ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
29 ta' Novembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1176/2008 tas-27 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 713/2005 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti antibjotiċi ta’ firxa wiesgħa li joriġinaw mill-Indja

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1178/2008 tat-28 ta' Novembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għall-medda qasira ta' żmien u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 u (KE) Nru 657/2007 fir-rigward ta' addattamenti wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjonijiet statistiċi NACE u CPA ( 1 )

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/2008 tat-28 ta' Novembru 2008 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta' talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1180/2008 tat-28 ta' Novembru 2008 li jwaqqaf sistema ta' komunikazzjoni ta' tagħrif dwar ċerti provvisti ta' ċanga, vitella u majjal fit-territorju tal-Federazzjoni Russa (Verżjoni kodifikata)

44

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1181/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra

47

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1182/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-ammonti ta’ għajnuna minn qabel għall-ħżin privat tal-butir għall-2009

49

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1183/2008 tat-28 ta' Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

51

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1184/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ Vb, VIb u ViaN min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

52

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1185/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija

54

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1186/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2008

56

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq

59

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/109/KE tat-28 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

68

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/891/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/61/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jipprovdu għal derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta’ patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7317)

71

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2008/892/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Ottubru 2008 dwar dispożizzjonijiet transitorji għall-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni tal-ewro fis-Slovakja (BĊE/2008/14)

73

 

 

2008/893/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Novembru 2008 li twaqqaf il-qafas għall-akkwist konġunt tal-Ewrosistema (BĊE/2008/17)

76

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2008/894/PESK

 

*

Deċiżjoni EUMM/1/2008 tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà tas-16 ta’ Settembru 2008 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja EUMM Georgia

79

 

 

2008/895/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà BiH/14/2008 tal-21 ta' Novembru 2008 dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Forza ta’ l-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil- Bosnja u Ħerzegovina

80

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1176/2008

tas-27 ta’ Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 713/2005 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti antibjotiċi ta’ firxa wiesgħa li joriġinaw mill-Indja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 19 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

I.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri eżistenti

(1)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 713/2005 (2), impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti antibjotiċi b’firxa wiesgħa, jiġifieri amoxicillin trihydrate, ampicillin trihydrate u cefalexin li ma tqegħdux f’dożi kkalkulati jew f’forom jew pakketti għal bejgħ bl-imnut (“il-prodott ikkonċernat”) li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi ex 2941 10 10 , ex 2941 10 20 u ex 2941 90 00 li joriġinaw mill-Indja. Ir-rata tad-dazju tvarja bejn 17,3 % u 30,3 % għal esportaturi nominati individwalment b’rata ta’ dazju residwu ta’ 32 % impost fuq importazzjonijiet minn esportaturi oħrajn.

II.   Bidu ta’ reviżjoni interim parzjali

(2)

Wara l-impożizzjoni tad-dazju kumpensatorju definittiv il-Gvern tal-Indja (“GTI”) issottemetta li ċ-ċirkustanzi fir-rigward ta’ żewġ skemi ta’ sussidju (l-Iskema tal-Passbook għall-Intitolament tad-Dazju u l-Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul taħt it-Taqsima 80 HHC tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul), inbidlu u dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema. Għaldaqstant, kien sostnut li l-livell ta’ sussidjar x’aktarx li kien naqas u għalhekk miżuri li ġew stabbiliti parzjalment fuq dawn l-iskemi għandhom jiġu riveduti.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza mressqa mill-GTI u qesitha biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Wara li kkunsultat lill-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni bdiet permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), reviżjoni interim parzjali ex officio tar-Regolament (KE) Nru 713/2005.

(4)

Il-fini tal-investigazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali hija li jiġi vvalutat il-bżonn għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emenda tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji li bbenefikaw minn waħda mill-iskemi ta’ sussidju mibdula jew mit-tnejn li huma, fejn kienet ipprovduta biżżejjed evidenza b’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-avviż ta’ bidu. L-investigazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali tivvaluta wkoll il-bżonn, abbażi tal-konklużjonijiet mir-reviżjoni, biex ikunu riveduti l-miżuri applikabbli għal kumpaniji oħra li kkooperaw fl-investigazzjoni li stabbilew il-livell tal-miżuri eżistenti u/jew il-miżura residwi applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

III.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(5)

L-investigazzjoni kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni” jew il-“PIR”).

IV.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(6)

Il-Kummissjoni infurmat lill-GTI u lil dawk il-produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw fl-investigazzjoni preċedenti, li kienu msemmija fir-Regolament (KE) Nru 713/2005 u li kienu elenkati fl-avviż ta’ bidu tar-reviżjoni interim parzjali, li nstab li jibbenefikaw minn kwalunkwe waħda miż-żewġ skemi ta’ sussidju allegatament mibdula, kif ukoll lill-produtturi Komunitarji bil-bidu tal-investigazzjoni għal reviżjoni interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmiethom bil-miktub u li jitolbu seduta. Il-kummenti bil-miktub u bil-fomm ippreżentati mill-partijiet kienu kkunsidrati u, meta kien xieraq, ingħata kas tagħhom.

(7)

Fid-dawl tal-għadd apparenti ta’ partijiet involuti f’din ir-reviżjoni, l-użu ta’ teknika ta’ kampjunament għall-investigazzjoni tal-issussidjar kien previst taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

(8)

Żewġ produtturi esportaturi biss ippreżentaw ruħhom u pprovdew it-tagħrif mitlub għat-teħid ta’ kampjuni. Għalhekk, l-użu ta’ teknika ta’ kampjunament ma tqiesx li kien hemm bżonnu.

(9)

Madankollu, wieħed mill-produtturi esportaturi msemmija hawn fuq stqarr fit-tweġiba tiegħu għat-teħid tal-kampjuni li ma rċeviex benefiċċji taħt iż-żewġ skemi ta’ sussidju allegatament mibdula (jiġifieri l-Iskema ta’ Passbook għall-Intitolament tad-Dazju u l-Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul taħt it-Taqsima 80 HHC tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul) jew waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni li wassal għall-miżuri fis-seħħ jew il-PIR. Barra minn hekk, din il-kumpanija ma kkooperatx fl-investigazzjoni oriġinali, u ma kien hemm l-ebda bżonn identifikat biex tadatta l-miżura residwa applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha, inkluża din. B’hekk, il-kumpanija ma ssodisfatx id-dispożizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-ambitu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni interim parzjali kif stabbilit fil-punt (4) tal-avviż ta’ bidu u għalhekk ma setgħetx tipparteċipa f’din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni. Il-kumpanija meqjusa kienet informata b’dan.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-uniku produttur esportatur li kkoopera li kien eleġibbli għal din ir-reviżjoni (Ranbaxy Laboratories Ltd) u l-GTI. Waslu tweġibiet kemm mingħand dak il-produttur u kemm mill-GTI.

(11)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tal-issussidjar. Saru żjajjar ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-partijiet ikkonċernati li ġejjin:

(1)

Il-Gvern tal-Indja

Il-Ministeru tal-Kummerċ, New Delhi.

(2)

Produtturi esportaturi fl-Indja

Ranbaxy Laboratories Ltd., New Delhi.

VI.   Żvelar u kummenti dwar il-proċedura

(12)

Il-GTI u l-partijiet interessati l-oħrajn kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tiġi proposta l-emenda għar-rata applikabbli tad-dazju għall-uniku produttur Indjan li kkoopera u jittawlu l-miżuri eżistenti għall-kumpaniji l-oħrajn kollha li ma kkooperawx ma’ din ir-reviżjoni interim parzjali. Huma ngħataw ukoll żmien raġonevoli biex jikkummentaw. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti kollha tqiesu sew kif stabbilit hawn taħt.

B.   IL-PRODOTT KONĊERNAT

(13)

Il-prodott kopert minn din ir-reviżjoni huwa l-istess prodott bħal dak ikkonċernat mir-Regolament tal-Kunsill, (KE) Nru 713/2005, jiġifieri amoxicillin trihydrate, ampicillin trihydrate u cefalexin li ma tqegħdux f’dożi kkalkulati jew f’forom jew pakketti għal bejgħ bl-imnut li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi ex 2941 10 10 , ex 2941 10 20 u ex 2941 90 00 u li joriġinaw mill-Indja.

C.   SUSSIDJI

I.   Introduzzjoni

(14)

Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-GTI u l-uniku produttur esportatur li kkoopera u t-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:

(a)

L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (li qabel kienet magħrufa bħala l-Iskema ta’ Liċenzja bil-Quddiem);

(b)

L-Iskema ta’ Passbook għall-Intitolament tad-Dazju;

(ċ)

L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni;

(d)

L-Iskema ta’ Suq Iffukat;

(e)

L-Iskema tat-Taxxa fuq id-Dħul:

L-Iskema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul għall-Esportazzjoni,

Inċentiv tat-Taxxa fuq id-Dħul għar-Riċerka u l-Iżvilupp;

(f)

L-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni.

(15)

L-iskemi (a) sa (d) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq l-Att dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (l-“Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika ta’ esportazzjoni u importazzjoni. Dawn jinsabu miġbura fil-qosor fid-dokumenti “Politika ta’ Esportazzjoni u Importazzjoni”, li l-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ kull ħames snin u jaġġorna regolarment. Dokument wieħed ta’ Politika ta’ Esportazzjoni u Importazzjoni huwa rilevanti għall-PIR ta’ dan il-każ; jiġifieri l-pjan ta’ ħames snin relatat mal-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009 (“politika-EXIM 04-09”). Barra minn hekk, il-GTI jistipula l-proċeduri li jirregolaw il-politika EXIM 04-09 f’“Manwal ta’ Proċeduri - mill-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009, Volum I” (“HOP I 04-09”). Il-Manwal ta’ Proċedura jkun aġġornat ukoll fuq bażi regolari.

(16)

L-Iskemi tat-Taxxa fuq id-Dħul speċifikati hawn fuq taħt (e) huma bbażati fuq l-Att tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-1961, li tkun emendata kull sena mill-Att tal-Finanzi.

(17)

L-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni speċifikata taħt (f) hija bbażata fuq it-taqsimiet 21 u 35 A tal-Att tal-1949 dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Attività Bankarja, li tippermetti lill-Bank ta’ Riserva tal-Indja (“BRI”) jidderieġi lill-banek kummerċjali fil-qasam tal-krediti għall-esportazzjoni.

(18)

Taħt l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-GTI għal konsultazzjonijiet addizzjonali fir-rigward kemm ta’ skemi mibdula u kemm ta’ skemi li baqgħu l-istess bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fattwali fir-rigward tal-iskemi allegati u li jaslu għal soluzzjoni li jaqblu magħha t-tnejn. Wara dawn il-konsultazzjonijiet, u fin-nuqqas ta’ soluzzjoni maqbula mit-tnejn fir-rigward ta’ dawn l-iskemi, il-Kummissjoni inkludiet dawn l-iskemi kollha fl-investigazzjoni tal-issussidjar.

II.   Skemi Speċifiċi

1.   Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (“AAS”)

(a)   Bażi ġuridika

(19)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-politika EXIM 04-09 u l-kapitoli 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 04-09. Din l-iskema kienet tissejjaħ Skema ta’ Liċenzja bil-Quddiem matul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni preċedenti li wasslet għall-impożizzjoni mir-Regolament (KE) Nru 713/2005 tad-dazju kumpensatorju definittiv fis-seħħ bħalissa.

(b)   Eliġibbiltà

(20)

L-AAS tikkonsisti f’sitt sottoskemi, kif deskritt f’iktar dettall fil-premessa (23). Dawk is-sottoskemi jvarjaw fost l-oħrajn fl-ambitu tal-eliġibbiltà. Il-fabbrikanti-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” fabbrikanti sostenituri huma eliġibbli għall-AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi u għall-AAS għall-ħtieġa annwali. Il-fabbrikanti-esportaturi li jfornu lill-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Il-kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji “meqjusa bħala esportati” msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika EXIM 04-09, bħall-fornituri ta’ unità orjentata lejn l-esportazzjoni (“EOU”), huma eliġibbli għall-AAS għall-meqjusa bħala esportati. Eventwalment, il-fornituri intermedji għall-fabbrikanti-esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji “meqjusa bħala esportati” taħt is-sottoskemi Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”) u ittra ta’ kreditu interna wara l-oħra.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(21)

Awtorizzazzjonijiet bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:

(i)

Esportazzjonijiet fiżiċi: Din hija s-sottoskema ewlenija. Hija tippermetti l-importazzjoni bla dazju tal-materjali li jidħlu fil-produzzjoni tal-prodott speċifiku li jirriżulta għall-esportazzjoni. “Fiżiku” f’dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Permess għall-importazzjoni u obbligu għall-esportazzjoni inkluż it-tip ta’ prodott għall-esportazzjoni jkunu speċifikati fl-awtorizzazzjoni.

(ii)

Rekwiżit annwali: Awtorizzazzjoni bħal din mhix marbuta ma’ prodott għall-esportazzjoni speċifiku, imma ma’ grupp usa’ ta’ prodotti (eż. prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur tal-awtorizzazzjoni jista’ – sa ċertu limitu fil-valur stabbilit mill-esportazzjonijiet preċedenti – jimporta bla dazju dak kollu li jkun se jintuża fil-manifattura ta’ kwalunkwe oġġett li jaqa’ taħt dan il-grupp ta’ prodotti. Huwa jkun jista’ jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta li jidħol f’dan il-grupp ta’ prodotti billi juża dan il-materjal eżentat mid-dazju.

(iii)

Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ fabbrikanti jkun beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess ta’ produzzjoni. Il-fabbrikant-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista’ jimporta bla dazju l-materjal li jidħol fil-prodott u jista’ jikseb għal din il-fini l-AAS għall-provvisti intermedji. L-esportatur finali jwassal fit-tmiem il-produzzjoni u jkun obbligat li jesporta l-prodott mitmum.

(iv)

Meqjusa bħala esportati: Din is-sottoskema tippermetti lill-kuntrattur ewlieni li jimporta bla dazju materjali li jidħlu fil-produzzjoni tal-oġġetti li se jinbigħu bħala “meqjusa bħala esportati” lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2.(b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-politika-EXIM 04-09. Taħt il-GTI, oġġetti meqjusa bħala esportati jirriferu għal dawk it-tranżazzjonijiet fejn l-oġġetti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Għadd ta’ kategoriji ta’ provvisti huma kkunsidrati meqjusa bħala esportazzjonijiet sakemm l-oġġetti jiġu ffabbrikati fl-Indja, eż. provvista ta’ oġġetti lil EOU jew lil kumpanija li tkun tinsab f’żona ekonomika speċjali (“SEZ”).

(v)

ARO: Id-detentur tal-AAS li jkun beħsiebu li jġib il-materjal li jidħol fil-prodott minn sorsi indiġeni, minflok ma jimporta direttament, ikollu l-għażla li jġibhom kontra l-AROs. F’każijiet bħal dawn l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem ikunu vvalidati bħala AROs u jkunu endorsjati lill-fornitur indiġenu mal-kunsinna tal-oġġetti speċifikati fihom. L-endorsjar tal-ARO jintitola l-fornitur indiġenu għall-benefiċċji ta’ dawk meqjusa bħala esportati kif stabbilit fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 04-09 (jiġifieri l-AAS għall-provvisti intermedji/meqjusa bħala esportati, ħlas lura ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa bħala esportati u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu tal-ARO jirrifondi taxxi u dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta’ ħlas lura/rifużjoni ta’ dazji. Ir-rifużjoni ta’ taxxi/dazji hija disponibbli għall-materjali li jidħlu fil-prodott kemm jekk ikunu indiġeni u kemm jekk ikunu importati.

(vi)

Ittra ta’ kreditu interna wara l-oħra: Din is-sottoskema għal darba oħra tkopri l-provvisti indiġeni lil detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista’ javviċina bank biex jiftaħ ittra ta’ kreditu interna favur il-fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni titħassar mill-bank għall-importazzjoni diretta, b’konnessjoni biss mal-valur u l-volum tal-oġġetti miġjuba minn sorsi indiġeni minflok ma jkunu importati. Il-fornitur indiġenu jkun intitolat għall-benefiċċji ta’ dawk meqjusa bħala esportati kif stipulat fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 04-09 (jiġifieri AAS għall-provvisti intermedji/oġġetti meqjusa bħala esportati, ħlas lura ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa bħala esportati u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali).

Kien stabbilit li waqt il-PIR, l-esportatur li kkoopera kiseb biss konċessjonijiet taħt żewġ sottoskemi marbuta mal-prodott ikkonċernat, jiġifieri (i) AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi u (ii) AAS għall-provvisti intermedji. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġi stabbilit kumpens għas-sottoskemi mhux użati li jifdal.

(22)

Wara l-impożizzjoni mir-Regolament (KE) Nru 713/2005 tad-dazju kumpensatorju definittiv fis-seħħ bħalissa, il-GTI mmodifika s-sistema ta’ verifika applikabbli għall-AAS. F’termini konkreti, għal finijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa obbligat legalment li jżomm “rendikont veru u proprju tal-konsum u l-użu ta’ oġġetti importati bla dazju/miksuba lokalment” f’format speċifikat (kapitoli 4.26, 4.30 u l-Appendiċi 23 HOP I 04-09), jiġifieri reġistru tal-konsum effettiv. Dan ir-reġistru għandu jkun ivverifikat minn kontabilist estern imqabbad/kontabilist tal-ispejjeż u x-xogħlijiet li joħroġ ċertifikat li jgħid li r-reġistri preskritti u r-rekords rilevanti ġew eżaminati u t-tagħrif fornut taħt l-Appendiċi 23 huwa minnu u korrett f’kull rigward. Madankollu, id-dispożizzjonijiet msemmija qabel japplikaw biss għal Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem maħruġa nhar it-13 ta’ Mejju 2005 jew wara. Għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem kollha jew għal-Liċenzji bil-Quddiem maħruġa qabel dik id-data, id-detenturi huma mitluba jsegwu d-dispożizzjonijiet ta’ verifika applikabbli preċedentement, jiġifieri li jinżamm rendikont veru u proprju tal-konsum tal-liċenzji u użu ta’ oġġetti importati fil-format speċifikat tal-Appendiċi 18 (kapitolu 4.30 u Appendiċi 18 HOP I 02-07).

(23)

Fir-rigward tas-sottoskemi użati matul il-PIR mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, jiġifieri esportazzjonijiet fiżiċi u provvisti intermedji, kemm il-kwota permessa għall-importazzjoni kif ukoll l-obbligu tal-esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u huma dokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-waqt tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet korrispondenti jridu jkunu dokumentati mill-uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet permess taħt din l-iskema jkun iddeterminat mill-GTI fuq il-bażi tan-normi standard ta’ dħul-ħruġ (“SIONs”). Is-SIONs jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat u huma ppubblikati fil-HOP II 04-09. Wara l-impożizzjoni mir-Regolament (KE) Nru 713/2005 tad-dazju kumpensatorju definittiv fis-seħħ bħalissa, in-normi SION għall-prodott ikkonċernat kienu applikabbli biss sa Settembru 2005. Ħarġu normi ġodda f’Settembru 2006 (għal amoxicillin trihydrate) u f’April 2007 (għal ampicillin trihydrate u cefalexin). Sadattant, applikaw normi ad hoc.

(24)

Il-materjali importati biex jidħlu fil-prodott mhumiex trasferibbli u jridu jintużaw biex jinħadem il-prodott għall-esportazzjoni li jirriżulta. L-obbligu tal-esportazzjoni jrid ikun sodisfatt fi żmien preskritt wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni (24 xahar b’żewġ estensjonijiet possibbli ta’ 6 xhur kull waħda).

(25)

L-investigazzjoni tar-reviżjoni stabbiliet li l-materja prima kienet importata taħt awtorizzazzjonijiet/liċenzji differenti u normi SION differenti u mbagħad tħalltu u ġew inkorporati fiżikament fil-proċess ta’ produzzjoni tal-istess oġġett esportat. Wara li tqies dan ta’ hawn fuq, ma kienx possibbli li jiġi stabbilit jekk ir-rekwiżiti tan-normi SION, stipulati taħt awtorizzazzjonijiet/liċenzji speċifiċi, fir-rigward ta’ materjali bla dazju li jidħlu fil-prodott jeċċedux il-materjal meħtieġ biex tiġi prodotta l-kwantità ta’ referenza tal-prodott għall-esportazzjoni li jirriżulta.

(26)

L-investigazzjoni tar-reviżjoni stabbiliet ukoll li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani jew ma kinux onorati jew ma ġewx ittestjati fil-prattika. Għal-Liċenzji bil-Quddiem maħruġa qabel it-13 ta’ Mejju 2005 r-reġistri tal-ħażna u l-konsum proprju meħtieġa (jiġifieri l-Appendiċi 18) ma kinux jeżistu. Għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem maħruġa wara t-13 ta’ Mejju 2005 r-reġistri tal-ħażna u l-konsum proprju neċessarji ntużaw imma l-GTI kien għadu ma vverifikax il-konformità ta’ dawn ir-reġistri mar-rekwiżiti tal-politika EXIM. F’dan l-aħħar każ, ir-reġistri kienu vverifikati biss minn kontabilist estern mqabbad kif mitlub mil-leġiżlazzjoni Indjana rilevanti msemmija fil-premessa (22). Madankollu, ma kien hemm l-ebda reġistri miżmuma la mill-kumpanija u lanqas mill-kontabilista mqabbad dwar kif seħħ dan il-proċess ta’ ċertifikazzjoni. Ma kien hemm l-ebda pjan ta’ verifika jew kwalunkwe materjal ta’ sostenn ieħor tal-verifika li saret, l-ebda tagħrif irreġistrat dwar il-metodoloġija użata u r-rekwiżit speċifiku meħtieġ għal xogħol skrupluż ta’ dan it-tip li jirrikjedi għarfien tekniku dettaljat dwar il-proċessi tal-produzzjoni, ir-rekwiżiti tal-politika EXIM u l-proċedura tal-kontabbiltà. Wara li tqieset din is-sitwazzjoni, huwa kkunsidrat li l-esportatur investigat ma kienx kapaċi juri li d-dispożizzjonijiet EXIM rilevanti kienu sodisfatti.

