ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
18 ta' Novembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1135/2008 tas-17 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1136/2008 tas-17 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/864/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Lulju 2008 li tikkonċerna abbozz ta' Digriet mir-Repubblika Ċeka li jistipula rekwiżiti għas-supplimenti ta' l-ikel u l-arrikiment tal-prodotti ta' l-ikel (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3963)  ( 1 )

4

 

 

2008/865/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-esklużjoni tal-chlorate mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6587)  ( 1 )

7

 

 

2008/866/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta’ ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6732)  ( 1 )

9

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/867/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5737)

11

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/868/PESK tat-13 ta’ Ottubru 2008 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-parteċipazzjoni tal-Federazzjoni Russa fl-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentro-Afrikana (Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA)

15

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-parteċipazzjoni tal-Federazzjoni Russa fl-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentro-Afrikana (EUFOR Tchad/RCA)

16

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/2001 tal-25 ta' April 2001 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali ( ĠU L 118, 27.4.2001 )

21

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/ KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 ( ĠU L 273, 17.10.2007 )

22

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

18.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1135/2008

tas-17 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

AL

25,7

MA

62,6

TR

79,8

ZZ

56,0

0707 00 05

JO

167,2

MA

60,8

TR

78,7

ZZ

102,2

0709 90 70

MA

63,2

TR

122,8

ZZ

93,0

0805 20 10

MA

82,4

ZZ

82,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

59,5

HR

50,3

MA

82,1

TR

68,4

ZZ

65,1

0805 50 10

MA

60,4

TR

85,9

ZA

63,6

ZZ

70,0

0806 10 10

BR

210,5

TR

123,1

US

272,9

ZA

78,7

ZZ

171,3

0808 10 80

CA

87,1

CL

60,5

CN

55,8

MK

37,6

US

102,9

ZA

76,5

ZZ

70,1

0808 20 50

CL

58,0

CN

52,6

TR

109,0

ZZ

73,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1136/2008

tas-17 ta’ Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-Iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

Billi,

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2008 (2), jeħtieġ li jinħarġu ċertifikati ta’ awtentiċità qabel ma jkunu importati fil-Komunità ċ-ċanga u l-vitella. Il-lista tal-awtoritajiet fil-pajjiżi li jesportaw li għandhom is-setgħa li joħorġu dawn iċ-ċertifikati hija annessa għal dan ir-Regolament.

(2)

Il-Paragwaj bidel l-isem tal-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati tal-awtentiċità. F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 810/2008, il-lista li tingħata fl-Anness II għal dak ir-Regolament għandu jkun emendat skont dan.

(3)

Sabiex ikun evitat li l-isem tal-awtorità msemmija fiċ-ċertifikati tal-awtentiċità maħruġa reċentement ma tkunx tikkorrispondi mal-isem tal-awtorità elenkata fir-Regolament (KE) Nru 810/2008, l-emenda għal dan ir-Regolament tal-aħħar għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2008, id-data li fiha bdiet is-sena tal-kwota tariffarja kurrenti. Għas-sena tal-kwota tariffarja preċedenti, bi tmiem fit-30 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tagħrif dwar ċertifikati tal-awtentiċità mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Paragwaj.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 810/2008, l-annotazzjoni relatata mal-awtorità tal-ħruġ tal-Paragwaj għandha tinbidel b’li ġej:

“—

SERVICIO NACIONAL DE CALIDAD Y SALUD ANIMAL, Dirección General de Calidad e Inocuidad de Productos de Origen Animal:”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Novembru 2008.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 219, 14.2.2008, p. 3.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

18.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Lulju 2008

li tikkonċerna abbozz ta' Digriet mir-Repubblika Ċeka li jistipula rekwiżiti għas-supplimenti ta' l-ikel u l-arrikiment tal-prodotti ta' l-ikel

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3963)

(It-test biċ-Ċek biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/864/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11 (2) (b) u 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni Komunitarja, titlob notifika u stima ta' dispożizzjonijiet nazzjonali ġodda li jikkonċernaw inter alia l-projbizzjoni jew restrizzjoni għall-użu ta' ċerti sustanzi oħrajn fil-fabbrikazzjoni ta' ikel speċifikat.

(2)

B’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 12 moqrija flimkien ma' l-Artikolu 11(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, l-awtoritajiet Ċeki nnotifikaw lill-Kummissjoni fit-30 ta' Novembru 2007 b'abbozz ta' Digriet li jistipula rekwiżiti għas-supplimenti ta' l-ikel u l-arrikiment tal-prodotti ta' l-ikel, u b'mod partikolari l-Artikoli 2(3) u 4 kif ukoll l-Annessi 4 u 5 tiegħu.

(3)

L-Artikolu 2(3) ta' l-abbozz tad-Digriet jistabbilixxi permezz ta' l-Anness 4 tiegħu lista ta' sustanzi oħrajn fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, kif ukoll il-kundizzjonijiet rispettivi li taħthom dawn is-sustanzi jistgħu jintużaw fil-fabbrikazzjoni tas-supplimenti ta' l-ikel.

(4)

L-Artikoli 2(3) u 4 ta' l-abbozz ta' Digriet jistabbilixxu permezz ta' l-Anness 5 tiegħu lista ta' pjanti u sustanzi oħrajn li huma pprojbiti fil-fabbrikazzjoni ta' supplimenti ta' l-ikel u prodotti ta' l-ikel b'mod ġenerali.

(5)

B’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 1925/2006, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri l-oħra permezz tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(6)

L-abbozz tad-Digriet, kif jinsab bħalissa, ma jindikax għalfejn is-sustanzi li jinsabu fl-Anness 4 għandhom jikkonformaw mal-limiti tiegħu fuq bażi ta' raġunijiet ta' saħħa pubblika.

(7)

Fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni Komunitarja armonizzata, l-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom biex jirregolaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti fit-territorju tagħhom bla ħsara għall-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat KE.

(8)

B’mod partikolari, l-Artikolu 2(3) ta' l-abbozz tad-Digriet moqri flimkien ma' l-Anness 4 tiegħu jagħti x'tifhem li sustanzi ħlief dawk elenkati fih mhumiex permessi li jintużaw fil-fabbrikazzjoni tas-supplimenti ta' l-ikel.

(9)

Anke jekk jiġi ppruvat li l-Anness 4 huwa ġustifikat fuq il-bażi ta' raġunijiet ta' saħħa pubblika, l-abbozz tad-Digriet ma jindikax it-trattament riżervat għall-prodotti, iffabbrikati legalment u/jew imqiegħda fis-suq fi Stati Membri oħrajn, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 2 (3) u 4 tiegħu.

(10)

L-abbozz tad-Digriet ma fih l-ebda dispożizzjoni li tiżgura l-moviment liberu tas-supplimenti ta' l-ikel prodotti u/jew imqiegħda fis-suq fi Stati Membri oħrajn li fihom sustanzi li huma inklużi fl-Anness 4 tiegħu imma mhux konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fih, jew sustanzi ħlief dawk inklużi fl-Anness 4 tiegħu jew f'forma ta' klawżola ta' rikonoxximent reċiproku jew fil-forma ta' proċedura ta' approvazzjoni li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi li jkollhom sustanzi bħal dawn inklużi fil-lista nazzjonali ta' sustanzi awtorizzati.

