ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 279

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
22 ta' Ottubru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2008 tal-21 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008 ta’ l-20 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 802/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1034/2008 tal-21 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 885/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u korpi oħra u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u l-FAEŻR [titolu mhux uffiċjali]

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1035/2008 tal-21 ta’ Ottubru 2008 li jistbbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp fi IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta’ IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1036/2008 tal-21 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz f’VIIa min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

17

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/808/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta’ Ottubru 2008 li taħtar membru Awstrijak fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

19

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

22.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 279/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1032/2008

tal-21 ta’ Ottubru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

107,3

MA

57,6

MK

47,9

TR

83,9

ZZ

74,2

0707 00 05

JO

162,5

TR

138,2

ZZ

150,4

0709 90 70

TR

125,7

ZZ

125,7

0805 50 10

AR

74,6

TR

110,2

ZA

78,9

ZZ

87,9

0806 10 10

BR

244,3

TR

110,0

US

174,6

ZZ

176,3

0808 10 80

AU

161,1

CA

97,3

CL

72,8

CN

93,4

MK

32,9

NZ

99,5

US

96,3

ZA

90,0

ZZ

92,9

0808 20 50

CL

60,3

CN

45,5

TR

123,7

ZA

83,4

ZZ

78,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


22.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 279/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1033/2008

ta’ l-20 ta’ Ottubru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 802/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (Amalgamazzjonijiet)) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jistabbilixxi regoli proċedurali għan-notifika u għall-eżami tal-konċentrazzjonijiet. Sabiex titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi aġġornata l-formola ta’ notifika użata għall-konċentrazzjonijiet li teħtieġ ċerta informazzjoni fuq il-bażi ta’ lista ta’ l-Istati Membri kollha.

(2)

B’relazzjoni għas-sottomissjoni ta’ dokumenti jew ta’ dikjarazzjonijiet magħmula minn persuni, impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi fil-proċedura, jidher li jkun aħjar jekk tiġi ċċarata l-proċedura li permezz tagħha tali dokumenti jew dikjarazzjonijiet jistgħu jitiqiesu bħala li mhumiex kunfidenzjali.

(3)

Fit-8 ta’ Ġunju 2004, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adotta d-Deċiżjoni Nru 78/2004 u d-Deċiżjoni Nru 79/2004. Dawn id-deċiżjonijiet jinkorporaw lir-Regolament (KE) Nru 139/2004 fil-Ftehim ŻEE. Sabiex jitqiesu dawn id-deċiżjonijiet u għal raġunijiet ta’ ċarezza legali u ta’ trasparenza, jeħtieġ li jiġu introdotti xi adattazzjonijiet fil-formoli ta’ notifika, b’mod partikolari l-Formola RS li tittratta s-sottomissjonijiet raġunati, (Formola RS) li tittratta r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal referenzi ta’ notifika minn qabel taħt l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni li twettaq valutazzjoni xierqa ta’ l-impenji offruti mill-partijiet li qed jippreżentaw in-notifika skond l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 bil-għan li jagħmlu konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni, il-partijiet li qed jippreżentaw in-notifika għandhom ikunu meħtieġa jissottomettu informazzjoni ddettaljata dwar l-impenji offruti u, b’mod partikolari, jissottomettu informazzjoni speċifika jekk l-impenji offruti jikkonsistu fil-bejgħ ta’ l-assi ta’ negozju.

(5)

Sabiex il-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-impenji se jiġu implimentati fi żmien u b’mod adattati, jidher xieraq li jiġi ċċarat li l-impenji jistgħu jinkludu dettalji dwar il-mekkaniżmi xierqa proposti mill-partijiet, inkluża l-ħatra ta’ trustee biex jgħin lill-Kummissjoni ħalli tissuperviżjona l-konformità.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 802/2004 għandu jiġi emendat b’mod xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 802/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 18, għandu jiġi miżjud il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Jekk persuni, impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jonqsu milli jkunu konformi mal-paragrafu 2 jew 3, il-Kummissjoni tista’ tassumi li d-dokumenti jew id-dikjarazzjonijiet ikkonċernati ma fihom l-ebda informazzjoni kunfidenzjali.”

