ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 290

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
31 ta' Ottubru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1066/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta' Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (Verżjoni kodifikata)

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1068/2008 tat-30 ta' Ottubru 2008 li japprova emendi minuri lill-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Taureau de Camargue (DPO))

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1069/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li japprova emendi minuri lill-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Veau d’Aveyron et du Ségala (IĠP))

12

 

*

Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1070/2008 tat-30 ta' Ottubru 2008 li jdaħħal denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Rogal świętomarciński (IĠP))

16

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1071/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

18

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1072/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Ottubru 2008

20

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/825/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/241/KE dwar l-importazzjoni ta’ ċerti speċijiet ta’ bebbux għall-konsum mill-bniedem mill-Madagaskar (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6083)  ( 1 )

23

 

 

2008/826/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2008 li testendi l-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2002/887/KE rigward pjanti li huma mċekkna naturalment jew artifiċjalment ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6269)

25

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

31.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 290/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1066/2008

tat-30 ta’ Ottubru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

40,4

MK

43,0

TR

70,0

ZZ

51,1

0707 00 05

JO

168,2

MA

28,7

TR

104,3

ZZ

100,4

0709 90 70

MA

43,6

TR

128,5

ZZ

86,1

0805 50 10

AR

80,6

MA

81,6

TR

88,1

ZA

92,7

ZZ

85,8

0806 10 10

BR

234,0

TR

129,0

US

264,6

ZZ

209,2

0808 10 80

CA

96,2

CL

68,1

CN

90,8

MK

37,6

NZ

74,6

US

105,9

ZA

82,9

ZZ

79,4

0808 20 50

CN

60,5

ZA

94,6

ZZ

77,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


31.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 290/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1067/2008

tat-30 ta' Ottubru 2008

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 t’Ottubru 2007 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq agrikolu u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċizjoni tal-Kunsill 2006/333/KE tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet għas-skedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika Litwana, tar-Repubblika Ungeriża, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka waqt id-dħul tagħhom fl-Unjoni Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/444/KE tat-22 ta’ Frar 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-negozjati rigward l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2375/2002 tas-27 ta’ Diċembru 2002 dwar li jiftah u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (4) ġie emendat kemm-il darba (5) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Wara negozjati dwar il-kummerċ, il-Komunità biddlet il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ qamħ komuni ta’ kwalità baxxa u medja, jiġifieri qamħ komuni illi huwa differenti minn qamħ ta’ kwalità għolja, hekk kif definit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta’ Ġunju 1996 (6) dwar regoli ta’ applikazzjoni (dazji fuq importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, bil-ħolqien ta’ kwota fuq l-importazzjoni.

(3)

Din il-kwota fuq l-importazzjoni tirreferi ghal kwantità massima annwali ta’ 2 989 240 tunnellata metrika, li tinkludi 572 000 tunnellata metrika ta’ importazzjoni mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika u 38 853 tunnellata metrika ta’ importazzjoni li joriġina mill-Kanada.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni dwar l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari għall-importazzjoni għal prodotti agrikoli amministrati b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (7) tapplika għal-liċenzji ta’ importazzjoni għall-perjodi ta’ kwoti tariffari li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2007.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 japplika bla ħsara għall-kundizzjonijiet jew derogi addizzjonali li jistgħu jkunu stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(6)

Sabiex jiġi żgurat illi l-importazzjoni tal-qamħ komuni li taqa’ taħt dawn il-kwoti tariffali hija regolari u mhux spekulattiva, din għandha tkun soġġetta għall-ħruġ ta’ liċenzja għall-importazzjoni.

(7)

Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni korretta ta’ dawn il-kwoti, għandu jiġi stabbilit terminu perentorju li fih għandhom jiġu mitfugha l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u għandha tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni u fil-liċenzja.

(8)

Sabiex jiġu kkonsidrati kondizzjonijiet ta’ fornitura, għandha ssir deroga dwar il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji.

(9)

Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni effikaċi tal-kwoti, is-sigurtà fuq il-liċenzji ta’ importazzjoni għandha tkun iffissata f’livell relattivament għoli, minkejja l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 illi jniżżel regoli dettaljati speċjali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross (8).