(11)

Skond l-Artikolu 2(3) u 4 tad-Digriet innotifikat moqri flimkien ma' l-Anness 5 tiegħu, supplimenti ta' l-ikel u prodotti ta' l-ikel b'mod ġenerali ma għandu jkun fihom l-ebda sustanzi narkotiċi jew psikotropiċi, l-ebda prekursuri tal-Kategorija 1, l-ebda sustanza oħra li ġie ppruvat li għandha effetti tossiċi, ġenotossiċi, teratoġeniċi, alluċinoġeniċi, narkotiċi jew effetti sfavorevoli oħrajn fuq il-ġisem tal-bniedem, u l-ebda sustanza li tinsab fl-Anness 5 tiegħu. Il-projbizzjoni ta' ċerti sustanzi oħrajn għall-fabbrikazzjoni tas-supplimenti ta l-ikel u l-prodotti ta' l-ikel b'mod ġenerali jistgħu jkunu ġġustifikati fuq il-bażi tal-ħarsien tas-saħħa u ta' ħajjet il-bnedmin fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 30 tat-Trattat KE.

(12)

Peress li dan l-Artikolu jistipula eċċezzjoni, li trid tiġi interpretata b'mod strett, għar-regola tal-moviment liberu tal-merkanzija fi ħdan il-Komunità, hi r-responsabilità ta' l-awtoritajiet nazzjonali li jinvokawha li juru f'kull każ, fid-dawl tad-drawwiet nutrizzjonali nazzjonali u fid-dawl tar-riżultati ta' riċerka xjentifika internazzjonali, li r-regoli tagħhom huma meħtieġa biex jingħata ħarsien effettiv għall-interessi msemmija f'dik id-dispożizzjoni u, b'mod partikolari, li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti meqjusa joħloq riskju reali lis-saħħa pubblika.

(13)

L-awtoritajiet Ċeki ma pprovdew l-ebda evidenza li tiġġustifika t-twaqqif ta' lista li fiha sustanzi pprojbiti li jridu jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta' supplimenti ta' l-ikel u prodotti ta' l-ikel b'mod ġenerali.

(14)

Anke jekk ġiet ipprovduta evidenza bħal din, l-abbozz tad-Digriet ma fih l-ebda dispożizzjoni li tiżgura l-moviment liberu tas-supplimenti ta' l-ikel u l-prodotti ta' l-ikel b'mod ġenerali prodotti legalment u/jew imqiegħda fis-suq fi Stati Membri oħrajn li fihom sustanzi mhux permessi minnu.

(15)

Għalhekk, l-abbozz tad-Digriet jonqos milli jipprovdi garanziji adegwati lid-drittijiet ta' l-operaturi ekonomiċi li ġejjin mill-Artikoli 28 u 30 tat-Tratta KE.

(16)

Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni ressqet opinjoni negattiva skond l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006.

(17)

L-awtoritajiet Ċeki għandhom għalhekk jintalbu ma jadottawx dan l-abbozz ta' Digriet meqjus u jimmodifikawh skond l-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat KE filwaqt li jqisu l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-opinjoni negattiva tagħha.

(18)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-Repubblika Ċeka hija mitluba ma tadottax l-abbozz tad-Digriet li jistipula rekwiżiti għas-supplimenti ta' l-ikel u l-arrikiment tal-prodotti ta' l-ikel, sakemm ma jkunx emendat skond il-Paragrafu 2.

2.   Ir-Repubblika Ċeka hija mitluba temenda l-abbozz tad-Digriet meqjus sabiex jinkludi referenza ċara rigward it-trattament tal-prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' l-abbozz notifikat, imma li huma prodotti legalment u/jew imqiegħda fis-suq fi Stati Membri oħrajn, fit-Turkija jew l-Istati taż-ŻEE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.


18.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ Novembru 2008

dwar l-esklużjoni tal-chlorate mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6587)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/865/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u partikolarment ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprevedi li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ġewwa t-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkunux jinsabu fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jkunu diġà qegħdin fis-suq sentejn wara n-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi qed jiġu investigati b’mod gradwali fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi biex jiġu vvalutati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-chlorate.

(3)

Għall-chlorate, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew eżaminati skont id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Fejn jidħol il-chlorate, l-Istat Membru relatur kien Franza u l-informazzjoni kollha rilevanti tressqet fis-26 ta’ Lulju 2007.

(4)

Il-Kummissjoni investigat il-chlorate skont l-Artikolu 11a tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Abbozz tar-rapport tar-reviżjoni għal dik is-sustanza ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fil-11 ta’ Lulju 2008 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni.

(5)

Matul l-investigazzjoni ta’ din is-sustanza attiva mill-Kumitat, ġie konkluż, b’kunsiderazzjoni tal-kummenti li waslu mingħand l-Istati Membri, li hemm indikazzjonijiet ċari li jista’ jiġi mistenni li għandha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin, b’mod partikolari meta titqies l-espożizzjoni inaċċettabbli għall-operaturi, meta wieħed iqis il-LAEO (Il-Livell(i) Aċċettabbli ta’ Espożizzjoni għall-Operaturi) proviżorji li ġew proposti. Barra minn hekk, ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni biex jiġi stabbilit LAEO definittiv u biex tiġi studjata l-lissija ta’ metabolit rilevanti għal ġol-ilma ta’ taħt l-art. Barra minn dan, tħassib ieħor identifikat mill-Istati Membri relaturi fir-rapport ta’ evalwazzjoni hu inkluż fir-rapport ta’ reviżjoni għas-sustanza.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar l-investigazzjoni tal-chlorate u dwar jekk kienx biħsiebu jappoġġja jew ma jappoġġjax aktar is-sustanza. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li ġew investigati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib identifikat ma setax jitneħħa, u l-valutazzjonijiet li saru fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata ma wrewx li jista’ jiġi mistenni li, fil-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-chlorate jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għalhekk il-chlorate ma għandux jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li awtorizzazzjonijiet mogħtija għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-chlorate jiġu rtirati f’perjodu ta’ żmien preskritt u li ma jiġġeddux, u li ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida lil prodotti bħal dawn.

(9)

Kwalunkwe perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-chlorate għandu jkun limitat għal 12-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun wieħed ieħor ta’ tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-chlorate jistgħu jibqgħu disponibbli 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(10)

Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-chlorate skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I (4) tagħha, bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-chlorate ma għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-chlorate jkunu rtirati sal-10 ta’ Mejju 2009;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-chlorate mhi se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ żmien mogħti mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-10 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


18.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Novembru 2008

dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta’ ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6732)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/866/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw b’mod ġenerali l-ikel u l-għalf, u b’mod partikolari s-sigurtà tal-ikel u l-għalf, fil-livell Komunitarju u dak nazzjonali. Dan jistipula miżuri ta’ emerġenza fejn huwa evidenti li ikel jew għalf importat minn pajjiż terz x’aktarx huwa ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent, u li riskju bħal dan ma jistax jitrażżan b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istat Membru/Istati Membri kkonċernat(i).

(2)

Tifqigħa ta’ Epatite A fil-bnedmin ġiet ikkonfermata fil-Komunità. L-oriġini tal-marda ġiet identifikata li hija l-konsum ta’ ċerti molluski bivalvi importati mill-Perù li ġew ikkontaminati bil-Virus tal-Epatite A (HAV).

