ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
27 ta' Novembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2008 tas-26 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1171/2008 tas-26 ta’ Novembru 2008 li jistipula l-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa mill-14 ta’ Novembru 2008 sat-14 ta’ Novembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 fir-rigward tal-qamħirrun

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1172/2008 tal-25 ta' Novembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

4

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/108/KE tas-26 ta' Novembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat bħala sustanzi attivi ( 1 )

6

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/885/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Novembru 2008 li taħtar disa’ membri Rumeni u ħdax-il membru supplenti Rumen tal-Kumitat tar-Reġjuni

14

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/886/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2008 dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Kenja fir-rigward tal-flettijiet tat-tonn (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6644)

16

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/887/PESK tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

19

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

20

 

 

2008/888/PESK

 

*

Deċiżjoni ATALANTA/1/2008 tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, prevenzjoni u trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

24

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

27.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1170/2008

tas-26 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

AL

25,7

MA

59,1

TR

74,8

ZZ

53,2

0707 00 05

EG

188,1

JO

178,8

MA

72,2

TR

89,6

ZZ

132,2

0709 90 70

MA

67,7

TR

110,9

ZZ

89,3

0805 20 10

MA

60,4

TR

70,0

ZZ

65,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

54,3

HR

32,7

IL

76,8

TR

61,9

ZZ

56,4

0805 50 10

MA

64,0

TR

74,9

ZA

117,7

ZZ

85,5

0808 10 80

CA

88,7

CL

67,1

MK

37,6

US

109,3

ZA

105,3

ZZ

81,6

0808 20 50

CN

54,2

TR

111,0

ZZ

82,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


27.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1171/2008

tas-26 ta’ Novembru 2008

li jistipula l-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa mill-14 ta’ Novembru 2008 sat-14 ta’ Novembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 fir-rigward tal-qamħirrun

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (2), u partikolarment l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 (3) stabbilixxa kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 242 074 tunnellata qamħirrun (numru tas-serje 09.4131).

(2)

Min-notifika konformi ma’ l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa mill-14 ta’ Novembru 2008 mis-13:00 sat-21 ta’ Novembru fis-13:00, ħin ta’ Brussell, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema limitu jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, filwaqt li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji ta’ l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-perjodu kurrenti tal-kwota,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kull applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-importazzjoni ta’ qamħirrun fl-ambitu tal-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 969/2006, imressqa mill-14 ta’ Novembru 2008 mis-13:00 sat-21 ta’ Novembru fis-13:00, ħin ta’ Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta’ liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skond il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni ta’ 31,233959 %.

2.   Il-ħruġ ta’ liċenzji għal kwantitajiet mitluba fil-21 ta’ Novembru 2008 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, huwa sospiż għall-perjodu kurrenti tal-kwota.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.


27.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1172/2008

tal-25 ta' Novembru 2008

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hemm bżonn li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifika tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, totalment jew parzjalment, fuqha jew li żżidilha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb tal-applikazzjoni ta’ miżuri tariffarji u ta’ miżuri oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skond dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna nru 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru 3 ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li hu marbut mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhuwiex skond dan ir-Regolament jista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu rigward il-prodott nru 1 tat-tabella mehmuża.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament rigward il-prodott nru 2 tat-tabella mehmuża huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna nru 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna nru 2 ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Tagħrif tariffarju li jorbot maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhuwiex skond dan ir-Regolament, jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Il-kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Apparat li jitħaddem bil-batterija magħmul minn sistema li taqra l-lejżer biex jirriproduċi l-vidjos u moniter tal-kulur (hekk imsejjaħ ‘DVD player’ li jista’ jinġarr minn post għall-ieħor). Il-qisien globali tiegħu huma ta’ 19-il ċm. (tul) b’14.2 ċm. (wisa’) u bi 3.7 ċm. (għoli) u l-piż huwa ta’ 800 gramma.

Il-moniter huwa tat-tip ta’ tagħmir bil-kristalli likwidi (“LCD”) b’daqs djagonali tal l-iskrin ta’ 21.6 ċm. (8 pulzieri u nofs). L-apparat jista’ jintlewa u l-moniter tiegħu jista’ jiddawwar.

L-apparat huwa mgħammar b’lawdspikers li qegħdin ġo fih stess.

Għandu l-“interfaces” li ġejjin:

spazji għall-karti għall-espansjoni tal-memorja,

port għall-USB,

port tal-“input” u l-“output” għal sinjal tal-vidjo kompost, u

“jacks” għall-kuffji.