(2)

Fl-Artikolu 20, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Barra mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-impriżi kkonċernati għandhom fl-istess waqt li jkunu qegħdin joffru impenji skond l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, jissottomettu oriġinal wieħed u 10 kopji ta’ l-informazzjoni u tad-dokumenti preskritti fil-Formola RM u relatati mar-rimedji (Form RM) kif ġie stabbilit fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament. L-informazzjoni sottomessa għandha tkun korretta u kompluta.”

(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:

“Artikolu 20a

It-trustees

1.   L-impenji offruti mill-impriżi kkonċernati skond l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 jistgħu jinkludu, bl-ispejjeż jitħallsu mill-impriżi kkonċernati, il-ħatra ta’ trustee (jew ta’ trustees) indipendenti li jgħin lill-Kummissjoni tissuperviżjona l-konformità tal-partijiet ma’ l-impenji jew li jkollu mandat biex jimplimenta l-impenji. It-trustee jista’ jinħatar mill-partijiet, wara li l-Kummissjoni tkun approvat l-identità tiegħu, jew mill-Kummissjoni. It-trustee għandu jwettaq il-kompiti tiegħu taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni.

2.   Il-Kummissjoni tista’ torbot tali dispożizzjonijiet relatati mat-trustees ta’ l-impenji bħala kondizzjonijiet u obbligi skond l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.”

(4)

L-Annessi ġew emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)   ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

L-Annessi għar-Regolament (KE) ru 802/2004 għandhom jiġu emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-Punt 1.1., l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Din il-Formola tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-partijiet li qed jippreżentaw in-notifika meta jissottomettu notifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar amalgamazzjoni, akkwist jew konċentrazzjoni oħra proposta. Is-sistema ta’ kontroll ta’ l-amalgamazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea ġiet stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]’), u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘ir-Regolament li Jimplimenta’), li magħhom hija annessa din il-Formola CO (*1). It-test ta’ dawn ir-regolamenti, kif ukoll dokumenti rilevanti oħrajn, jistgħu jinstabu fuq il-paġna tal-Kompetizzjoni tas-sit web Europa tal-Kummissjoni. Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni anki għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘il-Ftehim ŻEE’) (*2)

(*1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1)."

(*2)  Ara b’mod partikolari l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE, il-punt 1 ta’ l-Anness XIV għall-Ftehim ŻEE, il-Protokolli 21 u 24 għall-Ftehim ŻEE, kif ukoll il-Protokoll 4 għall-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzija (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti’). Kwalunkwe referenza għall-Istati EFTA għandha tinftiehem bħala li tfisser dawk l-Istati EFTA li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. Sa mill-1 ta’ Mejju 2004, dawn l-Istati huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.” "

(b)

Fil-punt 1.1., l-aħħar sentenza tat-tieni paragrafu għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“L-amalgamazzjonijiet li ma jilħqux il-limiti tal-fatturat jistgħu jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri u/jew ta’ l-Istati EFTA fit-tibdil tal-kontroll ta’ l-amalgamazzjonijiet.”

(ċ)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 li tissemma fis-Subtaqsima 3.5, għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“(1)

Ara l-Artiku 57 tal-Ftehim ŻEE u, b’mod partikolari, l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll 24 għall-Ftehim ŻEE. Każ jikkwalifika bħala każ ta’ kooperazzjoni jekk il-fatturat ikkombinat ta’ l-impriżi kkonċernati fit-territorju ta’ l-Istati EFTA jkun daqs 25 % jew aktar tal-fatturat totali tagħhom fit-territorju kopert mill-Ftehim ŻEE; jew kull waħda minn għallinqas żewġ impriżi kkonċernati jkollha fatturat li jeċċedi l-EUR 250 miljun fit-territorju ta’ l-Istati EFTA; jew il-konċentrazzjoni tista’ xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fit-territorji ta’ l-Istati EFTA jew f’parti sostanzjali minnhom, b’mod partikolari minħabba l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti.”

