru care este eliberată licența)

:

Bis-Slovakk

:

Náhrada platná pre nie viac ako … (množstvo, na ktoré je licencia vydaná)

:

Bis-Sloven

:

Nadomestilo velja za največ … (količina za katero je izdano dovoljenje)

:

Bil-Finlandiż

:

Vientituki voimassa enintään … (määrä, jolle todistus on annettu) osalta

:

Bl-Iżvediż

:

Bidrag som gäller för högst … (kvantitet foer vilken licensen skall utfärdas)”.


ANNESS II

“ANNESS V

L-annotazzjonijiet msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(2):

:

Bil-Bulgaru

:

И3HECEHO

:

Bl-Ispanjol

:

EXPORTADO

:

Biċ-Ċek

:

VYVEZENO

:

Bid-Daniż

:

UDFØRSEL

:

Bil-Ġermaniż

:

AUSGEFÜHRT

:

Bl-Estonjan

:

EKSPORDITUD

:

Bil-Grieg

:

ΕΞΑΧΘΕΝ

:

Bl-Ingliż

:

EXPORTED

:

Bil-Franċiż

:

EXPORTÉ

:

Bit-Taljan

:

ESPORTATO

:

Bil-Latvjan

:

EKSPORTĒTS

:

Bil-Litwen

:

EKSPORTUOTA

:

Bl-Ungeriż

:

EXPORTÁLVA

:

Bil-Malti

:

ESPORTAT

:

Bl-Olandiż

:

UITGEVOERD

:

Bil-Pollakk

:

WYWIEZIONO

:

Bil-Portugiż

:

EXPORTADO

:

Bir-Rumen

:

EXPORTAT

:

Bis-Slovakk

:

VYVEZENÉ

:

Bis-Sloven

:

IZVOŽENO

:

Bil-Finlandiż

:

VIETY

:

Bl-Iżvediż

:

EXPORTERAD”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

481


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2018/2006

ta' l-20 ta' Diċembru 2006

li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali dwar liċenzji għall-importazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu

Billi:

(1)

It-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (1) li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjoni ta' applikanti għal liċenzi ta' importazzjoni. Sabiex jiġi żgurat aċċess għal operaturi mill-Bulgarija u r-Rumanija (minn hawn 'il quddiem l-“Istati Membri ġodda”) biex jimportaw liċenzi sa mid-data tal-adeżjoni ta' dawk il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu adottati miżuri tranżitorji.

(2)

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' Ġunju 2007, operaturi tal-Istati Membri l-ġodda għandhom jitħallew japplikaw, għal liċenzi ta' importazzjoni taħt kwoti tat-tariffi kif imsemmija fl-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, mingħajr approvazzjoni minn qabel.

(3)

Dawn l-operaturi għandhom jagħtu prova tal-istatus tagħhom u li ħadmu regolarment bħala negozjanti. Fir-rigward tar-rekwiżit dwar il-prova fuq il-prestazzjoni kummerċjali, l-applikanti fl-Istati Membri l-ġodda għandu jkollhom l-opportunità jagħżlu bħala s-sena ta' referenza għall-prestazzjoni kummerċjali s-sena 2005 minflok is-sena 2006 jekk jistgħu jippruvaw li ma setghux jimportaw jew jesportaw il-kwantitajiet meħtieġa ta' prodotti tal-ħalib matul is-sena 2006 minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali.

(4)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri l-ġodda għandhom sal-20 ta' Jannar 2007 jgħaddu lill-Kummissjoni lista li tinkludi l-operaturi kollha eliġibbli. Sabiex kull applikannt ikun jista' jiġi identifikat aktar faċilment, u biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-liċenzi, id-dejta li trid tintbagħat għal kull operatur għandha tkun speċifikata. Barra minn hekk, operaturi eliġibbli fl-Istati Membri l-ġodda għandhom jitħallew jagħmlu trasferiment ta’ liċenzi ta' importazzjoni.

(5)

Għaldaqstant hu neċessarju li jingħataw ċerti derogi mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, operaturi stabbiliti fil-Bulgarija u r-Rumanija (minn hawn 'il quddiem l-“Istati Membri ġodda”) jistgħu japplikaw għal-liċenzi ta' importazzjoni għal kwoti li jkopru l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' Ġunju 2007 mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti.

Artikolu 2

1.   B'deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, operaturi stabbiliti fl-Istati Membri l-ġodda jistgħu japplikaw għal-liċenzi ta' importazzjoni għall-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 biss fl-Istati Membri fejn huma stabbiliti.

2.   Applikazzjonijiet għal liċenzi jkunu ammissibbli biss fejn l-applikant jehmeż id-dokumenti li ġejjin:

(a)

prova li fl-2006 l-applikant importa jew esporta mill-anqas 25 tunnellata ta' prodotti tal-ħalib koperti mill-Kapitolu 04 tan-Nomenklatura Magħquda f'mill-inqas erba' tranżazzjonijiet separati;

(b)

kwalunkwe dokument u informazzjoni li jissostanzjaw adegwatament l-identità u l-istatus tal-applikant, b'mod partikolari:

(i)

dokumenti dwar il-kontijiet kummerċjali jew l-arranġamenti tat-taxxa mfassla skont il-liġi nazzjonali,

(ii)

in-numru tal-VAT, jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi dan, u

(iii)

ir-reġistrazzjoni fir-reġistru kummerċjali, jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi dan.

3.   Fil-każ tal-punt (a) is-subparagrafu 2, is-sena ta' referenza għandha tkun is-sena 2005 jekk l-importatur ikkonċernat jista' jipprova li hu ma setax jimporta jew jesporta l-kwantitajiet mitluba ta' prodotti tal-ħalib matul l-2006 minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali.

4.   Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-ipproċessar attiv u passiv tat-tranżazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala importazzjonijiet u esportazzjonijiet.

Artikolu 3

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-ġodda għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sal-20 ta' Jannar 2007 l-lista ta' operaturi li applikaw għal liċenzi ta' importazzjoni għall-kwoti li jkopru l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' Ġunju 2007 skont l-Artikolu 1 u li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 2. Dawn il-listi għandhom jiġu stabbiliti skont il-mudell għall-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, b’eċċezzjoni għan-numru tal-approvazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-listi msemmija fil-paragrafu 1 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 4

B'deroga mill-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, liċenzi ta' importazzjoni maħruġa għall-kwoti li jkopru l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2007 jistgħu jiġu trasferiti biss lil persuni naturali jew legali approvati skont it-Taqsima 2 ta' dak ir-Regolament u lil persuni naturali jew legali li jidhru fil-listi msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data, tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bl-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 926/2006 (ĠU L 170, 23.6.2006, p. 8).


