ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 313

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
22 ta' Novembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1147/2008 tal-31 ta' Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, rigward il-Parti III 10 ta' l-Anness I tiegħu

1

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 313/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1147/2008

tal-31 ta' Ottubru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, rigward il-Parti III 10 ta' l-Anness I tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), u partikolarment l-Artikolu 27 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2) stabbilixxa formola obbligatorja u komprensiva għan-notifikazzjoni ta' l-Għajnuna mill-Istat.

(2)

Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-linji gwida l-ġodda dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali (3) huwa meħtieġ li tiġi modifikata parti mill-formola ta' notifikazzjoni annessa mar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għalhekk għandu jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-parti III.10 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 tinbidel bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta' Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(2)   ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(3)   ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1.


ANNESS

“PARTI III.10

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦALL-ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT

Dan id-dokument ta’ informazzjoni supplimentari għandha tintuża għan-notifika ta’ kwalunkwe għajnuna koperta mil-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Ħarsien ta’ l-ambjent (minn issa ’l quddiem ‘Linji Gwida dwar l-Ambjent’  (1) . Din tista’ tintuża wkoll għall-għajnuna individwali għall-ħarsien ta’ l-ambjent li ma taqa’ taħt l-ebda eżenzjoni ta’ kategorija jew li tkun suġġetta għal obbligu ta’ notifika individwali minħabba li taqbeż il-limiti tan-notifika individwali stipulati fl-eżenzjoni ta’ kategorija.

1.   Karatteristiċi bażiċi tal-miżura notifikata

Jekk jogħġbok imla l-partijiet rilevanti tal-formola tan-notifika li tikkorrispondi man-natura tal-miżura nnotifikata. Hawn taħt għandek issib gwida bażika.

A)

Jekk jogħġbok speċifika t-tip ta’ għajnuna u imla l-partijiet xierqa tat-Taqsima 3 (‘Kompatibbiltà ta’ l-għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE’) ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplimentari:

Għajnuna għal impriżi li jissuperaw l-istandards Komunitarji jew li jgħollu l-livell tal-ħarsien ta’ l-ambjent fl-assenza ta’ standards Komunitarji, imla t-Taqsima 3.1

Għajnuna għax-xiri ta’ vetturi ġodda għat-trasport li jissuperaw l-istandards Komunitarji jew li jgħollu l-livell tal-ħarsien ta’ l-ambjent fl-assenza ta’ standards Komunitarji, imla t-Taqsima 3.1

Għajnuna lill-SMEs biex jadattaw kmieni għal standards Komunitarji futuri, imla t-Taqsima 3.2

Għajnuna għal studji dwar l-ambjent, imla t-Taqsima 3.3

Għajnuna għall-iffrankar ta’ l-enerġija, imla t-Taqsima 3.4

Għajnuna għas-sorsi ta’ enerġija li tiġġedded, imla t-Taqsima 3.5

Għajnuna għall-koġenerazzjoni, imla t-Taqsima 3.6

Għajnuna għal tisħin urban effiċjenti fl-enerġija, imla t-Taqsima 3.7

Għajnuna għall-ġestjoni ta’ l-iskart, imla t-Taqsima 3.8

Għajnuna għar-riabilitazzjoni ta’ siti kontaminati, imla t-Tasima 3.9

Għajnuna għar-riallokazzjoni ta’ l-impriżi, imla t-Taqsima 3.10

Għajnuna involuta fi skemi ta’ permessi negozjabbli, imla t-Taqsima 3.11

Għajnuna f’forma ta’ tnaqqis jew eżenzjonijiet mit-taxxi ambjentali, imla t-Taqsima 6.

Minbarra dan, jekk jogħġbok imla: it-Taqsima 4 (Effett ta’ inċentiv u neċessità ta’ l-għajnuna), it-Taqsima 7 (Kriterji li jinstigaw evalwazzjoni dettaljata) it-Taqsima 8 (Informazzjoni addizzjonali għal evalwazzjoni dettaljata (2)t-Taqsima 10 (Rappurtar u monitoraġġ).

B)

Jekk jogħġbok agħti spjegazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin (l-għan, l-effetti probabbli ta’ l-għajnuna, l-istrument ta’ għajnuna, l-intensità ta’ l-għajnuna, il-benefiċjarji, il-baġit, eċċ) tal-miżura nnotifikata.

C)

Tista’ l-għajnuna tingħaqad ma’ għajnuna oħra?

iva

le

Jekk iva, imla t-Taqsima 9 (Akkumulazzjoni) ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplimentari.

D)

L-għajnuna hija mogħtija sabiex jiġi promoss it-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-Taqsima 5 (Kompatibbiltà ta’ l-għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE) ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari.

E)

Fil-każ li l-għajnuna individwali nnotifikata hija bbażata fuq skema approvata, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji dwar dik l-iskema (in-numru tal-każ, it-titlu ta’ l-iskema, id-data ta’ l-approvazzjoni mill-Kummissjoni):

F)

Jekk jogħġbok ikkonferma li jekk l-għajnuna/il-bonus għall-impriżi ż-żgħar jingħataw, il-benefiċjarji jikkonformawx mad-definizzjoni ta’ l-impriżi ż-żgħar kif definita mil-leġiżlazzjoni Komunitarja:

iva

G)

Jekk jogħġbok ikkonferma li jekk l-għajnuna/il-bonus għall-impriżi medji jingħataw, il-benefiċjarji jikkonformawx mad-definizzjoni ta’ l-impriżi medji kif definita mil-leġiżlazzjoni Komunitarja:

iva

H)

Jekk applikabbli, jekk jogħġbok indika x’inhi r-rata tal-kambju li ntużat għall-iskopijiet tan-notifika:

I)

Jekk jogħġbok agħti numru lid-dokumenti kollha pprovduti mill-Istati Membri bħala annessi għall-formola ta’ notifika u indika n-numri tad-dokumenti fil-partijiet rilevanti ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplimentari.

2.   Għan ta’ l-għajnuna

A)

Fid-dawl ta’ l-għanijiet komuni indirizzati mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna għall-ambjent (Taqsima 1.2) jekk jogħġbok indika l-għanijiet ambjentali segwiti mill-miżura nnotifikata. Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni dettaljata għal kull tip differenti ta’ għajnuna li għandha tingħata taħt il-miżura nnotifikata:

B)

Jekk il-miżura nnotifikata kienet diġà ġiet applikata fil-passat, jekk jogħġbok indika r-riżultati tagħha f’termini tal-ħarsien ta’ l-ambjent (jekk jogħġbok indika n-numru tal-każ rilevanti u d-data ta’ l-approvazzjoni mill-Kummissjoni u, jekk ikun possibbli, ehmeż ir-rapporti ta’ evalwazzjoni nazzjonali tal-miżura):

C)

Jekk il-miżura hija ġdida, jekk jogħġbok indika r-riżultati antiċipati u l-perjodu li matulu għandhom jintlaħqu:

3.   Kompatibbiltà ta’ l-għajnuna taħt l-artikolu 87(3)(c) tat-trattat tal-ke

Jekk hemm diversi benefiċjarji involuti fil-proġett innotifikat bħala għajnuna individwali, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn taħt għal kull wieħed minnhom.

3.1.   Għajnuna għal impriżi li jtejbu lilhinn mill-istandards Komunitarji jew li jgħollu l-livell tal-ħarsien ta’ l-ambjent fl-assenza ta’ standards Komunitarji  (3)

3.1.1.   Natura ta’ -investimenti appoġġjati, standards applikabbli

A)

Jekk jogħġbok speċifika jekk l-għajnuna tingħatax għal:

investimenti li jippermettu lill-benefiċjarju jżid il-livell ta’ ħarsien ta’ l-ambjent li jirriżulta mill-attivitajiet tiegħu permezz ta’ titjib fuq l-istandards Komunitarji applikabbli (4), irrispettivament mill-preżenza ta’ standards nazzjonali mandatorji li huma aktar stretti mill-istandard Komunitarju;

JEW

investimenti li jippermettu lill-benefiċjarju jżid il-livell ta’ ħarsien ta’ l-ambjent li jirriżulta mill-attivitajiet tiegħu fl-assenza ta’ standards Komunitarji.

B)

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji, inkluż, fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar l-istandards Komunitarji rilevanti:

C)

Jekk l-għajnuna tingħata biex jintlaħaq l-istandard nazzjonali li jaqbeż l-istandards Komunitarji, jekk jogħġbok indika l-istandards nazzjonali applikabbli u ehmeż kopja tagħhom:

3.1.2.   Intensitajiet ta l-għajnuna u bonusijiet

Fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna, l-intensità ta’ l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata għal kull benefiċjarju ta’ l-għajnuna.

A)

X’inhi l-intensità massima ta’ l-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata (5)? …

B)

L-għajnuna ngħatat bi proċess ta’ offerti li kienu ġenwinament kompetittivi (6)?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji rigward il-proċess kompetittiv u ehmeż kopja tan-notifika ta’ l-offerta jew l-abbozz tagħha:

C)

Bonusijiet:

Il-proġetti megħjuna jibbenfikaw minn bonus?

iva

le

Jekk Iva, jekk jogħġbok speċifika hawn taħt.

Bonus ta’ l-SME huwa applikat taħt l-iskema nnotifikata?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (7): …

Bonus għall-ekoinnovazzjoni (8)

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi kif il-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

l-assi jew il-proġett ta’ ekoinnovazzjoni huma ġodda jew imtejba sostanzjalment meta mqabbla ma’ l-aktar stat avvanzat fl-industrija fil-Komunità;

il-benefiċċju ambjentali mistenni huwa ogħla, u b’mod sinifikattiv, mit-titjib li jirriżulta mill-evoluzzjoni ġenerali tax-xogħol kurrenti l-aktar avvanzat f’attivitajiet komparabbli;

Il-karattru innovattiv ta’ dawn l-assi jew proġetti jinvolvi grad ċar ta’ riskju, f’termini teknoloġiċi, tas-suq jew finanzjarji, li huwa ogħla mir-riskju ġeneralment assoċjat ma’ assi jew proġetti paragunabbli li m’humiex innovattivi.

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji li juru l-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq:

Speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (9): …

D)

F’każ ta’ skema ta’ għajnuna, speċifika l-intensità totali ta’ l-għajnuna tal-proġetti sostnuti taħt il-miżura ta’ għajnuna nnotifikata (meta jitqiesu l-bonusijiet) (%): …

3.1.3.   Spejjeż Eliġibbli (10)

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-ispejjeż eliġibbli huma limitati għall-ispejjeż addizzjonali ta’ investiment meħtieġa sabiex jinkiseb livell ta’ ħarsien ta’ l-ambjent ogħla mil-livell mitlub mill-istandards Komunitarji:

iva

B)

Jekk jogħġbok ikkonferma li:

l-ispejjeż preċiżi relatati mal-ħarsien ta’ l-ambjent jikkostitwixxu l-ispejjeż eliġibbli, fil-każ li l-ispiża ta’ l-investiment fil-ħarsien ta’ l-ambjent tista’ tkun faċilment identifikabbli;

JEW

l-ispejjeż addizzjonali ta’ l-investiment huma stabbiliti permezz ta’ paragun bejn l-investiment u s-sitwazzjoni kontrofattwali fl-assenza ta’ l-għajnuna, jiġifieri l-investiment ta’ referenza (11);

U

l-ispejjeż eliġibbli huma kkalkulati bħala netti minn kwalunkwe benefiċċji operattivi u spejjeż operattivi marbuta ma’ l-investiment addizzjonali għall-ħarsien ta’ l-ambjent u li jirriżultaw fl-ewwel ħames snin tat-tul ta’ żmien ta’ l-investiment ikkonċernat.

C)

X’forma jieħdu l-ispejjeż eliġibbli?

investimenti f’assi tanġibbli;

investimenti f’assi mhux tanġibbli.

D)

F’każ ta’ investimenti f’assi tanġibbli jekk jogħġbok indika l-forma/il-forom ta’ l-investimenti kkonċernati:

investimenti f’art li huma strettament meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali;

investimenti f’bini maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti f’impjanti u tagħmir maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti fl-adattar tal-metodi tal-produzzjoni bil-għan li jitħares l-ambjent.

E)

F’każ ta’ investimenti f’assi mhux tanġibbli (trasferiment teknoloġiku permezz tal-ksib ta’ liċenzji operattivi jew ta’ kompetenzi li jkollhom u li ma jkollhomx privattiva) jekk jogħġbok ikkonferma li kwalunkwe wieħed minn dawn l-assi mhux tanġibbli jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

għandu jitqies bħala ass li jiddeprezza;

jiġu mixtrija fuq termini tas-suq, minn impriża li fiha l-akkwirent ma jkollu l-ebda poter ta’ kontroll dirett jew indirett,

għandu jiddaħħal fl-assi ta’ l-impriża, u jibqa’ fl-istabbiliment tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna u jintuża hemmhekk għal mill-inqas ħames snin (12).

Barra dan, jekk jogħġbok ikkonferma li jekk l-ass mhux tanġibbli jinbiegħ matul dawk il-ħames snin:

l-introjtu mill-bejgħ jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli;

U

parti mill-ammont jew l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna, fejn xieraq, jitħallsu lura.

F)

Fil-każ ta’ investimenti bl-għan li jiksbu livell ta’ ħarsien amjentali ogħla minn ta’ l-istandards Komunitarji, jekk jogħġbok ikkonferma d-dikjarazzjonijiet rilevanti:

jekk l-impriża tkun qiegħda taddatta għall-istandards nazzjonali adottati fl-assenza ta’ standards Komunitarji, l-ispejjeż eliġibbli jikkonsistu fl-ispejjeż ta’ l-investiment addizzjonali meħtieġa sabiex jintlaħaq il-livell tal-ħarsien ta’ l-ambjent meħtieġ mill-istandards nazzjonali;

jekk l-impriża tkun qed tadatta għal jew tmur lilhinn minn standards nazzjonali li huma aktar stretti mill-istandards Komunitarji rilevanti jew tagħmel titjib voluntarju fuq l-istandards Komunitarji, l-ispejjeż eliġibbli jikkonsistu fl-ispejjeż addizjonali ta’ investiment meħtieġa sabiex jinkiseb livell ta’ ħarsien ta’ l-ambjent ogħla mil-livell meħtieġ skond l-istandards Komunitarji (13);

jekk ma jkun hemm ebda standards, l-ispejjeż eliġibbli jkunu jikkonsistu fl-ispejjeż ta’ l-investiment meħtieġa sabiex jintlaħaq livell ta’ ħarsien ta’ l-ambjent ogħla minn dak li l-impriża jew l-impriżi in kwistjoni kienu jilħqu fin-nuqqas ta’ kwalunkwe għajnuna ambjentali.

