ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
3 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1193/2008 ta’ l-1 ta’ Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazji provviżorji imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2008 tat-2 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1195/2008 tat-2 ta' Diċembru 2008 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Scottish Farmed Salmon (IĠP))

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1196/2008 tat-2 Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta' Scotch whisky għall-perjodu 2008/2009

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1197/2008 ta' l-1 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlozz fl-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1198/2008 ta’ l-1 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt ta' Greenland fin-NAFO 3LMNO min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Estonja

24

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1199/2008 tat-2 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju 2009

26

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2008 tat-2 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1186/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Diċembru 2008

28

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2008/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

31

 

*

Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (tfassil mill-ġdid) ( 1 )

33

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/899/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2008 li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment tal-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

62

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/900/PESK tat-2 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

65

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/901/PESK tat-2 ta’ Diċembru 2008 dwar missjoni ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-konflitt fil-Ġeorġja

66

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1193/2008

ta’ l-1 ta’ Diċembru 2008

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazji provviżorji imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   MIŻURI PROVVIŻORJI

(1)

Fl-4 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni ppubblikat avviż (2) li jibda proċediment anti-dumping fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). Fit-3 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 488/2008 (3) (“ir-Regolament provviżorju”) imponiet dazjuanti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-RPĊ.

(2)

Huwa nnotat li l-proċediment inbeda wara li tressaq ilment mill-Kunsill Ewropew tal-Industrija Kimika (CEFIC) (“il-kwerelant”) f’isem produttur li jirrappreżenta proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ aċidu ċitriku, f’dan il-każ aktar minn 25 %.

(3)

Kif stabbilit fil-premessa (14) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). Fir-rigward tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni analizzat id-data li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sa tmiem il-PI (il-“perjodu kkunsidrat”).

B.   PROĊEDURA SUSSEGWENTI

(4)

Wara l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-RPĊ, bosta partijiet interessati ppreżentaw kummenti bil-miktub. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu.

(5)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għall-konklużjonijiet definittivi tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni intensifikat l-investigazzjoni fir-rigward tal-aspetti ta’ interess Komunitarju. F’dan ir-rigward, twettqet żjara ta’ verifika addizzjonali wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji fl-istabbilimenti tal-utent ta’ aċidu ċitriku fl-Unjoni Ewropea li ġej:

Reckitt-Benckiser Corporate Services Ltd, Slough, ir-Renju Unit u Nowy Dwor, il-Polonja

Barra minn hekk, kif spjegat fid-dettall fil-premessa (11), twettqu żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-produtturi esportaturi li ġejjin:

Laiwu Taihe Biochemistry Co. Ltd. (“Laiwu Taihe”), Laiwu City, Provinċja ta’ Shandong

Weifang Ensign Industry Co. Ltd. (“Weifang Ensign”), Changle City, Provinċja ta’ Shandong

(6)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti assigurati permezz tad-dazju provviżorju. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwentement għal dan l-iżvelar.

(7)

Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, il-konklużjonijiet ġew modifikati kif meħtieġ.

Ċ.   BIDU TAL-KAŻ, IL-PRODOTT KONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(8)

Produttur esportatur wieħed tenna d-dikjarazzjoni li l-verżjoni pubblika tal-ilment ma kien fiha l-ebda evidenza prima facie ta’ ħsara materjali lill-industrija Komunitarja, li żżomm lill-partijiet interessati milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ difiża. Skont dan il-produttur esportatur, il-każ ma kellux jinbeda minħabba nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti inkluża fl-ilment. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-verżjoni pubblika tal-ilment fiha l-evidenza kollha essenzjali u s-sommarji mhux kunfidenzjali ta’ data mogħtija taħt kopertura kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ difiża tul il-proċediment kollu. Għaldaqstant, dan l-argument għandu jiġi rifjutat.

(9)

Xi partijiet interessati sostnew li l-prodott konċernat, kif stabbilit fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju, u l-prodott simili mhumiex l-istess kif dikjarat fil-premessa (18) tar-Regolament provviżorju billi ma jkunux jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u ma jintużawx għall-istess għanijiet. Skont dawn il-partijiet interessati d-dikjarazzjoni fil-premessa (18) tar-Regolament provviżorju tonqos milli tindirizza l-argumenti mressqa matul l-investigazzjoni u tmur kontra l-aġġustament li sar mill-Kummissjoni fil-kalkoli mnaqqsa sabiex jiġu separati ċerti kwantitajiet tal-prodott konċernat wara li jaslu fl-UE. L-ewwel nett hu nnotat li l-investigazzjoni wriet li l-prodott konċernat u l-prodott simili jintużaw it-tnejn li huma fl-istess applikazzjonijiet bażiċi, jiġifieri prinċipalment għat-tindif tad-dar (prodotti għall-ħasil awtomatiku tal-platti, diterġenti, rattaba tal-ilma) u bħala addittivi fl-ikel u fix-xorb, iżda wkoll fil-qasam tal-kura personali/kożmetiċi. Id-dikjarazzjoni li l-prodott ma jkunx fil-fatt użat minn ċerti utenti fl-industrija tad-diterġenti, l-ikel u x-xorb minħabba r-riħa u/jew il-kulur tiegħu ma ġietx issostanzjata aktar b’evidenza. L-investigazzjoni wriet li f’applikazzjoni speċjalizzata waħda biss, jiġifieri l-qasam farmaċewtiku, l-aċidu ċitriku Ewropew biss kien tassew użat minħabba l-ispiża tat-test speċjali ta’ konformità li huwa meħtieġ. Billi l-qasam farmaċewtiku jirrappreżenta biss porzjon żgħir tan-negozju totali tal-utenti, it-twettiq tat-test ta’ konformità ma tqiesx deċiżjoni tan-negozju ekonomikament ġustifikabbli. It-tieni, mhemm l-ebda kontradizzjoni bejn l-aġġustament li sar fil-kalkolu mnaqqas sabiex jiġu separati partijiet tal-prodott konċernat wara l-importazzjoni kif imsemmi fil-premessa (64) tar-Regolament provviżorju u d-dikjarazzjoni li ż-żewġ prodotti huma l-istess billi huwa biżżejjed li l-prodott konċernat u l-prodott simili jaqsmu l-istess karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u tekniċi bażiċi u għandhom l-istess użi bażiċi li huwa l-każ. Huwa nnotat ukoll li t-tagħqid bħala tali ma jseħħx minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott Ċiniż, iżda jseħħ għax kull aċidu ċitriku, irrispettivament mill-oriġini tiegħu, minħabba l-kompożizzjoni kimika tiegħu juri tendenza li jagħqad meta jiġi espost għall-umdità u l-bdil tat-temperatura. Billi naturalment il-prodott konċernat biss huwa espost tul perjodu itwal ta’ żmien għall-umdità u l-bdil tat-temperatura waqt li jinġarr bil-baħar lejn l-UE, il-problema sseħħ prinċipalment għall-prodott konċernat, iżda mhux esklużivament. Għaldaqstant, l-aġġustament sempliċiment iqis il-fatt li s-separazzjoni toħloq spejjeż addizzjonali prinċipalment għall-prodott konċernat billi l-kwantitajiet li jintlaqtu mit-tagħqid jew jiġu sseparati (billi jkissru u jgħarblu jew idewbu l-prodott magħqud) qabel ma jsir aktar bejgħ jew jinbiegħu bi skont. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi rrifjutata.

(10)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż definittivament li l-prodott konċernat u l-aċidu ċitriku prodott u mibjugħ fil-pajjiż analogu, il-Kanada, kif ukoll dak prodott u mibjugħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju huma l-istess, fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku u l-premessi (15) sa (17) tar-Regolament provviżorju huma b’dan definittivament konfermati.

D.   DUMPING

1.   Ġenerali

(11)

Fl-istadju provviżorju tal-investigazzjoni ġew investigati d-dikjarazzjonijiet ta’ Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“MET”)/Trattament Individwali (“IT”) tal-produtturi esportaturi magħrufa kollha. Numru biss ta’ produtturi esportaturi kienu ġew inklużi fil-kampjun u kumpanija waħda ngħatat eżami individwali. Fil-kummenti tagħhom għar-Regolament provviżorju għadd ta’ partijiet iddikjaraw li din l-istrateġija għandha xi nuqqasijiet. Il-kwistjoni ġiet għalhekk kunsidrata mill-ġdid u, anki fid-dawl tal-fatt li sar possibbli, minħabba ċ-ċirkustanzi tal-każ bħal pereżempju r-riżorsi disponibbli, sabiex jiżdied l-għadd ta’ kumpaniji li jistgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli, ġie deċiż finalment li ma għandux jiġi applikat teħid ta’ kampjuni. Billi kull kumpanija li kkooperat ingħatat għall-inqas IT fl-istadju provviżorju, għandha tiġi stabbilita rata tad-dazju individwali għal kull waħda minnhom. Bħala konsegwenza, tliet kumpaniji mhux magħżula fil-kampjun jew eżaminati individwalment fl-istadju provviżorju ntalbu jippreżentaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju. Madankollu, tnejn biss minn dawn il-kumpaniji ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju. It-tielet kumpanija ma ppreżentatx tweġiba għall-kwestjonarju u ma ġietx investigata aktar.

2.   Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“MET”)

(12)

Il-kumpanija msemmija fil-premessa (27) tar-Regolament provviżorju insistiet li s-sussidju msemmi fil-premessa ma kienx għall-għanijiet tal-prodott konċernat u li n-nuqqas ta’ ħlas ta’ kera kien iġġustifikat minn arranġamenti privati bejn il-gruppi għat-tpaċija ta’ profitti mal-kera dovuta. Madankollu, fin-nuqqas ta’ kull element jew tagħrif ġdid dwar il-kwistjoni, u fid-dawl tal-effetti li jxekklu l-kontabilità tal-prattiki msemmija rigward il-kera, il-konklużjonijiet fir-rigward ta’ din il-kumpanija jibqgħu l-istess u huma b’dan definittivament konfermati.

(13)

Wara l-iżvelar provviżorju grupp wieħed ta’ kumpaniji msemmi fil-premessa (25) tar-Regolament provviżorju ddikjara li kien irċieva self fuq il-bażi ta’ analiżi finanzjarja dettaljata ta’ wieħed mill-banek u wara li ngħata klassifikazzjoni għolja tal-kreditu. Madankollu, il-fatt li bank b’mod formali wettaq analiżi u ta klassifikazzjoni għolja ta’ kreditu ma jneħħix il-fatt li l-kumpanija kkonċernata tat garanziji lil kumpaniji oħra minkejja li ipotekat il-biċċa l-kbira tal-assi mhux kurrenti tagħha, u lanqas il-fatt li s-self mogħti lill-kumpanija kkonċernata ngħata minn bank li nstab li hu taħt influwenza tal-Istat. Għaldaqstant, il-konklużjonijiet fir-rigward ta’ din il-kumpanija jibqgħu l-istess u huma b’dan definittivament konfermati.

(14)

Waħda mill-kumpaniji msemmija fil-premessa (26) tar-Regolament provviżorju insistiet li ġiet ippenalizzata għall-fatt li l-azzjonist maġġoritarju tagħha kien kiseb drittijiet tal-użu tal-art għal prezz tajjeb u mbagħad b’mod korrett ivvalutahom mill-ġdid skont l-iżviluppi fil-prezz tas-suq. Madankollu, id-differenza enormi bejn il-prezz tal-akkwist u l-valutazzjonijiet sussegwenti (1 000-2 000 %) ma setgħetx tiġi spjegata. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ xi elementi jew tagħrif ġdid dwar l-akkwist u r-rivalutazzjoni sussegwenti tad-drittijiet tal-użu tal-art u fid-dawl tal-vantaġġi li l-kumpanija rċeviet billi kisbet l-assi għal prezzijiet ferm inqas mill-valur tas-suq, il-konklużjonijiet fir-rigward ta’ din il-kumpanija jibqgħu l-istess u huma b’dan definittivament konfermati.

(15)

Fin-nuqqas ta’ kull kumment ieħor dwar il-MET, il-premessi (25) sa (30) tar-Regolament provviżorju huma b’dan definittivament konfermati.

3.   Trattament Individwali (“IT”)

(16)

Ħames kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji li ma ngħatawx il-MET issodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u ngħataw l-IT. Kumpanija waħda li ngħatat l-IT b’mod provviżorju, naqset milli tikkoopera aktar u, għalhekk, finalment ma ngħatat l-ebda IT (ara l-premessi (11) u (34)).

4.   Valur normali

(17)

Kif spjegat fil-premessa (11), wara l-kummenti għar-Regolament provviżorju ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma għandux jiġi applikat u t-tliet kumpaniji mhux magħżula fil-kampjun jew eżaminati individwalment fl-istadju provviżorju ntalbu sabiex jippreżentaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju. Il-valur normali ġie stabbilit għal waħda minn dawn il-kumpaniji (Laiwu Taihe), li ngħatat il-MET u li ppreżentat tweġiba għall-kwestjonarju.

4.1.   Il-kumpaniji jew il-gruppi ta’ kumpaniji li setgħu jingħataw il-MET

(18)

Billi l-unika kumpanija li setgħet tingħata l-MET u li ġiet eżaminata individwalment fl-istadju provviżorju tal-investigazzjoni ma ppreżentat l-ebda kumment dwar il-valur normali, il-konklużjonijiet fil-premessi (35) sa (39) tar-Regolament provviżorju huma b’dan b’dan definittivament konfermati.

(19)

Fir-rigward tal-unika kumpanija oħra li ngħatat il-MET (Laiwu Taihe) u li ġiet investigata aktar għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (11), l-ewwel ġie vverifikat jekk il-bejgħ domestiku totali tal-kumpanija tal-prodott simili kienx rappreżentattiv fis-sens tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku tal-prodott simili kien ftit inqas minn 5 % tal-esportazzjonijiet tal-prodott konċernat lejn il-Komunità. Madankollu, dan il-proporzjon aktar baxx huwa xorta waħda kbir biżżejjed sabiex jipprovdi għal tqabbil xieraq u l-prezzijiet domestiċi tal-prodott simili jitqiesu rappreżentattivi wkoll minħabba l-bejgħ domestiku ġenerali tal-kumpanija kkonċernata. Għaldaqstant, dawn intużaw sabiex jiddeterminaw il-valur normali.

(20)

Għal kull tip ta’ prodott għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn Laiwu Taihe, ġie stabbilit jekk inbiegħx tip ta’ prodott direttament komparabbli fis-suq domestiku. It-tipi ta’ prodott tqiesu li huma direttament komparabbli meta kienu tal-istess tip ta’ prodott (definiti mill-kompożizzjoni kimika), granulazzjoni u ppakkjar komparabbli. Ġie stabbilit li għal tip wieħed biss ta’ prodott għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, inbiegħ tip ta’ prodott direttament komparabbli fis-suq domestiku.

(21)

Sussegwentement ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ dan it-tip ta’ prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ taħt l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Ġie stabbilit li kien hemm bejgħ domestiku bi profitt ta’ dan it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-PI, u għalhekk fl-andament normali tal-kummerċ.

(22)

Billi l-volum ta’ bejgħ bi profitt ta’ dan it-tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew anqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, il-valur normali kien imsejjes fuq il-prezz domestiku effettiv, kalkolat bħala medja differenzjata tal-bejgħ bi profitt ta’ dak it-tip biss.

(23)

Billi l-prezzijiet domestiċi ta’ Laiwu Taihe ma setgħux jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-valur normali għat-tipi l-oħra ta’ prodotti, il-valur normali ġie kostrutt konformement mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(24)

Meta jiġi kostrutt il-valur normali taħt l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-ispejjeż ġenerali, amministrattivi (“SG’A”) u ta’ bejgħ u għall-profitti ġew imsejsa, taħt l-Artikolu 2(6) l-ewwel subparagrafu introduttorju tar-Regolament bażiku, fuq id-data effettiva marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott simili, minn Laiwu Taihe.

4.2.   Il-kumpaniji jew il-gruppi ta’ kumpaniji li ma setgħux jingħataw MET

(25)

Fil-kummenti tagħhom għar-Regolament provviżorju, xi partijiet iddikjaraw li l-Kanada ma tkunx pajjiż analogu xieraq minħabba l-fatt li l-Istati Uniti tal-Amerika (“US”) dan l-aħħar taw bidu għal proċediment anti-dumping kontra l-aċidu ċitriku li joriġina inter alia mill-Kanada. It-Tajlandja għalhekk tressqet għal darb’oħra bħala pajjiż analogu alternattiv. Madankollu, l-analiżi wriet li filwaqt li l-miżuri anti-dumping fuq l-aċidu ċitriku li joriġina mill-Kanada ma kinux fis-seħħ matul il-PI, il-miżuri anti-dumping kienu fis-seħħ matul il-PI fuq l-aċidu ċitriku li joriġina mit-Tajlandja. Dawn il-miżuri tal-aħħar ġew imposti mill-Indja u kkonsistew f’dazji sostanzjali tal-anti-dumping ta’ USD 374,36 għal kull tunnellata, li skadew biss f’Awwissu 2007, jiġifieri xahrejn wara tmiem il-PI. Għaldaqstant, meta jitqiesu wkoll l-argumenti li ssemmew diġà fil-premessi (42) u (43) tar-Regolament provviżorju u l-fatt li l-investigazzjoni tal-Istati Uniti fuq l-aċidu ċitriku li joriġina mill-Kanada kienet għadha għaddejja waqt li kienet qed tiġi ffinalizzata l-investigazzjoni Komunitarja, huwa konkluż li mhemm l-ebda raġuni għaliex it-Tajlandja għandha tkun ippreferuta għall-Kanada bħala pajjiż analogu.

(26)

Taħt l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi msemmija fil-premessa (11) li ma ngħatawx MET kellu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur mibni f’pajjiż analogu.

5.   Prezz tal-Esportazzjoni

(27)

Fil-każ taż-żewġ kumpaniji li ġew investigati aktar għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (11) hawn fuq, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit skont l-istess metodoloġija spjegata fil-premessi (45) sa (47) tar-Regolament provviżorju.

(28)

Billi l-ebda kumpanija ma ressqet xi kummenti dwar il-prezzijiet ta’ esportazzjoni, il-konklużjonijiet li jinsabu fil-premessi (45) sa (47) tar-Regolament provviżorju huma b’dan definittivament konfermati.

6.   Tqabbil

(29)

Fil-kummenti tiegħu għar-Regolament provviżorju u għall-iżvelar definittiv, grupp wieħed ta’ kumpaniji kkontesta t-tnaqqis ta’ kummissjoni ipotetika għall-bejgħ permezz ta’ kummerċjant fir-RPĊ, billi l-kummerċjant kien parti integrali tal-grupp. Ġie, madankollu, stabbilit li l-kumpanija kummerċjali tassew wettqet il-funzjoni ta’ kummerċjant indipendenti, u li l-riżultat ekonomiku tar-relazzjoni taż-żewġ kumpaniji huwa dak ta’ prinċipal u aġent. Ġie stabbilit li l-kummerċjant ma kienx qed jinnegozja biss prodotti mmanifatturati minn kumpaniji relatati, iżda wkoll prodotti mmanifatturati minn produtturi indipendenti. Barra minn hekk, il-kumpanija kkonċernata biegħet ukoll direttament lil klijenti mhux relatati. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ma ġietx milqugħa, u taħt l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, tnaqqset allowance msejsa fuq l-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u ta’ bejgħ u fuq il-profitt ta’ importaturi mhux relatati.

(30)

Fil-kummenti tiegħu għar-Regolament provviżorju, produttur esportatur wieħed talab sabiex ma tiġix kunsidrata l-ispiża tal-kambju tal-munita, taħt l-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku, u l-esportaturi għandhom jingħataw 60 jum sabiex jirriflettu ċaqliq sostnut fir-rati tal-kambju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Din id-dikjarazzjoni setgħet tiġi aċċettata, u l-marġni ta’ dumping tal-produttur esportatur ġie aġġustat kif meħtieġ.

(31)

Fir-Regolament provviżorju, twettaq tnaqqis fil-prezz tal-esportazzjoni fir-rigward tal-VAT mhux rimborsabbli li trid titħallas fuq il-bejgħ tal-esportazzjoni, taħt l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku. Produttur esportatur wieħed iddikjara fil-kummenti tiegħu għar-Regolament provviżorju li ma kellu jsir l-ebda aġġustament bħal dan fil-prezz tal-esportazzjoni, billi l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku jkollu x’jaqsam biss mal-valur normali. Huwa rikonoxxut li l-aġġustament stipulat taħt l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku jirriferi biss għall-kalkolu tal-valur normali. Fil-fatt it-tnaqqis fil-prezz tal-esportazzjoni, imsemmi hawn fuq, huwa dovut u għandu jsir skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku. Waqt li kienet qed tiġi eżaminata din d-dikjarazzjoni, instab li kien sar żball klerikali fil-kalkolu tal-aġġustament għall-kumpanija kkonċernata, u li l-istess żball kien sar fir-rigward ta’ kumpaniji oħra. Dawn l-ineżattezzi ġew irrettifikati u wasslu għal tiswijiet kemmxejn ‘l isfel fil-marġnijiet ta’ dumping li ġew kalkolati qabel għal dawn il-kumpaniji.

(32)

Fl-eżami tad-dikjarazzjoni msemmija fil-premessa (31), instab li l-aġġustament meħtieġ ma kienx sar fil-każ ta’ kumpanija waħda li ngħatat trattament individwali. Din ġiet irretifikata u tirriżulta f’żieda żgħira fil-marġni ta’ dumping għal dik il-kumpanija.

(33)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra fir-rigward tat-tqabbil, u apparti t-tibdil indikat fil-premessi (30), (31) u (32) hawn fuq, il-premessi (48) sa (50) tar-Regolament provviżorju huma b’dan definittivament konfermati.

7.   Il-marġni ta’ dumping

(34)

Fil-każ taż-żewġ kumpaniji li ġew investigati aktar għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (11) hawn fuq, il-marġni ta’ dumping ġie stabbilit konformement mal-istess metodoloġija spjegata fil-premessa (51) tar-Regolament provviżorju. Fil-każ tal-kumpanija waħda li ma ppreżentatx tweġiba għall-kwestjonarju u ma ġietx investigata aktar, kif spjegat fil-premessa (11) hawn fuq, din il-kumpanija titqies li ma kkooperatx u l-konklużjonijiet huma msejsa fuq il-fatti disponibbli konformement mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, meta jitqies il-livell għoli ta’ kooperazzjoni msemmi fil-premessa (19) tar-Regolament provviżorju, il-kumpanija ġiet attribwita l-ogħla marġni ta’ dumping misjub fir-rigward tal-kumpaniji l-oħra kollha.

(35)

Il-marġnijiet ta’ dumping tal-kumpaniji kollha li diġà ġew investigati individwalment fl-istadju provviżorju ġew kalkolati mill-ġdid, sabiex jiġu kkoreġuti l-ineżattezzi msemmija fil-premessi (30), (31) u (32). Dan il-kalkolu mill-ġdid wassal għal tiswijiet żgħar fil-marġnijiet ta’ dumping.

(36)

Fin-nuqqas ta’ xi element ġdid, il-konklużjonijiet fil-premessa (53) tar-Regolament provviżorju, li għandu x’jaqsam mal-livell ta’ kooperazzjoni, huma b’dan definittivament konfermati.

(37)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping definittiv espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huma:

Kumpanija

Marġni ta’ dumping definittiv

(%)

Anhui BBCA Biochemical Co. Ltd

58,1

DSM Citric Acid (Wuxi) Ltd

19,1

RZBC Co. Ltd

59,8

RZBC (Juxian) Co. Ltd

59,8

TTCA Co. Ltd

57,1

Yixing Union Biochemical Co. Ltd

55,7

Laiwu Taihe Biochemistry Co. Ltd

6,6

Weifang Ensign Industry Co. Ltd

53,5

Il-kumpaniji l-oħra kollha

59,8

E.   ĦSARA

1.   Il-produzzjoni Komunitarja u l-industrija Komunitarja

(38)

Xi partijiet interessati ddikjaraw li SA Citrique Belge NV waqqfet il-produzzjoni wara l-PI u kienet qed tinnegozja biss il-prodott konċernat importat mill-kumpanija relatata tagħha fiċ-Ċina (DSM Citric Acid (Wuxi) Ltd), u argumentaw, għalhekk li SA Citrique Belge NV ma għandhiex tagħmel parti mill-industrija Komunitarja. Din id-dikjarazzjoni madankollu ma ġiet issostanzjata bl-ebda evidenza u mid-data ppreżentata minn SA Citrique Belge NV, jirriżulta li l-kumpanija ssoktat bil-produzzjoni.