(d)   Kummenti dwar l-iżvelar

(27)

L-uniku produttur li kkoopera bagħat kummenti dwar l-AAS. Il-kumpanija sostniet li minkejja s-sitwazzjoni deskritta fil-premessa (24) kien possibbli li jiġi stabbilit jekk rekwiżiti ta’ normi SION stipulati taħt awtorizzazzjonijiet speċifiċi jeċċedux il-materjali meħtieġa biex tiġi prodotta kwantità ta’ referenza tal-prodott għall-esportazzjoni li jirriżulta u li l-kumpanija żammet reġistri tal-konsum proprju b’mod metikoluż ħafna. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li r-reġistri ta’ produzzjoni proprja kkonfermaw li ma kienx possibbli li jiġi stabbilit punt ta’ riferiment affidabbli għal kull awtorizzazzjoni mogħtija (jiġifieri materjali meħtieġa għall-produzzjoni tal-kwantità ta’ referenza) wara li jitqiesu d-diversi normi SION applikabbli u t-taħlita inkoerenti ta’ materja prima użata għall-produzzjoni. Barra minn hekk, instab li xi materji primi koperti mill-iskema ntużaw għal prodotti li mhumiex il-prodott ikkonċernat. B’hekk, kwalunkwe attentat ta’ kalkolu tar-riżultati tat-trendija għall-prodott fl-investigazzjoni jsiru virtwalment impossibbli. Barra minn hekk, bi ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-GTI, il-kumpanija ma żammitx ir-reġistru ta’ konsum mitlub mill-politika EXIM (jiġifieri l-Appendiċi 18) li l-għan tagħha hu li jinstab mod komprensibbli ta’ monitoraġġ u verifika ta’ konsum proprju. Il-kumpanija sostniet ukoll li l-Artikolu 26(1) tar-Regolament bażiku ma jagħtix is-setgħa lill-Kummissjoni li teżamina r-reġistri tal-kontabilista indipendenti mqabbad. Skont il-kumpanija, iċ-ċertifikat irid ikun aċċettat sakemm ma jkunx hemm raġunijiet biex jitwemmen li l-kontabilista mqabbad għamel ċertifikazzjoni falza. F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li l-proċess ta’ verifika li sar mill-kontabilista mqabbad u l-ħruġ taċ-ċertifikat rilevanti jifforma parti mis-sistema ta’ verifika introdotta mill-GTI fil-politika EXIM tagħha, kif deskritt fil-premessa (22). Il-Kummissjoni għalhekk kienet obbligata teżamina jekk is-sistema ta’ verifika msemmija qabel kinitx applikata b’mod effettiv. Barra minn hekk, b’konformità mal-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha teżamina t-tagħrif fornut matul l-investigazzjoni li l-konklużjonijiet huma bbażati fuqhom.

Il-fatt li la l-kumpanija u lanqas il-kontabilista imqabbad assenjat ma għandhom l-ebda reġistru dwar il-kontrolli li saru sabiex jinħareġ iċ-ċertifikat stipulat mill-politika EXIM juri li l-kumpanija ma kinitx f’pożizzjoni li tipprova li d-dispożizzjonijiet ta’ politika EXIM rilevanti ġew sodisfatti. Il-kumpanija ddisputat il-fatt li l-GTI għadu ma vverifikax il-konformità tar-reġistri tagħha mar-rekwiżiti tal-politika EXIM imma ma pprovdiet l-ebda evidenza konkreta dwar il-pretensjoni tagħha. Kien argumentat ukoll li l-konsum proprju tal-uniku produttur li kkoopera kien ogħla min-normi SION għal kull materjal li jidħol fil-prodott u li ma kien hemm l-ebda remissjoni eċċessiva tad-dazji. Madankollu, wara li tqieset is-sitwazzjoni reali li nstabet fuq il-post (jiġifieri taħlita ta’ materjali li jidħlu fil-prodott u prodotti ffabbrikati, l-użu ta’ normi SION differenti, in-nuqqas tar-reġistri tal-konsum proprji stipulati mill-politika EXIM) u sakemm jintlaħqu l-passi ta’ verifika finali neċessarji mill-GTI, kwalunkwe kalkolu fir-rigward tal-konsum proprju u remissjoni eċċessiva ta’ dazji konsegwenti għal kull awtorizzazzjoni/liċenzja u norma SION ma kienx fattibbli. Għalhekk, il-pretensjonijiet kollha msemmija hawn fuq kellhom jiġu miċħuda. Finalment, il-kumpanija pprovdiet kummenti dwar żball ta’ kalkolu li tqies li hu spjegabbli u kien rikonoxxut fil-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju.

(e)   Konklużjoni

(28)

L-eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni hija sussidju fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribut finanzjarju tal-GTI li tagħti benefiċċju lill-esportatur investigat.

(29)

Barra minn hekk, l-AAS għall-esportazzjoni fiżika u l-AAS għall-provvisti intermedji huma b’mod ċar assoċjati fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa li jkunu speċifiċi u jistgħu jiġu kumpensati taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn għall-esportazzjoni kumpanija ma tkunx tista’ tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi.

(30)

L-ebda waħda miż-żewġ sottoskemi użati fil-każ preżenti ma jistgħu jitqiesu bħala sistemi permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistemi alternattivi għall-ħlas lura ta’ dazju fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma mhumiex konformi mar-regoli stipulati fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax effettivament is-sistema jew il-proċedura ta’ verifika tiegħu biex jikkonferma jekk u f’liema ammonti l-materja għall-produzzjoni ġietx ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi alternattivi għall-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness III(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-SIONs innifishom ma jistgħux jitqiesu sistema ta’ verifika tal-konsum proprju, peress li materjali bla dazju li jidħlu fil-prodott importati taħt awtorizzazzjonijiet/liċenzji b’rendita tas-SIONs differenti jitħalltu fl-istess proċess ta’ produzzjoni għal oġġett ta’ esportazzjoni. Dan it-tip ta’ proċess ma jippermettix lill-GTI biex jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti liema ammonti ta’ materjali li jidħlu fil-prodott kienu kkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni u ma’ liema punt ta’ riferiment SION għandhom jitqabblu. Barra minn hekk, kontroll effettiv li jsir mill-GTI bbażat fuq ir-reġistru tal-konsum proprju miżmum b’mod korrett jew ma sarx jew għadu ma tlestiex. Iktar minn hekk, il-GTI m’għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq il-materjali li jidħlu fil-prodott effettivament involuti, għalkemm dan normalment ikollu jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku). Fl-aħħar nett, l-involviment ta’ kontabilisti mqabbda fil-proċess ta’ verifika ma wassalx għal titjib fis-sistema ta’ verifika peress li ma jeżistu l-ebda regoli dettaljati dwar kif il-kontabilisti mqabbda għandhom iwettqu l-ħidmiet fdati lilhom u t-tagħrif ippreżentat matul l-investigazzjoni mhuwiex biżżejjed biex jissodisfa r-regoli msemmija hawn fuq stipulati fir-Regolament bażiku.

(31)

Dawn iż-żewġ sottoskemi għalhekk jistgħu jiġu kumpensati.

(f)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(32)

Fin-nuqqas ta’ sistemi ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistemi ta’ sostituzzoni ta’ ħlas lura permessi, il-benefiċċju li jista’ jiġi kumpensat huwa r-remissjoni ta’ dazji ta’ importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tal-materjali li jidħlu fil-prodott. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-kumpens għal remissjoni “tal-eċċess” tad-dazji. Taħt l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku remissjoni tal-eċċess tad-dazji tista’ tkun kumpensata, sakemm il-kundizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu sodisfatti. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet ma kinux sodisfatti fil-każ preżenti. Għalhekk, jekk ikun stabbilit nuqqas ta’ proċess ta’ monitoraġġ adegwat, l-eċċezzjoni ta’ hawn fuq għal skemi ta’ ħlas lura mhix applikabbli u tapplika r-regola normali tal-kumpens għall-ammont ta’ dazji mhux imħallsa (dħul maħfur), iktar milli kwalunkwe remissjoni ta’ eċċess li sar. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, il-piż tal-kalkolu ta’remissjoni ta’ eċċess bħal dan ma jaqax fuq l-awtorità investigattiva. Kuntrarjament, taħt l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku hija jkollha biss tistabbilixxi biżżejjed evidenza biex tirrifjuta l-adegwatezza ta’ sistema ta’ verifika allegata.

(33)

L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur li uża l-AAS kien ikkalkulat abbażi ta’ dazji ta’ importazzjoni maħfura (dazju bażiku tad-dwana u dazju tad-dwana speċjali addizzjonali) fuq il-materjal importat taħt iż-żewġ sottoskemi użati għall-prodott ikkonċernat matul il-PIR (nominatur). Taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont ta’ sussidju meta saru talbiet ġustifikati. Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni ġġenerat mill-prodott ikkonċernat matul il-PIR bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet fabbrikati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(34)

Ir-rata stabbilita tas-sussidju fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-uniku produttur li kkoopera jammonta għal 8,2 %.

2.   L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji (“DEPBS”)

(a)   Bażi ġuridika

(35)

Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DEPBS tinsab fil-paragrafu 4.3 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 4 tal-HOP I 04-09.

(b)   Eliġibbiltà

(36)

Kwalunkwe fabbrikant-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika tad-DEPBS

(37)

Esportatur eliġibbli jista’ japplika għall-krediti tad-DEPBS li jkunu kkalkulati bħala perċentwali tal-valur tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Dawn ir-rati tad-DEPBS kienu stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-biċċa l-kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Huma jkunu ddeterminati fuq il-bażi tas-SIONs, billi jkun kunsidrat il-kontenut preżunt importat ta’ dak li ddaħħal fil-prodott għall-esportazzjoni u l-inċidenza tad-dazju doganali fuq din l-importazzjoni preżunta irrispettivament minn jekk id-dazji ta’ importazzjoni kinux effettivament tħallsu jew le.

(38)

Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija trid tesporta. Fil-mument li tkun qed issir l-esportazzjoni, trid issir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika illi l-esportazzjoni qed issir taħt id-DEPBS. Sabiex l-oġġetti jkunu esportati, l-awtoritajiet doganali Indjani joħorġu, waqt il-proċedura tad-dispaċċ, il-polza tat-tagħbija tal-esportazzjoni. Dan id-dokument juri, fost l-oħrajn, l-ammont tal-kreditu tad-DEPBS li jrid jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni. F’dan il-mument, l-esporatur ikun jaf il-benefiċċju li jkun se jirċievi. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tat-tagħbija tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar l-għoti tal-kreditu tad-DEPBS. Ir-rata tad-DEPBS rilevanti biex ikun ikkalkulat il-benefiċċju hija dik applikata fiż-żmien li ssir id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni. Għalhekk, ma jkun hemm l-ebda possibbiltà li l-livell tal-benefiċċju jkun emendat b’mod retroattiv.

(39)

Il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli liberament u validi għal perjodu ta’ 12-il xahar mid-data ta’ ħruġ. Dawn jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe oġġetti li jistgħu jkunu importati mingħajr ostakolu, ħlief l-oġġetti kapitali. L-oġġetti importati kontra dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għat-taxxa fuq il-bejgħ) jew jintużaw mod ieħor.

(40)

Applikazzjonijiet għal krediti DEPBS jiġu ffajljati u jistgħu jkopru ammont illimitat ta’ tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni. De facto ma jeżistu l-ebda skadenzi stretti biex wieħed japplika għall-krediti DEPBS. Is-sistema elettronika użata għall-ġestjoni ta’ DEPBS ma teskludix awtomatikament tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni li jaqbżu l-perjodi ta’ skadenza għas-sottomissjonijiet fil-kapitolu 4.47 HOP I 04-09. Barra minn hekk, kif stipulat b’mod ċar fil-kapitolu 9.3 HOP I 04-09 applikazzjonijiet li jaslu wara l-iskadenza taż-żmien għas-sottomissjoni jistgħu dejjem jiġu kkunsidrati bl-impożizzjoni ta’ ħlas minuri ta’ penalità (jiġifieri 10 % fuq l-intitolament).

(d)   Kummenti dwar l-Iżvelar

(41)

Mal-iżvelar l-uniku produttur li kkoopera bagħat kummenti dwar id-DEPBS. Il-kumpanija sostniet li l-benefiċċju DEPB m’għandux ikun kumpensat minħabba li ma tteħidx vantaġġ minnu għall-prodott ikkonċernat. Madankollu, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda argument li jista’ jiddisputa l-implimentazzjonijiet prattiċi tal-iskema kif espressa fil-premessi (37) sa (40). Il-kumpanija sostniet ukoll li l-ammont ta’ kreditu biss tal-esportazzjonijiet li saru matul il-PIR għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-benefiċċju tad-dazju mogħti imma naqset milli tissustanzja għala l-metodoloġija tal-kalkolu użata kemm fl-investigazzjoni preżenti u kemm f’dik preċedenti li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dawk il-pretensjonijiet kellhom jiġu miċħuda. Finalment, il-kumpanija pprovdiet kummenti dwar żball ta’ kalkolu li tqies li hu spjegabbli u kien rikonoxxut fil-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju.

(e)   Konklużjonjiet dwar id-DEPBS

(42)

Id-DEPBS jipprovdi s-sussidji fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu DEPBS huwa kontribut finanzjarju mill-GTI, peress li l-kreditu se jintuża eventwalment biex ipaċi d-dazji ta’ importazzjoni, b’hekk jitnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li inkella jkun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu DEPBS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu.

(43)

Id-DEPBS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u jista’ jiġi kumpensat taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(44)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxi l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti stipulati fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur m’għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-oġġetti importati bla dazju u l-ammont tal-kreditu mhux ikkalkulat b’konnessjoni mal-oġġetti li fil-fatt intużaw. Barra minn hekk, m’hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema materjali kienu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx sar ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Finalment, l-esportatur ikun eliġibbli għall-benefiċċji DEPBS irrispettivament minn jekk jimportax oġġetti biex jidħlu fil-prodott jew le. Sabiex jikseb il-benefiċċju, ikun biżżejjed għall-esportatur li sempliċiment jesporta l-oġġetti mingħajr ma juri li kien importat materjal biex jidħol fil-prodott. B’hekk, anke esportaturi li jakkwistaw lokalment dak kollu li jidħol fil-prodott u ma jimportaw l-ebda oġġett li jista’ jintuża fil-prodott jibqgħu intitolati li jibbenifikaw mid-DEPBS.

(f)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(45)

Taħt l-Artikoli 2(2) u 5 tar-Regolament bażiku u l-metodoloġija ta’ kalkolu użata għal din l-iskema fir-Regolament (KE) Nru 713/2005, l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji kien ikkalkulat fit-termini tal-benefiċċju li jingħata lil min jirċevih, li nstab li jeżisti matul il-PIR. F’dan ir-rigward, huwa kkunsidrat illi l-benefiċċju jingħata lil min jirċevih fil-mument meta t-tranżazzjoni tal-esportazzjoni ssir taħt din l-iskema. F’dan il-ħin, il-GTI ikun suġġett li jċedi id-dazji doganali, li jikkostitwixxi kontribut finanzjarju fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet tad-dwana joħorġu polza tat-tagħbija tal-esportazzjoni li turi, fost l-oħrajn, l-ammont ta’ kreditu DEPBS li jrid jingħata għal dik it-tranżazzjoni tal-esportazzjoni, il-GTI m’għandu l-ebda diskrezzjoni dwar jingħatax jew le s-sussidju u m’għandha l-ebda diskrezzjoni dwar l-ammont ta’ sussidju. Kwalunkwe bidla fir-rati DEPBS bejn l-esportazzjoni proprja u l-ħruġ ta’ liċenzja DEPBS ma għandha l-ebda effett retroattiv fuq il-livell tal-benefiċċju mogħti. Barra minn hekk, l-uniku produttur esportatur li kkoopera bbukkja l-krediti DEPBS fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fl-istadju ta’ tranżazzjoni tal-esportazzjoni.

(46)

Meta saru talbiet ġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti, biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat tal-esportazzjoni totali matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet fabbrikati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(47)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-uniku produttur li kkoopera jammonta għal 2,1 %.

3.   Skema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (“EPCGS”)

(a)   Bażi ġuridika

(48)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-kapitolu 5 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 5 tal-HOP I 04-09.

(b)   Eliġibbiltà

(49)

Il-fabbrikanti-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma” fabbrikanti sekondarji u dawk li jipprovdu servizz huma eliġibli għal din l-iskema.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(50)

Bil-kondizzjoni ta’ obbligu ta’ esportazzjoni, kumpanija titħalla timporta oġġetti kapitali (ġodda u - minn April 2003 - oġġetti kapitali diġà użati li għandhom inqas minn 10 snin) b’rata ta’ dazju mnaqqsa. Għal dan il-għan il-GTI joħroġ liċenzja EPCGS mal-applikazzjoni u l-ħlas ta’ dritt. Minn April 2000, l-iskema tipprovdi għal rata ta’ dazju ta’ importazzjoni mnaqqsa ta’ 5 % applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati taħt l-iskema. Sal-31 ta’ Marzu 2000, kienet applikabbli rata ta’ dazju effettiva ta’ 11 % (inkluż ħlas ta’ soprataxxa ta’ 10 %) u, fil-każ ta’ importazzjonijiet ta’ valur għoli, kienet tapplika rata ta’ dazju ta’ żero. Sabiex ikun sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ oġġetti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu.

(51)

Id-detentur tal-liċenzja tal-EPCGS jista’ wkoll iġib l-oġġetti kapitali minn pajjiżu stess. F’każ bħal dan, il-fabbrikant indiġenu ta’ oġġetti kapitali jista’ jieħu vantaġġ mill-benefiċċju għal importazzjoni ħielsa mid-dazju ta’ komponenti meħtieġa għall-fabbrikazzjoni ta’ oġġetti kapitali. Alternattivament, il-fabbrikant indiġenu jista’ jiddikjara l-benefiċċju ta’ meqjusa bħala esportati fir-rigward ta’ provvista ta’ oġġetti kapitali għal detentur tal-liċenzja EPCGS.

(d)   Kummenti dwar l-iżvelar

(52)

Mal-iżvelar l-uniku produttur li kkoopera bagħat kummenti dwar l-EPCGS. Il-kumpanija sostniet li fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ kontabbiltà ġeneralment aċċettati l-oġġetti kapitali jkunu kkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-kumpanija naqset milli tissustanzja din il-pretensjoni billi ssemmi espliċitament l-hekk imsejħa prinċipji ta’ kontabbiltà ġeneralment aċċettabbli u milli tipprovdi analiżi b’relazzjoni mad-dispożizzjonijiet EPCGS rilevanti tal-politika EXIM kif ukoll bħala definizzjoni tal-materjali li jiġu kkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni, kif stabbilit fl-Anness II tar-Regolament bażiku. Hija argumentat ukoll li l-perjodu ta’ deprezzament tal-kumpanija kellu jintuża bħala l-perjodu ta’ deprezzament normali. Madankollu, approċċ bħal dan imur kontra d-dispożizzjoni rilevanti tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet kellhom jiġu miċħuda. Finalment, il-kumpanija pprovdiet kummenti dwar żball ta’ kalkolu li tqies li hu spjegabbli u kien rikonoxxut fil-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju.

(e)   Konklużjoni dwar l-Iskema tal-EPCG

(53)

L-EPCGS jipprovdi s-sussidji fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GTI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI, li kieku kien ikun dovut. Barra minn hekk, it-tnaqqis fid-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati mal-importazzjoni jtejbu l-likwidità tiegħu.

(54)

Iktar minn hekk, l-EPCGS hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk, titqies bħala speċifika u li tista’ tiġi kumpensata taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(55)

Eventwalment, din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxi l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ sistemi permissibbli bħal dawn, kif stabbilit fl-Anness I, partita (i), tar-Regolament bażiku, għaliex ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(f)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(56)

L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali li ma tħallasx fuq l-oġġetti kapitali importati mifrux fuq perjodu li jirrefletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ dawn l-oġġetti kapitali fl-industrija tal-antibijotiċi. Skont il-prassi stabbilita, l-ammont ikkalkulat hekk, li huwa attribwibbli għall-PIR, kien aġġustat billi ngħaddu miegħu l-interessi ta’ matul dan il-perjodu sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju tul iż-żmien. Ir-rata ta’ interess kummerċjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni fl-Indja tqieset bħala xierqa għal din il-fini. Fejn saru pretensjonijiet ġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma biex wieħed jasal għall-ammont ta’ sussidju bħala numeratur. Taħt l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat għall-esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet fabbrikati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(57)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-uniku produttur li kkoopera jammonta għal 0,1 %.

4.   Skema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (“ECS”)

(a)   Bażi ġuridika

(58)

Id-dettalji ta’ l-iskema huma stipulati fiċ-Ċirkulari Prinċipali DBOD Nru DIR.(Exp).BC 01/04.02.02/2007-08 tal-Bank tar-Riserva tal-Indja (“RBI”), li huma indirizzati lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja.

(b)   Eliġibbiltà

(59)

Il-fabbrikanti esportaturi u n-negozjanti esportaturi huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(60)

Taħt din l-iskema, l-RBI jiffissa b’mod obbligatorju l-limiti massimi ta’ rati ta’ interess applikabbli għall-krediti għall-esportazzjoni, kemm fir-Rupee Indjan u kemm f’muniti barranin, li l-banek kummerċjali jistgħu jiċċarġjaw lill-esportatur. L-ECS tikkonsisti f’żewġ sottoskemi, l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni qabel l-Oġġetti Jintbagħtu Barra (“kreditu għall-ippakkjar”), li tkopri krediti pprovduti lill-esportatur biex jiffinanzja x-xiri, l-ipproċessar, il-fabbrikazzjoni, l-ippakkjar u/jew it-trasport tal-oġġetti qabel ikunu esportati, u l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni wara li l-Oġġetti Jintbagħtu Barra, li tistipula għal self ta’ kapital għall-ħidma bil-fini li jiġu iffinanzjati l-ammonti riċevibbli tal-esportatazzjoni. L-RBI jordna wkoll lill-banek biex jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom għall-finanzjament tal-esportazzjoni.