(10)

Għandha tiġi stabbilita sistema rapida ta’ komunikazzjoni reċiproka bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-kwantitajiet li għalihom issir l-applikazzjoni u li jiġu importati.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq agrikolu,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Minkejja l-Artikolu 135 u fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-dazju fuq l-importazzjoni tal-qamħ komuni li jaqa’ taħt il-kodiċi CN 1001 90 99, ta’ kwalità differenti mill-kwalità għolja hekk kif definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 għandu jiġi ffissat għall-qafas tal-kwota miftuħa b’dan ir-Regolament.

L-Artikolu 135 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu japplika ghall-importazzjoni tal-prodotti msemmijin f’dan ir-Regolament fi kwantitajiet illi jeċċedu l-kwantitajiet hekk kif previst fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

1.   Permezz tal-preżenti qiegħda tiġi stabbilita kwota tariffarja ta’ 2 989 240 tunnellata ta’ qamħ komuni li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1001 90 99 ta’ kwalità differenti minn dik superjuri se tibda tinfetah fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena.

2.   Id-dazju fuq importazzjoni li jaqa’ taħt il-kwota tariffali għandu jkun impost bir-rata ta’ EUR 12 kull tunnellata.

3.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 376/2008 (9) tal-Kummissjoni u tar-Regolamenti (KE) Nru 1342/2003 u (KE) Nru 1301/2006, 1342/2003 u 1301/2006 għandhom japplikaw, ħlief fejn provdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   Il-kwota tarrifali komplessiva għandha tkun maqsuma fi tlett subkwoti:

subkwota I (numru tas-serje 09.4123): 572 000 tunellata għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

subkwota II (numru tas-serje 09.4124): 38 853 tunnellata għall-Kanada;

subkwota III (numru tas-serje 09.4125): 2 378 387 tunnelata għall-pajjiżi terżi l-oħra.

2.   Fejn, matul xi sena, jidher illi jkun hemm tnaqqis serju tat-teħid ta’ subkwota I jew II, il-Kummissjoni tista’, bi ftehim mal-pajjiżi terzi kkonċernati, taddotta arranġamenti sabiex tittrasferixxi l-kwantitajiet mhux meħuda għas-subkwoti l-oħrajn, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   Subkwota III għandha tkun maqsuma f’erba subperjodi ta’ tliet xhur, li jkopru d-dati u l-kwantitajiet li ġejjin:

(a)

subperjodu 1: l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu — 594 597 tunnellata;

(b)

subperjodu 2: l-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju — 594 597 tunnellata;

(ċ)

subperjodu 3: l-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru — 594 597 tunnelata;

(d)

subperjodu 4: l-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru — 594 596 tunnellata.

4.   Fejn il-kwantitajiet għal wieħed mis-subperjodi 1, 2 jew 3 ikunu eżawriti, il-Kummissjoni tista’ tressaq ‘il quddiem il-ftuħ tas-subperjodu li ġej skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Article 4

1.   Minkejja l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikanti ma jistgħux jissottomettu aktar minn applikazzjoni waħda għal-liċenzja għal kull numru tas-serje u għal kull ġimgħa. Fejn l-applikanti jissottomettu aktar minn applikazzjoni waħda, l-ebda minn dawn l-applikazzjonijiet m’għandhom ikunu ammissibbli u l-garanziji depożitati meta l-applikazjonijiet kienu sottomessi jintilfu lill-Istat Membru kkonċernat.

L-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu sottomessi mal-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kull ġimgħa mhux aktar tard mill-Ġimgħa ⌫ 13:00 (ħin ta’ Brussell).

2.   Kull applikazzjoni għal-liċenzja għandha tindika kwantità f’kilogrammi (numri sħaħ) li ma jistgħux jeċċedu:

għas-subkwoti I u II, għall-kwantità totali miftuħa għas-sena tas-subkwota konċernata,

għas-subkwota III, il-kwantità totali miftuħa għas-subperjodu konċernat.

L-applikkazjoni tal-liċenżja tal-importazzjoni u l-liċenżja tal-importazzjoni għandhom isemmu pajjiż wieħed ta’ l-oriġini.