(3)

Il-molluski bivalvi kkontaminati huma l-gandoffli Donax (Donax spp) u l-oriġini tal-kontaminazzjoni x’aktarx li hija kontaminazzjoni virali tal-ilma taż-żoni ta’ produzzjoni. Molluski bivalvi oħra jistgħu għalhekk ġew ikkontaminati wkoll.

(4)

Billi l-konsum ta’ dawk il-molluski bivalvi jippreżenta riskju serju għas-saħħa tal-bniedem huwa xieraq li jiġu sospiżi l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ molluski bivalvi mill-Perù.

(5)

Meta titqies is-serjetà tal-kontaminazzjoni, is-sospensjoni għandha tapplika wkoll għal molluski bivalvi li ntbagħtu lejn il-Komunità qabel ma tidħol fis-seħħ din id-Deċiżjoni iżda li jaslu fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità wara dik id-data.

(6)

Is-sospensjoni ta’ dawk l-importazzjonijiet għandha tiġi stipulata fil-livell Komunitarju biex jiġi żgurat il-ħarsien effettiv u uniformi tas-saħħa tal-konsumaturi fl-Istati Membri kollha.

(7)

Il-produzzjoni tal-akkwakultura ta’ mxat tal-baħar (Pectinidae) fil-Perù sseħħ f’żoni ta’ produzzjoni separati b’densità ta’ popolazzjoni baxxa u 'l bogħod minn għejun potenzjali ta’ kontaminazzjoni. Barra minn hekk, il-Pectinidae huma pproċessati biex jirtiraw il-vixxri u għalhekk inaqqsu r-riskju ta’ kontaminazzjoni virali fil-parti tal-prodott li tittiekel. Huwa għaldaqstant xieraq li jkunu permessi importazzjonijiet mill-Perù ta’ Pectinidae pproċessati b’dan il-mod.

(8)

Barra minn hekk, it-trattament bis-sħana jevita l-vijabilità tal-virus. Huwa għaldaqstant xieraq li jkunu permessi importazzjonijiet mill-Perù ta’ molluski bivalvi li għaddew minn trattament bis-sħana skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt A.5(b) tal-Kapitolu II tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li ġej mill-annimali (2).

(9)

L-Awtoritajiet Peruvjani impenjaw ruħhom li jdaħħlu fis-seħħ miżuri korrettivi immedjati u, jekk ikun meħtieġ, jippermettu spezzjoni tal-Kummissjoni matul ix-xhur li ġejjin. Huwa għaldaqstant xieraq li tiġi limitata l-applikazzjoni tal-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni attwali tal-31 ta’ Marzu 2009, mingħajr ħsara għas-setgħa tal-Kummissjoni li timmodifika, tirrevoka jew testendi dawk il-miżuri fid-dawl ta’ kull tagħrif ġdid marbut mal-evoluzzjoni tal-qagħda fil-Perù u tar-riżultat ta’ spezzjonijiet mis-servizzi tagħha.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-molluski bivalvi, kif definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, importati mill-Perù u maħsuba għall-konsum mill-bniedem (“molluski bivalvi”).

Artikolu 2

L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ molluski bivalvi mill-Perù.

Din il-projbizzjoni għandha tapplika għall-kunsinni kollha ta’ molluski bivalvi li jaslu fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità kemm jekk il-kunsinni kienu prodotti, maħżuna jew iċċertifikati fil-pajjiż ta’ oriġini u kemm jekk le, qabel ma din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

Artikolu 3

B’deroga mill-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti li ġejjin:

(a)

Pectinidae mnaddfa minn ġewwa li joriġinaw mill-akkwakultura;

(b)

molluski bivalvi li għaddew minn trattament bis-sħana kif stabbilit fil-punt A.5(b) tal-Kapitolu II tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 4

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallsu mir-riċevitur tal-kunsinna jew mill-aġent tiegħu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2009.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kummissjoni

18.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/11


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Ottubru 2008

dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5737)

(2008/867/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu;

Billi:

(1)

Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-miri tagħha jinkludu l-promozzjoni ta’ xogħol għal kulħadd u l-progress soċjali, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali u l-ħarsien soċjali. Skond l-Artikolu 137(1)(h) tat-Trattat, il-Komunità għandha rwol f’li tappoġġja u tikkuplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-integrazzjoni tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol. L-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi għal dritt għall-assistenza soċjali u assistenza għall-abitazzjoni sabiex tkun żgurata eżistenza diċenti għal dawk kollha li ma għandhomx biżżejjed riżorsi.

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar kriterji komuni dwar riżorsi suffiċjenti u l-assistenza soċjali fis-sistemi ta’ ħarsien soċjali (1), tibqa’ strument ta’ referenza għall-politika tal-Komunità dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali u ma tilfet xejn mir-relevanza tagħha; għalkemm fadal xi jsir biex tkun implimentata b’mod sħiħ.

(3)

Mill-1992 ‘l hawn tfaċċaw strumenti ġodda tal-politika. Wieħed minn dawn l-istrumenti huwa l-Metodu Miftuħ tal-Koordinazzjoni fuq il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali (MMK); li l-għanijiet tiegħu jinkludu l-inklużjoni soċjali attiva ta’ kulħadd, li trid tkun żgurata permezz tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u bil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni bejn in-nies u l-gruppi (2) l-aktar emarġinati. Strument ieħor huwa l-Istrateġija Ewropea tax-Xogħol, li għandha l-għan, inter alia, li ssaħħaħ l-inklużjoni soċjali, tiġġieled il-faqar, li tipprevjeni l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol, u li tgħin l-integrazzjoni fix-xogħol ta’ persuni fi żvantaġġ (3).

(4)

Il-persistenza tal-faqar u nuqqas ta’ xogħol u l-kumplessitajiet dejjem akbar ta’ diversi żvantaġġi żiedu l-bżonn għal politika komprensiva u integrata (4). Bil-għan li jkunu modernizzati s-sistemi ta’ ħarsien soċjali, għajnuna ta’ dħul adekwat għandha tkun ikkumbinata ma’ kollegament mas-suq tax-xogħol u aċċess għal servizzi ta’ kwalità fi strateġija ta’ inklużjoni attiva integrata (5). Din l-istrateġija hija kumplimentari b’mod sħiħ mal-approċċ ta’ flessigurtà, filwaqt li hija mmirata għal dawk esklużi mis-suq tax-xogħol. Tikkontribwixxi għall-miri tal-Istrateġija ta’ Liżbona billi tiffaċilita l-attivazzjoni u l-mobilità tal-ħaddiema, u tifforma parti mid-dimensjoni soċjali tal-Istrateġija dwar Żvilupp Sostenibbli tal-UE (6).

(5)

Għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-prijoritajiet nazzjonali u d-disponibilità tar-riżorsi finanzjarji meta din ir-Rakkomandazzjoni tkun implimenta gradwalment.

(6)

Din ir-Rakkomandazzjoni u l-implimentazzjoni tal-prinċipji stipulati fiha ma jippreġudikawx l-applikazzjoni tal-liġi tal-Komunità, inklużi regoli ta’ għajnuna mill-Istat u r-Regolament dwar l-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (7), u r-regoli tal-Komunità dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.