(61)

Bħala riżultat taċ-Ċirkulari Prinċipali RBI, l-esportaturi jistgħu jiksbu krediti għall-esportazzjoni b’rati ta’ interess preferenzjali meta mqabbla mar-rati ta’ interess għall-kreditu kummerċjali ordinarji (“kreditu f’kontanti”), li huma ffissati purament taħt il-kondizzjonijet tas-suq. Id-differenzi fir-rati jistgħu jonqsu għall-kumpaniji bi klassifikazzjonijiet ta’ kreditu tajbin. Fil-fatt, kumpaniji bi klassifikazzjoni għolja jistgħu jkunu f’pożizzjoni li jiksbu krediti ta’ esportazzjoni u krediti f’kontanti bl-istess kundizzjonijiet.

(d)   Kummenti dwar l-iżvelar

(62)

Mal-iżvelar l-uniku produttur li kkoopera bagħat kummenti dwar l-ECS. Il-kumpanija argumentat li (i) m’hemm l-ebda finanzjament pubbliku fl-għoti ta’ kreditu ta’ esportazzjoni f’munita barranija, (ii) ir-rati baxxi tagħha għall-kreditu ta’ esportazzjoni f’munita barranija kien dovut għall-klassifikazzjoni bi kreditu għoli tal-kumpanija u (iii) ir-rata ta’ interess użata bħala punt ta’ riferiment għall-kreditu f’munita barranija ma għandux ikun l-istess bħal dak użat għall-kreditu bir-rupee Indjan. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li kemm il-kreditu ta’ esportazzjoni bir-rupee Indjan u kemm dak f’munita barranija jagħmlu parti mill-istess Ċirkulari Prinċipali RBI, bl-implimentazzjonijiet prattiċi deskritti fil-premessi (60) u (61), li d-dispożizzjonijiet dettaljati u restrittivi tagħha juru li l-finanzjament u r-rati ta’ interess intaxxati għal kreditu għall-esportazzjoni f’munita barranija huma marbuta b’mod ċar ma’ direttivi imposti mill-gvern. Fir-rigward tar-rata tal-punt ta’ riferiment, ta’ min jinnota li dan kien irrappurtat mill-kumpanija fuq il-kreditu f’rupees Indjani u, b’konformità mal-politiki rilevanti taċ-Ċirkulari Prinċipali RBI, l-esportaturi għandhom il-kapaċità li jgħaddu liberament bħala l-istess tranżazzjoni ta’ esportazzjoni minn kreditu f’rupees għal kreditu f’munita barranija. Għalhekk tqies xieraq li tintuża bħala punt ta’ riferiment l-unika rata rrapportata mill-kumpanija bħala r-rata ta’ interess Indjana normali. Għalhekk, dawk il-pretensjonijiet kellhom jiġu miċħuda. Finalment, il-kumpanija pprovdiet kummenti dwar żball ta’ kalkolu li tqies li hu spjegabbli u kien rikonoxxut fil-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju.

(e)   Konklużjoni dwar l-ECS

(63)

Ir-rati ta’ interess preferenzjali ta’ kreditu ECS stabbiliti miċ-Ċirkulari Prinċipali RBI msemmi fil-premessa (58) jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tal-interessi ta’ esportatur kif imqabbla mal-ispejjeż ta’ kreditu stabbiliti purament mill-kundizzjonijiet tas-suq u jikkonferixxu f’dan il-każ benefiċċju fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku fuq esportatur bħal dan. Il-finanzjament ta’ esportazzjoni mhuwiex per se iktar sikur mill-finanzjament domestiku. Fil-fatt, normalment jitqies bħala iktar riskjuż u l-ammont ta’ sikurezza meħtieġa għal ċertu kreditu, irrispettivament mill-oġġett finanzjarju, hija purament deċiżjoni kummerċjali ta’ bank kummerċjali partikolari. Differenzi fir-rati fir-rigward ta’ banek differenti huma r-riżultat tal-metodoloġija tal-RBI biex jiffissa rati massimi ta’ self għal kull bank kummerċjali individwalment. Barra minn hekk, banek kummerċjali ma jkunux obbligati li jgħaddu lis-selliefa ta’ finanzjament ta’ esportazzjoni rati ta’ interess iktar vantaġġjużi għal krediti ta’ esportazzjoni f’munita barranija.

(64)

Minkejja l-fatt li l-krediti preferenzjali taħt l-ECS jingħataw mill-banek kummerċjali, dan il-benefiċċju huwa kontribut finanzjarju mill-gvern fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li la l-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku u lanqas l-ASCM ma jirrikjedu ħlas fuq il-kontijiet pubbliċi, eż. rimborż lill-banek kummerċjali mill-GTI, biex jiġi stabbilit sussidju, imma biss direzzjoni mill-gvern biex jitwettqu funzjonijiet illustrati fil-punti (i), (ii) jew (iii) tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament bażiku. L-RBI huwa istituzzjoni pubblika u li taqa’ għalhekk taħt id-definizzjoni ta’ “gvern” kif stabbilit fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku. Huwa 100 % proprjetà tal-gvern, għandu għanijiet ta’ politika pubblika, eż. politika monetarja, u t-tmexxija tiegħu hija appuntata mill-GTI. L-RBI jidderieġi l-entitajiet privati, fl-ambitu tat-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku, peress li l-banek kummerċjali huma marbuta bil-kundizzjonijiet li huwa jimponi, fost l-oħrajn, fir-rigward tal-limiti massimi għar-rati ta’ interess fuq krediti ta’ esportazzjoni imposti fiċ-Ċirkulari Prinċipali RBI u d-dispożizzjonijiet RBI li l-banek kummerċjali għandhom jipprovdu ċertu ammont tal-kreditu bankarju nett lejn il-finanzjament tal-esportazzjoni. Din id-direzzjoni tobbliga lill-banek kummerċjali jwettqu funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, f’dan il-każ self fil-forma ta’ finanzjament ta’ esportazzjoni preferenzjali. Trasferiment dirett ta’ fondi bħal dan fil-forma ta’ self b’ċerti kundizzjonijiet normalment jaqa’ f’idejn il-gvern, u l-prassi ma tvarja bl-ebda mod reali mill-prassi li normalment isegwu l-gvernijiet fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju jitqies li hu speċifiku u jista’ jiġi kumpensat peress li r-rati ta’ interess preferenzjali huma disponibbli biss f’relazzjoni mal-finanzjament ta’ tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni u għalhekk huma marbuta ma’ kif tkun marret l-esportazzjoni, taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(f)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(65)

L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-interessi mħallsa fuq il-krediti għall-esportazzjoni użat matul il-PIR u r-rata ta’ interessi li kieku kienet tkun trid titħallas għal krediti kummerċjali ordinarji użati mill-uniku produttur esportatur li kkoopera. Dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) kien allokat fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għax is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet fabbrikati, prodotti esportati jew ittrasportati.

(66)

Ir-rata stabbilita tas-sussidju fir-rigward ta’ din l-iskema għall-PIR għall-uniku produttur esportatur li kkoopera jammonta għal 1,3 %.

5.   Skemi tat-Taxxa fuq id-Dħul

(a)   Skema ta’ Eżenzjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul (“ITES”)

It-Taqsima 80HHC tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-1961 (“ITA”)

(67)

B’din l-iskema l-esportaturi jistgħu jieħdu vantaġġ mill-benefiċċju ta’ eżenzjoni parzjali mit-taxxa fuq id-dħul fuq il-profitti li ġejjin mill-bejgħ b’esportazzjoni. Il-bażi ġuridika għal din l-eżenzjoni kienet stabbilita fit-Taqsima 80 HHC tal-ITA.

(68)

Din id-dispożizzjoni kienet tħassret għas-sena ta’ stima 2005-2006 (jiġifieri għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005) ‘il quddiem u għalhekk 80HHC tal-ITA ma jikkonferixxi l-ebda benefiċċji wara l-31 ta’ Marzu 2004. L-uniku produttur esportatur li kkoopera ma ħa vantaġġ mill-ebda benefiċċji taħt din l-iskema matul il-PIR. Għaldaqstant, peress li l-iskema kienet irtirata, hija m’għandhiex għalhekk tiġi kumpensata, taħt l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

(b)   Inċentiv tat-Taxxa fuq id-Dħul għar-Riċerka u l-Iżvilupp (“ITIRAD”)

(i)   Bażi ġuridika

(69)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-ITIRAD hija stabbilita fit-taqsima 35(2AB) tal-ITA.

(ii)   Eliġibbiltà

(70)

Il-kumpaniji involuti fin-negozju tal-bijoteknoloġija jew tal-fabbrikazzjoni jew il-produzzjoni tad-drogi, farmaċewtiċi, kimiċi, tagħmir elettroniku, kompjuters, tagħmir ta’ telekomunikazzjoni, kimiċi jew kwalunkwe artikolu jew ħaġa oħra kif jista’ jkun nnotifikat huma eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema.

(iii)   Implimentazzjoni prattika

(71)

Għal kwalunkwe nfiq (ħlief l-ispiża tal-art jew tal-bini) fuq riċerka interna u faċilitajiet ta’ żvilupp kif approvati mid-Dipartiment tar-Riċerka Xjentifika u Industrijali tal-GTI, jista’ jsir tnaqqis ta’ somma ta’ daqs 150 % tal-ispejjeż de facto mġarrba għal finijiet tat-taxxa fuq id-dħul. B’hekk, permezz ta’ tnaqqis ta’ 50 % tal-ispejjeż fittizji (jiġifieri spejjeż mhux effettivament imġarrba), il-bażi tat-taxxa fuq id-dħul u sussegwentement il-piż tat-taxxa fuq id-dħul jonqsu b’mod artifiċjali.

(iv)   Kummenti dwar l-iżvelar

(72)

Ma ntbagħtu l-ebda kummenti dwar l-ITIRAD wara l-iżvelar.

(v)   Konklużjoni dwar l-ITIRAD

(73)

L-ITIRAD jipprovdi s-sussidji fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis artifiċjali tal-bażi tat-taxxa fuq id-dħul skont it-taqsima 35(2AB) tal-ITA jikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GTI, billi dan inaqqas id-dħul tal-GTI mit-taxxa fuq id-dħul, li kieku kien ikun dovut. Barra minn hekk, it-tnaqqis fit-taxxa fuq id-dħul jagħti benefiċċju lill-kumpanija, għax itejjeb il-likwidità tagħha.

(74)

L-għażla tal-kliem tat-taqsima 35(2AB) ITA tipprova li l-ITIRAD huwa de jure speċifiku fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk jista’ jiġi kumpensat. L-eliġibbiltà għal din l-iskema mhix iggvernata minn kriterji oġġettivi, li huma newtrali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament bażiku. Il-benefiċċji minn din l-iskema huma disponiibbli biss għal ċerti industriji peress li l-GTI m’għamilx din l-iskema disponibbli għas-setturi kollha. Limitazzjoni bħal din tikkostitwixxi speċifiċità, peress li l-kategorija “grupp ta’ industriji” fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku tiddeskrivi sinonimament restrizzjonijiet tas-settur. Din ir-restrizzjoni mhix ekonomika fin-natura u orizzontali fl-applikazzjoni bħal restrizzjoni fuq l-għadd ta’ impjegati jew id-daqs tal-intrapriża.

(vi)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(75)

L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn it-taxxa fuq id-dħul dovuta għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni bl-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta-taqsima 35(2AB) tal-ITA jew mingħajrha. Dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) kien allokat fuq il-fatturat totali matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għax is-sussidju huwa relatat mal-bejgħ kollu, domestiku u esportat, u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet fabbrikati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(76)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-uniku produttur esportatur li kkoopera jammonta għal 0,1 %.

6.   Skema ta’ Fokus fuq is-Suq (“FMS”)

(a)   Bażi ġuridika

(77)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-FMS tinsab fil-kapitolu 3.9 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 3.20 tal-HOP I 04-09.

(b)   Eliġibbiltà

(78)

Kwalunkwe fabbrikant-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(79)

Taħt din l-iskema l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha lejn pajjiżi notifikati taħt l-Appendiċi-37-C ta’ HOP I 04-09 huma intitolati għal ekwivalenti ta’ kreditu fuq id-dazju ta’ 2,5 % tal-valur FOB tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Ċertu tip ta’ attivitajiet ta’ esportazzjoni huma esklużi mill-iskema, eż. esportazzjonijiet ta’ oġġetti importati jew oġġetti mibgħuta, oġġetti meqjusa bħala esportati, esportazzjonijiet ta’ servizzi u fatturat tal-esportazzjoni ta’ unitajiet li joperaw taħt żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni. Esklużi wkoll mill-iskema huma ċerti tipi ta’ prodotti, eż. djamanti, metalli prezzjużi, minerali, ċereali, zokkor u prodotti taż-żejt.

(80)

Il-krediti tad-dazju taħt l-FMS huma trasferibbli liberament u validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data ta’ ħruġ taċ-ċertifikat ta’ intitolament tal-kreditu rilevanti. Dawn jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe oġġetti li jidħlu fil-prodott jew oġġetti, inklużi oġġetti kapitali.

(81)

Iċ-ċertifikat ta’ intitolament ta’ kreditu jinħareġ mill-port minn fejn saru l-esportazzjonijiet u wara r-realizzazzjoni tal-esportazzjonijiet jew li jintbagħtu l-oġġetti. Sakemm l-applikant jipprovdi lill-awtoritajiet kopji tad-dokumentazzjoni tal-esportazzjoni rilevanti kollha (eż. ordni ta’ esportazzjoni, fatturi, poloz tat-tagħbija, ċertifikati ta’ realizzazzjoni mill-bank), il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju.

(d)   Kummenti dwar l-iżvelar

(82)

Mal-iżvelar l-uniku produttur li kkoopera bagħat kummenti dwar l-FMS. Il-kumpanija argumentat li l-iskema hija relatata ġeografikament ma’ pajjiżi oħrajn u ma tistax tkun kumpensata mill-KE. Madankollu, ma kinitx kapaċi tiddisputa la l-implimentazzjoniet prattiċi tal-iskema u lanqas il-mod kif jintuża l-benefiċċju tal-FMS, kif intqal fil-premessi (79) sa (81). Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda. Finalment, il-kumpanija pprovdiet kummenti dwar żball ta’ kalkolu li tqies li hu spjegabbli u kien rikonoxxut fil-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju.

(e)   Konklużjoni dwar l-FMS

(83)

L-FMS jipprovdi s-sussidji fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta’ dazju tal-FMS huwa kontribut finanzjarju mill-GTI, billi l-kreditu se jintuża eventwalment biex ipaċi d-dazji ta’ importazzjoni, b’hekk jitnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li inkella kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu tad-dazju tal-FMS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu.

(84)

Iktar minn hekk, l-FMS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u jista’ jiġi kumpensat taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(85)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxi l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti stipulati fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur m’għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-oġġetti importati bla dazju u l-ammont tal-kreditu mhux ikkalkulat b’konnessjoni mal-oġġetti li fil-fatt intużaw. M’hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema materjali kienu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx sar ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur ikun eliġibbli għall-benefiċċji tal-FMS mingħajr ma jingħata kas jekk fil-fatt jimportax oġġetti biex jidħlu fil-prodott jew le. Sabiex jikseb il-benefiċċju, ikun biżżejjed għall-esportatur li sempliċiment jesporta l-oġġetti mingħajr ma juri li kien importat materjal biex jidħol fil-prodott. B’hekk, anke esportaturi li jakkwistaw lokalment dak kollu li jidħol fil-prodott u ma jimportaw l-ebda oġġett li jista’ jintuża fil-prodott jibqgħu intitolati li jibbenifikaw mill-FMS. Barra minn hekk, esportatur jista’ juża l-krediti tad-dazju FMS sabiex jimporta oġġetti kapitali għalkemm l-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ dawn is-sistemi permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju, kif stabbilit fl-Anness I, partita (i), tar-Regolament bażiku, għaliex huma ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(f)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(86)

L-ammont ta’ sussidji li jistgħu jiġu kumpensati kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju li jingħata min jirċevih, li jinstab li jeżisti matul il-PIR kif prenotat mill-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ta’ żieda bħala dħul fl-istadju ta’ tranżazzjoni tal-esportazzjoni. Taħt l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) kien allokat fuq il-fatturat għall-esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet fabbrikati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(87)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-uniku produttur esportatur li kkoopera jammonta għal 0,1 %.

III.   Ammont ta’ sussidji li jistgħu jiġu kumpensati

(88)

Ta’ min ifakkar li fir-Regolament (KE) Nru 713/2005 l-ammont ta’ sussidji li jista’ jiġi kumpensat, espress ad valorem, instab li kien 35,1 % għall-uniku produttur esportatur li kkoopera mar-reviżjoni interim parzjali preżenti.

(89)

Matul ir-reviżjoni interim parzjali preżenti l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji, espressi ad valorem, instab li kien 11,9 %, kif imniżżel hawn taħt:

SKEMA

KUMPANIJA

AAS

DEPBS

EPCGS

ECS

ITIRAD

FMS

Total

%

%

%

%

%

%

%

Ranbaxy Laboratories Ltd.

8,2

2,1

0,1

1,3

0,1

0,1

11,9

(90)

Wara li tqies dan ta’ hawn fuq il-konklużjoni kienet li l-livell ta’ sussidju fir-rigward tal-uniku produttur esportatur li kkoopera naqas.

IV.   Miżuri kumpensatorji

(91)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-bażijiet ta’ din ir-reviżjoni interim parzjali mniżżla fil-punt 3 tal-avviż ta’ bidu, huwa stabbilit li l-livell ta’ sussidjar fir-rigward tal-uniku produttur li kkoopera naqas minn 35,1 % għal 11,9 % u, għalhekk, ir-rata ta’ dazju kumpensatorju, impost fuq dan il-produttur esportatur mir-Regolament (KE) Nru 713/2005 jrid jiġi emendat kif meħtieġ.

(92)

F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li taħt ir-Regolament (KE) Nru 713/2005 r-rata ta’ sussidju ta’ Ranbaxy Laboratories Ltd. kienet ogħla mil-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara. Taħt l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, id-dazju iktar baxx li jirrifletti l-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara tqies adegwat biex titneħħa l-ħsara lill-industrija Komunitarja u għalhekk ir-rata ta’ dazju kumpensatorju applikabbli għall-importazzjonijiet minn Ranbaxy Laboratories Ltd. kien iffissat għal 30,3 %.

(93)

Wara li tqies dan ta’ hawn fuq u peress li r-rata ta’ sussidji issa hija iktar baxxa mil-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara, ir-rata ta’ dazju kumpensatorju tal-kumpanija individwali applikabbli għall-uniku produttur esportatur li kkoopera, Ranbaxy Laboratories Ltd., huwa ffissat għal 11,9 %.

(94)

Fir-rigward tal-kumpaniji l-oħra kollha li ma kkooperawx mar-reviżjoni interim parzjali preżenti, ta’ min jinnota li l-modalitajiet tal-iskemi investigati u kemm jistgħu jkunu kumpensati ma nbidlux fir-rigward tal-investigazzjoni preċedenti. B’hekk m’hemm l-ebda mod biex jerġgħu jiġu kkalkulati s-sussidju u r-rati ta’ dazju tal-kumpaniji li ma kkooperawx mar-reviżjoni interim parzjali preżenti. Għaldaqstant, ir-rati tad-dazju applikabbli għall-partijiet l-oħrajn kollha ħlief Ranbaxy Laboratories Ltd imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 713/2005 jibqgħu l-istess.

(95)

Ir-rati tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt ir-reviżjoni interim parzjali. B’hekk, huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn dawn il-kumpaniji. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fabbrikat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikatament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet konnessi ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(96)

Kull talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju kumpensatorju individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda għall-produzzjoni jew għall-bejgħ) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni (4) minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku jew għall-esportazzjoni, assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet għall-produzzjoni jew għall-bejgħ. Jekk ikun xieraq, u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li temenda r-Regolament għal dik ir-raġuni billi taġġorna l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 713/2005 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-prezz nett liberu fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju fuq l-importazzjonijiet prodotti fl-Indja mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

17,3 % għal KDL Biotech Ltd., Mumbai (kodiċi addizzjonali TARIC: A580),

28,1 % għal Nectar Lifesciences Ltd., Chandigarh (kodiċi addizzjonali TARIC: A581),

25,3 % għal Nestor Pharmaceuticals Ltd., New Delhi (kodiċi addizzjonali TARIC: A582),

11,9 % għal Ranbaxy Laboratories Ltd., New Delhi (kodiċi addizzjonali TARIC: 8221),

28,1 % għal Torrent Gujarat Biotech Ltd., Ahmedabad (kodiċi addizzjonali TARIC: A583),

28,1 % għal Surya Pharmaceuticals Ltd., Chandigarh (kodiċi addizzjonali TARIC: A584),

32 % għall-kumpaniji l-oħra kollha (kodiċi addizzjoniali TARIC: 8900).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

M. ALLIOT-MARIE


(1)   ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.

(2)   ĠU L 121, 13.5.2005, p. 1.

(3)   ĠU C 212, 11.9.2007, p. 10.

(4)   European Commission – Directorate General for Trade – Directorate B – J-79 4/23 – Rue de la Loi/Wetstraat 200 – B-1049 Brussels.


29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1177/2008

tat-28 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

AL

25,7

MA

54,0

TR

71,8

ZZ

50,5

0707 00 05

EG

188,1

JO

167,2

MA

58,1

TR

83,7

ZZ

124,3

0709 90 70

MA

64,8

TR

122,0

ZZ

93,4

0805 20 10

MA

66,8

TR

65,0

ZZ

65,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

54,3

HR

24,9

IL

75,4

TR

69,2

ZZ

56,0

0805 50 10

MA

64,0

TR

71,5

ZA

117,7

ZZ

84,4

0808 10 80

CA

88,7

CL

67,1

CN

54,0

MK

32,9

US

102,5

ZA

112,2

ZZ

76,2

0808 20 50

CN

32,1

TR

103,0

ZZ

67,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1178/2008

tat-28 ta' Novembru 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għall-medda qasira ta' żmien u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 u (KE) Nru 657/2007 fir-rigward ta' addattamenti wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjonijiet statistiċi NACE u CPA

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta' Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għall-medda qasira ta' żmien (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(b), (e) u (j) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta' statistika Komunitarja għall-medda qasira ta' żmien dwar iċ-ċiklu tal-kummerċ.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 tat-28 ta’ Settembru 2006 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għall-medda qasira ta' żmien fir-rigward tad-definizzjoni tal-varjabbli, il-lista tal-varjabbli u l-frekwenza tal-kompilazzjoni tad-dejta (2), ipprovda definizzjonijiet metodoloġiċi ta' varjabbli użati fl-istatistika għall-medda qasira ta' żmien.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 657/2007 tal-14 ta' Ġunju 2007, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 dwar l-istatistika għall-medda qasira ta' żmien fir-rigward tat-twaqqif ta' skemi kampjun Ewropej (3), speċifika r-regoli u l-kundizzjonijiet fir-rigward tat-trasmissjoni ta' dejta mill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskemi kampjun għall-istatistika għall-medda qasira ta' żmien.