(d)

Fit-Taqsima 10, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Jekk ir-risposta għal (a) tkun pożittiva u fil-fehma tiegħek il-ħolqien ta’ l-impriża konġunta ma jwassalx għal koordinazzjoni bejn impriżi indipendenti li tirrestrinġi l-kompetizzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE, u, fejn ikun applikabbli, tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim ŻEE (*3), agħti r-raġunijiet tiegħek.

(*3)  Ara l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE.” "

(e)

Fit-Taqsima 10, id-diċitura introduttiva tal-punt (c) għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għar-risposti għal (a) u (b) u sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel valutazzjoni kompluta tal-każ, jekk jogħġbok spjega kif japplikaw il-kriterji ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat KE u, fejn ikun applikabbli, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim ŻEE (*4). Taħt l-Artikolu 81(3), jista’ jiġi ddikjarat li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(1) ma jkunux applikabbli jekk l-operazzjoni:

(*4)  Ara l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE.” "

(2)

L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-Punt 1.1, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Meta timla din il-Formola, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]’), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘ir-Regolament li Jimplimenta’), li magħhom hija annessa din il-Formola (*5). It-test ta’ dawn ir-regolamenti, kif ukoll dokumenti rilevanti oħrajn, jistgħu jinstabu fuq il-paġna tal-Kompetizzjoni tas-sit web Europa tal-Kummissjoni. Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni anki għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘il-Ftehim ŻEE’) (*6).

(*5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1)."

(*6)  Ara b’mod partikolari l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE, il-punt 1 ta’ l-Anness XIV għall-Ftehim ŻEE, il-Protokolli 21 u 24 għall-Ftehim ŻEE, kif ukoll il-Protokoll 4 għall-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzija (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti’). Kwalunkwe referenza għall-Istati EFTA għandha tinftiehem bħala li tfisser dawk l-Istati EFTA li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. Sa mill-1 ta’ Mejju 2004, dawn l-Istati huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.” "

(b)

Fil-Punt 1.2, ir-raba’ inċiż tat-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“—

Stat Membru jew Stat EFTA jesprimi tħassib sostanzjat dwar il-kompetizzjoni rigward il-konċentrazzjoni nnotifikata fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta jirċievi kopja tan-notifika; jew”

(ċ)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 imsemmija fis-Subtaqsima 3.5 għanda tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“(3)

Ara l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE u, b’mod partikolari, l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll 24 għall-Ftehim ŻEE. Każ jikkwalifika biex jiġi ttrattat bħala każ ta’ kooperazzjoni jekk il-fatturat ikkombinat ta’ l-impriżi kkonċernati fit-territorju ta’ l-Istati EFTA jkun daqs 25 % jew aktar tal-fatturat totali tagħhom fit-territorju kopert mill-Ftehim ŻEE; jew kull waħda minn għallinqas żewġ impriżi kkonċernati jkollha fatturat li jeċċedi l-EUR 250 miljun fit-territorju ta’ l-Istati EFTA; jew il-konċentrazzjoni tista’ xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fit-territorji ta’ l-Istati EFTA jew f’parti sostanzjali minnhom, b’mod partikolari minħabba l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti.”

(d)

Fit-Taqsima 8, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Jekk ir-risposta għal (a) tkun pożittiva u fil-fehma tiegħek il-ħolqien ta’ l-impriża konġunta ma jwassalx għal koordinazzjoni bejn impriżi indipendenti li tirrestrinġi l-kompetizzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE, u, fejn ikun applikabbli, tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim ŻEE (*7), agħti r-raġunijiet tiegħek.

(*7)  Ara l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE.” "

(e)

Fit-Taqsima 8, id-diċitura introduttiva tal-punt (c) għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għar-risposti għal (a) u (b) u sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel valutazzjoni kompluta tal-każ, jekk jogħġbok spjega kif japplikaw il-kriterji ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat KE u, fejn ikun applikabbli, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim ŻEE (*8). Taħt l-Artikolu 81(3), jista’ jiġi ddikjarat li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(1) ma jkunux applikabbli jekk l-operazzjoni:

(*8)  Ara l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE.” "

(3)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima A ta’ l-Introduzzjoni għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“A.   L-iskop ta’ din il-Formola

Din il-Formola tispeċifika l-informazzjoni li l-partijiet li qed jagħmlu t-talba għandhom jipprovdu meta jagħmlu sottomissjoni raġunata għal referenza ta’ qabel in-notifika taħt l-Artikolu 4(4) jew (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]’) (*9).

Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni għar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet] u għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘ir-Regolament tal-KE li Jimplimenta l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]’), li magħhom hija annessa din il-Formola RS. It-test ta’ dawn ir-regolamenti, kif ukoll dokumenti rilevanti oħrajn, jistgħu jinstabu fuq il-paġna tal-Kompetizzjoni tas-sit web Europa tal-Kummissjoni. Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni anki għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (li minn hawn ‘il quddiem se jissejjaħ ‘il-Ftehim ŻEE’) (*10).

L-esperjenza wriet li l-kuntatti minn qabel huma ferm ta’ siwi kemm għall-partijiet kif ukoll għall-awtoritajiet rilevanti biex jiġu ddeterminati l-ammont u t-tip preċiżi ta’ l-informazzjoni meħtieġa. Għalhekk, il partijiet qed jiġu mħeġġa jikkonsultaw lill-Kummissjoni u lill-Istat(i) Membru(i) jew lill-Istat(i) EFTA rilevanti dwar l-adegwatezza ta’ l-ambitu u tat-tip ta’ informazzjoni li fuqhom biħsiebhom jibbażaw is-sottomissjoni raġunata tagħhom.

(*9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.)"

(*10)  Ara b’mod partikolari l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE, il-punt 1 ta’ l-Anness XIV għall-Ftehim ŻEE, il-Protokolli 21 u 24 għall-Ftehim ŻEE, kif ukoll il-Protokoll 4 għall-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti’). Kwalunkwe referenza għall-Istati EFTA għandha tinftiehem bħala li tfisser dawk l-Istati EFTA li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. Sa mill-1 ta’ Mejju 2004, dawn l-Istati huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.” "

(b)

Fit-Taqsima B ta’ l-Introduzzjoni, l-aħħar sentenza tat-tielet paragrafu għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Fl-aħħarnett, il-partijiet għandhom ikunu konxji wkoll li, jekk issir referenza fuq il-bażi ta’ informazzjoni inkorretta, li tqarraq jew li mhix kompluta inkluża fil-Formola RS, il-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri u l-Istati EFTA jistgħu iqisu li jagħmlu referenza ta’ wara n-notifika li tirrettifika kwalunkwe referenza magħmula fl-istadju ta’ qabel in-notifika.”

(ċ)

Fit-Taqsima B ta’ l-Introduzzjoni, l-ewwel u t-tieni sentenzi tal-punt (a) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Skond l-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet], il-Kummissjoni hija obbligata tittrażmetti mingħajr dewmien sottomissjonijiet irraġunati lill-Istati Membri u lill-Istati EFTA. Il-limiti ta’ żmien biex titqies sottomissjoni raġunata se jibdew malli l-Istat(i) Membru(i) jew l-Istat(i) EFTA rilevanti jirċievu s-sottomissjoni.”

(d)

Fit-Taqsima B ta’ l-Introduzzjoni, l-aħħar sentenza tal-punt (d) għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Fejn ikun possibbli, għandhom jiġu pprovduti anki indikazzjonijiet dwar fejn kwalunkwe informazzjoni mitluba li ma tkunx disponibbli għalik tista’ tinkiseb mill-Kummissjoni jew mill-Istat(i) Membru(i) jew mill-Istat(i) EFTA rilevanti.”

(e)

Fit-Taqsima B ta’ l-Introduzzjoni, il-punt (e) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

Tista’ titlob li l-Kummissjoni taċċetta li s-sottomissjoni raġunata tkun kompluta minkejja li ma tipprovdix xi informazzjoni mitluba minn din il-Formola, jekk tqis li kwalunkwe informazzjoni partikolari mitluba minn din il-Formola tista’ ma tkunx meħtieġa għall-eżami tal-każ min-naħa tal-Kummissjoni jew ta’ l-Istat(i) Membru(i) jew ta’ l-Istat(i) EFTA rilevanti.