L-apparat jista’ jagħraf midja ottika (per eżempju CDs u DVDs) u midja li hi semikonduttur (per eżempju memorja “flash” tal l-USB) li jkunu f’diversi formati tal-awdjo u tal-vidjo.

8528 59 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali nri 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 3 sas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM bin-numri 8528 , 8528 59 u 8528 59 90 .

Minħabba li l-apparat huwa magna komposta skond in-Nota 3 tas-Sezzjoni XVI, għandu jiġi kklassifikat daqslikieku huwa prodott magħmul biss minn dak il-komponent li jwettaq il-funzjoni ewlenija tiegħu. Skond id-diżinn u l-kunċett tal-apparat, l-għan tiegħu hu li jintwerew il-vidjos.

Fid-dawl tad-daqs tal-iskrin, li jiffaċilita l-wiri ta’ sekwenzi tal-vidjo għal tul ta’ żmien, il-funzjoni ewlenija tal-apparat hija li juri l-vidjos.

Għaldaqstant, l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 8528 59 90 bħala moniter tal-kulur.

2.

Apparat bi stil tal-“laptop” li jitħaddem bil-batterija magħmul minn sistema li taqra l-lejżer biex jirriproduċi l-vidjos u moniter tal-kulur bi tjuner tat-televiżjoni (hekk imsejjaħ ‘DVD player’ li jista’ jinġarr minn post għall-ieħor) Il-qisien globali tiegħu huma ta’ 19.5 ċm. (tul) b’14.9 ċm. (wisa’) u bi 3.1 ċm. (għoli) u l-piż huwa ta’ 800 gramma.

Il-moniter huwa tat-tip ta’ tagħmir bil-kristalli likwidi (“LCD”) b’daqs djagonali tal-iskrin ta’ 17.8 ċm. (7 pulzieri) u jista’ jintewa.

Il-prodott huwa mgħammar:

b’lawdspikers li qegħdin ġo fih stess, u

bi tjuner tad-DVB-T (tax-xandir tal-vidjo diġitali terrestri) u bi tjuner tal-vidjo analogu.

Għandu l-“interfaces” li ġejjin:

spazji għall-karti għall-espansjoni tal-memorja,

port għall-USB,

port tal-“input” u l-“output” għal sinjal tal-vidjo kompost, u

“jacks” għall-kuffji.

L-apparat jista’ jagħraf midja ottika (per eżempju CDs u DVDs) u midja li hi semikonduttur (per eżempju memorja “flash” tal-USB) li jkunu f’diversi formati tal-awdjo u tal-vidjo.

Jista’ jintuża wkoll bħala riċevitur għax-xandir tar-radju diġitali jew bħala “player” tal-logħob tal-vidjo.

8528 72 20

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali nri 1, 3(b), u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM bin-numri 8528 , 8528 72 u 8528 72 20 .

Minħabba li fih tjuner tat-televiżjoni, l-karatteristika essenzjali tal-prodott hija li huwa apparat għar-riċeviment tat-televiżjoni bi skrin li jinkludi riċevitur għax-xandir tar-radju u apparat għar-riproduzzjoni tal-vidjos.

L-użu possibbli tal-apparat bħala apparat tal-logħob huwa sekondarju u għaldaqstant ma għandux jitqies bħala karatteristika essenzjali tal-apparat.

Għaldaqstant, l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 8528 72 20 bħala apparat għar-riċeviment tat-televiżjoni li jinkludi riċevitur għax-xandir tar-radju u apparat għar-riproduzzjoni tal-vidjos.


DIRETTIVI

27.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/6


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/108/KE

tas-26 ta' Novembru 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat.

(2)

Għal dawn is-sustanzi attivi l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew evalwati skont id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikanti. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għall-flutolanil l-Istat Membru relatur kien il-Finlandja u t-tagħrif kollu rilevanti ġie ppreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2005. Għall-benfluralin l-Istat Membru relatur kien il-Belġju u t-tagħrif kollu rilevanti ġie ppreżentat fis-16 ta’ Frar 2006. Għall-fluazinam l-Istat Membru relatur kien l-Awstrija u t-tagħrif kollu rilevanti ġie ppreżentat fit-3 ta’ Jannar 2006. Għall-fuberidazole u l-mepiquat l-Istat Membru relatur kien ir-Renju Unit u t-tagħrif kollu rilevanti ġie ppreżentat fil-5 ta’ April 2005.