G)

Għal skemi ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi metodoloġija dettaljata ta’ kalkolu, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, li għandha tapplika għall-għotjiet ta’ għajnuna individwali kollha bbażati fuq l-iskema notifikata, u pprovdi x-xhieda relevanti:

Għall-miżuri individwali ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu dettaljat ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta’ investiment notifikat, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, u pprovdi x-xhieda rilevanti:

3.1.4.   Regoli speċifiċi dwar l-għajnuna għax-xiri ta vetturi ġodda għat-trasport li jtejbu lilhinn mill-istandards Komunitarji jew li jgħollu l-livell tal-ħarsien ta’ l-ambjent fl-assenza ta’ standards Komunitarji (14)

Fil-każ ta’ għajnuna għax-xiri ta’ vetturi ġodda għat-trasport li jtejbu lilhinn mill-istandards Komunitarji jew li jgħollu l-livell tal-ħarsien ta’ l-ambjent fl-assenza ta’ standards Komunitarji, b’żieda mat-taqsimiet 3.1.-3.1.3:

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-vetturi ġodda tat-trasport għat-triq, għal-linji tal-ferrovija, għall-kanali ta’ l-ilma interni u għat-trasport marittimu li huma konformi ma’ l-istandards Komunitarji adottati jkunu nxtraw qabel ma’ dawn daħlu fis-seħħ u li l-istandards Komunitarji, meta jsiru mandatorji, ma japplikawx b’lura għal vetturi diġà mixtrija.

iva

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji:

B)

Għall-operazzjoni ta’ adattament bl-għan tal-ħarsien ta’ l-ambjent fis-settur tat-trasport, jekk jogħġbok ikkonferma li:

il-mezzi eżistenti tat-trasport huma aġġornati għall-istandards ambjentali li kienu għadhom mhux fis-seħħ fid-data meta bdew jaħdmu dawk il-mezzi ta’ trasport

JEW

il-mezzi tat-trasport mhumiex suġġetti għall-ebda standards ambjentali

3.2.   Għajnuna għal adattament bikri għall-istandards Komunitarji futuri  (15)

3.2.1.   Kundizzjonijiet bażiċi

A)

Jekk jogħġbok ikkonferna li l-investiment huwa implimentat u finalizzat għall-inqas sena qabel id-dħul fis-seħħ ta’ l-istandard.

iva

le

Jekk iva, fil-każ ta’ l-iskemi ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji dwar kif se tiġi żgurata l-konformità ma’ din il-kundizzjoni:

Jekk iva, fil-każ ta’ għajnuna individwali jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u x-xhieda rilevanti:

B)

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji ta’ l-istandards Komunitarji rilevanti, inklużi d-dati rilevanti għall-iżgurar tal-konformità mal-kundizzjoni deskritta taħt A) hawn fuq:

3.2.2   Intensitajiet ta’ l-għajnuna

X’inhi l-intensità bażika ta’ l-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata?

Għall-impriżi ż-żgħar (16); …;

għall-impriżi ta’ daqs medju (17): …

għall-impriżi l-kbar (18); …

3.2.3.   Spejjeż Eliġibbli

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-ispejjeż eliġibbli huma limitati għall-ispejjeż addizzjonali ta’ l-investiment meħtieġa sabiex jinkiseb il-livell ta’ ħarsien ambjentali meħtieġ mill-istandard Komunitarju meta mqabbel mal-livell eżistenti ta’ ħarsien ambjentali meħtieġ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-istandard:

iva

B)

Jekk jogħġbok ikkonferma li:

l-ispejjeż preċiżi relatati mal-ħarsien ta’ l-ambjent jikkostitwixxu l-ispejjeż eliġibbli, fil-każ li l-ispiża ta’ l-investiment fil-ħarsien ta’ l-ambjent tista’ tkun faċilment identifikabbli;

JEW

l-ispejjeż addizzjonali ta’ l-investiment huma stabbiliti permezz ta’ paragun bejn l-investiment u s-sitwazzjoni kontrofattwali fl-assenza ta’ l-għajnuna, jiġifieri l-investiment ta’ referenza (19);

U

l-ispejjeż eliġibbli huma kkalkulati bħala netti minn kwalunkwe benefiċċji operattivi u spejjeż operattivi marbuta ma’ l-investiment addizzjonali għall-ħarsien ta’ l-ambjent u li jirriżultaw fl-ewwel ħames snin tat-tul ta’ żmien ta’ l-investiment ikkonċernat.

C)

X’forma jieħdu l-ispejjeż eliġibbli?

investimenti f’assi tanġibbli

investimenti f’assi mhux tanġibbli

D)

F’każ ta’ investimenti f’assi tanġibbli jekk jogħġbok indika l-forma/il-forom ta’ l-investimenti kkonċernati:

investimenti f’art li huma strettament meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali;

investimenti f’bini maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti f’impjanti u tagħmir maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti fl-adattar tal-metodi tal-produzzjoni bil-għan li jitħares l-ambjent.

E)

F’każ ta’ investimenti f’assi mhux tanġibbli (trasferiment teknoloġiku permezz tal-ksib ta’ liċenzji operattivi jew ta’ kompetenzi li jkollhom u li ma jkollhomx privattiva) jekk jogħġbok ikkonferma li kwalunkwe wieħed minn dawn l-assi mhux tanġibbli jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

għandu jitqies bħala ass li jiddeprezza;

jiġu mixtrija fuq termini tas-suq, minn impriża li fiha l-akkwirent ma jkollu l-ebda poter ta’ kontroll dirett jew indirett,

għandu jiddaħħal fl-assi ta’ l-impriża, u jibqa’ fl-istabbiliment tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna u jintuża hemmhekk għal mill-inqas ħames snin (20).

Barra dan, jekk jogħġbok ikkonferma li jekk l-ass mhux tanġibbli jinbiegħ matul dawk il-ħames snin:

l-introjtu mill-bejgħ jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli;

U

parti mill-ammont jew l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna, fejn xieraq, jitħallsu lura.

F)

Għal skemi ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi metodoloġija dettaljata ta’ kalkolu, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, li għandha tapplika għall-għotjiet ta’ għajnuna individwali kollha bbażati fuq l-iskema notifikata, u pprovdi x-xhieda relevanti:

Għall-miżuri individwali ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu dettaljat ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta’ investiment notifikat, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, u pprovdi x-xhieda rilevanti:

3.3.   Għajnuna għal studji dwar l-ambjent  (21)

3.3.1.   Studji marbuta direttament ma’ l-investimenti bl-għan li jtejbu lilhinn mill-istandards Komunitarji, jew li jgħollu l-livell tal-ħarsien ta' l-ambjent fl-assenza ta standards Komunitarji

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma jekk l-għajnuna hix mogħtija għal studji marbuta direttament ma’ investimenti bl-għan li jtejbu lilhinn mill-istandards Komunitarji, jew li jgħollu l-livell tal-ħarsien ta’ l-ambjent fl-assenza ta’ standards Komunitarji.

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika għal liema minn dawn l-għanijiet iservi l-investiment:

huwa jippermetti lill-benefiċjarju jżid il-livell ta’ ħarsien ta’ l-ambjent li jirriżulta mill-attivitajiet tiegħu permezz ta’ titjib fuq l-istandards Komunitarji applikabbli, irrispettivament mill-preżenza ta’ standards nazzjonali mandatorji li huma aktar stretti mill-istandard Komunitarju;

JEW

huwa jippermetti lill-benefiċjarju jżid il-livell ta’ ħarsien ta’ l-ambjent li jirriżulta mill-attivitajiet tiegħu fl-assenza ta’ standards Komunitarji.

B)

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji, inkluż, fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar l-istandards Komunitarji rilevanti:

C)

Jekk l-għajnuna tingħata għal studji direttament marbuta ma’ l-investimenti bl-għan li jintlaħqu standards nazzjonali li jaqbżu l-istandards Komunitarji, jekk jogħġbok indika l-istandards nazzjonali applikabbli u ehmeż kopja tagħhom:

D)

Jekk jogħġbok iddeskrivi t-tipi ta’ studji li se jiġu appoġġjati:

3.3.2.   Studji direttament marbuta ma’ investimenti għall-għanijiet li jintlaħaq l-iffrankar ta’ l-enerġija

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-għajnuna hix mogħtija għal studji marbuta direttament ma’ investimenti bl-għan li jintlaħaq l-iffrankar ta’ l-enerġija.

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi xhieda dwar kif l-għan ta’ l-investiment rilevanti jikkonforma mad-definizzjoni ta’ l-iffrankar ta’ l-enerġija kif stipulat fil-punt 70 (2) tal-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent:

3.3.3.   Studji direttament marbuta ma’ investimenti li jipproduċu enerġija li tiġġedded

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma jekk l-għajnuna hix mogħtija għal studji marbuta direttament ma’ investimenti bl-għan tal-produzzjoni ta’ l-enerġija li tiġġedded.

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi xhieda dwar kif l-għan ta’ l-investiment rilevanti jikkonforma mad-definizzjoni tal-produzzjoni ta l-enerġija li tiġġedded kif stipulat fil-punt 70 (5) u (9) tal-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent:

B)

Jekk jogħġbok speċifika t-tip(i) ta’ sorsi ta’ enerġija li tiġġedded li hu maħsub li jkunu sostnuti bl-investiment marbut ma’ l-istudju dwar l-ambjent u pprovdi d-dettalji:

3.3.4.   Intensitajiet ta’ l-għajnuna u bonusijiet

A)

X’inhi l-intensità massima ta’ l-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata (22)?

B)

Bonus ta’ l-SME huwa applikat taħt l-iskema nnotifikata?

iva

le

Jekk iva jekk jogħġbok speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (23): …

3.4.   Għajnuna għall-iffrankar ta’ enerġija  (24)

3.4.1.   Kundizzjonijiet bażiċi

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-miżura nnotifikata tikkonforma mad-definizzjoni ta’ l-iffrankar ta’ l-enerġija fil-punt 70 (2) tal-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent.

iva

B)

Jekk jogħġbok speċifika t-tip(i) ta’ miżuri appoġġjati li jwassal/iwasslu għall-iffrankar ta’ l-enerġija, kif ukoll il-livell ta’ l-iffrankar ta’ l-enerġija li għandu jintlaħaq, u pprovdi d-dettalji:

3.4.2.   Għajnuna għall-investiment

3.4.2.1.   Intensitajiet ta’ l-għajnuna u bonusijiet

A)

X’inhi l-intensità bażika ta’ l-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata (25):…

B)

Bonusijiet:

Bonus ta’ l-SME huwa applikat taħt l-iskema nnotifikata?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (26): …

C)

L-għajnuna ngħatat bi proċess ta’ offerti li kienu ġenwinament kompetittivi (27)?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji rigward il-proċess kompetittiv u ehmeż kopja tan-notifika ta’ l-offerta jew l-abbozz tagħha:

D)

F’każ ta’ skema ta’ għajnuna, speċifika l-intensità totali ta’ l-għajnuna tal-proġetti sostnuti taħt il-miżura ta’ għajnuna nnotifikata (meta jitqiesu l-bonusijiet) (%):

3.4.2.2.   Spejjeż Eliġibbli (28)

A)

Rigward il-kalkolu ta’ l-ispejjeż eliġibbli, jekk jogħġbok ikkonferma li l-ispejjeż eliġibbli humiex limitati għall-ispejjeż addizzjonali ta’ l-investiment meħtieġa sabiex issir il-konservazzjoni ta’ l-enerġija f’livell ogħla mil-livell meħtieġ mill-istandards Komunitarji:

iva

B)

Jekk jogħġbok ikkjarifika wkoll jekk:

l-ispejjeż preċiżi relatati ma’ l-iffrankar ta’ l-enerġija jikkostitwixxux l-ispejjeż eliġibbli, fil-każ li l-ispejjeż ta’ l-investiment fl-iffrankar ta’ l-enerġija jistgħux ikunu faċilment identifikabbli;

JEW

il-parti ta’ l-investiment direttament marbuta mal-konservazzjoni ta’ l-enerġija huwa stabbilita permezz ta’ paragun bejn l-investiment u s-sitwazzjoni kontrofattwali fl-assenza ta’ l-għajnuna, jiġifieri l-investiment ta’ referenza (29);

U

l-ispejjeż eliġibbli humiex ikkalkulati netti minn kwalunkwe benefiċċji ta’ operazzjoni u spejjeż operattivi relatati ma’ l-investiment addizzjonali għall-konservazzjoni ta’ l-enerġija li jirriżultaw matul l-ewwel tliet snin ta’ ħajja ta’ l-investiment fil-każ ta’ l-SMEs, l-ewwel erba’ snin fil-każ ta’ impriżi kbar li m’humiex parti mis-Sistema ta’ Skambju ta’ Emissjonijiet CO2 u l-ewwel ħames snin fil-każ ta’ impriżi kbar li huma parti mis-Sistema ta’ Skambju ta’ Emissjonijiet CO2 (30).

C)

Fil-każ ta’ investiment ta’ għajnuna biex jintlaħaq livell ta’ ffrankar ta’ l-enerġija ogħla mill-istandards Komunitarji, jekk jogħġbok ikkonferma liema waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet hija applikabbli:

jekk l-impriża tkun qiegħda taddatta għall-istandards nazzjonali adottati fl-assenza ta’ standards Komunitarji, l-ispejjeż eliġibbli jikkonsistu fl-ispejjeż ta’ l-investiment addizzjonali meħtieġa sabiex jintlaħaq il-livell tal-ħarsien ta’ l-ambjent meħtieġ mill-istandards nazzjonali;

jekk l-impriża tkun qed tadatta għal jew tmur lilhinn minn standards nazzjonali li huma aktar stretti mill-istandards Komunitarji rilevanti jew tagħmel titjib voluntarju fuq l-istandards Komunitarji, l-ispejjeż eliġibbli jikkonsistu fl-ispejjeż addizjonali ta’ investiment meħtieġa sabiex jinkiseb livell ta’ ħarsien ta’ l-ambjent ogħla mil-livell meħtieġ skond l-istandards Komunitarji (31);

jekk ma jkun hemm ebda standards, l-ispejjeż eliġibbli jkunu jikkonsistu fl-ispejjeż ta’ l-investiment meħtieġa sabiex jintlaħaq livell ta’ ħarsien ta’ l-ambjent ogħla minn dak li l-impriża jew l-impriżi in kwistjoni kienu jilħqu fin-nuqqas ta’ kwalunkwe għajnuna ambjentali.

D)

X’forma jieħdu l-ispejjeż eliġibbli?

investimenti f’assi tanġibbli;

investimenti f’assi mhux tanġibbli.

E)

Fil-każ ta’ investimenti f’assi tanġibbli jekk jogħġbok indika l-forma/il-forom ta’ l-investimenti kkonċernati:

investimenti f’art li huma strettament meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali;

investimenti f’bini maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti f’impjanti u tagħmir maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti fl-adattar tal-metodi tal-produzzjoni bil-għan li jitħares l-ambjent.

F)

Fil-każ ta’ investimenti f’assi mhux tanġibbli (trasferiment teknoloġiku permezz tal-ksib ta’ liċenzji operattivi jew ta’ kompetenzi li jkollhom u li ma jkollhomx privattiva) jekk jogħġbok ikkonferma li kwalunkwe wieħed minn dawn l-assi mhux tanġibbli jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

għandu jitqies bħala ass li jiddeprezza;

jiġu mixtrija fuq termini tas-suq, minn impriża li fiha l-akkwirent ma jkollu l-ebda poter ta’ kontroll dirett jew indirett,

għandu jiddaħħal fl-assi ta’ l-impriża, u jibqa’ fl-istabbiliment tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna u jintuża hemmhekk għal mill-inqas ħames snin (32).

Barra dan, jekk jogħġbok ikkonferma li jekk l-ass mhux tanġibbli jinbiegħ matul dawk il-ħames snin:

l-introjtu mill-bejgħ jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli;

U

parti mill-ammont jew l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna, fejn xieraq, jitħallsu lura.