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

483


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1994/2006

tas-27 ta' Diċembru 2006

li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2007, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

Kwoti tariffarji Komunitarji għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż għandhom jinfetħu għall-2007. Id-dazji u l-kwantitajiet li hemm referenza għalihom fir-Regolament (KE) Nru 2529/2001 għandhom ikunu ffissati skont il-ftehimiet internazzjonali rispettivi fis-seħħ matul is-sena 2007.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (2) stipula kwota tariffarja bilaterali addizzjonali tal-2 000 tunnellata b'żieda ta' 10 % kull sena tal-kwantità oriġinali li għandha tinfetaħ għall-kodiċi tal-prodott 0204 mill-1 ta' Frar 2003. Għaldaqstant, għandhom jiżdiedu 200 tunnellata oħra mal-kwota tal-GATT/WTO għaċ-Ċili u ż-żewġ kwoti għandhom ikomplu jintużaw bl-istess mod matul l-2007.

(3)

Ċerti kwoti ta' tariffi għal laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż ingħataw lill-Istati AKP taħt il-Ftehim ta' Cotonou (3).

(4)

Ċerti kwoti huma ddefiniti għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u jispiċċa fit-30 ta' Ġunju tas-sena ta’ wara. Billi l-importazzjonjiet skont dan ir-Regolament għandhom jitmexxew fuq bażi ta’ sena kalendarja, il-kwantitajiet rispettivi li se jkunu ffissati għas-sena kalendarja 2007 fir-rigward tal-kwoti kkonċernati huma t-total ta’ nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007 u nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2007 sat-30 ta' Ġunju 2008.

(5)

Jeħtieġ li tiġi ffissata ekwivalenza għal piż ta' karkassi sabiex jiġi assigurat li jkun hemm tħaddim xieraq tal-kwoti tariffarji tal-Komunità. Barra minn hekk, billi ċerti kwoti tariffarji jipprovdu għall-għażla ta' importazzjoni jew ta' annimali ħajjin jew tal-laħam tagħhom, jinħtieġ fattur għall-konverżjoni.

(6)

Kwoti għal prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, għandhom, permezz ta' deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (4), jitħaddmu f'konformità mal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b, u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (5).

(7)

Il-kwoti tariffarji skont dan ir-Regolament inizjalment iridu jitqiesu bħala mhux kritiċi fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta jitħaddmu minn sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Għalhekk, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu awtorizzati li jċedu r-rekwiżit tas-sigurtà għal oġġetti li inizjalment ikunu ġew importati taħt dawk il-kwoti skont l-Artikoli 308c(1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Minħabba l-partikolarijiet tat-trasferiment minn sistema ta' ġestjoni waħda għall-oħra, l-Artikolu 308c(2) u (3) ta' dak ir-Regolament ma għandux japplika.

(8)

Għandu jiġi ċċarat liema tip ta' prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta mill-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji skont is-sistema li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

(9)

Meta operaturi jippreżentaw prodotti tal-laħam tan-nagħaġ lill-awtoritajiet doganali għall-importazzjoni, ikun diffiċli għal dawk l-awtoritajiet biex jistabbilixxu jekk dawn joriġinawx minn nagħaġ domestiċi jew minn nagħaġ oħra, li jiddetermina l-applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju differenti. Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li l-prova tal-oriġini tikkjarifika dan.

(10)

Skont il-Kapitolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (6) u skont id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (7), l-importazzjonijiet jistgħu jkunu awtorizzati biss għal prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-proċeduri, regoli u verifiki tal-katina tal-ikel fis-seħħ fil-Komunità.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għan-Nagħaġ u l-Mogħoż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti ta' tariffi tal-Komunità għan-nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 2

Id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0104 10 30, 0104 10 80, 0104 20 90, 0210 99 21, 0210 99 29 u 0204 li joriġinaw minn pajjiżi indikati fl-Anness għandhom ikunu sospiżi jew imnaqqsa skont dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   Il-kwantitajiet, espressi fl-ekwivalenti ta' piż ta' karkass, għall-importazzjoni tal-laħam, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0204, u ta' annimali ħajjin li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0104 10 30, 0104 10 80 u 0104 20 90, kif ukoll bħala d-dazji doganali applikabbli għandhom ikunu dawk kif stabbiliti fl-Anness.

2.   Għall-għan tal-kalkolu tal-kwantitajiet ta’ “ekwivalenza għal piż ta’ karkassi” imsemmi fil-paragrafu 1, il-piż nett ta’ prodotti tan-nagħaġ u l-mogħoż irid jiġi mmultiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin:

(a)

għal annimali ħajjin: 0,47;

(b)

għal ħaruf bla għadam u laħam tal-gidi bla għadam: 1,67;

(c)

għal laħam bla għadam tal-muntun, tan-nagħaġ u tal-mogħoż għajr dak tal-gidi u taħlitiet ta’ kwalunkwe minn dawn: 1,81;

(d)

għal prodotti tal-laħam bil-għadam: 1,00.

“Gidi” jfisser ferħ ta' mogħża li ma għandux aktar minn sena.

Artikolu 4

Bħala deroga mit-Titolu II (A) u (B) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitmexxew fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma japplikax. Ma hemmx bżonn ta’ liċenzji tal-importazzjoni.

Artikolu 5

1.   Sabiex tibbenifika mill-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness, prova valida ta’ oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat flimkien ma' dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għal moviment ħieles tal-oġġetti kkonċernati, jridu jiġu ppreżentanti lill-awtoritajiet doganali tal-Komunità. L-oriġini tal-prodotti bla ħsara għal-kwoti tat-tariffi minbarra dawk li jirriżultaw minn ftehim għal tariffi preferenzjali, għandhom ikunu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet li jkunu fis-seħħ fil-Komunità.