(3)

Ir-rapporti ta’ valutazzjoni kienu riveduti b’mod inter pares mill-Istati Membri u mill-EFSA u ppreżentati lill-Kummissjoni fit-3 ta’ Marzu 2008 għall-flutolanil u l-benfluralin, fis-26 ta’ Marzu 2008 għall-fluazinam, fl-14 ta’ Novembru 2007 għall-fuberidazole u fl-14 ta’ April 2008 għall-mepiquat fil-format tar-Rapporti Xjentifiċi tal-EFSA (4). Dawn ir-rapporti ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fl-20 ta’ Mejju 2008 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat.

(4)

Minn eżamijiet varji li saru deher li jista' jiġi mistenni li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li dawn is-sustanzi attivi jkunu inklużi fl-Anness I, biex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha, l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi, jistgħu jingħataw skont id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(5)

Bla ħsara għal din il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għall-kundizzjonijiet. Għaldaqstant, huwa xieraq li jinħtieġ li l-benfluralin ikun soġġett għal aktar ittestjar għall-konferma tal-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi u għal organiżmi akkwatiċi, u li l-fluazinam ikun soġġett għal aktar ittestjar għall-konferma tal-valutazzjoni tar-riskju għal organiżmi akkwatiċi u makro-organiżmi tal-ħamrija u li studji bħal dawn għandhom jitressqu min-notifikanti.

(6)

Għandu jitħalla jiskadi perjodu raġjonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni.

(7)

Bla ħsara għall-obbligi definiti bid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat biex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati bid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, huma sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif ikun xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jiġi stipulat perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III ta' kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta' detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk biex jiġu evitati aktar diffikultajiet jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(9)

Għaldaqstant huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Awissu 2009 il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom skont id-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Awissu 2009.

Sa din id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li jintlaħqu l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal din id-Direttiva relatati mal-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni dwar is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II għal din id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat bħala jew l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2009, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III għal din id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I għal din id-Direttiva dwar il-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat rispettivament. Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jistabbilixxu dan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2013; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-28 ta’ Frar 2013 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-iritrar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, liema minnhom hija l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2009.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 126. Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva flutolanil (iffinalizzat fit-3 ta’ Marzu 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 127. Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva benfluralin(iffinalizzat fit-3 ta’ Marzu 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 137. Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva fluazinam (iffinalizzat fis-26 ta’ Marzu 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 118. Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva fuberidazole (iffinalizzat fl-14 ta’ Novembru 2007).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 146. Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva mepiquat (iffinalizzat fl-14 ta’ April 2008).

(5)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-iskrizzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fl-aħħar parti tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“193

Flutolanil

CAS Nru 66332-96-5

CIPAC Nru 524

α,α,α-trifluoro-3′-isopropoxy-o-toluanilide

≥ 975 g/kg

1 ta’ Marzu 2009

28 ta’ Frar 2019

PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flutolanil għall-użu għajr dawk ta’ trattament tat-tuberu tal-patata, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1) (b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull dejta u tagħrif meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-flutolanil, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta’ Mejju 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-ħarsien tal-ilma taħt l-art, meta s-sustanza attiva hija applikata fir-reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta' klima vulnerabbli.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

194

Benfluralin

CAS Nru 1861-40-1

CIPAC Nru 285

N-butyl-N-ethyl-α,α,α-trifluoro-2,6-dinitro-p-toluidine

≥ 960 g/kg

Impuritajiet:

ethyl-butyl-nitrosamine: massimu ta’ 0.1 mg/kg

1 ta’ Marzu 2009

28 ta’ Frar 2019

PARTI A

L-użu bħala erbiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfluralin għall-użu għajr dawk ta’ ħass u indivja, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1) (b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull dejta u tagħrif meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-benfluralin, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta’ Mejju 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-ħarsien tas-sikurezza tal-operaturi. Kundizzjonijiet awtorizzati ta' użu għandhom jippreskrivu l-applikazzjoni tat-tagħmir protettiv personali tal-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju biex titnaqqas l-espożizzjoni;

lir-residwi f’ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u jivvalutaw l-espożizzjoni djetetika tal-konsumaturi;

lill-ħarsien tal-għasafar, il-mammiferi, l-ilma fuq wiċċ l-art u organiżmi akkwatiċi. B’rabta ma' dawn ir-riskji identifikati, il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, bħal żoni ta' lqugħ, għandhom jiġu applikati fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jiġu ppreżenati aktar studji dwar il-metaboliżmu tar-rotazzjoni tal-ħsad u biex jikkonfermaw il-valutazzjoni tar-riskju għall-metabolit B12 u għal organiżmi akkwatiċi. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom ġiet inkluża l-benfluralin f’dan l-Anness jipprovdu dawn l-istudji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Diettiva.