G)

Għal skemi ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi metodoloġija dettaljata ta’ kalkolu, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali (33), li għandha tapplika għall-għotjiet ta’ għajnuna individwali kollha bbażati fuq l-iskema notifikata, u pprovdi x-xhieda relevanti:

Jekk in-notifika tikkonċerna miżuri ta’ għajnuna individwali, jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu dettaljat ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta’ investiment innotifikat, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, u pprovdi x-xhieda rilevanti:

3.4.3.   Għajnuna għall-funzjonament

A)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni/kalkoli li juru li l-għajnuna hija limitata biex tikkumpensa l-ispejjeż netti ta’ produzzjoni addizzjonali li jirriżultaw mill- investiment, filwaqt li tikkunsidra l-benefiċċji li jirriżultaw mill-konservazzjoni ta’ l-enerġija (34):

B)

Kemm hu twil iż-żmien tal-miżura ta’ l-għajnuna għall-funzjonament (35): …

C)

L-għajnuna hija digressiva?

iva

le

X’inhi l-intensità ta’ l-għajnuna:

għajnuna digressiva (jekk jogħġbok indika r-rati digressivi għal kull sena) (36): …;

għajnuna mhux digressiva (37): …

3.5.   Għajnuna għal għejun ta’ l-enerġija li jiġġeddu  (38)

3.5.1.   Kundizzjonijiet bażiċi

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-għajnuna tingħata esklussivament għall-promozzjoni ta’ l-għejun ta’ enerġija li jiġġeddu kif inhu definit fil-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali (39).

iva

le

B)

Fil-każ tal-promozzjoni tsal-bijofjuwil, jekk jogħġbok ikkonferma li l-għajnuna tingħata esklussivament għall-promozzjoni tal-bijofjuwil sostenibbli skond it-tifsira ta’ dawk il-linji gwida.

iva

le

C)

Jekk jogħġbok speċifika t-tip(i) ta’ għejun ta’ enerġija li jiġġeddu (40) sostnut(i) taħt il-miżura nnotifikata u agħti d-dettalji:

3.5.2.   Għajnuna għall-investiment

3.5.2.1.   Intensitajiet ta’ l-għajnuna u bonusijiet

A)

X’inhi l-intensità ta’ għajnuna applikabbli għal kull wieħed mill-għejun għal enerġija li jiġġeddu sostnuta taħt il-miżura nnotifikata (41):…

B)

Bonus ta’ l-SME huwa applikat taħt l-iskema nnotifikata?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (42): …

C)

L-għajnuna ngħatat bi proċess ta’ offerti li kienu ġenwinament kompetittivi (43)?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji rigward il-proċess kompetittiv u ehmeż kopja tan-notifika ta’ l-offerta jew l-abbozz tagħha:

D)

Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna, speċifika l-intensità totali ta’ l-għajnuna tal-proġetti sostnuti taħt il-miżura ta’ għajnuna nnotifikata (meta jitqiesu l-bonusijiet) (%):

3.5.2.2.   Spejjeż Eliġibbli (44)

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-ispejjeż eliġibbli huma l-ispejjeż ta’ l-investiment żejda magħmula mill-benefiċjarju mqabbla ma’ impjant ta’ l-enerġija konvenzjonali jew ma’ sistema ta’ tisħin konvenzjonali bl-istess kapaċità f’termini ta’ produzzjoni effettiva ta’ enerġija:

iva

B)

Jekk jogħġbok ikkonferma li:

l-ispiża relatata preċiża ta’ l-enerġija li tiġġedded tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli, fil-każ meta l-ispiża fl-investiment f’enerġija li tiġġedded tista’ tkun faċilment identifikabbli;

JEW

l-ispejjeż addizzjonali ta’ l-investiment huma stabbiliti permezz ta’ paragun bejn l-investiment u s-sitwazzjoni kontrofattwali fl-assenza ta’ l-għajnuna, jiġifieri l-investiment ta’ referenza (45);

U

l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu kkalkulati bħala nett minn kull benefiċċji operattivi u l-ispejjeż marbuta ma’ l-investiment addizzjonali għal għejun ta’ l-enerġija li jiġġeddu u li jirriżultaw matul l-ewwel ħames snin tat-tul ta’ żmien ta’ l-investiment ikkonċernat.

C)

X’forma jieħdu l-ispejjeż eliġibbli?

investimenti f’assi tanġibbli;

investimenti f’assi mhux tanġibbli.

D)

Fil-każ ta’ investimenti f’assi tanġibbli jekk jogħġbok indika l-forma/il-forom ta’ l-investimenti kkonċernati:

investimenti f’art li huma strettament meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali;

investimenti f’bini maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti f’impjanti u tagħmir maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti fl-adattar tal-metodi tal-produzzjoni bil-għan li jitħares l-ambjent.

E)

Fil-każ ta’ investimenti f’assi mhux tanġibbli (trasferiment teknoloġiku permezz tal-ksib ta’ liċenzji operattivi jew ta’ kompetenzi li jkollhom u li ma jkollhomx privattiva) jekk jogħġbok ikkonferma li kwalunkwe wieħed minn dawn l-assi mhux tanġibbli jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

għandu jitqies bħala ass li jiddeprezza;

għandu jinxtara fuq termini tas-suq, minn impriża li fiha l-akkwirent ma jkollu l-ebda poter ta’ kontroll dirett jew indirett,

għandu jiddaħħal fl-assi ta’ l-impriża, u jibqa’ fl-istabbiliment tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna u jintuża hemmhekk għal mill-inqas ħames snin (46).

Barra dan, jekk jogħġbok ikkonferma li jekk l-ass mhux tanġibbli jinbiegħ matul dawk il-ħames snin:

l-introjtu mill-bejgħ jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli;

U

parti mill-ammont jew l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna, fejn xieraq, jitħallsu lura.

F)

Għal skemi ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi metodoloġija dettaljata ta’ kalkolu, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, li għandha tapplika għall-għotjiet ta’ għajnuna individwali kollha bbażati fuq l-iskema notifikata, u pprovdi x-xhieda relevanti:

Għall-miżuri individwali ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu dettaljat ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta’ investiment notifikat, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, u pprovdi x-xhieda rilevanti:

3.5.3.   Għajnuna għall-funzjonament

Wara li tkun saret l-għażla tal-valutazzjoni ta’ l-għajnuna għall-funzjonament (47), jekk jogħġbok imla l-parti rilevanti tat-taqsima ta’ hawn taħt.

3.5.3.1.   Għażla 1

A)

Għat-tul ta’ żmien tal-miżura nnotifikata, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja biex turi li l-għajnuna operattiva qed tingħata sabiex tkopri d-differenza bejn l-ispiża għall-produzzjoni ta’ l-enerġija minn għejun li jiġġeddu u l-prezz tas-suq tal-forma ta’ enerġija kkonċernata:

analiżi dettaljata ta’ l-ispiża għall-produzzjoni ta’ l-enerġija minn kull wieħed mill-għejun li jiġġeddu rilevanti (48):

analiżi dettaljata tal-prezz tas-suq tal-forma ta’ enerġija kkonċernata:

B)

Jekk jogħġbok ipprovdi xhieda li l-għajnuna għandha tingħata biss sakemm l-impjant ikun żvalutat għal kollox skond ir-regoli normali ta’ kontabbiltà (49) u agħti analiżi dettaljata tad-deprezzament ta’ kull tip (50) ta’ l-investimenti għall-ħarsien ta’ l-ambjent:

Għall-iskemi ta’ għajnuna, jekk jogħġbok speċifika kif se tkun assigurata l-konformità ma’ din il-kundizzjoni:

Għall-għajnuna individwali, jekk jogħġbok agħti analiżi dettaljata li turi li din il-kundizzjoni hija ssodisfata:

C)

Meta jiġi ddeterminat l-ammont ta’ għajnuna għall-funzjonament, jekk jogħġbok uri kif kull għajnuna ta’ investiment mogħtija lill-impriża kkonċernata fir-rigward ta’ impjant ġdid hija mnaqqsa mill-ispejjeż tal-produzzjoni.

D)

L-għajnuna tkopri wkoll rendiment normali fuq il-kapital?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u l-informazzjoni/kalkoli li juru r-rata tar-rendiment normali u agħti raġunijiet għaliex ir-rata magħżula hi xierqa:

E)

Għall-għajnuna għall-produzzjoni ta’ enerġija li tiġġedded mill-bijomassa, meta l-għajnuna għall-funzjonament taqbeż l-ammont ta’ investiment, jekk jogħġbok ipprovdi data jew xhieda (ibbażati fuq eżempji ta’ kalkoli għall-iskemi ta’ l-għajnuna jew kalkoli dettaljati għall-għajnuna individwali) li juru li l-ispejjeż ġenerali mħallsa mill-impriżi wara d-deprezzament ta’ l-impjant jibqgħu ogħla mill-prezzijiet tas-suq ta’ l-enerġija:

F)

Jekk jogħġbok speċifika l-mekkaniżmi ta’ sostenn preċiżi (meta jitqiesu r-rekwiżiti deskritti hawn fuq), u b’mod partikolari l-metodi ta’ l-ikkalkular ta’ l-ammont ta’ għajnuna:

għall-iskemi ta’ għajnuna bbażati fuq eżempju (teoretiku) ta’ proġett eliġibbli:

Barra minn hekk, jekk jogħġbok ikkonferma li l-metodoloġija għall-kalkolu deskritta hawn fuq ser tiġi applikata għall-għotjiet ta’ għajnuna individwali kollha bbażati fuq l-iskema ta’ għajnuna nnotifikata:

iva

għall-għajnuna individwali, jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu dettaljat ta’ l-ammont ta’ għajnuna (wara li jitqiesu r-rekwiżiti deskritti hawn fuq):

G)

Kemm hu twil iż-żmien tal-miżura nnotifikata?

Hija l-prassi tal-Kummissjoni li tillimita l-awtorizzazzjoni tagħha sa 10 snin. Jekk iva, tista’ jekk jogħġbok tintrabat li tirrinotifika l-miżura fi żmien perjodu ta’ 10 snin?

iva

le

3.5.3.2.   Għażla 2

A)

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni dettaljata taċ-‘Ċertifikat Aħdar’ jew tas-sistema ta’ offerti (inklużi, inter alia, l-informazzjoni fuq il-livell tas-setgħat diskrezzjonarji, ir-rwol ta’ l-amministrattur, il-mekkaniżmu tad-determinazzjoni tal-prezzijiet, il-mekkaniżmu tal-finanzjament, il-mekkaniżmu tal-penali u l-mekkaniżmu tad-distribuzzjoni mill-ġdid):

B)

Kemm hu twil iż-żmien tal-miżura nnotifikata (51):

C)

Jekk jogħġbok ipprovdi data jew kalkoli li juru li l-għajnuna hija essenzjali biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ l-għejun ta’ l-enerġija li jiġġeddu:

D)

Jekk jogħġbok ipprovdi data jew kalkoli li juru li fir-riżultat ġenerali tagħha l-għajnuna ma tikkostitwixxix kumpens żejjed għall-enerġija li tiġġedded:

E)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni jew kalkoli li juru li l-għajnuna ma tiddiswadix lill-produtturi ta’ l-enerġija li tiġġedded milli jsiru aktar kompetittivi:

3.5.3.3.   Għażla 3 (52)

A)

Kemm hu twil iż-żmien tal-miżura ta’ l-għajnuna għall-funzjonament (53): …

B)

Għat-tul ta’ żmien tal-miżura nnotifikata, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja biex turi li l-għajnuna għall-funzjonament qed tingħata sabiex tikkumpensa għad-differenza bejn l-ispiża għall-produzzjoni ta’ l-enerġija minn għejun li jiġġeddu u l-prezz tas-suq tal-forma ta’ enerġija kkonċernata:

analiżi dettaljata ta’ l-ispiża għall-produzzjoni ta’ l-enerġija minn kull wieħed mill-għejun li jiġġeddu rilevanti (54):

analiżi dettaljata tal-prezz tas-suq tal-forma ta’ enerġija kkonċernata:

C)

L-għajnuna hija digressiva?

iva

le

X’inhi l-intensità ta’ l-għajnuna:

għajnuna digressiva (jekk jogħġbok indika r-rati digressivi għal kull sena) (55):

…;

għajnuna mhux digressiva (56): …

3.6.   Għajnuna għall-koġenerazzjoni  (57)

3.6.1.   Kundizzjonijiet bażiċi

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-għajnuna għall-koġenerazzjoni qed tingħata b’mod esklussiv lil unitajiet ta’ koġenerazzjoni li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ koġenerazzjoni ta’ effikaċja ta’ livell għoli kif stipulat fil-punt 70 (11) tal-Linji Gwida ambjentali:

iva

le

3.6.2.   Għajnuna għall-investiment

Jekk jogħġbok ikkonferma li:

l-unità ta’ koġenerazzjoni l-ġdida komplessivament ser tiffranka l-enerġija primarja b’paragun mal-produzzjoni separata kif definit fid-Direttiva 2004/8/KE (58) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE (59).

t-titjib ta’ unità ta’ koġenerazzjoni eżistenti jew il-konverżjoni ta’ unità ta’ ġenerazzjoni ta’ l-enerġija eżistenti f’unità ta’ koġenerazzjoni għandha twassal għal konservazzjoni ta’ enerġija primarja b’paragun mas-sitwazzjoni oriġinali.

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u x-xhieda li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija aktar ’il fuq:

3.6.2.1.   Intensitajiet ta’ l-għajnuna u bonusijiet

A)

X’inhi l-intensità bażika ta’ l-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata (60):…

B)

Bonusijiet:

Bonus ta’ l-SME huwa applikat taħt l-iskema nnotifikata?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (61): …

C)

L-għajnuna ngħatat bi proċess ta’ offerti li kienu ġenwinament kompetittivi (62)?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji rigward il-proċess kompetittiv u ehmeż kopja tan-notifika ta’ l-offerta jew l-abbozz tagħha:

D)

F’każ ta’ skema ta’ għajnuna, speċifika l-intensità totali ta’ l-għajnuna tal-proġetti sostnuti taħt il-miżura ta’ għajnuna nnotifikata (meta jitqiesu l-bonusijiet) (%):

3.6.2.2.   Spejjeż Eliġibbli (63)

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-ispejjeż eliġibbli huma limitati għall-ispejjeż addizzjonali ta’ l-investiment meħtieġa sabiex isir impjant ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja:

iva

B)

Jekk jogħġbok ikkonferma li:

l-ispiża relatata preċiża tal-koġenerazzjoni tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli, jekk l-ispiża ta’ l-investiment fil-koġenerazzjoni tista’ tkun faċilment identifikabbli;

JEW

l-ispejjeż addizzjonali ta’ l-investiment marbuta mal-koġenerazzjoni huma stabbiliti permezz ta’ paragun bejn l-investiment u s-sitwazzjoni kontrofattwali fl-assenza ta’ l-għajnuna, jiġifieri l-investiment ta’ referenza (64);

U

l-ispejjeż eliġibbli huma kkalkulati bħala nett minn kull benefiċċji operattivi u mill-ispejjeż operattivi marbuta ma’ l-investiment addizzjonali li jirriżultaw matul l-ewwel ħames snin tat-tul ta’ żmien ta’ l-investiment ikkonċernat.

C)

X’forma jieħdu l-ispejjeż eliġibbli?

investimenti f’assi tanġibbli;

investimenti f’assi mhux tanġibbli.

D)

Fil-każ ta’ investimenti f’assi tanġibbli jekk jogħġbok indika l-forma/il-forom ta’ l-investimenti kkonċernati:

investimenti f’art li huma strettament meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali;

investimenti f’bini maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti f’impjanti u tagħmir maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti fl-adattar tal-metodi tal-produzzjoni bil-għan li jitħares l-ambjent.

E)

Fil-każ ta’ investimenti f’assi mhux tanġibbli (trasferiment teknoloġiku permezz tal-ksib ta’ liċenzji operattivi jew ta’ kompetenzi li jkollhom u li ma jkollhomx privattiva) jekk jogħġbok ikkonferma li kwalunkwe wieħed minn dawn l-assi mhux tanġibbli jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

għandu jitqies bħala ass li jiddeprezza;

għandu jinxtara fuq termini tas-suq, minn impriża li fiha l-akkwirent ma jkollu l-ebda poter ta’ kontroll dirett jew indirett;

għandu jiddaħħal fl-assi ta’ l-impriża, u jibqa’ fl-istabbiliment tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna u jintuża hemmhekk għal mill-inqas ħames snin (65).

Barra dan, jekk jogħġbok ikkonferma li jekk l-ass mhux tanġibbli jinbiegħ matul dawk il-ħames snin:

l-introjtu mill-bejgħ jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli;

U

parti mill-ammont jew l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna, fejn xieraq, jitħallsu lura.