(39)

Parti interessata waħda ilmentat ukoll li fil-premessa 56 tar-Regolament provviżorju ngħatat biss firxa ta’ importazzjonijiet ta’ SA Citrique Belge NV mill-produttur Ċiniż relatat tagħha matul il-PI. Din il-parti ddikjarat li x-xejra tal-importazzjonijiet kollha tal-industrija Komunitarja minn kumpaniji relatati u mhux relatati għandha tingħata għall-perjodu kollu kunsidrat billi l-importazzjonijiet jikkostitwixxu fattur importanti għall-evalwazzjoni tal-produzzjoni Komunitarja u konsegwentement għall-konklużjoni tal-eżistenza tal-ħsara. L-investigazzjoni tassew uriet li matul il-perjodu kollu kunsidrat l-importazzjonijiet tal-industrija Komunitarja ma kinux sinifikanti, jiġifieri bejn 1 % u 6 % tal-produzzjoni – din il-firxa tingħata għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Għaldaqstant l-argument ma għandux jintlaqa’ u l-premessi (55) sa (58) tar-Regolament provviżorju huma b’dan definittivament konfermati.

2.   Il-konsum Komunitarju

(40)

Billi ma wasal l-ebda tagħrif ġdid u ssostanzjat fir-rigward tal-konsum Komunitarju, il-premessi (59) u (60) tar-Regolament provviżorju huma b’dan definittivament konfermati.

3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat

(a)   Volum u sehem tas-suq tal-importazzjonijiet konċernati, il-prezzijiet tal-importazzjoni

(41)

Fir-rigward tal-volumi ta’ importazzjoni, tas-sehem tas-suq u tal-prezzijiet, ma nstab u ma wasal l-ebda tagħrif ġdid u ssostanzjat, għaldaqstant, u fin-nuqqas ta’ xi dikjarazzjoni jew argument minn kull parti interessata b’rabta mal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet konċernati, il-premessi (61) sa (63) tar-Regolament provviżorju huma b’dan definittivament konfermati.

(b)   Tnaqqis tal-prezzijiet

(42)

Matul l-istadju provviżorju tal-investigazzjoni, sabiex jiġu mqabbla l-prodott konċernat u l-aċidu ċitriku prodott mill-industrija Komunitarja fl-istess livell ta’ kummerċ, sar aġġustament għaż-żieda (inklużi l-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u ta’ bejgħ) ta’ importaturi mhux relatati fil-kalkoli tat-tnaqqis tal-prezzijiet u, barra minn hekk, sar aġġustament għall-ispejjeż ta’ trattament speċjali mġarrba mill-importaturi fil-Komunità sabiex jisseparaw ċerti volumi tal-prodott konċernat qabel ma jsir aktar bejgħ. Madankollu, minħabba reviżjoni żgħira tad-data li tikkonċerna l-livell ta’ aġġustament kummerċjali, il-medja differenzjata tal-marġni ta’ tnaqqis tal-prezzijiet li ġiet kalkolata u nstabet li hija 17,42 %, ġiet riveduta ‘l isfel għal 16,54 %.

(43)

Wara l-iżvelar finali, produttur Komunitarju wieħed iddikjara li l-livell ta’ aġġustamenti kummerċjali għandhom isiru wkoll b’rabta mal-bejgħ tal-industrija Komunitarja, jiġifieri li għandu jitqies il-bejgħ tagħha li jsir permezz tal-kummerċjanti. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li livell ta’ aġġustament kummerċjali kien sar tabilħaqq għall-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja qabel ma jitqabblu mal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-prodott konċernat.

(44)

L-istess produttur Komunitarju talab ukoll li l-aġġustament għal spejjeż ta’ trattament speċjali sabiex jiġu separati ċerti volumi tal-prodott konċernat għandu japplika wkoll għall-prodott simili. Madankollu, din it-talba ma ġietx issostanzjata aktar b’data dwar l-ispejjeż speċifiċi mġarrba minn dan il-produttur Komunitarju u, għalhekk, ma setgħetx tintlaqa’. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-premessa (64) tar-Regolament provviżorju hija b’dan definittivament konfermata.

4.   Il-qagħda tal-industrija Komunitarja

(a)   Ġenerali

(45)

Xi partijiet interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni ma kinitx analizzat b’mod komplet l-indikaturi kollha ta’ ħsara u għalhekk, ma ġiet stabbilita l-ebda rabta xierqa u kompleta bejn il-qagħda tal-industrija Komunitarja u l-importazzjonijiet Ċiniżi. B’mod partikolari, ġie ddikjarat li ma kienet saret l-ebda evalwazzjoni tal-iżviluppi pożittivi ta’ ċerti indikaturi ta’ ħsara. Ta’ min jinnota li għalkemm xi indikaturi ta’ ħsara juru żvilupp pożittiv li ġie rikonoxxut fil-premessa (79) tar-Regolament provviżorju, l-istampa ġenerali tindika deterjorament tal-qagħda tal-industrija Komunitarja. It-titjib moderat tal-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ u l-livelli tal-prezz tal-unità kif ukoll l-effiċjenza akbar tan-nefqa deskritta fil-premessa (76) tar-Regolament provviżorju jirriflettu l-isforzi tal-produtturi Komunitarji sabiex jibqgħu kompetittivi matul il-perjodu kkunsidrat u sabiex jibbenefikaw miż-żieda fil-konsum. Madankollu, kif jista’ jidher fil-premessa (68) tar-Regolament provviżorju, minkejja dawn l-isforzi l-industrija Komunitarja tilfet ħames punti perċentwali (jiġifieri s-sehem tas-suq naqas minn 54 % għal 49 %) tas-sehem tagħha tas-suq li ttieħed prinċipalment mill-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx u li huma l-oġġett ta’ dumping. Bħala fattur aggravanti, jissemma wkoll li l-industrija Komunitarja setgħet tistenna li tikseb xi parti mis-sehem tas-suq miżmum minn dawk it-tliet produtturi Komunitarji tal-aċidu ċitriku li ngħalqu sa mill-2004. Iżda għalll-kuntrarju, l-industrija Komunitarja la setgħet tieħu f’idejha l-klijenti mit-tliet produtturi magħluqa tal-KE, u lanqas tibbenefika miż-żieda fil-konsum. Din it-telfa sinifikanti tas-sehem tas-suq flimkien mal-indikaturi finanzjarji ta’ deterjorament ċar, jiġifieri l-profittabilità, il-qligħ mill-investiment u l-likwidità, juru li l-qagħda ġenerali tal-industrija Komunitarja marret lura tul il-perjodu kkunsidrat u dehret li kienet fl-agħar tagħha matul il-PI. Barra minn hekk, it-tnaqqis tal-istokkijiet ma jistax jitqies bħala żvilupp pożittiv tal-qagħda tal-industrija Komunitarja f’dan il-każ billi ma jistax jitqies bħala indikatur sinifikanti, minħabba n-natura tal-prodott li ma tippermettix ħżin fit-tul.

(b)   L-investiment u l-kapaċità li jinġabar il-kapital

(46)

Parti interessata waħda argumentat li l-investimenti mhumiex kostanti f’dan il-qasam iżda jsegwu ċerti ċikli tal-investimenti. Filwaqt li anki taħt kundizzjonijiet normali tas-suq wieħed żgur ma jistax jistenna li jsiru investimenti importanti kull sena, il-fatt li tul il-perjodu kollu l-ebda wieħed mill-produtturi Komunitarji li fadal ma wettaq xi investiment importanti jitqies bħala sinjal li l-profittabilità baxxa (li nbidlet f’telf sa mill-2006) ma ppermettiet li jsir l-ebda investiment importanti. Għaldaqstant jitqies li l-investiment huwa indikatur ta’ ħsara partikolarment sinifikanti f’dan il-każ.

(47)

Fl-aħħar nett, għandha titqies il-ħila tal-produtturi Komunitarji li jiġbru l-kapital. F’dan ir-rigward l-investigazzjoni wriet li ż-żewġ produtturi Komunitarji, minħabba d-deterjorament tal-ambjent tan-negozju tal-aċidu ċitriku, kellhom diffikultajiet sabiex jiġbru l-kapital.

(48)

Parti interessata waħda ddikjarat li l-kwerelant kien għall-inqas kapaċi jiġbor il-kapital għal prodotti billi ħabbar fi Frar 2007 il-bini ta’ impjant ġdid tal-glukożju. F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-ambitu tal-investigazzjoni hu limitat għall-ħila li jinġabar il-kapital b’rabta mal-prodott konċernat, jiġifieri l-aċidu ċitriku, li deher li ntlaqat b’mod negattiv mill-qagħda finanzjarja tal-industrija Komunitarja.

(49)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni stabbilita fil-premessa (72) tar-Regolament provviżorju fuq l-investiment tal-industrija Komunitarja hija b’dan definittivament konfermata.

(c)   Il-profittabilità u l-qligħ mill-investiment

(50)

Parti interessata waħda ddikjarat li l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (73) tar-Regolament provviżorju ma setgħux jiġu rikonċiljati mal-kontijiet taż-żewġ produtturi Komunitarji b’mod partikolari l-ebda wieħed mill-kontijiet ma kien juri l-ispiża straordinarja ta’ ristrutturar imsemmija. F’dan ir-rigward, huwa nnotat li, tul il-perjodu kollu kunsidrat, ir-riżultat straordinarju ta’ produttur Komunitarju wieħed intlaqat fil-biċċa l-kbira mill-isforzi ta’ ristrutturar, li ġie ppreżentat fil-kontijiet jew bħala nefqa jew bħala dħul, abbażi ta’ jekk jikkonċernax iż-żieda jew ir-rilaxx ta’ dispożizzjoni u bi drittijiet imħallsa lill-kumpanija prinċipali fl-Iżvizzera. Għaldaqstant, tqies li jkun aktar xieraq li jintuża r-riżultat operattiv bħala bażi għall-analiżi tal-ħsara minflok il-profitt nett.

(51)

L-istess parti ddikjarat li l-multa għal imġiba antikompetittiva li ġiet imposta fl-2005 fuq iż-żewġ kumpaniji prinċipali tal-produtturi Komunitarji setgħet influwenzat il-qagħda tal-profitti tal-industrija Komunitarja. Kull effett li joħroġ mill-multa (kemm iż-żieda kif ukoll ir-rilaxx ta’ dispożizzjonijiet) ġie rreġistrat taħt riżultat straordinarju. Kif imsemmi fil-premessa (50), ir-riżultat operattiv intuża bħala indikatur tal-ħsara f’dan il-proċediment. Għaldaqstant, il-multa li ġiet imposta fuq il-produtturi Komunitarji, ma setgħetx affettwat il-qagħda tal-profitti użata fl-analiżi tal-ħsara. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-industrija Komunitarja kienet qed tagħmel it-telf sa mill-2006 sa tmiem il-PI. Għalhekk, ix-xejriet kif ippreżentati fir-Regolament provviżorju huma b’dan definittivament konfermati.

(52)

Bosta partijiet interessati indikaw xi inkonsistenza bejn ix-xejra li tikkonċerna l-profittabilità u l-qligħ mill-investiment. Tassew, b’kuntrast mal-profittabilità li ġiet stabbilita bl-espressjoni tal-profitt operattiv fuq il-bejgħ tal-prodott simili għal klijenti mhux relatati bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ, il-qligħ mill-investiment ġie kkalkolat bħala l-profitt nett f’perċentwali tal-valur nett tal-kontabilità tal-investimenti. sabiex ikun hemm konsistenza fil-kalkolu tal-indikaturi kollha ta’ ħsara, il-kalkolu tal-qligħ mill-investiment ġie rivedut, fuq il-bażi tal-profitt operattiv f’perċentwali tal-valur nett tal-kontabilità tal-investimenti. Il-figuri riveduti huma kif ġej:

 

2004

2005

2006

PI

Qligħ mill-investimenti totali

(indiċi)

100

148

– 147

– 207

(53)

Iċ-ċifri kkoreġuti madankollu jsegwu l-istess xejra u għalhekk ma jbiddlux il-konklużjoni mfassla fil-premessa 74 tar-Regolament provviżorju, li hija b’dan definittivament konfermata.

5.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

(54)

Fin-nuqqas ta’ xi tagħrif jew argumenti ġodda u ssostanzjati dwar il-produzzjoni, il-volum ta’ bejgħ, l-ishma tas-suq, il-prezz unitarju tal-bejgħ, l-istokkijiet, il-likwidità, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-kobor tal-marġni ta’ dumping, il-konklużjonijiet fil-premessi (66) sa (71), (73) u (75) sa (78) tar-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati definittivament. Barra minn hekk, iċ-ċifri kkoreġuti mogħtija għall-qligħ mill-investiment ma jaffettwawx ix-xejriet kif stabbiliti fil-premessi (73) sa (74) tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, meta jitiqiesu l-indikaturi finanzjarji ta’ deterjorament ċar, bħall-profittabilità, il-qligħ mill-investiment u l-likwidità flimkien ma’ telf sinifikanti tas-sehem tas-suq, il-konklużjoni stabbilita fil-premessa 81 tar-Regolament provviżorju li l-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara materjali hija b’dan definittivament konfermata.

F.   KAWŻALITÀ

1.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(55)

Kif issemma fil-premessa (42) hawn fuq, huwa definittivament konkluż li matul il-PI, il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ waqqgħu l-prezzijiet medji tal-industrija Komunitarja medja. Wara li saret reviżjoni żgħira fil-kalkoli, il-marġni medju ta’ tnaqqis instab li kien 16,54 %. Din ir-reviżjoni kemmxejn ‘l isfel ma tistax taffettwa l-konklużjonijiet dwar l-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping stabbiliti fil-premessi (83) sa (85) tar-Regolament provviżorju, li huma b’dan definittivament konfermati.

2.   L-effett ta’ fatturi oħra

(a)   Ħsara kkaġunata mill-industrija stess

(56)

Xi importaturi ddikjaraw li l-industrija Komunitarja wettqet hi stess il-ħsara lilha nnfisha billi segwiet strateġija ta’ “prezz fuq il-volum”, jiġifieri sabiex taqdi biss lill-parti superjuri tas-suq, filwaqt li toqgħod lura milli tipproduċi jew tbiegħ il-prodott inferjuri. Skont l-istess importaturi l-konsegwenza kienet li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tibbenefika mid-domanda akbar ta’ aċidu ċitriku inferjuri, u b’hekk tilfet is-sehem tas-suq u ddeterjorat ir-rendiment finanzjarju tagħha. L-investigazzjoni madankollu wriet li kemm il-prodott konċernat kif ukoll il-prodott simili jintużaw bażikament fl-istess applikazzjonijiet u jikkompetu prinċipalment fl-istess qasam (ara l-premessa (9)), bl-eċċezzjoni ta’ suq wieħed speċjalizzat li jirrappreżenta porzjon żgħir tas-sehem tas-suq Ewropew tal-aċidu ċitriku, li s’issa ġie fornut biss mill-industrija Komunitarja. L-investigazzjoni stabbiliet tassew li l-industrija Komunitarja kienet preżenti fil-parti inferjuri tas-suq. Għaldaqstant, dan l-argument għandu jiġi rifjutat.

(57)

Barra minn hekk, xi partijiet interessati qiesu n-nuqqas ta’ kull investiment matul il-perjodu kkunsidrat u b’mod partikolari matul is-snin meta l-industrija Komunitarja kisbet riżultati aħjar, jiġifieri l-2004-2005, bħala fattur li kkontribwixxa għat-telf tas-sehem tas-suq u konsegwentement għad-deterjorament tas-sitwazzjoni. L-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja ma operatx bil-kapaċità kollha tagħha u li l-użu tal-kapaċità kien stabbli matul il-perjodu kollu kunsidrat. Għaldaqstant, xi żieda fil-produzzjoni setgħet tkun possibbli fil-każ ta’ domanda aktar b’saħħitha mingħajr aktar investimenti. Barra minn hekk, billi l-profittabilità tal-industrija Komunitarja ma kinitx biżżejjed, jiġifieri taħt il-mira ta’ profitt, tul il-perjodu kollu kunsidrat u nbidlet saħansitra f’waħda negattiva, wieħed iqis li tkun deċiżjoni ta’ negozju ekonomikament ġustifikabbli li ma tinvestix ammonti sinifikanti fil-produzzjoni tal-prodott simili. Dan l-argument għaldaqstant mhuwiex konvinċenti u għandu jiġi rifjutat.

(b)   Iż-żieda fl-ispejjeż ta’ materja prima, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija

(58)

Kważi l-partijiet kollha interessati tennew id-dikjarazzjonijiet tagħhom li kull ħsara misjuba tkun dovuta għar-riforma tas-suq taz-zokkor u l-abolizzjoni konsegwenti tar-rimborsi ta’ produzzjoni fl-2006 u/jew iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija.

(59)

Parti interessata waħda ddikjarat li fir-rapport annwali ta’ produttur Komunitarju wieħed relatat mal-2007, ġie ddikjarat li d-disponibbiltà tal-materja prima kienet limitata minħabba s-sistema Ewropea taz-zokkor li rriżultat fi spiża ogħla. F’dan ir-rigward, hu nnotat li l-produttur Komunitarju msemmi ma jużax iz-zokkor bħala l-materja prima ewlenija, iżda ġulepp u kif spjegat fil-premessa (89) tar-Regolament provviżorju għaldaqstant qatt ma kien suġġett għal rimborsi ta’ produzzjoni. Iż-żieda fl-ispiża għall-ġulepp madankollu ma kinitx sostanzjali, iżda tikkorrispondi għaż-żieda fil-prezzijiet tas-suq dinji għaz-zokkor. Fir-rigward tal-qagħda tal-produttur Komunitarju l-ieħor li ġiet deskritta fid-dettall fil-premessi (90) sa (94) tar-Regolament provviżorju, ma wasal l-ebda tagħrif jew argument ġdid jew issostanzjat. Il-konklużjoni ġenerali stabbilita fil-premessa (93) li r-riforma tas-suq taz-zokkor ma kellha l-ebda impatt konsiderevoli fuq il-qagħda tal-ispejjeż tal-industrija Komunitarja hija b’dan definittivament konfermata.

(60)

L-istess parti interessata ddikjarat li tassew ikun hemm rabta bejn il-prezzijiet taz-zokkor u l-produzzjoni tal-bijokarburanti billi dan ġie rikonoxxut fi studju tal-Kummissjoni dwar “Il-kawżi tal-Kriżi tal-Prezzijiet tal-Ikel” (4). F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-Kummissjoni, kif diġà ġie ddikjarat fil-premessa (98) tar-Regolament provviżorju, kellha aċċess għad-data dwar l-ispiża taż-żewġ produtturi Komunitarji u għalhekk kienet f’pożizzjoni li tanalizza l-ispiża konkreta ta’ materja prima għaż-żewġ produtturi Komunitarji rigward il-produzzjoni ta’ aċidu ċitriku. Kull rabta bejn il-prezzijiet taz-zokkor u l-produzzjoni ta’ bijokarburanti ġiet għalhekk investigata u tqieset fl-istima tal-impatt tar-riforma tas-suq taz-zokkor tal-UE u ż-żieda fil-produzzjoni ta’ bijokarburanti. Fuq din il-bażi, jista’ jiġi konkluż u huwa b’dan konfermat definittivament li dawn il-fatturi ma kellhom l-ebda impatt konsiderevoli fuq il-ħsara misjuba u mġarrba mill-industrija Komunitarja.

(61)

Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li kull żieda fl-ispiża li tikkonċerna l-ġulepp, iz-zokkor jew il-glukożju jew l-enerġija li ġiet rikonoxxuta fir-Regolament provviżorju (ara l-premessi (93) u (96) tiegħu) mhijiex is-sors tal-ħsara tal-industrija Komunitarja bħalma tkun f’sitwazzjoni normali tas-suq, u l-industrija Komunitarja setgħet għaddiet dawn l-ispejjeż miżjuda għall-inqas sa ċertu punt lill-klijenti tagħha. Madankollu, l-investigazzjoni wriet il-preżenza akbar ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja b’mod sinifikattiv. Għaldaqstant, kif ġie ddikjarat fil-premessa (84) tar-Regolament provviżorju kien hemm dipressjoni fil-prezzijiet u l-industrija Komunitarja setgħet tgħaddi biss frazzjoni taż-żidiet fl-ispiża tagħha stess lill-klijenti tagħha, u dan wassal għad-deterjorament tal-qagħda finanzjarja u għal aktar telf fis-sehem tas-suq.

(62)

Fl-aħħar nett, ta’ min isemmi li l-investigazzjoni wriet li l-ispejjeż Ċiniżi tal-produzzjoni ta’ aċidu ċitriku kienu żdiedu wkoll. Dawn l-ispejjeż miżjuda madankollu ma sarrfux fi prezzijiet ogħla ta’ bejgħ, iżda għall-kuntrarju, il-prezzijiet unitarji tal-bejgħ saħansitra naqsu b’sitt punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat kif muri fil-premessa (63) tar-Regolament provviżorju.

(63)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu rifjutati u l-premessi (88) sa (99) tar-Regolament provviżorju huma b’dan definittivament konfermati.

(c)   Il-kartell ta’ prezzijiet tal-industrija Komunitarja

(64)

Xi partijiet interessati tennew id-dikjarazzjonijiet tagħhom li t-telf tas-sehem tas-suq għall-produtturi Ewropej kien ikkawżat mill-istess produtturi minħabba l-kartell tal-prezzijiet ta’ aċidu ċitriku (1991-1995) fejn kemm il-kwerelant kif ukoll il-produttur Ewropew l-ieħor ipparteċipaw u li kien dikjarat li huwa r-raġuni tat-tisħiħ tal-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ aċidu ċitriku. Din l-allegazzjoni ma ġietx issostanzjata aktar u, għalhekk, ma biddlitx il-konklużjoni mfassla fil-premessa (100) tar-Regolament provviżorju li l-ispinta kbira lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping seħħet bosta snin wara li l-kartell ma baqax jeżisti.

(65)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jiġi konkluż definittivament li l-konsegwenzi tal-prattiki antikompetittivi li fihom ħadet sehem l-industrija Komunitarja ma kkontribwewx għall-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja.

(d)   Iċ-ċaqliq fil-kambju

(66)

Xi partijiet interessati tennew id-dikjarazzjonijiet tagħhom li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-aċidu ċitriku Ċiniż matul il-PI kien fil-biċċa l-kbira dovut għar-rata tal-kambju sfavorevoli mid-dollaru US għall-euro, il-fatt li l-prezzijiet għal aċidu ċitriku ġeneralment huma espressi f’dollari US fis-swieq mondjali u d-diffikultà sabiex il-prezzijiet, li ġeneralment jiġu nnegozjati kull sena, jiġu aġġustati għall-qagħda ġdida tal-munita.

(67)

Qed jitfakkar li fil-premessa (104) tar-Regolament provviżorju, l-impatt ta’ kull ċaqliq fil-kambju ma jitqiesx li huwa sinfikanti għax anki jekk l-iżvalutar tad-dollaru US meta mqabbel mal-ewro bejn l-2004 u l-PI li kien jammonta għal 4,97 %, wara l-irfinar tal-kalkoli provviżorji, kellu jitwarrab għal kollox, xorta kien ikun għad hemm tnaqqis ta’ aktar minn 10 %.

(68)

Għaldaqstant, qed jiġi kkonfermat definittivament li l-apprezzament tal-ewro fir-rigward tad-dollaru US ma kienx tali li jikser ir-rabta kawżali bejn il-ħsara stabbilita lill-industrija Komunitarja u l-importazzjonijiet konċernati. Id-dikjarazzjoni għandha, għalhekk, tiġi miċħuda.

3.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(69)

Fin-nuqqas ta’ xi tagħrif jew argument ġdid u ssostanzjat, il-premessi (82) sa (110) tar-Regolament provviżorju huma b’dan definittivament konfermati.

(70)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni provviżorja ta’ l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja u l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping hija b’dan definittivament konfermata.

G.   L-INTERESS KOMUNITARJU

1.   L-iżviluppi wara l-perjodu ta’ investigazzjoni

(71)

Kummenti dwar il-ħtieġa li jitqiesu ċerti żviluppi importanti li seħħew wara l-PI waslu kemm mingħand ċerti produtturi tal-industrija Komunitarja kif ukoll mingħand produtturi esportaturi u importaturi li kkooperaw. Huwa nnotat li konformement mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, it-tagħrif dwar id-dumping u l-ħsara relatat ma’ perjodu sussegwenti għall-perjodu ta’ investigazzjoni, normalment, ma għandux jitqies. Madankollu, fid-dawl tal-istqarrija li saret fil-premessi (119) u (129) tar-Regolament provviżorju, tqies b’mod eċċezzjonali li hu meħtieġ li jinġabru data u tagħrif marbuta mal-perjodu wara Ġunju 2007 sa Lulju 2008.