195

Fluazinam

CAS Nru 79622-59-6

CIPAC Nru 521

3-chloro-N-(3-chloro-5-trifluoromethyl-2-pyridyl)-α,α,α-trifluoro-2, 6-dinitro-p-toluidine

≥ 960 g/kg

Impuritajiet:

5-chloro-N-(3-chloro-5-trifluoromethyl-2-pyridyl)-α,α,α-trifluoro-4,6-dinitro-o-toluidine

mhux aktar minn 2 g/Kg

1 ta’ Marzu 2009

28 ta’ Frar 2019

PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fluazinam għall użu għajr dak tal-patata, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1) (b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull dejta u tagħrif meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fluazinam, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta’ Mejju 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-ħarsien tas-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema. Kundizzjonijiet awtorizzati ta' użu għandhom jippreskrivu l-applikazzjoni tat-tagħmir protettiv personali tal-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju biex titnaqqas l-espożizzjoni;

lir-residwi f’ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u jivvalutaw l-espożizzjoni djetetika tal-konsumaturi;

lill-ħarsien ta’ organiżmi akkwatiċi. B’rabta ma' dan ir-riskju identifikat, il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, bħal żoni ta' lqugħ, għandhom jiġu applikati fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu biex jiġu ppreżentati aktar studji biex jikkonfermaw il-valutazzjoni tar-riskju għal organiżmi akkwatiċi u makro-organiżmi tal-ħamrija. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom ġie inkluż il-fluazinam f’dan l-Anness jipprovdu dawn l-istudji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

196

Fuberidazole

CAS Nru 3878-19-1

CIPAC Nru 525

2-(2′-furyl)benzimidazole

≥ 970 g/kg

1 ta’ Marzu 2009

28 ta’ Frar 2019

PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fuberidazole għall użu għajr dak tat-trattament taż-żerriegħa, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1) (b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull dejta u tagħrif meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fuberidazole, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta’ Mejju 2008.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sikurezza tal-operaturi u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta’ tagħmir protettiv personali adegwat.

lir-riskju fit-tul għal mammiferi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju. F’dan il-każ għandu japplika l-użu ta’ tagħmir adegwat li jiżgura grad għoli ta' inkorporazzjoni fil-ħamrija u tixrid mill-inqas waqt l-applikazzjoni.

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

197

Mepiquat

CAS Nru 15302-91-7

CIPAC Nru 440

1,1-dimethylpiperidinium chloride (mepiquat chloride)

≥ 990 g/kg

1 ta’ Marzu 2009

28 ta’ Frar 2019

PARTI A

L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-mepiquat għall użu għajr dak fix-xgħir, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull dejta u tagħrif meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-mepiquat, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta’ Mejju 2008.

L-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għar-residwi f’ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u jivvalutaw l-espożizzjoni djetetika tal-konsumaturi.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi jingħataw fir-rapport ta’ reviżjoni.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

27.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Novembru 2008

li taħtar disa’ membri Rumeni u ħdax-il membru supplenti Rumen tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/885/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Rumen,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1). Fl-1 ta’ Jannar 2007, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/6/KE li tinnomina l-membri u l-membri supplenti Bulgari u Rumeni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2).

(2)

Disa’ postijiet ta’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara l-iskadenza tal-mandati tas-Sur Emil CALOTĂ, is-Sur Serghei Florin ANGHEL, is-Sur Doru Laurian BĂDULESCU, is-Sur Jenel COPILĂU, is-Sur János DEMETER, is-Sinjura Ileana Viorica ION, Is-Sur Gheorghe BACIU, is-Sur Adriean VIDEANU u s-Sur Livio Nicolae DRAGNEA.

(3)

Ħdax-il post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara l-iskadenza tal-mandati tas-Sur Lucian FLAIȘER, is-Sur Corneliu BICHINEȚ, is-Sur Dan Mihai GROZA, is-Sur Ion OPRESCU, is-Sur Răducu George FILIPESCU, is-Sinjura Edita Emöke LOKODI, is-Sur Tudor PENDIUC, is-Sur Nicușor Daniel CONSTANTINESCU, is-Sur Dumitru Teodor BANCIU, is-Sur Alexandru CORCODEL u s-Sur Dragoș BENEA,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Mircea COSMA, președintele Consiliului Județean Prahova,