F)

Għal skemi ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi metodoloġija dettaljata ta’ kalkolu, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, li għandha tapplika għall-għotjiet ta’ għajnuna individwali kollha bbażati fuq l-iskema notifikata, u pprovdi x-xhieda relevanti:

Għall-miżuri individwali ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu dettaljat ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta’ investiment notifikat, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, u pprovdi x-xhieda rilevanti:

3.6.3.   Għajnuna għall-funzjonament

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-unità ta’ koġenerazzjoni eżistenti tissodisfa kemm id-definizzjoni ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja stabbilita fil-punt 70(11) tal-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali u r-rekwiżit li jeżisti ffrankar primarju globali meta jsir paragun mal-produzzjoni separata kif iddefinit mid-Direttiva 2004/8/KE u d-Deċiżjoni 2007/74/74/KE:

iva

B)

Jekk jogħġbok ikkonferma wkoll li l-għajnuna għall-funzjonament għal koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja qed tingħata esklussivament lil:

impriżi li jwasslu l-enerġija elettrika u s-sħana lill-pubbliku, fejn l-ispejjeż ta’ produzzjoni ta’ tali enerġija elettrika jew sħana jaqbżu l-prezz tas-suq tagħha (66);

Għall-użu industrijali tal-produzzjoni kombinata ta’ l-enerġija elettrika u s-sħana fejn ikun jista’ jintwera li l-ispiża ta’ produzzjoni ta’ unità waħda ta’ enerġija bl-użu ta’ dik it-teknika taqbeż il-prezz fis-suq ta’ unità waħda ta’ enerġija konvenzjonali (67).

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u xhieda li juru li l-kundizzjoni(jiet) rilevanti hija/huma ssodisfata/issodisfati:

3.6.3.1.   Għażla 1

A)

Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja biex turi li l-għajnuna għall-funzjonament qed tingħata sabiex tkopri d-differenza bejn l-ispiża għall-produzzjoni ta’ l-enerġija fl-unitajiet ta’ koġenerazzjoni u l-prezz tas-suq tal-forma ta’ enerġija kkonċernata:

Analiżi dettaljata ta’ l-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-enerġija fl-unitajiet ta’ koġenerazzjoni (68):

analiżi dettaljata tal-prezz tas-suq tal-forma ta’ enerġija kkonċernata:

B)

Jekk jogħġbok uri li l-għajnuna għandha tingħata biss sakemm l-impjant ikun żvalutat għal kollox skond ir-regoli normali ta’ kontabbiltà (69) u agħti analiżi dettaljata tad-deprezzament ta’ kull tip ta’ l-investimenti għall-ħarsien ta’ l-ambjent:

Għall-iskemi ta’ għajnuna, jekk jogħġbok speċifika kif se tkun assigurata l-konformità ma’ din il-kundizzjoni:

Għall-għajnuna individwali, jekk jogħġbok agħti analiżi dettaljata li turi li din il-kundizzjoni hija ssodisfata:

C)

Meta jiġi ddeterminat l-ammont ta’ għajnuna għall-funzjonament, jekk jogħġbok uri kif kull għajnuna ta’ investiment mogħtija lill-impriża kkonċernata fir-rigward ta’ impjant ġdid hija mnaqqsa mill-ispejjeż tal-produzzjoni.

D)

L-għajnuna tkopri wkoll rendiment normali fuq il-kapital?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u l-informazzjoni/kalkoli li juru r-rata tar-rendiment normali u agħti raġunijiet għaliex ir-rata magħżula hi xierqa:

E)

Għall-għajnuna li ssostni l-unitajiet CHP bbażati fuq il-bijomassa, meta l-għajnuna għall-funzjonament taqbeż l-ammont ta’ investiment, jekk jogħġbok ipprovdi data jew xhieda (ibbażati fuq eżempji ta’ kalkolu għall-iskemi ta’ l-għajnuna jew kalkoli dettaljati għall-għajnuna individwali) li juru li l-ispejjeż ġenerali mħallsa mill-impriżi wara d-deprezzament ta’ l-impjant jibqgħu ogħla mill-prezzijiet tas-suq ta’ l-enerġija:

F)

Jekk jogħġbok speċifika l-mekkaniżmi ta’ sostenn preċiżi (meta jitqiesu r-rekwiżiti deskritti hawn fuq) u b’mod partikolari l-metodi ta’ l-ikkalkular ta’ l-ammont ta’ għajnuna:

għall-iskemi ta’ għajnuna bbażati fuq eżempju (teoretiku) ta’ proġett eliġibbli:

Barra minn hekk, jekk jogħġbok ikkonferma li l-metodoloġija għall-kalkolu deskritta hawn fuq ser tiġi applikata għall-għotjiet ta’ għajnuna individwali kollha bbażati fuq l-iskema ta’ għajnuna nnotifikata:

iva

għall-għajnuna individwali, jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu dettaljat ta’ l-ammont ta’ għajnuna (wara li jitqiesu r-rekwiżiti deskritti hawn fuq):

G)

Kemm hu twil iż-żmien tal-miżura nnotifikata?

Hija l-prassi tal-Kummissjoni li tillimita d-deċiżjoni tagħha sa 10 snin. Jekk iva, tista’ jekk jogħġbok tintrabat li tirrinotifika l-miżura fi żmien perjodu ta’ 10 snin?

iva

le

3.6.3.2.   Għażla 2

A)

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni dettaljata taċ-ċertifikat jew tas-sistema ta’ offerti (inklużi, inter alia, l-informazzjoni fuq il-livell tas-setgħat diskrezzjonarji, ir-rwol ta’ l-amministrattur, il-mekkaniżmu tad-determinazzjoni tal-prezzijiet):

B)

Kemm hu twil iż-żmien tal-miżura nnotifikata (70):

C)

Jekk jogħġbok ipprovdi data jew kalkoli li juru li l-għajnuna hija essenzjali biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-produzzjoni ta’ l-enerġija fl-impjanti ta’ koġenerazzjoni:

D)

Jekk jogħġbok ipprovdi data jew kalkoli li juru li fir-riżultat ġenerali tagħha l-għajnuna ma tikkostitwixxix kumpens żejjed għall-enerġija prodotta fl-impjanti ta’ koġenerazzjoni:

E)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni jew kalkoli li juru li l-għajnuna ma tiddiswadix lill-produtturi ta’ l-enerġija f’koġenerazzjoni milli jsiru aktar kompetittivi:

3.6.3.3.   Għażla 3

A)

Kemm hu twil iż-żmien tal-miżura ta’ l-għajnuna għall-funzjonament (71): …

B)

Għat-tul ta’ żmien tal-miżura nnotifikata, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja biex turi li l-għajnuna għall-funzjonament qed tingħata sabiex tikkumpensa għad-differenza bejn l-ispiża għall-produzzjoni ta’ l-enerġija f’impjanti ta’ koġenerazzjoni u l-prezz tas-suq tal-forma ta’ enerġija kkonċernata:

analiżi dettaljata ta’ l-ispiża għall-produzzjoni ta’ l-enerġija f’impjanti ta’ koġenerazzjoni:

analiżi dettaljata tal-prezz tas-suq tal-forma ta’ enerġija kkonċernata:

C)

L-għajnuna hija digressiva?

iva

le

X’inhi l-intensità ta’ l-għajnuna:

għajnuna digressiva (jekk jogħġbok indika r-rati digressivi għal kull sena) (72):

…;

għajnuna mhux digressiva (73): …

3.7.   Għajnuna għat-tisħin urban b’użu effiċjenti ta’ l-enerġija  (74)

3.7.1.   Kundizzjonijiet bażiċi

Jekk jogħġbok ikkonferma li:

l-għajnuna għall-investiment ambjentali f’impriżi tat-tisħin urban b’użu effiċjenti ta’ l-enerġija twassal għal iffrankar ta’ enerġija primarja

U

l-impjant tat-tisħin urban li jkun il-benefiċjarju jissodisfa d-definizzjoni tat-tisħin urban b’użu effiċjenti ta’ l-enerġija stabbilita fil-punt 70 (13) tal-Linji Gwida ambjentali

U

l-operazzjoni konġunta tal-ġenerazzjoni tas-sħana (kif ukoll ta’ l-elettriku fil-każ ta’ koġenerazzjoni) kif ukoll id-distribuzzjoni tas-sħana jwasslu għall-iffrankar ta’ l-enerġija primarja

JEW

l-investiment hu maħsub għall-użu u d-distribuzzjoni tas-sħana rkuprata għall-finijiet tat-tisħin urban.

Fil-każ ta’ l-iskedi ta’ l-għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji dwar kif il-konformità ma’ din il-kundizzjoni hija żgurata:

Fil-każ ta’ l-għajnuna individwali, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u x-xhieda rilevanti:

3.7.2.   Intensitajiet ta’ l-għajnuna u bonusijiet

A)

X’inhi l-intensità bażika ta’ l-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata (75):…

B)

Bonus ta’ l-SME huwa applikat taħt l-iskema nnotifikata?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (76): …

C)

L-għajnuna ngħatat bi proċess ta’ offerti li kienu ġenwinament kompetittivi (77)?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji rigward il-proċess kompetittiv u ehmeż kopja tan-notifika ta’ l-offerta jew l-abbozz tagħha:

D)

F’każ ta’ skema ta’ għajnuna, speċifika l-intensità totali ta’ l-għajnuna tal-proġetti sostnuti taħt il-miżura ta’ għajnuna nnotifikata (meta jitqiesu l-bonusijiet) (%):

3.7.3.   Spejjeż Eliġibbli (78)

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-ispejjeż eliġibbli huma limitati għall-ispejjeż addizzjonali ta’ l-investiment meħtieġa sabiex isir investiment li jwassal għal tisħin urban li jkun effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija meta mqabbel ma’ l-investiment ta’ referenza:

iva

B)

Jekk jogħġbok ikkonferma li:

l-ispiża relatata preċiża tat-tisħin urban li jkun effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli, jekk l-ispejjeż ta’ l-investiment fil-ħarsien ta’ l-ambjent tiista’ tkun faċilment identifikabbli;

JEW

l-ispejjeż addizzjonali ta’ l-investiment huma stabbiliti permezz ta’ paragun bejn l-investiment u s-sitwazzjoni kontrofattwali fl-assenza ta’ l-għajnuna, jiġifieri l-investiment ta’ referenza (79);

U

l-ispejjeż eliġibbli huma kkalkulati bħala nett minn kull benefiċċji operattivi u mill-ispejjeż operattivi marbuta ma’ l-investiment addizzjonali li jirriżultaw matul l-ewwel ħames snin tat-tul ta’ żmien ta’ l-investiment ikkonċernat.

C)

X’forma jieħdu l-ispejjeż eliġibbli?

investimenti f’assi tanġibbli;

investimenti f’assi mhux tanġibbli.

D)

Fil-każ ta’ investimenti f’assi tanġibbli jekk jogħġbok indika l-forma/il-forom ta’ l-investimenti kkonċernati:

investimenti f’art li huma strettament meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali;

investimenti f’bini maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti f’impjanti u tagħmir maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti fl-adattar tal-metodi tal-produzzjoni bil-għan li jitħares l-ambjent.

E)

Fil-każ ta’ investimenti f’assi mhux tanġibbli (trasferiment teknoloġiku permezz tal-ksib ta’ liċenzji operattivi jew ta’ kompetenzi li jkollhom u li ma jkollhomx privattiva) jekk jogħġbok ikkonferma li kwalunkwe wieħed minn dawn l-assi mhux tanġibbli jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

għandu jitqies bħala ass li jiddeprezza;

għandu jinxtara fuq termini tas-suq, minn impriża li fiha l-akkwirent ma jkollu l-ebda poter ta’ kontroll dirett jew indirett,

għandu jiddaħħal fl-assi ta’ l-impriża, u jibqa’ fl-istabbiliment tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna u jintuża hemmhekk għal mill-inqas ħames snin (80).

Barra dan, jekk jogħġbok ikkonferma li jekk l-ass mhux tanġibbli jinbiegħ matul dawk il-ħames snin:

l-introjtu mill-bejgħ jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli;

U

parti mill-ammont jew l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna, fejn xieraq, jitħallsu lura.

F)

Għal skemi ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi metodoloġija dettaljata ta’ kalkolu, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, li għandha tapplika għall-għotjiet ta’ għajnuna individwali kollha bbażati fuq l-iskema notifikata, u pprovdi x-xhieda relevanti:

Għall-miżuri individwali ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu dettaljat ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta’ investiment notifikat, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, u pprovdi x-xhieda rilevanti:

3.8.   Għajnuna għall-ġestjoni ta’ l-iskart  (81)

3.8.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

l-għajnuna qed tingħata għall-ġestjoni ta’ l-iskart ta’ impriżi oħra, inklużi l-attivitajiet ta’ l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru, li hi skond in-nomenklatura ġerarkika tal-prinċipji tal-ġestjoni ta’ l-iskart (82).

l-investiment huwa maħsub sabiex inaqqas it-tniġġiż maħluq minn impriżi oħra (‘min iniġġeż’) u ma jestendix għal tniġġiż maħluq mill-benefiċjarju ta’ l-għajnuna;

l-għajnuna m’għandhiex ittaffi b’mod indirett il-piż li għandu jerfa’ min iniġġeż skond il-liġi Komunitarja, jew xi piż li għandu jitqies bħala spiża normali ta’ l-impriża għal min iniġġeż;

l-investiment għandu jmur lilhinn minn ‘dak li hu l-aktar avvanzat’ (83) jew għandu juża teknoloġiji konvenzjonali b’mod innovattiv;

altrimenti l-materjal ittrattat jintrema, jew jiġi ttrattat b’mod li jirrispetta anqas lill-ambjent;

l-investiment ma jkollux biss l-effett li jżid id-domanda għall-materjal li għandu jiġi riċiklat mingħajr ma jżid il-ġbir ta’ dak il-materjal.

Barra minn hekk, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u xhieda li juru li teżisti konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq:

3.8.2.   L-intensitajiet ta’ l-għajnuna

A)

X’inhi l-intensità bażika ta’ l-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata (84):…

B)

Huwa applikat bonus ta’ l-SME taħt il-miżura nnotifikata?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (85): …

C)

F’każ ta’ skema ta’ għajnuna, speċifika l-intensità totali ta’ l-għajnuna tal-proġetti sostnuti taħt il-miżura ta’ għajnuna nnotifikata (meta jitqiesu l-bonusijiet) (%):

…………………………….

3.8.3.   Spejjeż Eliġibbli (86)

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-ispejjeż eliġibbli huma limitati għall-ispejjeż addizzjonali ta’ l-investiment meħtieġa sabiex isir investiment li jwassal għall-ġestjoni ta’ l-iskart u li huma mħallsa mill-benefiċjarju meta mqabbla ma’ l-investiment ta’ referenza, jiġifieri produzzjoni konvenzjonali li ma tinvolvix il-ġestjoni ta’ l-iskart bl-istess kapaċità:

iva

B)

Jekk jogħġbok ikkonferma li:

l-ispiża relatata preċiża tal-ġestjoni ta’ l-iskart tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli, jekk l-ispiża ta’ l-investiment fil-ġestjoni ta’ l-iskart tista’ tkun faċilment identifikabbli;

JEW

l-ispejjeż addizzjonali ta’ l-investiment huma stabbiliti permezz ta’ paragun bejn l-investiment u s-sitwazzjoni kontrofattwali fl-assenza ta’ l-għajnuna, jiġifieri l-investiment ta’ referenza (87);

U

l-ispiża ta’ tali investiment ta’ referenza titnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli;

l-ispejjeż eliġibbli huma kkalkulati bħala nett minn kull benefiċċji operattivi u mill-ispejjeż operattivi marbuta ma’ l-investiment addizzjonali fil-ġestjoni ta’ l-iskart u li jirriżultaw matul l-ewwel ħames snin tat-tul ta’ żmien ta’ l-investiment ikkonċernat.