3.   Sa mhux aktar tard mit-Tnejn ta’ wara l-ġimgħa tat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mis-18:00 ħin ta’ Brussell, komunikazzjoni li tinnotifika, skond in-numru tas-serje, kull applikazzjoni bl-oriġini tal-prodott u l-kwantità mitluba, inklużi l-komunikazzjonijiet “nulli”.

4.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu fir-raba’ ġurnata tax-xogħol wara d-data ta’ skadenza għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Dakinhar tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw elettronikament lill-Kummissjoni l-informazzjoni rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, bil-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni.

Article 5

Il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja għandu jkun ikkalkulat mid-data tal-ħruġ, skond l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

Article 6

It-taqsima 8 tal-applikazzjoni tal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzja tal-importazzjoni għandhom ikollhom isem tal-pajjiż tal-oriġini u “Iva” għandha tkun immarka b’salib. Il-liċenzji għandhom ikunu validi biss għall-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż indikat fit-taqsima 8.

Artikolu 7

Minkejja l-Artikolu 12 (a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, il-miżura għal-liċenzja għall-importazzjoni prevista f’dan ir-Regolament għandha tkun ta’ EUR 30 kull tunnellata metrika.

Artikolu 8

Fil-qafas tal-kwota ta’ tariffa, ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità ta’ qamħ ordinarju ta’ kwalità minbarra dik ta’ kwalità għolja li joriġina minn pajjiżi terzi għandu jsir bil-kondizzjoni li jiġi muri ċertifikat tal-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ dak il-pajjiż, skond l-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (10).

Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 2375/2002 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  OJ L 124, 11.5.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 169, 29.6.2007, p. 53.

(4)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 88.

(5)  Ara l-Anness I.

(6)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(7)  OJ L 238, 1.9.2006, p. 13.

(8)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.

(9)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(10)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2375/2002

(ĠU L 358, 31.12.2002, p. 88)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 531/2003

(ĠU L 79, 26.3.2003, p. 3)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1111/2003

(ĠU L 158, 27.6.2003, p. 21)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2004

(ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50)

L-Artikolu 12 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 491/2006

(ĠU L 89, 28.3.2006, p. 3)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 971/2006

(ĠU L 176, 30.6.2006, p. 51)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2022/2006

(ĠU L 384, 29.12.2006, p. 70)

L-Artikolu 1 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 932/2007

(ĠU L 204, 4.8.2007, p. 3)

L-Artikolu 1 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1456/2007

(ĠU L 325, 11.12.2007, p. 76)

L-Artikolu 2 biss


ANNESS II

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2375/2002

Dan ir-Regolament

Artikoli 1, 2 u 3

Artikoli 1, 2 u 3

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 9

Artikolu 6

Artikolu 10

Artikolu 7

Artikolu 11

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 12, l-ewwel paragrafu

Artikolu 10

Artikolu 12, it-tieni paragrafu

Anness I

Anness II


31.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 290/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1068/2008

tat-30 ta' Ottubru 2008

li japprova emendi minuri lill-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Taureau de Camargue (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikolari t-tieni frażi tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u fid-dawl tal-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza biex jiġu approvati emendi lill-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Taureau de Camargue”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2001 (2).

(2)

It-talba għandha l-għan li tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’dak li jirrigwarda l-prova tal-oriġini u l-metodu ta’ produzzjoni. Bil-għan li tittejjeb it-traċċabilità u għall-finijiet ta’ kontroll u ta’ titjib tad-denominazzjoni, l-istabbilimenti tat-trobbija għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ kompetenza biex jipproduċu d-denominazzjoni. F’dak li jirrigwarda l-metodu tal-produzzjoni, jirriżulta li għoġġiela tar-razza marbuta mad-denominazzjoni, mrobbija f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni, ma jilħqux il-piż ta’ 100 kg, u għalhekk anke jekk il-karkassi jkunu konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u għaldaqstant mogħtija d-denominazzjoni. Deher xieraq li jiġi rikonoxxut li l-piż tal-karakassa tal-għoġġiela ta’ età bejn 18 u 30 xahar jkun ta’ mhux inqas minn 85 kg.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament,

(4)

F’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (3) u skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, huwa xieraq li tiġi ppubblikata sinteżi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Taureau de Camargue” huma b’dan emendati skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Is-sinteżi tal-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 275, 18.10.2001, p. 9.