(7)

Skond il-prinċipju ta’ sussidarjetà, l-Istati Membri huma responsabbli li jiddefinixxu l-livell ta’ għajnuna fid-dħul u biex jistabbilixxu t-taħlita ta’ politika neċessarja fid-dawl tas-sitwazzjonijiet u l-bżonnijiet differenti fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali.

B’DAN TIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM:

(1)   Jiddisinjaw u jimplimentaw strateġija komprensiva integrata għall-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol flimkien ma’ għajnuna fid-dħul adekwata, swieq tax-xogħol inklussivi u aċċess għal servizzi ta’ kwalità. Il-politika ta’ inklużjoni attiva għandha tiffaċilita l-integrazzjoni f’impjieg sostenibbli u ta’ kwalità ta’ dawk li jistgħu jaħdmu u tipprovdi riżorsi li huma biżżejjed biex jgħixu b’dinjità, flimkien ma’ għajnuna għall-parteċipazzjoni soċjali, għal dawk li ma jistgħux.

(2)   Jiżguraw l-effikaċja tal-politika ta’ integrazzjoni attiva permezz ta:

(a)

Disinn ta’ politika komprensiva li tiddefinixxi taħlita tajba tat-tliet strati tal-istrateġija ta’ inklużjoni attiva, waqt li tikkunsidra l-impatt konġunt tagħhom fuq l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tan-nies żvantaġġjati u l-interrelazzjonijiet potenzjali tagħhom, inkluż sinerġiji u kompromessi;

(b)

Implimentazzjoni integrata fit-tliet strati tal-istrateġija ta’ inklużjoni attiva biex ikunu indirizzati b’mod effettiv il-kawżi diversi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali u biex tkun imtejba l-koordinazzjoni bejn l-aġenziji pubbliċi u s-servizzi li jimplimentaw il-politika ta’ inklużjoni attiva;

(ċ)

Koordinazzjoni tal-politika bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE fid-dawl tar-rwoli, kompetenzi u prijoritajiet partikolari tagħhom;

(d)

Parteċipazzjoni attiva tal-atturi relevanti kollha, inkluż dawk affettwati mill-faqar u l-esklużjoni soċjali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u dawk li jipprovdu s-servizzi fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-istrateġiji.

(3)   Jiżguraw li l-politika ta’ inklużjoni attiva:

(a)

tappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet fundamentali;

(b)

tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd;

(ċ)

tikkunsidra b’mod kawtel il-kumplessitajiet tal-iżvantaġġi diversi u s-sitwazzjonijiet u l-bżonnijiet speċifiċi tad-diversi gruppi vulnerabbli;

(d)

tikkunsidra ċ-ċirkostanzi lokali u reġjonali u ttejjeb il-koeżjoni territorjali;

(e)

tkun konsistenti mal-approċċ taċ-ċiklu tal-politika soċjali u tax-xogħol biex dawn ikunu jistgħu jappoġġjaw is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u jingħeleb it-trasferiment tal-faqar bejn il-ġenerazzjonijiet.

(4)   Jorganizzaw u jimplimentaw politika ta’ inklużjoni attiva skond il-prinċipji komuni li ġejjin u l-linji gwida għal kull strat, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta’ sussidarjetà u s-sitwazzjonijiet, bżonnijiet u prijoritajiet differenti tagħhom bla ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Komunità, inklużi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u r-regoli tal-Komunità dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.

(a)   Għajnuna fid-dħul adekwata

Jirrikonoxxu d-dritt bażiku tal-individwu għal biżżejjed riżorsi u assistenza soċjali biex ikollu ħajja kompatibbli mad-dinjità tal-bniedem bħala parti mill-isforz komprensiv u konsistenti biex tingħeleb l-esklużjoni soċjali;

(i)

Jirrevedu s-sistemi ta’ ħarsien soċjali tagħhom, kif hemm bżonn, fid-dawl tal-prinċipji komuni mniżżla fil-paragrafu B tar-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE. B’mod partikolari, skond strateġija ta’ inklużjoni attiva, id-dritt għal riżorsi suffiċjenti għandu:

ikun marbut mad-disponibilità attiva għax-xogħol jew taħriġ vokazzjonali bil-għan li jinkiseb xogħol fil-każ ta’ persuni li l-kundizzjonijiet tagħhom jippermettu disponibilità simili, jew li jkun suġġett, fejn huwa l-każ, għal miżuri ta’ integrazzjoni ekonomika u soċjali fil-każ tal-persuni l-oħra;

ikun marbut ma’ politika li hija meqjusa neċessarja, fuq livell nazzjonali, għall-integrazzjoni ekonomika u soċjali ta’ dawk involuti.

(ii)

Jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ dak id-dritt skond il-linji gwida prattiċi fil-paragrafi Ċ(1), Ċ(2) u Ċ(3) tar-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE. B’mod partikolari, fejn ir-riżorsi neċessarji biex ikun hemm ħajja ta’ dinjità huma determinati, l-istandards tal-ħajja u l-livelli tal-prezzijiet skond it-tip u d-daqs tal-familja fl-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu kkunsidrati permezz tal-indikaturi nazzjonali relevanti. F’qafas ta’ inklużjoni attiva, inċentiva li għandha l-għan li tfittex impjieg għall-persuni li l-kundizzjoni tagħhom hija tajba għax-xogħol għandha tkun imħarsa u l-ammonti rranġati jew miżjuda biex jintlaħqu għanijiet speċifiċi.

(b)   Swieq tax-xogħol inklussivi

Jaddottaw arranġamenti li jkopru persuni li huma fil-kundizzjoni li jaħdmu biex jiżguraw li dawn jirċievu għajnuna effettiva biex jidħlu jew jerġgħu jidħlu jew jibqgħu fl-impjieg li jikkorrispondi mal-kapaċità ta’ xogħol tagħhom.

(i)

Jippromwovu l-prinċipji komuni li ġejjin fil-kuntest tal-istrateġija tal-inklużjoni attiva:

Jindirizzaw il-bżonnijiet tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol sabiex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni progressiva tagħhom fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol u biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jkunu impjegati;

Jieħdu l-miżuri neċessarji biex jippromwovu swieq tax-xogħol inklussivi biex jiżguraw li l-aċċess għall-impjiegi huwa opportunità għal kulħadd.

Jippromwovu impjiegi ta’ kwalità, inklużi salarji u benefiċċji, kundizzjonijiet ta’ xogħol, saħħa u sigurtà, aċċess għal tagħlim matul il-ħajja u prospetti ta’ karriera, b’mod partikolari bil-għan li jkun prevenut il-faqar fuq ix-xogħol;

Jindirizzaw is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol billi jippromwovu ż-żamma tal-impjiegi u l-avvanz fuq ix-xogħol.

(ii)

Jimplimentaw dawn il-prinċipji permezz tal-linji gwida prattiċi li ġejjin

Jespandu u jtejbu l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni inklussiva u politika ta’ taħriġ, inkluż strateġiji effettivi dwar tagħlim matul il-ħajja; jad ottaw sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ bħala risposta għar-rekwiżiti ġodda ta’ kompetenzi, u l-bżonn għall-għarfien diġitali;

Jieħdu miżuri attivi u ta’ prevenzjoni fis-suq tax-xogħol, inklużi servizzi u għajnuniet addattati apposta, personalizzati, u reattivi li jinkludu l-identifikazzjoni minn kmieni tal-bżonnijiet, assistenza għat-tiftix tal-impjiegi, għajnuna ta’ gwida u taħriġ, u motivazzjoni għat-tiftix attiv tax-xogħol.