C)

X’forma jieħdu l-ispejjeż eliġibbli?

investimenti f’assi tanġibbli;

investimenti f’assi mhux tanġibbli.

D)

Fil-każ ta’ investimenti f’assi tanġibbli jekk jogħġbok indika l-forma/il-forom ta’ l-investimenti kkonċernati:

investimenti f’art li huma strettament meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali;

investimenti f’bini maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti f’impjanti u tagħmir maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

investimenti fl-adattar tal-metodi tal-produzzjoni bil-għan li jitħares l-ambjent.

E)

Fil-każ ta’ investimenti f’assi mhux tanġibbli (trasferiment teknoloġiku permezz tal-ksib ta’ liċenzji operattivi jew ta’ kompetenzi li jkollhom u li ma jkollhomx privattiva) jekk jogħġbok ikkonferma li kwalunkwe wieħed minn dawn l-assi mhux tanġibbli jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

għandu jitqies bħala ass li jiddeprezza;

għandu jinxtara fuq termini tas-suq, minn impriża li fiha l-akkwirent ma jkollu l-ebda poter ta’ kontroll dirett jew indirett,

għandu jiddaħħal fl-assi ta’ l-impriża, u jibqa’ fl-istabbiliment tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna u jintuża hemmhekk għal mill-inqas ħames snin (88).

Barra dan, jekk jogħġbok ikkonferma li jekk l-ass mhux tanġibbli jinbiegħ matul dawk il-ħames snin:

l-introjtu mill-bejgħ jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli;

U

parti mill-ammont jew l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna, fejn ikun xieraq, għandu jitħallas lura.

F)

Għal skemi ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi metodoloġija dettaljata ta’ kalkolu, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, li għandha tapplika għall-għotjiet ta’ għajnuna individwali kollha bbażati fuq l-iskema notifikata, u pprovdi x-xhieda relevanti:

Għall-miżuri individwali ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu dettaljat ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta’ investiment notifikat, b’referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, u pprovdi x-xhieda rilevanti:

3.9.   Għajnuna għar-rijabilitazzjoni ta’ siti kontaminati  (89)

3.9.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

l-għajnuna għall-investiment lill-impriżi li jsewwu l-ħsara ambjentali permezz tar-rijabilitazzjoni ta’ siti kontaminati (90), twassal għal titjib fil-ħarsien ta’ l-ambjent.

Jekk jogħġbok iddeskrivi fid-dettall it-titjib rilevanti fil-ħarsien ambjentali, inkluż, jekk applikabbli jew disponibbli, informazzjoni dwar is-sit, it-tip ta’ tniġġiż, deskrizzjoni ta’ l-attività li kienet il-kawża tat-tniġġiż, u l-proċedura għar-rimedju propost:

il-kontaminatur (91) responsabbli għat-tniġġiż tas-sit ma jistax jiġi identifikat jew ma jistax jinġegħel iħallas l-ispejjeż.

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u xhieda li juru li teżisti konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq:

3.9.2.   Intensità ta’ l-għajnuna u l-ispejjeż eleġibbli

A)

X’inhi l-intensità bażika ta’ l-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata (92)? …

B)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-ammont totali ta’ l-għajnuna taħt l-ebda ċirkustanza mhu ser jaqbeż l-ispiża attwali tax-xogħol ta’ rijabilitazzjoni:

iva

C)

Jekk jogħġbok speċifika l-ispiża tax-xogħol ta’ rijabilitazzjoni (93):

D)

Jekk jogħġbok ikkonferma li ż-żieda fil-valur ta’ l-art hija mnaqqsa mill-ispejjeż eliġibbli:

iva

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar kif dan huwa żgurat:

E)

Għal skemi ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi metodoloġija ta’ kalkolu, li tkun konformi mal-prinċipji msemmija hawn fuq, li hija applikata għall-għotjiet individwali kollha ta’ għajnuna ibbażati fuq l-iskema notifikata u pprovdi l-provi meħtieġa:

Għal miżuri individwali ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu dettaljat ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta’ investiment notifikat, li jkun konformi mal-prinċipji msemmija hawn fuq, u pprovdi l-provi rilevanti:

3.10.   Għajnuna għar-rilokazzjoni ta’ l-impriżi  (94)

3.10.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

A)

Jekk jogħġbok ikkonferma li:

il-bidla fil-post trid tkun iddettata minn raġunijiet ta’ ħarsien jew prevenzjoni ambjentali u jeħtieġ li tkun ġiet ordnata b’deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja ta’ awtorità pubblika kompetenti jew li sir bi ftehim bejn l-impriża u l-awtorità pubblika kompetenti;

l-impriża għandha tkun konformi ma’ l-aktar standards stretti applikabbli fir-reġjun il-ġdid fejn tkun tinsab.

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u x-xhieda li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija aktar il fuq:

B)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-benefiċjarju:

hu impriża stabbilita f’żona urbana jew f’żona speċjali ta’ konservazzjoni appuntata skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-flora u l-fawna (95) , li tkun, b’mod legali, qed twettaq attività li toħloq tniġġiż ewlieni u għandha, minħabba l-post fejn tinsab, tiċċaqlaq mill-post fejn hi stabbilita lejn żona aktar xierqa;

JEW

hu stabbiliment jew installazzjoni li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva Seveso II (96).

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u l-provi:

3.10.2.   Intensità ta’ l-għajnuna u l-ispejjeż eleġibbli

A)

X’inhi l-intensità bażika ta’ l-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata (97):…

B)

Bonus ta’ l-SME huwa applikat taħt l-iskema nnotifikata?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-livell ta’ bonus applikabbli (98): …

C)

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u x-xhieda rilevanti (jekk applikabbli) fuq l-elementi li ġejjin li huma marbuta ma’ l-għajnuna allokata mill-ġdid:

(a)

benefiċċji:

id-dħul mill-bejgħ jew il-kiri ta’ l-impjant jew l-art abbandunata:

il-kumpens imħallas fil-każ ta’ esproprjazzjoni:

kull gwadann ieħor marbut mat-trasferiment ta’ l-impjant, notevolment gwadanji li jirriżultaw minn titjib, fl-okkażjoni tat-trasferiment, fit-teknoloġija użata u gwadanji ta’ kontabbiltà assoċjati ma’ użu aħjar ta’ l-impjant:

l-investimenti marbuta ma’ kwalunkwe żieda fil-kapaċità:

benefiċċji potenzjali oħra:

(b)

spejjeż:

l-ispejjeż marbuta max-xiri ta’ art jew il-bini jew ix-xiri ta’ impjant ġdid bl-istess kapaċità ta’ l-impjant imwarrab:

kull penalità imposta fuq l-impriża minħabba li tkun waqqfet il-kuntratt tal-kiri ta’ l-art jew bini, jekk id-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja li tkun ordnat ir-rilokazzjoni twassal għat-terminazzjoni bikrija ta’ dan il-kuntratt:

spejjeż potenzjali oħra:

D)

Għal skemi ta’ għajnuna, jekk jogħġbok ipprovdi metodoloġija ta’ kalkolu (pereżempju, ibbażat fuq eżempju teoretiku) għall-ammonti ta’ spejjeż/għajnuna eleġibbli, li tinkludi l-elementi ta’ benefiċċji/spejjeż imsemmija fil-punt C, li għandu jkun applikat għall-għotjiet kollha ta’ għajnuna individwali bbażata fuq l-iskema nnotifikata:

Għall-miżuri ta’ għajnuna individwali, jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu dettaljat ta’ l-ammont ta’ spejjeż/għajnuna eleġibbli tal-proġett notifikat ta’ l-investiment, li jinkludi l-elementi ta’ benefiċċju/spejjeż imsemmija fil-punt C, u li jipprovdu x-xhieda rilevanti:

3.11.   Għajnuna involuta fl-iskemi ta’ permessi negozjabbli  (99)

A)

Jekk jogħġbok iddeskrivi fid-dettall l-iskema ta’ permessi negozzjabbli, li tinkludi inter alia l-għanijiet, il-metodoloġija ta’ l-għotja, l-awtoritajiet/entitajiet involuti, ir-rwol ta’ l-Istat, il-benefiċjarji u l-aspetti proċedurali:

B)

Jekk jogħġbok spjega kif:

l-iskema ta’ permessi kummerċjabbli hija stabbilita b’tali mod li qed tikseb għanijiet ambjentali lilhinn minn dawk maħsuba li għandhom jinkisbu fuq il-bażi ta’ standards Komunitarji li huma mandatorji għall-impriżi kkonċernati:

l-allokazzjoni issir b’mod trasparenti u bbażata fuq kriterji oġġettivi u fuq sorsi ta’ data ta’ l-ogħla kwalità possibbli:

l-ammont totali tal-permessi ta’ skambji jew konċessjonijiet mogħtija lil kull impriża għall-prezz li jkun taħt il-valur tas-suq ma jkunx akbar mill-valur tas-suq għall-ħtiġiet mistennija kif tkun l-istima għas-sitwazzjoni fin-nuqqas ta’ l-iskema tal-kummerċ:

il-metodoloġija ta’ l-allokazzjoni ma tiffavorixxix ċerti impriżi jew ċerti setturi;

F’każ li l-metodoloġija ta’ l-allokazzjoni tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti setturi, iżda dan ikun ġustifikat mil-loġika ambjentali ta’ l-iskema nfisha jew tkun meħtieġa għall-konsistenza ma’ linji oħra ta’ politika ambjentali;

Barra minn hekk jekk jogħġbok spjega kif:

bħala prinċipju, parteċipanti ġodda m’għandhomx jirċievu permessi jew benefiċċji b’kundizzjonijiet aktar favorevoli meta mqabbla ma’ impriżi eżistenti li huma attivi fl-istess swieq:

L-għoti ta’ allokazzjonijiet ogħla lil installazzjonijiet eżistenti meta mqabbla ma’ parteċipanti ġodda m’għandux iwassal għal ostakoli indebiti għad-dħul fis-suq:

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u x-xhieda li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija aktar ‘il fuq:

C)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-kriterji li ġejjin (100) huma rrispettati mill-iskema:

l-għażla ta’ benefiċjarji hi bbażata fuq kriterji oġġettivi u trasparenti u l-għajnuna tingħata bħala prinċipju bl-istess mod għall-kompetituri kollha fl-istess settur/suq rilevanti jekk ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali simili;

U

irkant integrali jwassal għal żieda sostanzjali fl-ispejjeż tal-produzzjoni għal kull settur jew kategorija ta’ benefiċjarji individwali;

U

iż-żieda fl-ispejjeż għall-iskema ta’ permessi ta’ skambju ma tgħaddix għand il-konsumatur mingħajr ma twassal għal tnaqqis importanti fil-bejgħ (101);

U

l-użu ta’ l-aqwa teknika għall-operat fiż-ŻEE bħala kejl għal-livell ta’ l-konċessjoni mogħti.

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji li juru kif jiġu applikati dawn il-kriterji:

4.   L-effett ta’ l-inċentiv u l-ħtieġa ta’ l-għajnuna  (102)

4.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

A)

Il-proġett(i) sostnut(i) beda/bdew qabel is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna mill-benefiċjarju(i) mingħand l-awtoritajiet nazzjonali?

iva

le

Jekk iva, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna ma tippreżentax inċentiva għall-benefiċjarju (103).

B)

Jekk le, speċifika d-dati rilevanti:

Il-proġett ambjentali beda fil-: …

L-applikazzjoni għall-għajnuna mill-benefiċjarju ġiet sottomessa lill-awtoritajiet nazzjonali fil-: …

Jekk jogħġbok ipprovdi dokumenti ta’ ta’ prova rilevanti.

4.2.   Evalwazzjoni ta’ l-effett ta’ inċentiva

Jekk l-għajnuna tingħata għal:

dawk li mhumiex SMEs

SMEs iżda li jridu jiġu vvalutati skond il-valutazzjoni dettaljata,

il-Kummissjoni se titlob li l-effett ta’ inċentiva jintwera permezz ta’ mezzi ta’ valutazzjoni. Għaddi għall-mistoqsijiet li jmiss. Inkella, il-Kummissjoni tqis li l-effett ta’ inċentiva huwa awtomatikament issodisfat għall-miżura kkonċernata.

4.2.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

Jekk ikun neċessarju li jintwera li jkun hemm effett ta’ inċentiva għal diversi benefiċjarji li jipparteċipaw fil-proġett innotifikat, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn taħt għal kull wieħed minnhom.

Sabiex turi l-effett ta’ l-inċentiv, il-Kummissjoni titlob li ssir valutazzjoni mill-Istat Membru biex ikun ippruvat li mingħajr l-għajnuna, jiġifieri fi s-sitwazzjoni kontrofattwali, l-alternativa li tkun iktar favur l-ambjent ma nżammitx. Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni mitluba hawn taħt

4.2.2.   Kriterji

A)

Jekk jogħġbok uri kif is-sitwazzjoni kontrofattwali hi kredibbli:

B)

L-ispejjeż eleġibbli kienu kkalkulati skond il-metodoloġija stabbilita fil-punti 81, 82 u 83 tal-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali?

iva

le

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u x-xhieda li turi l-metodoloġija użata:

C)

L-investiment kien ikun jagħmel qligħ biżżejjed mingħajr l-għajnuna?

iva

le

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji tal-qligħ rilevanti (104):

5.   Kompatibbiltà ta’ l-għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE

Għajnuna għall-protezzjoni ta l-ambjent biex tingħata promozzjoni lit-twettiq ta proġett importanti  (105) ta interess komuni Ewropew tista titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87 (3) (b) tat-Trattat tal-KE.

5.1.   Kundizzjonijiet ġenerali (kumulattivi)

A)

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u x-xhieda tat-termini ta’ l-implimentazzjoni tal-proġett notifikat, inkluż il-parteċipanti tiegħu, l-għanijiet u l-effetti tiegħu u l-mezzi biex jintlaħqu l-għanijiet (106):

B)

Jekk jogħġbok ikkonferma li:

il-proġett għandu jkun fl-interess komuni Ewropew (107): dan jikkontribwixxi b’mod konkret, eżemplari u identifikabbli għall-interessi Komunitarji fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali (108);

U

il-vantaġġ miksub permezz ta l-għan tal-proġett m għandux ikun limitat għall-Istat Membru jew l-Istati Membri li jimplimentawh, iżda għandu jestendi għall-Komunità fl-intier tagħha (109).

U

il-proġett jagħti kontribuzzjoni ta sustanza lejn l-għanijiet Komunitarji.

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u l-provi:

C)

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u provi li juru li l-għajnuna hija neċessarja U tippreżenta inċentiva għat-twettiq tal-proġett:

D)

Jekk jogħġbok agħti dettalji u xhieda li juru li l-proġett jinvolvi livell għoli ta’ riskju:

E)

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji u provi li juru li l-proġett huwa ta’ importanza kbira fir-rigward tal-karattru u l-volum tiegħu (110):

F)

Jekk jogħġbok indika l-kontribuzzjoni (111) tal-benefiċjarju għall-proġett:

G)

Jekk jogħġbok agħmel lista ta’ l-Istati Membri li minnhom ikunu ġejjin l-impriżi involuti fil-proġett innotifikat (112).

5.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proġett, li jinkludu inter alia l-istruttura/l-organizzazzjoni, il-benefiċjarji, il-baġit, l-ammont ta’ għajnuna, l-intensità ta’ l-għajnuna (113), l-investimenti kkonċernati, u l-ispejjeż eliġibbli. Għall-gwida, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 3 ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplimentari.