(3)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.


ANNESS I

B’dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Taureau de Camargue”

 

Provi tal-oriġini

Il-frażi li ġejja tiddaħħal wara t-tieni frażi:

“L-istabbilimenti tat-trobbija (merħliet jew irziezet) li fihom għandhom jitwieldu u jitrabbew il-bhejjem li laħamhom huwa maħsub għall-produzzjoni tad-denominazzjoni kkonċernata għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ kompetenza biex jipproduċu d-denominazzjoni”.

 

Metodu tal-produzzjoni

Il-frażi li ġejja tiddaħħal wara “Il-karkassi m’għandhomx jiżnu inqas minn 100 kg għal finijiet fiskali”:

“ħlief għall-għoġġiela ta’ bejn 18 u 30 xahar li għalihom dan il-piż huwa stabbilit għal 85 kilo”


ANNESS II

SINTEŻI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006

“TAUREAU DE CAMARGUE”

Nru tal-KE: FR-PDO-105-0041/30.3.2006

DPO (X) IĠP ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b’għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru

Isem

:

Institut National des Appellations d’Origine

Indirizz

:

51, rue d’Anjou – F-75008 PARIS

Tel.

:

(33) 1 53 89 80 00

Feks

:

(33) 1 42 25 57 97

Posta elettronika

:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp

Isem

:

Syndicat de défense et de Promotion de la viande AOC Taureau de Camargue

Indirizz

:

Mas du Pont de Rousty – F-13200 ARLES

Tel.

:

(33) 4 90 97 10 40

Feks

:

(33) 4 90 97 12 07

Posta elettronika

:

Kompożizzjoni

:

produtturi/proċessuri (X) Oħrajn ( )

3.   Tip ta’ prodott

Klassifikazzjoni 1.1. –

Laħam (u ġewwieni) frisk.

4.   Speċifikazzjonijiet [sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]

4.1.   Isem

“Taureau de Camargue”

4.2.   Deskrizzjoni

Laħam frisk tal-bhejjem irġiel jew nisa, ta’ razez lokali, mwielda, mrobbija, maqtula u mbiċċra fiż-żona ġeografika. Il-laħam tat-taureau de Camargue huwa kkaratterizzat mill-kulur aħmar skur tiegħu, huwa tari u dgħif.

4.3.   Żona ġeografika

Il-Camargue testendi fuq tliet dipartimenti: il-Bouches du Rhône, il-Gard u l’Hérault. Ġewwa din iż-żona ġiet delimitata “art mistgħadra” li l-annimali għandhom jinżammu fiha għallinqas għal 6 xhur.

4.4.   Prova tal-oriġini

L-aktar test antik magħruf li fih jissemma t-Taureau de Camargue huwa attribwit lil Quiqueran de Beaujeu, Isqof ta’ Senès, u jmur lura għall-1551 Wara din id-data, ħafna xogħlijiet semmew l-oriġinalità liema bħala ta’ din ir-razza ta’ bhejjem tal-ifrat u tal-mod li bih titrabba, prinċipalment biex tipproduċi l-barrin għall-isport. L-istabbilimenti tat-trobbija (merħliet jew irziezet) fejn għandhom jitwieldu u jitrabbew il-bhejjem li laħamhom huwa maħsub għall-produzzjoni tad-denominazzjoni kkonċernata għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ kompetenza biex jipproduċu d-denominazzjoni. Kull annimal huwa identifikat u rreġistrat fil-ktieb tal-inventarju inkella r-reġistru tal-bhejjem. Il-biċċeriji għandhom l-obbligu li jżommu r-reġistri tad-dħul u tal-ħruġ li jippermettu traċċabilità tal-annimali sakemm jaslu għand il-konsumatur.