Is-Sur Răducu George FILIPESCU, președintele Consiliului Județean Călărași,

Is-Sinjura Edita Emöke LOKODI, președintele Consiliului Județean Mureș,

Is-Sur Gheorghe BUNEA STANCU, președintele Consiliului Județean Brăila,

Is-Sur Ion PRIOTEASA, președintele Consiliului Județean Dolj,

Is-Sur Tudor PENDIUC, primarul municipiului Pitești,

Is-Sur Gheorghe FALCĂ, primarul municipiului Arad,

Is-Sur Decebal ARNĂUTU, primarul orașului Târgu-Neamț,

Is-Sur Vasile SAVA, primarul orașului Țăndărei;

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Silvian CIUPERCĂ, președintele Consiliului Județean Ialomița,

Is-Sur Mircea Ioan MOLOȚ, președintele Consiliului Județean Hunedoara,

Is-Sur Árpád Szabolcs CSEHI, președintele Consiliului Județean Satu-Mare,

Is-Sur Liviu Nicolae DRAGNEA, președintele Consiliului Județean Teleorman,

Is-Sur Gheorghe FLUTUR, președintele Consiliului Județean Suceava,

Is-Sur Marian OPRIȘAN, președintele Consiliului Județean Vrancea,

Is-Sur Gheorghe NICHITA, primarul municipiului Iași,

Is-Sur George SCRIPCARU, primarul municipiului Brașov,

Is-Sur Péter FERENC, primarul orașului Sovata,

Is-Sinjura Mariana MIRCEA, primarul orașului Cernavodă,

Is-Sur Adrian Ovidiu TEBAN, primarul orașului Cugir.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. LAPORTE


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.

(2)  ĠU L 1, 4.1.2007, p. 13.


Kummissjoni

27.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Novembru 2008

dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Kenja fir-rigward tal-flettijiet tat-tonn

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6644)

(2008/886/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tal-Anness II tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Awwissu 2008, il-Kenja, skond l-Artikolu 36 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, talbet deroga mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness għal perjodu ta’ sena. Fid-19 ta’ Awwissu 2008, il-Kenja ppreżentat tagħrif addizzjonali relatat mat-talba li għamlet. It-talba tkopri kwantità totali ta’ 2 000 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn taħt l-intestatura HS 1604. It-talba saret minħabba li l-qabdiet u l-provvista ta’ tonn nej tal-oriġini naqsu fl-Oċean Indjan.

(2)

Skond l-informazzjoni provduta mill-Kenja l-qbid tat-tonn nej tal-oriġini kien baxx iktar mis-soltu anke meta mqabbel mal-varjazzjonijiet normali tal-istaġun u wassal għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-flettijiet tat-tonn. Din is-sitwazzjoni anormali twassal biex ikun impossibbli li l-Kenja tikkonforma mar-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 matul perjodu partikolari.

(3)

Sabiex ikun żgurat li l-Kenja tkun tista’ tkompli bl-esportazzjoni tagħha lejn il-Komunità Ewropea, wara l-iskadenza tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (2), għandha tingħata deroga ġdida.

(4)

Biex tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel mill-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE għall-Ftehim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati msieħba tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant fuq naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq l-oħra (il-Ftehim Interim ta’ Sħubija EAC-UE) għandha tingħata deroga ġdida b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2008.

(5)

Deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 ma għandhiex tikkawża ħsara serja f’industrija Komunitarja stabbilita meta wieħed iqis l-importazzjonijiet konċernati, dejjem jekk jitħarsu ċerti kundizzjonijiet relatati mal-kwantitajiet, is-sorveljanza u t-tul ta’ żmien.

(6)

Huwa għalhekk iġġustifikat li tingħata deroga temporanja skond l-Artikolu 36(1)(a) tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007.

(7)

Il-Kenja se tibbenefika minn deroga awtomatika mir-regoli tal-oriġini għall-flettijiet tat-tonn taħt l-intestatura HS 1604 skond l-Artikolu 41(8) tal-Protokoll tal-Oriġini mehmuż mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija EAC-UE, meta dak il-Ftehim jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat provviżorjament.

(8)

Skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 r-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament u d-derogi minnhom għandhom jiġu ssostitwiti bir-regoli tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija EAC-EU, li d-dħul fis-seħħ tiegħu jew l-applikazzjoni provviżorja mistennija li jseħħu fl-2008. Għalhekk id-deroga għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2008, kif mitlub mill-Kenja, sakemm il-Ftehim Interim ta’ Sħubija EAC-UE ma jidħolx fis-seħħ jew jiġi applikat provviżorjament qabel dik id-data.