Il-Kummissjoni se tqis talba bħal din, sakemm inti tagħti raġunijiet adegwati għaliex dik l-informazzjoni ma tkunx rilevanti u meħtieġa biex tiġi ttrattata t-talba tiegħek għal referenza ta’ qabel in-notifika. Inti għandek tispjega dan matul il-kuntatti preċedenti mal-Kummissjoni u ma’ l-Istat(i) Membru(i) jew ma’ l-Istat(i) EFTA rilevanti, u għandek tissottometti talba bil-miktub għal rinunzja fejn titlob li l-Kummissjoni twarrab l-obbligu li tipprovdi dik l-informazzjoni, skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-KE li Jimplimenta l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-awtorità jew lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru jew ta’ l-Istat EFTA rilevanti qabel ma tiddeċiedi jekk tilqax talba bħal din.”

(f)

Fit-Taqsima D ta’ l-Introduzzjoni, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Sabiex ikun iffaċilitat it-trattament tal-Formola RS mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru u ta’ l-Istat EFTA, il-partijiet qed jiġu ferm imħeġġa biex jipprovdu lill-Kummissjoni bi traduzzjoni tas-sottomissjoni raġunata tagħhom f’lingwa jew lingwi li se tinftiehem (jinftiehmu) mid-destinatarji kollha ta’ l-informazzjoni. Dwar it-talbiet għal referenza lil Stat(i) Membru(i) jew Stat(i) EFTA, il-partijiet li qed jagħmlu t-talba qed jiġu ferm imħeġġa biex jinkludu kopja tat-talba fil-lingwa(i) ta’ l-Istat(i) Membru(i) u ta’ l-Istat(i) EFTA li mingħandhom qed tintalab referenza.”

(g)

Fit-Taqsima E ta’ l-Introduzzjoni, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-Artikolu 287 tat-Trattat u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet], kif ukoll id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim ŻEE( (*11) jeħtieġu li l-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA u l-Istati EFTA, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tagħhom ma jiżvelawx informazzjoni li jkunu kisbu permezz ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali. L-istess prinċipju jrid japplika wkoll biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità bejn il-partijiet li qed jippreżentaw in-notifika.

(*11)  Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 122 tal-Ftehim ŻEE, l-Artikolu 9 tal-Protokoll 24 għall-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 17(2) tal-Kapitolu XIII tal-Protokoll 4 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.” "

(h)

Fit-Taqsima 2, għandha tiġi miżjuda s-Subtaqsima 2.4.2. li ġejja:

“2.4.2.

Ipprovdi tqassim tal-fatturat ma’ l-EFTA kollha miksub mil-impriżi kkonċernati, u indika, fejn ikun applikabbli, l-Istat EFTA, jekk ikun hemm, fejn inkiseb aktar minn żewġ terzi ta’ dan il-fatturat.”

(i)

Fit-Taqsima 4, id-diċitura introduttiva tat-Taqsima III għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-iskopijiet ta’ l-informazzjoni meħtieġa f’din il-Formola, is-swieq affettwati jikkonsistu fis-swieq tal-prodotti rilevanti fejn, fit-territorju ŻEE, fil-Komunita’, fit-territorju ta’ l-Istati EFTA, u fi kwalunkwe Stat Membru jew kwalunkwe Stat EFTA:”

(j)

Fit-Taqsima 4, is-Subtaqsima 4.1. għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“4.1.

Identifika kull suq affettwat fit-tifsira tat-Taqsima III:

(a)

fuq il-livell taż-ŻEE, tal-Komunità jew ta’ l-EFTA;

(b)

fil-każ ta’ talba għal referenza skond l-Artikolu 4(4), fuq il-livell ta’ kull Stat Membru jew Stat EFTA individwali;

(ċ)

fil-każ ta’ talba għal referenza skond l-Artikolu 4(5), fuq il-livell ta’ kull Stat Membru jew kull Stat EFTA li ġie identifikat fit-Taqsima 6.3.1 ta’ din il-Formola bħala li jkun kapaċi jistħarreġ il-konċentrazzjoni.”