4.5.   Metodu ta’ produzzjoni

L-annimali tar-razez lokali (raço di biou, tal-ġlied, inkella taħlita tat-tnejn) iridu jkunu mwielda, mrobbija, maqtula u mbiċċra fiż-żona ġeografika. L-annimali jitrabbew ħielsa biex jimirħu għall-beraħ u b’mod estensiv biex jibqgħu selvaġġi. L-alimentazzjoni ewlenija tagħhom jiksbuha billi jirgħu. L-annimali jibqgħu minimu ta’ 6 xhur f’art mistgħadra. Il-qatla sseħħ malli l-bhejjem jitniżżlu mill-mezz tat-trasport. Il-karkasi m’għandhomx jiżnu inqas minn 100 kg għal finijiet fiskali ħlief għall-għoġġiela ta’ bejn 18 u 30 xahar, li għalihom il-piż huwa stabbilit għal 85 kg. Il-laħam għandu jkollu kulur aħmar skur. Il-karkassi jitħallew joqtru ħafif. Il-maturazzjoni tal-karkassi fil-biċċerija ma għandhiex iddum inqas minn 48 siegħa u massimu ta’ 5 ijiem.

4.6.   Rabta

It-taureaux de Camargue jitnisslu minn razez lokali tradizzjonali, adattati partikolarment tajjeb għall-ambjent tal-Camargue, żona ta’ altitudni baxxa fejn l-ilma huwa dejjem preżenti. Imrobbija fil-libertà, it-taureaux de Camargue jirgħu fuq il-ħaxix taż-żona u jqattgħu għallinqas sitt xhur f’art mistgħadra, żona karatterizzata minn ekosistema speċifika. Il-karattru nervuż u aggressiv ta’ dawn ir-razez huwa partikolarment adattat għall-għan aħħari u jagħti lil-laħam il-karatteristiċi tiegħu.

4.7.   Organu ta’ spezzjoni

Isem

:

Institut National des Appellations d’Origine

Indirizz

:

51, rue d’Anjou – F-75008 PARIS

Tel.

:

(33) 1 53 89 80 00

Feks

:

(33) 1 42 25 57 97

Posta elettronika

:

info@inao.gouv.fr

Isem

:

DGCCRF

Indirizz

:

59, Bd V. Auriol, F-75703 PARIS Cedex 13

Tel.

:

(33) 1 44 87 17 17

Feks

:

(33) 1 44 97 30 37

Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tal-Industrija.

4.8.   Tikkettar

Il-karkassi u l-biċċiet imqatta’ minnhom għandhom ikollhom fuqhom tikketta ta’ identifikazzjoni li tindika: l-isem tad-denominazzjoni; in-numru tal-qatla; l-isem tal-impriża li rabbiethom; l-isem u l-indirizz tal-biċċerija jew tal-istabbiliment fejn inqatlu.


31.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 290/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1069/2008

tat-30 ta’ Ottubru 2008

li japprova emendi minuri lill-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Veau d’Aveyron et du Ségala (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u fid-dawl tal-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza biex jiġu approvati emendi lill-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Veau d’Aveyron et du Ségala”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

L-applikazzjoni għandha l-għan li tibdel l-ispeċifikazzjoni tal-prodott billi tibdel il-piż massimu tal-karkassi tal-għoġġiela minn 250 għal 270 kg u dak tal-karkassi tal-erieħ minn 220 għal 250 kg. Din l-emenda tikkoreġi l-iżball fil-valutazzjoni tal-piż massimu tal-karkassa li rriżulta mat-talba inizjali minħabba estimi żbaljati tar-rendiment tal-qtil f’dak iż-żmien.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (3) u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, huwa xieraq li tiġi ppubblikata sinteżi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

(5)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll il-fatt li d-denominazzjoni hija “Veau d’Aveyron et du Ségala” u mhux “Veau de l’Aveyron et du Ségala”, kif ġiet irreġistrata oriġinarjament. Għalhekk huwa xieraq li d-denominazzjoni rreġistrata tiġi emendata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Veau d’Aveyron et du Ségala” huma b’dan emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Is-sinteżi tal-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96, parti A, fil-paġna 4:

minflok

:

“Veau de l’Aveyron et du Ségala”,

għandu jinqara

:

“Veau d’Aveyron et du Ségala”.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.