(4)

Jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tal-varjabbli, il-livelli ta' analiżi u aggregazzjoni li jridu jiġu applikati għal ċerti varjabbli u r-regoli u l-kundizzjonijiet għall-iskemi kampjun Ewropej wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006, li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti KE dwar setturi statistiċi speċifiċi (4), u r-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008, li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistika ġdida ta' prodotti skond l-attività (CPA) u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (5).

(5)

Il-miżuri stipulati f''dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1165/98

L-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1165/98 huwa emendat skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1503/2006

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1503/2006 huwa emendat skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Emenda għaar-Regolament (KE) Nru 657/2007

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 657/2007 jinbidel bl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1.

(2)   ĠU L 281, 12.10.2006, p. 15.

(3)   ĠU L 155, 15.6.2007, p. 7.

(4)   ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(5)   ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65.


ANNESS I

L-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1165/98 huwa emendat kif ġej:

1.   Taħt l-intestatura (c) Lista ta’ varjabbli, il-paragrafi 10 u 11 jinbidlu b’dan li ġej:

“10.

It-tagħrif dwar il-prezzijiet ta' produzzjoni u l-prezzijiet ta' importazzjoni (Nri 310, 311, 312 u 340) mhux meħtieġ għall-gruppi jew għall-kategoriji li ġejjin tan-NACE Rev. 2 rispettivament is-CPA: 07.21, 24.46, 25.4, 30.1, 30.3, 30.4 u 38.3. Barra minn hekk, it-tagħrif dwar prezzijiet ta' importazzjoni (Nru 340) mhux meħtieġ għad-diviżjonijiet 09, 18, 3 u 36 tas-CPA. Il-lista ta' attivitajiet mhux meħtieġa tista' tkun reveduta skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

11.

Il-varjabbli fuq prezzijiet ta’ importazzjoni (Nru 340) huwa kkalkulat fuq il-bażi ta’ prodotti tas-CPA. L-unitajiet tat-tip ta’ attività ta’ importazzjoni jistgħu jkunu klassifikati barra l-attivitajiet tat-Taqsimiet B sa D tan-NACE Rev. 2.”.

2.   It-test taħt l-intestatura (f) Livell ta' dettall huwa emendat kif ġej:

2.1.   il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“7.

Il-varjabbli tal-prezz ta’ importazzjoni (Nru 340) għandu jiġi trasmess għat-total tal-prodotti industrijali, it-Taqsimiet minn B sa D tas-CPA u l-MIGs iddefiniti skond ir-Regolament (KE) No586/2001 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 656/2007 mill-gruppi ta’ prodotti tas-CPA. Dan il-varjabbli ma għandux għalfejn ikun trasmess minn dawk l-Istati Membri li m’addottawx l-ewro bħala l-munita tagħhom.”

2.2.   il-paragrafi 9 u 10 jinbidlu b'dan li ġej:

“9.

Il-varjabbli fuq is-swieq mhux domestiċi (Nri 122, 132 u 312) għandhom ikunu trasmessi skond id-distinzjoni bejn żona tal-ewro u żona mhux tal-ewro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definit bħala t-Taqsimiet B sa E tan-NACE Rev. 2, il-MIGs, il-livell ta’ Taqsima (ittra waħda), u ta' Diviżjoni b’żewġ ċifri tan-NACE Rev. 2. L-informazzjoni dwar in-NACE Rev. 2 D u E mhix meħtieġa għall-varjabbli 122. Barra minn hekk, il-varjabbli tal-prezz ta’ importazzjoni (Nru 340) għandu jiġi trasmess skond id-distinzjoni bejn żona tal-ewro u żona mhux tal-ewro. Id-distinzjoni għandha tkun applikata għat-total tal-industrija ddefinit bħala t-Taqsimiet minn B sa D tas-CPA, il-MIGs, il-livell ta' Taqsima (ittra waħda) u ta' Diviżjoni b'żewġ ċifri tas-CPA. Għad-distinzjoni bejn iż-żona tal-ewro u żona mhux tal-ewro, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ skemi kampjun Ewropej kif imfisser fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). L-iskema kampjun Ewropea tista’ tillimita l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-varjabbli tal-prezz ta’ importazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-ewro. Id-distinzjoni bejn żona tal-ewro u żona mhux tal-ewro għall-varjabbli 122, 132, 312 u 340 ma għandhiex għalfejn tkun trasmessa minn dawk l-Istati Membri li m’addottawx l-ewro bħala l-munita tagħhom.

10.

Dawk l-Istati Membri li l-valur miżjud tagħhom fit-Taqsimiet B, C, D u E tan-NACE Rev. 2 (rispettivament fit-Taqsimiet B, C u D tas-CPA għall-prezzijiet ta' importazzjoni) f’sena ta’ bażi partikolari jirrappreżenta inqas minn 1 % tat-total tal-Komunità Ewropea jridu jittrasmettu biss id-dejta għat-total tal-industrija, il-MIGs, u l-livell ta’ Taqsima tan-NACE Rev. 2, jew il-livell ta’ Taqsima tas-CPA.”


ANNESS II

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1503/2006 huwa emendat kif ġej:

Taħt l-intestatura “Varjabbli: Prezzijiet ta' importazzjoni 340”, it-tielet inċiż tar-raba’ paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“—

il-kopertura tal-prodott hija limitata għall-prodotti CPA B, C u D. Is-servizzi marbuta huma esklużi.”


ANNESS III

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 657/2007 jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS

132   ORDNIJIET ĠODDA MHUX DOMESTIĊI

Stat Membru

L-ambitu tad-dejta fl-iskema kampjuni Ewropea (NACE Rev. 2)

Il-Belġju

13, 14, 17, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 29

L-Irlanda

14, 20, 21, 26, 27

Ċipru

20, 21

Malta

26

L-Olanda

17, 20, 21, 25, 26, 28

Il-Finlandja

17, 20, 21, 24, 26, 27, 28


312   IL-PREZZIJIET TA' PRODUZZJONI TAS-SUQ MHUX DOMESTIKU

Stat Membru

L-ambitu tad-dejta fl-iskema kampjuni Ewropea (NACE Rev. 2)

Il-Belġju

08, 10, 11, 12, 13, 14, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 29, 31, 32, 35

L-Irlanda

05, 07, 08, 10, 11, 18, 20, 21, 26

Ċipru

10, 11, 20, 21, 26

Malta

12, 14, 26

Il-Finlandja

05, 07, 08, 16, 17, 19, 24, 26, 28

Is-Slovenja

14, 16, 22, 25, 31


340   PREZZIJIET TA’ IMPORTAZZJONI

Stat Membru

L-ambitu tad-data fl-iskema ta’ kampjuni Ewropea (CPA)

Il-Belġju

08.99, 10.32, 10.51, 12.00, 13.10, 15.12, 16.10, 19.20, 20.13, 20.14, 20.16, 20.59, 21.10, 21.20, 22.11, 22.19, 23.12, 23.14, 23.19, 23.70, 24.10, 25.73, 28.11, 28.24, 28.41, 28.92, 29.10, 29.32, 30.91, 31.00, 31.09, 32.50

L-Irlanda

10.13, 10.82, 17.21, 17.22, 17.29, 20.42, 25.11, 26.11, 26.20, 26.30, 28.23, 32.50

Ċipru

19.20

L-Lussemburgu

26.20

Malta

12.00

L-Awstrija

16.10, 23.13, 25.11, 25.94, 26.20, 26.30, 28.11, 28.92, 35.11

Il-Portugall

05.10, 06.10

Il-Finlandja

07.29, 16.10, 22.21, 23.20, 24.10, 26.30, 28.22, 31.09, 35.11

Is-Slovenja

24.10”


29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1179/2008

tat-28 ta' Novembru 2008

li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta' talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta' talbiet li jirriżultaw minn ħidmiet li jiffurmaw parti mis-sistema li tiffinanzja l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija, u ta' imposti agrikoli u dazji doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/55/KE ġew stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/94/KE (2). Madankollu, l-esperjenza wriet li, Direttiva, minħabba n-natura legali tagħha, mhix l-aktar strument legali effiċjenti sabiex jintlaħaq b’mod sħiħ il-fini ta’ proċedura uniformi għal għajnuna reċiproka. Għalhekk, huwa xieraq li dik id-Direttiva tiġi sostitwita b’Regolament.

(2)

Sabiex ikun iffaċilitat l-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, it-talbiet kollha għal għajnuna u d-dokumenti u l-informazzjoni kollha ta’ akkumpanjament, sakemm ikun possibbli, għandhom jiġu kkomunikati b’mezzi elettroniċi.

(3)

Sabiex ikun żgurat li jiġu trażmessi dejta u informazzjoni xierqa, għandhom jiġu stabbiliti mudelli ta’ formoli għal talbiet għal għajnuna reċiproka fost l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri. Għandu jkun possibbli li l-istruttura u l-arranġament tal-formoli elettroniċi jiġu aġġornati mingħajr ma jiġu emendati l-mudelli sabiex dawk il-formoli jiġu adattati għar-rekwiżiti u għall-possibbiltajiet tas-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika, sakemm it-talbiet jinkludu l-ġabra ta’ dejta u ta’ informazzjoni meħtieġa.

(4)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa l-effett u l-effiċjenza tal-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 2008/55/KE fuq bażi regolari, huwa xieraq li tiġi stabbilita ċerta informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull sena.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Irkupru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 4(2) u (4), l-Artikolu 5(2) u (3), l-Artikolu 7, l-Artikolu 8, l-Artikolu 9, l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(1) u (2), l-Artikolu 14, l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2008/55/KE.

Jistabbilixxi wkoll ir-regoli dettaljati dwar il-konverżjoni, it-trasferiment tas-somom irkuprati, l-iffissar ta’ ammont minimu għal talbiet li jistgħu jagħtu lok għal talba għal għajnuna, kif ukoll il-mezzi li permezz tagħhom jistgħu jiġu trażmessi l-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

trażmissjoni “b’mezzi elettroniċi” tfisser trażmissjoni fejn jintuża tagħmir elettroniku għall-ipproċessar, inkluża l-kompressjoni diġitali, tad-dejta u l-użu ta’ wajers, trażmissjoni bir-radju, teknoloġiji ottiċi jew mezzi elettromanjetiċi oħrajn

(2)

“netwerk CCN/CSI” tfisser il-pjattaforma komuni bbażata fuq in-Netwerk ta’ Komunikazzjoni Komuni (CCN) u l-Interface tas-Sistema Komuni (CSI), li ġiet żviluppata mill-Komunità sabiex ikunu żgurati t-trażmissjonijiet kollha b’mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet kompetenti fiż-żona tad-Dwana u tat-Tassazzjoni.

KAPITOLU II

IT-TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI

Artikolu 3

It-talba għal informazzjoni li tissemma fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/55/KE għandha tinkludi l-ġabra ta’ dejta u ta’ informazzjoni inkluża fil-mudell tal-formola stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Fejn talba simili ġiet indirizzata lil kwalunkwe awtorità oħra, l-awtorità applikanti għandha tindika isem dik l-awtorità fit-talba għall-informazzjoni tagħha.

Artikolu 4

It-talba għall-informazzjoni tista’ tkun relatata ma’ kwalunkwe persuna minn dawn li ġejjin:

(1)

id-debitur;

(2)

kwalunkwe persuna responsabbli għall-ħlas tat-talba skond il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tinsab l-awtorità applikanti (minn hawn ‘il quddiem se jissejjaħ “l-Istat Membru ta’ l-awtorità applikanti”);

(3)

kwalunkwe parti terza li jkollha assi li jappartjenu lil waħda mill-persuni li jissemmew fil-punt (1) jew (2).

Artikolu 5

1.   L-awtorità mitluba għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba għall-informazzjoni mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem minn meta tkun irċevietha.

2.   Immedjatament malli tirċievi t-talba, l-awtorità mitluba għandha, fejn ikun xieraq, titlob lill-awtorità applikanti sabiex tipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa. L-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa li normalment ikollha aċċess għaliha.

Artikolu 6

1.   L-awtorità mitluba għandha titrażmetti kull punt ta’ l-informazzjoni mitluba lill-awtorità applikanti kif u meta jinkiseb.

2.   Fejn l-informazzjoni mitluba kollha jew parti minnha ma tistax tinkiseb f’perjodu raġonevoli ta’ żmien, wara li jitqies il-każ partikolari, l-awtorità mitluba għandha tinforma b’dan lill-awtorità applikanti, fejn tindika r-raġunijiet għal dan.

Ikun xi jkun il-każ, fi tmiem sitt xhur mid-data tar-rikonoxximent li ġiet riċevuta t-talba, l-awtorità mitluba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bir-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet li tkun wettqet sabiex tikseb l-informazzjoni mitluba.

Fid-dawl ta’ l-informazzjoni li ġiet riċevuta mill-awtorità mitluba, l-awtorità applikanti tista’ titlob lil ta’ l-aħħar biex tkompli l-investigazzjoni tagħha. Dik it-talba għandha ssir fi żmien xahrejn minn meta tiġi riċevuta n-notifika tar-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtorità mitluba, u għandha tkun ittrattata mill-awtorità mitluba skond id-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-talba inizjali.

Artikolu 7

Jekk l-awtorità mitluba tiddeċiedi li ma tissodisfax it-talba għall-informazzjoni, għandha tinnotifika lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet għar-rifjut li tissodisfa t-talba, fejn tispeċifika d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/55/KE li fuqhom qed tistrieħ. Tali notifika għandha tingħata mill-awtorità mitluba hekk kif tieħu d-deċiżjoni tagħha u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien tliet xhur mid-data tar-rikonoxximent li rċeviet it-talba.

Artikolu 8

L-awtorità applikanti tista’ tirtira t-talba għall-informazzjoni li tkun bagħtet lill-awtorità mitluba f’kull ħin. Id-deċiżjoni ta’ rtirar għandha tkun trażmessa lill-awtorità mitluba.

KAPITOLU III

IT-TALBIET GĦAL NOTIFIKA

Artikolu 9

It-talba għal notifika msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/55/KE għandha tinkludi l-ġabra ta’ dejta u ta’ informazzjoni inkluża fil-mudell tal-formola stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

L-oriġinal jew kopja ċċertifikata ta’ l-istrument jew tad-deċiżjoni, li ntalbet in-notifika tiegħu, għandu jkun mehmuż mat-talba.

Artikolu 10

It-talba għan-notifika tista’ tkun relatata ma’ kwalunkwe persuna naturali jew legali li, skond il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-awtorità applikanti, ikun meħtieġ li tiġi informata bi kwalunkwe strument jew deċiżjoni li tikkonċerna lil dik il-persuna.

Sakemm dan ma jkunx indikat fl-istrument jew fid-deċiżjoni li ntalbet in-notifika tiegħu, it-talba għan-notifika għandha tirreferi għar-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-awtorità applikant li jirregolaw il-proċedura għall-kontestazzjoni tat-talba jew għall-irkupru tagħha.

Artikolu 11

1.   L-awtorità mitluba għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba għan-notifika mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem minn meta tirċeviha.

Immedjatament malli tirċievi t-talba għan-notifika, l-awtorità mitluba għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tagħmel in-notifika skond il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tinsab.

Jekk ikun meħtieġ, mingħajr ma tkun kompromessa d-data finali għan-notifika indikata fit-talba għan-notifika, l-awtorità mitluba għandha titlob lill-awtorità applikanti biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali.

L-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha li normalment ikollha aċċess għaliha.

2.   L-awtorità mitluba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bid-data tan-notifika hekk kif din issir, billi tiċċertifika n-notifika fil-forma tat-talba li tiġi rritornata lill-awtorità applikanti.

KAPITOLU IV

IT-TALBIET GĦAL IRKUPRU JEW GĦAL MIŻURI PREKAWZJONARJI

Artikolu 12

1.   It-talbiet għal irkupru jew għal miżuri prekawzjonarji li jissemmew fl-Artikoli 6 u 13 rispettivament tad-Direttiva 2008/55/KE għandhom jinkludu l-ġabra ta’ dejta u ta’ informazzjoni inkluża fil-mudell tal-formola stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Tali talbiet għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2008/55/KE biex jingħata bidu għall-proċedura ta’ għajnuna reċiproka ġew sodisfatti.

2.   L-oriġinal jew kopja ċċertifikata ta’ l-istrument li jippermetti infurzar għandu jakkumpanja t-talba għall-irkupru jew għall-miżuri prekawzjonarji. Strument wieħed jista’ jinħareġ fir-rigward ta’ diversi talbiet fejn jikkonċernaw lill-istess persuna.

Għall-finijiet ta’ l-Artikoli 13 sa 20 ta’ dan ir-Regolament, it-talbiet kollha koperti mill-istess strument li jippermetti l-infurzar għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu talba waħda.

Artikolu 13

It-talbiet għall-irkupru jew għall-miżuri prekawzjonarji jistgħu jkunu relatati ma kwalunkwe persuna li tissemma fl-Artikolu 4.

Artikolu 14

1.   Jekk il-munita ta’ l-Istat Membru ta’ l-awtorità mitluba tkun differenti mill-munita ta’ l-Istat Membru ta’ l-awtorità applikanti, l-awtorità applikanti għandha tesprimi l-ammont tat-talba li għandu jiġi rkuprat fiż-żewġ muniti.

2.   Ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandha tkun l-aktar rata tal-bejgħ reċenti rreġistrata fuq is-suq tal-kambju l-aktar rappreżentattiv jew fuq is-swieq tal-kambju l-aktar rappreżentattivi ta’ l-Istat Membru ta’ l-awtorità applikanti fid-data meta tintbagħat it-talba għall-irkupru.

Artikolu 15

1.   Mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi t-talba għall-irkupru jew għall-miżuri prekawzjonarji, l-awtorità mitluba għandha:

(a)

tirrikonoxxi li rċeviet it-talba;

(b)

titlob lill-awtorità applikanti biex timla t-talba jekk ma jkunx fiha l-informazzjoni jew partikolaritajiet oħra li tissemma fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/55/KE.

2.   Jekk l-awtorità mitluba ma tieħux l-azzjoni meħtieġa fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur stabbilit fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/55/KE, mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem mill-iskadenza ta’ dak il-perjodu, għandha tinforma lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet għaliex naqset milli tkun konformi mal-limitu ta’ żmien.

Artikolu 16

Fejn, fi żmien raġonevoli meta jitqies il-każ partikolari, it-talba kollha jew parti minnha ma tistax tiġi rkuprata jew ma jistgħux jittieħdu miżuri prekawzjonarji, l-awtorità mitluba għandha tinforma b’dan lill-awtorità applikanti, fejn tindika r-raġunijiet għal dan.

Mhux aktar tard minn tmiem kull perjodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ rikonoxximent li ġiet riċevuta t-talba, l-awtorità mitluba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bl-istat ta’ progress jew bir-riżultat tal-proċedura għall-irkupru jew għall-miżuri prekawzjonarji.

Fid-dawl ta’ l-informazzjoni riċevuta mill-awtorità mitluba, l-awtorità applikanti tista’ titlob li din ta’ l-aħħar biex terġa’ tagħti bidu għall-proċedura għall-irkupru jew għall-miżuri prekawzjonarji. Dik it-talba għandha ssir fi żmien xahrejn minn meta tiġi riċevuta n-notifika tar-riżultat ta’ dik il-proċedura u għandha tkun ittrattata mill-awtorità mitluba skond id-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-talba inizjali.

Artikolu 17

1.   Kwalunkwe azzjoni li tikkontesta t-talba jew l-istrument li jippermetti li tiġi infurzata li tittieħed fl-Istat Membru ta’ l-awtorità applikanti għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità mitluba mill-awtorità applikanti immedjatament wara li din ta’ l-aħħar tkun ġiet informata b’tali azzjoni.

2.   Jekk il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-awtorità mitluba ma jippermettux miżuri prekawzjonarji jew l-irkupru mitluba skond it-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2008/55/KE, l-awtorità mitluba għandha tinnotifika lill-awtorità b’dan mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien xahar minn meta tiġi riċevuta n-notifika li tissemma fil-paragrafu 1.

3.   Kwalunkwe azzjoni li tittieħed fl-Istat Membru ta’ l-awtorità mitluba għar-rimbors tas-somom irkuprati jew għall-kumpens b’relazzjoni għall-irkupru tat-talbiet ikkontestati skond it-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2008/55/KE għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità applikanti mill-awtorità mitluba immedjatament wara li din ta’ l-aħħar tkun ġiet informata b’tali azzjoni.

L-awtorità mitluba għandha, sakemm ikun possibbli, tinvolvi lill-awtorità applikanti fil-proċeduri sabiex jitħallsu l-ammont li għandu jiġi rrimborsat u l-kumpens dovut. Fuq talba raġunata mingħand l-awtorità mitluba, l-awtorità applikanti għandha titrasferixxi s-somom rimborsati u l-kumpens imħallas fi żmien xahrejn minn meta tiġi riċevuta dik it-talba.

Artikolu 18

1.   Jekk it-talba għall-irkupru jew għall-miżuri prekawzjonarji ma jkolliex aktar fini minħabba l-ħlas tat-talba jew il-kanċellazzjoni tagħha jew għal kwalunkwe raġuni oħra, l-awtorità applikanti għandha tinforma immedjatament lill-awtorità mitluba sabiex din ta’ l-aħħar tkun tista’ twaqqaf kwalunkwe azzjoni li tkun ħadet.