6.   Għajnuna f’forma ta’ tnaqqis jew eżenzjonijiet mit-taxxi ambjentali

6.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

A)

Jekk jogħġbok spjega kif it-tnaqqis mit-taxxi jew l-eżenzjonijiet jikkontribwixxu indirettament għal titjib fil-livell tal-ħarsien ta’ l-ambjent u jimmotiva r-raġuni għaliex it-tnaqqis fit-taxxi u l-eżenzjonijiet ma jimminawx l-għanijiet ġenerali segwiti:

B)

Għal tnaqqis jew eżenzjonijiet minn taxxi armonizzati fuq il-livell Komunitarju, jekk jogħġbok ikkonferma li:

l-eżenzjoni tingħata għal żmien massimu ta’ 10 snin;

U

il-benefiċjarju jħallas ta’ l-anqas il-livell ta’ taxxa minima tal-Komunità stabbilita mid-direttiva applikabbli rilevanti (114).

Jekk jogħġbok ipprovdi xhieda dwar il-livell minimu ta’ taxxa pagabbli għal kull kategorija ta’ benefiċjarji (ir-rata li attwalment titħallas preferibbilment f’EUR u fl-istess unitajiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli):

ikunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti applikabbli u jkunu konformi mal-limiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti minnhom:

Jekk jogħġbok irreferi għad-dispożizzjoni(jiet) u pprovdi x-xhieda rlevanti:

C)

Għal tnaqqis jew eżenzjonijiet minn taxxi ambjentali li ma jkununx ġew armonizzati jew għal dawk it-taxxi li jkunu ġew armonizzati iżda li l-benefiċjarju jkun iħallas anqas mil-livell minimu ta’ taxxa Komunitarja, jekk jogħġbok ikkomferna li l-għajnuna tingħata għall-perjodu massimu ta’ 10 snin:

iva

le

Barra minn hekk, jekk jogħġbok ipprovdi dan li ġej:

deskrizzjoni dettaljata tas-settur(i) eżentat(i):

l-informazzjoni għal kull settur dwar l-aħjar teknika ta’ prestazzjoni fi ħdan iż-ŻEE f’dak li jirrigwarda t-tnaqqis tal-ħsara ambjentali milquta mit-taxxa.

lista ta’ l-20 l-akbar benefiċjarji koperti mill-eżenzjonijiet/tnaqqis kif ukoll deskrizzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni tagħhom, b’mod partikolari d-dħul min-negozju, is-sehem tagħhom mis-suq u d-daqs tal-bażi tat-taxxa:

6.2   Il-ħtieġa ta’ l-għajnuna

Jekk jogħġbok ikkonferma li:

l-għażla ta’ benefiċjarji hi bbażata fuq kriterji oġġettivi u trasparenti u l-għajnuna tingħata bħala prinċipju bl-istess mod għall-kompetituri kollha fl-istess settur/suq rilevanti jekk ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali simili

U

it-taxxa ambjentali mingħajr tnaqqis għandha twassal għal żieda sostanzjali fl-ispejjeż tal-produzzjoni għal kull settur jew kategorija ta’ benefiċjarji individwali (115)

U

mingħajr l-għajnuna iż-żieda sostanzjali fl-ispejjeż tal-produzzjoni għandha twassal għal tnaqqis sostanzjali fil-bejgħ jekk din tgħaddi għand il-konsumatur (116).

Jekk jogħġbok ipprovdi evidenza relatata mal-kundizzjonijiet imsemmija aktar ’il fuq:

6.3   Proporzjonalità ta’ l-għajnuna

Jekk jogħġbok speċifika liema waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin hi ssodisfata:

A)

L-iskema għandha tistabbilixxi l-kriterji li jiżguraw li kull benefiċjarju individwali jħallas proporzjoni tal-livell tat-taxxa nazzjonali li hija ekwivalent bejn wieħed u ieħor għall-prestazzjoni ambjentali ta’ kull benefiċjarju individwali meta jsir paragun mal-prestazzjoni relatata mat-teknika bl-aħjar prestazzjoni fi ħdan iż-ŻEE?

iva

le

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u x-xhieda li juru konformità ma’ din il-kundizzjoni:

B)

Il-benefiċjarji ta’ l-għajnuna qed iħallsu mill-anqas 20 % tat-taxxa nazzjonali?

iva

le

Jekk le, jekk jogħġbok uri kif rata anqas tista’ tkun iġġustifikata minħabba t-tfixkil limitat fil-kompetizzjoni:

C)

It-tnaqqis jew l-eżenzjonijiet huma kkundizzjonati mill-konklużjonijiet tal-ftehimiet bejn l-Istat Membru u l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi reċipjenti?

iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji u x-xhieda li juru li l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jikkomettu ruħhom biex jilħqu l-għanijiet tal-ħarsien ambjentali li jkollhom l-istess effett bħal (i) it-tassazzjoni marbuta mal-prestazzjoni ambjentali (117), jew (ii) 20 % tat-tassazzjoni nazzjonali (118) jew (iii) jekk ikun applikat il-livell minimu ta’ taxxa Komunitarja:

Jekk jogħġbok ikkonferma li:

is-sustanza tal-ftehimiet ġiet innegozjata minn kull Stat Membru u tispeċifika l-miri u tistabilixxi skeda ta’ żmien biex jintlaħqu dawn il-miri;

l-Istati Membri għandhom jassiguraw monitoraġġ indipendenti u f’waqtu ta’ l-impenji konklużi f’dawn il-ftehimiet.

dawn il-ftehimiet għandhom ikunu riveduti fid-dawl ta’ żviluppi teknoloġiċi u żviluppi oħra perjodikament u jistipulaw arranġamenti effettivi ta’ penali li jkunu applikabbli jekk l-impenji ma jintlaħqux.

Speċifika għal kull settur il-miri u l-iskeda ta’ żmien u ddeskrivi l-mekkaniżmi tal-monitoraġġ u r-reviżjoni (pereżempju l-persuni responsabbli għall-monitoraġġ u ta’ din il-valutazzjoni u l-perjotiċità tagħhom) kif ukoll rigward il-mekkaniżmu tal-penali:

7.   Kriteji li jixprunaw valutazzjoni dettaljata  (119)

Jekk jogħġbok indika jekk il-miżura nnotifikata taqax fil-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin:

għall-miżuri koperti mir-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa, il-każ kien innotifikat lill-Kummissjoni skond l-obbligu ta’ notifika ta’ għajnuna individwalment kif preskritt fil-BER;

għajnuna għall-investiment, fejn l-ammont ta’ għajnuna jaqbeż l-EUR 7,5 miljun għal impriża waħda (anke jekk ikun parti minn skema approvata ta’ għajnuna);

l-għajnuna operattiva għall-konservazzjoni ta’ l-enerġija fen l-ammont ta’ l-għajnuna jaqbeż il-€ 5 miljun għal kull impriża għal ħames snin;

l-għajnuna għall-operazzjoni għall-produzzjoni ta’ elettriku li jiġġedded u/jew produzzjoni kkombinata ta’ sħana li tiġġedded, meta tingħata l-għajnuna għall-istallazzjonijiet ta’ elettriku li jiġġedded f’siti fejn ikun jirriżulta li l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ elettriku li jiġġedded taqbeż il-125 MW;

l-għajnuna għall-funzjonament għall-produzzjoni tal-bijokarburanti meta l-għajnuna tingħata lil impriża li tipproduċi l-bijokarburanti f’siti fejn il-produzzjoni li tirriżulta taqbeż il-150 000 t kull sena;

l-għajnuna għall-funzjonament għal koġenerazzjoni meta tingħata għajnuna lil impriża ta’ koġenerazzjoni b’kapaċità riżultanti ta’ l-elettriku ta’ koġenerazzjoni li taqbeż il-200 MW (120)

l-għajnuna għall-funzjonament lil impjanti ġodda li jipproduċu l-enerġija fuq il-bażi ta’ kalkolu ta’ l-ispejjeż esterni evitati (121).

F’dan il-każ jekk jogħġbok ipprovdi analiżi komparattiva raġunata u kwantifikata ta’ l-ispejjeż, flimkien ma’ evalwazzjoni ta’ l-ispejjeż esterni ta’ produtturi ta’ enerġija li jikkompetu, biex turi li l-għajnuna ġenwinament tikkompensa għall-ispejjeż esterni evitati (122).

Jekk il-miżura nnotifikata taqa’ f’waħda minn dawn il-kategoriji ta’ għajnuna, allura l-għajnuna nnotifikata hija suġġetta għal valutazzjoni dettaljata u informazzjoni addizzjonali għandha tingħata sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq valutazzjoni dettaljata (it-Taqsima 8 ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplementari).

8.   Informazzjoni addizzjonali għal evalwazzjoni dettaljata  (123)

Jekk hemm diversi benefiċjarji involuti fil-proġett innotifikat li hu suġġett għal valutazzjoni dettaljata, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni mitluba hawn taħt għal kull wieħed minnhom. Dan huwa bla ħsara għad-deskrizzjoni sħiħa tal-proġett innotifikat, inklużi l-parteċipanti fit-taqsimiet preċedenti ta’ dan id-dokument supplimentari.

8.1.   Osservazzjonijiet ġenerali

L-iskop ta din il-valutazzjoni dettaljata hu biex jiġi żgurat li ammonti kbar ta għajnuna għall-ħarsien ta l-ambjent ma jxekklux il-kompetizzjoni tant li jmorru kontra l-interess komuni, iżda fil-fatt jikkontribwixxu għall-interess komuni. Dan iseħħ meta l-benefiċċji ta l-għajnuna mill-Istat f termini ta benefiċċji ambjentali addizzjonali jkunu akbar mill-ħsara għall-kompetizzjoni u l-kummerċ  (124).

Il-valutazzjoni dettaljata ssir fuq il-bażi ta’ l-elementi pożittivi u negattivi li huma speċifikati fit-Taqsimiet 5.2.1 u 5.2.2 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent u dawn japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu 3 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt jirrappreżentaw gwida għal liema tipi ta’ informazzjoni l-Kummissjoni tista’ titlob sabiex twettaq stima dettaljata. Il-gwida hija maħsuba sabiex id-deċiżjonijiet u r-raġunament tal-Kummissjoni jkunu trasparenti u prevedibbli sabiex tinħoloq prevedibbiltà u ċertezza legali. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-elementi kollha li huma jqisu bħala utli għall-evalwazzjoni tal-każ.

L-Istati Membri b’mod partikolari huma mistiedna biex joqogħdu fuq is-sorsi ta’ informazzjoni elenkati aktar l isfel. Jekk jogħġbok indika jekk dawn id-dokumenti ta’ prova humiex mehmuża man-notifika:

il-valutazzjonijiet ta’ skemi ta’ għajnuna mill-Istat jew ta’ miżuri preċedenti;

il-valutazzjonijiet ta’ l-impatt magħmula mill-awtorità li tagħmel l-għotja;

studji oħra relatati mal-ħarsien ta’ l-ambjent.

8.2.   L-eżistenza ta’ falliment fis-suq  (125)

A)

Jekk jogħġbok identifika l-kontribuzzjoni mistennija tal-mizura għall-ħarsien ta’ l-ambjent (f’termini kwantifikabbli) u pprovdi d-dokumenti ta’ prova:

B)

Jekk jogħġbok identifika l-livell li hu fil-mira tal-ħarsien ta’ l-ambjent kif imqabbel ma’ l-istandards Komunitarji eżistenti u/jew l-istandards fl-Istati Membri l-oħra u pprovdi dokumenti ta’ prova:

C)

Fil-każ ta’ l-għajnuna għall-adattament għall-istandards nazzjonali li jmorru lilhinn mill-istandards Komunitarji, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni segwenti u (jekk ikun rilevanti) d-dokumenti ta’ prova:

in-natura, it-tip u l-lok tal-kompetituri prinċipali tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna:

l-ispiża ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istandard nazzjonali (l-aktar l-iskemi ta’ permessi ta’ skambju) għall-benefiċjarju ta’ l-għajnuna kieku ma ngħatat l-ebda għajnuna:

l-ispejjeż komparattivi ta’ l-implimentazzjoni ta’ dawk l-istandards għall-kompetituri prinċipali tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna:

8.3.   Strument xieraq  (126)

Jekk jogħġbok indika fuq liema bażi l-Istat Membru ddeċieda li juża strument selettiv bħall-għajnuna mill-Istat sabiex itejjeb il-ħarsien ta’ l-ambjent u pprovdi dokumenti ta’ prova:

stima ta’ l-impatt tal-miżura proposta;

analiżi ta’ tqabbil ma’ għażliet oħra tal-politika meqjusa mill-Istat Membru;

xhieda li tirrispetta l-prinċipju li min iniġġeż irid iħallas;

oħrajn: …

8.4.   Effett ta’ inċentiva u analiżi ta’ l-għajnuna  (127)

Flimkien mal-kalkolu ta’ l-ispejjeż żejda murija fil-Kapitolu 3 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent jekk jogħġbok speċifika l-elementi elenkati hawn taħt.

A)

Jekk jogħġbok agħti prova ta’ l-azzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi (128) li ma kinitx/kinux tittieħed/jittieħdu mill-impriża mingħajr l-għajnuna (is-sitwazzjoni kontrofattwali) u pprovdi d-dokumenti ta’ prova:

B)

Minn ta’ l-anqas irid ikun hemm wieħed mill-elementi li ġejjin għall-iskopjiet li juru l-effett ambjentali mistenni b’rabta mal-bidla fl-imġiba. Jekk jogħġbok speċifika dawk rilevanti għall-miżura nnotifikata u pprovdi d-dokumenti ta’ prova.

żieda fil-livell ta’ ħarsien ambjentali;

żieda fil-veloċità ta’ l-implimentazzjoni ta’ standards futuri

C)

L-elementi li ġejjin jistgħu jintużaw sabiex jintwera l-effett ta’ inċentiva. Jekk jogħġbok speċifika dawk rilevanti għall-miżura nnotifikata u pprovdi d-dokumenti ta’ prova (129):

il-vantaġġi ta’ produzzjoni;

il-kundizzjonijiet tas-suq;

standards obbligatorji possibbli fil-futur (jekk ikun hemm negozjati għaddejjin fuq livell ta’ Komunità biex ikunu introdotti standards obbligatorji ogħla li jkunu fil-mira tal-miżura kkonċernata);

il-livell ta’ riskju;

il-livell ta’ profitabbiltà;

D)

Fil-każ ta’ l-għajnuna mogħtija lill-impriżi li jkunu qed jadattaw għal standard nazzjonali ogħla mill-istandards tal-Komunità jew li jkunu adottataw standards fin-nuqqas ta’ standards tal-Komunità, jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni u d-dokument ta’ prova li juru li l-benefiċjarju ta’ l-għajnuna kien ikun milqut sostanzjalment fejn jidħlu l-ispejjeż miżjuda u ma kienx ikun f’qagħda li jerfa’ l-ispejjeż assoċjati ma’ l-implimentazzjoni immedjata ta’ l-istandards nazzjonali.