(k)

Fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima 5, id-diċitura introduttiva u l-punti (a), (b) u (c) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Għal kull suq ta’ prodotti rilevanti affettwat, għall-aħħar sena finanzjarja,

(a)

għat-territorju ŻEE, għall-Komunità kollha u għall-Istati EFTA kollha;

(b)

fil-każ ta’ talba għal referenza skond l-Artikolu 4(4), individwalment għal kull Stat Membru/Stat EFTA fejn il-partijiet għall-konċentrazzjoni jagħmlu n-negozju; u

(ċ)

fil-każ ta’ talba għal referenza skond l-Artikolu 4(5), individwalment għal kull Stat Membru/Stat EFTA li ġie identifikat fit-Taqsima 6.3.1 ta’ din il Formola bħala li jkun kapaċi jistħarreġ il-konċentrazzjoni fejn il-partijiet għall-konċentrazzjoni jagħmlu n-negozju; u”.

(l)

Fit-Taqsima 6, is-Subtaqsima 6.2.1 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“6.2.1.

Identifika l-Istat(i) Membru(i) jew l-Istat(i) EFTA li, skond l Artikolu 4(4), qed tissottometti li għandu(hom) jeżamina(w) il-konċentrazzjoni, fejn tindika jekk għamiltx kuntatt informali ma’ dan(dawn) l-Istat(i) Membru(i) u/jew l-Istat(i) EFTA jew le.”

(m)

Fit-Taqsima 6, it-tielet paragrafu tas-Subtaqsima 6.2.2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk qed titlob referenza tal-każ kollu, trid tikkonferma li m’hemm l-ebda suq affettwat barra mit-territorju ta’ l-Istat(i) Membru(i) u ta’ l-Istat(i) EFTA li qed titlobhom li ssir ir-referenza.”

(n)

Fit-Taqsima 6, is-Subtaqsima 6.2.3. għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“6.2.3.

Spjega b’liema mod kull wieħed mis-swieq affettwati fl-Istat(i) Membru(i) u fl-Istat(i) EFTA li qed titlobhom referenza jippreżenta l-karatteristiċi kollha ta’ suq distint fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(4).”

(o)

Fit-Taqsima 6, is-Subtaqsima 6.2.5. għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“6.2.5.

Fil-każ li Stat(i) Membru(i) u/jew Stat(i) EFTA jsiru kompetenti biex jistħarrġu l-każ kollu jew parti minnu wara referenza skond l-Artikolu 4(4), inti tagħti l-kunsens tiegħek biex l-informazzjoni inkluża f’din il-Formola tiġi invokata mill-Istat(i) Membru(i) u/jew mill-Istat(i) EFTA in kwistjoni għall-iskop tal-proċeduri nazzjonali tiegħu(tagħhom) relatati ma’ dak il-każ jew ma’ parti minnu? IVA jew LE ”

(p)

Fit-Taqsima 6, is-Subtaqsima 6.3.1 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“6.3.1.

Għal kull Stat Membru/Stat EFTA, speċifika jekk il-konċentrazzjoni tistax tiġi mistħarrġa jew le taħt il-liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni tiegħu. Trid tittikkja kaxxa waħda għal kull Stat Membru/Stat EFTA.

Il-konċentrazzjoni tista’ tiġi mistħarrġa taħt il-liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni ta’ kull wieħed mill-Istati Membri/mill-Istati EFTA li ġejjin? Trid tagħti risposta għal kull Stat Membru/Stat EFTA. Indika biss IVA jew LE għal kull Stat Membru/Stat EFTA. Jekk ma tindikax IVA jew LE għal kwalunkwe Stat Membru/Stat EFTA jitqies bħallikieku indikajt IVA għal dak l-Istat Membru/l-Istat EFTA.