2.   Fejn l-ammont tat-talba li hija s-suġġett tat-talba għall-irkupru jew għall-miżuri prekawzjonarji jiġi aġġustat għal kwalunkwe raġuni, l-awtorità applikanti għandha tinforma lill-awtorità mitluba, u jekk ikun meħtieġ, għandha toħroġ strument ieħor li jippermetti l-infurzar.

3.   Jekk l-aġġustament jinvolvi tnaqqis fl-ammont tat-talba, l-awtorità mitluba għandha tkompli bl-azzjoni li ħadet sabiex tirkupra t-talba jew tieħu miżuri prekawzjonarji, imma dik l-azzjoni għandha tkun limitata għall-ammont li jkun għadu ma tħallasx.

Jekk, fiż-żmien meta l-awtorità mitluba tiġi informata bit-tnaqqis fl-ammont tat-talba, ammont li jeċċedi l-ammont li għadu ma tħallasx diġà jkun ġie rkuprat minnha imma l-proċedura ta’ trasferiment li tissemma fl-Artikolu 19 tkun għadha ma nbdietx, l-awtorità mitluba għandha tħallas lura l-ammont żejjed li tħallas lill-persuna intitolata għalih.

4.   Jekk l-aġġustament jinvolvi żieda fl-ammont tat-talba, mill-aktar fis possibbli, l-awtorità applikanti għandha tindirizza lill-awtorità mitluba talba addizzjonali għal irkupru jew għal miżuri prekawzjonarji.

Dik it-talba addizzjonali, sakemm ikun possibbli, għandha tkun ittrattata mill-awtorità mitluba fl-istess żmien bħat-talba oriġinali mill-awtorità applikanti. Fejn, minħabba l-istat ta’ progress tal-proċedura eżistenti, il-konsolidament tat-talba addizzjonali mat-talba oriġinali ma jkunx possibbli, l-awtorità mitluba għandha tkun meħtieġa li tissodisfa t-talba addizzjonali biss jekk tikkonċerna ammont mhux inqas minn dak li jissemma fl-Artikolu 25(2).

5.   Sabiex tikkonverti l-ammont aġġustat tat-talba fil-munita ta’ l-Istat Membru ta’ l-awtorità mitluba, l-awtorità applikanti għandha tuża r-rata tal-kambju li ntużat fit-talba oriġinali tagħha.

Artikolu 19

Kwalunkwe somma rkuprata mill-awtorità mitluba, inkluż, fejn ikun applikabbli, l-imgħax li jissemma fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/55/KE, għandha tiġi ttrasferita lill-awtorità applikanti fil-munita ta’ l-Istat Membru ta’ l-awtorità mitluba. It-trasferiment għandu jsir fi żmien xahar mid-data meta sar l-irkupru.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jilħqu ftehim rigward arranġamenti differenti għat-trasferiment ta’ ammonti taħt il-limitu li jissemma fl-Artikolu 25(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Irrispettivament minn kwalunkwe ammont miġbur mill-awtorità mitluba bħala l-imgħax li jissemma fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/55/KE, it-talba għandha titqies li ġiet irkuprata fi proporzjon għall-ikrupru ta’ l-ammont espress fil-munita nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ l-awtorità mitluba, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju li tissemma fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU V

IT-TRAŻMISSJONI TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET

Artikolu 21

1.   It-talbiet għal għajnuna, l-istrumenti li jippermettu l-infurzar u l-kopji ta’ dawn l-istrumenti kollha, kif ukoll kwalunkwe dokument ta’ akkumpanjament ieħor, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra kkomunikata rigward dawn it-talbiet, sakemm ikun possibbli, għandhom ikunu trażmessi b’mezzi elettroniċi permezz tan-netwerk CCN/CSI.

Tali dokumenti trażmessi f’forma elettronika jew f’forma stampata għandu jitqies li għandhom l-istess effett legali bħad-dokumenti trażmessi bil-posta.

2.   Jekk l-awtorità applikanti tibgħat kopja ta’ l-istrument li jippermetti l-infurzar jew ta’ kwalunkwe dokument ieħor, għandha tiċċertifika l-konformità ta’ din il-kopja ma’ l-oriġinali, billi f’din il-kopja ssemmi, fl-ilsien uffiċjali jew f’wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ l-Istat Membru li l-awtorità tinsab fih, il-kelmiet “kopja vera ċċertifikata” (“a certified true copy”), l-isem ta’ l-uffiċjal ta’ ċertifikazzjoni u d-data ta’ din iċ-ċertifikazzjoni.

3.   Jekk talbiet għal għajnuna reċiproka jiġu trażmessi b’mezzi elettroniċi, l-istruttura u l-arranġament tal-mudelli li jissemmew fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3, fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 9 u fl-Artikolu 12(1) jistgħu jiġu adattati għar-rekwiżiti u għall-possibbiltajiet tas-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika, sakemm il-kontenut ta’ l-informazzjoni ma jitbiddilx.

4.   Jekk talba ma tistax tiġi trażmessa b’mezzi elettroniċi, għandha tiġi trażmessa bil-posta. F’dak il-każ, it-talba għandha tkun iffirmata minn uffiċjal ta’ l-awtorità applikanti, li jkun ġie debitament awtorizzat biex jagħmel tali talba.

Artikolu 22

Kull Stat Membru għandu jinnomina uffiċċju ċentrali b’responsabbiltà prinċipali għall-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi ma’ Stati Membri oħra. Dak l-uffiċċju għandu jkun konness man-netwerk CCN/CSI.

Fejn f’Stat Membru jinħatru diversi awtoritajiet sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament, l-uffiċċju ċentrali għandu jkun responsabbli biex jgħaddi l-komunikazzjoni kollha b’mezzi elettroniċi bejn dawk l-awtoritajiet u l-uffiċċji ċentrali ta’ l-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 23

1.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jżommu l-informazzjoni f’databases elettroniċi u jiskambjaw tali informazzjoni b’mezzi elettroniċi, dawn għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw irwieħhom li kwalunkwe informazzjoni kkomunikata, f’liema forma tkun, skond dan ir-Regolament tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali.

L-informazzjoni għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali u għandu jkollha l-ħarsien li jiġi estiż għal informazzjoni simili skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru li rċevieha.

2.   L-informazzjoni li tissemma fil-paragrafu 1 tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuni u ta’ l-awtoritajiet li jissemmew fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/55/KE biss.

Tali informazzjoni tista’ tintuża b’konnessjoni ma’ proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi li jinbdew għall-irkupru ta’ imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra li jissemmew fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/55/KE.

Il-persuni debitament akkreditati mill-Awtorità ta’ Akkreditazzjoni tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea jista’ jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni biss sakemm ikun meħtieġ għall-kura, għall-manutenzjoni u għall-iżvilupp tan-netwerk CCN/CSI.

3.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jikkomunikaw b’mezzi elettroniċi, dawn għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw irwieħhom li l-komunikazzjonijiet kollha jiġu debitament awtorizzati.

Artikolu 24

L-informazzjoni u l-partikolaritajiet l-oħra kkomunikati mill-awtorità mitluba lill-awtorità applikanti għandhom jingħataw fl-ilsien uffiċjali jew f’wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-awtorità mitluba jew fi lsien ieħor li dwaru jkun hemm ftehim bejn l-awtorità applikanti u dik mitluba.

KAPITOLU VI

L-ELIĠIBBILTÀ U R-RIFJUT TAT-TALBIET GĦAL GĦAJNUNA

Artikolu 25

1.   Talba għal għajnuna tista’ ssir mill-awtorità applikanti rigward jew talba waħda jew diversi talbiet fejn dawk jistgħu jiġu rkuprati mingħand l-istess persuna.

2.   Ma tista ssir l-ebda talba għal għajnuna jekk l-ammont totali tat-talba jew tat-talbiet rilevanti elenkata fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/55/KE ikun inqas minn EUR 1 500.

Artikolu 26

Jekk l-awtorità mitluba tiddeċiedi, skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/55/KE, li tirrifjuta talba għal għajnuna, għandha tinnotifika lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet għar-rifjut. Tali notifika għandha tingħata mill-awtorità mitluba hekk kif tieħu d-deċiżjoni tagħha u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien tliet xhur mid-data meta tirċievi t-talba għall-għajnuna.

KAPITOLU VII

L-ARRANĠAMENTI GĦAR-RIMBORS

Artikolu 27

Kull Stat Membru għandu jaħtar mill-inqas uffiċjal wieħed debitament awtorizzat sabiex jiftiehem dwar arranġamenti għal rimbors skond l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2008/55/KE.

Artikolu 28

1.   Jekk l-awtorità mitluba tiddeċiedi li titlob arranġamenti ta’ rimbors, għandha tinnotifika lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet għal fehmitha li l-irkupru tat-talba qed joħloq problema speċifika, jinvolvi spejjeż ferm kbar jew ikun relatat mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

L-awtorità mitluba għandha tehmeż stima dettaljata ta’ l-ispejjeż li għalihom qed titlob rimbors miill-awtorità applikanti.

2.   L-awtorità applikanti għandha tirriknoxxi li rċeviet it-talba għall-arranġamenti għar-rimbors mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem minn meta tkn irċevietha.

Fi żmien xahrejn mid-data tar-rikonoxximent li l-imsemmiija talba ġiet riċevuta, l-awtorità applikanti għandha tinforma lill-awtorità mitluba jekk u sa liema punt taqbel ma’ l-arranġamenti għar-rimbors proposti.

3.   Jekk ma jista’ jintlaħaq l-ebda ftehim bejn l-awtorità applikanti u dik mitluba rigward l-arranġamenti għar-rimbors, l-awtorità mitluba għandha tkompli normalment bil-proċeduri ta’ rkupru.

KAPITOLU VIII

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 29

Qabel il-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni, sakemm ikun possibbli b’mezzi elettroniċi, bl-użu li sar mill-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 2008/55/KE u bir-riżultati li nkisbu fis-sena kalendarja preċedenti.

Il-komunikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-elementi nklużi fil-mudell tal-formola stabbilit fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Il-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, relatata man-natura tat-talbiet li għalihom intalbet jew ingħatat għajnuna għall-irkupru, għandha tinkludi l-elementi li jinsabu fil-mudell tal-formola stabbilit fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

Artikolu 30

Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-isem u bl-indirizz ta’ l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament, kif ukoll ta’ l-uffiċjali awtorizzati biex jilħqu ftehim rigward l-arranġamenti skond l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2008/55/KE.

Artikolu 31

B’dan qed tiġi revokata d-Direttiva 2002/94/KE.

Ir-referenzi għal dik id-Direttiva għandhom jiġu nterpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 32

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28.

(2)   ĠU L 337, 13.12.2002, p. 41.


ANNESS I

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

Image 8

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Image 9

Test ta 'immaġni

Image 10

Test ta 'immaġni

Image 11

Test ta 'immaġni

Image 12

Test ta 'immaġni

Image 13

Test ta 'immaġni

Image 14

Test ta 'immaġni

Image 15

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Image 16

Test ta 'immaġni

ANNESS V

Image 17

Test ta 'immaġni

29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/44


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1180/2008

tat-28 ta' Novembru 2008

li jwaqqaf sistema ta' komunikazzjoni ta' tagħrif dwar ċerti provvisti ta' ċanga, vitella u majjal fit-territorju tal-Federazzjoni Russa

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 170 u l-Artikolu 192, flimkien ma' l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2584/2000 ta’ l-24 ta’ Novembru 2000 li jwaqqaf sistema ta' komunikazzjoni ta' tagħrif dwar ċerti provvisti ta' ċanga, vitella u majjal fit-territorju tal-Federazzjoni Russa (2) ġie emendat (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

L-Artikolu 2 tal-Protokoll 2 dwar għajnuna komuni amnministrattiva għall-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni tad-dwana mehmuża mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jwaqqaf sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, mill-parti l-oħra (4), jipprovdi li l-partijiet għandhom jgħinu lil xulxin biex jiżguraw li l-leġislazzjoni tad-dwana tiġi applikata korrettement, b'mod partikolari bil-prevenzjoni, kxif u investigazzjoni ta' kontravvenzjonijiet ta' dik il-leġislazzjoni. Biex tiġi implimentata dik l-għajnuna amministrattiva, il-Kummissjoni, rappreżentata mill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa “OLAF”) u l-awtoritajiet Russi kkonkludew arranġament li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-komunikazzjoni ta' tagħrif dwar ċaqliq ta' oġġetti bejn il-Komunità u l-Federazzjoni Russa.

(3)

Bħala parti minn dik l-għajnuna amministrattiva, speċifikament b'relazzjoni mat-trasport ta' prodotti ta' ċanga, vitella u majjal sejrin lejn il-Federazzjoni Russa, it-tagħrif li l-operaturi għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri sistema ta' komunikazzjoni ta' tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, OLAF u l-awtoritajiet Russi għandu jitniżżel.

(4)

It-tagħrif u s-sistema ta' komunikazzjoni introdotta għandhom jagħmluha possibbli li jiġu intraċċati l-esportazzjonijiet tal-prodotti konċernati lill-Federazzjoni Russa u, fejn japplika, jinkixfu każi li fihom ħlas lura ma jkunx dovut u għandu jinġabar lura.

(5)

L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandha tiġi evalwata wara perijodu sinjifikanti ta' operazzjoni. Ir-reviżjoni mwettqa fuq dik il-bażi tista', fejn japplika, twassal għall-estensjoni ta' esportazzjonijiet ta' prodotti oħra u tinvolvi konsegwenzi finanzjarji fejn l-obbligazzjonijiet huma jew m'humiex osservati.

(6)

L-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jippreskrivi r-regoli dettaljati komuni li japplikaw għas-sistema ta’ ħlasijiet lura (rifużjonijiet) fuq l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli (5), jagħti d-dritt lill-Kummissjoni li f’ċerti każi speċifiċi titlob illi jintwerew provi ta’ l-importazzjoni permezz ta’ dokumenti speċifiċi jew b’xi mod ieħor. Għaldaqstant, sabiex issir l-esportazzjoni prevista taħt dan ir-Regolament, l-informazzjoni fornita mill-awtoritajiet Russi għandha titqies bħala għajn ta’ provi ġodda li jissuplimentaw l-għejun ta’ provi attwali.

(7)

Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal- Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kunsinni ta' prodotti taċ-ċanga, vitella u majjal li jaqgħu fil-kodifiċi CN 0201 , 0202 u 0203 diretti lejn it-territorju tal-Federazzjoni Russa u li dwarhom id-dikjarazzjonijiet ta' esportazzjoni huma akkumpanjati minn applikazzjoni ta' ħlas lura ta' esportazzjoni.

Dan ir-Regolament m'għandhux japplika għall-kunsinni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' kwanitajiet anqas minn 3 000 kilogramm.

Artikolu 2

Dawk l-esportaturi li jixtiequ jibbenefikaw mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(2) għandhom jagħtu lill-organu ċentrali nominat minn kull wieħed mill-Istati Membri esportaturi, għal kull dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data ta’ l-iżbarkar tal-prodotti tagħhom fir-Russja, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni u d-data ta’ meta l-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni ġew imwettqa;

(b)

deskrizzjoni tal-merkanzija, li turi l-kowd ta’ tmien ċifri tal-prodott bin-nomenklatura magħquda;

(c)

il-kwantità netta f’kilogrammi;

(d)

in-numru tal-carnet tat-TIR jew in-numru ta’ riferenza tad-dokument tat-transitu intern Russu DKD, jew in-numru tat-TDI/IM40 dikjarazzjoni tar-rilaxx għall-użu domestiku fir-Russja;

(e)

in-numru tal-kontejner, jekk applikabbli;

(f)

in-numru ta’ identifikazzjoni u/jew l-isem tal-mezz tat-trasport meta daħlet il-kunsinna fir-Russja;

(g)

in-numru tal-liċenzja tal-maħzen taħt is-sorveljanza tad-dwana fejn il-prodott ġie mwassal fir-Russja;

(h)

id-data tal-kunsinna tal-prodott fil-maħzen taħt is-sorveljanza tad-dwana fir-Russja.

Artikolu 3

1.   Il-korp ċentrali fl-Istat Membru konċernat msemmi fl-Artikolu 2 għandu jibgħat it-tagħrif li jirċievi lill-OLAF b’posta elettronika fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data li jirċevih.

2.   It-tagħrif li għalih jirreferi l-Artikolu 2, u n-numru ta' identifikazzjoni ta' kull operazzjoni ta' esportazzjoni, għandha tintbagħt mill-OLAF lill-awtoritajiet tad-dwana Russi malli jirċevih.

3.   OLAF għandu javża lill-korp ċentrali ta' l-Istat Membru konċernat, kif jixraq, bit-tweġiba ta’ l-awtoritajiet tad-dwana Russi, fi żmien jumejn tax-xogħol mindu jirċievi dik it-tweġiba; jew fin-nuqqas ta' tweġiba minn dawk l-awtoritajiet, fi żmien jumejn tax-xogħol mit-tmiem tal-perijodu ta' tlett ġimgħat imniżżel għat-tweġiba mill-awtoritajiet Russi taħt l-arranġament amministrattiv konkluż magħhom.

Artikolu 4

1.   It-tagħrif li għalih jirreferu l-Artikoli 1 u 2 m'għandux jikkostitwixxi ħtiġiet addizzjonali għal dawk imniżżla għall-għoti ta' ħlasijiet ta' esportazzjoni fis-setturi konċernati.

2.   Fejn tkun posittiva, ir-risposta ta’ l-awtoritajiet Russi, kif mifhuma mill-Artikolu 3(3), għandha tkun meqjusa bħala prova li l-klijent wettaq il-formalitajiet ta’ l-importazzjoni skond l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 2584/2000 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 298, 25.11.2000, p. 16.

(3)  Ara l-Anness I.

(4)   ĠU L 327, 28.11.1997, p. 48.

(5)   ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien mal-emendament tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2584/2000

(ĠU L 298, 25.11.2000, p. 16)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 44/2003

(ĠU L 7, 11.1.2003, p. 58)


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2584/2000

Dan ir-Regolament

Artikoli 1-4

Artikoli 1-4

Artikolu 5

Artikolu 5(1)

Artikolu 6

Artikolu 5(2)

Anness I

Anness II


29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1181/2008

tat-28 ta’ Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/360/KE tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ ftehimiet fil-forma ta’ minuti maqbula rigward l-emenda tal-konċessjonijiet previsti għal-laħam tat-tjur, bejn il-Komunità Ewropea u, rispettivament, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil u r-Renju tat-Tajlandja, skont it-Titolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi Doganali u l-Kummerċ (GATT 1994) (2), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) fl-Artikolu 5(2) tiegħu jipprovdi li, mat-tressiq ta’ applikazzjoni għal liċenzja, għandha tiġi ddepożitata garanzija ta’ EUR 50 għal kull 100 kilogramma.

(2)

Fid-dawl tal-kundizzjonijiet il-ġodda applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-Brażil, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzija relattiva mal-liċenzja jkun iffissat f’livell xieraq biex jiżgura ġestjoni adegwata tal-kwoti tariffarji u b’tali mod li jiggarantixxi aċċess sodisfaċenti tal-operaturi għal dawn il-kwoti.

(3)

Fid-dawl tat-tnaqqis tal-garanzija, u bl-istesss mod għall-finijiet ta’ ġestjoni adegwata, jeħtieġ li tiżdied il-kwantità massima li kull operatur ikollu dritt japplika għaliha għall-kwoti tal-grupp 1.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Fid-dawl tal-fatt li l-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għas-subperjodu li jmiss għandu jibda fl-1 ta’ Diċembru 2008, huwa essenzjali li dan ir-Regolament isir applikabbli minn din id-data.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 huwa mibdul bit-test li ġej:

“5.   L-applikazzjoni għal-liċenzja għandha tkopri minimu ta’ 100 tunnellata u massimu ta’ 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul il-perjodu jew is-subperjodu kkonċernat. Madankollu, għall-gruppi 2 u 3, l-applikazzjoni għal-liċenzja għandha tkopri massimu ta’ 5 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul il-perjodu jew is-subperjodu kkonċernat.

Għall-gruppi 3, 6 u 8, il-kwantità minima koperta mill-applikazzjoni għal-liċenzja għandha titnaqqas għal 10 tunnellati.”

Artikolu 2

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 huwa mibdul bit-test li ġej:

“2.   Mat-tressiq ta’ applikazzjoni għal-liċenzja, għandha tiġi ddepożitata garanzija ta’ EUR 50 għal kull 100 kilogramma.

Madankollu, għall-applikazzjonijiet li jikkonċernaw il-gruppi 1, 4 u 7, l-ammont tal-garanzija għandu jkun EUR 10 għal kull 100 kilogramma.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 138, 30.5.2007, p. 10.

(3)   ĠU L 142, 5.6.2007, p. 5.


29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/49


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1182/2008

tat-28 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-ammonti ta’ għajnuna minn qabel għall-ħżin privat tal-butir għall-2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(a) u (d) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħżin privat tal-butir.

(2)

Żviluppi fil-prezzijiet u l-ħażniet tal-butir jindikaw żbilanċ fis-suq li jista' jiġi eliminat jew imnaqqas mill-ħżin staġjonali. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti tas-suq huwa xieraq li tingħata għajnuna għall-ħżin privat tal-butir b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2009.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti prodotti agrikoli (2) stabbilixxa regoli komuni għall-implimentazzjoni ta’ skema privata tal-għajnuna għall-ħżin.

(4)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, se tingħata għajnuna stabbilita minn qabel skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet dettaljati kif ipprovduti fil-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżura preżenti waqt li tkun ikkunsidrata l-prattika eżistenti fl-Istati Membri, l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu jirrigwarda biss prodotti li tpoġġew kompletament fil-ħżin. Konsegwentement, għandha tkun introdotta deroga minn dak l-Artikolu.

(6)

Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 l-għajnuna għandha tiġi ffissata fid-dawl tal-ispejjeż tal-ħżin u x-xejra mistennija fil-prezzijiet għall-butir frisk u butir mill-ħażniet.

(7)

Huwa xieraq li tkun iffissata għajnuna għall-ispejjeż tad-dħul u l-ħruġ ta' prodotti kkonċernati u għall-ispejjeż ta' kuljum għall-ħżin fil-friża u l-iffinanzjament.