(9)

Skond l-Artikolu 41(8) tal-Protokoll tal-Oriġini mehmuż mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija EAC-EU, id-deroga awtomatika mir-regoli tal-oriġini hija limitata għall-kwota annwali ta’ 2 000 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għall-pajjiżi li jkunu inizjalizzaw il-Ftehim ta’ Sħubija Interim EAC-UE (il-Kenja, l-Uganda, it-Tanżanija, ir-Rwanda, il-Burundi). Il-Kenja hija l-uniku pajjiż fir-reġjun li bħalissa tesporta flettijiet tat-tonn lill-Komunità. Huwa għalhekk xieraq li l-Kenja tingħata deroga skond l-Artikolu 36 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward ta’ 2 000 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn, kwantità li ma taqbiżx il-kwota annwali sħiħa mogħtija lir-reġjun tal-EAC taħt il-Ftehim ta’ Sħubija Interim EAC-UE.

(10)

Skond dan, għandha tingħata deroga lill-Kenja għal 2 000 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għal perjodu ta’ sena.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3) jistipula r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti mwettqa b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Kenja, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skond id-deroga mogħtija b’din id-Deċiżjoni.

(12)

Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, l-awtoritajiet tal-Kenja għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni b’mod regolari d-dettalji taċ-ċertifikati ta’ moviment tal-EUR.1 maħruġin.

(13)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skond l-Artikolu 36(1)(a) ta’ dan l-Anness, il-flettijiet tat-tonn tal-Intestatura HS 1604 mmanifatturat minn materjali li mhumiex tal-oriġini għandhom jitqiesu bħala li oriġinaw mill-Kenja skond it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 6 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga stipulata fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness li huma ddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa ġewwa l-Komunità mill-Kenja matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu amministrati skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

L-awtoritajiet doganali tal-Kenja għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iwettqu l-kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Iċ-ċertifikati kollha ta’ moviment EUR.1 li joħorġu għal dawk il-prodotti għandhom jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati ta’ moviment EUR.1 skond din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Il-kaxxa Nru 7 taċ-ċertifikati ta’ moviment tal-EUR.1 maħruġin skond din id-Deċiżjoni għandha tinkludi dan li ġej:

“Deċiżjoni tad-Deroga/2008/886/KE”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Għandha tapplika sakemm ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jiġu ssostitwiti b’dawk l-annessi ma’ kwalunkwe ftehim mal-Kenja meta dan il-ftehim jew ikun applikat provviżorjament, jew jidħol fis-seħħ, skond liema minnhom iseħħ l-ewwel, iżda fi kwalunkwe każ din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika wara l-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. .


ANNESS

IL-KENJA

In-Nru tal-Ordni

Il-kodiċi NM

Id-deskrizzjoni tal-prodotti

Il-perjodu

Il-kwantitajiet

09.1667

1604 14 16

Flettijiet tat-tonn

mill-1.1.2008 sal-31.12.2008

2 000 tunnellata


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

27.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/887/PESK

tal-25 ta’ Settembru 2008

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill addotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (1).

(2)

L-Artikolu 13(4) ta’ dik l-Azzjoni Konġunta jipprevedi li arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim li għandu jiġi konkluż f’konformità mal-Artikolu 24 tat-Trattat.

(3)

Fit-13 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Presidenza, assistita fejn meħtieġ mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, f’każ ta’ operazzjonijiet futuri tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet ċivili sabiex tiftaħ negozjati ma’ Stati terzi bil-ħsieb li tikkonkludi ftehim abbażi tal-mudell ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Stat terz dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stat terz f’operazzjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ maniġġar ta’ kriżijiet ċivili. Abbażi ta’ dak, il-Presidenza nnegozjat Ftehim mar-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO, hu b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħżel il-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex l-Unjoni Ewropea tintrabat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum tal-addozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

L-UNJONI EWROPEA (UE),

min-naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

min-naħa l-oħra,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Partijiet”,

WARA LI KKUNSIDRAW:

l-addozzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (1),

l-istedina lir-Repubblika tal-Kroazja sabiex tipparteċipa fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (minn hawn ‘il quddiem “EULEX KOSOVO”),

id-deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà tas-7 ta’ Frar 2008 sabiex tiġi kkonfermata l-istedina lir-Repubblika tal-Kroazja sabiex tipparteċipa fil-EULEX KOSOVO abbażi tal-eżenzjoni mill-ispiża komuni,

it-twettiq b’suċċess tal-proċess ta’ Ġenerazzjoni ta’ Forza u r-rakkomandazzjoni mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili tal-UE u l-Kumitat għal Aspetti Ċivili ta’ Maniġġar ta’ Kriżijiet sabiex jaqblu dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-EULEX KOSOVO,

id-deċiżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja tat-2 ta’ Lulju 2008 sabiex tipparteċipa fl-EULEX KOSOVO.

id-deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà fl-4 ta’ Lulju 2008 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut tar-Repubblika tal-Kroazja fl-EULEX KOSOVO,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Parteċipazzjoni fl-operazzjoni

1.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tassoċja ruħha mal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO u ma’ kwalunkwe Azzjoni Konġunta jew Deċiżjoni li permezz tagħhom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-EULEX KOSOVO, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament implimentattiv meħtieġ.