Il-Belġju:

IVA

LE

Il-Bulgarija:

IVA

LE

Ir-Repubblika Ċeka:

IVA

LE

Id-Danimarka:

IVA

LE

Il-Ġermanja:

IVA

LE

L-Estonja:

IVA

LE

L-Irlanda:

IVA

LE

Il-Greċja:

IVA

LE

Spanja:

IVA

LE

Franza:

IVA

LE

L-Italja:

IVA

LE

Ċipru:

IVA

LE

Il-Latvja:

IVA

LE

Il-Litwanja:

IVA

LE

Il-Lussemburgu:

IVA

LE

L-Ungerija:

IVA

LE

Malta:

IVA

LE

L-Olanda:

IVA

LE

L-Awstrija:

IVA

LE

Il-Polonja:

IVA

LE

Il-Portugall:

IVA

LE

Ir-Rumanija:

IVA

LE

Is-Slovenja:

IVA

LE

Is-Slovakkja:

IVA

LE

Il-Finlandja:

IVA

LE

L-Iżvezja:

IVA

LE

Ir-Renju Unit:

IVA

LE

L-Iżlanda:

IVA

LE

In-Norveġja:

IVA

LE

Il-Liechtenstein:

IVA

LE”

(q)

Fit-Taqsima 6, is-Subtaqsima 6.3.2. għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“6.3.2.

Għal kull Stat Membru/Stat EFTA, ipprovdi biżżejjed data finanzjarja jew ta’ xort’oħra biex turi li l-konċentrazzjoni tilħaq jew ma tilħaqx il-kriterji ġurisdizzjonali rilevanti taħt il-liġi nazzjonali applikabbli.”

(r)

Fit-Taqsima 6, għandha tiġi miżjuda s-Subtaqsima 6.3.3. li ġejja:

“6.3.3.

Spjega għaliex il-każ għandu jiġi eżaminat mill-Kummissjoni. Spjega b’mod partikolari jekk il-konċentrazzjoni tistax taffettwa l-kompetizzjoni lilhinn mit-territorju ta’ Stat Membru/Stat EFTA wieħed.”

(s)

Fit-Taqsima 6, is-Subtaqsima 6.3.4 għandha titħassar.

(4)

Għandu jiġi miżjud l-Anness IV li ġej:

“ANNESS IV

Il-formola rm relatata ma’ l-informazzjoni dwar l-impenji sottomessi skond l-artikolu 6(2) u l-artikolu 8(2) tar-regolament (KE) Nru 139/2004

FORMOLA RM RELATATA MAR-RIMEDJI

INTRODUZZJONI

Din il-formola tispeċifika l-informazzjoni u d-dokumenti li għandhom jiġu sottomessi mill-impriżi kkonċernati fl-istess ħin li joffru l-impenji skond l-Artikolu 6(2) jew l Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. L-informazzjoni mitluba hija meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista’ teżamina jekk l-impenji jistgħux jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni billi se jipprevjenu ostaklu sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva. Il-Kummissjoni tista’ twarrab l-obbligu li tipprovdi kwalunkwe informazzjoni partikolari fir-rigward ta’ l-impenji offruti, inklużi dokumenti, jew kwalunkwe rekwiżit ieħor stabbilit f’din il-formola fejn tqis li l-konformità ma’ dawk l-obbligi jew ma’ dawk ir-rekwiżiti mhijiex meħtieġa biex jiġu eżaminati l-impenji offruti. Il-livell ta’ informazzjoni meħtieġ se jvarja skond it-tip u l-istruttura tar-rimedju propost. Pereżempju, ir-rimedji ta’ tqassim (carve-out) tipikament se jeħtieġu informazzjoni aktar dettaljata mill-bejgħ ta’ l-assi ta’ negozji awtonomi (stand-alone). Il-Kummissjoni hija disponibbli biex tiddiskuti l-ambitu ta’ l-informazzjoni meħtieġa mal-partijiet bil-quddiem. Jekk tqis li kwalunkwe informazzjoni partikolari mitluba minn din il-Formola tista’ ma tkunx meħtieġa għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni, tista’ tavviċina lill-Kummissjoni u titlobha twarrab ċerti rekwiżiti, filwaqt li tagħti raġunijiet adegwati għaliex dik l-informazzjoni ma tkunx rilevanti.

TAQSIMA 1

Deskrizzjoni ta’ l-impenn

1.1.   Ipprovdi informazzjoni dettaljata dwar

(i)

l-għan ta’ l-impenji offruti, u

(ii)

il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom.