(8)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u simplifikazzjoni amministrattivi, meta t-tagħrif meħtieġ dwar id-dettalji tal-ħżin ikun diġà inkluż fl-applikazzjoni għall-għajnuna, huwa xieraq li jkun hemm rinunzja għar-rekwiżit li l-istess tagħrif ikun innotifikat wara li l-kuntratt ikun konkluż, kif ipprovdut fl-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 826/2008.

(9)

Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u effiċjenza loġistika, il-ħtieġa li kull unità maħżuna tkun immarkata bin-numru tal-kuntratt tista’ titneħħa meta n-numru tal-kuntratt ikun iddaħħal fir-reġistru tal-ħażniet.

(10)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jipprovdi għal għajnuna għall-ħżin privat tal-butir, kemm jekk mielaħ jew mingħajr melħ, kif imsemmi fl-Artikolu 28(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-kuntratti konklużi fl-2009.

Artikolu 2

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu japplika, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament.

2.   B’deroga mill-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 l-applikazzjonijiet għandhom isiru biss għall-prodotti li tqiegħdu kompletament fil-ħżin.

Artikolu 3

L-unità tal-miżura msemmija fl-Artikolu 16(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 hija l-‘lott tal-ħżin' li tikkorrispondi mal-kwantità tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, li jiżnu talanqas tunnellata u ta' kompożizzjoni u kwalità omoġenja, prodotti f’fabbrika waħda, maħżunin f'post wieħed f'ġurnata waħda.

Artikolu 4

1.   L-għajnuna għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun:

EUR 15,62 għal kull tunnellata ta’ ħżin għall-ispejjeż fissi tal-ħżin,

EUR 0,44 għal kull tunnellata għal kull ġuranta ta’ ħżin kuntrattwali.

2.   Id-dħul fil-ħżin kuntrattwali għandu jsir bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Awwissu 2009. It-tneħħija mill-ħżin tista' ssir biss mis-16 ta' Awwissu 2009. Ħżin kuntrattwali għandu jispiċċa fil-jum ta’ qabel il-ġurnata tat-tneħħija mill-ħżin jew mhux aktar tard mill-aħħar jum ta’ Frar tas-sena ta’ wara d-dħul fil-ħżin.

3.   L-għajnuna tista’ tingħata biss meta l-perjodu kuntrattwali tal-ħżin huwa bejn 90 u 227 ġurnata.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull nhar ta’ Tlieta sa 12:00 (ħin ta’ Brussell) il-kwantitajiet li għalihom ġew konklużi l-kuntratti kif meħtieġ skont l-Artikolu 35(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, kif ukoll il-kwantitajiet ta' prodotti li għalihom intbagħtu applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti.

Artikolu 6

1.   L-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 ma għandux japplika.

2.   L-Istati Membri jistgħu jneħħu l-obbligu msemmi fl-Artikolu 22(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 li jimmarkaw in-numru tal-kuntratt sakemm il-maniġer tal-maħżen ikun responsabbli li jiddaħħal in-numru tal-kuntratt fir-reġistru msemmi fl-Anness I, il-punt III ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna mibgħuta mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.


29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/51


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1183/2008

tat-28 ta' Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 113(1)(a) u 121(h), flimkien mal-Artikolu 4, tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2002 (2) jipprovdi għal skema ta’ għażla ta' ċerti referenzi fakultattivi għaż-żjut taż-żebbuġa. Skont l-Artikolu 5(c) tar-Regolament imsemmi, l-indikazzjonijiet tal-karatteristiċi organolettiċi taż-żjut verġni taż-żebbuġa jistgħu jidhru fuq it-tikketta biss jekk ikunu bbażati fuq ir-riżultati ta' metodu ta' analiżi pprovdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (3). Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002, din id-dispożizzjoni għandha tapplika mit-30 ta’ Novembru 2008.

(2)

F'Novembru 2007, intemmew il-ħidmiet imnedija mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (ICO) bil-għan li jinstabu metodi ġodda ta’ evalwazzjoni organolettika sabiex tkun tista' titwessa' l-firxa tal-attributi pożittivi taż-żjut verġni taż-żebbuġa. L-adattament tar-regoli Komunitarji għall-metodu rivedut tal-ICO ifisser li l-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 għandu jkun emendat. Dan l-adattament huwa parti mill-modifika ta’ diversi regoli dwar it-tikkettjar taż-żejt taż-żebbuġa li huwa previst li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2009. Ma jkunx f’loku, b’mod partikolari għall-operaturi li jkollhom jadattaw it-tikkettjar tal-prodotti tagħhom, li d-dispożizzjonijiet attwali tal-Artikolu 5(c) jkunu applikati għal perjodu limitat għaż-żmien mit-30 ta’ Novembru 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li d-data li minnha jibda japplika l-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 tiġi posposta sal-1 ta’ Lulju 2009.

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel bit-test li ġej:

“L-Artikolu 5(c) huwa applikabbli mill-1 ta' Lulju 2009.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-30 ta' Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 155, 14.6.2002, p. 27.

(3)   ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1.


29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1184/2008

tat-28 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ Vb, VIb u ViaN min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

62/T&Q

Stat Membru

FRA

Stokk

HER/5B6ANB.

Speċi

Aringi (Clupea harengus)

Żona

l-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ Vb, VIb u ViaN

Data

8.10.2008


29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/54


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1185/2008

tat-28 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [il-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1579/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi, għall-2008, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut (3) jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 346, 29.12.2007, p. 1.


ANNESS

Nru

01/MED

Stat membru

BGR

Stokk

TUR/F3742C

Speċi

Barbun imperjali (Psetta maxima)

Żona

Il-Baħar l-Iswed

Data

15.9.2008


29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/56


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1186/2008

tat-28 ta’ Novembru 2008

li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 [qamħ durum ta' kwalità għolja], 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji ta' l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Diċembru 2008, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

(5)

Madankollu, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2008 tas-26 ta' Ġunju 2008 li jwassal għal sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena finanzjarja ta’ bejgħ 2008/2009 (3), l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji ffissati b’dan ir-Regolament hija sospiża,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Diċembru 2008, id-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)   ĠU L 166, 27.6.2008, p. 19.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

23,12

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

21,34

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

21,34

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

23,12


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

14.11.2008-27.11.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

190,56

112,79

Prezz FOB USA

241,10

231,10

211,10

125,25

Tariffa fuq il-Golf

12,34

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

27,27

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

11,99  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

10,09  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


DIRETTIVI

29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/59


DIRETTIVA 2008/96/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2008

dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 71(1) (c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

In-netwerk trans-Ewropew tat-toroq, kif definit fid-Deċiżjoni 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (3), huwa ta’ l-akbar importanza fl-appoġġ għall-integrazzjoni u l-koeżjoni Ewropej, kif ukoll biex jiġi assigurat livell għoli ta’ benessri. B’mod partikulari, għandu jkun garantit livell għoli ta’ sikurezza.

(2)

Fil-White Paper tagħha tat-12 ta’ Settembru 2001, “Linja politika għal trasport Ewropew għall-2010: il-waqt li niddeċiedu”, il-Kummissjoni esprimiet il-bżonn li tagħmel evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza u awditjar tas-sikurezza fit-toroq, biex tidentifika u tieħu ħsieb is-sezzjonijiet b’konċentrazzjoni għolja ta’ inċidenti madwar il-Komunità. Stabbiliet ukoll il-mira li tnaqqas bin-nofs l-għadd ta’ mwiet fit-toroq fl-Unjoni Ewropea bejn l-2001 u l-2010.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Ġunju 2003, “Programm ta’ Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq: Innaqqsu bin-nofs in-numru ta’ vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni Ewropea sa l-2010: Responsabbilta’ komuni”, il-Kummissjoni identifikat l-infrastruttura tat-toroq bħala t-tielet pilastru tal-linja politika għas-sikurezza fit-toroq, li għandha tagħti kontribut importanti lejn il-mira Komunitarja tat-tnaqqis ta’ l-inċidenti.

(4)

Matul dawn l-aħħar snin saru avvanzi kbar fid-disinn tal-vetturi (miżuri ta’ sikurezza u l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda) li kkontribwew sabiex inaqqsu n-numru ta’ persuni maqtula jew korruti f’inċidenti tat-triq. Sabiex tintlaħaq il-mira għall-2010, jeħtieġ li tittieħed azzjoni f’oqsma oħrajn ukoll. Hemm ħafna x’jista' jittejjeb f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni tas-sikurezza ta’ l-infrastruttura, u dan għandu jiġi sfruttat.

(5)

L-istabbilment ta’ proċeduri xierqa huwa għodda essenzjali sabiex titjieb is-sikurezza ta’ l-infrastruttura tat-toroq fin-netwerk trans-Ewropew tat-toroq. L-evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza tat-toroq għandha turi, fuq livell strateġiku, l-implikazzjonijiet fuq is-sikurezza tat-toroq ta’ diversi alternattivi ta’ tfassil ta’ proġetti ta’ infrastruttura u għandu jkollha rwol importanti meta jkunu qed jintgħażlu r-rotot. Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet ta’ l-impatt tas-sikurezza jistgħu jiġu stabbiliti f’numru ta’ dokumenti. Barra minn hekk, l-awditjar tas-sikurezza tat-toroq għandu jidentifika b’mod dettaljat il-karatteristiċi mhux sikuri ta’ proġetti ta’ infrastruttura tat-toroq. Għaldaqstant jagħmel sens li jiġu żviluppati proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’dawk iż-żewġ oqsma, bil-għan li tiżdied is-sikurezza fl-infrastrutturi tat-toroq fin-netwerk trans-Ewropew tat-toroq, filwaqt li fl-istess ħin ikunu esklużi l-mini tat-triq li huma koperti mid-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Netwerk Trans-Ewropew tat-Toroq (4).

(6)

Diversi Stati Membri diġà għandhom sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza ta’ l-infrastruttura tat-toroq li jiffunzjonaw tajjeb. Dawn il-pajjiżi għandhom jitħallew ikomplu jużaw il-metodi eżistenti tagħhom, sa fejn ikunu konsistenti ma’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

(7)

Ir-riċerka hija importanti ħafna għat-titjib tas-sikurezza tat-toroq fl-Unjoni Ewropea. L-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ komponenti, miżuri u metodi (inkluża t-telematika) u d-disseminazzjoni ta’ riżultati ta’ riċerka għandhom parti importanti fiż-żieda tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq.

(8)

Il-livell ta’ sikurezza ta’ toroq eżistenti jrid jittejjeb billi jiġu mmirati investimenti fis-sezzjonijiet tat-toroq li jkollhom l-ogħla konċentrazzjoni ta’ inċidenti u/jew l-ogħla potenzjal ta’ tnaqqis ta’ inċidenti. Sabiex jadattaw l-imġiba tagħhom u jżidu l-konformità mar-regoli tat-traffiku, speċjalment il-limiti tal-veloċità, għandha tinġibed l-attenzjoni tas-sewwieqa dwar sezzjonijiet ta’ toroq b’konċentrazzjoni għolja ta’ inċidenti.

(9)

Il-klassifikazzjoni tas-sikurezza tan-netwerk għandha potenzjal għoli minnufih malli tiġi implimentata. Ladarba s-sezzjonijiet tat-toroq b’konċentrazzjoni għolja ta’ inċidenti jkunu ġew ittrattati u jkunu ttieħdu miżuri rimedjali, l-ispezzjonijiet ta’ sikurezza bħala miżura preventiva għandhom jassumu rwol aktar importanti. L-ispezzjonijiet regolari huma għodda essenzjali għall-prevenzjoni ta’ perikli possibbli għal kull min juża t-triq, inklużi utenti vulnerabbli, u wkoll fil-każ ta’ xogħlijiet fit-triq.

(10)

It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni għall-ħaddiema ta’ sikurezza permezz ta’ kurrikuli ta’ taħriġ u għodod għall-kwalifikazzjoni vvalidati mill-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattikanti jiksbu l-aħħar tagħrif meħtieġ.

(11)

Sabiex tittejjeb is-sikurezza tat-toroq fl-Unjoni Ewropea, għandhom isiru arranġamenti għal skambji aktar frekwenti u konsistenti ta’ l-aħjar prattika fost l-Istati Membri.

(12)

Biex jiżguraw livell għoli ta’ sikurezza tat-toroq fl-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom japplikaw linji gwida dwar il-ġestjoni tas-sikurezza ta’ l-infrastruttura. In-notifika ta’ dawk il-linji gwida lill-Kummissjoni, flimkien ma’ rappurtaġġ regolari dwar l-implimentazzjoni tagħhom, għandhom iwittu t-triq għal titjib sistematiku tas-sikurezza ta’ l-infrastruttura fil-livell Komunitarju, u jipprovdu bażi għall-evoluzzjoni lejn sistema aktar effettiva maż-żmien. Barra minn hekk, ir-rappurtaġġ dwar l-implimentazzjoni tagħhom għandu jippermetti lil Stati Membri oħrajn jidentifikaw l-aktar soluzzjonijiet effettivi, filwaqt li l-ġabra sistematika ta’ data minn studji ta’ tqabbil bejn is-sitwazzjonijiet ta’ qabel u ta’ wara l-implimentazzjoni għandha tiffaċilita l-għażla ta’ l-aktar miżura effettiva għal azzjoni fil-ġejjieni.

(13)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu ma’ l-investiment fis-sikurezza tat-toroq għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-investiment fil-manutenzjoni tan-netwerk tat-toroq.

(14)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment ta’ proċeduri li jiżguraw livell għoli konsistenti ta’ sikurezza tat-toroq fin-netwerk trans-Ewropew tat-toroq kollu, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jista’ għalhekk bis-saħħa ta’ l-effetti ta’ l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(15)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (5).

(16)

B’mod partikolari il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-kriterji neċessarji għat-titjib tal-prattika ta’ ġestjoni tas-sikurezza tat-toroq u għall-addattament ta’ l-annessi għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(17)

Huwa importanti ħafna li jkun hemm biżżejjed żoni ta’ parkeġġ mal-ġenb tat-triq, mhux biss għall-prevenzjoni tal-kriminalità iżda wkoll għas-sikurezza fit-toroq. Iż-żoni ta’ parkeġġ jippermettu lis-sewwieqa li jieqfu għall-mistrieħ meta jkun il-waqt u jkomplu l-vjaġġ tagħhom b’konċentrazzjoni sħiħa. Għaldaqstant, parti integrali mill-ġestjoni tas-sikurezza ta’ l-infrastruttura tat-toroq għandha tkun li jkun hemm biżżejjed żoni ta’ parkeġġ.

(18)

F’konformità mal-punt 34 tal-ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (6), l-Istati Membri huma inkoraġġiti li jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, u biex jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva teħtieġ l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri relatati ma’ l-evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza fit-toroq, l-awditjar tas-sikurezza fit-toroq, il-ġestjoni tas-sikurezza tan-netwerk tat-toroq u l-ispezzjonijiet tas-sikurezza mill-Istati Membri.

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal toroq li huma parti min-Netwerk Trans-Ewropew tat-Toroq, kemm jekk ikunu fl-istadju ta’ disinn, kif ukoll jekk qed jinbnew jew joperaw.

3.   L-Istati Membri jistgħu wkoll japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, bħala ġabra ta’ prattika tajba, għall-infrastruttura nazzjonali tat-trasport fit-toroq, li mhix inkluża fin-netwerk tat-toroq trans-Ewropej, u li kienet inbniet kompletament jew parzjalment bl-użu ta’ fondi Komunitarji.

4.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-mini fit-triq koperti mid-Direttiva 2004/54/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“netwerk trans-Ewropew tat-toroq” tfisser in-netwerk tat-toroq identifikat fis-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE;

(2)

“entità kompetenti” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata mwaqqfa f’livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, involuta fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva minħabba l-kompetenzi tagħha inklużi l-korpi innominati bħala entitajiet kompetenti li kienu jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, sa fejn dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(3)

“evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza fit-toroq” tfisser analiżi strateġika komparattiva ta’ l-impatt li jkollhom triq ġdida jew modifika sostanzjali għan-netwerk eżistenti fuq il-livell tas-sikurezza tan-netwerk tat-toroq;

(4)

“awditjar tas-sikurezza fit-toroq” ifisser verifika indipendenti, dettaljata, sistematika u teknika tas-sikurezza tal-karatteristiċi tad-disinn ta’ proġett ta’ infrastruttura tat-toroq, li jkopri kull stadju mill-ippjanar sal-bidu ta’ l-operat;

(5)

“klassifikazzjoni ta’ sezzjonijiet ta’ toroq b’rata għolja ta’ inċidenti” tfisser metodu biex jiġu identifikati, analizzati u kklassifikati sezzjonijiet tan-netwerk tat-toroq li ilhom joperaw għal aktar minn tliet snin, u li fihom ġraw għadd kbir ta’ inċidenti fatali fi proporzjon mal-fluss tat-traffiku;

(6)

“klassifikazzjoni tas-sikurezza tan-netwerk” tfisser metodu għall-identifikazzjoni, l-analiżi u l-klassifikazzjoni ta’ partijiet min-netwerk ta’ toroq eżistenti skond il-potenzjal tagħhom għall-iżvilupp tas-sikurezza u għat-tnaqqis fi spejjeż ta’ inċidenti;

(7)

“spezzjoni tas-sikurezza” tfisser verifika perjodika ordinarja tal-karatteristiċi u d-difetti li jeħtieġu xogħol ta’ manutenzjoni għal-raġunijiet ta’ sikurezza;

(8)

“linji gwida” huma miżuri adottati mill-Istati Membri, li jistabbilixxu l-passi li għandhom jiġu segwiti, kif ukoll l-elementi li għandhom jitqiesu fl-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ sikurezza stabbiliti f’din id-Direttiva;

(9)

“proġett ta’ infrastruttura” ifisser proġett għall-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ġdida tat-toroq, jew modifikazzjoni sostanzjali għan-netwerk eżistenti li jaffettwa il-fluss tat-traffiku.

Artikolu 3

L-evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza tat-toroq għal proġetti ta’ infrastruttura

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza tat-toroq għall-proġett kollha ta’ infrastruttura.

2.   L-evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza tat-toroq għandha ssir fl-istadju inizjali ta’ l-ippjanar, qabel ma jiġi approvat il-proġett ta’ infrastruttura. B’rabta ma’ dan, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I.

3.   L-evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza tat-toroq għandha tindika l-konsiderazzjonijiet tas-sikurezza tat-toroq li jikkontribwixxu għall-għażla tas-soluzzjoni proposta. Għandha tipprovdi wkoll kull informazzjoni rilevanti meħtieġa għal analiżi dwar ir-relazzjoni bejn in-nefqa u l-benefiċċju tal-għażliet differenti li ġew evalwati.

Artikolu 4

L-awditjar tas-sikurezza tat-toroq għal proġetti ta’ infrastruttura

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awditjar tas-sikurezza tat-toroq isir għal kull proġett ta’ infrastruttura.

2.   Meta jagħmlu l-awditjar tas-sikurezza tat-toroq l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness II.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħatar awditur biex jivverifika l-karatteristiċi tad-disinn ta’ proġett ta’ infrastruttura.

L-awditur għandu jinħatar skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9, paragrafu 4 u għandu jkollu l-kompetenza u t-taħriġ meħtieġa kif provdut fl-Artikolu 9. Fejn l-awditjar isir minn gruppi ta’ spezzjoni, mill-anqas membru wieħed mill-grupp għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza kif previst fl-Artikolu 9(3).

3.   L-awditjar tas-sikurezza tat-toroq għandu jifforma parti integrali mill-proċess tad-disinn tal-proġett ta’ infrastruttura fl-istadji ta’ l-abbozz tad-disinn, tad-disinn dettaljat, tal-ftuħ minn qabel u ta’ l-operazzjoni bikrija.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awditur jistabbilixxi elementi ta’ disinn li jikkompromettu s-sikurezza fir-rapport ta’ l-awditjar għal kull stadju tal-proġett ta’ l-infrastruttura. Kull fejn jiġu identifikati karatteristiċi mhux sikuri waqt il-proċess ta’ l-awditjar mingħajr ma jitranġa d-disinn qabel it-tmiem ta’ l-istadju xieraq kif imsemmi fl-Anness II, ir-raġunijiet għandhom ikunu ddikjarati mill-entità kompetenti f’anness ma’ dak ir-rapport.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 iwassal għal rakkomandazzjonijiet relevanti mill-perspettiva ta’ sikurezza.

Artikolu 5

Il-klassifikazzjoni u l-ġestjoni tas-sikurezza tan-netwerk tat-toroq li jkun qed jopera

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjoni ta’ sezzjonijiet ta’ toroq b’rati għolja ta’ inċidenti u l-klassifikazzjoni tas-sikurezza tan-netwerk tat-toroq jsiru abbażi ta’ reviżjonijiet ta’ l-operazzjoni tan-netwerk tat-toroq, li għandhom isiru mhux inqas minn kull tliet snin. B’rabta ma’ dan, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness III.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sezzjonijiet tat-toroq li juru prijorità ogħla skond ir-riżultati tal-klassifikazzjoni ta’ sezzjonijiet ta’ toroq b’rati għolja ta’ inċidenti u mill-klassifikazzjoni tas-sikurezza tan-netwerk, għandhom ikunu evalwati minn gruppi ta’ esperti permezz ta’ żjarat fuq il-post skont l-elementi msemmija fil-punt 3 ta’ l-Anness III. Ta’ l-inqas membru wieħed tal-grupp ta’ esperti għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 9(4)(a).

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ rimedju jkunu indirizzati speċifikament għas-sezzjonijiet tat-toroq imsemmija fil-paragrafu 2. Għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri msemmija fil-punt 3 (e) ta’ l-Anness III waqt li tingħata attenzjoni lil dawk il-miżuri li jippreżentaw l-akbar proporzjon bejn il-benefiċċju u l-ispiża.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm sinjali xierqa biex iwissu lil min juża t-toroq dwar partijiet ta’ l-infrastruttura tat-toroq li fihom ikunu qed isiru tiswijiet u li jistgħu għaldaqstant jipperikolaw is-sikurezza ta’ min juża t-toroq. Dawn is-sinjali għandhom jinkludu wkoll sinjali li jkunu viżibbli kemm binhar kif ukoll billejl u jitpoġġew f’distanza sikura, u għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna ta’ l-1968 dwar is-Sinjali u l-Indikazzjonijiet tat-Toroq.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull min juża t-triq ikun infurmat, permezz ta’ miżuri xierqa, dwar l-eżistenza ta’ sezzjoni b’rati għolja ta’ incidenti. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li juża sinjali, dawn għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar is-Sinjali u l-Indikazzjonijiet tat-Toroq ta’ l-1968.