2.   Il-kontribut tar-Repubblika tal-Kroazja lill-EULEX KOSOVO hu mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

3.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tiżgura li l-personal tagħha li jipparteċipa fl-EULEX KOSOVO jwettaq il-missjoni tiegħu f’konformità ma’

l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u l-emendi sussegwenti possibbli;

il-Pjan ta’ Operazzjoni;

miżuri implimentattivi.

4.   Il-personal sekondat lill-EULEX KOSOVO mir-Repubblika tal-Kroazja għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu biss bil-ħsieb tal-interess tal-EULEX KOSOVO.

5.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tinforma fiż-żmien debitu lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u lill-Kap tal-Missjoni tal-EULEX KOSOVO (minn hawn ‘il quddiem Kap tal-Missjoni) bi kwalunkwe bidla fil-kontribut tagħha lill-EULEX KOSOVO.

6.   Il-personal issekondat lill-EULEX KOSOVO għandu jagħmel eżami mediku, jitlaqqam u għandu jiġi ċċertifikat medikament b’saħħtu għax-xogħol minn awtoritá kompetenti tar-Repubblika tal-Kroazja. Il-personal issekondat lill-EULEX KOSOVO għandu jipproduċi kopja ta’ din iċ-ċertifikazzjoni.

Artikolu 2

Status tal-persunal

1.   L-istatus tal-personal ikkontribwit lill-EULEX KOSOVO mir-Repubblika tal-Kroazja għandu jkun irregolat mid-dispożizzjonijiet tal-istatus tal-missjoni f’konformità mat-termini tal-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-istatus tal-missjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ir-Repubblika tal-Kroazja għandha teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-personal tagħha li jkun qed jipparteċipa fl-EULEX KOSOVO.

3.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tkun responsabbli sabiex twieġeb kwalunkwe pretensjoni, minn jew li tikkonċerna kwalunkwe membru tal-personal tagħha, marbuta mal-parteċipazzjoni fl-EULEX KOSOVO. Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tkun responsabbli li tressaq kwalunkwe azzjoni, b’mod partikolari legali jew dixxiplinari, kontra kwalunkwe mill-personal tagħha, skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

4.   Ir-Repubblika tal-Kroazja taċċetta li tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta’ pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat parteċipanti fl-EULEX KOSOVO, u li tagħmel dan meta tkun qed tiffirma dan il-Ftehim. Mudell għal tali dikjarazzjoni huwa anness ma’ dan il-Ftehim.

5.   L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jintrabtu li jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta’ pretensjonijiet, għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-EULEX KOSOVO, u li jagħmlu dan meta jiffirmaw dan il-Ftehim. Mudell għal tali dikjarazzjoni huwa anness ma’ dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Informazzjoni klassifikata

1.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li l-informazzjoni kklassifikata tal-UE tkun protetta skond ir-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE (2), u skond gwida oħra maħruġa minn awtoritajiet kompetenti, inkluż il-Kap tal-Missjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni kklassifikata Iffirmat fl-10 ta’ April 2006 (3), għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EULEX KOSOVO.

Artikolu 4

Linja ta’ kmand

1.   Il-personal kollu li jipparteċipa fl-EULEX KOSOVO għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operattiv lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili, li għandu jeżerċita kmand u kontroll fil-livell strateġiku.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jassumi r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-EULEX KOSOVO fil-post tal-operazzjoni.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-personal, gruppi u unitajiet tal-Istati kontribwenti kif inkarigat mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluż fuq l-assi, ir-riżorsi u l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-EULEX KOSOVO.

5.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha jkollha l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ maniġġar ta’ kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jieħdu sehem fl-operazzjoni, skond l-istrumenti legali msemmijin fl-Artikolu 1(1).

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-personal tal-EULEX KOSOVO. Meta jkun meħtieġ, azzjoni dixxiplinarja għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali kkonċernata.

7.   Għandu jinħatar Mexxej tal-Kontinġent Nazzjonali (minn hawn ‘il quddiem, “NCL”) mir-Repubblika tal-Kroazja sabiex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-EULEX KOSOVO. L-NCL għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta’ kuljum tal-kontinġent.