2.   Il-prova tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kwota tariffarja li hija parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali, din għandha tkun il-prova tal-oriġini kif stipulata fil-ftehim;

(b)

fil-każ ta’ kwoti tariffarji oħrajn, għandha tkun prova stabbilita skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u, flimkien mal-elementi pprovduti f'dak l-Artikolu, id-dejta li ġejja:

il-kodiċi NM (ta’ lanqas l-ewwel erba’ ċifri),

in-numru jew in-numri tas-serje tal-kwota tariffarja kkonċernata,

il-piż nett totali għal kull kategorija ta’ koeffiċjenti kif stipulat fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament.

(c)

fil-każ ta’ pajjiż li l-kwota tiegħu taqa’ taħt il-punti (a) u (b) u huma magħqudin, għandha tkun il-prova msemmija fil-punt (a).

Fejn il-prova tal-oriġini msemmija fil-punt (b) hija ppreżentata bħala dokument ta’ appoġġ għal dikjarazzjoni waħda biss għal rilaxx għal moviment ħieles, jista’ jkun fiha diversi numri tas-serje. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jkun fiha biss numru tas-serje wieħed.

3.   Biex wieħed jibbenefika mill-kwoti ta' tariffi stabbiliti fl-Anness għal grupp ta' pajjiżi numru 4 għal prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM ex 204, ex 0210 99 21 u ex 0210 99 29 il-prova ta' oriġini għandu jkollha, fil-kaxxa dwar deskrizzjoni ta' prodotti, waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

“prodott/i tan-nagħaġ mill-ispeċi li mhumiex nagħaġ domestiċi”.

(b)

“prodott/i mill-ispeċi li mhumiex nagħaġ domestiċi”.

Dawk l-indikazzjonijiet għandhom jikkorrispondu mal-indikazzjonijiet fiċ-ċertifikat veterinarju li jkun ma' dawk il-prodotti.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2)

(2)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2005 (ĠU L 52, 25.2.2005, p. 6).

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 7. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 272/2001 (ĠU L 41, 10.2.2001, p. 3).

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 5).

(6)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(7)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1). Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.


ANNESS

LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ

(f’tunnellati (t) ta’ ekwivalenza għal piż ta’ karkassi)

KWOTI TARIFFARJI KOMUNITARJI GĦALL-2007

Nru tal-Grupp tal-Pajjiż

Kodiċi NM

Dazju “Ad valorem” %

Dazju speċifiku EUR/100 Kg

Numru tas-serje skont “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”

Oriġini

Volum fis-Sena f’tunnellati ta’ ekwivalenza għal piż ta’ karkassi

Annimali ħajjin

(Koeffiċjent = 0,47 )

Ħaruf mingħajr għadam (1)

(Koeffiċjent = 1,67 )

Laħam tal-muntun/tan-nagħaġ bla għadma (2)

(Koeffiċjent = 1,81 )

Karkassa u laħam bil-għadma

(Koeffiċjent = 1,00 )

1

0204

Żero

Żero

09,2101

09,2102

09,2011

L-Arġentina

23 000

09,2105

09,2106

09,2012

L-Awstralja

18 786

09,2109

09,2110

09,2013

New Zealand

227 854

09,2111

09,2112

09,2014

L-Urugwaj

5 800

09,2115

09,2116

09,1922

Iċ-Ċili

5 800

09,2119

09,2120

09,0790

L-Iżlanda

1 350

09,2121

09,2122

09,0781

In-Norveġja

300

09,2125

09,2126

09,0693

Greenland

100

09,2129

09,2130

09,0690

Il-Gżejjer Faroe

20

09,2131

09,2132

09,0227

It-Turkija

200

09,2171

09,2175

09,2015

Oħrajn (3)

200

2

0104 10 30 , 0104 10 80 u 0104 20 90 . Għall-ispeċi “nagħaġ mhux domestiku” biss: ex 0204 , ex 0210 99 21 u ex 0210 99 29

Żero

Żero

09,2141

09,2145

09,2149

09,1622

L-Istati AKP

100

Għall-ispeċi “nagħaġ domestiku” biss: ex 0204, ex 02109921 u ex 0210 99 29

Żero

65 % tnaqqis ta' dazji speċifiċi

09,2161

09,2165

09,1626

L-Istati AKP

500

3

0104 10 30 0104 10 80 0104 20 90

10 %

Żero

09,2181

09,2019

Erga omnes  (4)

92


(1)  U laħam tal-gidi.

(2)  U l-laħam tal-mogħoż għajr tal-gidi.

(3)  “Oħrajn” tirreferi għall-oriġini kollha, inklużi l-Istati AKP u minbarra l-pajjiżi l-oħra msemmija f'din it-tabella.

(4)  “Erga omnes” tirreferi għall-oriġini kollha inkluż il-pajjiżi msemmija f’din it-tabella.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

487


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2030/2006

tal-21 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1607/2000, (KE) Nru 1622/2000 u (KE) Nru 2729/2000 li jikkonċerna s-settur tal-inbid minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 58, 46(1) u 72(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1607/2000 tal-24 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, b'mod partikolari t-Titolu rrelatat mal-inbid ta' kwalità ffabbrikat f'reġjuni speċifikati (2) jelenka l-inbejjed frizzanti psr li l-cuvée tagħhom jista' jkollha qawwa alkoħolika ta' inqas minn 9,5 % vol. Dak l-Anness għandu jkun emendat biex jinkludi nbejjed prodotti fir-Rumanija.

(2)

L-Anness XIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 tal-24 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta' prattiċi u proċessi oenoloġiċi (3) fih id-derogi li jirrigwardaw il-kontenut ta' aċtu volatili fl-inbid stipulat fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Dak l-Anness għandu jkun emendat minħabba l-adeżjoni tar-Rumanija.

(3)

L-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2729/2000 tal-14 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati ta’ implimentazzoni għall-kontrolli fis-settur tal-inbid (4) jiddetermina l-għadd minimu ta' kampjuni li jridu jittieħdu kull sena għall-bank analitiku tad-dejta stipulat fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament. Wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, għandu jkun determinat l-għadd ta' kampjuni li jridu jittieħdu għal dawk il-pajjiżi.

(4)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1607/2000, (KE) Nru 1622/2000 u (KE) Nru 2729/2000 għandhom jiġu emendati skont dan,

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1607/2000 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fl-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000, jiddaħħal il-punt (o) li ġej:

“(o)

għall-inbejjed Rumeni:

25 milliekwivalenti kull litru ta' nbejjed ta' kwalità psr li jissodisfaw ir-rekwiżiti li jridu jiġu deskritti bħala DOC — CT.