Artikolu 6

Spezzjonijiet ta’ sikurezza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru spezzjonijiet ta’ sikurezza tat-toroq li jkunu qed joperaw, bil-għan li jidentifikaw il-fatturi relatati mar-riskji ta’ sikurezza tat-toroq u li jipprevjenu l-inċidenti.

2.   L-ispezzjonijiet ta’ sikurezza għandhom jikkonsistu fi spezzjonijiet perjodiċi tan-netwerk tat-toroq u studji dwar l-impatt possibbli ta’ xogħlijiet fit-toroq fuq is-sikurezza tal-fluss tat-traffiku.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru spezzjonijiet perjodiċi mill-entità kompetenti. Tali spezzjonijiet għandhom ikunu frekwenti biżżejjed sabiex jiżguraw livelli xierqa ta’ sikurezza għall-infrastruttura tat-toroq ikkonċernata.

4.   Bla ħsara għal-linji gwida adottati skond l-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jadottaw linji gwida dwar miżuri temporanji ta’ sikurezza li japplikaw għax-xogħlijiet fit-toroq. Għandhom jimplimentaw ukoll skema adegwata ta’ spezzjoni biex jiżguraw li tali linji gwida jiġu applikati sewwa.

Artikolu 7

Ġestjoni tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal kull inċident fatali li jseħħ fi triq imsemmija fl-Artikolu 1(2), jinkiteb rapport ta’ inċident komplet mill-entità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex f’dak ir-rapport jinkludu kull element li jinsab elenkat fl-Anness IV.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-ispiża soċjali medja ta’ inċident fatali u l-ispiża soċjali medja ta’ inċident gravi li jsir fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jkomplu jiddifferenzjaw ir-rati ta’ l-ispejjeż, li għandhom jiġu aġġornati mill-anqas kull ħames snin.

Artikolu 8

L-adozzjoni u l-komunikazzjoni tal-linji gwida

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk ma jkunux diġa jeżistu, jiġu adottati linji gwida sad-19 ta’ Diċembru 2011, biex jappoġġjaw lill-entitajiet kompetenti fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn il-linji gwida lill-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni jew l-emendar tagħhom.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmilhom disponibbli fuq sit web pubbliku.

Artikolu 9

Il-ħatra u t-taħriġ ta’ awdituri

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk ma jkunux diġà jeżistu għandhom ikunu adottati kurrikuli ta’ taħriġ għal awdituri tas-sikurezza tat-toroq sad-19 ta’ Diċembru 2011.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull fejn awditur tas-sikurezza tat-toroq jeżerċita funzjoni taħt din id-Direttiva, l-awditur isegwi taħriġ inizjali li jwassal għall-għoti ta’ ċertifikat ta’ kompetenza u għandu jipparteċipa f’korsijiet regolari ta’ taħriġ ulterjuri.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri tas-sikurezza tat-toroq ikollhom ċertifikat ta’ kompetenza. Iċ-ċertifikati li jkunu ngħataw qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu rikonoxxuti.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri jkunu maħtura konformement mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-awditur għandu jkollu esperjenza rilevanti jew taħriġ fid-disinn tat-toroq, fl-inġinerija tas-sikurezza tat-toroq u fl-analiżi ta’ l-inċidenti;

(b)

minn sentejn wara l-adozzjoni mill-Istati Membri tal-linji gwida skond l-Artikolu 8, l-awditjar tas-sikurezza tat-toroq għandu jsir biss minn awdituri jew gruppi li jkun fihom awdituri li jissodisfaw ir-rekwiżiti provduti fil-paragrafi 2 u 3;

(c)

għall-għan tal-proġett ta’ infrastruttura li jkun qed jiġi awditjat, l-awditur m’għandux ikun involut, fil-mument ta’ l-awditjar, fil-ħolqien jew fl-operazzjoni tal-proġett ta’ infrastruttura kkonċernat.

Artikolu 10

Skambju ta’ l-aħjar prattika

Sabiex tiżdied is-sikurezza ta’ toroq fl-Unjoni Ewropea li ma jiffurmawx parti min-Netwerk Trans-Ewropew tat-Toroq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema koerenti ta’ skambju ta’ l-aħjar prattika bejn l-Istati Membri, li tkopri inter alia proġetti ta’ sikurezza ta’ l-infrastruttura tat-toroq eżistenti, u teknoloġija ta’ sikurezza tat-toroq li ġiet ipprovata.

Artikolu 11

Titjib kontinwu ta’ prattika ta’ ġestjoni ta’ sikurezza

1.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tistruttura l-iskambju ta’ tagħrif u l-aħjar prattika bejn l-Istati Membri, u tagħmel użu mill-esperjenza miksuba f’fora attwali rilevanti internazzjonali, bil-ħsieb li jinkiseb titjib kontinwu tal-prattika ta’ ġestjoni ta’ sikurezza rigward infrastrutturi tat-toroq fl-Unjoni Ewropea.

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 13. Sa fejn tkun meħtieġa l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi, miżuri bħal dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 13(3).

3.   Fejn xieraq, organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, attivi fil-qasam tas-sikurezza u fil-ġestjoni ta’ infrastrutturi tat-triq, jistgħu jiġu konsultati dwar kwistjonijiet relatati ma’ aspetti tekniċi ta’ sikurezza.

Artikolu 12

Adattament għall-progress tekniku

L-Annessi għal din id-Direttiva għandhom jiġu adattati għall-progress tekniku skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).

Artikolu 13

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2.   Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 14

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Diċembru 2010. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)   ĠU C 168, 20.7.2007, p. 71.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Ġunju 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Ottubru 2008.

(3)   ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1.

(4)   ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39.

(5)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(6)   ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


ANNESS I

L-EVALWAZZJONI TA’ L-IMPATT TAS-SIKUREZZA TAT-TOROQ GĦALL-PROĠETTI TA’ INFRASTRUTTURA

1.

Elementi ta’ evalwazzjoni ta’ l-impatt tas-sikurezza tat-toroq:

(a)

definizzjoni tal-problema;

(b)

is-sitwazzjoni attwali u x-xenarju li fih “ma jsir xejn”;

(ċ)

l-għanijiet tas-sikurezza fit-toroq;

(d)

l-analiżi ta’ l-impatti fuq is-sikurezza tat-toroq ta’ l-alternattivi proposti;

(e)

il-paragun ta’ l-alternattivi, li jinkludi l-analiżi dwar ir-relazzjoni bejn in-nefqa u l-benefiċċju;

(f)

il-preżentazzjoni tal-firxa ta’ soluzzjonijiet possibbli.

2.

Elementi li għandhom jitqiesu:

(a)

fatalitajiet u inċidenti, il-miri ta’ tnaqqis imqabbel max-xenarju li fih “ma jsir xejn”;

(b)

ix-xejriet fl-għażla tar-rotta u tat-traffiku;

(ċ)

effetti possibbli fuq netwerks eżistenti (eż. ħruġ, intersezzjonijiet, passaġġi invelli);

(d)

utenti tat-triq, inklużi persuni vulnerabbli li jużaw it-toroq (eż. il-persuni li jkunu mixjin, iċ-ċiklisti, is-sewwieqa tal-muturi);

(e)

it-traffiku (eż. volumi ta’ traffiku, kategorizzazzjoni tat-traffiku skond it-tip);

(f)

Kundizzjonijiet staġunali u klimatiċi;

(g)

preżenza ta’ għadd biżżejjed ta’ zoni ta’ parkeġġ sikuri;

(h)

attivitajiet sismiċi.


ANNESS II

L-AWDITJAR TAS-SIKUREZZA TAT-TOROQ GĦAL PROĠETTI TA’ INFRASTRUTTURA

1.

Il-kriterji fl-istadju ta’ l-abbozz preliminari tad-disinn:

(a)

il-pożizzjoni ġeografika (eż. l-espożizzjoni għal żerżiq minn ġnub l-għoljiet, għargħar, valangi) u kundizzjonijiet klimatiċi u staġjonali kif ukoll attivitajiet sismiċi;

(b)

it-tipi ta’ junctions u d-distanzi bejniethom;

(ċ)

l-għadd u t-tipi ta’ lanes;

(d)

it-tipi tat-traffiku li huma ammissibbli għat-triq il-ġdida;

(e)

il-funzjonalità tat-triq fin-netwerk;

(f)

kundizzjonijiet meteoroloġiċi;

(g)

il-veloċità tas-sewqan;

(h)

is-sezzjonijiet (eż. wisa’ tal-karreġġjata, rotot għar-roti, mogħdijiet għall-mixi);

(i)

l-allinjamenti orizzontali u vertikali;

(j)

il-viżibbiltà;

(k)

it-tqassim tal-junctions;

(l)

trasport pubbliku u infrastruttura pubblika;

(m)

il-passaġġi invelli ta’ toroq/ferroviji.

2.

Il-kriterji fl-istadju tad-disinn dettaljat:

(a)

it-tqassim;

(b)

is-sinjali u l-marki fit-toroq koerenti;

(ċ)

dawl ta’ toroq imdawla u intersezzjonijiet;

(d)

apparat fil-ġenb tat-triq;

(e)

l-ambjent fil-ġenb tat-triq, inkluża l-veġetazzjoni;

(f)

l-ostakli mwaħħlin fil-ġenb tat-triq;

(g)

provvediment ta’ zoni ta’ parkeġġ sikuri;

(h)

utenti vulnerabbli tat-toroq (il-persuni mixjin fit-triq, iċ-ċiklisti u is-sewwieqa tal-muturi);

(i)

adattament li jkun xieraq għall-utent ta’ sistemi stradali ta’ lqugħ (riservazzjonijiet ċentrali u crash barriers biex jiġi evitat li jkun hemm perikli għal utenti vulnerabbli).

3.

Il-kriterji għall-istadju ta’ qabel il-ftuħ:

(a)

is-sikurezza tal-persuni li jużaw it-toroq u l-viżibbiltà f’kundizzjonijiet differenti, bħal eż. fid-dlam u taħt kundizzjonijiet ta’ temp normali;

(b)

iċ-ċarezza tas-sinjali u tal-marki fit-toroq;

(ċ)

il-kundizzjoni ta’ l-uċuħ tat-toroq.

4.

Il-kriterji għat-tħaddim bikri: evalwazzjoni tas-sikurezza tat-toroq fid-dawl ta’ l-imġiba attwali ta’ l-utenti.

Awditjar fi kwalunkwe stadju jista’ jinvolvi l-bżonn li jitqiesu mill-ġdid il-kriterji mill-istadji ta’ qabel.


ANNESS III

KLASSIFIKAZZJONI TA’ SEZZJONIJIET TA’ KONĊENTRAZZJONI TA’ INĊIDENTI GĦOLJA U KLASSIFIKAZZJONI TA’ SIKUREZZA TAN-NETWERK

1.   L-identifikazzjoni ta’ sezzjonijiet ta’ toroq b’densità għolja ta’ inċidenti

L-identifikazzjoni ta’ sezzjonijiet ta’ toroq b’densità għolja ta’ inċidenti tqis ta’ l-anqas l-għadd ta’ l-inċidenti fatali li seħħew fl-aħħar snin għal kull unità ta’ tul tat-triq proporzjonalment mal-volum ta’ traffiku, u, fil-każ ta’ l-intersezzjonijiet, l-għadd ta’ tali inċidenti għal kull pożizzjoni ta’ l-intersezzjonijiet.

2.   L-identifikazzjoni ta’ sezzjonijiet għal analiżi fil-klassifikazzjoni tas-sikurezza tan-netwerk

L-identifikazzjoni ta’ taqsimiet għal analiżi tal-klassifikazzjoni ta’ sikurezza tan-netwerk tqis it-tnaqqis potenzjali ta’ spejjeż ta’ inċidenti. Is-sezzjonijiet tat-toroq għandhom jitqassmu fi tliet kategoriji. Għal kull kategorija ta’ toroq, sezzjonijiet ta’ toroq għandhom ikunu analizzati u kklassifikati skond fatturi relatati mas-sikurezza, bħal konċentrazzjoni ta’ inċidenti, volum tat-traffiku u tipoloġija tat-traffiku.

Għal kull kategorija ta’ triq, il-klassifikazzjoni tas-sikurezza tan-netwerk għandha tirriżulta f’lista ta’ prijorità ta’ sezzjonijiet ta’ toroq fejn it-titjib ta’ l-infrastruttura huwa mistenni li jkun effettiv ħafna.

3.   L-elementi ta’ evalwazzjoni għal żjarat fuq il-post minn timijiet ta’ esperti:

(a)

id-deskrizzjoni tas-sezzjoni ta’ triq;

(b)

referenza għal rapporti preċedenti possibbli dwar l-istess sezzjoni ta’ triq;

(ċ)

l-analiżi tar-rapporti ta’ inċidenti possibbli;

(d)

in-numru ta’ inċidenti, imwiet u ta’ persuni korruti serjament fit-tliet snin ta’ qabel;

(e)

sett ta’ miżuri rimedjali potenzjali li jridu jitwettqu fi żmien perjodi ta’ żmien differenti, li jqisu per eżempju:

it-tneħħija jew il-protezzjoni ta’ ostakli mwaħħlin fil-ġenb tat-triq;

tnaqqis tal-limiti ta’ veloċità u l-intensifikar ta’ l-infurzar lokali tagħhom;

titjib fil-viżibbiltà f’kundizzjonijiet differenti tat-temp u tad-dawl;

titjib fil-kundizzjoni ta’ sikurezza ta’ apparat fil-ġenb tat-triq, bħal sistemi ta’ trażżin fit-toroq;

titjib fil-koerenza, il-viżibbiltà, iċ-ċarezza biex jinqraw u l-pożizzjoni ta’ marki fit-toroq (li jinkludu l-applikazzjoni ta’ strippi għall-ħsejjes), is-sinjali u senjalazzjonijiet;

protezzjoni minn blat li jaqa’, żerżiq tal-art u valangi;

titjib tal-qabda/il-ħruxija ta’ l-uċuħ tat-toroq;

id-disinn mill-ġdid ta’ sistemi ta’ trażżin fit-toroq;

provvediment u titjib tal-ħarsien medjan;

tibdil fit-tqassim għall-qbiż (overtaking);

it-titjib tal-junctions, inklużi l-passaġġi invelli tat-toroq/ferroviji;

bidla fl-allinjament;

tibdil tal-wisa’ tat-triq, biż-żieda ta’ hard shoulders;

l-istallazzjoni ta’ sistema għall-ġestjoni u l-kontroll tat-traffiku;

tnaqqis tal-kunflitt potenzjali ma’ utenti vulnerabbli tat-triq;

it-tiġdid ta’ triq skond l-istandards attwali tad-disinn;

ir-restawr jew it-tibdil ta’ l-uċuħ tat-toroq;

użu ta’ sinjali ta’ toroq intelliġenti;

titjib ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti u ta’ servizzi telematiċi għal skopijiet ta’ interoperabilità, ta’ emerġenza u ta’ sinjali.


ANNESS IV

INFORMAZZJONI DWAR L-INĊIDENTI FIR-RAPPORTI TA’ L-INĊIDENTI

Ir-rapporti ta’ l-inċidenti għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

1.

il-pożizzjoni preċiża kemm jista’ jkun ta’ l-inċident;

2.

l-istampi u/jew id-dijagrammi tal-post ta’ l-inċident;

3.

id-data u l-ħin ta’ l-inċident;

4.

informazzjoni dwar it-triq, bħal pereżempju, it-tip taż-żona, it-tip tat-triq, it-tip ta’ junction inklużi s-sinjali, in-numru tal-lanes, il-marki, wiċċ it-triq, il-kundizzjonijiet tad-dawl u tat-temp, il-limitu tal-veloċità, u l-ostakli fil-ġenb tat-triq;

5.

is-serjetà ta’ l-inċident, li tinkludi l-għadd ta’ mwiet u persuni mweġġgħin, jekk jista’ jkun skond kriterji komuni li jridu jkunu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 13(3);

6.

il-karatteristiċi tal-persuni involuti, bħal età, is-sess, in-nazzjonalità, il-livell ta’ alkoħol, l-użu jew le ta’ apparat tas-sikurezza;

7.

data dwar il-vetturi involuti (tip, età, pajjiż, l-apparat tas-sikurezza jekk ikun rilevanti, data ta’ l-aħħar kontroll tekniku perjodiku skond il-leġiżlazzjoni li tapplika);

8.

data dwar l-inċident bħal tip ta’ inċident, tip ta’ ħabta, manuvri tal-vettura u tas-sewwieq;

9.

fejn possibbli, informazzjoni dwar il-ħin li għadda bejn il-ħin ta’ l-inċident u r-reġistrazzjoni ta’ l-inċident, jew il-wasla tas-servizzi ta’ emerġenza.


29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/68


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/109/KE

tat-28 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punt (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,

Billi:

(1)

Hemm rekwiżiti speċjali għall-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam u l-injam użat bħala feles jew biex jerfa' merkanzija mhux tal-injam introdott fil-Komunità stipulati fl-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE. Huma bbażati fuq l-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM) Nru 15 tal-FAO dwar “Linji gwida għar-regolamentazzjoni tal-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam fil-kummerċ internazzjonali” (2).

(2)

Flimkien mal-miżuri approvati skond l-ISPM Nru 15, l-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE jinkludi rekwiżit li l-materjal għall-ippakkjar impurtat magħmul mill-injam għandu jsir minn injam li tneħħietlu l-qoxra. L-applikazzjoni ta' dak ir-rekwiżit ta' tneħħija tal-qoxra ġiet posposta darbtejn.

(3)

Il-Komunità talbet ukoll li l-ISPM Nru 15 jiġi rivedut biex jinkludi rekwiżit li jindirizza t-tħassib tal-Komunità dwar ir-riskju li jinħoloq bil-preżenza tal-qoxra fuq ippakkjar bħal dan magħmul mill-injam fil-kummerċ internazzjonali.

(4)

Il-Bord Tekniku dwar il-Kwarantina tal-Foresti (TPFQ), imwaqqaf taħt l-awspiċji tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC) u magħmul minn esperti rikonoxxuti internazzjonalment tal-forestrija, issa analizza d-dejta disponibbli tar-riċerka dwar ir-riskju fitosanitarju li jinħoloq mill-qoxra tas-siġra fil-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam. It-TPFQ ikkonkluda li hemm ġustifikazzjoni teknika li tobbliga li materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam fil-kummerċ internazzjonali għandu jkun ħieles mill-qoxra tas-siġra b'livell ta' tolleranza ddefinit b'mod preċiż għall-preżenza ta' biċċiet żgħar ta' qoxra biex jiġi żgurat li r-riskju fitosanitarju jinżamm f'livell aċċettabbli u li rekwiżit bħal dan għandu jiġi inkluż fl-ISPM Nru 15 rivedut.

(5)

Sabiex it-territorju tal-Komunità jitħares mill-introduzzjoni ta' organiżmi ta' ħsara r-rekwiżiti tal-Komunità għall-preżenza tal-qoxra tas-siġar fil-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam u mil-bċejjeċ tal-injam għandhom jikkonformaw mal-konklużjonijiet tekniċi tat-TPFQ mingħajr l-istennija tal-adozzjoni ta' ISPM Nru 15 mill-Kummissjoni tal-IPPC dwar Miżuri Fitosanitarji.

(6)

Għalhekk huwa xieraq li r-rekwiżit ta' tneħħija tal-qoxra jiġi adattat għal dak il-livell ta' toleranza teknikament iġġustifikat għall-preżenza ta' qoxra tas-siġar.

(7)

Għalhekk l-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandu jiġi emendat skond dan.

(8)

Ir-rekwiżit li l-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam ikun magħmul minn injam tond li tneħħietlu l-qoxra introdott permezz tad-Direttiva 2006/14/KE (3) li temenda l-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009. Għalhekk huwa meħtieġ li l-miżuri previsti f'din id-Direttiva japplikaw ukoll mill-1 ta' Jannar 2009. Minkejja dan, sabiex ikun possibbli għall-pajjiżi terzi biex jagħmlu l-adattamenti meħtieġa huwa xieraq li jiġi previst li r-rekwiżit tal-qoxra tas-siġar għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2009.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih mal-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabelli ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ISPM Nru 15, Marzu 2002, FAO, Ruma.

(3)   ĠU L 34, 7.2.2006, p. 24.


ANNESS

Fl-Anness IV, il-Parti A, it-Taqsima I għad-Direttiva 2000/29/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

2.

Materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam, fil-forma ta’ kontenituri tal-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, paliti, kaxxi tal-paliti u twavel tat-tagħbija oħrajn, għenuq tal-paliti, li huma attwalment użati fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kull xorta, ħlief għall-injam mhux maħdum ta’ 6 mm jew inqas ħxuna, u injam ipproċessat prodott bil-kolla, bis-sħana u bil-pressa, jew taħlita tagħhom, li jiġi minn pajjiżi terzi, ħlief għall-Iżvizzera.

Il-materjal tal-ippakkjar għandu:

ikun ħieles mill-qoxra tas-siġar bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe għadd ta' biċċiet individwali ta' qoxra jekk huma inqas minn 3 ċentimetri fil-wisa' (irrispettivament mit-tul) jew, jekk huma akbar minn 3 ċentimetri fil-wisa', mhumiex iktar minn 50 ċentimetru kwadru bħala erja, u

ikun suġġett għal wieħed mit-trattamenti approvati kif speċifikat fl-Anness I tal-Istandards Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 fuq Il-Linji Gwida li jirregolaw il-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam fil-kummerċ internazzjonali, u

ikollu marka kif speċifikat fl-Anness II tal-Istandards Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 fuq Il-Linji Gwida li jirregolaw il-materjal tal-ippakkjar tal-injam fil-kummerċ internazzjonali, li tindika li l-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam kien soġġett għal trattament fitosanitarju approvat.