ANNESS I

B’dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Veau d’Aveyron et du Ségala”:

Deskrizzjoni tal-prodott

Emenda ta’ paragrafu:

minflok

:

“ Il-veau d’Aveyron et du Ségala għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

Vitella tqila (250 sa 420 kg ta’ piż ħaj, jiġifieri 170 sa 250 kg ta’ piż tal-karkassa),”

għandu jinqara

:

“ Il-veau d’Aveyron et du Ségala għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

Vitella tqila: 250 sa 420 kg ta’ piż ħaj, jiġifieri 170 sa 270 kg ta’ piż tal-karkassa (erieħ ta’ 170 kg sa 250 kg, u għoġġiela ta’ 190 sa 270 kg)”

Metodu tal-produzzjoni

Emenda ta’ paragrafu:

minflok

:

“Il-piż ħaj tal-vitella mitmuma jvarja bejn 250 u 420 kg. F’dak li jirrigwarda l-karkassi: minn 170 sa 220 kg għall-erieħ u minn 190 sa 250 għall-għoġġiela, fejn din id-differenza tista’ tiġi spjegata bid-dimorfiżmu sesswali u r-rati ta’ żvilupp speċifiċi ta’ kull sess,”

għandu jinqara

:

“Il-piż ħaj tal-vitella mitmuma jvarja bejn 250 u 420 kg. F’dak li jirrigwarda l-karkassi: minn 170 sa 250 kg għall-erieħ u minn 190 sa 270 kg għall-għoġġiela, fejn din id-differenza tista’ tiġi spjegata bid-dimorfiżmu sesswali u r-rati ta’ żvilupp speċifiċi ta’ kull sess.”

Ir-rabta mal-oriġini ġeografika

Emenda ta’ paragrafu:

minflok

:

“Il-veau d’Aveyron et du Ségala huwa vitella tqila. Fil-fatt l-għoġġiela u l-erieħ jinqatlu f’età medja ta’ 8 xhur u l-karkassi għaldaqstant jiżnu bejn 170 u 250 kg (il-vitelli normali jiżnu 130 kg),”

għandu jinqara

:

“Il-veau d’Aveyron et du Ségala huwa vitella tqila. Fil-fatt l-għoġġiela u l-erieħ jinqatlu f’età medja ta’ 8 xhur u l-karkassi għaldaqstant jiżnu bejn 170 u 270 kg (il-vitelli normali s-soltu jiżnu 130 kg).”


ANNESS II

SINTEŻI

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

“VEAU D’AVEYRON ET DU SÉGALA”

Nru tal-KE: FR-PGI-0117-0187/27.3.2006

DPO ( ) IĠP (X)

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b’għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru

Isem

:

Institut national des appellations d’origine (INAO)

Indirizz

:

51, Rue d’Anjou, F-75008 PARIS

Telefown

:

(33) 153 89 80 00

Feks

:

(33) 142 25 57 97

e-mail

:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp

Isem

:

Interprofession régionale du veau d’Aveyron et du Ségala (IRVA)

Indirizz

:

Carrefour de l’Agriculture, F-12026 RODEZ Cedex 9

Telefown

:

05 65 73 78 04

Feks

:

05 65 73 77 16

e-mail

:

irva@wanadoo.fr

Kompożizzjoni

:

Produtturi/Proċessaturi (x) Oħrajn ( )

3.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1.

Laħam u ġewwieni friski

4.   Speċifikazzjoni

(sommarju tal-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4(2))

4.1.   Isem

“Veau d’Aveyron et du Ségala”

4.2.   Deskrizzjoni

Karkassi tal-vitella tqila (170 sa 270 kg) maqtula sa meta jkollhom età ta’ mhux aktar minn 10 xhur, u li l-laħam tagħhom ikun roża, tari u kollu togħma.

4.3.   Żona ġeografika

L-għoġġiela u l-erieħ jitwieldu u jitrabbew fuq 75 canton, imqassma fid-dipartimenti ta’ Aveyron, Tarn, Lot, Tarn-et-Garonne u Cantal:

 

Aveyron: Aubin, Baraqueville, Belmont sur Rance, Bozouls, Capdenac Gare, Cassagnes Begonhes, Conques, Decazeville, Entraygues, Espalion, Estaing, Laissac, La Salvetat Peyrales, Marcillac, Montbazens, Mur de Barrez, Najac, Naucelle, Pont de Salars, Requista, Rieupeyroux, Rignac, Rodez Est, Rodez Ouest, Saint-Affrique, Saint-Amans-des-Cots, Saint-Beauzely, Saint-Rome-de-Tarn, Saint-Sernin-sur-Rance, Salles Curan, Vezins de Levezou, Villefranche de Rouergue, Villeneuve d’Aveyron.