(72)

Xi partijiet interessati ddikjaraw li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tkunx meħtieġa billi l-profittabilità tal-industrija Komunitarja kisbet livelli għolja wara l-PI minħabba ż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet u li s-suq kien irregola lilu nnifsu. Matul il-PI, kien hemm evidenza ta’ dumping u ħsara u din il-ħsara kienet ikkawżata b’mod sinfikanti mid-dipressjoni fil-prezzijiet li toħroġ mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-istatistika tal-importazzjoni turi żieda medja fil-prezzijiet tal-bejgħ Ċiniżi ta’ 12 % biss wara l-PI. Meta mqabbla mal-livell ta’ tnaqqis ta’ 16,54 %, misjub matul il-PI, jidher ċar li din iż-żieda mhijiex biżżejjed billi ma tkunx tippermetti lill-industrija Komunitarja żżid il-prezz tal-bejgħ tagħha għal livell sostenibbli mingħajr ma tirriskja li titlef aktar klijenti fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping. Fir-rigward tal-livell tal-prezzijiet tal-industrija Komunitarja, instab li l-industrija Komunitarja rnexxielha żżid il-prezzijiet tagħha b’mod moderat sa mill-ewwel kwart tal-2008 u dan jidher li tejjeb il-qagħda finanzjarja tal-industrija Komunitarja. Dawn iż-żidiet fil-prezzijiet jinsabu, madankollu, f’korrelazzjoni mill-qrib u f’waqtha mal-bidu ta’ dan il-proċediment u għalhekk jidher li l-qagħda tal-industrija Komunitarja setgħet tjiebet minħabba l-miżuri anti-dumping potenzjali fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ. Għaldaqstant ġie konkluż li ma kien hemm l-ebda awtoregolazzjoni tas-suq, jew l-awtoregolazzjoni ma kinitx biżżejjed sabiex l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tkunx meħtieġa. Għaldaqstant, l-argument għandu jitwarrab.

2.   L-interess tal-industrija Komunitarja

(73)

Fin-nuqqas ta’ xi tagħrif jew argument ġdid u ssostanzjat fir-rigward tal-interess tal-industrija Komunitarja, il-konklużjoni meħuda fil-premessi (112) sa (115) tar-Regolament provviżorju dwar l-interess tal-industrija Komunitarja huma b’dan definittivament konfermata.

3.   Il-kompetizzjoni u s-sigurtà tal-provvista

(74)

Il-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun tnaqqas b’mod sinfikanti l-kompetizzjoni fis-suq Ewropew u toħloq sitwazzjoni duwopolistika fis-suq. Jitqies, madankollu, li fid-dawl tal-pożizzjoni b’saħħitha fis-suq miksuba mill-produtturi esportaturi Ċiniżi matul dawn l-aħħar snin, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma għandhiex tgerrixhom mis-suq Komunitarju, iżda sempliċement toħloq mill-ġdid kundizzjonijiet ekwi li jippermettu lill-industrija Komunitarja u lill-produtturi esportaturi Ċiniżi jikkompetu b’termini ugwali. Barra minn hekk, żieda raġonevoli fil-prezzijiet fis-suq Komunitarju tista’ tassew tattira aktar importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra bil-produzzjoni tagħhom stess, bħall-Iżrael u l-Amerika t’Isfel li x’aktarx kienu inqas interessati li jesportaw lejn suq bi prezzijiet imnaqqsa.

(75)

Min-naħa l-oħra, jekk ma jiġux imposti l-miżuri anti-dumping, ma jistax jiġi eskluż li l-industrija Komunitarja jkollha twaqqaf l-attivitajiet ta’ manifattura tagħha għal dan in-negozju partikolari, li jwassal għax-xenarju oppost, jiġifieri għal pożizzjoni dominanti tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(76)

Il-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati ddikjaraw ukoll li jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi jieqfu minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri, is-sigurtà tal-provvista tkun fil-periklu għax l-industrija Komunitarja ma tistax tissodisfa d-domanda fis-suq tal-UE anki jekk iż-żewġ produtturi jkunu jipproduċu b’100 % tal-kapaċità tagħhom. Dan ikun aggravat mill-fatt li qed jitbassar li d-domanda ta’ aċidu ċitriku saħansitra se tiżdied bl-effetti tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar id-deterġenti (5). F’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tintrabat li twettaq reviżjoni dwar l-użu ta’ fosfati fid-deterġenti u fuq il-bażi tar-riżultati, li tippreżenta proposta għal azzjoni xierqa. B’segwitu għal dan l-obbligu, il-Kummissjoni ppreżentat rapport, iżda għadha ma pproponiet l-ebda azzjoni. Madankollu, anki jekk il-fosfati jiġu pprojbiti għal kollox mill-industrija tad-deterġenti, is-sostituti ewlenin tagħhom huma żeoliti u fi kwantità iżgħar l-aċidu ċitriku biss.

(77)

Barra minn hekk, diversi fatti jikkontradixxu s-suppożizzjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi jistgħu jieqfu tassew.

L-istatistika tal-importazzjoni turi li l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu bi 17 % matul it-12-il xahar wara l-PI, filwaqt li wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji dawn baqgħu f’livell sostanzjali, u dehru biżżejjed sabiex jiggarantixxu s-sigurtà tal-provvista fl-UE.

L-investigazzjoni wriet kapaċità żejda ta’ xi produtturi esportaturi fiċ-Ċina li hija indikazzjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-UE mhumiex se jieqfu, b’mod partikolari jekk l-Istati Uniti jimponu miżuri kontra r-RPĊ, fil-qafas tal-investigazzjoni anti-dumping tal-Istati Uniti.

(78)

Barra minn hekk, l-industrija Komunitarja ħabbret li se tieħu miżuri xierqa sabiex iżżid il-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha. Il-kwerelant ħabbar li se jżid il-kapaċità ta’ produzzjoni tiegħu b’mod sinfikanti. Skont l-istqarrija għall-istampa li ħarġet f’Lulju 2008, dawk il-kapaċitajiet addizzjonali għandhom ikunu kompletament disponibbli minn nofs l-2009 bl-ewwel żieda tkun diġà disponibbli f’Jannar 2009. Dan għandu tassew jikkontribwixxi sabiex jissodisfa d-domanda fl-UE. Huwa nnotat ukoll li l-produttur Komunitarju l-ieħor ħabbar f’Awwissu 2008, li se jagħlaq is-sit ta’ produzzjoni tiegħu fiċ-Ċina sal-ewwel kwart tal-2009 u li se jiffoka fuq is-sit ta’ produzzjoni tiegħu fil-Komunità.

(79)

Barra minn hekk, livell ta’ prezzijiet aktar attraenti fis-suq tal-UE x’aktarx li jżid ukoll l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u b’dawk is-sorsi alternattivi, il-provvista tidher li hija aktar sigura bħallikieku l-utenti jiddependu biss fuq l-aċidu ċitriku Ċiniż. Matul it-12-il xahar wara l-PI, l-importazzjonijiet mill-Iżrael pereżempju żdiedu bi 30 %.

(80)

Għaldaqstant jidher li l-impożizzjoni tal-miżuri ma għandhiex tgerrex lill-produtturi esportaturi Ċiniżi mis-suq, iżda minflok toħloq mill-ġdid kundizzjonijiet ekwi li jiżguraw is-sorsi alternattivi ta’ provvista.

4.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati

(81)

Xi partijiet interessati ddikjaraw li minħabba t-teħid ta’ kampjuni, il-Kummissjoni rċeviet biss ir-riżultati għall-akbar importaturi fl-Ewropa, u għalhekk ma għandhiex tagħrif dwar l-effetti tad-dazji fuq il-maġġoranza qawwija tal-importaturi żgħar u ta’ daqs medju. Madankollu, l-ebda parti ma qajmet oġġezzjoni kontra l-kampjun magħżul u, għalhekk, il-kampjun jitqies li hu rappreżentattiv għall-importaturi kollha.

(82)

Billi l-aċidu ċitriku, bħala medja, jikkostitwixxi biss 1 % tad-dħul totali tal-importaturi, hu mistenni li l-effetti ta’ dazju tal-anti-dumping se jonqsu fir-riżultati ġenerali tal-kumpaniji.

(83)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra mill-importaturi, il-konklużjonijiet meħuda fil-premessi (116) sa (120) tar-Regolament provviżorju huma b’dan definittivament konfermati.

5.   L-interess tal-utenti

(84)

Wara l-istadju provviżorju, il-Kummissjoni intensifikat l-investigazzjoni fir-rigward tal-impatt possibbli tal-miżuri fuq l-utenti. Għal dan l-għan, intalab tagħrif addizzjonali mill-utenti u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali u saret żjara ta’ verifika addizzjonali fl-istabbiliment ta’ utent Komunitarju wieħed.

(85)

It-tagħrif li wasal jikkonferma l-konklużjoni provviżorja, imsejsa fuq it-tweġibiet mhux kompluti tal-utenti għall-kwestjonarju kif imsemmi fil-premessi (121) u (122) tar-Regolament provviżorju, li l-effett tal-aċidu ċitriku fl-ispiża totali tal-produzzjoni tal-utenti huwa relattivament moderat. Filwaqt li l-parti tal-aċidu ċitriku fl-ispiża tal-produzzjoni tal-utenti tiddependi naturalment fuq il-prodott, instab li ġeneralment tvarja bejn inqas minn 1 % u 20 %. It-tagħrif addizzjonali msemmi hawn fuq ikkonferma wkoll il-konklużjonijiet provviżorji li dazju fil-livell tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz ikollu effett limitat ħafna fuq l-ispiża tal-produzzjoni tal-utenti li kkooperaw. Wara l-iżvelar definittiv, tnejn mill-utenti industrijali ewlenin tal-aċidu ċitriku argumentaw li l-aċidu ċitriku jirrappreżenta proporzjon għoli f’xi wħud mill-prodotti tagħhom u, għalhekk, l-effett tad-dazji jkun sinfikanti għalihom. L-ewwel nett, ta’ min jinnota li ż-żewġ utenti jipproduċu firxa wiesgħa ta’ prodotti li fihom l-aċidu ċitriku jintuża fi proporzjonijiet differenti. It-tieni, fuq il-bażi tad-data ppreżentata, ma setgħax jiġi pprovat li dawk l-utenti biegħu prinċipalment dawk il-prodotti fejn l-ispiża tal-aċidu ċitriku kienet aktar importanti. Fl-aħħar nett, l-argument ma ġiex issostanzjat aktar b’xi data addizzjonali. Għaldaqstant, dan l-argument ma setgħax jintlaqa’.

6.   Il-konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(86)

L-analiżi addizzjonali ta’ hawn fuq rigward l-interess tal-importaturi u tal-utenti fil-Komunità ma biddlitx il-konklużjonijiet provviżorji f’dan ir-rigward. Anki jekk f’ċerti każijiet ikun jeħtieġ li l-piż jingħadda kollu fuq l-importatur/utent, kull impatt finanzjarju negattiv fuq dawn tal-aħħar f’kull każ ma jkunx sinifikanti. Fuq il-bażi ta’ dan, jitqies li l-konklużjonijiet rigward l-interess Komunitarju kif stabbilit fir-Regolament provviżorju baqgħu l-istess. Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, dawn huma għalhekk b’dan definittivament konfermati.

H.   MIŻURI DEFINITTIVI

1.   Il-livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara

(87)

Bosta partijiet interessati kkontestaw il-livell tal-marġni ta’ profitt użat provviżorjament u ddikjaraw li l-profitt ta’ 9 % huwa eċċessiv, filwaqt li argumentaw li l-industrija Komunitarja matul il-perjodu kkunsidrat qatt ma kisbet realment dan il-livell ta’ profitt. Huwa rikonoxxut li tabilħaqq produttur Komunitarju wieħed biss kiseb dan il-livell ta’ profitt fin-nuqqas ta’ dumping, jiġifieri fl-2001, filwaqt li l-ieħor ma għamilx hekk. Il-metodoloġija wżata sabiex jiġi determinat il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara ġie għalhekk eżaminat mill-ġdid u tqies li jkun aktar xieraq li tintuża bħala marġni ta’ profitt il-medja differenzjata tal-marġni ta’ profitt li nkisbet miż-żewġ produtturi Komunitarji fl-2001, jiġifieri 6 %.

(88)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-industrija Komunitarja tista’ b’mod raġonevoli tistenna li tikseb marġni ta’ profitt ta’ qabel it-taxxa ta’ 6 % fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u dan il-marġni ta’ profitt kien użat fil-konklużjonijiet definittivi.

(89)

Il-prezzijiet ta’ importazzjoni Ċiniżi tqabblu, għall-PI, mal-prezz mingħajr ħsara tal-prodott simili mibjugħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Il-prezz mingħajr ħsara nkiseb billi ġie aġġustat il-prezz tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja sabiex jirrifletti l-marġni ta’ profitt, kif ġie rivedut issa. Id-differenza li tirriżulta minn dan il-paragun, meta espressa bħala perċentwal tal-valur totali CIF, kienet tammonta għal firxa bejn 8,3 % u 42,7 % għal kull kumpanija, jiġifieri anqas mill-marġni ta’ dumping misjub, għajr għal kumpanija waħda.

2.   Il-miżuri definittivi

(90)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa dwar id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess Komunitarju, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, dazju anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fil-livell tal-marġnijiet l-aktar baxxi ta’ dumping u ta’ ħsara misjuba, konformement mar-regola ta’ inqas dazju. Fil-każijiet kollha minbarra wieħed, ir-rata tad-dazju għandha tkun stabbilita fil-livell tal-ħsara misjuba.

(91)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, id-dazji definittivi għandhom ikunu kif ġejjin:

Produttur esportatur

Dazju anti-dumping propost

(%)

Anhui BBCA Biochemical Co., Ltd

35,7

DSM Citric Acid (Wuxi) Ltd

8,3

RZBC Co. Ltd

36,8

RZBC (Juxian) Co. Ltd

36,8

TTCA Co., Ltd

42,7

Yixing Union Biochemical Co. Ltd

32,6

Laiwu Taihe Biochemistry Co. Ltd

6,6

Weifang Ensign Industry Co. Ltd

33,8

Il-kumpaniji l-oħra kollha

42,7

3.   Il-forma tal-miżuri

(92)

Matul l-investigazzjoni, sitt produtturi esportaturi fir-RPĊ offrew impenji ta’ prezzijiet aċċettabbli konformement mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(93)

Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2008/899/KE (6), aċċettat dawn l-offerti ta’ impenn. Il-Kunsill jagħraf li l-offerti ta’ impenn jeliminaw l-effett ta’ ħsara tad-dumping u jillimitaw għal grad suffiċjenti r-riskju ta’ evażjoni.

(94)

Biex il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tad-dwana jkunu jistgħu jissorveljaw b’mod effettiv il-konformità tal-kumpaniji mal-impenji, meta tiġi ppreżentata t-talba lill-awtorità rilevanti tad-dwana għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping għandha tiddependi (i) mill-preżentazzjoni ta’ fattura ta’ impenn, li tkun fattura kummerċjali li jkollha mill-anqas l-elementi msemmija u d-dikjarazzjoni stipulata fl-Anness; (ii) mill-fatt li l-prodotti importati jiġu manifatturati, mibgħuta u mogħnija b’fattura direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità; u (iii) mill-fatt li l-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jaqblu preċiżament mad-deskrizzjoni tal-fattura tal-impenn. Fejn il-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq ma jintlaħqux għandu japplika d-dazju anti-dumping xieraq fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera.

(95)

Kull meta l-Kummissjoni, konformement mal-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku, tirtira l-aċċettazzjoni tagħha ta’ impenn, b’segwitu għal ksur, billi tirriferi għal tranżazzjonijiet partikolari, u tiddikjara l-fatturi rilevanti tal-impenn bħala invalidi, għandu japplika debitu doganali fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.

(96)

L-importaturi għandhom ikunu konxji li jista’ japplika debitu doganali, bħala riskju normali tal-kummerċ, fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera kif deskritt fil-premessi (94) u (95) anki jekk impenn offrut mill-manifattur li qed jixtru mingħandu, direttament jew indirettament, kien ġie aċċettat mill-Kummissjoni.

(97)

Konformement mal-Artikolu 14(7) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni kull meta jinstabu indikazzjonijiet ta’ xi vjolazzjoni tal-impenn.

(98)

Minħabba r-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-impenji offruti mill-produtturi esportaturi huma għalhekk kunsidrati aċċettabbli mill-Kummissjoni u l-kumpaniji kkonċernati ġew mgħarrfa bil-fatti, kunsiderazzjonijiet u obbligi essenzjali li fuqhom hija msejsa l-aċċettazzjoni.

(99)

Fil-każ ta’ ksur jew irtirar tal-impenji jew fil-każ ta’ rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenji mill-Kummissjoni, id-dazju anti-dumping li ġie impost mill-Kunsill konformement mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku għandu japplika awtomatikament taħt l-Artikolu 8(9) tiegħu.

I.   ĠBIR DEFINITTIV TAD-DAZJU PROVVIŻORJU

(100)

Fid-dawl tal-kobor tal-marġni ta’ dumping misjub u minħabba l-livell tal-ħsara kkaġunata lill-industrija Komunitarja, jitqies meħtieġ li l-ammonti assigurati permezz tad-dazju ta’ anti-dumping provviżorju impost mir-Regolament provviżorju għandhom jinġabru b’mod definittiv sal-limitu tal-ammont ta’ dazji definittivi imposti. Billi r-rati ta’ dazju definittiv huma aktar baxxi mid-dazju provviżorju, l-ammonti assigurati provviżorjament li jaqbżu r-rata definittiva tad-dazju anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa b’dan impost dazju anti-dumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku u taċ-ċitrat tat-trisodju li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (Kodiċi TARIC 2918150010) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett u liberu mal-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping

(%)

Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC

Anhui BBCA Biochemical Co., Ltd – No 73, Daqing Road, Bengbu City 233010, Provinċja ta’ Anhui, RPĊ

35,7

A874

DSM Citric Acid (Wuxi) Ltd – West Side of Jincheng Bridge, Wuxi 214024, Provinċja ta’ Jiangsu, RPĊ

8,3

A875

RZBC Co., Ltd – No 9 Xinghai West Road, Rizhao, Provinċja ta’ Shandong, RPĊ

3,8

A876

RZBC (Juxian) Co. Ltd, West Wing, Chenyang North Road, Ju County, Rizhao, Provinċja ta’ Shandong, RPĊ

36,8

A877

TTCA Co., Ltd – West, Wenhe Bridge North, Anqiu City, Provinċja ta’ Shandong, RPĊ

42,7

A878

Yixing Union Biochemical Co., Ltd – Economic Development Zone Yixing City 214203, Provinċja ta’ Jiangsu, RPĊ

32,6

A879

Laiwu Taihe Biochemistry Co. Ltd, No. 106 Luzhong Large East Street, Laiwu, Provinċja ta’ Shandong, RPĊ

6,6

A880

Weifang Ensign Industry Co. Ltd, The West End, Limin Road, Changle City, Provinċja ta’ Shandong, RPĊ

33,8

A882

Il-kumpaniji l-oħra kollha

42,7

A999

3.   Minkejja l-ewwel subparagrafu, id-dazju anti-dumping definittiv ma għandux japplika għal importazzjonijiet rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera konformement mal-Artikolu 2.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

1.   L-importazzjonijiet dikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera li huma mogħnija b’fattura minn kumpaniji li l-impenji tagħhom ġew aċċettati mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom tniżżlu fid-Deċiżjoni 2008/899/KE, li minn żmien għal żmien jiġu emendati, għandhom jiġu eżentati mid-dazju anti-dumping impost bl-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:

(a)

dawn jiġu manifatturati, mibgħuta u mogħnija b’fattura direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità; u

(b)

dawn l-importazzjonijiet huma akkumpanjati minn fattura tal-impenn li hija fattura kummerċjali li fiha tal-anqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; u

(c)

il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jaqblu eżattament mad-deskrizzjoni fuq il-fattura tal-impenn.

2.   Għandu jitħallas debitu doganali fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera:

(a)

kull darba li huwa stabbilit, fir-rigward ta’ importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet elenkati f’dak il-paragrafu mhumiex sodisfatti; jew

(b)

meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenn konformement mal-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku f’Regolament jew Deċiżjoni li tirriferi għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara bħala invalidi l-fatturi rilevanti tal-impenn.

Artikolu 3

L-ammonti assigurati permezz ta’ dazju anti-dumping provviżorju taħt ir-Regolament (KE) Nru 488/2008 għandhom jinġabru b’mod definittiv bir-rata ta’ dazju definittiv impost konformement mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. L-ammonti assigurati li jaqbżu l-ammont tad-dazju definittiv għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

H. NOVELLI


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU C 205, 4.9.2007, p. 14.

(3)  ĠU L 143, 3.6.2008, p. 13.

(4)  Il-Kummissjoni Ewropea “Il-Kawżi tal-Kriżi tal-Prezzijiet tal-Ikel: Iz-zokkor”, 20 ta’ Mejju 2008, http://ec.europa.eu/agriculture/analysis/perspevct/foodprice/sugar_en.pdf

(5)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(6)  Ara l-paġna 62 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-kumpaniji lill-Komunità ta’ prodotti li huma suġġetti għall-impenn:

1.

L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA PRODOTTI LI HUMA SUĠĠETTI GĦALL-IMPENN”.

2.

L-isem tal-kumpanija li toħroġ il-fattura kummerċjali.

3.

In-numru tal-fattura kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li skontha l-prodotti fuq il-fattura għandhom jiġu rilaxxati mid-dwana fil-fruntiera Komunitarja.

6.

Id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti, li tinkludi:

in-numru tal-kodiċi tal-prodott (NKP) użat għall-għan tal-impenn,

deskrizzjoni b’lingwa sempliċi tal-prodotti li jikkorrispondu man-NKP konċernat,

in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (KPK),

kodiċi Taric,

kwantità (li trid tingħata f’tunnellati).

7.

Id-deskrizzjoni tat-termini ta’ bejgħ, inkluż:

prezz għal kull tunnellata,

it-termini applikabbli tal-pagament,

it-termini applikabbli tat-twassil,

roħs u ribass totali.

8.

L-isem tal-kumpanija li tagħmilha ta’ importatur fil-Komunità li lilha l-kumpanija toħroġ direttament il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti suġġetti għal impenn.

9.

L-isem tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-prodotti koperti minn din il-fattura qed isir fl-ambitu u konformement mal-kundizzjonijiet tal-Impenn offrut minn [KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2008/899/KE. Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1194/2008

tat-2 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

56,3

TR

106,2

ZZ

81,3

0707 00 05

JO

167,2

MA

59,1

TR

146,5

ZZ

124,3

0709 90 70

JO

230,6

MA

71,0

TR

108,7

ZZ

136,8

0805 10 20

BR

44,6

TR

57,3

ZA

44,6

ZZ

48,8

0805 20 10

MA

65,0

TR

65,0

ZZ

65,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

49,2

IL

74,6

TR

60,2

ZZ

61,3

0805 50 10

MA

64,0

TR

61,7

ZA

79,4

ZZ

68,4

0808 10 80

CA

89,4

CL

67,1

CN

73,2

MK

33,4

US

110,9

ZA

114,6

ZZ

81,4

0808 20 50

CN

49,8

TR

103,0

US

147,8

ZZ

100,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1195/2008

tat-2 ta' Diċembru 2008

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Scottish Farmed Salmon (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mir-Renju Unit għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Scottish Farmed Salmon”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2400/96 (2), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1437/2004 (3).

(2)

Ġaladarba l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-ewwel subpragarfau tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom ikunu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)  ĠU L 265, 12.8.2004, p. 3.

(4)  ĠU C 76, 27.3.2008, p. 28.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.7.   Ħut, molluski, krustaċej friski u prodotti magħmulin minnhom

IR-RENJU UNIT

Scottish Farmed Salmon (IĠP)


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1196/2008

tat-2 Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta' Scotch whisky għall-perjodu 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 162(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 tal-10 ta' Novembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 f'dak li jirrigwarda l-iffissar l-għoti tar-rifużjonijiet aġġustati għaċ-ċereali esportati fil-forma ta' ċerti spirti tax-xorb (2) [titlu mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jipprovdi illi l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta' ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, b'koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-koeffiċjent għandu jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tal-ispirtu tax-xorb ikkonċernat, abbażi tax-xejra osservata f’dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta’ snin li jikkorrispondi mal-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni tal-ispirtu tax-xorb ikkonċernat.

(2)

Abbażi tat-tagħrif li ta r-Renju Unit u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007, dan il-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni fl-2007 kien ta' tmien snin għall-iScotch whisky.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009.

(4)

L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprekludi l-għoti ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn il-Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li, b'applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjent għall-perjodu 2008/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009, il-koeffiċjenti stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, applikabbli għaċ-ċereali utilizzati fir-Renju Unit għall-fabbrikazzjoni tal-iScotch whisky, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33.