Kontinwament jirrevedu l-inċentivi u d-diżinċentivi li jirriżultaw mis-sistemi fiskali u tal-benefiċċji, inklużi l-amministrazzjoni u l-kundizzjonalità tal-benefiċċji u tnaqqis sinifikanti ta’ rati tat-taxxa effettivi għoljin u marġinali, b’mod partikolari għal dawk bi dħul baxx, filwaqt jiżguraw livelli adegwati ta’ ħarsien soċjali;

Jipprovdu assistenza għall-ekonomija soċjali u impjiegi protetti bħala sors vitali ta’ impjiegi inizjali għal persuni żvantaġġjati, jippromwovu l-inklużjoni soċjali u l-mikrokrediti, inċentivi finanzjarji għal dawk li jħaddmu biex iħaddmu n-nies, l-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ impjiegi fis-servizzi, partikolarment fuq livell lokali, u jqajmu kuxjenza dwar l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol.

Jippromwovu l-adattabilità u l-għajnuna fuq ix-xogħol u ambjent ta’ sostenn, inklużi l-attenzjoni għas-saħħa u l-benesseru tal-ħaddiema, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tax-xogħol flimkien mad-djalogu soċjali.

(ċ)   Aċċess għal servizzi ta’ kwalità

Jieħdu kull miżura biex dawk ikkonċernati, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti, jirċievu l-għajnuna soċjali xierqa permezz ta’ aċċess għal servizzi ta’ kwalità. B’mod partikolari, miżuri għandhom jittieħdu biex:

Ikunu provduti servizzi li huma essenzjali biex jgħinu politika ta’ inklużjoni soċjali u ekonomika attiva, inklużi servizzi ta’ assistenza soċjali, servizzi ta’ impjiegi u taħriġ, għajnuna għall-akkomodazzjoni u akkomodazzjoni soċjali, ħarsien tat-tfal, servizzi ta’ ħarsien fit-tul u servizzi tas-saħħa skond il-prinċipji komuni li ġejjin, u li jikkunsidraw ir-rwol tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, tar-regoli applikabbli fil-Komunità u tas-sitwazzjonijiet, il-bżonnijiet u l-preferenzi differenti fl-Istati Membri.

Disponibilità territorjali, aċċess fiżiku, mezzi neċessarji għall-akkwist;

Solidarjetà, opportunitajiet indaqs għall-utenti tas-servizzi u l-impjegati, u kunsiderazzjoni tad-diversità tal-utenti;

Investiment fil-kapital uman, kundizzjonijiet ta’ xogħol, u infrastruttura fiżika adekwata;

Servizzi komprensivi u koordinati, imfassla u mwettqa b’mod integrat;

involviment tal-“utenti” u avviċinamenti personalizzati biex jintlaħqu l-bżonnijiet diversi tan-nies bħala individwi;

Monitoraġġ u stima tal-prestazzjoni u t-tpartit ta’ prattiċi tajba.

(5)   Jiggarantixxu r-riżorsi u l-benefiċċji relevanti skond il-miżuri ta’ ħarsien soċjali; jużaw id-dispożizzjonijiet u l-miżuri tal-Fondi Strutturali, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, biex jappoġġjaw il-miżuri ta’ inklużjoni attiva;

Jistabbilixxu arranġamenti dettaljati u jiffinanzjaw infiq u jorganizzaw l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni skond il-liġi u/jew prattika nazzjonali;

Jikkunsidraw restrizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji, il-prijoritajiet stipulati mill-awtoritajiet nazzjonali u l-istat tal-finanzi pubbliċi sabiex jilħqu l-aħjar bilanċ bejn l-inċentivi ta’ xogħol, it-tnaqqis tal-faqar u spejjeż baġitarji sostenibbli.

Jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li kulħadd, inklużi dawk l-anqas privileġġati, ikunu infurmati bid-drittijiet tagħhom u bl-għajnuna disponibbli, permezz tat-teknoloġiji tal-informatika, fejn applikabbli.

Jissimplifikaw sakemm huwa possibbli l-proċeduri amministrattivi u l-arranġamenti biex ikunu eżaminati r-riżorsi u s-sitwazzjonijiet;

Fejn possibbli, skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali, jorganizzaw il-mekkaniżmi għall-appelli quddiem l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti u, fejn neċessarju, korpi terzi indipendenti. bħal tribunali, li għalihom il-persuni kkonċernati għandu jkollhom aċċess faċli.

(6)   Itejbu sistemi ta’ indikazzjoni u informazzjoni sabiex jtejbu l-kapaċità li jipproduċu informazzjoni aġġornata u ta’ paragun madwar il-pilastri kollha ta’ inklużjoni attiva.

Jimmonitorjaw u jevalwaw il-politika ta’ inklużjoni attiva skond il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni fuq il-bażi ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali u l-Kumitat għall-Impjiegi u bl-appoġġ tal-programm PROGRESS;

Jiżguraw konsistenza mal-politika ġenerali tal-Istrateġija ta’ Liżbona dwar l-għanijiet tal-koeżjoni soċjali.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Vladimír ŠPIDLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 245, 26.8.1992, p. 46.

(2)  Il-komunikazzjoni COM(2005) 706 - Naħdmu flimkien, naħdmu aħjar: Qafas ġdid ta’ koordinazzjoni miftuħa fil-politika tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2008 dwar Linji gwida għall-politika dwar ix-xogħol tal-Istati Membri, Dokument tal-Kunsill 10614/2/082008 (għadha mhix ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Komunikazzjonijiet COM(2007) 620 - It-tiġdid tal-ħarsien soċjali għal aktar ġustizzja soċjali u koeżjoni ekonomika: Immexxu ‘l quddiem l-inklużjoni attiva tan-nies l-iktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol u COM(2005) 33 dwar l-Aġenda Soċjali.

(5)  Komunikazzjoni COM(2006) 44 - Rigward konsultazzjoni għal azzjoni fuq livell ta’ UE biex tiġi promossa l-inklużjoni attiva tan-nies li huma l-aktar ‘il bogħod mis-suq tax-xogħol.

(6)  Komunikazzjoni COM(2007) 620, konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tal-14 ta’ Diċembru 2007 u tan-nota ta’ orjentazzjoni tal-SPC dwar l-inklużjoni attiva tat-3 ta’ Lulju 2008. B’mod partikolari, ara wkoll: Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2007, Dokument 16139/07; opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta’ Ġunju 2008 dwar l-Inklużjon Attiva (Dok. CdR 344/2007); opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropej tas-27 ta’ Ottubru 2007 dwar standards soċjali minimi (Dok. CESE 892/2007).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ir-Regolament dwar Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

18.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/868/PESK

tat-13 ta’ Ottubru 2008

li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-parteċipazzjoni tal-Federazzjoni Russa fl-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentro-Afrikana (Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Afrikana Ċentrali (1) (Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA).