30 milliekwivalenti kull litru ta' nbejjed ta' kwalità psr li jissodisfaw ir-rekwiżiti li jridu jiġu deskritti bħala DOC — CIB.”

Artikolu 3

Fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 2729/2000, it-tieni sottoparagrafu jinbidel b'li ġej:

“—

30 kampjun fil-Bulgarija

20 kampjun fir-Repubblika Ċeka

200 kampjun fil-Ġermanja

50 kampjun fil-Greċja

200 kampjun fi Spanja

400 kampjun fi Franza

400 kampjun fl-Italja

10 kampjuni f’Ċipru

4 kampjuni fil-Lussemburgu

50 kampjun fl-Ungerija

4 kampjuni f’Malta

50 kampjun fl-Awstrija

50 kampjun fil-Portugall

70 kampjun fir-Rumanija

20 kampjun fis-Slovenja

15-il kampjun fis-Slovakkja

4 kampjuni fir-Renju Unit”

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bil-kundizzjoni u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 185, 25.7.2000, p. 17.

(3)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1507/2006 (ĠU L 280, 12.10.2006, p. 9).

(4)  ĠU L 316, 15.12.2000, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 262/2006 (ĠU L 46, 16.2.2006, p. 22).


ANNESS

“ANNESS IV

Lista ta' nbejjed frizzanti ta' kwalità psr li l-cuvée tagħhom jista' jkollu qawwa alkoħolika ta' inqas minn 9,5 % vol.

L-ITALJA

Prosecco di Conegliano-Valdobbiadene

Montello e Colli Asolani.

IR-RUMANIJA

Muscat Spumant Bucium

Muscat Spumant Dealu Mare

Muscat Spumant Murfatlar

Muscat Spumant Alba Iulia

Muscat Spumant Iași

Muscat Spumant Huși

Muscat Spumant Panciu

Muscat Spumant Șimleul Silvaniei

Muscat Spumant Sebeș Apold

Muscat Spumant Târnave”


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

490


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 92/2007

tat-30 ta' Jannar 2007

li jiffissa kwantità komplementarja ta' zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġina fl-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u l-Indja għall-provvista lir-raffineriji għas-sena tas-suq 2006/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistipula li matul is-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, u sabiex tkun żgurata provvista adegwata lir-raffineriji Komunitarji, id-dazji fuq l-importazzjoni fuq kwantità komplementarja ta' importazzjonijiet ta' zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġina fl-Istati msemmija fl-Anness VI għal dak ir-Regolament għandhom jiġu sospiżi.

(2)

Dik il-kwantità komplementarja għandha tiġi kkalkulata skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 sabiex jiġu importati u rraffinati prodotti taz-zokkor skont ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), abbażi ta' previżjoni Komunitarja eżawrjenti ta' bilanċ ta' provvista għaz-zokkor mhux raffinat. Għas-sena tas-suq 2006/2007, il-bilanċ indika l-ħtieġa li tkun importata kwantità komplementarja ta’ zokkor mhux raffinat sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta’ provvista tar-raffineriji Komunitarji.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2006 tat-18 ta' Awwissu 2006 li jiffissa l-kwantità komplementarja taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġina mill-Istati tal-AKP u l-Indja għall-provvista lir-raffineriji fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta' Lulju 2006 u t-30 ta' Settembru 2007 (3) iffissa l-ewwel kwantità komplementarja ta' 82 500 tunnellata biex taqdi l-bżonnijiet l-iktar urġenti tal-provvista għall-ewwel xhur tas-sena tas-suq 2006/2007. Minħabba li mhux se jkun hemm irtirar ta' zokkor mis-suq skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, mhijiex se tonqos il-ħtieġa tradizzjonali tal-provvista ta’ zokkor għar-raffinar, kif imsemmija fl-Artikolu 29(1) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, il-kwota Portugiża taz-zokkor tnaqqset b'iktar minn 50 % fis-sena tas-suq 2006/2007. Għalhekk, skont l-Artikolu 29(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-ħtieġa tradizzjonali tal-provvista ffissata għall-Portugall skont l-Artikolu 29(1) ta’ dak ir-Regolament għandha tiżdied b’35 000 tunnellata supplimentarja.

(4)

Sabiex tkun żgurata provvista xierqa tar-raffineriji fil-Komunità, huwa għalhekk xieraq li tkun iffissata kwantità komplementarja ta’ 120 000 tunnellata ta' zokkor komplementarju għas-sena tas-suq 2006/2007.

(5)

Din il-provvista xierqa lir-raffineriji tista' tkun iggarantita biss jekk il-ftehimiet tradizzjonali tal-esportazzjoni bejn il-pajjiżi benefiċjarji jiġu rrispettati. Għalhekk hemm il-ħtieġa ta’ tqassim bejn il-pajjiżi benefiċjarji jew il-grupp ta' pajjiżi. Għall-Indja, il-kwantitajiet iffissati fir-Regolament (KE) Nru 1249/2006 diġà jikkorrispondu mal-kwantità tradizzjonali tal-importazzjoni. Għalhekk, hemm kwantità limitata disponibbli ta’ 3 5000 tunnellata għall-Indja. Il-kwantitajiet li jifdal għandhom ikunu ffissati għall-Istati tal-AKP, li flimkien impenjaw ruħhom li bejniethom jimplimentaw proċeduri għall-allokazzjoni tal-kwanititajiet sabiex tkun żgurata provvista xierqa lir-raffineriji.

(6)

Qabel l-importazzjoni ta' dan iz-zokkor komplementarju, jeħtieġ li r-raffinaturi jagħmlu arranġamenti dwar il-provvista u t-trasport mal-pajjiżi benefiċjarji u l-operaturi kummerċjali. Sabiex jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw l-applikazzjoni għal-liċenzji ta' importazzjoni, huwa xieraq li d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ikun previst mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Minbarra l-kwantitajiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1249/2006, ġiet iffissata kwantità komplementarja ta' 120 000 tunnellata zokkor tal-kannamieli mhux raffinat komplementarju ekwivalenti għal zokkor abjad għas-sena tas-suq 2006/2007:

(a)

116 500 tunnellata espressi bħala zokkor abjad li joriġina fl-Istati elenkati fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 minbarra l-Indja;

(b)

3 500 tunnellata espressi bħala zokkor abjad li joriġina fl-Indja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' Jannar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 227, 19.8.2006, p. 22.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

492


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 391/2007

tal-11 ta' April 2007

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' sistemi ta' monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 (1) li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar, b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità ilha tiffinanzja azzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-kontroll u infurzar tas-sajd mill-1990, b'konformità mal-għanijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 (2);

(2)

Mingħajr inċentivi se jkun diffiċli li jinkiseb titjib għal sistema ta' kontroll effiċjenti fil-Komunità kollha, partikolarment meta fejn xieraq, ikollhom jiġu ttestjati u introdotti teknoloġiji ġodda.