ANNESS

Koeffiċjenti applikabbli għar-Renju Unit

Perjodu ta’ applikazzjoni

Koeffiċjent applikabbli

għax-xgħir ipproċessat f'malt utilizzat fil-produzzjoni tal-malt whisky

għaċ-ċereali utilizzati fil-produzzjoni tal-grain whisky

Mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009

0,235

0,234


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1197/2008

ta' l-1 ta' Diċembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlozz fl-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

63/T&Q

Stat Membru

NDL

Stokk

HKE/2AC4-C

Speċi

Marlozz (Merluccius merluccius)

Żona

l-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV

Data

9.10.2008


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1198/2008

ta’ l-1 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt ta' Greenland fin-NAFO 3LMNO min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Estonja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [il-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

52/T&Q

Stat Membru

EST

Stokk

GHL/N3LMNO

Speċi

Ħalibatt ta' Greenland (Reinhardtius hippoglossoides)

Żona

NAFO 3 LMNO

Data

18.9.2008


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1199/2008

tat-2 ta’ Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda wara il-ħmistax-il jum ta' Novembru 2008, skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina, l'Arġentina u l-pajjiżi terzi kollha għajr għaċ-Ċina u l-Arġentina.

(3)

Għaldaqstant, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2007, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar mill-31 ta' Novembru 2008 jistgħu jkunu sodisfatti skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni “A” mressqa skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 wara il-ħmistax-il jum ta' Novembru 2008 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Novembru 2008 għandhom ikunu sodisfatti b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


ANNESS

Oriġini

Nru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

78,613107  %

Importaturi ġodda

09.4099

1,125730  %

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

22,581466  %

Importaturi ġodda

09.4100

0,460126  %

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

100  %

Importaturi ġodda

09.4102

18,349317  %


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1200/2008

tat-2 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1186/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Diċembru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2008 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1186/2008 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1186/2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1186/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1186/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fit-3 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 319, 29.11.2008, p. 56.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-3 ta’ Diċembru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

35,10

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

27,72

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

27,72

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

35,10


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

28.11.2008-1.12.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

190,56

108,51

Prezz FOB USA

241,10

231,10

211,10

114,32

Tariffa fuq il-Golf

10,79

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

27,27

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

11,45  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

8,98  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


DIRETTIVI

3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/31


DIRETTIVA 2008/102/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE (3) tipprevedi li għandhom jiġu adottati ċerti miżuri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE (5), li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jiġu mħassra wħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi supplimentat b’elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skond id-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE (6), sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat u li diġà huma fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu emendati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b’mod partikolari sabiex temenda ċerti Annessi għad-Direttiva 79/409/KEE fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 79/409/KEE, inter alia billi jissuplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Għaldaqstant, id-Direttiva 79/409/KEE għandha tiġi emendata skond dan.

(6)

Ġaladarba l-emendi għad-Direttiva 79/409/KEE li qed isiru minn din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura tal-kumitat, mhux neċessarju li jiġu trasposti mill-Istati Membri. Għalhekk mhux neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 79/409/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Għandhom jiġu adottati l-emendi neċessarji sabiex l-Annessi I u V jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku, kif ukoll l-emendi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(4). Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(2).”;

(2)

L-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  ĠU C 211, 19.8.2008, p. 46.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2008.

(3)  ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(5)  ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/33


DIRETTIVA 2008/106/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2008

dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlamemt Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2001 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (3) ġiet emendata b’mod sinifikattiv f’diversi okkażjonijiet (4). Issa li qed isiru emendi ġodda għal dik id-Direttiva, ikun tajjeb, għal raġunijiet ta’ ċarezza, li d-dispożizzjonijiet in kwistjoni jiġu mfassla mill-ġdid.

(2)

L-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fuq il-livell Komunitarju fil-qasam tas-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fil-baħar għandhom ikunu f’konformità mar-regoli u l-istandards internazzjonali li sar qbil fuqhom.

(3)

Sabiex jinżamm u jiġi żviluppat il-livell ta’ għarfien u kapaċità fis-settur marittimu fil-Komunità, huwa importanti li tingħata attenzjoni xierqa lit-taħriġ marittimu u l-istatus tal-baħħara fil-Komunità.

(4)

Livell ta’ taħriġ konsistenti għall-għoti ta’ ċertifikati ta’ kompetenza vokazzjonali lill-baħħara fl-interessi tas-sikurezza marittima.

(5)

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (5) tapplika għal xogħlijiet marittimi koperti b’din id-Direttiva. Hi għandha tgħin biex tippromwovi l-konformità ma’ l-obbligi stabbiliti fit-Trattat li jneħħu ostakli għall-moviment liberu ta’ persuni u servizzi bejn l-Istati Membri.

(6)

Ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi u ċertifikati previst skond id-Direttiva 2005/36/KE mhux dejjem jiżgura livell standardizzat ta’ taħriġ għall-baħħara kollha li jagħtu servizz abbord bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru. Dan huwa, madankollu, vitali mill-aspett tas-sikurezza marittima.

(7)

Huwa għalhekk essenzjali li jiġi definit livell minimu ta’ taħriġ għall-baħħara fil-Komunità. Dak il-livell għandu jkun bbażat fuq l-istandards ta’ taħriġ li diġà hemm qbil fuqhom fuq livell internazzjonali, jiġifieri l-Konvenzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, 1978 (Konvenzjoni STCW), kif riveduta fl-1995. L-Istati Membri kollha huma Partijiet għal dik il-Konvenzjoni.

(8)

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu standards ogħla mill-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni STCW u f’din id-Direttiva.

(9)

Ir-Regolamenti tal-Konvenzjoni STCW annessi ma’ din id-Direttiva għandhom ikunu ssupplimentati bid-dispożizzjonijiet mandatorji li jinsabu fil-Parti A tal-Kodiċi STCW. Il-Parti B tal-Kodiċi STCW fiha gwida rakkomandata maħsuba biex tassisti lill-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW u lil dawk involuti fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni jew l-infurzar tal-miżuri tagħha biex jagħtu lill-Konvenzjoni effett sħiħ u komplet b’mod uniformi.

(10)

Għat-titjib fis-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fuq il-baħar, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva dwar perjodi minimi ta’ mistrieħ għall-persunal ta’ l-għassa skond il-Konvenzjoni STCW. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni ta’ ħin tax-xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (ECSA) u l-Federazzjoni ta’ l-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FST) (6).

(11)

L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurżaw miżuri speċifiċi sabiex jipprevjenu u jippenalizzaw prattika qarrieqa marbuta ma’ ċertifikati ta’ kompetenza kif ukoll li jsegwu l-isforzi tagħhom fi ħdan l-IMO sabiex jintlaħqu strumenti ta’ ftehim stretti u infurzabbli dwar il-ġlieda globali kontra din il-prattika.

(12)

Sabiex tiġi mtejba s-sikurezza marittima u sabiex ma jkunx hemm telf ta’ ħajjiet umani u tniġġis marittimu, għandha titjieb il-komunikazzjoni fost membri ta’ l-ekwipaġġ abbord vapuri li jbaħħru fl-ilmijiet tal-Komunità.

(13)

Il-persunal abbord vapuri tal-passiġġieri maħtur sabiex jassisti lill-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għandu jkun jista’ jikkomunika mal-passiġġieri.

(14)

L-ekwipaġġi fuq tankers li jġorru tagħbija li tagħmel ħsara għas-saħħa jew li tniġġes għandhom ikunu jistgħu jlaħqu b’mod effettiv mal-prevenzjoni ta’ inċidenti u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Huwa ta’ l-akbar importanza li tiġi stabbilita rabta ta’ komunikazzjoni tajba bejn il-kaptan, l-uffiċjali u l-baħħara, li tkopri r-rekwiżiti previsti f’din id-Direttiva.

(15)

Huwa essenzjali li jiġi żgurat li baħħara li jkollom ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi u li jservu fuq vapuri fil-Komunità jkollhom livell ta’ kompetenza ekwivalenti għal dak meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW. Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi proċeduri u kriterji komuni għar-rikonoxximent mill-Istati Membri ta’ ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi, ibbażat fuq ir-rekwiżiti tat-taħriġ u taċ-ċertifikazzjoni kif sar qbil fuqhom fl-istruttura tal-Konvenzjoni STCW.

(16)

Fl-interessi tas-sikurezza fuq il-baħar, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu kwalifiki li jagħtu prova tal-livell ta’ taħriġ meħtieġ biss fejn dawn ikunu maħruġa minn jew f’isem il-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW li jkunu ġew identifikati mill-Kumitat tas-Sikurezza Marittima (MSC) ta’ l-IMO bħala li jkunu jidhru li taw, u li għadhom jagħtu, effett sħiħ għall-istandards stabbiliti f’dik il-Konvenzjoni. Biex jimtela ż-żmien sakemm l-MSC ikun jista’ jagħmel din l-identifikazzjoni, hemm bżonn ta’ proċedura għar-rikonoxximent preliminari ta’ ċertifikati.

(17)

Fejn ikun xieraq, għandhom jiġu spezzjonati l-istituti marittimi, il-programmi ta’ taħriġ u l-korsijiet marittimi. Għandhom għalhekk jiġu stabbiliti kriterji ta’ spezzjoni.

(18)

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat fit-twettiq tad-dmirijiet relatati ma’ l-eżerċizzju tar-rikonoxximent ta’ ċertifikati maħruġa minn istituti ta’ taħriġ jew amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi.

(19)

L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-verifika li l-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

(20)

L-Istati Membri, bħala awtoritajiet tal-port, huma meħtieġa li jtejjbu s-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis fl-ilmijiet tal-Komunità permezz ta’ spezzjonijiet ta’ prijorità ta’ bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ pajjiż terz li ma jkunx irratifika il-Konvenzjoni STCW, u b’hekk jiżguraw li ma jkunx hemm aktar trattament favorevoli għal bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ pajjiż terz.

(21)

Huwa xieraq li f’din id-Direttiva jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontroll ta’ l-Istat fuq il-port, sakemm issir l-emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE dwar il-kontroll portwali ta’ l-Istat fuq it-tbaħħir (8) sabiex jiġu trasferiti għal dik id-Direttiva d-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll ta’ l-Istat fuq il-port li huma inklużi f’din id-Direttiva.

(22)

Jeħtieġ li jiġu pprovduti proċeduri biex din id-Direttiva tiġi addattata għal bidliet f’konvenzjonijiet u kodiċijiet internazzjonali.

(23)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9).

(24)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda din id-Direttiva sabiex tapplika, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, emendi sussegwenti għall-ċerti kodiċijiet internazzjonali u kwalunkwe emenda rilevanti għall-leġislazzjoni Komunitarja. Peress li dawn il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(25)

L-elementi ġodda introdotti f’din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri.

(26)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(1)

“kaptan” tfisser il-persuna li għandha l-kmand ta’ vapur;

(2)

“uffiċjal” tfisser membru ta’ l-ekwipaġġ, minbarra l-kaptan, nominat hekk bil-liġi jew regolamenti nazzjonali jew, fin-nuqqas ta’ din in-nomina, bi ftehim kollettiv jew drawwa;

(3)

“uffiċjal tal-gverta” tfisser uffiċjal ikkwalifikat skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II ta’ l-Anness I;

(4)

“chief mate” tfisser l-uffiċjal fil-grad ta’ wara l-kaptan li fuqu jaqa’ l-kmand tal-vapur fil-każ ta’ l-inkapaċità tal-kaptan;

(5)

“uffiċjal ta’ l-inġinerija” tfisser uffiċjal ikkwalifikat skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ta’ l-Anness I;

(6)

“uffiċjal kap ta’ l-inġinerija” tfisser l-uffiċjal superjuri ta’ l-inġinerija responsabbli mill-propulsjoni mekkanika u t-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ l-istallazzjonijiet mekkaniċi jew ta’ l-elettriku tal-vapur;

(7)

“it-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija” tfisser l-uffiċjal ta’ l-inġinerija fil-grad ta’ wara l-uffiċjal kap ta’ l-inġinerija li fuqu taqa’ r-responsabbiltà għall-propulsjoni mekkanika u t-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ l-installazzjonijiet mekkaniċi jew ta’ l-elettriku tal-vapur fil-każ ta’ l-inkapaċità ta’ l-uffiċjal kap ta’ l-inġinerija;

(8)

“assistent uffiċjal ta’ l-inġinerija” tfisser persuna taħt taħriġ biex tilħaq uffiċjal ta’ l-inġinerija u nominata hekk mil-liġi jew mir-regolamenti nazzjonali;

(9)

“operatur tar-radju” tfisser persuna li għandha ċertifikat xieraq maħruġ jew rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tar-Radju;

(10)

“baħħar” tfisser membru ta’ l-ekwipaġġ tal-vapur minbarra l-kaptan jew l-uffiċjali;

(11)

“vapur li jbaħħar” tfisser vapur għajr dawk li jbaħħru b’mod esklussiv f’ilmijiet interni jew f’ilmijiet ġewwa jew viċin ta’ ilmijiet jew żoni milqugħin fejn jgħoddu r-regolamenti tal-port;

(12)

“vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru” tfisser vapur irreġistrat fi u li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru skond il-leġislazzjoni tiegħu; vapur li ma jikkorrispondix ma’ din id-definizzjoni għandu jiġi meqjus bħala vapur li jtajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz;

(13)

“vjaġġi qrib ix-xatt” tfisser vjaġġi fil-viċinanza ta’ Stat Membru kif definit minn dak l-Istat Membru;

(14)

“qawwa ta’ propulsjoni” tfisser il-qawwa ta’ output b’rata kontinwa massima totali mfissra f’kilowatts tal-magni prinċipali ta’ propulsjoni kollha tal-vapur li jidhru fuq iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vapur jew fuq xi dokument uffiċjali ieħor;

(15)

“tanker taż-żejt” tfisser vapur mibni u użat għat-trasport taż-żejt u prodotti taż-żejt fi kwantitajiet kbar;

(16)

“tanker ta’ sustanzi kimiċi” tfisser vapur mibni jew adattat u użat għat-trasport fi kwantità ta’ kwalunkwe prodott likwidu elenkat fil-Kapitolu 17 tal-Kodiċi Internazzjonali ta’ Kimika fi Kwantità, fil-verżjoni aġġornata tiegħu;

(17)

“tanker ta’ gass likwifikat” tfisser vapur mibni jew adattat u użat għat-trasport fi kwantità ta’ kwalunkwe gass likwifikat jew prodott ieħor elenkat fil-Kapitolu 19 tal-Kodiċi ta’ Trasport Internazzjonali tal-Gass, fil-verżjoni aġġornata tiegħu;

(18)

“Regolamenti tar-Radju” tfisser ir-regolamenti riveduti tar-radju, adottati mill-Konferenza Amministrattiva Dinjija tar-Radju għas-Servizz Mobbli fil-verżjoni aġġornata tagħhom;

(19)

“vapur tal-passiġġieri” għandha tfisser vapur li jbaħħar li jġorr aktar minn 12-il passiġġier;

(20)

“bastiment tas-sajd” tfisser bastiment użat għall-qbid ta’ ħut jew ta’ riżorsi ħajjin oħra tal-baħar;

(21)

“Konvenzjoni STCW” tfisser il-Konvenzjoni tal-1978 dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għal Baħħara, ta’ l-Organizzazzjoni Marittima Internazjonali (IMO) kif tapplika għal materji kkonċernati filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet transitorji ta’ l-Artikolu VII u r-Regolament 1/15 tal-Konvenzjoni u inklużi, fejn ikun xieraq, id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Kodiċi STCW, kollha applikabbli fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom;

(22)

“xogħlijiet tar-radju” tinkludi, skond kif ikun xieraq, l-għassa u l-manutenzjoni teknika u t-tiswijiet imwettqa skond ir-Regolamenti tar-Radju, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar ta’ l-1974, (SOLAS 74) u, fid-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru, ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti ta’ l-IMO, fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom;

(23)

“vapur tal-passiġġieri ro-ro” tfisser vapur tal-passiġġeri bi spazji ro-ro għall-merkanzija jew spazji ta’ kategorija speċjali kif definit fis-SOLAS 74, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(24)

“Kodiċi STCW” tfisser il-Kodiċi ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa tal-Baħħara (STCW) kif adottat bir-Riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-Partijiet STCW ta’ l-1995 fil-verżjoni aġġornata tiegħu;

(25)

“funzjoni” tfisser grupp ta’ xogħlijiet, dmirijiet u responsabbiltajiet, kif speċifikat fil-Kodiċi STCW, meħtieġa għat-tħaddim tal-vapuri, is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar jew il-protezzjoni ta’ l-ambjent marittimu;

(26)

“kumpanija” tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-amministratur jew il-kerrej tal-bastiment mingħajr ekwipaġġ li jkun ħa r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand is-sid tal-vapur u li, meta jkun ħa din ir-responsabbiltà, ikun qabel li jimxi ma’ l-obbligi u r-responsabbiltajiet imposti fuq il-kumpanija b’din id-Direttiva;

(27)

“ċertifikat xieraq” tfisser ċertifikat maħruġ u approvat skond din id-Direttiva u li jippermetti lid-detentur legali tiegħu li jaħdem fil-kapaċità u jwettaq il-funzjonijiet involuti fil-livell ta’ responsabbiltà speċifikati fih fuq vapur li jkun tat-tip, tat-tunnellaġġ, tal-qawwa u tal-mezzi ta’ propulsjoni konċernati meta jkun fuq il-vjaġġ partikolari konċernat;

(28)

“servizz fuq il-baħar” tfisser servizz abbord il-vapur rilevanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat jew kwalifika oħra;

(29)

“approvat” tfisser approvat mill-Istat Membru skond din id-Direttiva;

(30)

“pajjiż terz” tfisser kwalunkwe pajjiż li ma jkunx Stat Membru;

(31)

“xahar” tfisser xahar tal-kalendarju jew 30 ġurnata magħmulin minn perijodi ta’ inqas minn xahar.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-baħħara msemmija f’din id-Direttiva li jagħtu s-servizz fuq vapuri ta’ tbaħħir li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru bl-eċċezzjoni ta’:

(a)

vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali jew vapuri oħra li jkunu il-proprjetà jew imħaddma minn Stat Membru u li jkunu involuti biss għal servizzi mhux kummerċjali tal-Gvern;

(b)

dgħajjes tas-sajd;

(ċ)

dgħajjes tal-pjaċir mhux użati fil-kummerċ;

(d)

vapuri ta’ l-injam ta’ struttura primittiva.

Artikolu 3

Taħriġ u ċertifikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-baħħara li jagħtu s-servizz tagħhom fuq vapuri msemmija fl-Artikolu 2 jiġu mill-inqas imħarrġa skond ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, kif stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, u jkollhom ċertifikati kif definit fl-Artikolu 4 jew ċertifikati xierqa kif definit fil-punt (27) ta’ l-Artikolu 1.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-membri ta’ l-ekwipaġġ li għandhom ikunu ċċertifikati skond ir-Regolament III/10.4 tas-SOLAS 74 jiġu mħarrġa u ċċertifikati skond din id-Direttiva.

Artikolu 4

Ċertifikat

Ċertifikat għandu jkun kwalunkwe dokument validu, bi kwalunkwe isem li bih jista’ jkun magħruf, maħruġ minn jew taħt l-awtorità ta’ l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skond l-Artikolu 5 u skond ir-rekwiżiti mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 5

Ċertifikati u approvazzjonijiet

1.   Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu skond l-Artikolu 11.

2.   Iċ-ċertifikati ta’ kaptani, uffiċjali u operaturi tar-radju għandhom jiġu approvati mill-Istat Membru kif previst f’dan l-Artikolu.

3.   Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu skond ir-Regolament I/2, paragrafu 1, tal-Konvenzjoni STCW.

4.   Fir-rigward ta’ operaturi tar-radju, Stati Membri jistgħu:

(a)

jinkludu l-għarfien żejjed meħtieġ mir-regolamenti rilevanti fl-eżami għall-kwistjoni ta’ ċertifikat konformi mar-Regolamenti tar-Radju; jew

(b)

joħorġu ċertifikat separat li jindika li d-detentur għandu l-għarfien addizzjonali meħtieġ mir-regolamenti rilevanti.

5.   Fuq id-diskrezzjoni ta’ Stat Membru, l-approvazzjonijiet jistgħu jiġu inkorporati fil-format taċ-ċertifikati maħruġa kif previst fit-taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW. Jekk ikunu inkorporati b’dan il-mod, il-format użat għandu jkun dak stabbilit fit-taqsima A-I/2, paragrafu 1. Jekk maħruġa b’mod ieħor, il-forma ta’ l-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dik it-taqsima. L-approvazzjonijiet għandhom jinħarġu skond l-Artikolu VI, paragrafu 2, tal-Konvenzjoni STCW.

6.   Stat Membru li jirrikonoxxi ċertifikat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(2) għandu japprova dak iċ-ċertifikat biex jafferma r-rikonoxximent tiegħu. Il-forma ta’ l-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fil-paragrafu 3 tat-taqsima A-I/2 tal-kodiċi STCW.

7.   L-approvazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6:

(a)

jistgħu jiġu maħruġa bħala dokumenti separati;

(b)

għandhom jingħataw numru uniku għal kull waħda, għajr l-approvazzjonijiet li jaffermaw il-ħruġ ta’ ċertifikat li jistgħu jingħataw l-istess numru taċ-ċertifikat ikkonċernat, sakemm dak in-numru ikun uniku; u

(ċ)

għandhom kollha jiskadu malli jiskadi jew jiġi irtirat, sospiż jew ikkanċellat iċ-ċertifikat approvat mill-Istat Membru jew pajjiż terz li jkun ħariġhom u, f’kull każ, fi żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tagħhom.

8.   Il-kapaċità li fiha d-detentur taċ-ċertifikat ikun awtorizzat sabiex iservi għandha tkun identifikata f’forma ta’ approvazzjoni f’termini identiċi għal dawk użati fir-rekwiżiti applikabbli għat-tgħammir sikur ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

9.   Stat Membru jista’ juża format differenti mill-format stabbilit fit-taqsima A-I/2 tal-kodiċi STCW, bil-kondizzjoni li, bħala minimu, l-informazzjoni meħtieġa tkun provduta f’karattri Rumani u figuri Għarab, waqt li jittieħed kont tal-varjazzjonijiet permessi skond it-taqsima A-I/2.

10.   Soġġett għall-Artikolu 19(7) kull ċertifikat meħtieġ b’din id-Direttiva għandu jinżamm disponibbli fil-forma oriġinali tiegħu abbord il-vapur li fuqu id-detentur jagħti s-servizz tiegħu.

Artikolu 6

Rekwiżiti tat-taħriġ

It-taħriġ meħtieġ skond l-Artikolu 3 għandu jkun f’forma xierqa għall-għarfien teoretiku u l-abilitajiet prattiċi meħtieġa bl-Anness I, b’mod partikolari l-użu ta’ tagħmir li jsalva l-ħajja u ta’ tifi tan-nar, u approvat mill-awtorità jew organizzazzjoni kompetenti nnominata minn kull Stat Membru.

Artikolu 7

Prinċipji li jirregolaw vjaġġi qrib ix-xatt

1.   Meta jiddefinixxu vjaġġi qrib ix-xatt, l-Istati Membri m’għandhomx jimponu rekwiżiti ta’ taħriġ, esperjenza jew ċertifikazzjoni fuq baħħara li jagħtu servizz abbord vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW u li jkunu involuti fi vjaġġi bħal dawn b’mod li jirriżultaw f’rekwiżiti aktar stretti għal dawn il-baħħara milli għal baħħara li jagħtu servizz fuq vapuri li huma intitolati li jtajjru l-bandiera tagħhom stess. Fl-ebda każ ma jista’ Stat Membru jimponi rekwiżiti fir-rigward ta’ baħħara li jagħtu servizz fuq vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW aktar minn dawk ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt.

2.   Fir-rigward ta’ vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru involuti b’mod regolari fi vjaġġi qrib ix-xatt ‘il barra mix-xatt ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW, l-Istat Membru li tiegħu il-vapur ikun intitolat itajjar il-bandiera għandu jippreskrivi rekwiżiti ta’ taħriġ, esperjenza u ċertifikazzjoni għall-baħħara li jagħtu servizz fuq dawn il-vapuri li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk ta’ l-Istat Membru jew tal-Parti għall-Konvenzjoni STCW li ‘l barra mix-xatt tagħhom ikun jopera il-vapur, bil-kondizzjoni li ma jisbqux ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt. Il-baħħara li jagħtu servizz fuq vapur li jestendi l-vjaġġ tiegħu lil hinn minn dak li huwa ddefinit bħala vjaġġ qrib ix-xatt minn Stat Membru u li jidħol f’ilmijiet mhux koperti minn dik id-definizzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti xierqa ta’ din id-Direttiva.

3.   Stat Membru jista’ jippermetti lil vapur li jkun intitolat itajjar il-bandiera tiegħu il-benefiċċji tad-dispożizzjonijiet għal vjaġġi qrib ix-xatt ta’ din id-Direttiva meta jkun involut b’mod regolari barra x-xatt ta’ post li ma jagħmilx Parti mill-Konvenzjoni STCW fi vjaġġi qrib ix-xatt kif definit minn dak l-Istat Membru.