8.5.   Il-proporzjonalità ta’ l-għajnuna  (130)

A)

Jekk jogħġbok ipprovdi l-prova li l-ispejjeż eliġibbli huma verament limitati għall-ispejjeż addizzjonali neċessarji biex jinkiseb il-livell ta’ ħarsien ambjentali:

B)

Il-benefiċjarji ntgħażlu permezz ta’ proċess miftuħ ta’ għażla?

iva

le

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji (131) u dokumenti ta’ prova:

C)

Jekk jogħġbok spjega kif jiġi żgurat li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju u pprovdi dokumenti ta’ prova:

8.6   Analiżi tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ  (132)

8.6.1.   Swieq rilevanti u effetti fuq il-kummerċ

A)

Jekk jogħġbok indika jekk hux probabbli li l-għajnuna jkollha impatt fuq il-kompetizzjoni bejn l-impriżi fi kwalunkwe prodott fis-suq.

iva

le

Jekk jogħġbok speċifika s-swieq tal-prodotti li fuqhom huwa probabbli li l-għajnuna jkollha impatt (133):

B)

Għal kull wieħed minn dawn is-swieq jekk jogħġbok ipprovdi xi sehem tas-suq indikattiv tal-benefiċjarju:

Għal kull wieħed minn dawn is-swieq jekk jogħġbok ipprovdi xi sehem tas-suq indikattiv tal-kumpaniji l-oħra preżenti fis-suq: Jekk possibbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-Indiċi Herfindahl-Hirschman (HHI) assoċjat):

C)

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-istruttura u d-dinamika tas-swieq rilevanti u pprovdi dokumenti ta’ prova:

D)

Jekk rilevanti, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-effetti fuq il-kummerċ (bidla fil-flussi tal-kummerċ u fil-post ta’ l-attività ekonomika):

E)

l-elementi li ġejjin ser jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni meta tkun qed issir il-valutazzjoni tal-mod kif il-benifiċjarju jista’ jżid jew iżomm l-istess bejgħ b’riżultat ta’ l-għajnuna. Jekk jogħġbok indika dawk li fir-rigward tagħhom huma pprovduti dokumenti ta’ prova (134):

it-tnaqqis jew kumpens ta’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni ta’ l-unitajiet.

il-proċess ta’ produzzjoni iktar favur l-ambjent:

il-prodott ġdid:

8.6.2.   Inċentivi dinamiċi/li jaqtgħu barra (crowding out)

L-elementi li ġejjin se jitqiesu mill-Kummissjoni fl-analiżi tagħha ta’ l-effetti ta’ l-għajnuna fuq l-inċentivi dinamiċi tal-kompetituri sabiex jinvestu (135). Jekk jogħġbok indika dawk li fir-rigward tagħhom huma pprovduti dokumenti ta’ prova:

l-ammont ta’ l-għajnuna

il-frekwenza ta’ l-għajnuna

it-tul ta’ żmien ta’ l-għajnuna:

it-tnaqqis progresiv ta’ l-għajnuna:

it-tħejjija sabiex jintlaħqu standards fil-futur:

il-livell ta’ l-istandards regolatorji f’rabta ma’ l-għanijiet ambjentali;

ir-riskju ta’ sussidji trażversali;

in-newtralità teknoloġika;

l-innovazzjoni li tikkompeti.

8.6.3.   Iż-żamma fil-wiċċ ta’ ditti ineffiċjenti (136)

L-elementi li ġejjin ser ikunu kkunsidrati mill-Kummissjoni fl-analiżi tagħha ta’ l-effetti ta’ l-għajnuna sabiex ma jħallux li jkun hemm sostenn mhux neċessarju lill-impriżi, li ma jkunux jistgħu jadattaw għall-istandards u t-teknoloġiji li jkunu ta’ benefiċċju għall-ambjent minħabba l-livell baxx ta’ effiċjenza. Jekk jogħġbok indika dawk li fir-rigward tagħhom huma pprovduti dettalji u dokumenti ta’ prova:

it-tip ta’ benefiċjarji.

il-kapaċità żejda fis-settur indirizzat mill-għajnuna.

l-imġiba normali fis-settur indirizzat mill-għajnuna.

l-importanza relativa ta’ l-għajnuna.

il-proċess ta’ l-għażla.

is-selettività.

8.6.4.   Saħħa fis-suq/imġiba li teskludi (137)

L-elementi li ġejjin se jitqiesu mill-Kummissjoni fl-analiżi tagħha ta’ l-effetti ta’ l-għajnuna fuq is-saħħa tas-suq tal-benefiċjarju. Jekk jogħġbok indika dawk li fir-rigward tagħhom huma pprovduti dettalji u dokumenti ta’ prova:

saħħa tas-suq tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna u struttura tas-suq

dħul ġdid;

differenzjazzjoni tal-prodott u diskriminazzjoni fil-prezz

saħħa tax-xerrej

8.6.5.   Effetti fuq il-kummerċ u l-post (138)

Jekk jogħġbok agħti prova li l-għajnuna ma kinitx deċiżiva għall-għażla tal-lok għall-investiment:

9.   Kumulazzjoni  (139)

A)

L-għajnuna li qed tingħata taħt il-miżura nnotifikata hija marbuta ma’ għajnuna oħra (140)?

iva

le

B)

Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi r-regoli tal-kumulazzjoni applikabbli għall-miżura ta’ għajnuna nnotifikata:

C)

Jekk jogħġbok speċifika kif ir-rispett tar-regoli tal-kumulazzjoni se jiġi vverifikat taħt il-miżura ta’ għajnuna nnotifikata:

10.   Rappurtar u monitoraġġ  (141)

10.1.   Rapporti annwali

Jekk jogħġbok innota li din l-obbligazzjoni ta rappurtar hija mingħajr ħsara għall-obbligu ta rappurtar taħt dan ir-Regolament.

Jekk jogħġbok ikkommetti ruħek li tippreżenta rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżura nnotifikata ta’ għajnuna, li jkun fihom l-elementi kollha elenkati hawn taħt għal kull skema fir-rigward ta’ l-impriżi.

isem il-benefiċjarju;

l-ammont ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju;

l-intensità ta’ l-għajnuna;

id-deskrizzjoni ta’ l-għan tal-miżura, u ta’ liema tip ta’ ħarsien ambjentali hi intiża sabiex tippromwovi;

is-setturi ta’ l-attività fejn isiru l-proġetti megħjuna;

spjegazzjoni ta’ kif l-effett ta’ l-inċentiv ġie rrispettat.

iva

F’każ ta’ eżenzjoni jew tnaqqis fiskali, jekk jogħġbok ikkommetti ruħek li tissottometti rapporti annwali li jkun fihom l-elementi elenkati hawn taħt:

test(i) leġiżlattiv(i) u/jew regolatorju(i) li jistabbilixxi(u) l-għajnuna;

l-ispeċifikazzjoni tal-kategoriji ta’ l-impriżi li jibbenifikaw mit-tnaqqis fit-taxxi jew mill-eżenzjonijiet;

l-ispeċifikazzjoni tas-setturi ta’ l-ekonomija li jkunu l-aktar milquta minn dan it-tnaqqis/eżenzjoni mit-taxxa.

iva

10.2.   Monitoraġġ u valutazzjoni

A)

Jekk jogħġbok ħu ħsieb iżżomm rendikont dettaljat dwar l-għoti ta’ l-għajnuna, bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi stabbilit li l-ispejjeż eliġibbli u l-intensità massima ta’ l-għajnuna permessa jkunu ġew osservati.

iva

B)

Jekk jogħġbok ikkommetti ruħek li tiżgura li r-rekords dettaljati msemmija fit-Taqsima A aktar il fuq jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tingħata l-għajnuna.

iva

C)

Jekk jogħġbok ikkommetti ruħek li tippreżenta r-rekords imsemmija fit-Taqsima A aktar il fuq, fuq talba tal-Kummissjoni.

iva

11.   Informazzjoni oħra

Jekk jogħġbok agħti kull informazzjoni oħra li tikkunsidra li jkun neċessarju biex teżamina l-miżura(i) in kwistjoni skond il-Linji Gwida dwar l-Ambjent.”


(1)   ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1. Għad-dettalji dwar l-użu ta’ dan id-dokument ta’ informazzjoni supplimentari fis-setturi ta’ l-agrikoltura u s-sajd ara t-Taqsima 2.1 (punti 59 u 61) tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(2)  Jekk jogħġbok innota li t-Taqsimiet 4, 7 u 8 m’għandhomx jimtlew meta jkun hemm eżenzjonijiet u tnaqqis mit-taxxi ambjentali li jaqgħu taħt il-Kapitolu 4 tal-linji gwida għall-ambjent.

(3)  Ara l-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent, Taqsima 3.1.1.

(4)  Jekk jogħġbok innota li l-għajnuna tista’ ma tingħatax meta t-titjib iwassal lill-kumpaniji biex jikkonformaw ma’ l-istandards Komunitarji diġà adottati u li għadhom m’humiex fis-seħħ.

(5)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hi ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-investiment.

(6)  Għal dettalji dwar il-proċess ta’ offerti ġenwinament kompetittivi meħtieġ, ara l-punt 77 tal-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(7)  L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’10 punti perċentwali għal impriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal impriżi żgħar.

(8)  Ara l-punt 78 tal-Linji Gwida tal-ħarsien ta’ l-ambjent għad-dettalji. huwa applikat taħt il-miżura nnotifikata?

(9)  L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiżdied b’10 punti perċentwali.

(10)  Għad-dettalji ara punti 80 u 84 tal-Linji Gwida tal-ħarsien ta’ l-ambjent.

(11)  Il-kontrofattwali korretta hija l-ispejjeż ta’ investiment teknikament kumparabbli li jipprovdi grad inqas ta’ ħarsien ta’ l-ambjent (ekwivalenti għall-istandards mandatorji tal-Komunità, jekk jeżistu) u dan jitwettaq b’mod kredibbli mingħajr għajnuna (‘investiment ta’ referenza’). Ara l-punt 81 (b) tal-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent.

(12)  Jekk jogħġbok innota li din il-kundizzjoni ma tapplikax jekk l-ass mhux tanġibbli huwa teknikament skadut. Ara l-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(13)  Jekk jogħġbok innota li l-ispiża ta’ investimenti meħtieġa sabiex jintlaħaq il-livell ta’ ħarsien meħtieġ mill-istandards Komunitarji m’hijiex eliġibbli.

(14)  Ara l-Linji Gwida tal-ħarsien ta’ l-ambjent, Taqsima 3.1.2.

(15)  Ara l-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent, Taqsima 3.1.3.

(16)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hi ta’ 25 % jekk l-implimentazzjoni u l-finalizzazzjoni jsiru iktar minn tliet snin qabel id-data mandatorja tat-traspożizzjoni jew id-data tad-dħul fis-seħħ u l-20 % jekk l-implimentazzjoni u l-finalizzazzjoni jsiru bejn sena u tliet snin qabel id-data mandatorja ta’ traspożizzjoni jew id-data tad-dħul fis-seħħ.

(17)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hi ta’ 20 % jekk l-implimentazzjoni u l-finalizzazzjoni jsiru iktar minn tliet snin qabel id-data mandatorja tat-traspożizzjoni jew id-data tad-dħul fis-seħħ u l-15 % jekk l-implimentazzjoni u l-finalizzazzjoni jsiru bejn sena u tliet snin qabel id-data mandatorja ta’ traspożizzjoni jew id-data tad-dħul fis-seħħ.

(18)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hi ta’ 15 % jekk l-implimentazzjoni u l-finalizzazzjoni jsiru iktar minn tliet snin qabel id-data mandatorja tat-traspożizzjoni jew id-data tad-dħul fis-seħħ u l-10 % jekk l-implimentazzjoni u l-finalizzazzjoni jsiru bejn sena u tliet snin qabel id-data mandatorja ta’ traspożizzjoni jew id-data tad-dħul fis-seħħ.

(19)  Il-kontrofattwali korretta hija l-ispejjeż ta’ investiment teknikament kumparabbli li jipprovdi grad inqas ta’ ħarsien ta’ l-ambjent u dan jitwettaq b’mod kredibbli mingħajr għajnuna. Ara l-punt 81 (b) tal-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent.

(20)  Jekk jogħġbok innota li din il-kundizzjoni ma tapplikax jekk l-ass mhux tanġibbli huwa teknikament skadut. Ara l-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(21)  Ara l-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent, Taqsima 3.1.4.

(22)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hi ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż ta’ l-istudju.

(23)  Meta l-għajnuna tingħata f’isem SME, l-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’10 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal intrapriżi żgħar.

(24)  Ara l-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent, Taqsima 3.1.5.

(25)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 60 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-investiment.

(26)  L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’10 punti perċentwali għal impriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal impriżi żgħar.

(27)  Għal dettalji dwar il-proċess ta’ offerti ġenwinament kompetittivi meħtieġ, ara l-punt 97 tal-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(28)  Għad-dettalji ara l-punt 98 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(29)  Il-kontrofattwali korretta hija l-ispejjeż ta’ investiment teknikament kumparabbli li jipprovdi grad inqas ta’ ħarsien ta’ l-ambjent u dan jitwettaq b’mod kredibbli mingħajr għajnuna. Ara l-punt 81 (b) tal-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent.

(30)  Jekk jogħġbok innota li għall-impriżi kbar dan il-perjodu jista’ jitnaqqas għall-ewwel tliet snin ta’ ħajja ta’ l-investiment fejn it-tnaqqis fiż-żmien ta’ dan l-investiment jista’ jiġi pprovat li ma jaqbiżx it-tliet snin.

(31)  Jekk jogħġbok innota li l-ispiża ta’ investimenti meħtieġa sabiex jintlaħaq il-livell ta’ ħarsien meħtieġ mill-istandards Komunitarji m’hijiex eliġibbli.

(32)  Jekk jogħġbok innota li din il-kundizzjoni ma tapplikax jekk l-ass mhux tanġibbli huwa teknikament skadut. Ara l-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(33)  Ara l-punt 81 (b) tal-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent.

(34)  Jekk jogħġbok innota li kwalunkwe għajnuna ta’ investiment mogħtija lill-impriża fir-rigward ta’ impjant ġdid għandha titnaqqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni.

(35)  Jekk jogħġbok innota li t-tul irid ikun limitat għal massimu ta’ 5 snin.

(36)  L-intensità ta’ l-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % ta’ l-ispejjeż addizzjonali fl-ewwel sena, imma trid tkun niżlet b’mod lineari sa żero sa l-aħħar tal-ħames sena.

(37)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż addizzjonali.

(38)  Ara l-linji gwida Ambjentali, it-Taqsima 3.1.6.

(39)  Ara l-punt 70 (5) – (9) tal-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(40)  Jekk jogħġbok innota li l-għajnuna għall-investiment u/jew għajnuna għall-funzjonament ta’ bijokarburanti għandhom ikunu permessi biss f’dak li jirrigwarda l-bijokarburanti sostenibbli.

(41)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 60 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-investiment

(42)  L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’10 punti perċentwali għal impriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal impriżi żgħar.

(43)  Għal dettalji dwar il-proċess ta’ offerti ġenwinament kompetittivi meħtieġ, ara l-punt 104 tal-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(44)  Għad-dettalji ara l-punt 105 u 106 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(45)  Il-kontrofattwali korretta hija l-ispejjeż ta’ investiment teknikament kumparabbli li jipprovdi grad inqas ta’ ħarsien ta’ l-ambjent u dan jitwettaq b’mod kredibbli mingħajr għajnuna. Ara l-punt 81 (b) tal-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent.

(46)  Jekk jogħġbok innota li din il-kundizzjoni ma tapplikax jekk l-ass mhux tanġibbli huwa teknikament skadut. Ara l-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(47)  Għad-dettalji dwar l-Għażla 1 ara l-punt 109 tal-Linji Gwida ambjentali, għall-Għażla 2 ara l-punt 110 tal-Linji Gwida ambjentali u għall-Għażla 3 ara l-punt 111 tal-Linji Gwida ambjentali.

(48)  Għall-iskemi ta’ għajnuna l-informazzjoni tista’ tingħata fil-forma ta’ eżempju (teoretiku) ta’ kalkolu (preferibbilment bl-ammonti mogħtija f’valuri attwali netti). L-ispejjeż tal-produzzjoni għandhom għall-inqas jiġu speċifikati separatament għal kull tip ta’ għejun ta’ enerġija li jiġġeddu. Informazzjoni speċifika tista’ wkoll tkun utli għad-diversi kapaċitajiet ta’ produzzjoni u għad-diversi tipi ta’ installazzjoni ta’ produzzjoni fejn l-istruttura ta’ l-ispejjeż tvarja b’mod sinifikanti (pereżempju għall-enerġija minn impjanti bbażati fuq l-art u/jew l-enerġija mir-riħ ‘il barra mill-kosta).

(49)  Jekk jogħġbok innota li kwalunkwe enerġija ulterjuri prodotta mill-impjant ma tikkwalifika għal ebda għajnuna. Madankollu, l-għajnuna tista’ wkoll tkopri qliegħ fuq il-kapital normali.