 

Cantal: Maurs, Montsalvy, Saint-Mamet-La-Salvetat.

 

Lot: Bretenoux, Cajarc, Figeac Est, Figeac Ouest, Lacapelle Marival, Latronquiere, Limogne, Livernon, Sousceyrac, Saint Cere, Vayrac.

 

Tarn: Alban, Albi Centre, Albi Nord, Albi Sud, Brassac, Castelnau de Montmiral, Cadalen, Carmaux Nord, Carmaux Sud, Castres, Cordes, Gaillac, Graulhet, Lacaune, Lautrec, Lisle-sur-Tarn, Monesties, Montredon Labessonnie, Pampelone, Realmont, Roquecourbe, Vabre, Valderies, Valence d’Albi, Vaour, Villefranche d’Albi,

 

Tarn-et-Garonne: Caylus, Saint Antonin-Noble-Val.

4.4.   Prova tal-oriġini

It-twelid jiġi rreġistrat u l-vitelli jiġu identifikati permezz ta’ żewġ tikketti li jindikaw rispettivament numru individwali u l-marka “Veau d’Aveyron et du Ségala”

Fil-biċċerija, il-karkassa tiġi identifikata permezz ta’ tikketta li tinkorpora l-isem tal-produttur.

Reġistri ta’ dokumenti maħruġa matul il-katina kollha jikkompletaw dan il-mekkaniżmu.

4.5.   Metodu ta’ produzzjoni

L-għoġġiela u l-erieħ jitwieldu mit-tgħammir ta’ missier ta’ razza tal-laħam u omm ta’ razza tal-ħalib tradizzjonali. Jitrabbew m’ommhom u flimkien mal-ħalib t’ommhom jingħataw ikel supplementari abbażi ta’ċereali, f’distribuzzjoni ħielsa minn meta jitwieldu.

4.6.   Rabta

Rabta storika: din il-produzzjoni ta’ vitella tqila hija dovuta għar-rabta bejn l-eżistenza tal-bhejjem tal-ifrat u l-produzzjoni qadima taċ-ċereali fir-reġjun. Is-segala, b’mod partikolari, tat isimha lir-reġjun: Ségala.

Rabta mat-territorju: ir-rabta mal-oriġini ġeografika ġejja minn:

Karatteristika partikolari: il-metodu tat-trobbija “mal-omm” flimkien mad-distribuzzjoni taċ-ċereali mit-twelid, li jippermetti li jinkisbu l-vitelli tqal.

Reputazzjoni ta’ kwalità li tmur lura għas-seklu 19 għall-konsumaturi tax-Xlokk ta’ Franza u fir-reġjun ta’ Pariġi, u li tmur lura għal nofs is-seklu 20 għall-konsumaturi Taljani u Spanjoli.

4.7.   Organu ta’ spezzjoni

Isem

:

QUALISUD

Indirizz

:

15, avenue de Bayonne, F-40500 SAINT-SEVER

Telefown

:

05 58 06 15 21

Feks

:

05 58 75 13 36

Indirizz tal-posta elettronika

:

qualisud@wanadoo.fr

4.8.   Tikkettar

“Veau d’Aveyron et du Ségala”.


31.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 290/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (KE) Nru 1070/2008

tat-30 ta' Ottubru 2008

li jdaħħal denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Rogal świętomarciński (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, l-applikazzjoni tal-Polonja biex id-denominazzjoni “Rogal świętomarciński” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummisjsoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għaldaqstant għandha tiġi rreġistrata.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 62, 7.3.2008, p. 6.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament:

Klassi 2.4.   Ħobż, prodotti tal-għaġina, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

IL-POLONJA

Rogal świętomarciński (IĠP)


31.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 290/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1071/2008

tat-30 ta’ Ottubru 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 272, 14.10.2008, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-31 ta’ Ottubru 2008