4.   Malli jiddeċiedu dwar id-definizzjoni ta’ vjaġġi qrib ix-xatt u l-kondizzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ meħtieġa minnhom skond ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dettalji tad-dispożizzjonijiet li huma adottaw.

Artikolu 8

Prevenzjoni ta’ frodi u prattiċi illegali oħra

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurzaw il-miżuri xierqa sabiex jipprevjenu l-frodi u prattiċi illegali oħra li jinvolvu l-proċess ta’ ċertifikazzjoni jew ċertifikati maħruġa u approvati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u għandhom jipprovdu għal pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jikxfu u jiġġieldu l-frodi u prattiki oħra illegali u jiskambjaw informazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u ta’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.

L-Istati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bid-dettalji ta’ dawn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

L-Istati Membri għandhom immedjatament ukoll jinfurmaw lil kwalunkwe pajjiż terz li miegħu jkunu daħlu f’xi ftehim skond ir-Regolament I/10, paragrafu 1.2 tal-Konvenzjoni STCW bid-dettalji ta’ dawn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

3.   Fuq talba ta’ Stat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għandhom jipprovdu konferma jew ċaħda bil-miktub ta’ l-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-baħħara, ta’ l-approvazzjonijiet korrispondenti jew ta’ kwalunkwe prova dokumentarja oħra ta’ taħriġ maħruġa f’dak l-Istat Membru l-ieħor.

Artikolu 9

Pieni jew miżuri dixxiplinarji

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u proċeduri għall-investigazzjoni imparzjali ta’ kwalunkwe inkompetenza, att jew ommissjoni li tkun ġiet irrapportata, li tista’ tkun ta’ theddida diretta għas-sikurezza tal-ħajja jew ta’ proprjetà fuq il-baħar jew għall-ambjent tal-baħar, min-naħa tad-detenturi ta’ ċertifikati jew approvazzjonijiet maħruġa minn dak l-Istat Membru b’konnessjoni mal-qadi tad-dmirijiet relatati maċ-ċertifikati tagħhom u għall-irtirar, is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni ta’ dawn iċ-ċertifikati għal din il-kawża u għall-prevenzjoni ta’ frodi.

2.   Kull Stat Membru għandu jippreskrivi pieni jew miżuri dixxiplinarji għal każi li fihom id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi nazzjonali li tagħti effett lil din id-Direttiva ma jiġux imħarsa fir-rigward ta’ vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera tiegħu jew fil-każ ta’ baħħara debitament iċċertifikati minnu.

3.   B’mod partikolari, dawn il-pieni jew miżuri dixxiplinarji għandhom jiġu previsti u infurzati f’każi li fihom:

(a)

kumpanija jew kaptan ikunu ingaġġaw persuna li ma jkollhiex ċertifikat kif meħtieġ b’din id-Direttiva;

(b)

kaptan ikun ħalla kwalunkwe funzjoni jew servizz fi kwalunkwe kapaċità li skond din id-Direttiva għandha ssir minn persuna li jkollha ċertifikat xieraq, li titwettaq minn persuna li ma jkollhiex iċ-ċertifikat meħtieġ, dispensa valida jew li ma jkollhiex evidenza bil-miktub meħtieġa bl-Artikolu 19(7); jew

(ċ)

persuna tkun kisbet impjieg bi frodi jew billi ffalsifikat dokumenti biex taqdi kwalunkwe funzjoni jew biex tagħti servizz fi kwalunkwe kapaċità li skond din id-Direttiva għandha ssir jew titwettaq minn persuna li jkollha ċertifikat jew dipensa.

4.   L-Istati Membri li fil-ġurisdizzjoni tagħhom tkun tinsab kwalunkwe kumpanija jew kwalunkwe persuna li tkun maħsuba għal raġunijiet ċari li kienet responsabbli minn jew li kienet taf li hemm nuqqas ta’ konformità ċara ma’ din id-Direttiva speċifikata fil-paragrafu 3, għandhom jestendu l-kooperazzjoni lejn kwalunkwe Stat Membru jew Parti oħra għall-Konvenzjoni STCW li javżahom bl-intenzjoni tiegħu li jibda proċeduri skond il-ġurisdizzjoni tiegħu.

Artikolu 10

Standards ta’ kwalità

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li:

(a)

l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ, valutazzjoni ta’ kompetenza, ċertifikazzjoni, approvazzjoni u validazzjoni mill-ġdid imwettqa minn aġenziji mhux governattivi jew entitajiet taħt l-awtorità tiegħu jkunu kontrollati kontinwament minn sistema ta’ standards tal-kwalità li tiżgura li jiġu sodisfatti l-għanijiet definiti, inklużi dawk dwar il-kwalifiki u l-esperjenza ta’ l-għalliema u l-assessuri;

(b)

fejn aġenziji jew entitajiet governattivi iwettqu dawn l-attivitajiet, ikun hemm sistema ta’ standards tal-kwalità;

(ċ)

l-għanijiet ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ u ta’ l-istandards ta’ kompetenza relatati li għandhom jintlaħqu jkunu definiti b’mod ċar u jkunu identifikati l-livelli ta’ għarfien, fehim u abilitajiet xierqa għall-eżamijiet u l-valutazzjonijiet meħtieġa skond il-Konvenzjoni STCW;

(d)

l-oqsma ta’ applikazzjoni ta’ l-istandards ta’ kwalità jkopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni, il-korsijiet ta’ taħriġ u l-programmi, l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet kollha mwettqa minn jew taħt l-awtorità ta’ kull Stat Membru u l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa minn għalliema u assessuri, filwaqt li jitqiesu l-politika, is-sistemi, il-kontrolli u r-reviżjonijiet interni ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità stabbiliti biex jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet definiti.

L-għanijiet u l-istandards tal-kwalità relatati msemmijin fil-punt (c) ta’ l-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu speċifikati separatament għal korsijiet u programmi ta’ taħriġ differenti u għandhom ikopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li evalwazzjonijiet indipendenti ta’ l-għarfien, il-fehim, l-abbiltajiet u l-akkwist tal-kompetenza u attivitajiet ta’ valutazzjoni, u ta’ l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni, jiġu mwettqa f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin minn persuni kkwalifikati li ma jkunux huma stess involuti fl-attivitajiet ikkonċernati sabiex jivverifikaw li:

(a)

il-miżuri interni kollha ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ ta’ l-amministrazzjoni u l-azzjonijiet ta’ segwitu jkunu f’konformità ma’ l-arranġamenti ppjanati u l-proċeduri ta’ dokumentazzjoni u li jkunu effettivi biex jiżguraw l-ilħuq ta’ l-għanijiet definiti;

(b)

ir-riżultati ta’ kull evalwazzjoni indipendenti jiġu ddokumentati u miġjuba għall-attenzjoni ta’ dawk responsabbli għaż-żona evalwata;

(ċ)

tittieħed azzjoni fil-ħin biex tikkoreġi d-defiċjenzi.

3.   Għandu jiġi kkomunikat rapport dwar kull evalwazzjoni mwettqa skond il-paragrafu 2 mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-evalwazzjoni.

Artikolu 11

Standards mediċi — ħruġ u reġistrazzjoni ta’ ċertifikati

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu standards ta’ saħħa medika għall-baħħara, b’mod partikolari dwar il-vista u s-smigħ.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati jinħarġu biss lil kandidati li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

3.   Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu jipprovdi prova sodisfaċenti:

(a)

ta’ l-identità tiegħu;

(b)

li l-età tiegħu ma tkunx inqas minn dik prevista fir-Regolamenti stabbiliti fl-Anness I rilevanti għaċ-ċertifikat li jkun applika għalih;

(ċ)

li huwa jissodisfa l-istandards ta’ saħħa medika, b’mod partikolari dwar il-vista u s-smigħ, stabbiliti mill-Istat Membru u li għandu dokument validu li juri s-saħħa medika tiegħu, maħruġ minn tabib ikkwalifikat rikonoxxut mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru;

(d)

li jkun temm is-servizz tal-baħħara u kull taħriġ obbligatorju relatat previst fir-Regolamenti fl-Anness I għaċ-ċertifikat li jkun applika għalih;

(e)

li huwa jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza prevista fir-Regolamenti fl-Anness I għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli li għandhom jiġu identifikati fid-dikjarazzjoni għaċ-ċertifikat.

4.   Kull Stat Membru għandu jimpenja ruħu:

(a)

li jżomm reġistru jew reġistri taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet kollha għall-kaptani u l-uffiċjali u, kif ikun xieraq, għall-baħħara, li jinħarġu, li jkunu skadew jew li jkunu ġew validati mill-ġdid, sospiżi, kanċellati jew irrapportati mitlufa jew li jkunu ġew meqruda u ta’ dispensi maħruġa;

(b)

li jagħmel disponibbli informazzjoni dwar l-istat ta’ dawn iċ-ċertifikati, approvazzjonijiet u dispensi lill-Istati Membri l-oħra jew lill-Partijiet oħra tal-Konvenzjoni STCW u lill-kumpanniji li jitolbu verifika ta’ l-awtentiċità u tal-validità ta’ ċertifikati mogħtija lilhom minn baħħara li jkunu qegħdin ifittxu rikonoxximent taċ-ċertifikati tagħhom jew impjieg fuq vapur.

Artikolu 12

Validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati

1.   Kull kaptan, uffiċjal u operatur tar-radju fil-pussess ta’ ċertifikat maħruġ jew rikonoxxut skond kwalunkwe kapitolu ta’ l-Anness I minbarra l-Kapitolu VI, li jkun qiegħed jagħti s-servizz tiegħu fuq il-baħar jew jixtieq li jerġa’ lura fuq il-baħar wara perijodu fuq ix-xatt għandu, sabiex ikompli jikkwalifika għas-servizz fuq il-baħar, ikun meħtieġ f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin li:

(a)

jissodisfa l-istandards ta’ saħħa medika preskritti bl-Artikolu 11; u

(b)

jistabbilixxi kompetenza professjonali kontinwa skond it-taqsima A-I/11 tal-Kodiċi STCW.

2.   Kull kaptan, uffiċjal u operatur tar-radju għandu, għal servizz kontinwu fuq il-baħar abbord vapuri li għalihom ikun sar qbil internazzjonali dwar rekwiżiti ta’ taħriġ speċjali, itemm it-taħriġ rilevanti approvat b’suċċess.

3.   Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li huma meħtieġa mill-kandidati għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Frar 2002 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat xieraq fil-Parti A tal-Kodiċi STCW, u għandu jistabbilixxi l-ħtieġa li d-detenturi ta’ dawn iċ-ċertifikati jagħmlu taħriġ jew valutazzjoni ta’ tiġdidu ta’ aġġornament li jkunu xierqa.

Korsijiet ta’ tiġdid u ta’ aġġornament għandhom jiġu approvati u jinkludu bidliet f’regolamenti nazzjonali u internazzjonali rilevanti dwar is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar u l-protezzjoni ta’ l-ambjent marittimu u jikkunsidraw kull aġġornament ta’ l-istandard ta’ kompetenza kkonċernat.

4.   Kull Stat Membru għandu, f’konsultazzjoni ma’ dawk ikkonċernati, jifformula jew jippromovi l-formolazzjoni ta’ struttura ta’ korsijiet ta’ tiġdid jew ta’ aġġornament kif previst fit-taqsima A-I/11 tal-Kodiċi STCW.

5.   Għall-fini ta’ l-aġġornament tal-għerf tal-kaptani, l-uffiċjali u l-operaturi tar-radju, kull Stat Membru għandu jiżgura li t-testi ta’ tibdil riċenti f’regolamenti nazzjonali u internazzjonali dwar is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar u l-protezzjoni ta’ l-ambjent marittimu jkunu disponibbli għall-vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera tiegħu.

Artikolu 13

Użu ta’ simulaturi

1.   Għandu jkun hemm konformità ma’ l-istandards ta’ rendiment u dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fit-taqsima A-I/12 tal-Kodiċi STCW u r-rekwiżiti l-oħra kif previsti fil-Parti A tal-Kodiċi STCW għal kull ċertifikat ikkonċernat fir-rigward ta’:

(a)

kull taħriġ mandatorju bbażat fuq simulatur;

(b)

kwalunkwe valutazzjoni tal-kompetenza meħtieġa mill-Parti A tal-Kodiċi STCW li ssir permezz ta’ simulatur;

(ċ)

kwalunkwe wiri, permezz ta’ simulatur, ta’ profiċjenza kontinwa meħtieġa mill-Parti A tal-Kodiċi STCW.

2.   Simulaturi installati jew imħaddma qabel l-1 ta’ Frar 2002 jistgħu ikunu eżentati minn konformità sħiħa ma’ l-istandards ta’ rendiment imsemmija fil-paragrafu 1 fid-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru.

Artikolu 14

Responsabbiltajiet tal-kumpaniji

1.   L-Istati Membri għandhom, skond il-paragrafi 2 u 3, iżommu lill-kumpaniji responsabbli għall-assenjazzjoni tal-baħħara għas-servizz fuq il-vapuri tagħhom skond din id-Direttiva, u għandhom jeħtieġu kull kumpanija li tiżgura li:

(a)

kull baħħar assenjat għal kwalunkwe wieħed mill-vapuri tagħha jkollu ċertifikat xieraq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u kif stabbilit mill-Istat Membru;

(b)

il-vapuri tagħha jkunu mgħammra bin-nies skond ir-rekwiżiti applikabbli ta’ tgħammir sikur ta’ l-Istat Membru;

(ċ)

id-dokumentazzjoni u d-data rilevanti għall-baħħara kollha impjegati fuq il-vapuri tagħha jinżammu u dawn ikunu aċċessibbli faċilment, u jkunu jinkludu, mingħajr ma jkunu limitati għal, dokumentazzjoni u data dwar l-esperjenza, it-taħriġ, is-saħħa medika u l-kompetenza fid-doveri mogħtija lilhom;

(d)

meta jiġu assenjati fuq kwalunkwe wieħed mill-vapuri tagħha l-baħħara jiffamiljarizzaw ruħhom mad-doveri tagħhom u ma’ l-arraġamenti, l-installazzjonijiet, it-tagħmir, il-proċeduri, u mal-karatteristiċi kollha tal-vapur li jkunu rilevanti għar-rutina jew għad-dmirijiet ta’ emerġenza tagħhom;

(e)

il-kumplement tal-vapur ikun jista’ jikkoordina b’mod effettiv l-attivitajiet tagħhom f’sitwazzjoni ta’ emerġenza u fit-twettiq ta’ funzjonijiet vitali għas-sikurezza jew għall-prevenzjoni jew mitigazzjoni tat-tniġġis.

2.   Il-kumpaniji, il-kaptani u l-membri ta’ l-ekwipaġġ għandhom kull wieħed minnhom ikollhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu jingħataw effett sħiħ u komplet u li jittieħdu miżuri oħra bħal dawn kif jista’ jkun meħtieġ biex jiżguraw li kull membru ta’ l-ekwipaġġ jista’ jagħmel kontribuzzjoni informata għat-tħaddim bla perikolu tal-vapur.

3.   Il-kumpanija għandha tipprovdi istruzzjonijiet bil-miktub lill-kaptan ta’ kull vapur li għalih tkun tgħodd din id-Direttiva, li jistabbilixxu l-politika u l-proċeduri li għandhom jiġu mħarsa biex ikun żgurat li l-baħħara kollha impjegati ġodda fuq il-vapur jingħataw opportunità raġonevoli biex isiru familjari mat-tagħmir, mal-proċeduri ta’ ħidma fuq il-vapur u ma’ arranġamenti oħra meħtieġa għall-qadi kif jixraq tad-dmirijiet tagħhom, qabel ma jiġu mogħtija dawk id-dmirijiet. Din il-politika u dawn il-proċeduri għandhom jinkludu:

(a)

l-allokazzjoni ta’ perijodu ta’ żmien raġonevoli li fih kull baħħar impjegat ġdid ikollu l-opportunità li jsir familjari:

(i)

mat-tagħmir speċifiku li l-baħħar sejjer juża jew iħaddem; u

(ii)

mal-proċeduri ta’ l-għassa, tas-sikurezza, tal-protezzjoni ta’ l-ambjent u ta’ emerġenza speċifiċi tal-vapur u l-arranġamenti li l-baħħar ikollu bżonn ikun jaf jagħmel biex iwettaq sew id-dmirijiet mogħtija lilu;

(b)

in-nomina ta’ membru ta’ l-ekwipaġġ espert li jkun responsabbli milli jiżgura li kull baħħar impjegat ġdid ikun mogħti opportunità li jirċievi informazzjoni essenzjali b’lingwa li l-baħħar jifhem.

Artikolu 15

Saħħa għax-xogħol

1.   Sabiex ma jkunx hemm għeja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jinfurzaw perjodi ta’ mistrieħ għall-persunal ta’ l-għassa u jeħtieġu li sistemi ta’ għassa jkunu magħmula b’tali mod li l-effiċjenza tal-persunal ta’ l-għassa ma tkunx imfixkla b’għeja u li d-dmirijiet jkunu organizzati b’tali mod li l-ewwel għassa fil-bidu tal-vjaġġ u l-għases sussegwenti li jidħlu minflokha jkunu mistrieħa biżżejjed u għalhekk tajbin għax-xogħol.

2.   Il-persuni kollha li jkunu mogħtija xogħol bħala uffiċjal li jieħu ħsieb l-għassa jew bħala baħri li jagħmel parti minn għassa għandu jkollhom mill-inqas 10 sigħat ta’ mistrieħ f’kull perijodu ta’ 24 siegħa.

3.   Is-sigħat ta’ mistrieħ jistgħu jinqasmu f’mhux aktar minn żewġ perjodi, wieħed minnhom għandu jkun ta’ mill-anqas sitt sigħat.

4.   Ir-rekwiżiti għall-perijodi ta’ mistrieħ stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu ma jinżammux fil-każ ta’ emerġenza jew eżerċizzju militari jew f’kondizzjonijiet ta’ operazzjoni oħra aktar urġenti.

5.   Minkejja l-paragrafi 2 u 3, il-perijodu minimu ta’ 10 sigħat jista’ jiġi mnaqqas għal mhux inqas minn sitt sigħat konsekuttivi sakemm l-ebda tnaqqis bħal dan ma jiġi estiż għal aktar minn jumejn u jkunu pprovduti mill-inqas 70 siegħa ta’ mistrieħ għal kull perijodu ta’ sebat ijiem.

6.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li skedi ta’ l-għassa jitwaħħlu f’post fejn ikunu aċċessibbli faċilment.

Artikolu 16

Dispensa

1.   F’ċirkostanzi ta’ ħtieġa eċċezzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jekk fl-opinjoni tagħhom dan ma jkunx ta’ periklu għall-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent, joħorġu dispensa li tippermetti lil baħħar speċifiku jservi f’vapur speċifiku għal perijodu speċifiku ta’ mhux aktar minn sitt xhur f’kapaċità, minbarra dik ta’ operatur tar-radju, ħlief kif ipprovdut bir-Regolamenti tar-Radju rilevanti, li għalih ma jkollux iċ-ċertifikat xieraq, bil-kondizzjoni li l-persuna li għaliha tkun ħarġet id-dispensa tkun ikkwalifikata b’mod addattat sabiex timla’ il-post vakanti b’mod sikur għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, m’għandhomx jingħataw dispensi għal kaptan jew għal uffiċjal kap ta’ l-inġinerija, minbarra f’ċirkostanzi ta’ forza maġġuri u f’dak il-każ għall-iqsar perijodu possibbli.

2.   Kwalunkwe dispensa mogħtija għal kariga għandha tingħata biss lill-persuna ċċertifikata kif xieraq biex timla l-kariga li tinsab immedjatamet hawn taħt. Fejn ċertifikazzjoni tal-kariga hawn taħt ma tkunx meħtieġa, tista’ tinħareġ dispensa lil persuna li l-kwalifiki u l-esperjenza tagħha, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ikunu ta’ ekwivalenza ċara għar-rekwiżiti għall-kariga li għandha tiġi mimlija, bil-kondizzjoni li, jekk din il-persuna ma tkunx fil-pussess ta’ ċertifikat xieraq, hija għandha tkun meħtieġa li tgħaddi eżami aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti li juri li din id-dispensa tista’ tiġi maħruġa bla periklu. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kariga msemmija tkun mimlija mid-detentur ta’ ċertifikat xieraq malajr kemm jista’ jkun.

Artikolu 17

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ taħriġ u valutazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet jew il-korpi li għandhom:

(a)

jagħtu t-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 3;

(b)

jorganizzaw u/jew jissorveljaw l-eżamijiet fejn ikun meħtieġ;

(ċ)

joħorġu ċ-ċertifikati ta’ kompetenza msemmija fl-Artikolu 11;

(d)

jagħtu d-dispensa prevista fl-Artikolu 16.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

it-taħriġ u l-valutazzjoni kollha tal-baħħara jkunu:

(i)

strutturati skond il-programmi bil-miktub, li jinkludu dawk il-metodi u l-mezzi ta’ kif jiġu mogħtija, il-proċeduri u l-materjal tal-kors kif meħtieġa biex jintlaħaq l-istandard ta’ kompetenza previst; u

(ii)

imwettqa, sorveljati, evalwati u appoġġati minn persuni kwalifikati skond il-punti (d), (e) u (f);

(b)

persuni li jagħmlu taħriġ waqt ix-xogħol jew valutazzjoni abbord vapur jagħmlu dan biss meta dan it-taħriġ jew din il-valutazzjoni ma taffetwax ħażin it-tħaddim normali tal-vapur u jistgħu jiddedikaw il-ħin u l-attenzjoni tagħhom għat-taħriġ jew għall-valutazzjoni;

(ċ)

għalliema, kontrolluri u assessuri jkunu kkwalifikati b’mod xieraq għat-tipi u l-livelli partikolari ta’ taħriġ jew ta’ valutazzjoni tal-kompetenza tal-baħħara sew abbord u sew fuq l-art;

(d)

kull persuna li tkun qiegħda tmexxi taħriġ waqt ix-xogħol tal-baħħara, sew abbord u sew fuq l-art, li jkun maħsub sabiex jintuża għall-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni skond din id-Direttiva:

(i)

ikollha apprezzament tal-programm ta’ taħriġ u tifhem l-għanijiet speċifiċi tat-taħriġ għat-tip partikolari ta’ taħriġ li jkun qiegħed isir;

(ii)

tkun ikkwalifikata fix-xogħol li għalih ikun qiegħed isir it-taħriġ; u

(iii)

jekk it-taħriġ ikun qiegħed isir bl-użu ta’ simulatur:

tkun irċeviet gwida xierqa fit-teknika ta’ istruzzjoni li tinvolvi l-użu ta’ simulaturi; u

tkun kisbet esperjenza prattika ta’ ħidma fuq it-tip partikolari ta’ simulatur li jkun qiegħed jiġi użat;

(e)

kwalunkwe persuna responsabbli mill-kontroll tat-taħriġ waqt ix-xogħol ta’ baħħar liema taħriġ ikun maħsub li jiġi użat għall-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni jkollha fehim sħiħ tal-programm ta’ taħriġ u l-għanijiet speċifiċi għal kull tip ta’ taħriġ li jkun qiegħed isir;

(f)

kwalnukwe persuna li tagħmel il-valutazzjoni waqt ix-xogħol tal-kompetenza ta’ baħħar, sew abbord u sew fuq l-art, liema valutazzjoni tkun maħsuba sabiex tintuża biex tikkwalifika għaċ-ċertifikazzjoni skond din id-Direttiva:

(i)

ikollha livell xieraq ta’ għarfien u fehim tal-kompetenza li għandha tiġi eżaminata;

(ii)

tkun ikkwalifikata fix-xogħol li għalih tkun qiegħda ssir il-valutazzjoni;

(iii)

tkun irċeviet gwida xierqa f’metodi ta’ valutazzjoni u prattika;

(iv)

tkun kisbet esperjenza prattika tal-valutazzjoni; u

(v)

jekk tkun qegħda tagħmel valutazzjoni li tinvolvi l-użu ta’ simulaturi, tkun kisbet esperjenza prattika tal-valutazzjoni fuq it-tip partikolari ta’ simulatur taħt is-sorveljanza u għas-sodisfazzjon ta’ eżaminatur b’esperjenza;

(g)

meta Stat Membru jirrikonoxxi kors ta’ taħriġ, istituzzjoni ta’ taħriġ, jew kwalifika mogħtija minn istituzzjoni ta’ taħriġ, bħala parti mir-rekwiżiti tiegħu għall-ħruġ ta’ ċertifikat, il-kwalifiki u l-esperjenza ta’ l-għalliema u ta’ l-assessuri huma koperti fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-istandards tal-kwalità ta’ l-Artikolu 10; dawn il-kwalifiki, l-esperjenza u l-applikazzjoni ta’ l-istandards tal-kwalità għandhom jinkorporaw taħriġ xieraq f’tekniki ta’ istruzzjoni u metodi ta’ taħriġ u valutazzjoni u jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha applikabbli tal-punti (d), (e) u (f).