(50)  Id-deprezzament għandu għall-inqas jiġi speċifikat separatament għal kull tip ta’ għejun ta’ enerġija li jiġġeddu source (preferibbilment bl-ammonti fil-valuru netti preżenti). Informazzjoni speċifika tista’ wkoll tkun utli għal diversi kapaċitajiet ta’ impjanti u impjanti ta’ l-enerġija bbażati fuq l-art u/jew enerġija mir-riħ ‘il barra mill-kosta.

(51)  Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni tista’ tawtorizza miżura nnotifikata bħal din għal perjodu ta’ 10 snin.

(52)  L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna għall-funzjonament skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 100 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(53)  Jekk jogħġbok innota li t-tul irid ikun limitat għal massimu ta’ 5 snin.

(54)  Għall-iskemi ta’ għajnuna l-informazzjoni tista’ tingħata fil-forma ta’ eżempju (teoretiku) ta’ kalkolu (preferibbilment bl-ammonti mogħtija f’valuri attwali netti). L-ispejjeż tal-produzzjoni għandhom għall-inqas jiġu speċifikati separatament għal kull tip ta’ għejun ta’ enerġija li jiġġeddu. Informazzjoni speċifika tista’ wkoll tkun utli għal diversi kapaċitajiet ta’ impjanti u impjanti ta’ l-enerġija bbażati fuq l-art u/jew enerġija mir-riħ ‘il barra mill-kosta.

(55)  L-intensità ta’ l-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % ta’ l-ispejjeż addizzjonali fl-ewwel sena, imma trid tkun niżlet b’mod lineari sa żero sa l-aħħar tal-ħames sena.

(56)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż addizzjonali.

(57)  Ara l-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali, Taqsima 3.1.7.

(58)   ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.

(59)   ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183.

(60)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 60 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-investiment.

(61)  L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’10 punti perċentwali għal impriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal impriżi żgħar.

(62)  Għal dettalji dwar il-proċess ta’ offerti ġenwinament kompetittivi meħtieġ, ara l-punt 116 tal-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(63)  Għad-dettalji ara l-punt 117 u 118 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(64)  Il-kontrofattwali korretta hija l-ispejjeż ta’ investiment teknikament kumparabbli li jipprovdi grad inqas ta’ ħarsien ta’ l-ambjent u dan jitwettaq b’mod kredibbli mingħajr għajnuna. Ara l-punt 81 (b) tal-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent.

(65)  Jekk jogħġbok innota li din il-kundizzjoni ma tapplikax jekk l-ass mhux tanġibbli huwa teknikament skadut. Ara l-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(66)  Id-deċiżjoni dwar jekk l-għajnuna hijiex meħtieġa ser tqis l-ispejjeż u d-dħul li jirriżultaw mill-produzzjoni u l-bejgħ ta’ l-enerġija elettrika jew is-sħana.

(67)  L-ispiża tal-produzzjoni tista’ tinkludi d-dħul normali fuq il-kapitali ta’ l-impjant, iżda kwalunkwe gwadann ta’ l-impjant f’termini ta’ produzzjoni tas-sħana għandu jiġi mnaqqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni.

(68)  Għall-iskemi ta’ għajnuna l-informazzjoni tista’ tingħata fil-forma ta’ eżempju (teoretiku) ta’ kalkolu.

(69)  Jekk jogħġbok innota li kwalunkwe enerġija ulterjuri prodotta mill-impjant ma tikkwalifika għal ebda għajnuna. Madankollu, l-għajnuna tista’ wkoll tkopri qliegħ fuq il-kapital normali.

(70)  Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni tista’ tawtorizza miżura nnotifikata bħal din għal perjodu ta’ 10 snin.

(71)  Jekk jogħġbok innota li t-tul irid ikun limitat għal massimu ta’ 5 snin.

(72)  L-intensità ta’ l-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % ta’ l-ispejjeż addizzjonali fl-ewwel sena, imma trid tkun niżlet b’mod lineari sa żero sa l-aħħar tal-ħames sena.

(73)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż addizzjonali.

(74)  Ara l-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali, Taqsima 3.1.8.

(75)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli. Jekk l-għajnuna hi maħsuba biss għall-parti tal-ġenerazzjoni ta’ impriża tat-tisħin urban, l-impriżi tat-tisħin urban li huma effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija li jużaw għejun ta’ l-enerġija li jiġġeddu jew il-koġenerazzjoni, l-intensità ta’ l-għajnuna massima hi ta’ 60 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.

(76)  L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’10 punti perċentwali għal impriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal impriżi żgħar.

(77)  Għal dettalji dwar il-proċess ta’ offerti ġenwinament kompetittivi meħtieġ, ara l-punt 123 tal-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(78)  Għad-dettalji ara l-punt 124 u 125 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(79)  Il-kontrofattwali korretta hija l-ispejjeż ta’ investiment teknikament kumparabbli li jipprovdi grad inqas ta’ ħarsien ta’ l-ambjent u dan jitwettaq b’mod kredibbli mingħajr għajnuna. Ara l-punt 81 (b) tal-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent.

(80)  Jekk jogħġbok innota li din il-kundizzjoni ma tapplikax jekk l-ass mhux tanġibbli huwa teknikament skadut. Ara l-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(81)  Ara l-linji gwida dwar l-għajnuna ambjentali it-Taqsima 3.1.9.

(82)  Il-klassifika mogħtija fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-eżaminar ta’ l-Istrateġija Komunitarja għall-Ġestjoni ta’ l-Iskart (COM(96) 399 finali, 30.7.1996). Għad-dettalji ara n-nota Nru 45 f’qiegħ il-paġna tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(83)  Għal definizzjoni ara n-nota f’qiegħ il-paġna 46 tal-linji-gwida ambjentali.

(84)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-investiment

(85)  L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’10 punti perċentwali għal impriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal impriżi żgħar.

(86)  Għad-dettalji, ara l-punti 130 u 131 tal-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(87)  Il-kontrofattwali korretta hija l-ispejjeż ta’ investiment teknikament kumparabbli li jipprovdi grad inqas ta’ ħarsien ta’ l-ambjent u dan jitwettaq b’mod kredibbli mingħajr għajnuna. Ara l-punt 81 (b) tal-Linji Gwida għall-ħarsien ta’ l-ambjent

(88)  Jekk jogħġbok innota li din il-kundizzjoni ma tapplikax jekk l-ass mhux tanġibbli huwa teknikament skadut. Ara l-Linji Gwida għall-għajnuna ambjentali.

(89)  Ara l-linji gwida dwar l-għajnuna Ambjentali it-Taqsima 3.1.10.

(90)  Il-ħsara ambjentali kkonċernata tkopri ħsara fil-kwalità tal-ħamrija jew ta’ l-ilma tal-wiċċ jew ta’ taħt il-wiċċ ta’ l-art.

(91)  F’dan il-kuntest, ‘min iniġġes’, tirreferi għall-persuna responsabbli taħt il-liġi applikabbli f’kull Stat Membru, mingħajr ħsara għall-adozzjoni ta’ regoli tal-Komunità f’dan il-qasam.

(92)  L-għajnuna tista’ tammonta sa 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.

(93)  L-ispejjeż kollha ta’ impriża biex tirrimedja s-sit tagħha, kemm jekk din l-ispiża tista’ tidher bħala attiv fiss fil-karta tal-bilanċ tagħha kemm jekk le, jikkwalifikaw bħala investiment eliġibbli fil-każ tar-rijabilitazzjoni tas-siti mniġġża.

(94)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Ambjent, Taqsima 3.1.11.

(95)   ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/106/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).

(96)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13 kif emendata mid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2003.

(97)  L-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-investiment.

(98)  L-intensità ta’ l-għajnuna tista’ tiġi miżjuda b’10 punti perċentwali għal impriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal impriżi żgħar.

(99)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Ambjent, Taqsima 3.1.12.

(100)  Jekk jogħġbok innota li dawn il-kriterji ma japplikawx għall-perjodu ta’ kummerċ li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2012 għall-iskemi ta’ permissi kummerċjabbli skond id-Direttivi 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-kummerċjalizzazzjoni tat-tħollija ta’ l-emissjoni tal-gassijiet tas-serra fil-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU l 275, 25.10.2003, p. 32-46).

(101)  Din l-analiżi tista’ ssir fuq il-bażi ta’ stimi ta’ inter alia l-elastiċità tal-prezz tal-prodott tas-settur ikkonċernat. Dawn l-istimi għandhom isiru fis-suq ġeografiku rilevanti. Jistgħu jintużaw l-istimi ta’ bejgħ baxx kif ukoll ta’ l-impatt tagħhom fuq il-profittabbiltà tal-kumpanija.

(102)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Ambjent, it-Taqsima 3.2.

(103)  Ara l-punt 143 tal-linji gwida għall-għajnuna għall-Ambjent.

(104)  Filwaqt li jitqiesu b’mod xieraq il-benefiċċji assoċjati ma’ l-investiment mingħajr għajnuna, ikluż il-valur ta’ permessi ta’ skambju li jistgħu jsiru disponibbli lill-impriża kkonċernata wara li jsir l-investiment favur l-ambjent.

(105)  Il-Kummissjoni tista’ tqis ukoll li grupp ta’ proġetti jiffurmaw proġett wieħed flimkien.

(106)  Jekk jogħġbok innota li l-proġetti jridu jkunu speċifiċi u definiti b’mod ċar fir-rigward ta’ dawn l-aspetti.

(107)  Jekk jogħġbok innota li l-interess komuni Ewropew irid jintwera f’termini prattiċi, pereżempju jrid jintwera li l-proġett jagħmilha possibbli li jkun hemm progress sinifikanti lejn il-kisba ta’ għanijiet speċifiċi ambjentali tal-Komunità.

(108)  Billi jkun ta’ importanza kbira għall-istrateġija ambjentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(109)  Il-fatt li proġett jitwettaq minn impriżi fi Stati Membri differenti mhux biżżejjed.

(110)  Jekk jogħġbok ara li għandu jkun ta’ daqs sostanzjali u jipproduċi effetti ambjentali sostanzjali.

(111)  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra proġetti nnotifikati b’mod aktar favorevoli jekk dawn jinkludu kontribuzzjoni sinifikanti għall-proġett mill-benefiċjarju stess.

(112)  Jekk jogħġbok kun af li l-Kummissjoni ser tikkonsidra b’mod aktar favorevoli l-proġetti notifikati jekk ikunu jinvolvu impriżi min-numru sinifikanti ta’ Stati Membri.

(113)  Jekk jogħġbok kun af li l-Kummissjoni tista’ tawtorizza l-għajnuna b’rata ogħla minn dik stabbilita fil-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(114)   ‘Livell Komunitarju minimu ta’ taxxa’ tfisser il-livell minimu ta’ tassazzjoni prevista fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Għall-prodotti ta’ l-enerġija u l-elettriku, il-livell Komunitarju minimu ta’ taxxa jfisser il-livell minimu ta’ tassazzjoni stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li jirristruttura l-qafas Komunitarju għat-tassazzjoni tal-prodotti ta’ l-enerġija u l-elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

(115)  Fir-rigward tal-prodotti ta’ l-enerġija u l-elettriku ‘negozju kkonċentrat fl-enerġija’ kif definit fl-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2003/96/KE għandu jitqies bħala li jkun jissodisfa dan il-kriterju sakemm din id-dispożizzjoni tibqa’ fis-seħħ.

(116)  F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu stimi ta’, inter alia, l-elastiċità fil-prezzijiet tal-prodotti tas-settur ikkonċernat fis-suq ġeografiku rilevanti kif ukoll stimi ta’ bejgħ mitluf u/jew profitti mnaqqsa għall-kumpaniji fis-settur jew kategorija kkonċernati. Kif definit fl-avviz tal-Kummissjoni dwar d-definizzjoni tas-Suq Rilevanti għall-fini tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità.

(117)  l-iskema jkollha l-istess effett bħallikieku l-iskema stabbilixxiet kriterji li kull benefiċjarju individwali jħallas proporzjoni tal-livell tat-taxxa nazzjonali li hija ekwivalent bejn wieħed u ieħor għall-prestazzjoni ambjentali ta’ kull benefiċjarju individwali meta jsir paragun mal-prestazzjoni relatata mat-teknika bl-aħjar prestazzjoni fi ħdan iż-ŻEE, ara l-punt 159(a) tal-Linji Gwida.

(118)  Sakemm rata mnaqqsa tista’ tiġi ġġustifikata minħabba tfixkil limitat fil-kompetizzjoni, ara l-punt 159(b) tal-Linji Gwida.

(119)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Ambjent, Taqsima 5.1.

(120)  Jekk jogħġbok kun af li l-għajnuna għall-produzzjoni ta’ sħana mill-koġenerazzjoni għandha tiġi evalwata fil-kuntest ta’ notifika bbażata fuq il-kapaċità ta’ l-elettriku.

(121)  Għad-dettalji ara l-punt 161 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(122)  Jekk jogħġbok kun af li sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż esteni evitati, il-metodu tal-kalkolu użat irid ikun rikonoxxut u validitat internazzjonalment mill-Kummissjoni. Jekk jogħġbok kun af li fi kwalunkwe każ, l-ammont ta’ għajnuna mogħti lill-produtturi li jeċċedi l-ammont ta’ għajnuna li jirriżulta mill-għażla 1 (ara l-punt 109 tal-Linji Gwida għall-għajnuna għall-ambjent) għal għajnuna ta’ funzjonament għal għejun ta’ enerġija li jiġġeddu għandu jiġi investit mill-ġdid mid-ditti fl-għejun ta’ enerġija li jiġġeddu skond it-taqsima 3.1.6.1.

(123)  Ara l-linji gwida dwar l-Ambjent, it-Taqsima 5.2.

(124)  Għad-dettalji dwar il-valutazzjoni dettaljata u biex ikunu bbilanċjati l-elementi negattivi u pożittivi ara t-Taqsima 1.3, 5.2.1 (il-punti 166 sa 174) u 5.2.2 (il-punti 175 sa 188).

(125)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Ambjent, Taqsima 5.2.1.1.

(126)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Ambjent, it-Taqsima 5.2.1.2.

(127)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Ambjent, Taqsima 5.2.1.3.

(128)  Pereżempju, investiment ġdid, proċess ta’ produzzjoni li jirrispetta aktar lill-ambjent u/jew prodott ġdid li jirrispetta aktar lill-ambjent.

(129)  Għad-dettalji tat-tipi differenti ta’ żvantaġġi ara t-Taqsima 5.2.1.3 (il-punt 172) tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(130)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Ambjent, it-Taqsima 5.2.1.4.

(131)  Pereżempju informazzjoni dwar kif jiġu żgurati l-fatturi antidiskriminatorji, ta’ trasparenza u ta’ disponibbiltà.

(132)  Għad-dettalji dwar l-effetti negattivi tal-miżuri ta’ l-għajnuna ara t-Taqsima 5.2.2.

(133)  Għad-dettalji ara n-nota Nru 60 f’qiegħ il-paġna tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(134)  Għad-dettalji ara l-punt 177 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(135)  Għad-dettalji ara l-punt 178 u 179 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(136)  Għad-dettalji ara t-Taqsima 5.2.2.2 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(137)  Għad-dettalji ara t-Taqsima 5.2.2.3 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(138)  Għad-dettalji ara t-Taqsima 5.2.2.4 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(139)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Ambjent, il-Kapitolu 6.

(140)  Jekk jogħġbok kun af li l-għajnuna għall-ħarsien ambjentali ma tridx tkun kumulata b’għajnuna de minimis fir-rigward ta’ l-istess spejjeż eliġibbli jekk tali kumulazzjoni tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna li taqbeż lil dik stabbilita f’dawn il-Linji Gwida dwar l-Ambjent.

(141)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Ambjent, Taqsima 7.1, 7.2 u 7.3.


22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 313/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.