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

24,58

4,01

1701 11 90  (1)

24,58

9,24

1701 12 10  (1)

24,58

3,82

1701 12 90  (1)

24,58

8,81

1701 91 00  (2)

25,91

12,28

1701 99 10  (2)

25,91

7,76

1701 99 90  (2)

25,91

7,76

1702 90 95  (3)

0,26

0,39


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


31.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 290/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1072/2008

tat-30 ta’ Ottubru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Ottubru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Ottubru 2008 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2008 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1003/2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1003/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1003/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fil-31 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 275, 16.10.2008, p. 34.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-31 ta’ Ottubru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00  (2)

ta' kwalità medja

0,00  (2)

ta' kwalità baxxa

0,00  (2)

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00  (2)

1002 00 00

SEGALA

24,16  (2)

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

2,87

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (3)

2,87  (2)

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

24,16  (2)


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 608/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.

(3)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

16.10.2008-29.10.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

195,25

120,46

Prezz FOB USA

281,83

271,83

251,83

115,36

Tariffa fuq il-Golf

17,42

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

4,76

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

16,28  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

13,41  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

31.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 290/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Ottubru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/241/KE dwar l-importazzjoni ta’ ċerti speċijiet ta’ bebbux għall-konsum mill-bniedem mill-Madagaskar

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6083)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/825/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/241/KE tal-24 ta’ Marzu 2006 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (2) tipprojbixxi importazzjonijiet ta’ prodotti annimali, għajr għall-prodotti tas-sajd, li joriġinaw mill-Madagaskar.

(2)

Twettqet spezzjoni tal-Komunità fil-Madagaskar f’Marzu 2007 sabiex jiġu vvalutati l-kontrolli tas-saħħa pubblika u l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tal-prodotti tas-sajd f’dan il-pajjiż terz. Ir-riżultati ta’ din l-ispezzjoni u t-tagħrif sussegwenti li ntbagħat mill-Madagaskar juru li l-garanziji xierqa huma pprovduti minn dan il-pajjiż biex jitħallew ukoll importazzjonijiet minnu lejn il-Komunità ta’ ċerti speċijiet ta’ bebbux għall-konsum mill-bniedem.

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/241/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/241/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti li ġejjin mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-bebbux, li joriġinaw fil-Madagaskar.”

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 1a li jmiss:

“Artikolu 1a

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni ‘bebbux’ tfisser gastropodi tal-art imkessħin, iffriżati, imsajrin, ippreparati jew ippreżervati tal-ispeċijiet Helix pomatia Linné, Helix aspersa Muller, Helix lucorum u tal-ispeċijiet tal-familja Achatinidae.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  ĠU L 88, 25.3.2006, p. 63.


31.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 290/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Ottubru 2008

li testendi l-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2002/887/KE rigward pjanti li huma mċekkna naturalment jew artifiċjalment ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6269)

(2008/826/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri ta’ ħarsien kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/887/KE tat-8 ta’ Novembru 2002 li tawtorizza derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward pjanti li huma mċekkna naturalment jew artifiċjalment ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun (2) tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprevedu derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tal-pjanti ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun, għal perjodi limitati u soġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi.

(2)

Minħabba li ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni għadhom japplikaw u m’hemm ebda tagħrif ġdid li jagħti lok għal reviżjoni tal-kondizzjonijet speċifiċi, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi estiża.

(3)

Ir-Renju Unit talab estensjoni ta’ din id-deroga.

(4)

Id-Deċiżjoni 2002/887/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2002/887/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-ewwel paragrafu u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, “l-1 ta’ Awwissu 2007 u l-1 ta’ Awwissu 2008” jsiru “l-1 ta’ Awwissu 2009 u l-1 ta’ Awwissu 2010”;

(2)

It-tabella fl-Artikolu 4 tinbidel bit-tabella li ġejja:

Pjanti

Perjodu

Chamaecyparis:

1.11.2008 sal-31.12.2010

Juniperus:

1.11.2008 sal-31.3.2009, u 1.11.2009 sal-31.3.2010

Pinus:

1.11.2008 sal-31.12.2010

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Novembru 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 12.11.2002, p. 8.


31.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 290/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.