(2)

L-Artikolu 10(3) ta’ dik l-Azzjoni Konġunta jipprovdi li arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehim, f’konformità mal-Artikolu 24 tat-Trattat.

(3)

Wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill fit-13 ta’ Settembru 2004, il-Presidenza, assistita mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, innegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-parteċipazzjoni tal-Federazzjoni Russa fl-Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

(4)

Il-Ftehim għandu jkun approvat f’isem l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-parteċipazzjoni tal-Federazzjoni Russa fl-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentro-Afrikana (EUFOR Tchad/RCA) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim sabiex jorbot lill-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 13 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 279, 23.10.2007, p. 21.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-parteċipazzjoni tal-Federazzjoni Russa fl-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentro-Afrikana (EUFOR Tchad/RCA)

L-UNJONI EWROPEA (UE),

minn naħa waħda, u

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

min-naħa l-oħra,

minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW:

ir-riżoluzzjoni 1778 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta’ Settembru 2007 li tawtorizza lill-UE tiskjera forzi fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentro-Afrikana,

l-adozzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Afrikana Ċentrali (EUFOR Tchad/RCA),

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/1/2008 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentro-Afrikana u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/2/2008 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentro-Afrikana, it-tnejn kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/3/2008 tal-14 ta’ Mejju 2008,

BILLI:

(1)

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-UE/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, bl-ittra tas-7 ta’ Diċembru 2007, stieden lill-Federazzjoni Russa biex tikkunsidra parteċipazzjoni possibbli fl-operazzjoni tal-UE fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentro-Afrikana.

(2)

Il-Federazzjoni Russa esprimiet ir-rieda tagħha li tikkunsidra parteċipazzjoni possibbli permezz ta’ ittra ddatata t-23 ta’ April 2008.

(3)

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-UE/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa ħarġu dikjarazzjoni konġunta fid-29 ta’ April 2008 dwar kooperazzjoni reċiproka f’operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Parteċipazzjoni fl-operazzjoni

1.   Il-Parti Russa għandha tipparteċipa fl-operazzjoni mmexxija mill-Unjoni Ewropea taħt ir-Riżoluzzjoni 1778 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u skont l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Afrikana Ċentrali (EUFOR Tchad/RCA) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-operazzjoni tal-UE”) u l-Pjan tal-Operazzjoni tat-18 ta’ Jannar 2008 billi tipprovdi l-kontinġent militari tal-Forzi Militari tal-Federazzjoni Russa (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-kontinġent militari Russu”) bil-għan li jappoġġja l-operazzjoni tal-UE permezz tat-trasport bl-ajru, soġġett għal kwalunkwe kondizzjonijiet implimentattivi stabbiliti fl-arranġamenti implimentattivi msemmijin fl-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim. It-trasport bl-ajru għandu jitwettaq permezz tal-inġenji tal-ajru tal-kontinġent militari Russu bil-għan li tiġi protetta l-ħajja u s-sigurtà tal-Forzi Mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUFOR) u l-persunal tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentro-Afrikana u ċ-Ċad (MINURCAT) permezz tat-trasport tal-persunal tal-EUFOR u l-MINURCAT, it-trasport tal-merkanzija, u l-ħidma ta’ tfittxija u salvataġġ fir-rigward tal-persunal tal-EUFOR u l-MINURCAT.

2.   Il-kontribut tal-Parti Russa lill-operazzjoni ta’ l-UE għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Parti Russa għandha tiżgura li l-kontinġent militari Russu jwettaq il-missjoni tiegħu skont:

l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu;

kwalunkwe arranġament implimentattiv li jiġi maqbul miż-żewġ Partijiet.

4.   Il-persunal tal-kontinġent militari Russu ser japplika r-Regoli tal-Ingaġġ tal-operazzjoni tal-UE safejn dawn m’humiex f’kunflitt mal-leġislazzjoni Russa. Ir-restrizzjonijiet possibbli għar-Regoli tal-Ingaġġ stabbiliti mill-Federazzjoni Russa ser jiġu speċifikati uffiċjalment għall-Kmandant tal-Operazzjoni tal-EU.

5.   Il-kontinġent militari Russu għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu u jaġixxi skont l-objettivi u l-mandat tal-operazzjoni tal-UE kif previst fir-Riżoluzzjoni 1778 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

6.   Il-Parti Russa tista’ tirtira l-kontribut tagħha fi kwalunkwe ħin, jew fuq it-talba tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jew b’deċiżjoni tal-Parti Russa, wara konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet. Il-Parti Russa għandha tinforma lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fi żmien debitu bi kwalunkwe bidla fil-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni tal-UE.

Artikolu 2

Status tal-forzi

1.   L-istatus tal-kontinġent militari Russu għandu jkun irregolat mill-Istrumenti ta’ ftehim dwar l-istatus tal-forzi li huma fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċad, ir-Repubblika Ċentro-Afrikana, ir-Repubblika tal-Kamerun, mal-wasla tiegħu fiż-żona tal-operazzjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-istrumenti ta’ ftehim dwar l-istatus tal-forzi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Parti Russa għandha teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-kontinġent militari Russu.

3.   Rappreżentant tal-Parti Russa għandu jieħu sehem fil-proċeduri għas-soluzzjoni ta’ kwalunkwe pretensjoni li tinvolvi l-kontinġent militari Russu prevista fl-istatus tal-istrumenti ta’ ftehim tal-forzi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Il-Parti Russa għandha tkun responsabbli li ssolvi kwalunkwe pretensjoni marbuta mal-parteċipazzjoni tal-kontinġent militari Russu fl-operazzjoni tal-UE, minn jew li tikkonċerna l-persunal militari tal-kontinġent militari Russu. Il-Parti Russa għandha tkun responsabbli li tressaq kwalunkwe azzjoni, b’mod partikolari legali jew dixxiplinarja, kontra kwalunkwe parti mill-persunal militari tal-kontinġent militari Russu, skont il-liġijiet u regolamenti tagħha.

5.   L-Unjoni Ewropea timpenja ruħha li tiżgura li l-Istati Membri jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja għal pretensjonijiet kontra l-Federazzjoni Russa għall-parteċipazzjoni tal-Federazzjoni Russa fl-operazzjoni tal-UE, u għandha tagħmel dan meta tkun qed tiffirma dan il-Ftehim. Din id-dikjarazzjoni hija annessa għal dan il-Ftehim.

6.   Il-Federazzjoni Russa timpenja ruħha li tagħmel dikjarazzjoni rigward ir-rinunzja ta’ pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat li jkun qed jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE, u għandha tagħmel dan meta tkun qed tiffirma dan il-Ftehim. Din id-dikjarazzjoni hija annessa għal dan il-Ftehim.

7.   L-istatus tal-persunal ikkontribwit lill-kwartieri ġenerali tal-operazzjoni tal-UE f’Pariġi (Franza) għandu jkun irregolat b’arranġamenti bejn l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Franċiża u l-Federazzjoni Russa.