L-ewwel inċiż għandu japplika biss mill-1 ta' Lulju 2009.

(2)

il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

8.

Injam li jintuża bħala feles jew appoġġ għat-tagħbija mhux tal-injam, li tinkludi dak li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, ħlief għal injam mhux maħdum ta’ 6 mm ħxuna jew inqas u injam ipproċessat prodott bil-kolla, sħana u pressa, jew taħlita tagħhom, li jiġi minn pajjiżi terzi, minbarra l-Iżvizzera.

L-injam għandu:

ikun ħieles mill-qoxra tas-siġar bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe għadd ta' biċċiet individwali ta' qoxra jekk huma inqas minn 3 ċentimetri fil-wisa' (irrispettivament mit-tul) jew, jekk huma akbar minn 3 ċentimetri fil-wisa', mhumiex iktar minn 50 ċentimetru kwadru bħala erja, u

ikun suġġett għal wieħed mit-trattamenti approvati kif speċifikat fl-Anness I tal-Istandards Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 fuq Il-Linji Gwida li jirregolaw il-materjal tal-ippakkjar tal-injam fil-kummerċ internazzjonali, u

ikollu marka kif speċifikat fl-Anness II tal-Istandards Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 fuq Il-Linji Gwida li jirregolaw il-materjal tal-ippakkjar tal-injam fil-kummerċ internazzjonali, li tindika li l-injam kien soġġett għal trattament fitosanitarju approvat.

L-ewwel inċiż għandu japplika biss mill-1 ta' Lulju 2009.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/71


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Novembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2003/61/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jipprovdu għal derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta’ patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7317)

(It-testi bl-ilsien Spanjol, Grieg, Franċiż, Taljan, Malti u Portugiż biss huma awtentiċi)

(2008/891/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2000/29/KE, il-patata għaż-żrigħ li toriġina mill-Kanada ma tistax tiddaħħal fil-Komunità. Madankollu, id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, dejjem jekk ma jkunx hemm riskju li jixterdu organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/61/KE (2) tipprevedi deroga għall-importazzjoni ta’ patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada fil-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet speċifiċi.

(3)

Il-Portugall talab għal estensjoni ta’ dik id-deroga.

(4)

Is-sitwazzjoni li tiġġustifika dik id-deroga ma tbiddlitx u għalhekk id-deroga għandha tkompli tapplika.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2003/61/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/61/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1(2)(c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

għall-istaġuni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-patata mill-1 ta’ Frar 2003 sal-31 ta’ Marzu 2003, mill-1 ta’ Diċembru 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004, mill-1 ta’ Diċembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005, mill-1 ta’ Diċembru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006, mill-1 ta’ Diċembru 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007, mill-1 ta’ Diċembru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008, mill-1 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009, mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 u mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011.”

(2)

Fl-Artikolu 15, id-data “31 ta’ Marzu 2008” tinbidel bid-data “31 ta’ Marzu 2011”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika Portugiża.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)   ĠU L 23, 28.1.2003, p. 31.


Bank Ċentrali Ewropew

29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/73


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta’ Ottubru 2008

dwar dispożizzjonijiet transitorji għall-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni tal-ewro fis-Slovakja

(BĊE/2008/14)

(2008/892/KE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ’l quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 19.1 u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 47.2,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (BĊE/2003/9) (2),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew biex jimponi sanzjonijiet (3),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2001 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2001/13) (5),

Billi:

(1)

L-adozzjoni tal-ewro mis-Slovakja fl-1 ta’ Jannar 2009 tfisser li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu fis-Slovakja se jkunu suġġetti għall-obbligi tar-riżerva minn dik id-data.

(2)

L-integrazzjoni ta’ dawn l-entitajiet fis-sistema tar-riżervi minimi tal-Ewrosistema teħtieġ l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet transitorji sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni bla xkiel mingħajr ma jinħoloq piż sproporzjonat għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi Stati Membri parteċipanti, inkluża s-Slovakja.

(3)

L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ flimkien mal-Artikolu 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea jimplika obbligu għall-Istati Membri biex jiddisinjaw u jimplimentaw fil-livell nazzjonali l-miżuri kollha xierqa biex jiġbru l-informazzjoni statistika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-BĊE u biex jiżguraw il-preparazzjoni fil-ħin fil-qasam tal-istatistika biex jaddottaw l-ewro,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, it-termini “istituzzjoni”, “obbligu tar-riżerva”, “perijodu ta’ manteniment”, “bażi tar-riżerva”, u “Stat Membru parteċipanti” għandhom l-istess tifsira bħal fir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9).

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet transitorji għal istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja

1.   B’deroga mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9), għandu jibda jiddekorri perijodu ta’ manteniment transitorju mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-20 ta’ Jannar 2009 għal istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja.

2.   Il-bażi tar-riżerva għal kull istituzzjoni li tinsab fis-Slovakja għall-perijodu ta’ manteniment transitorju għandha tkun iddefinita fir-rigward tal-elementi tal-karta tal-bilanċ tagħha skond kif din tkun fil-31 ta’ Ottubru 2008. L-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja għandhom jirrappurtaw il-bażi tar-riżerva tagħhom lin-Národná banka Slovenska skond il-qafas ta’ rappurtar tal-BĊE għall-istatistika monetarja u bankarja, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/13). L-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja li jibbenefikaw mid-deroga skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/13) għandhom jikkalkulaw bażi tar-riżerva għall-perijodu ta’ manteniment transitorju skond il-karta tal-bilanċ tagħhom skond kif din tkun fit-30 Settembru 2008.

3.   Fir-rigward tal-perijodu ta’ manteniment transitorju, jew l-istituzzjoni li tinsab fis-Slovakja jew in-Národná banka Slovenska għandhom jikkalkulaw ir-riżervi minimi ta’ dik l-istituzzjoni. Il-parti li tikkalkula r-riżervi minimi għandha tippreżenta l-kalkoli tagħha lill-parti l-oħra u tħalli żmien biżżejjed biex din tal-aħħar tkun tista’ tivverifikahom u tippreżenta reviżjonijiet. Ir-riżervi minimi kkalkulati, inklużi kull reviżjonijiet, jekk applikabbli, għandhom ikunu kkonfermati miż-żewġ partijiet mhux aktar tard mid-9 ta’ Diċembru 2008. Jekk il-parti nnotifikata ma tikkonfermax l-ammont tar-riżervi minimi sad-9 ta’ Diċembru 2008, hija għandha titqies li tkun ikkonfermat li l-ammont ikkalkulat japplika għall-perijodu ta’ manteniment transitorju.

4.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 4 tal-Artikolu 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja sabiex dawn l-istituzzjonijiet jistgħu, għall-perijodi inizjali tagħhom ta’ manteniment, inaqqsu mill-bażi tar-riżerva tagħhom kull passiv dovut lil istituzzjonijiet fis-Slovakja, minkejja li fiż-żmien li r-riżervi minimi huma kkalkulati dawn l-istituzzjonijiet ma jidhrux fuq il-lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għall-obbligi tar-riżerva fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9).

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet transitorji għal istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti oħra

1.   Il-perijodu ta’ manteniment li japplika għal istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti oħra skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) għandu jibqa’ mhux affettwat bl-eżistenza ta’ perijodu ta’ manteniment transitorju għall-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja.

2.   L-istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti oħra jistgħu jiddeċiedu jnaqqsu mill-bażi tar-riżerva tagħhom għall-perijodi ta’ manteniment ta’ mill-10 ta’ Diċembru 2008 sal-20 ta’ Jannar 2009, u ta’ mill-21 ta’ Jannar sal-10 ta’ Frar 2009, kull passiv dovut lil istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja, minkejja li fiż-żmien li r-riżervi minimi huma kkalkulati dawn l-istituzzjonijiet ma jidhrux fil-lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għall-obbligi tar-riżerva fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9).

3.   L-istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti oħra li jixtiequ jnaqqsu l-passivi dovuti lil istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja għandhom, għall-perijodi ta’ manteniment ta’ mill-10 ta’ Diċembru 2008 sal-20 ta’ Jannar 2009, u ta’ mill-21 ta’ Jannar sal-10 ta’ Frar 2009, jikkalkulaw ir-riżervi minimi tagħhom skond kif tkun il-karta tal-bilanċ tagħhom fil-31 ta’ Ottubru u t-30 ta’ Novembru 2008 rispettivament, u jirrappurtaw tabella skond in-nota f’qiegħ il-paġna 5 tat-Tabella 1 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/13) li turi l-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja bħala li huma suġġetti diġa' tas-sistema tar-riżervi minimi tal-BĊE.

Dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-istituzzjonijiet biex jirrappurtaw informazzjoni statistika għall-perijodi rispettivi skond it-Tabella 1 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/13), li għadha turi l-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja bħala banek li jinsabu f’’Il-Bqija tad-Dinja’.

It-tabelli għandhom jiġu rrappurtati skond il-limiti taż-żmien u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/13).

4.   Għall-perijodi ta’ manteniment li jibdew jiddekorru f’Diċembru 2008, Jannar u Frar 2009, l-istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti oħra li jibbenefikaw mid-deroga skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/13) u li jixtiequ jnaqqsu l-passivi dovuti lil istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja, għandhom jikkalkulaw ir-riżervi minimi tagħhom skond kif tkun il-karta tal-bilanċ tagħhom fit-30 ta’ Settembru 2008, u jirrappurtaw tabella skond in-nota f’qiegħ il-paġna 5 tat-Tabella 1 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/13) li turi l-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja bħala li huma suġġetti diġa' tas-sistema tar-riżervi minimi tal-BĊE.

Dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-istituzzjonijiet biex jirrappurtaw informazzjoni statistika għall-perijodi rispettivi skond it-Tabella 1 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/13), li għadha turi l-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja bħala banek li jinsabu f’’Il-Bqija tad-Dinja’.

It-tabelli għandhom jiġu rrappurtati skond il-limiti taż-żmien u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/13).

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Národná banka Slovenska, istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovakja u istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti oħra.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2008.

3.   Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi f’din id-Deċiżjoni, id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti BĊE/2003/9 u BĊE/2001/13 għandhom japplikaw.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 28 ta’ Ottubru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.

(2)   ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.

(3)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

(4)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(5)   OJ L 333, 17.12.2001, p. 1.


29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/76


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Novembru 2008

li twaqqaf il-qafas għall-akkwist konġunt tal-Ewrosistema

(BĊE/2008/17)

(2008/893/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 105 u 106,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawn ‘il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikolu 12.1 flimkien mal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 5, 16 u 24,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Kunsill Governattiv jaddotta l-linji gwida u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiżgura t-twettiq tal-kompiti fdati f’idejn l-Ewrosistema. Il-Kunsill Governattiv dlonk għandu s-saħħa li jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet awżiljarji bħall-akkwist ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Ewrosistema.

(2)

Il-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-akkwist tippermetti l-akkwist konġunt ta’ oġġetti u servizzi minn awtoritajiet kontraenti diversi. Dan il-prinċipju huwa rifless fil-Premessa 15 sa u fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar il-koordinament ta’ proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi, kuntratti ta’ provvisti pubbliċi u kuntratti ta’ servizzi pubbliċi (1), li jipprovdu għall-użu ta’ ċerta teknika ta’ xiri ċentralizzat.

(3)

L-għan tal-Ewrosistema hu li timxi mal-prinċipji ta’ effiċjenza fl-ispejjeż u effettività, u tfittex l-aħjar valur għall-flus fl-akkwist ta’ oġġetti u servizzi. Il-Kunsill Governattiv iqis l-akkwist konġunt ta’ oġġetti u servizzi bħala strument biex jinkisbu dawn l-għanijiet billi jiġu sfruttati s-sinerġiji u l-ekonomiji ta’ skala.

(4)

Billi jistabbilixxi qafas għall-akkwist konġunt fl-Ewrosistema, il-BĊE għandu l-għan li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li addottaw l-ewro f’dan l-akkwist konġunt.

(5)

Il-Kunsill Governattiv ħoloq Uffiċċju għall-Koordinament tal-Akkwisti fl-Ewrosistema (EPCO) biex jikkoordina dan l-akkwist konġunt. Il-Kunsill Governattiv ħatar lill-Banque centrale du Luxembourg biex jilqa’ l-EPCO għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(6)

Din id-Deċiżjoni hi bla ħsara għal possibbiltà għall-banek ċentrali li jitolbu l-EPCO biex jgħinhom fl-akkwist ta’ oġġetti u servizzi li ma jaqgħux taħt l-iskop ta’ din id-Direttiva.

(7)

Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għadhom ma addottawx l-ewro jista’ jkollhom interess li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-EPCO kif ukoll fil-proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti, li ser isiru taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-banek ċentrali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Deċizjoni:

(a)

“Ewrosistema” tfisser il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li addottaw l-ewro;

(b)

“kompiti tal-Ewrosistema” tfisser il-kompiti mogħtija lill-Ewrosistema skond it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ;

(ċ)

“bank ċentrali” tfisser il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li addotta l-ewro;

(d)

“bank ċentrali li jmexxi” tfisser il-bank ċentrali responsabbli biex imexxi l-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti;

(e)

“bank ċentrali li jilqa’” tfisser il-bank ċentrali maħtur mill-Kunsill Governattiv biex jilqa’ l-EPCO;

(f)

“Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO” tfisser il-kumitat tat-tmexxija mwaqqaf mill-Kunsill Governattiv biex imexxi l-attivitajiet tal-EPCO. Il-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO huwa magħmul minn membru wieħed minn kull bank ċentrali, li jiġi magħżul minn fost il-ħaddiema f’livell superjuri bl-għerf u l-esperjenza fi kwistjonijiet organizzattivi u strateġiċi fl-istituzzjonijiet rispettivi tagħhom u esperti fl-akkwist. Il-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO għandu jirrapporta permezz tal-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv. Il-post ta’ President u s-Segretarjat tal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO għandu jkun provvdut mill-BĊE;

(g)

“proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti” tfisser proċedura għall-akkwist konġunt ta’ oġġetti u servizzi magħmul mill-bank ċentrali li jmexxi għal benefiċċju tal-banek ċentrali li jipparteċipaw fil-proċedura tas-sejħa għal offerti.

Artikolu 2

Skop ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-akkwist konġunt minn banek ċentrali ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Ewrosistema.

2.   Il-parteċipazzjoni tal-banek ċentrali fl-attivitajiet tal-EPCO u fi proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti hija volontarja.

3.   Din id-Deċiżjoni għandha tkun bla ħsara għall-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/18 tas-16 ta’ Settembru 2004 dwar l-akkwist ta’ karti tal-flus ewro (2).

Artikolu 3

Uffiċċju għall-Koordinament tal-Akkwisti fl-Ewrosistema

1.   L-EPCO għandu jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin:

(a)

jiffaċilita' l-adozzjoni tal-aħjar prattiċi għall-akkwist fl-Ewrosistema;

(b)

jiżviluppa l-infrastruttura (eż. kapaċitajiet, għodda funzjonali, sistemi ta’ tagħrif, proċessi) meħtieġa għall-akkwist konġunt;

(ċ)

jidentifika każijiet potenzjali għal akkwist konġunt li jaqgħu fi jew ‘il barra mill-iskop ta’ din id-Deċiżjoni skond il-ħtiġijiet tal-akkwisti li l-banek ċentrali jibagħtu lill-EPCO;

(d)

jipprepara u jaġġorna kif meħtieġ pjan annwali ta’ akkwisti għal proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti bbażati fuq il-valutazzjoni deskritta fil-punt (ċ);

(e)

jipprepara rekwiżiti komuni f’kooperazzjoni mal-banek ċentrali li jipparteċipaw f’proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti;

(f)

jgħin lill-banek ċentrali fil-proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti;

(g)

jgħin lill-banek ċentrali fl-akkwist relatat mal-proġetti komuni tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, jekk ikun mitlub mill-bank ċentrali li jmexxi l-proġett.

2.   Il-bank ċentrali li jilqa’ għandu jipprovdi l-materjal u r-riżorsi umani meħtieġa għall-EPCO biex iwettaq il-kompiti skond il-baġit approvat mill-Kunsill Governattiv kif stabbilit fil-paragrafu 4.

3.   Il-bank ċentrali li jilqa’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO, jista’ jaddotta regoli dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni interna tal-EPCO, inkluż kodiċi ta’ kondotta għall-ħaddiema ta’ l-EPCO, li l-għan tiegħu hu li jiżgura l-ogħla integrità fil-qadi ta’ dmirijiethom.

4.   Il-banek ċentrali għandhom jiffinanzjaw il-baġit tal-EPCO skond ir-regoli addottati mill-Kunsill Governattiv. Qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, l-EPCO għandu jgħaddi proposta għal baġit annwali għall-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv, permezz tal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO u tal-Bord Eżekuttiv.

5.   L-EPCO għandu jissottometti rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Kunsill Governattiv, permezz tal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO u l-Bord Eżekuttiv.

6.   L-attivitajiet tal-EPCO għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll tal-Kumitat ta’ Awdituri Interni skond ir-regoli addottati mill-Kunsill Governattiv. Dan għandu jkun bla ħsara għall-kontroll u r-regoli tal-verifka li japplikaw jew li jiġu addottati mill-bank ċentrali li jilqa’.

7.   Il-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO għandu jagħmel valutazzjoni effettiva u effiċjenti tal-attivitajiet tal-EPCO ħames snin wara li jiġi stabbilit l-EPCO. Ibbażat fuq din il-valutazzjoni, il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi jekk hux meħtieġ li jagħmel proċedura ta’ selezzjoni biex jagħżel bank ċentrali li jilqa’ ġdid.

Artikolu 4

Proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti

1.   Proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti għandha titqies meħtieġa għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni jekk: (i) huwa raġonevolment mistenni li l-akkwist konġunt ta’ oġġetti u servizzi jwassal għal kundizzjonijiet ta’ xiri aktar vantaġġużi skond il-prinċipji tal-effiċjenza u l-effettività tal-ispejjeż; jew (ii) il-banek ċentrali għandhom bżonn jaddottaw rekwiżiti armonizzati u standards dwar dawn l-oġġetti u/jew s-servizzi.

2.   Wara li jiġi identifikat każ potenzjali għal akkwist konġunt, l-EPCO għandu jistieden il-banek ċentrali biex jieħdu sehem fi proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti. Il-banek ċentrali għandhom jinfurmaw lill-EPCO f’ħin tajjeb jekk għandhomx f’moħħhom li jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti, jekk iva, għandhom jikkomunikaw il-bżonnijiet tan-negozju tagħhom lill-EPCO. Bank ċentrali jista’ jirtira milli jieħu sehem f’akkwist konġunt qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt.

3.   Skond pjan annwali tal-akkwisti għal proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti ppreparat mill-EPCO, u wara li jikkonsulta mal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO, il-Kunsill Governattiv jista’ jibda proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti u jagħżel il-bank(ek) ċentrali li jmexxi(u) minn fost il-banek ċentrali li jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti. Il-Kunsill Governattiv għandu jiġi pprovdut b’kull aġġornament tal-pjan annwali tal-akkwisti.

4.   Il-bank ċentrali li jmexxi għandu jwettaq il-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti għall-benefiċċju tal-banek ċentrali li jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti, skond ir-regoli tal-akkwisti li għalihom hu suġġett il-bank ċentrali li jmexxi. Il-bank ċentrali li jmexxi għandu, fl-avviż tal-kuntratt, jispeċifika liema banek ċentrali qegħdin jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti kif ukoll l-istruttura tar-relazzjonijiet kuntrattwali.

5.   Il-bank ċentrali li jmexxi għandu jipprepara d-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti u jagħmel valutazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-offerti b’kooperazzjoni mal-EPCO u l-banek ċentrali l-oħra li jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti.

6.   Il-bank ċentrali li jmexxi għandu jwettaq il-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti fil-lingwa(i) stabbilita(i) fil-pjan annwali ta’ l-akkwisti.

Artikolu 5

Parteċipazzjoni tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għadhom m’addottawx l-ewro

Il-Kunsill Governattiv jista’ jistieden lil banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għadhom ma addottawx l-ewro biex jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-EPCO u fil-proċeduri konġunta ta’ sejħa għal offerti taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-banek ċentrali.

Artikolu 6

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2008.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 17 ta’ Novembru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)   ĠU L 134, 30.4.2004, p.114.

(2)   ĠU L 320, 21.10.2004, p. 21.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/79


DEĊIŻJONI EUMM/1/2008 TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ

tas-16 ta’ Settembru 2008

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja EUMM Georgia

(2008/894/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 10(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK, il-KPS huwa awtorizzat, konformement ma' l-Artikolu 25 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet adegwati sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u ta' tmexxija strateġika tal-Missjoni EUMM Georgia, u partikolarment id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Hansjörg HABER bħala Kap tal-Missjoni EUMM Georgia,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Hansjörg HABER huwa maħtur Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sal-15 ta' Settembru 2009.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. ROGER


(1)   ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26.


29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/80


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ BiH/14/2008

tal-21 ta' Novembru 2008

dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Forza ta’ l-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil- Bosnja u Ħerzegovina

(2008/895/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet ulterjuri dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE.

(2)

Fil-25 ta’ Settembru 2007, il-KPS adotta d-Deċiżjoni BiH/11/2007 (2) li taħtar il-Ġeneral Maġġur Ignacio MARTIN VILLALAIN bħala Kmandant tal-Forza ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

(3)

Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Ġeneral Maġġur Stefano CASTAGNOTTO bħala l-Kmandant tal-Forza l-ġdid ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

(4)

Il-Kumitat Militari ta’ l-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni.

(5)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża.

(6)

Fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002 il-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen adotta Dikjarazzjoni li tiddikjara li l-arranġamenti “Berlin Plus” u l-implementazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta’ l-UE li huma wkoll membri tan-NATO jew partijiet fis-“Sħubija għall-Paċi”, u li għaldaqstant ikkonkludew ftehim bilaterali ta’ sigurtà man-NATO,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ġeneral Maġġur Stefano CASTAGNOTTO huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiedħol fis-seħħ fl-4 ta’ Diċembru 2008.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. ROGER


(1)   ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 162.

(2)   ĠU L 288, 6.11.2007, p. 60.