8.   Id-deċiżjoni sabiex tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Kroazja, dment li r-Repubblika tal-Kroazja tkun għadha qed tikkontribwixxi għall-EULEX KOSOVO fid-data tat-tmiem tal-operazzjoni.

Artikolu 5

Aspetti finanzjarji

1.   Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni minbarra l-ispejjeż li huma soġġetti għal finanzjament komuni kif stabbilit fil-baġit operattiv tal-operazzjoni.

2.   F’każ ta’ mewt, korriment, telf jew ħsara lill-popolazzjoni lokali jew lill-persuni ġuridiċi fejn titwettaq l-operazzjoni, ir-Repubblika tal-Kroazja għandha, meta r-responsabbiltà tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens skond il-kondizzjonijiet previsti fid-dispożizzjonijiet dwar l-istatus tal-missjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1).

Artikolu 6

Arranġamenti sabiex jiġi implimentat dan il-Ftehim

Kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ li jsir għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, u l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kroazja.

Artikolu 7

Non-konformità

Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha stabbiliti f’dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra għandha jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tagħti notifika bil-miktub minn xahar qabel permezz ta’ mezzi diplomatiċi.

Artikolu 8

Riżoluzzjoni ta’ disputi

Disputi marbuta mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti b’mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin permezz ta’ mezzi diplomatiċi bit-tlestija tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma.

3.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm idum il-kontribut tar-Repubblika tal-Kroazja lill-operazzjoni.

Magħmul fi Brussell, fl-24 ta’ Novembru 2008 f’żewġ oriġinali bl-Ingliż.

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblika tal-Kroazja


(1)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(2)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 116, 29.4.2006, p. 73.

ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET

Imsemmija fl-Artikolu 2(4) u (5)

Dikjarazzjoni mill-Istati Membri tal-UE:

“L-Istati Membri tal-UE fl-applikazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-UE 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO għandhom jagħmlu ħilithom sabiex, safejn is-sistemi legali interni tagħhom jippermettu dan, jirrinunzjaw kemm jista’ jkun għal pretensjonijiet kontra r-Repubblika tal-Kroazja għal korriment jew mewt tal-personal tagħhom, jew dannu lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi ta’ proprjetà tagħhom u li jkunu qed jintużaw mill-EULEX KOSOVO jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kien ikkawżat minn personal mir-Repubblika tal-Kroazja fit-twettiq tad-doveri tiegħu marbutin mal-EULEX KOSOVO, ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja, jew

irriżulta mill-użu ta’ kwalunkwe assi proprjetà tar-Repubblika tal-Kroazja, dment li l-assi ntużaw b’konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja tal-personal tal-EULEX KOSOVO mir-Repubblika tal-Kroazja li jkun qed juża dawk l-assi.”

Dikjarazzjoni mir-Repubblika tal-Kroazja

“Bħala parteċipant fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO, stabbilita bl-Azzjoni Konġunta tal-UE 2008/124/PESK, tal-4 ta’ Frar 2008, ir-Repubblika tal-Kroazja ser tagħmel ħilitha sabiex, safejn is-sistema legali interna tagħha tippermetti dan, tirrinunzja kemm jista’ jkun għal pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat ieħor li jipparteċipa fl-EULEX KOSOVO għal korriment jew mewt tal-personal tagħha, jew dannu lil jew telf ta’ kwalunkwe assi ta’ proprjetà tagħha u li jkunu qed jintużaw mill-EULEX KOSOVO jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kien ikkawżat mill-personal fit-twettiq tad-doveri tiegħu marbutin mal-EULEX KOSOVO, ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja, jew

irriżulta mill-użu ta’ kwalunkwe assi proprjetà tal-Istati parteċipanti fl-EULEX KOSOVO, dment li l-assi jkunu ntużaw b’konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja tal-personal tal-EULEX KOSOVO li jkun qed juża dawk l-assi.”


27.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/24


DEĊIŻJONI ATALANTA/1/2008 TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ

tat-18 ta' Novembru 2008

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, prevenzjoni u trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2008/888/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu Nru 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-Unjoni Ewropea rrakkomanda li jinħatar il-Komodor Antonios PAPAIOANNOU bħala Kmandant ġdid tal-Forza tal-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

(3)

Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa din ir-rakkomandazzjoni.

(4)

Konformement mal-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Komodor Antonios PAPAIOANNOU huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, prevenzjoni u trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fit-18 ta’ Novembru 2008.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. ROGER


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.


27.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.