(3)

L-evidenza turi li r-riżorsi tal-Istati Membri xorta għadhom mhux biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Partikolarment, qiegħda tintalab għajnuna Komunitarja biex tgħin lill-Istati Membri jgħelbu d-differenzi eżistenti fil-kontroll tas-sajd u l-kapaċitajiet ta' sorveljanza tagħhom;

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 jipprovdi, fost azzjonijiet oħra, għal miżuri finanzjarji Komunitarji għan-nefqa li ssir fil-kontroll l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-perjodu 2007-2013;

(5)

L-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jipprovdi lista ta' azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri fil-qasam tal-kontroll u tal-infurzar tas-sajd li għandhom jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli għal assistenza finanzjarja Komunitarja;

(6)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, l-Istati Membri għandhom ikollhom indikazzjonijiet ċari tar-regoli li għandhom isegwu sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja Komunitarja għan-nefqa li ssir fil-qasam tal-kontroll u tal-infurzar tas-sajd

(7)

Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-fondi Komunitarji disponibbli għal azzjonijiet bħal dawn jiġu allokati b'mod effiċenti bl-iskop li jitnaqqsu d-dgħufijiet b'tali mod li l-kontrolli jiġu mwettqa bi standard għoli;

(8)

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-programmi tagħhom u l-impatt tan-nefqa tagħhom fuq il-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza, kull sena u matul il-perjodu kollhu bejn l-2007-2013;

(9)

Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri, mill-1 ta'Jannar 2007 talbiet għar-rimbors relatat ma' nfiq approvat abbażi tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 1995/527 (KE) (3), 2001/431/KE (4) u 2004/465/KE (5), għandhom jiġu sottomessi skont l-Anness VI u VII għal dan ir-Regolament;

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 rigward il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd fil-perjodu 2007-2013.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-programm annwali ta' kontroll tas-sajd” ifisser programm annwali imfassal minn Stat Membri skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006;

(b)

L-impenn baġitarju” ifisser l-operazzjoni li twarrab l-appropjazzjonijiet meħtieġa biex ikopru pagamenti sussegwenti biex ikun onorat impenn legali.

(c)

L-impenn legali” ifisser l-att li bih l-awtorità ta’ awtorizzazzjoni tal-Istat Membru tidħol fi jew tistabbilixxi obbliġu li jirriżulta f’nefqa.

Artikolu 3

Il-programmi annwali ta' kontroll tas-sajd

1.   L-Istati Membri li jixtiequ jirċievu l-kontribut finanzjarju għan-nefqa mġarrba skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 għandhom jinnotifikaw il-programm anwali ta' kontroll tas-sajd sal-31 ta' Jannar ta' kull sena.

2.   Barra mill-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, l-Istati Membri fil–programm tagħhom ta' kontroll tas-sajd, għal kull proġett, għandhom jiddikjaraw:

(a)

tbassir annwali tar-rimbors li jkun se jintalab;

(b)

il-miżuri previsti sabiex il-pubbliku jkun infurmat li l-proġett irċieva appoġġ finanzjarju mill-Komunità;

(c)

meta l-proġett jikkonċerna x-xiri u l-immodernizzar tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru: l-ispeċifikazzjoni tat-tip ta' bastiment jew ajruplan;

(d)

deskrizzjoni ta' kull mezz disponibbli mill-amministrazzjoni għall-monitoraġġ u l-kontroll tas-sajd, imfassla skont l-Anness I.

3.   Regoli dettaljati rigward l-eliġibilità ta' ċerti azzjonijiet huma stipulati fl-Anness II, IIiu IV.

Artikolu 4

L-impenn tan-nefqa

L-Istati Membri għandhom jidħlu f'impenji legali u baġitarji għal azzjonijiet li ġew ikkunsidrati eliġibbli għall-kontribut finanzjarju skont id-deċiżjoni provduta fl-Artikolu 21 tar-Regolament(KE) Nru 861/2006 fi żmien 12-il xahar mill-aħħar tas-sena li fiha jkunu ġew innotifikati b'tali deċiżjoni.

Artikolu 5

Nefqa eliġibbli

Sabiex tkun eliġibbli għal rimbors, in-nefqa għandha:

(a)

tkun prevista fil-programm ta' kontroll tas-sajd, u

(b)

tkun relatata mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

(c)

tikkonċerna proġetti b'nefqa li taqbeż EUR 40 000, eskluż il-VAT, ħlief meta l-proġett jikkonċerna azzjoni msemmija fl-Artikolu 8(a)(ii) jew (v) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jew meta jkun iġġustifikat b'mod xieraq;

(d)

tkun riżultat ta' impenji legali u baġitarji li daħlu għalihom l-Istati Membri skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(e)

tikkonċerna proġetti implimentati skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.

(f)

tikkonforma mar-regoli Komunitarji speċifiċi, fejn japplikaw dawn ir-regoli.

Artikolu 6

Nefqa eliġibbli relatata ma' ċerti azzjonijiet

1.   In-nefqa li tkun saret għal teknoloġiji ġodda ta' kontroll għandha tkun eliġibbli sakemm tkun saret b'mod konformi mal-Anness II u li tkun intużat għall-attivitajiet ta' monitoraġġ u kontroll tas-sajd, kif iddikjarat mill-Istati Membri kkonċernati.

2.   In-nefqa li tkun saret għax-xiri u l-immodernizzar ta' inġenji tal-ajru u bastimenti għandha tkun eliġibbli sakemm tkun saret b'mod konformi mal-Anness III u li dawn ikunu qed jintużaw għall-attivitajiet ta' monitoraġġ u kontroll tas-sajd, kif iddikjarat mill-Istati Membri kkonċernati, tal-anqas għal 25 % tal-attività tagħhom.