Artikolu 18

Komunikazzjoni abbord

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

mingħajr preġudizzju għall-punti (b) u (d), f’kull ħin ikun hemm, abbord il-vapuri kollha li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru, mezzi f’posthom għal komunikazzjoni orali effettiva relatata mas-sikurezza bejn il-membri kollha ta’ l-ekwipaġġ tal-vapur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ reċezzjoni tajba u fil-ħin u l-fehim ta’ messaġġi u istruzzjonijiet;

(b)

abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru u abbord il-vapuri tal-passiġġieri kollha li jibdew u/jew jispiċċaw il-vjaġġ f’port ta’ Stat Membru, sabiex jiżguraw rendiment effettiv ta’ l-ekwipaġġ fi kwistjonijiet ta’ sikurezza, tiġi stabbilita lingwa tax-xogħol u rreġistrata fir-reġistru (log book) tal-vapur;

il-kumpanija jew il-kaptan, skond kif ikun jixraq, għandhom jistabbilixxu l-lingwa tax-xogħol addattata; kull baħħar għandu jkun meħtieġ li jifhem u, fejn ikun xieraq, jagħti ordnijiet u istruzzjonijiet u jirrapporta lura b’dik il-lingwa;

jekk il-lingwa tax-xogħol ma tkunx lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru, il-pjani u l-listi kollha li għandhom jitwaħħlu għandhom jinkludu traduzzjonijiet fil-lingwa tax-xogħol;

(ċ)

abbord vapuri tal-passiġġieri, il-persunal imsemmi fil-listi ta’ l-ekwipaġġ biex jassisti passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza ikunu jistgħu jiġu identifikati immedjatament u jkollhom abbiltajiet ta’ komunikazzjoni li jkunu suffiċjenti għal dak il-għan, b’konsiderazzjoni tal-kombinazzjoni xierqa u adekwata ta’ kwalunkwe mill-fatturi li ġejjin:

(i)

il-lingwa jew lingwi li jkunu xierqa għan-nazzjonalitajiet prinċipali tal-passiġġieri ttrasportati fuq rotta partikolari;

(ii)

il-probabbilità li l-abbiltà li jintuża vokabularju elementari Ingliż għal istruzzjonijiet bażiċi tista’ tipprovdi mezz ta’ komunikazzjoni ma’ passiġġier li jkollu bżonn għajnuna kemm jekk il-passiġġier u l-membru ta’ l-ekwipaġġ ikollhom lingwa komuni u kemm jekk le;

(iii)

il-ħtieġa li tista’ tinħoloq ta’ komunikazzjoni waqt emerġenza permezz ta’ mezzi oħra (eż. b’wiri, sinjali bl-idejn, jew ġbid ta’ attenzjoni għall-post ta’ l-istruzzjoni, għall-punti ta’ ġbir, tagħmir ta’ salvataġġ jew rotot ta’ evakwazzjoni) meta l-komunikazzjoni verbali ma tkunx prattika;

(iv)

kemm l-istruzzjonijiet tas-sikurezza kollha jkunu ġew provduti lill-passiġġieri fil-lingwa jew lingwi nattivi tagħhom;

(v)

il-lingwi li fihom l-avviżi ta’ emerġenza jistgħu jixxandru waqt emerġenza jew eżerċizzju militari biex jagħtu gwida kritika lill-passiġġieri u biex jgħinu lill-membri ta’ l-ekwipaġġ fl-assistenza lill-passiġġieri;

(d)

abbord tankers taż-żejt, tankers ta’ sustanzi kimiċi u tankers tal-gass likwifikat li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru, il-kaptan, l-uffiċjali u l-baħrin jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin bil-lingwa(i) tax-xogħol komuni;

(e)

hemm mezzi adegwati għall-komunikazzjoni bejn il-vapur u l-awtoritajiet fuq l-art; dawn il-komunikazzjonijiet għandhom jitmexxew skond il-Kapitolu V, Regolament 14, paragrafu 4, tas-SOLAS 74;

(f)

meta jwettqu l-kontroll ta’ l-Istat tal-port skond id-Direttiva 95/21/KE, l-Istati Membri jikkontrollaw ukoll li l-vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat li ma jkunx Stat Membru jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 19

Rikonoxximent tac-ċertifikati

1.   Il-baħħara li m’għandhomx iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jitħallew iservu fuq vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru, kemm-il darba tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati xierqa tagħhom permezz tal-proċedura mniżżla fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Stat Membru li jkun bi ħsiebu jirrikonoxxi, b’approvazzjoni, ċertifikati xierqa maħruġa minn pajjiż terz lil kaptan, uffiċjal jew operatur tar-radju, għal servizz fuq vapuri li jtajjru l-bandiera tiegħu, għandu jippreżenta talba għar-rikonoxximent ta’ dak il-pajjiż terz lill-Kummissjoni, waqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu.

Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima u bl-involviment possibbli ta’ kwalunkwe Stat Membru ikkonċernat, għanha tiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II u għandha twettaq valutazzjoni tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz li għalih it-talba għar-rikonoxximent tkun ġiet ippreżentata, sabiex jiġi verifikat jekk il-pajjiż ikkonċernat jissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk itteħdux il-miżuri xierqa biex ma jitħalliex li jkun hemm frodi li jinvolvi ċertifikati.

3.   Id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ pajjiż terz għandha tittieħed mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 28(2), fi żmien tliet xhur mid-data tat-talba għar-rikonoxximent.

Jekk jingħata, ir-rikonoxximent għandu jkun validu soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20.

Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-pajjiż terz ikkonċernat fil-perijodu stabbilit fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru li jkun ippreżenta t-talba jista’ jiddeċiedi li jirrikonoxxi l-pajjiż terz unilateralment sakemm tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 28(2).

4.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi, fir-rigward ta’ vapuri li jtajjru l-bandiera tiegħu, li japprova ċertifikati maħruġa mill-pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Kummissjoni, b’konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness II, punti (4) u (5).

5.   Ir-rikonoxximenti ta’ ċertifikati maħruġin minn pajjiżi terzi rikonoxxuti u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, serje C, qabel l-14 ta’ Ġunju 2005 għandhom jibqgħu validi.

Dawn ir-rikonoxximenti jistgħu jintużaw mill-Istati Membri kollha kemm-il darba l-Kummissjoni ma tkunx sussegwentement irtirathom skond l-Artikolu 20.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor u taġġorna lista tal-pajjiżi terzi li jkunu ġew rikonoxxuti. Il-lista għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Serje C.

7.   Minkejja l-Artikolu 5(6), Stat Membru jista’, jekk hekk jitolbu ċ-ċirkostanzi, jippermetti li baħħar jagħti s-servizz tiegħu f’kariga għajr dik ta’ uffiċjal tar-radju jew operatur tar-radju, ħlief kif previst bir-Regolamenti tar-Radju, għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur abbord vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu, waqt li jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq u validu maħruġ u approvat kif meħtieġ minn pajjiż terz, iżda li jkun għadu mhux approvat għar-rikonoxximent mill-Istat Membru konċernat sabiex jagħmlu xieraq għal servizz abbord vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu.

Għandha tinżamm disponibbli evidenza dokumentata li turi li l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ġiet ippreżentata lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 20

Nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW

1.   Minkejja l-kriterji speċifikati fl-Anness II, meta Stat Membru jqis li pajjiż terz rikonoxxut m’għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih, filwaqt li jagħti raġunijiet issostanzjati għal dan.

Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 28(1).

2.   Minkejja l-kriterji speċifikati fl-Anness II, meta l-Kummissjoni tikkunsidra li pajjiż terz rikonoxxut m’għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri minnufih, filwaqt li tagħti raġunijiet sostanzjati għal dan.

Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tirriferi l-kwistjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 28(1).

3.   Meta Stat Membru jkun bi ħsiebu jirtira l-approvazzjonijiet taċ-ċertifikati kollha maħruġa minn pajjiż terz huwa għandu mingħajr dewmien jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar l-intenzjoni tiegħu, waqt li jagħti raġunijiet issostanzjati għal dan.

4.   Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, għandha tivvaluta mill-ġdid ir-rikonoxximent tal-pajjiż terz ikkonċernat sabiex tivverifika jekk dak il-pajjiż naqasx milli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW.

5.   Fejn ikun hemm indikazzjonijiet li stabbiliment partikolari ta’ taħriġ marittimu m’għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-pajjiż ikkonċernat li r-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ dak il-pajjiż sejjer ikun rtirat fi żmien xahrejn kemm-il darba ma jitteħdux miżuri li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW.

6.   Id-deċiżjoni dwar l-irtirar tar-rikonoxximent għandha tittieħed skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 28(2), fi żmien xahrejn mid-data tal-komunikazzjoni magħmula mill-Istat Membru.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jimplimentaw id-deċiżjoni.

7.   L-approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati, maħruġa skond l-Artikolu 5(6) qabel id-data li fiha d-deċiżjoni biex ikun irtirat ir-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi tkun ittieħdet, għandhom jibqgħu validi. Il-baħħara li jkollom tali approvazzjonijiet ma jistgħux jagħmlu pretensjoni għal approvazzjoni li tirikkonoxxi kwalifika ogħla, madankollu, ħlief jekk dak it-tkabbir fil-grad ikun ibbażat biss fuq esperjenza addizzjonali ta’ servizz fuq il-baħar.

Artikolu 21

Valutazzjoni mill-ġdid

1.   Il-pajjiżi terzi li ġew rikonoxxuti skond il-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(3), inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 19(6), għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid mill-Kummissjoni, bl-assistenza ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, fuq bażi regolari u mill-inqas kull ħames snin biex jiġi vverifikat li jissoddisfaw il-kriterji rilevanti mniżżla fl-Anness II u jekk itteħdux il-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-frodi fejn għandhom x’ jaqsmu ċ-ċertifikati.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-kriterji ta’ prijorità għall-valutazzjoni ta’ pajjiżi terzi abbażi ta’ data dwar il-prestazzjoni pprovduta mill-kontroll tal-Istat tal-port skond l-Artikolu 23, kif ukoll l-informazzjoni relatata mar-rapporti ta’ l-evalwazzjonijiet indipendenti kkomunikati mill-pajjiżi terzi skond it-taqsima A-I/7 tal-Kodiċi STCW.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni.

Artikolu 22

Kontroll tal-Istat tal-port

1.   Irrispettivament mill-bandiera li jtajjar, kull vapur, bl-eċċezzjoni ta’ dawk it-tipi ta’ vapuri esklużi bl-Artikolu 2, għandu, waqt li jkun fil-portijiet ta’ Stat Membru, jkun soġġett għall-kontroll tal-Istat tal-port minn uffiċjali debitament awtorizzati minn dak l-Istat Membru sabiex jivverifikaw li l-baħħara kollha li jagħtu s-servizz tagħhom abbord li jkunu meħtieġa li jkunu ċċertifikati mill-Konvenzjoni STCW jkunu ċċertifikati b’dan il-mod jew ikollhom dispensi xierqa.

2.   Meta jeżerċitaw kontroll tal-Istat tal-port skond din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti u l-proċeduri kollha stabbiliti fid-Direttiva 95/21/KE.

Artikolu 23

Proċeduri ta’ kontroll tal-Istat tal-port

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/21/KE, il-kontroll tal-Istat tal-port skond l-Artikolu 22 għandu jkun limitat għal li ġej:

(a)

verifika li kull baħħar li jagħti s-servizz tiegħu abbord li għandu jkun iċċertifikat skond il-Konvenzjoni STCW ikollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq jew dispensa valida jew jipprovdi evidenza dokumentata li tkun ġiet ippreżentata għand l-awtoritajiet ta’ l-Istat tal-bandiera applikazzjoni għall-approvazzjoni li tiċċertifika r-rikonoxximent;

(b)

verifika li n-numri u ċ-ċertifikati tal-baħħara li jagħtu s-servizz tagħhom abbord huma skond ir-rekwiżiti ta’ tgħammir sikur ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istat tal-bandiera.

2.   Il-kapaċità tal-baħħara tal-vapur li jżommu standards ta’ għassa kif meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW għandha tiġi vvalutata skond il-Parti A tal-Kodiċi STCW jekk ikun hemm raġunijiet ċari sabiex wieħed jaħseb li dawn l-istandards ma jkunux qegħdin jiġu osservati għax tkun ġrat waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-vapur kien involut f’ħabta jew inkalja;

(b)

kien hemm ħruġ ta’ sustanzi mill-vapur waqt il-vjaġġ, waqt l-ankraġġ jew fl-irmiġġ li jkun illegali skond konvenzjoni internazzjonali;

(ċ)

il-vapur ikun ġie immanuvrat b’mod erratiku jew perikoluż li bih il-miżuri tar-rotta adottati mill-IMO, jew il-prattiki u l-proċeduri ta’ navigazzjoni sikura ma jkunux ġew osservati;

(d)

il-vapur ikun qiegħed jitħaddem bi kwalunkwe mod ieħor li jkun ta’ periklu għan-nies, għall-proprjetà jew għall-ambjent;

(e)

ċertifikat ikun inkiseb bi frodi jew id-detentur taċ-ċertifikat ma jkunx l-istess persuna li għaliha jkun ġie oriġinarjament maħruġ dak iċ-ċertifikat;

(f)

il-vapur ikun qiegħed itajjar il-bandiera ta’ pajjiż li ma rratifikax il-Konvenzjoni STCW, jew għandu kaptan, uffiċjal jew baħri li jkollu ċertifikat maħruġ minn pajjiż terz li ma jkunx irratifika l-Konvenzjoni STCW.

3.   Minkejja l-verifika taċ-ċertifikat, il-valutazzjoni skond il-paragrafu 2 tista’ teħtieġ lill-baħħar biex juri l-kompetenza rilevanti fuq il-post tax-xogħol. Din it-turija tista’ tinkludi verifika li r-rekwiżiti ta’ tħaddim fir-rigward ta’ standards ta’ għassa jkunu ġew sodisfatti u li hemm tweġiba tajba għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fil-livell ta’ kompetenza tal-baħħar.

Artikolu 24

Detenzjoni

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/21/KE, id-defiċjenzi li ġejjin, sa fejn ikun ġie stabbilit mill-uffiċjal li jwettaq il-kontroll tal-Istat tal-port li huma ta’ periklu għall-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent, għandhom ikunu l-uniċi raġunijiet skond din id-Direttiva li għalihom Stat Membru jista’ jżomm vapur:

(a)

il-baħħara ma jkollhomx ċertifikati, ma jkollhomx ċertifikati xierqa, ma jkollhomx dispensi validi jew ma jipprovdux evidenza dokumentata li tkun saret applikazzjoni għal approvazzjoni li turi li r-rikonoxximent għand l-awtoritajiet ta’ l-Istat tal-bandiera;

(b)

in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ tgħammir sikur ta’ l-Istat tal-bandiera;

(ċ)

in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ l-arranġamenti ta’ l-għassa għan-navigazzjoni jew għall-inġinerija speċifikati għall-vapur mill-Istat tal-bandiera;

(d)

in-nuqqas f’għassa ta’ persuna kkwalifikata sabiex tħaddem tagħmir essenzjali għas-sikurezza tan-navigazzjoni, is-sikurezza tal-komunikazzjonijiet bir-radju jew il-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar;

(e)

in-nuqqas milli tkun ipprovduta prova ta’ profiċjenza professjonali għax-xogħlijiet mogħtija lill-baħħara għas-sikurezza tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tniġġis;

(f)

l-inabilità li jiġu pprovduti persuni għall-ewwel għassa fil-bidu tal-vjaġġ u għal għases sussegwenti li jidħlu minflokhom, li jkunu mistrieħa biżżejjed u għalhekk tajbin għax-xogħol.

Artikolu 25

Monitoraġġ regolari tal-konformità

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 226 tat-Trattat, il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, għandha tivverifika fuq bażi regolari u mill-inqas kull ħames snin li l-Istati Membri ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti b’din id-Direttiva.

Artikolu 26

Rapporti

1.   Mhux aktar tard mill-14 ta’ Diċembru 2008 l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ibbażat fuq analiżi dettaljata u evalwazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW, l-implimentazzjoni tagħhom u l-ideat ġodda miksuba fir-rigward tal-korrelazzjoni bejn is-sikurezza u l-livell ta’ taħriġ ta’ l-ekwipaġġi tal-vapuri.

2.   Mhux iktar tard mill-20 ta’ Ottubru 2010 l-Kumissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni imfassal abbażi ta’ l-informazzjoni miksuba skond l-Artikolu 25.

F’dan ir-rapport il-Kummissjoni għandha tanalizza l-konformità ta’ l-Istati Membri ma’ din id-Direttiva u, fejn meħtieġ, tagħmel proposti għal miżuri addizzjonali.

Artikolu 27

Emendar

1.   Din id-Direttiva tista’ tiġi emendata mill-Kummissjoni sabiex tapplika, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, emendi sussegwenti għall-kodiċijiet internazzjonali msemmija fil-punti (16), (17), (18), (23) u (24) ta’ l-Artikolu 1 li jkunu daħlu fis-seħħ.

Din id-Direttiva tista’ ukoll tiġi emendata mill-Kummissjoni sabiex tapplika, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, kwalunkwe emenda rilevanti għal-leġislazzjoni Komunitarja.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3).

2.   Wara l-adozzjoni ta’ strumenti ġodda jew protokolli għall-Konvenzjoni STCW, il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi, billi jieħu f’konsiderazzjoni l-proċeduri parlamentari ta’ l-Istati Membri, kif ukoll il-proċeduri rilevanti fl-IMO dwar l-arranġamenti dettaljati biex jiġu rratifikati dawk l-istrumenti jew protokolli ġodda, waqt li jiżgura li jiġu applikati b’mod uniformi u simultanju fl-Istati Membri.

3.   L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(16), (17), (18), (21), (22) u (24) jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru ta’ l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) (10).

Artikolu 28

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, skond l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta’ żmien imniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tmien ġimgħat.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 29

Dispożizzjonijiet transitorji

Fejn skond l-Artikolu 12, Stat Membru joħroġ mill-ġdid jew jestendi l-validità ta’ ċertifikati li huwa orġinarjament ħareġ skond id-dispożizzjonijiet li kienu japplikaw qabel l-1 ta’ Frar 1997, l-Istat Membru jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jibdel il-limitazzjonijiet tat-tunnellaġġ li jidhru fuq iċ-ċertifikati oriġinali kif ġej:

(a)

“200 tunnellata gross rreġistrati” tista’ tiġi mibdula bi “500 tunnellaġġ gross”;

(b)

“1 600 tunnellata gross rreġistrati” tista’ tiġi mibdula bi “3 000 tunnellaġġ gross”.

Artikolu 30

Pieni

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi ta’ pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skond l-Artikoli 1, 3, 5, 7, 9 sa 15, 17, 18, 19, 22, 23, 24 u 29, u l-Annessi I u II, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-pieni pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Artikolu 31

Komunikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet kollha li jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra bihom.

Artikolu 32

Tħassir

Id-Direttiva 2001/25/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness III, Parti A, hija mħassra, bla preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri relatati mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 34

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  ĠU C 151, 17.6.2008, p. 35.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2008

(3)  ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17.

(4)  Ara l-Anness III, Parti A.

(5)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(6)  ĠU L 167, 2.7.1999, p. 33

(7)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 157, 7.7.1995, p. 1.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(10)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.


ANNESS I

REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ TAL-KONVENZJONI STCW, MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Ir-Regolamenti msemmija f’dan l-Anness huma ssupplimentati bid-dispożizzjonijiet mandatorji li jinsabu fil-Parti A tal-Kodiċi STCW bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VIII, ir-Regolament VIII/2.

Kwalunkwe referenza għal rekwiżit f’Regolament tikkonstitwixxi wkoll referenza għat-taqsima korrispondenti tal-Parti A tal-Kodiċi STCW.

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-baħħara jkollhom kapaċita’ lingwistika xierqa, kif definit fit-Taqsimiet A-II/1, A-III/1, A-IV/2 u A-II/4 tal-Kodiċi STCW sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet speċifiċi tagħhom fuq vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru ospitanti.

3.

Il-Parti A tal-Kodiċi STCW fiha standards ta’ kompetenza meħtieġa sabiex jiġu murija mill-kandidati għall-ħruġ, u validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikati ta’ kompetenza skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW. Biex tiġi ċċarata r-rabta bejn id-dispożizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni alternattiva tal-Kapitolu VII u d-dispożizzjonijiet tac-ċertifikazzjoni tal-Kapitoli II, III u IV, il-kapaċitajiet speċifikati fl-istandards ta’ kompetenza huma miġbura kif xieraq skond is-seba’ funzjonijiet li ġejjin:

1.

Navigazzjoni;

2.

Ġarr u stivar tat-tagħbija;

3.

Kontroll tal-ħidma tal-vapur u kura għall-persuni abbord;

4.

Inġinerija tal-baħar;

5.

Inġinerija ta’ l-elettriku, elettronika u ta’ kontroll;

6.

Manutenzjoni u tiswija;

7.

Komunikazzjonijiet bir-radju,

fuq il-livelli ta’ responsabbilità segwenti:

1.

Livell ta’ amministrazzjoni;

2.

Livell ta’ ħidma;

3.

Livell ta’ ghajnuna.

Il-funzjonijiet u l-livelli ta’ responsabbiltà huma identifikati b’subtitolu fit-tabelli ta’ standards ta’ kompetenza mogħtija speċifikati fil-Kapitoli II, III u IV tal-Parti A tal-Kodiċi STCW.

KAPITOLU II

DIPARTIMENT TAL-KAPTAN U TAL-GVERTA

Regolament II/1

Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali fil-kariga ta’ għassa tan-navigazzjoni fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar

1.

Kull uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

ma jkollux inqas minn 18-il sena;

2.2.

ikollu servizz fuq il-baħar approvat ta’ mhux inqas minn sena bħala parti minn programm ta’ taħriġ approvat li jinkludi taħriġ abbord li jissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsima A-II/1 tal-Kodiċi STCW u jkun dokumentat fi ktieb approvat ta’ reġistru tat-taħriġ, jew inkella jkollu servizz fuq il-baħar approvat ta’ mhux inqas minn tliet snin;

2.3.

ikun wettaq, waqt is-servizz fuq il-baħar meħtieġ, dmirijiet ta’ għassa fuq il-pont taħt is-superviżjoni tal-kaptan jew ta’ uffiċjal kwalifikat għal perjodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur;

2.4.

jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tar-regolamenti fil-Kapitolu IV, kif jixraq, għat-twettiq tax-xogħlijiet tar-radju mfassla skond ir-Regolamenti tar-Radju;

2.5.

ikun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-taqsima A-II/1 tal-Kodiċi STCW.

Regolament II/2

Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kaptani u chief mates fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar

Kaptan u chief mate fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 3 000 jew aktar

1.

Kull kaptan u chief mate fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ ta’ 3 000 jew aktar għandu jkollu ċertifikat xieraq.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal f’kariga ta’ għassa ta’ navigazzjoni fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar u jkollu servizz fuq il-baħar approvat f’dik il-kapaċità:

2.1.1.

għal ċertifikazzjoni bħala chief mate, mhux inqas minn 12-il xahar; u

2.1.2.

għal ċertifikazzjoni bħala kaptan, mhux inqas minn 36 xahar; madankollu, dan il-perjodu jista’ jiġi mnaqqas għal mhux inqas minn 24 xahar jekk ikun sar servizz fuq il-baħar ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala chief mate;

2.2.

ikun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u ssodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikata fit-taqsima A-II/2 tal-Kodiċi STCW għal kaptani u għal chief mates fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 3 000 jew aktar.

Kaptan u chief mate fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ bejn 500 u 3 000

3.

Kull kaptan u chief mate fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross għandu jkollu ċertifikat xieraq.

4.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

4.1.

għal ċertifikazzjoni bħala chief mate, jissodisfa r-rekwiżiti ta’ uffiċjal fil-kariga ta’ għassa tan-navigazzjoni fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar;

4.2.

għal ċertifikazzjoni bħala kaptan, jissodisfa r-rekwiżiti ta’ uffiċjal fil-kariga ta’ għassa tan-navigazzjoni fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar u jkollu servizz fuq il-baħar approvat ta’ mhux inqas minn 36 xahar f’dik il-kapaċità; madankollu, dan il-perjodu jista’ jiġi mnaqqas għal mhux inqas minn 24 xahar jekk mhux inqas minn 12-il xahar ta’ dan is-servizz fuq il-baħar ikun ġie mwettaq bħala chief mate;

4.3.

ikun temm taħriġ approvat u li jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikata fit-taqsima A-II/2 tal-Kodiċi STCW għal kaptani u chief mates fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ bejn 500 u 3 000.

Regolament II/3

Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali fil-kariga ta’ għassa tan-navigazzjoni u kaptani fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500

Vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt

1.

Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 500 li ma jkunx involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat xieraq għal vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar.

2.

Kull kaptan li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 li ma jkunx involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat xieraq għal servizz bħala kaptan fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ bejn 500 u 3 000.

Vapuri involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt

Uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni

3.

Kull uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat xieraq.

4.

Kull kandidat għal ċertifikazzjoni bħala uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu:

4.1.

ma jkollux inqas minn 18-il sena;

4.2.

ikun temm:

4.2.1.

taħriġ speċjali, li jinkludi perijodu adekwat ta’ servizz xieraq fuq il-baħar kif meħtieġ mill-Amministrazzjoni; jew

4.2.2.

servizz fuq il-baħar approvat fid-dipartiment tal-gverta ta’ mhux inqas minn tliet snin;

4.3.

ikun jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tar-regolamenti fil-Kapitolu IV, kif jixraq, għall-qadi ta’ xogħlijiet tar-radju stabbiliti skond ir-Regolamenti tar-Radju;

4.4.

ikun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jkun jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-taqsima A-II/3 tal-Kodiċi STCW għall-uffiċjali responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ mhux inqas minn 500 involut fi vjaġġi qrib ix-xatt.

Kaptan

5.

Kull kaptan li jagħti servizz fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ anqas minn 500 tunnellaġġ gross involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat xieraq.

6.

Kull kandidat għal ċertifikazzjoni bħala kaptan fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu:

6.1.

ma jkollux inqas minn 20 sena;

6.2.

jkollu servizz fuq il-baħar approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni;

6.3.

ikun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jkun jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikata fit-taqsima A-II/3 tal-Kodiċi STCW għall-kaptani fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ mhux anqas minn 500 involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt.

7.

Eżenzjonijiet

L-Amministrazzjoni, jekk tikkunsidra li d-daqs tal-vapur u l-kondizzjonijiet tal-vjaġġi tiegħu ikunu tali li jagħmlu l-applikazzjoni tar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-regolament u tat-taqsima A-II/3 tal-kodiċi STCW mhux raġonevoli jew mhux prattiċi, tista’ għal dak il-għan teżenta lill-kaptan u lill-uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni fuq dan il-vapur jew klassi ta’ vapuri minn uħud mir-rekwiżiti, billi żżomm f’moħħha is-sikurezza tal-vapuri kollha li jistgħu jkunu qegħdin jaħdmu fl-istess ilmijiet.

Regolament II/4

Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħħara li jifformaw parti minn għassa tan-navigazzjoni

1.

Kull baħri li jagħmel parti minn għassa tan-navigazzjoni fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar, minbarra baħrin taħt taħriġ u baħrin li d-dmirijiet tagħhom waqt għassa jkunu ta’ natura bla sengħa, għandu jkun debitament iċċertifikat sabiex jaqdi dawn id-dmirijiet.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

ma jkollux inqas minn 16-il sena;

2.2.

jkun temm:

2.2.1.

servizz fuq il-baħar approvat li jinkludi taħriġ u esperjenza ta’ mhux inqas minn sitt xhur; jew

2.2.2.

taħriġ speċjali, jew qabel it-tbaħħir jew abbord il-vapur, li jinkludi perijodu approvat ta’ servizz fuq il-baħar li m’għandux ikun ta’ inqas minn xahrejn;

2.3.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-taqsima A-II/4 tal-kodiċi STCW.

3.

Is-servizz fuq il-baħar, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa bil-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom jiġu assoċjati ma’ funzjonijiet ta’ għases tan-navigazzjoni u jinvolvu l-qadi tad-dmirijiet imwettqa taħt is-sorveljanza diretta tal-kaptan, l-uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni jew baħri ikkwalifikat.

4.

Il-baħħara jistgħu jiġu meqjusa minn Stat Membru li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament jekk huma jkunu taw servizz f’kapaċità rilevanti fid-dipartiment tal-gverta għal perijodu ta’ mhux inqas minn sena fi żmien l-aħħar ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni STCW għal dak l-Istat Membru.

KAPITOLU III

DIPARTIMENT TAL-MAGNI

Regolament III/1

Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali responsabbli mill-għassa ta’ l-inġinerija f’kamra tal-magni mgħammra jew inġiniera nominati f’kamra tal-magni perijodikament mhux mgħammra

1.

Kull uffiċjal responsabbli mill-għassa ta’ l-inġinerija f’kamra tal-magni mgħammra jew uffiċjal ta’ l-inġinerija nominat f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra fuq vapur ta’ tbaħħir li jkollu makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 750 kW jew aktar għandu jkollu ċertifikat xieraq.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

ma jkollux inqas minn 18-il sena;

2.2.

ikun temm mhux inqas minn sitt xhur ta’ servizz fuq il-baħar fid-dipartiment tal-magni skond it-taqsima A-III/1 tal-Kodiċi STCW;

2.3.

ikun temm edukazzjoni approvata ta’ mill-inqas 30 xahar li tkun tinkludi taħriġ abbord dokumentat fi’ ktieb tar-reġistru ta’ taħriġ approvat u jkun jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-taqsima A-III/1 tal-Kodiċi STCW.

Regolament III/2

Rekwiżiti minimi mandatorji għal ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali kapijiet ta’ l-inġinerija u t-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija fuq vapuri li jaħdmu b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 3 000 kW jew aktar

1.

Kull uffiċjal kap ta’ l-inġinerija u t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija fuq vapur ta’ tbaħħir li jaħdem b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 3 000 kW jew aktar għandu jkollu ċertifikat xieraq.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal responsabbli minn għassa ta’ l-inġinerija u:

2.1.1.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija, m’għandux ikollu inqas minn 12-il xahar servizz approvat bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija jew uffiċjal ta’ l-inġinerija; u

2.1.2.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal kap ta’ l-inġinerija, għandu jkollu mhux inqas minn 36 xahar ta’ servizz fuq il-baħar approvat li minnhom mhux inqas minn 12-il xahar għandu jkun ġie servut bħala uffiċjal ta’ l-inġinerija f’pożizzjoni ta’ responsabbiltà waqt li jkun ikkwalifikat sabiex jagħti servizz bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija;

2.2.

ikun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jkun jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-taqsima A-III/2 tal-Kodiċi STCW.

Regolament III/3

Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali kapijiet ta’ l-inġinerija u t-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija fuq vapuri li jaħdmu b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ bejn 750 kW u 3 000 kW

1.

Kull uffiċjal kap ta’ l-inġinerija u t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija fuq vapur ta’ tbaħħir li jaħdem b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ bejn 750 kW u 3 000 kW għandu jkollu ċertifikat xieraq.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal responsabbli mill-għassa ta’ l-inġinerija u:

2.1.1.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija, m’għandux ikollu inqas minn 12-il xahar servizz fuq il-baħar approvat bħala assistent uffiċjal ta’ l-inġinerija jew bħala uffiċjal ta’ l-inġinerija; u

2.1.2.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal kap ta’ l-inġinerija, għandu jkollu mhux inqas minn 24 xahar ta’ servizz fuq il-baħar approvat li minnhom għandu jkun ingħata servizz ta’ mhux inqas minn 12-il xahar waqt li jkun ikkwalifikat biex iservi bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija;

2.2.

ikun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-taqsima A-III/3 tal-Kodiċi STCW.

3.

Kull uffiċjal ta’ l-inġinerija li jkun ikkwalifikat biex iservi bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija fuq vapuri li jaħdmu b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 3 000 kW jew aktar, jista’ jservi bħala uffiċjal kap ta’ l-inġinerija fuq vapuri li jaħdmu b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 3 000 kW, bil-kondizzjoni li jkun ta servizz fuq il-baħar approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala uffiċjal ta’ l-inġinerija f’pożizzjoni ta’ responsabbiltà u ċ-ċertifikat ikun hekk approvat.

Regolament III/4

Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħrin li jifformaw parti minn għassa f’kamra tal-magni mgħammra jew nominati sabiex jaqdu dmirijiethom f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra

1.

Kull baħri li jagħmel parti minn għassa tal-kamra tal-magna jew nominat biex jaqdi dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mgħammra fuq vapur ta’ tbaħħir li jaħdem b’makkinarju bi propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 750 kW jew aktar, minbarra baħrin taħt taħriġ u baħħara li d-dmirijiet tagħhom ikunu ta’ natura bla sengħa, għandhom ikunu ċċertifikati kif jixraq biex jaqdu dawn id-dmirijiet.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

ma jkollux inqas minn 16-il sena;

2.2.

jkun temm:

2.2.1.

servizz fuq il-baħar approvat li jinkludi taħriġ u esperjenza ta’ mhux inqas minn sitt xhur; jew

2.2.2.

taħriġ speċjali, jew qabel it-tbaħħir jew abbord il-vapur, li jinkludi perijodu approvat ta’ servizz fuq il-baħar li m’għandux ikun inqas minn xahrejn;

2.3.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikata fit-taqsima A-III/4 tal-kodiċi STCW.

3.

Is-servizz fuq il-baħar, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa bil-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom jiġu assoċjati ma’ funzjonijiet ta’ għases tal-kamra tal-magni u jinvolvu l-qadi tad-dmirijiet magħmula taħt is-sorveljanza diretta ta’ uffiċjal ta’ l-inġinerija kkwalifikat jew baħri kkwalifikat.

4.

Il-baħħara jistgħu jiġu kkunsidrati minn Stat Membru li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament jekk huma jkunu taw servizz f’kapaċità rilevanti fid-dipartiment tal-magni għal perijodu ta’ mhux inqas minn sena fi żmien l-aħħar ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni STCW għal dak l-Istat Membru.

KAPITOLU IV

KOMUNIKAZZJONI BIR-RADJU U PERSUNAL TAR-RADJU

Nota ta’ spjegazzjoni

Id-dispożizzjonijiet mandatorji dwar l-għassa tar-radju huma stabbiliti fir-Regolamenti tar-Radju u fis-SOLAS 74, kif emendata. Id-dispożizzjonijiet għall-manutenzjoni tar-radju huma stabbiliti fis-SOLAS 74, kif emendata, u l-linji gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

Regolament IV/1

Applikazzjoni

1.

Minbarra kif previst fil-punt 2, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu japplikaw għall-persunal tar-radju fuq vapuri li jaħdmu fis-sistema marittima globali ta’ għajnuna u sikurezza (GMDSS) kif previst fis-SOLAS 74, kif emendata.

2.

Il-persunal tar-radju fuq vapuri li mhumiex meħtieġa li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-GMDSS fil-Kapitolu IV tas-SOLAS 74 mhumiex meħtieġa li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Il-persunal tar-radju fuq dawn il-vapuri huwa, madankollu, meħtieġ li jikkonforma mar-Regolamenti tar-Radju. L-Amministrazzjoni għandha tiżgura li ċ-ċertifikati xierqa kif previst mir-Regolamenti tar-Radju jiġu maħruġa lil dan il-persunal tar-radju jew ikunu rikonoxxuti fir-rigward tiegħu.

Regolament IV/2

Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal tar-radju tal-GMDSS

1.

Kull persuna responsabbli minn jew li tkun qiegħda taqdi dmirijiet tar-radju fuq vapur meħtieġ li jipparteċipa fil-GMDSS għandu jkollha ċertifikat xieraq relatat mal-GMDSS, maħruġ jew rikonoxxut mill-Amministrazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tar-Radju.

2.

Barra minn hekk, kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni skond dan ir-regolament għas-servizz fuq vapur li jkun meħtieġ mis-SOLAS 74, kif emendata, li jkollu installazzjoni tar-radju għandu:

2.1.

ma jkollux inqas minn 18-il sena; u

2.2.

jkun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jkun jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-taqsima A-IV/2 tal-Kodiċi STCW.

KAPITOLU V

REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ SPEĊJALI GĦAL PERSUNAL FUQ ĊERTI TIPI TA’ VAPURI

Regolament V/1

Rekwiżiti minimi mandatorji għat-taħriġ u l-kwalifika ta’ kaptani, uffiċjali u baħrin fuq tankers

1.

L-uffiċjali u l-baħrin mogħtija xogħlijiet u responsabbiltajiet speċjali relatati ma’ tagħbija u tagħmir tat-tagħbija fuq tankers għandhom ikunu temmew kors approvat dwar it-tifi tan-nar li jsir fuq ix-xatt kif ukoll it-taħriġ meħtieġ bir-Regolament VI/1 u għandhom ikunu temmew:

1.1.

mill-inqas tliet xhur ta’ servizz fuq il-baħar approvat fuq tankers sabiex jiksbu għarfien adegwat tal-prattiċi ta’ ħidma sikuri; jew

1.2.

kors approvat ta’ familjarizzazzjoni mat-tanker li mill-inqas ikun ikopri s-sillabu mogħti għall-kors fit-taqsima A-V/1 tal-kodiċi STCW.

Madankollu l-Amministrazzjoni tista’ taċċetta perijodu ta’ servizz fuq il-baħar sorveljat iqsar minn dak previst bil-punt 1.1, bil-kondizzjoni li:

1.3.

il-perijodu b’hekk aċċettat ma jkunx iqsar minn xahar;

1.4.

it-tanker ikun ta’ inqas minn 3 000 tunnellaġġ gross;

1.5.

it-tul ta’ kull vjaġġ li fih ikun involut it-tanker matul il-perijodu ma jaqbiżx it-72 siegħa;

1.6.

il-karatteristiċi ta’ tħaddim tat-tanker u n-numru ta’ vjaġġi u tagħbija u ħidmiet ta’ ħatt imwettqa waqt il-perijodu jippermettu li jiġi miksub l-istess livell ta’ għarfien u esperjenza.

2.

Il-kaptani, l-uffiċjali kapijiet ta’ l-inġinerija, iċ-chief mates, it-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija u kull persuna b’responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, ħatt u kura fi tranżitu u ġarr tat-tagħbija għandhom, barra milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 1.1 jew 1.2, ikollhom:

2.1.

esperjenza xierqa għad-dmirijiet tagħhom fuq it-tip ta’ tanker li fuqu jagħtu s-servizz tagħhom; u

2.2.

jkunu temmew programm ta’ taħriġ speċjalizzat approvat li mill-inqas ikun ikopri s-suġġetti stabbiliti fit-taqsima A-V/1 tal-Kodiċi STCW li jkunu addattati għad-dmirijiet tagħhom fuq it-tanker taż-żejt, it-tanker ta’ sustanzi kimiċi jew it-tanker ta’ gass likwifikat li fuqu jagħtu s-servizz tagħhom.

3.

Fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni STCW għal Stat Membru, il-baħħara jistgħu jiġu kkunsidrati li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 2.2 jekk huma jkunu taw servizz f’kapaċità rilevanti fuq it-tip ta’ tanker ikkonċernat għal perjodu ta’ mhux anqas minn sena fil-ħames snin ta’ qabel.

4.

L-amministrazzjonijiet għandhom jiżguraw li jinħareġ ċertifikat xieraq lill-kaptani u uffiċjali, li jkunu kkwalifikati skond il-punti 1 jew 2 kif ikun xieraq, jew li ċertifikat eżistenti jiġi debitament approvat. Kull baħri li jkun ikkwalifikat b’dan il-mod għandu jkun debitament iċċertifikat.

Regolament V/2

Rekwiżiti minimi mandatorji għat-taħriġ u l-kwalifika ta’ kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro

1.

Dan ir-Regolament japplika għall-kaptani, l-uffiċjali, il-baħħara u persunal ieħor li jagħtu servizz fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro ingaġġati fuq vjaġġi internazzjonali. L-amministrazzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-applikabilità ta’ dawn ir-rekwiżiti lill-persunal li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro fuq vjaġġi domestiċi.

2.

Qabel ma jiġu assenjati dmirijiet abbord vapuri tal-passiġġieri ro-ro, il-baħħara għandhom ikunu temmew it-taħriġ meħtieġ mil-punti 4 sa 8 skond il-kapaċitajiet, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom.

3.

Il-baħħara li jkunu meħtieġa li jkunu mħarrġin skond il-punti 4, 7 u 8 għandhom, f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin jagħmlu taħriġ ta’ tiġdid xieraq jew jiġu meħtieġa li jipprovdu evidenza li laħqu l-livell rekwizit ta’ kompetenza matul il-ħames snin ta’ qabel.

4.

Il-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor nominati fuq listi ta’ l-ekwipaġġ biex jassistu passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu temmew taħriġ fit-tmexxija tal-folla kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, paragrafu 1, tal-Kodiċi STCW.

5.

Il-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor mogħtija dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi abbord vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu temmew taħriġ ta’ familjarizzazzjoni kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW.

6.

Il-persunal li jipprovdi servizz dirett lil passiġġieri fi spazji tal-passiġġieri abbord vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandu jkun temm taħriġ ta’ sikurezza speċifikat fit-taqsima A-V/2, paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW.

7.

Il-kaptani, iċ-chief mates, l-uffiċjali kapijiet ta’ l-inġinerija, it-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija u kull persuna assenjata responsabbiltà immedjata għat-tlugħ u l-inżul tal-passiġġieri, it-tagħbija, il-ħatt jew l-irbit tat-tagħbija, jew li jagħlqu l-fetħiet tal-buq abbord vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu temmew taħriġ approvat dwar is-sikurezza tal-passiġġieri, is-sikurezza tat-tagħbija u l-integrità tal-buq kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, paragrafu 4, tal-Kodiċi STCW.

8.

Il-kaptani, iċ-chief mates, l-uffiċjali kapijiet ta’ l-inġinerija, it-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija u kull persuna li għandha responsabbiltà għas-sikurezza tal-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu temmew taħriġ approvat dwar ġestjoni ta’ kriżijiet u mġieba tal-bniedem kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, paragrafu 5, tal-Kodiċi STCW.

9.

L-amministrazzjonijiet għandhom jiżguraw li tinħareġ evidenza dokumentata tat-taħriġ mitmum lil kull persuna li tkun ikkwalifikata skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Regolament V/3

Rekwiżiti minimi mandatorji għat-taħriġ u l-kwalifika ta’ kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor fuq vapuri tal-passiġġieri minbarra vapuri tal-passiġġieri ro-ro

1.

Dan ir-Regolament japplika għall-kaptani, l-uffiċjali, il-baħrin u persunal ieħor li jagħtu servizz fuq vapuri tal-passiġġieri minbarra vapuri tal-passiġġieri ro-ro, impenjati fi vjaġġi internazzjonali. L-amministrazzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-applikabilità ta’ dawn ir-rekwiżiti lill-persunal li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapuri tal-passiġġieri impenjati fi vjaġġi domestiċi.

2.

Qabel ma jiġu assenjati dmirijiet fuq il-vapur abbord vapuri tal-passiġġieri, il-baħħara għandhom ikunu temmew it-taħriġ meħtieġ mil-punti 4 sa 8 skond il-kapaċità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom.

3.

Il-baħħara li jkunu meħtieġa li jkunu mħarrġin skond il-punti 4, 7 u 8 għandhom, f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin, jagħmlu taħriġ ta’ tiġdid jew xieraqjew jiġu meħtieġa li jipprovdu evidenza li laħqu l-livell meħtieġ ta’ kompetenza matul il-ħames snin ta’ qabel.

4.

Il-persunal indikat fuq listi ta’ l-ekwipaġġ biex jassistu passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom ikunu temmew taħriġ fit-tmexxija tal-folla kif speċifikat fit-taqsima A-V/3, paragrafu 1, tal-Kodiċi STCW.

5.

Il-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor mogħtija dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom ikunu temmew taħriġ ta’ familjarizzazzjoni kif speċifikat fit-taqsima A-V/3, paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW.

6.

Il-persunal li jipprovdi servizz dirett lil passiġġieri fi spazji tal-passiġġiera abbord vapuri tal-passiġġieri għandu jkun temm taħriġ ta’ sikurezza speċifikat fit-taqsima A-V/3, paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW.

7.

Il-kaptani, iċ-chief mates, u kull persuna assenjata responsabbiltà immedjata għat-tlugħ u l-inżul tal-passiġġieri, għandhom ikunu temmew taħriġ approvat dwar is-sikurezza tal-passiġġieri, kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, paragrafu 4, tal-Kodiċi STCW.

8.

Il-kaptani, iċ-chief mates, l-uffiċjali kapijiet ta’ l-inġinerija, it-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija u kull persuna li għandha responsabbiltà għas-sikurezza tal-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom ikunu temmew taħriġ approvat dwar ġestjoni ta’ kriżijiet u mġieba tal-bniedem kif speċifikat fit-taqsima A-V/3, paragrafu 5, tal-Kodiċi STCW.

9.

L-amministrazzjonijiet għandhom jiżguraw li tinħareġ evidenza dokumentata tat-taħriġ mitmum għal kull persuna li tkun ikkwalifikata taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU VI

FUNZJONIJIET TA’ EMERĠENZA, SIKUREZZA TAX-XOGĦOL, KURA MEDIKA U SOPRAVIVENZA

Regolament VI/1

Rekwiżiti minimi mandatorji għall-familjarizzazzjoni, taħriġ bażiku ta’ sikurezza u istruzzjoni għall-baħħara kollha

Il-baħħara għandhom jirċievu familjarizzazzjoni u taħriġ bażiku jew istruzzjonijiet bażiċi dwar is-sikurezza skond it-taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza xieraq speċifikat fih.

Regolament VI/2

Rekwiżiti minimi mandatorji għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ sopravivenza, dgħajjes tas-salvataġġ u dgħajjes veloċi tas-salvataġġ

1.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ minbarra dgħajjes veloċi tas-salvataġġ għandu:

1.1.

ma jkollux inqas minn 18-il sena;

1.2.

jkollu servizz fuq il-baħar approvat ta’ mhux anqas minn 12-il xahar jew ikun attenda kors ta’ taħriġ approvat u għandu jkollu servizz fuq il-baħar approvat ta’ mhux anqas minn sitt xhur;

1.3.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza għaċ-ċertifikati ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ imniżżla fit-taqsima A-VI/2, paragrafi 1 sa 4, tal-Kodiċi STCW.

2.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ salvataġġ veloċi għandu:

2.1.

ikollu ċertifikat ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ għajr dgħajjes veloċi ta’ salvataġġ;

2.2.

ikun attenda kors approvat ta’ taħriġ;

2.3.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza għaċ-ċertifikati ta’ profiċjenza f’dgħajjes veloċi ta’ salvataġġ imniżżla fit-taqsima A-VI/2, paragrafi 5 sa 8, tal-Kodiċi STCW.

Regolament VI/3

Rekwiżiti minimi mandatorji għat-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat

1.

Il-baħħara nominati biex jikkontrollaw ħidmiet ta’ tifi tan-nar għandhom ikunu temmew b’suċċess taħriġ avvanzat f’metodi ta’ teknika għat-tifi tan-nar b’enfasi partikolari fuq l-organizzazzjoni, it-tattiċi u l-kmand skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima A-VI/3 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fih.

2.

Fejn it-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat ma jkunx inkluż fil-kwalifiki għaċ-ċertifikat li għandu jinħareġ, għandu jiġi maħruġ ċertifikat speċjali jew evidenza dokumentata, skond kif ikun xieraq, li tindika li d-detentur attenda l-kors ta’ taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat.

Regolament VI/4

Rekwiżiti minimi mandatorji fir-rigward ta’ l-ewwel għajnuna u l-kura medika

1.

Il-baħħara maħtura sabiex jipprovdu l-ewwel għajnuna medika abbord vapur għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fl-ewwel għajnuna medika fit-taqsima A-VI/4, paragrafi 1, 2 u 3, tal-Kodiċi STCW.

2.

Il-baħħara nominati sabiex ikunu responsabbli mill-kura medika abbord vapur għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fil-kura medika fit-taqsima A-VI/4, paragrafi 4, 5 u 6, tal-Kodiċi STCW.

3.

Fejn it-taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew fil-kura medika ma jkunx inkluż fil-kwalifiki għaċ-ċertifikat li għandu jinħareġ, għandu jiġi maħruġ ċertifikat speċjali jew għandha tingħata evidenza bil-miktub, skond kif ikun jixraq, li tindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew fil-kura medika.

KAPITOLU VII

ĊERTIFIKAZZJONI ALTERNATTIVA

Regolament VII/1

Ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi

1.