Artikolu 3

Informazzjoni kklassifikata

1.   Il-Parti Russa għandha tipproteġi kwalunkwe informazzjoni kklassifikata tal-UE mogħtija lilha fil-qafas tal-operazzjoni tal-UE skont il-ħtiġiet għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata kif stabbilit fil-leġislazzjoni tal-Federazzjoni Russa. Għal dan il-għan, il-klassifikazzjonijiet ta’ sigurtà tal-Partijiet għandhom jikkorrispondu kif ġej:

UE

Federazzjoni Russa

SECRET UE

СОВЕРШЕННО СЕКРЕТНО

CONFIDENTIEL UE

СЕКРЕТНО

Il-marka tar-restrizzjoni tal-Federazzjoni Russa “ДЛЯ СЛУЖЕБНОГО ПОЛЬЗОВАНИЯ” għandha tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni ta’ sigurtà tal-UE RESTREINT UE.

2.   Il-Parti Russa għandha tieħu l-miżuri adegwati kollha sabiex tiżgura li l-informazzjoni kklassifikata tal-UE mogħtija lilha fil-qafas tal-operazzjoni tal-UE hija protetta għal livell ekwivalenti għal dak meħtieġ mill-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata tal-UE li huma applikati fl-UE, jiġifieri l-Parti Russa:

m’għandhiex tuża l-informazzjoni kklassifikata rilaxxata lilha għal finijiet oħrajn li m’humiex dawk li għalihom l-informazzjoni kklassifikata ġiet rilaxxata mill-UE;

m’għandhiex tiżvela tali informazzjoni lil partijiet terzi mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub tal-UE;

għandha tiżgura li l-aċċess għal informazzjoni kklassifikata rilaxxata lilha tkun awtorizzata biss għal individwi li għalihom għarfien ta’ din l-informazzjoni huwa meħtieġ sabiex iwettqu d-dmirijiet uffiċjali tagħhom u, fejn l-informazzjoni hija kklassifikata CONFIDENTIEL UE jew ogħla, li għandhom awtorizzazzjoni għal finijiet ta’ sigurtà;

għandha tiżgura li, qabel ma jingħata aċċess għal informazzjoni kklassifikata, l-individwi kollha li jeħtieġu aċċess għal tali informazzjoni jingħataw informazzjoni dwar u jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-regolamenti ta’ sigurtà protettivi rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-informazzjoni li għaliha għandhom jaċċedu;

għandha tiżgura li l-istabbilimenti, iż-żoni, il-bini, l-uffiċċji, il-kmamar, is-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni li fihom huma maħżunin u/jew mmaniġġati l-informazzjoni u d-dokumenti kklassifikati tal-UE huma protetti b’miżuri ta’ sigurtà fiżiċi adegwati;

għandha tiżgura li dokumenti kklassifikati rilaxxati lilha huma rreġistrati f’reġistru speċjali hekk kif ikunu rċevuti;

għandha tinnotifika lill-UE bi kwalunkwe każ ta’ ksur jew ta’ kompromess attwali jew issuspettat tal-informazzjoni kklassifikata rilaxxata lilha. F’tali każ, il-Parti Russa għandha tibda investigazzjonijiet u tieħu miżuri adatti biex tipprevjeni li dan jerġa’ jseħħ.

3.   B’kont meħud tal-livell ta’ klassifikazzjoni, l-informazzjoni kklassifikata għandha tintbagħat permezz ta’ mezzi diplomatiċi, servizzi postali siguri jew trasport personali.

4.   Fejn l-UE u l-Federazzjoni Russa jkunu kkonkludew ftehim dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-operazzjoni tal-UE.

Artikolu 4

Katina ta’ kmand

1.   Il-kontinġent militari Russu għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-Parti Russa.

2.   L-awtoritajiet kompetenti Russi għandhom jiddelegaw lill-Kmandant tal-Operazzjoni l-abbiltà li jassenja kompiti lill-Kontinġent Militari Russu għat-twettiq tal-missjoni kif deskritt fl-Artikolu 1, paragrafu 1 ta’ dan il-Ftehim, mal-wasla tal-kontinġent militari Russu fiż-żona tal-operazzjonijiet. Fl-ippjanar ta’ ordni ta’ kompitu bl-ajru jew kwalunkwe deċiżjoni oħra li jkollha implikazzjonijiet għall-kontinġent militari Russu, għandha tiġi żgurata koordinazzjoni sħiħa mar-Rappreżentant Militari Anzjan tal-kontinġent militari Russu. Il-Federazzjoni Russa għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f’termini tat-tmexxija ta’ kuljum ta’ l-operazzjoni bħall-Istati Membri ta’ l-UE li jkunu qed jipparteċipaw.

3.   Ir-Rappreżentanti Militari Anzjani għandhom jinħatru mill-Parti Russa biex jirrappreżentaw lill-kontinġent militari Russu fl-EUFOR, kemm fil-kwartieri ġenerali tal-operazzjoni tal-UE f’Pariġi (Franza) kif ukoll fil-kwartieri ġenerali tal-forzi tal-UE f’Abéché (Ċad). Kull Rappreżentant Militari Anzjan jista’ jkollu assistenza. Ir-Rappreżentanti Militari Anzjani għandhom jikkonsultaw mal-katina ta’ kmand tal-UE dwar il-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw l-EUFOR. L-Uffiċjal Kmandant tal-kontinġent militari Russu għandu jkun responsabbli mid-dixxiplina ta’ kuljum tal-kontinġent.

Artikolu 5

Aspetti finanzjarji

1.   Il-Parti Russa għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni tal-UE ħlief jekk l-ispejjeż ikunu soġġetti għal finanzjament komuni kif speċifikat fl-arranġamenti implimentattivi msemmijin fl-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim.

2.   L-EUFOR Tchad/RCA ser tipprovdi appoġġ loġistiku lill-kontinġent militari Russu fuq il-bażi ta’ kumpens għall-ispejjeż skont il-kondizzjonijiet previsti fl-arranġamenti implimentattivi msemmijin fl-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim.

3.   L-UE għandha teżenta lill-Parti Russa minn kwalunkwe kontribut finanzjarju għall-ispejjeż komuni.

4.   Il-kumpens f’każ ta’ mewt, korriment, telf jew dannu lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih/fihom titwettaq l-operazzjoni tal-UE, ser jiġi ġestit skont id-dispożizzjonijiet tal-Istrumenti ta’ ftehim dwar l-istatus tal-forzi msemmijin fl-Artikolu 2(1) ta’ dan il-Ftehim.

5.   Il-ġestjoni amministrattiva tal-infiq kif speċifikat fl-arranġamenti implimentattivi msemmijin fl-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tal-mekkaniżmu tal-UE li jamministra l-ispejjeż komuni u l-ispejjeż imġarrbin min-nazzjon fl-operazzjoni.

Artikolu 6

Arranġamenti biex jiġi implimentat il-Ftehim

Il-parteċipazzjoni tal-Parti Russa fl-operazzjoni tal-UE għandha tkun implimentata f’konformità mal-modalitajiet tekniċi u amministrattivi li jinsabu f’arranġamenti li jimplimentaw il-Ftehim attwali li għandhom jiġu konklużi mill-Ministeru tad-Difiża tal-Federazzjoni Russa u l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

Artikolu 7

Non-konformità

Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha stabbiliti fl-Artikoli 1 sa 6 ta’ dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta’ xahar.