3.   In-nefqa li tkun saret għat-taħriġ u għall-programmi ta' skambju u dwar seminars u għodda tal-midja għandha tkun eliġibbli sakemm tkun saret b'mod konformi mal-Anness IV. Tali nfiq jista' jkopri, inter alia:

(a)

metodoloġija għas-sorveljanza tas-sajd;

(b)

leġiżlazzjoni Komunitarja li tikkontrolla l-Politika Komuni tas-Sajd u, partikolarment, il-kontroll;

(c)

l-użu ta' tekniki għall-kontroll tas-sajd;

(d)

l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tas-sistema ta' kontroll applikabbli, skont ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Artikolu 7

Nefqa mhux eliġibbli

1.   In-nefqa ma għandiex tkun eliġibbli jekk tkun saret qabel l-1 ta' Jannar tas-sena li fiha jkun ġie sottomess il-programm annwali għall-kontroll tas-sajd lill-Kummissjoni

2.   It-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) m'għandhiex tkun meqjusa bħala spiża eliġibbli għar-rimbors.

3.   Il-lista indikativa ta' oġġetti li n-nefqa tagħhom ma tkunx eliġibbli hija stipulata fl-Anness V

Artikolu 8

Implimentazzjoni tal-proġetti

1.   Il-proġetti għandhom jinbdew u jitlestew skont l-iskeda stipulata fil-programm annwali għall-kontroll tas-sajd.

2.   L-iskeda għanda tistabbilixxi d-data prevista għall-bidu u għat-tmiem tal-proġetti.

Artikolu 9

Nuqqas ta' implimentazzjoni u d-dewmien tal-proġetti

Meta Stat Membru jiddeċiedi li ma jimplimentax parti minn proġett jew proġett kollu li għalih tkun ngħatat kontribuzzjoni finanzjarja, jew isir xi dewmien, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-miktub, u jgħid:

(a)

l-implikazzjonijiet għall-programm annwali għall-kontroll tas-sajd tiegħu, inklużi dawk ta' natura finanzjarja;

(b)

ir-raġunijiet għad-dewmien jew tan-nuqqas ta' implimentazzjoni;

(c)

il-qafas ta' żmien ġdid previst għall-implimentazzjoni

Artikolu 10

Avvanzi

1.   Fuq talba motivata ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tagħti somma bil-quddiem għal kull proġett li tkun sa 50 % tal-kontribut finanzjarju mogħtija permezz tad-deċiżjoni provduta fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. Is-somma mħallsa bil-quddiem għandha titnaqqas minn kwalunkwe pagament temporanju kif ukoll mill-pagament finali tal-kontribut finanzjarju, għal dak il-proġett, lill-Istat Membru kkonċernat.

2.   It-talba mill-Istat Membru għandha tiġi akkumpanjata minn kopja ċċertifikata tal-kuntratt bejn l-amministrazzjoni rilevanti u l-fornitur.

3.   Jekk ma jsirx impenn legali li jorbot mill-awtorità tal-Istat Membru fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, kwalunkwe somma mħallsa bil-quddiem li tkun ngħatat għandha titħallas lura minnufih.

Artikolu 11

Talba għal ħlas lura

1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu t-talbiet tagħhom għar-rimborż lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mid-data li fiha tkun saret in-nefqa.

2.   It-talbiet għar-rimborż għandhom jinkludu l-oġġetti mniżżlin fl-Anness VI u għandhom jiġu mfasslin skont il-formula stipulata fl-Anness VII.

3.   Meta jippreżentaw it-talbiet għar-rimborż, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw u jiċċertifikaw li n-nefqa tkun saret f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 861/2006, f'dan ir-Regolament u fid-deċiżjoni provduti fl-Artikoli 21 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, u mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-għoti tal-kuntratti pubbliċi. It-talba għandha tinkludi stqarrija rigward l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet trażmessi, b'konformità mal-formola stabbilita fl-Anness VII.

4.   Talbiet għal somma ta’ anqas minn EUR 20 000 ma għandhomx jiġu pproċessati, sakemm mhux iġġustifikati kif jixraq. It-talbiet jistgħu jiġu mqassmin mill-ġdid fi gruppi.

5.   Talbiet għal proġetti li ma kinux tlestew skont l-iskeda msemmija fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu aċċettati biss jekk id-dewmien ikun iġġustifikat b'mod xieraq. Meta talbiet bħal dawn ma jiġux aċċettati, l-approprjazzjonijiet Komunitarji għandhom jiġu ddiżimpenjati.

6.   Jekk il-Kumissjoni tikkonsidra li t-talbiet mhumiex konformi mal-kundizzjonijeit stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 861/2006, f'dan ir-Regolametn, fid-deċiżjoni provduta fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, jew mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-għotja ta' kuntratti pubbliċi, hi għandha titlob lill-Istat Membru biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-każ f'perjodu ta' żmien limitat. Jekk l-eżami jikkonferma n-nuqqas ta’ konformità, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta li tirrimborża n-nefqa kollha, jew parti minnha u, fejn jixraq, titlob għar-rimborż ta’ ħlasijiet mhux dovuti.

Artikolu 12

Munita

1.   Il-programmi għall-kontroll ta' sajd, it-talbiet għal rimborż tan-nefqa u talbiet għal ħlas bil-quddiem għandhom jinħadmu f’Euro.

2.   Ir-rimborż għandu jsir bl-Euro abbażi tar-rata ta' kambju ppublikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-ġurnata li toħroġ l-ordni ta' pagament jew tal-irkupru mid-dipartiment tal-Kummissjoni.

3.   L-Istati Membri li ma jipparteċipawx fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja għandhom jispeċifikaw ir-rata tal-kambju użata.

Artikolu 13

Verifiki u korrezzjonijiet finanzjarji

L-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri bi kwalunkwe informazzjoni li dawk l-istituzzjonijiet jistgħu jitolbu għall-verifiki u l-korrezzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

Artikolu 14

Rapporti mill-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni biex tkun tista' tivverifika kif ġie użat il-kontribut finanzjarju u tivvaluta l-impatt fuq il-kontroll, l-ispezzjoni u l-attivitajiet ta' sorveljanza tal-miżuri provduti fir-Regolament

2.   L-Istati Membri għandhom ukoll:

(a)

jissottomettu, sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, rapport ta' valutazzjoni intermedjarja lill-Kummissjoni dwar il-programm għall-kontroll tas-sajd tagħhom għas-sena ta' qabel li jkopri dan li ġej:

(i)

il-proġetti mlestija u r-rata ta' eżekuzzjoni tal-programm għall-kontroll tas-sajd;

(ii)

previżjoni tat-talbiet għar-rimborż għas-sena attwali u dik ta' wara;

(iii)

l-impatt tal-proġetti fuq il-programmi għall-kontroll tas-sajd, billi japplikaw l-indikaturi mniżżlin fil-programm;

(iv)

kwalunkwe aġġustament li sar lill-programm għall-kontroll tas-sajd.