Minkejja r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fil-Kapitoli II u III ta’ dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li joħorġu jew jawtorizzaw il-ħruġ ta’ ċertifikati minbarra dawk msemmija fir-regolamenti ta’ dawk il-kapitoli, bil-kondizzjoni li:

1.1.

il-funzjonijiet assoċjati u l-livelli ta’ responsabbiltà li għandhom jiġu ddikjarati fuq iċ-ċertifikati u fid-dikjarazzjonijiet jiġu magħżula minn u jkunu identiċi għal dawk li jidhru fit-taqsimiet A-II/1, A-II/2, A-II/3, A-II/4, A-III/1, A-III/2, A-III/3, A-III/4 u A-IV/2 tal-Kodiċi STCW;

1.2.

il-kandidati jkunu temmew edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-istandards ta’ kompetenza, previsti fit-taqsimiet rilevanti tal-Kodiċi STCW u kif stabbiliti fit-taqsima A-VII/1 ta’ dan il-Kodiċi, għall-funzjonijiet u l-livelli li għandhom jiġu ddikjarati fuq iċ-ċertifikati u fl-approvazzjonijiet;

1.3.

il-kandidati jkunu temmew servizz fuq il-baħar approvat addattat għall-qadi tal-funzjonijiet u l-livelli li għandhom jiġu ddikjarati fuq iċ-ċertifikat. It-tul minimu tas-servizz fuq il-baħar għandu jkun ekwivalenti għat-tul tas-servizz fuq il-baħar previst fil-Kapitoli II u III ta’ dan l-Anness. Madankollu, it-tul tas-servizz fuq il-baħar m’għandux ikun inqas minn kif previst fit-taqsima A-VII/2 tal-Kodiċi STCW;

1.4.

il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni li għandhom iwettqu l-funzjoni ta’ navigazzjoni fuq il-livell ta’ tħaddim għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli tar-regolamenti fil-Kapitolu IV, kif jixraq, biex iwettqu ħidmiet relatati mar-radju skond ir-Regolamenti tar-Radju;

1.5.

iċ-ċertifikati jiġu maħruġa skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 11 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VII tal-Kodiċi STCW.

2.

L-ebda ċertifikat m’għandu jiġi maħruġ skond dan il-kapitolu sakemm l-Istat Membru ma jkunx ikkomunika l-informazzjoni meħtieġa mill-Konvenzjoni STCW lill-Kummissjoni.

Regolament VII/2

Ċertifikazzjoni tal-baħħara

Kull baħħar li jaqdi xi funzjoni jew grupp ta’ funzjonijiet speċifikati fit-tabelli A-II/1, A-II/2, A-II/3 jew A-II/4 tal-Kapitolu II jew fit-tabelli A-III/1, A-III/2, A-III/4 tal-Kapitolu III jew A-IV/2 tal- Kapitolu IV tal-Kodiċi STCW, għandu jkun id-detentur ta’ ċertifikat xieraq.

Regolament VII/3

Prinċipji li jirregolaw il-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi

1.

Stat Membru li jiddeċiedi li joħroġ jew jawtorizza l-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi għandu jiżgura li jiġu osservati l-prinċipji li ġejjin:

1.1.

l-ebda sistema ta’ ċertifikazzjoni alternattiva m’għandha tiġi implimentata sakemm ma tiżgurax livell ta’ sikurezza fuq il-baħar u jkollha effett preventiv fir-rigward ta’ tniġġis mill-inqas ekwivalenti għal dak previst mill-kapitoli l-oħra;

1.2.

kwalunkwe arranġament għal ċertifikazzjoni alternattiva maħruġa skond dan il-kapitolu għandu jipprovdi għall-interkambjabbiltà ta’ ċertifikati ma’ dawk maħruġa taħt il-kapitoli l-oħra.

2.

Il-prinċipju ta’ l-interkambjabbiltà fil-punt 1 għandu jiżgura li:

2.1.

il-baħħara ċċertifikati skond l-arranġamenti tal-Kapitoli II u/jew III u dawk iċċertifikati skond il-Kapitolu VII jkunu jistgħu jservu fuq vapuri li jkollhom jew forom tradizzjonali ta’ organizzazzjoni ta’ fuq il-vapur jew forom oħra;

2.2.

il-baħħara ma jiġux imħarrġa għal arranġamenti speċifiċi abbord vapur b’mod li jistgħu jkunu ta’ xkiel sabiex jiżviluppaw l-abiltajiet l-oħra tagħhom x’imkien ieħor.

3.

Fil-ħruġ ta’ kwalunkwe ċertifikat skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji li ġejjin:

3.1.

il-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi m’għandux jintuża fih innifsu:

3.1.1.

biex jitnaqqas in-numru ta’ l-ekwipaġġ abbord;

3.1.2.

biex titnaqqas l-integrità tal-professjoni jew l-abbiltajiet tal-baħħara; jew

3.1.3.

biex jiġġustifika l-assenjazzjoni ta’ dmirijiet magħquda ta’ l-uffiċjali tal-magni u dawk ta’ l-għassa għad-detentur waħdieni ta’ ċertifikat waqt għassa partikolari;

3.2.

il-persuna fil-kmand għandha tkun maħtura bħala l-kaptan u l-pożizzjoni legali u l-awtorità tal-kaptan u oħrajn m’għandhomx jiġu effetwati b’mod żvantaġġuż bl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe arrangament għal ċertifikazzjoni alternattiva.

4.

Il-prinċipji fil-punti 1 u 2 għandhom jiżguraw li l-kompetenza kemm ta’ l-uffiċjali tal-gverta kif ukoll ta’ l-ufficjali ta’ l-inġinerija tkun miżmuma.


ANNESS II

KRITERJI GĦAR-RIKONOXXIMENT TA’ PAJJIŻI TERZI LI ĦARĠU ĊERTIFIKAT JEW LI TAĦT L-AWTORITÀ TAGĦHOM INĦAREĠ XI ĊERTIFIKAT, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 19(2)

1.

Il-pajjiż terz għandu jkun Parti għall-Konvenzjoni STCW.

2.

Il-pajjiż terz għandu jkun ġie identifikat mill-Kumitat tas-Sikurezza Marittima bħala wieħed li jkun wera li jkun attwa kompletament id-disposizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni STCW.

3.

Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima u bl-involviment possibbli ta’ Stat Membru kkonċernat, għandha tkun ikkonfermat, permezz tal-miżuri meħtieġa kollha, li jistgħu jinkludu l-ispezzjoni ta’ faċilitajiet u proċeduri, li r-rekwiżiti dwar l-istandard ta’ kompetenzi, il-ħruġ u l-approvazzjoni ta’ ċertifikati u ż-żamma ta’ reġistri huma mħarsa bis-sħiħ, u li ġiet stabbilita sistema ta’ standards ta’ kwalità skond ir-Regolament I/8 tal-Konvenzjoni STCW.

4.

L-Istat Membru huwa fil-proċess li jilħaq ftehim dwar impenn mal-pajjiż terz ikkonċernat li notifika tingħata minnufih ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fl-arranġamenti għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni pprovduti skond il-Konvenzjoni STCW.

5.

L-Istat Membru daħħal miżuri biex jassigura li baħħara li jippreżentaw ċertifikati ta’ rikonoxximent għal dmirijiet f’livell ta’ ġestjoni jkollhom għarfien xieraq tal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn jikkonċernaw id-dmirijiet li huma għandhom permess iwettqu.

6.

Jekk Stat Membru jixtieq jissupplementa l-valutazzjoni ta’ konformità ta’ xi pajjiż terz billi jevalwa ċerti istituzzjonijiet ta’ taħriġ marittimu, għandu jipproċedi skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima A-I/6 tal-Kodiċi STCW.


ANNESS III

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 32)

Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17)

 

Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53)

l-Artikolu 11 biss

Direttiva 2003/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 326, 13.12.2003, p. 28)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2005/23/KE

(ĠU L 62, 9.3.2005, p. 14)

 

Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160)

l-Artikolu 4 biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 32)

Direttiva

Skadenza għat-trasposizzjoni

2002/84/KE

fit-23 ta’ Novembru 2003.

2003/103/KE

fl-14 ta’ Mejju 2005.

2005/23/KE

fid-29 ta’ Settembru 2005.

2005/45/KE

fl-20 ta’ Ottubru 2007.


ANNESS IV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 2001/25/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, kliem introduttorji

Artikolu 2, kliem introduttorji

Artikolu 2, l-ewwel sar-raba’ inċiż

Artikolu 2(a) sa (d)

Artikoli 3 sa 7

Artikoli 3 sa 7

Artikolu 7a

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9 (1) kliem introduttorji

Artikolu 10(1) l-ewwel subparagarfu kliem introduttorji

Artikolu 9 (1)(a) u (b)

Artikolu 10(1) l-ewwel subparagrafu (a) u (b)

Artikolu 9(1)(c) l-ewwel sentenza

Artikolu 10(1) l-ewwel subparagrafu (c)

Artikolu 9(1)(c) it-tieni sentenza

Artiklu 10(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(1)(d)

Artikllu 10(1) l-ewwel subpargrafu (d)

Artikolu 9(2) u (3)

Artikolu 10(2) u (3)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16(1), frażi introduttorja

Artikolu 17(1), frażi introduttorja

Artikolu 16(1), l-ewwel sar-raba’ inċiż

Artikolu 17(1)(a) sa (d)

Artikolu 16(2) formulazzjoni introduttorja

Artiklu 17(2) formulazzjoni introduttorja

Artikolu 16(2)(a)(1) u (2)

Artikolu 17(2)(a)(i) u (ii)

Artikolu 16(2)(b) u (c)

Artikolu 17(2)(b) u (c)

Artikolu 16(2)(d) (1) u (2)

Artikolu 17 (2)(d) (i) u (ii)

Artikolu 16(2)(d)(3)(i) u (ii)

Artikolu 17(2)(d)(iii) l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 16(2) (e)

Artikolu 17(2)(e)

Artikolu 16(2)(f) (1) sa (5)

Artikolu 17(2)(f) (i) sa (v)

Artikolu 16(2) (g)

Artikolu 17(2)(g)

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18(1) u (2)

Artikolu 18(3) frażi introduttorja

Artikolu 19(1)

Artikolu 18(3)(a)

Artikolu 19(2)

Artikolu 18(3)(b)

Artikolu 19(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(3)(c)

Artikolu 19(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 18(3)(d)

Artikolu 19(4)

Artikolu 18(3)(e)

Artikolu 19(5)

Artikolu 18(3)(f)

Artikolu 19(6)

Artikolu 18(4)

Artikolu 19(7)

Artikolu 18a(1) l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 20(1) l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 18a(2) l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 20(1) l-ewwel u t-tieni subpargrafu

Artikolu 18a(3) sa (5)

Artikolu 20(3) sa (5)

Artikolu 18a(6) l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 20(6) l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 18a(7)

Artikolu 20(7)

Artikolu 18b

Artikolu 21

Artikolu 19

Artikolu 22

Artikolu 20(1), kliem introduttorji

Artikolu 23(1), kliem introduttorji

Artikolu 20(1), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 23(1)(a) u (b)

Artikolu 20(2), kliem introduttorji

Artikolu 23(2), kliem introduttorji

Artikolu 20(2), l-ewwel sas-sitt inċiż

Artikolu 23(2)(a) sa (f)

Artikolu 20(3)

Artikolu 23(3)

Artikolu 21

Artikolu 24

Artikolu 21a

Artikolu 25

Artikolu 26(1)

Artikolu 21b l-ewwel sentenza

Artikolu 26(2) l-ewwel subparagrafu

Artiklu 21b it-tieni sentenza

Artikolu 26(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 22(1) l-ewwel sentenza

Artikolu 27(1) l-ewwel subpargrafu

Artiklu 22(1) it-tieni sentenza

Artikolu 27(1) it-tieni subpargrafu

Artikolu 27(1) it-tielet subparagrafu

Artiklu 22(3) u (4)

Artiklu 27(2) u (3)

Artikolu 23(1) u (2)

Artikolu 28(1) u (2)

Artikolu 28(3)

Artikolu 23(3)

Artikolu 24(1) u (2)

Artikolu 24(3) (1) u (2)

Artikolu 29(a) u (b)

Artikolu 25

Artikolu 30

Artikolu 26 l-ewwel sentenza

Artikolu 31 l-ewwel subparagrafu

Artikolu 26 it-tieni sentenza

Artikolu 31 it-tieni subparagrafu

Artikolu 27

Artikolu 32

Artikolu 28

Artikolu 33

Artikolu 29

Artikolu 34

Anness I u II

Anness I u II

Anness III

Anness IV

Anness III

Anness IV


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Diċembru 2008

li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment tal-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2008/899/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 488/2008 (2), il-Kummissjoni imponiet dazji tal-anti-dumping provviżorji fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' aċidu ċitriku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ).

(2)

Wara l-adozzjoni tal-miżuri anti-dumping provviżorji, il-Kummissjoni kompliet l-istħarriġ dwar id-dumping, il-ħsara, u l-interess Komunitarju. Is-sejbiet u l-konklużjonijiet definittivi tal-istħarriġ huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1193/2008 (3) li jimponi dazju tal-anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina fir-RPĊ.

(3)

L-istħarriġ ikkonferma s-sejbiet provviżorji ta' dumping li jagħmel ħsara rigward l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina mir-RPĊ.

B.   IMPENJI

(4)

Wara l-adozzjoni ta’ miżuri anti-dumping provviżorji, sitt produtturi esportaturi li kooperaw fir-RPĊ, jiġifieri Anhui BBCA Biochemical, RZBC, TTCA, Yixing Union Biochemical, Laiwu Taihe Biochemistry u Weifang Ensign Industry offrew impenji fir-rigward tal-prezzijiet skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn l-impenji, il-produtturi esportaturi offrew li jbiegħu l-prodott ikkonċernat fil-livelli ta' prezz li jeliminaw l-effetti ta’ ħsara tad-dumping jew ogħla. Kull produttur esportatur offra prezz wieħed minimu tal-importazzjoni għat-tipi differenti kollha tal-prodott biex jillimita r-riskju ta’ evażjoni.

(5)

Barra minn hekk, l-offerti jipprovdu għall-indiċjar tal-prezzijiet minimi billi l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat kienu jvarjaw b’mod sinifikanti, b’mod partikolari l-prezzijiet żdiedu b’mod konsiderevoli wara l-perjodu ta’ stħarriġ. L-indiċjar isir skont il-kwotazzjonijiet pubbliċi internazzjonali tal-qamħirrum, il-materja prima ewlenija wżata mill-produtturi esportaturi. Madankollu, il-produtturi esportaturi offrew li jiffissaw il-prezzijiet minimi għall-inqas fil-livell tal-prezz mingħajr ħsara anki jekk l-indiċjar ikun iwassal għal livell tal-prezz aktar baxx.

(6)

Laiwu Taihe Biochemistry, li ngħata trattament ta’ ekonomija tas-suq, offra li jikkalkola l-prezz minimu tiegħu msejjes fuq il-valur normali stabbilit matul l-istħarriġ.

(7)

Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi, biex inaqqsu r-riskju ta’ vjolazzjoni tal-prezz permezz ta’ kumpens trasversali tal-prezzijiet, l-ewwel nett offrew li jirrapportaw il-bejgħ kollu mhux tal-UE lil dawk il-konsumaturi li l-organizzazzjoni jew l-istruttura tagħhom testendi lil hinn mill-UE, f'każ li l-produttur esportatur ibiegħ lil dan il-konsumatur fl-UE. It-tieni, il-produtturi esportaturi qablu li jirrispettaw sistema partikolari ta' prezzijiet b'rabta ma' dak il-bejgħ mhux tal-UE.

(8)

Il-produtturi esportaturi se jipprovdu wkoll tagħrif regolari u dettaljat lill-Kummissjoni dwar l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità, li jfisser li l-impenji jistgħu jiġu ssorveljati b'mod effettiv mill-Kummissjoni.

(9)

Hu nnotat ukoll li l-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina tal-Importaturi u l-Esportaturi ta' Metalli, Minerali u Kimika (“CCCMC”) qed tingħaqad mas-sitt kumpaniji msemmija fil-premessa 3, u li għalhekk is-CCCMC se jkollha rwol attiv fil-monitoraġġ tal-impenji. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li r-riskju ta’ evażjoni tal-impenji miftiehma huwa limitat.

(10)

Wara l-iżvelar tal-offerti ta’ impenn, l-industrija Komunitarja oġġezzjonat għal dawn l-offerti ta’ impenn. L-industrija Komunitarja argumentat li indiċjar imsejjes fuq il-qamħirrum mhuwiex xieraq billi hemm elementi oħra ewlenin li jikkostitwixxu komponenti prinċipali varjanti tal-prezzijiet u ssuġġeriet minflok indiċjar imsejjes kemm fuq il-prezz tal-materja prima kif ukoll fuq dak tal-enerġija. Fir-rigward tal-kummenti tal-industrija Komunitarja li jissuġġerixxu indiċjar imsejjes ukoll fuq l-enerġija, huwa nnotat li l-enerġija mhijiex fattur importanti fil-prezz. Barra minn hekk, ma jkun hemm l-ebda sors ċar ta’ indiċjar billi l-enerġija meħtieġa tista’ tiġi prodotta minn sorsi differenti bħal faħam, gass naturali jew elettriku.

(11)

L-industrija Komunitarja argumentat ukoll li, billi l-produtturi esportaturi jbiegħu l-prodott kopert mill-impenn lil kumpaniji multinazzjonali, hemm riskju għoli ta’ kumpens trasversali tal-prezzijiet jiġifieri l-prodott kopert mill-impenn jista’ jinbiegħ lill-istess konsumatur bi prezzijiet artifiċjalment baxxi barra mill-KE biex jikkumpensaw il-prezzijiet minimi fil-KE. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-biċċa l-kbira tal-bejgħ ta’ esportazzjoni tal-kumpaniji lill-KE jsir lill-kummerċjanti u mhux lill-kumpaniji multinazzjonali. Minkejja dan, u biex jitnaqqas aktar ir-riskju li jifdal ta' kumpens trasversali minn xi kumpaniji speċifiċi, l-offerti jinkludu klawżoli speċjali ta' kumpens trasversali fir-rigward ta' bejgħ mill-kumpaniji kkonċernati lil dawk il-konsumaturi fil-KE li l-organizzazzjoni jew l-istruttura tagħhom testendi lil hinn mill-UE. Dawn il-klawżoli jnaqqsu b’mod sinfikanti r-riskju ta’ kumpens trasversali.

(12)

Fid-dawl ta’ dan, l-impenji offruti mill-produtturi esportaturi huma aċċettabbli.

(13)

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja b’mod effettiv il-konformità tal-kumpaniji mal-impenji, meta t-talba għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa titressaq quddiem l-awtorità tad-dwana rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju tal-anti-dumping se tiddependi fuq (i) il-preżentazzjoni ta’ fattura tal-impenn li jkun fiha għall-inqas l-elementi elenkati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1193/2008; (ii) il-fatt li l-prodotti importati jiġu manifatturati, mibgħuta u fatturati direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità; u (iii) il-fatt li l-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jaqblu preċiżament mad-deskrizzjoni tal-fattura tal-impenn. Meta ma titressaq l-ebda fattura bħal din, jew meta din ma taqbilx mal-prodott ippreżentat lid-dwana, minflok għandha titħallas ir-rata ta’ dazju tal-anti-dumping xierqa.

(14)

Biex jiġi żgurat iżjed ir-rispett effettiv tal-impenji, l-importaturi ġew mgħarrfa mir-Regolament tal-Kunsill imsemmi hawn fuq, li jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet previsti minn dan ir-Regolament jew il-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenji, dan jista’ jwassal biex jinħoloq dejn doganali għat-tranżazzjonijiet rilevanti.

(15)

Fil-każ ta’ vjolazzjoni jew irtirar tal-impenn jew fil-każ ta’ rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, id-dazju tal-anti-dumping impost skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku għandu japplika awtomatikament permezz tal-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-impenji offruti mill-produtturi esportaturi msemmija hawn taħt flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina tal-Importaturi u l-Esportaturi ta’ Metalli, Minerali u Kimika, b'rabta mal-proċediment ta’ anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, qegħdin b’dan jiġu aċċettati.

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi Addizzjonali Taric

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Anhui BBCA Biochemical Co., Ltd – No 73, Daqing Road, Bengbu City, 233010, Provinċja ta’ Anhui

A874

Immanifatturat minn RZBC Co., Ltd – No 9 Xinghai West Road, Rizhao, Provinċja ta’ Shandong u mibjugħ mill-kumpanija ta’ bejgħ relatata RZBC Imp. & Exp. Co., Ltd – No 9 Xinghai West Road, Rizhao, Provinċja ta’ Shandong

A926

Immanifatturat minn RZBC (Juxian) Co., Ltd – West Wing, Chengyang North Road, Ju County, Rizhao, Provinċja ta’ Shandong u mibjugħ mill-kumpanija ta’ bejgħ relatata RZBC Imp. & Exp. Co., Ltd – No 9 Xinghai West Road, Rizhao, il-Provinċja ta’ Shandong

A927

TTCA Co., Ltd – West, Wenhe Bridge North, Anqiu City, Provinċja ta’ Shandong

A878

Yixing Union Biochemical Co., Ltd – Economic Development Zone Yixing City 214203, Provinċja ta’ Jiangsu

A879

Laiwu Taihe Biochemistry Co. Ltd, No 106 Luzhong Large East Street, Laiwu, Provinċja ta’ Shandong

A880

Weifang Ensign Industry Co. Ltd, The West End, Limin Road, Changle City, Provinċja ta’ Shandong

A882

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 143, 3.6.2008, p. 13.

(3)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/65


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/900/PESK

tat-2 ta’ Diċembru 2008

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK (1).

(2)

Il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi emendat biex jittieħed kont tar-rwol tiegħu fis-segwitu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għal sħubija ġdida mal-Asja Ċentrali, adottata mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2007,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Artikolu 3(1)(i) tal-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“(i)

jagħti kontribut għall-formulazzjoni ta’ aspetti tal-PESK li jikkonċernaw is-sigurtà tal-enerġija, il-ġlieda kontra d-droga u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma fir-rigward tal-Asja Ċentrali.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)  ĠU L 38, 13.2.2008, p. 19.


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/66


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/901/PESK

tat-2 ta’ Diċembru 2008

dwar missjoni ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-konflitt fil-Ġeorġja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 23(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni Ewropea hija lesta li timpenja ruħha biex tappoġġa l-isforzi kollha bil-ħsieb ta’ soluzzjoni paċifika u dejjiema għall-konflitti fil-Ġeorġja, u li hija lesta tappoġġa miżuri ta’ bini ta’ fiduċja.

(2)

Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill appoġġa l-idea ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-konflitt fil-Ġeorġja.

(3)

Is-Sinjura Heidi TAGLIAVINI għandha tinħatar bħala Kap ta’ din il-Missjoni ta’ Inkjesta,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kap tal-missjoni ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti u termini ta’ referenza

1.   Is-Sinjura Heidi TAGLIAVINI hija b’dan maħtura kap tal-missjoni ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-konflitt fil-Ġeorġja, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “missjoni ta’ inkjesta”, mit-2 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Lulju 2009.

2.   Il-missjoni ta’ inkjesta għandha l-għan li tinvestiga l-oriġini u l-iżvilupp tal-konflitt fil-Ġeorġja, inkluż skond id-dritt internazzjonali (1), id-dritt umanitarju u d-drittijiet tal-bniedem, u dwar l-akkużi magħmulin f’dan il-kuntest (2). L-ambitu tal-investigazzjoni, kemm ġeografiku kif ukoll temporali, ser ikun wiesa’ biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu ddeterminati l-kawżi kollha possibbli tal-konflitt. Ir-riżultati tal-inkjesta ser jiġu ppreżentati lill-partijiet għall-konflitt, kif ukoll lill-Kunsill, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u lill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), fil-forma ta’ rapport.

3.   Il-kap tal-missjoni ta’ inkjesta huwa responsabbli mill-implimentazzjoni tal-objettivi tal-missjoni ta’ inkjesta. Huwa għandu jistabbilixxi, b’indipendenza totali, il-proċeduri u l-metodi ta’ ħidma tal-missjoni ta’ inkjesta, kif ukoll il-kontenut tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 2

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-missjoni ta’ inkjesta huwa ta’ EUR 1 600 000 għall-perijodu mit-2 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Lulju 2009.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont previst fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mit-2 ta’ Diċembru 2008.

3.   Il-ġestjoni tan-nefqa għandha ssir skond ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Hija għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn il-kap tal-missjoni ta’ inkjesta u l-Kummissjoni.

4.   Il-kap tal-missjoni ta’ inkjesta għandu jagħti rendikont tan-nefqa kollha lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Kompożizzjoni tal-missjoni ta’ inkjesta

Il-kompożizzjoni tal-missjoni ta’ inkjesta għandha tiġi deċiża mill-kap tal-missjoni. Hija għandha tkun komposta minn esperti rikonoxxuti, b’mod partikolari avukati, storiċi, personal militari u esperti dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Artikolu 4

Evalwazzjoni

L-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni għandha tiġi eżaminata mill-Kunsill qabel il-31 ta’ Lulju 2009.

Artikolu 5

Dħul b’effett u skadenza

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tiskadi fil-31 ta’ Lulju 2009.

Artikolu 6

Pubblikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)  Inkluż l-Att Finali ta’ Ħelsinki.

(2)  Inkluż l-allegazzjonijiet ta’ reati tal-gwerra.


3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.