Artikolu 8

Riżoluzzjoni ta’ tilwim

1.   Tilwim bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u tal-arranġamenti implimentattivi tiegħu għandhom jiġu riżolti mill-awtoritajiet rilevanti tal-Partijiet fil-livell adatt jew b’mezzi diplomatiċi.

2.   Kwalunkwe pretensjoni jew tilwim finanzjarji, li ma ġewx riżolti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jiġu ppreżentati quddiem konċiljatur jew medjatur magħżul miż-żewġ partijiet.

Kwalunkwe pretensjoni jew tilwim li ma ġewx solvuti minn tali konċiljazzjoni jew medjazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ. Kull Parti taħtar arbitru wieħed għat-tribunal ta’ l-arbitraġġ. Iż-żewġ arbitri hekk maħturin għandhom jaħtru t-tielet arbitru, li jkun il-President. Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli taħtar arbitru fi żmien xahrejn mill-wasla tan-notifika tal-Parti l-oħra tal-preżentazzjoni tat-tilwima lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ jew fejn ma jista’ jintlaħaq l-ebda ftehim, fi żmien xahrejn mill-ħatra tagħhom, bejn iż-żewġ arbitri dwar il-ħatra tat-tielet arbitru, kwalunkwe Parti tista’ titlob lill-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja biex jaħtar lit-tielet arbitru. Fejn il-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja huwa ċittadin ta’ xi Parti minnhom jew ma jistax iwettaq din il-ħidma għal kwalunkwe raġuni oħra, il-ħatriet meħtiġin għandhom isiru mill-Membru l-aktar anzjan tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja li m’huwiex ċittadin ta’ xi Parti minnhom. It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi ex aequo et bono. L-arbitri m’għandhom l-ebda awtorità li jagħtu danni punittivi. L-arbitri għandhom jaqblu dwar il-proċeduri għall-arbitraġġ. Is-sede tal-arbitraġġ għandha tkun fi Brussell u l-lingwa tal-arbitraġġ għandha tkun l-Ingliż. Is-sentenza arbitrali għandu jkun fiha dikjarazzjoni tar-raġunijiet li fuqhom hija bbażata u aċċettata mill-Partijiet bħala s-sentenza finali tat-tilwima. Kull Parti għandha tħallas l-ispejjeż proprji tagħha, u l-ispejjeż komuni kollha għandhom jinqasmu bejn il-Partijiet f’partijiet ugwali.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni meħtiġin għal dan il-għan.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod proviżorju mid-data tal-iffirmar.

3.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm idum il-kontribut tal-Parti Russa lill-operazzjoni tal-UE. It-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim m’għandhiex taffettwa kwalunkwe dritt jew obbligu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ dan il-ftehim qabel tali terminazzjoni.

Magħmul fi Brussell 5 ta’ Novembru 2008 f’żewġ kopji, kull kopja bl-Ingliż u bir-Russu, biż-żewġ testi ugwalment awtentiċi.

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Federazzjoni Russa

ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET

imsemmijin fl-Artikolu 2(5) u (6) tal-Ftehim

Dikjarazzjoni mill-Istati Membri tal-UE:

“L-Istati Membri tal-UE li japplikaw l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Afrikana Ċentrali (Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA) ser jagħmlu ħilithom biex, safejn is-sistemi legali interni tagħhom hekk jippermettu, jirrinunzjaw u jwieġbu safejn ikun possibbli għal pretensjonijiet kontra l-Federazzjoni Russa għal korriment, mewt tal-persunal tagħhom, jew dannu għal, jew telf ta’, kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tagħhom u li jkunu ntużaw mill-operazzjoni tal-UE jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kien ikkawżat minn persunal mill-Federazzjoni Russa fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu b’konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE, ħlief fil-każ ta’ negliġenza serja jew imġiba skorretta intenzjonata, jew

irriżulta mill-użu ta’ kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tal-Federazzjoni Russa, bil-kondizzjoni li l-assi ġew użati b’konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE u ħlief fil-każ ta’ negliġenza serja jew imġiba skorretta intenzjonata tal-persunal tal-operazzjoni tal-UE mill-Federazzjoni Russa li jkun qed juża dawk l-assi.”

Dikjarazzjoni mill-Federazzjoni Russa:

“Il-Federazzjoni Russa li qed tikkontribwixxi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentro-Afrikana (Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA) imwettqa skont l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2007, ser tagħmel ħilitha biex, safejn is-sistema legali interna tagħha hekk tippermetti, tirrinunzja safejn ikun possibbli għal pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat ieħor li jkun qed jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għal korriment, mewt tal-persunal tagħha, jew dannu għal, jew telf ta’, kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tagħha u li jkunu ntużaw mill-operazzjoni tal-UE jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kien ikkawżat minn persunal fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu b’konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE, ħlief fil-każ ta’ negliġenza serja jew imġiba skorretta intenzjonata, jew

irriżulta mill-użu ta’ kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tal-Istati li jipparteċipaw fl-operazzjoni tal-UE, bil-kondizzjoni li l-assi ġew użati b’konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief fil-każ ta’ negligenza serja jew imġiba skorretta intenzjonata tal-persunal tal-operazzjoni tal-UE li jkun qed juża dawk l-assi.”


Corrigendum

18.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/21


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/2001 tal-25 ta' April 2001 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 118, 27 ta' April 2001 )

F'paġna 10, fl-Anness, fil-punt A li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, it-tabella fil-punt 2.2.3. “Pyrethroids” id-daħla għas-sustanza “Cyfluthrin” hija mibdula kif ġej:

Sustanzi attivi farmakoloġikament

Limitu tar-residwu

L-ispeċi ta' l-annimali

MRLs

Tessuti fil-mira

Dispożizzjonijiet oħra

“Cyfluthrin

Cyfluthrin (total ta' isomers)

Bovini, kaprini

50 μg/kg

Xaħam

 

10 μg/kg

Fwied

10 μg/kg

Kliewi

20 μg/kg

Ħalib

Iktar Dispożizzjonijiet fid-Direttiva tal-Kunsill 94/29/KE għandhom jiġu osservati”


18.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/22


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/ KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 273, 17 ta’ Ottubru 2007 )

Paġna 25, Artikolu 53 (Emendi għar-Regolament (KE) Nru 318/2006):

Flok:

“Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ l-Artikolu 32, il-kliem “jew l-Anness VIII” għandhom jiddaħħlu wara “l-annes VII”.

2.

L-Anness li ġej għandu jiġi miżjud wara l-Anness VII:

“ANNESS VIII

Prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati” ”

Aqra:

“Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ l-Artikolu 32, il-kliem “jew l-Anness VIIa” għandhom jiddaħħlu wara “l-annes VII”.

2.

L-Anness li ġej għandu jiġi miżjud wara l-Anness VII:

“ANNESS VIIa

Prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati” ”

Paġna 25, Artikolu 55, paragrafu 4, l-aħħar sentenza:

Flok:

“Fir-rigward ta’ tali gruppi talprodutturi fl-Istati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data, ir-rati ta’ għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 7(4)(a) għandhom japplikaw għall-pjanijiet ta’ għarfien mid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”

Aqra:

“Fir-rigward ta’ tali gruppi tal-produtturi fl-Istati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data, ir-rati ta’ għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 7(5)(a) għandhom japplikaw għall-pjanijiet ta’ għarfien mid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”


18.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.