(b)

Jissottomettu, sal-31 ta' Marzu 2014, rapport ta' valutazzjoni finali lill-Kummissjoni li jkopri dan li-ġej:

(i)

il-proġetti li tlestew;

(ii)

in-nefqa tal-proġetti;

(iii)

l-impatt tal-programmi għall-kontroll tas-sajd, billi japplikaw l-indikaturi mniżżlin fil-programmi;

(iv)

kwalunkwe aġġustament li sar lill-programmi għall-kontroll tas-sajd.

(v)

l-impatt tal-kontribut finanzjarju fuq il-programmi għall-kontroll tas-sajd fuq il-perjodu 2007-2013 kollu.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri, mill-1 ta'Jannar 2007 talbiet għar-rimbors relatat mal-kontribut finanzjarju għan-nefqa approvata abbażi tad-Deċiżjonijiet 1995/527 (KE), 2001/431/KE u 2004/465/KE, għandhom jiġu sottomessi f’konformità mal-Anness VI u VII għal dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta' April 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(3)  ĠU L 301, 14.12.1995, p. 30.

(4)  ĠU L 154, 9.6.2001, p. 22.

(5)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 114. Il-verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 36.


ANNESS I

Spjegazzjoni tal-mezzi disponibbli għall-istati Membri għall-monitoraġġ u l-kontroll tas-sajd

Id-deskrizzjoni tal-mezzi disponibbli għall-Istati Membri għall-kontroll tas-sajd, kif imsemmija fl-Artilkolu 3(2) (d) ta' dan ir-Regolament, għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni qasira tal-korpi amministrattivi responsabbli mill-kontroll tas-sajd fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali;

(b)

deskrizzjoni qasira tar-riżorsi umani, it-tagħmir (partikolarment l-għadd ta' bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters disponibbli) u l-azzjonijiet ewlenin li saru s-sena ta' qabel biex jitwettqu d-dmirijiet skont ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(c)

Il-baġit annwali allokat għall-kontroll tas-sajd, maħdum f’Euro, bid-dettalji dwar investimenti u dwar spejjeż tal-operat tal-mezzi għal-kontroll tas-sajd (dejta skont il-kategorija; inklużi r-riżorsi umani).


ANNESS II

Lista indikattiva ta' oġġetti ta' nefqa eliġibbli relatati mal-implimentazzjoni tat-teknoloġiji ta' kontroll

L-infiq li ġej jitqies bħala eliġibbli:

(a)

ix-xiri, l-installazzjoni u l-assistenza għal, teknoloġiji tal-kompjuter u l-istabbiliment ta' netwerks tal-IT, inklużi l-kapaċità tar-remote sensing, biex ikun hemm skambju effiċjenti u ta' dejta protetta b'konnessjoni mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd. L-ispiża mġarrba għall-assistenza teknika hi koperta matul l-ewwel sentejn minn meta tkun saret l-installazzjoni.

(b)

ix-xiri u l-installazzjoni ta:

(i)

tagħmir ta' lokalizzazzjoni awtomatika li jippermetti l-monitoraġġ ta' bastimenti mill-bogħod, minn ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd permezz ta' sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS);

(ii)

tagħmir elettroniku li jirrekordja u jirraporta, li jippermetti t-trażmissjoni ta' dejta relata mal-attivitajiet tas-sajd.

It-tagħmir irid ikun konformi mar-rekwiżiti stipulati fir-regoli Komunitarji rilevanti.

(c)

ix-xiri ta' kompjuters personali, tablet PCs u apparat diġitali ta’ assistenza personali (PDAs) iddisinjati biex jaħżnu u jipproċessaw dejta relatata mal-attivitajiet tas-sajd.

(d)

proġetti pilota relatati ma' teknoloġiji ġodda dwar il-kontroll ta' attivitajiet ta' sajd u l-implimentazzjoni tagħhom.


ANNESS III

Il-lista indikattiva ta' oġġetti ta' nefqa eliġibbli relatati max-xiri u l-immodernizzar ta' inġenji tal-ajru u bastimenti użati għal skopijiet ta' kontroll tas-sajd

L-infiq li ġej jitqies bħala eliġibbli:

(a)

Inġenji tal-ajru bil-ġwienaħ fissi, Vetturi ta' l-Ajru u ħelikopters mingħajr ekwipaġġ u t-tagħmir tagħhom iddisinjati għal skopijiet ta' kontroll. Partikolarment, it-tagħmir għad-detezzjoni, il-komunikazzjoni u n-navigazzjoni, u s-softwer li huwa installat abbord u li huwa parti mill-bastiment jew inġenju tal-ajru użat għall-ispezzjonar u għas-sorveljanza tal-attivitajiet ta' sajd u li jippermetti skambju ta' dejta bejn il-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru u l-awtoritajiet ta' kontroll tas-sajd;

(b)

It-tagħmir li jieħu post tagħmir ieħor li jkun għadda żmienu iddisinjat biex ittejjeb l-effiċjenza tal-kontroll tas-sajd. In-nefqa imġarrba għall-modernizzar tal-kamra tal-magna, u tal-faċilitajiet ta' imbark u varar fil-kabina tat-tmun hija eliġibbli wkoll;

(c)

Dgħajjes tal-imbark (bħal seariders u RIBs), inkluż it-tagħmir installat, il-magni, davits u krejnijiet użati għall-varar (inklużi is-sistemi idrawliċi u l-installazzjoni), bidliet li jsir lill-bastiment prinċipali sabiex jadatta għad-dgħajjes tal-imbark (bħat-tisħiħ tal-gverta u tas-soprastruttura);

(d)

Oġġetti prinċipali għas-sistema ta' propulsjoni tal-bastiment, bħas-sistemi ta' skrejjen, il-gearboxes, u l-magni prinċipali ġodda u l-magni awżiljarji;

(e)

It-tagħmir li jassigura l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bħal tagħmir ta' kkriptar u deċifraturi;

(f)

Kompjuters personali reżistenti għall-ilma installati abbord.


ANNESS IV

Il-lista indikattiva ta' oġġetti ta' nefqa eliġibblibi relatati mat-taħriġ u l-programmi ta' skambju, is-seminars u l-istrumenti tal-midja

(a)

L-infiq li ġej jitqies bħala eliġibbli

(i)

Il-kiri ta' kmamar għal-lekċers;

(ii)

Ix-xiri jew il-kiri ta' tagħmir użat għat-taħriġ u għas-seminars;

(iii)

Il-ħlas għall-għalliema li ma jkunux qed jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta' persuni fis-servizz ċivili Komunitarju jew ta' Stat Membru.

(iv)

Spejjeż ta' vjaġġar u spejjeż ta’ kuljum imġarrba minn spetturi, prosekuturi pubbliċi, imħallfin u sajjieda li jattendu l-korsijiet kif ukoll minn persunal tat-taħriġ;

(v)

Kwalunkwe' nefqa relatata ma' xiri jew stampar ta' materjal meħtieġ għas-seminar, taħriġ jew kotba tal-midja, kartelluni, CDs, DVDs, vidjows, fuljetti, strixxuni.

(b)

In-nefqa hi eliġibbli jekk tikkonforma mar-regoli nazzjonali rilevanti.


ANNESS V

Il-lista indikattiva ta' oġġetti ta' nefqa mhux eliġibbli

L-infiq li ġej jitqies bħala mhux eliġibbli:

(a)

Kuntratti ta' kiri jew twellija;

(b)

Tagħmir li mhux użat esklussivament għal skopijiet ta' kontroll tas-sajd, bħal kompjuters personali, laptops, skenners, printers, telefon ċellulari, l-istandards tat-telefon, walkie-talkies, rutelli tal-kejl, rigi u tagħmir simili ieħor, vidjows u kameras;

(c)

Ħwejjeġ u żraben, bħal uniformijiet, tuti ta' protezzjoni, eċċ. u tagħmir personali ġenerali;

(d)

Spejjeż tal-operat u ta’ manutenzjoni, bħal spejjeż tat-telekomunikazzjoni, ta' interessi finanzjarji, poloz ta' assigurazzjoni, fjuwil;

(e)

Spare parts meħtieġa biex kull oġġett eliġibbli jinżamm f'kundizzjoni tajba;

(f)

Vetturi u muturi;

(g)

Binjiet u siti;

(h)

Salarji u indennità.


ANNESS VI

Il-kontenut ta' talbiet għal rifużjoni

Talbiet għar-rifużjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

Ittra li tistipula l-ammont totali li għalih qed issir talba ta' rifużjoni. L-ittra għandha tistipula b'mod ċar:

(i)

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li għaliha din tirreferi (l-Artikolu u l-Anness rilevanti);

(ii)

l-ammont mitlub mill-Kummissjoni, f’Euro, eskluż il-VAT;

(iii)

it-tip ta’ talba (ħlas ta’ qabel il-finanzjament, pagament temporanju, ħlas tal-bilanċ);

(iv)

Il-kont bankarju li fih għandu jsir it-trasferiment.

(b)

dikjarazzjoni tan-nefqa, billi tintuża l-formola stabbilita fl-Anness VII (waħda għal kull deċiżjoni tal-Kummissjoni).

(c)

lista li tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-isem(ismijiet) tal-proġett(i) u r-referenza għall-programm(i) annwali tal-kontroll tas-sajd li minnhu(minnhom) jagħmel(jagħmlu) parti;

(ii)

ir-referenza għall-kuntratt li huma relatati miegħu l-fatturi;

(iii)

lista tal-fatturi mehmużin li jirrelataw mal-proġett (in-numru tal-fatturi u l-ammonti, Eskluż il-VAT).

(d)

rigward kull proġett li għalih hemm talba ta' rifużjoni:

(i)

kopja attestata jew oriġinali tal-fatturi;

(ii)

ir-rata tal-kambju applikata, jekk il-fatturi ma jkunux ġew imfissra bl-Euro;

(iii)

il-kopja oriġinali jew attestata tal-prova tal-pagament ta' kull fattura mehmuża;

(iv)

dokument li jistipula l-ħlas bin-nifs fil-ġejjieni (fejn japplika) u d-dati previsti tal-pagamenti tagħhom

(v)

kopja attestata tal-kuntratt relatat ma' din il-fattura;

(vi)

l-użu għas-sena kollha tal-bastiment, tal-inġenju tal-ajru jew tal-vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ użati għall-kontroll tas-sajd, f'termini ta' persentaġġ u ta' ġranet;

(vii)

Informazzjoni dwar l-għoti ta' akkwist pubbliku: Għandha tiġi mehmuża l-fotokopja tal-avviżi tas-sejħa għall-offerti ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Jekk l-avviżi ma jkunux ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, il-benefiċarji għandhom jiċċertifikaw li l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-akkwisti pubbliċi ġiet irrispettata u għandhom jagħtu ġustifikazzjoni għala l-proċeduri Komunitarji ma jkunux ġew segwiti. In-nefqa mġarrba għal bastimenti u inġenji tal-ajru li se jintużaw kompletament jew parzjalment għal skopijiet ta' kontroll tas-sajd ma jistgħux igawdu minn eżenzjonijiet mir-regoli Komunitarji ta' akkwist b'referenza għal Artikolu 296 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunita Ewropea.

(viii)

Spjegazzjoni qasira tal-azzjoni, li tistipula fid-dettal l-għanijiet li ntlaħqu, akkumpanjata b'valutazzjoni qasira dwar l-impatt tal-investiment fil-kontroll u s-sorvelljanza tas-sajd. Għandha tinkludi wkoll tbassir tal-użu tal-oġġetti fil ġejjieni.

(ix)

F'każ ta' nefqa fuq proġetti pilota jew strumenti tal-midja, għandu jiġi inkluż ir-rapport jew id-dokument finali.

(x)

F'każ ta' taħriġ u seminars, għandha titniżżel kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-suġġett, il-kelliema u l-parteċipanti.


ANNESS VII

Dikjarazzjoni tan-nefqa

Image

Test ta 'immaġni