1.2.   F’każ li l-impenji offruti jikkonsistu fil-bejgħ ta’ l-assi ta’ negozju, it-Taqsima 5 tipprovdi għall-informazzjoni speċifika meħtieġa.

TAQSIMA 2

L-idoneità biex jitneħħa t-tħassib tal-kompetizzjoni

2.   Ipprovdi informazzjoni li turi l-idoneità ta’ l-impenji offruti biex jitneħħa l-ostaklu sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva li ġie identifikat mill-Kummissjoni.

TAQSIMA 3

Devjazzjoni mit-Testi Mudell

3.   Identifika kwalunkwe devjazzjoni ta’ l-impenji offruti mit-testi ta’ l-Impenji Mudell pertinenti li ġew ippubblikati mis-servizzi tal-Kummissjoni, kif ikunu riveduti minn żmien għal żmien, u spjega r-raġunijiet għad-devjazzjonijiet.

TAQSIMA 4

Sommarju ta’ l-impenji

4.   Ipprovdi sommarju mhux kunfidenzjali tan-natura u ta’ l-ambitu ta’ l-impenji offruti u għaliex, fil-fehma tiegħek, dawn huma adattati biex ineħħu kwalunkwe ostaklu sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva. Il-Kummissjoni tista’ tuża dan is-sommarju għat-test tas-suq ta’ l-impenji offruti ma’ partijiet terzi.

TAQSIMA 5

Informazzjoni dwar negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu

5.   F’każ li l-impenji offruti jikkonsistu fil-bejgħ ta’ l-assi ta’ negozju, ipprovdi l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin.

Informazzjoni ġenerali dwar in-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu

Għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja rigward il-ħidma kurrenti tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu u t-tibdiliet li diġà ġew ippjanati għall futur:

5.1.   Iddeskrivi n-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu b’mod ġenerali, inklużi l-entitajiet li jappartjenuh, is-sede prinċipali u l-post ta’ ġestjoni tagħhom, postijiet oħrajn għall-produzzjoni jew għall-provvista tas-servizzi, l-istruttura organizzattiva ġenerali, eċċ.

5.2.   Iddikjara jekk hemmx u ddeskrivi kwalunkwe ostaklu legali għat-trasferiment tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu jew l-assi, inklużi d-drittijiet ta’ partijiet terzi u l-approvazzjonijiet amministrattivi meħtieġa.

5.3.   Elenka u ddeskrivi l-prodotti manifatturati jew is-servizzi pprovduti, b’mod partikolari l-karatteristiċi tekniċi u ta’ xort’oħra tagħhom, il-marki (brands) involuti, il-fatturat iġġenerat b’kull wieħed minn dawn il-prodotti jew minn dawn is-servizzi, u kwalunkwe innovazzjoni jew prodott jew servizz ġdid ippjanat.

5.4.   Iddeskrivi l-livell li fuqu l-funzjonijiet essenzjali tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu jitħaddmu jekk ma jitħaddmux fuq il-livell tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu stess, inklużi tali funzjonijiet bħar-riċerka u l-iżvilupp (R&D), il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ, il-loġistika, ir-relazzjonijiet mal-klijenti, ir-relazzjonijiet mal-fornituri, is-sistemi ta’ l-IT, eċċ. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi r-rwol imwettaq minn dawk il-livell l-oħra, ir-relazzjonijiet man-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu u r-riżorsi (persunal, assi, riżorsi finanzjarji, eċċ.) involuti fil-funzjoni.

5.5.   Iddeskrivi fid-dettall il-konnessjonijiet bejn in-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu u impriżi oħrajn ikkontrollati mill-partijiet li qed jippreżentaw in-notifika (irrispettivament mid-direzzjoni tal-konnessjoni), bħal

Kuntratti ta’ fornitura, ta’ produzzjoni, ta’ distribuzzjoni, ta’ servizz jew oħrajn;

Assi tanġibbli jew intanġibbli kondiviżi;

Persunal kondiviż jew issekondat;

Sistemi kondiviżi ta’ l-IT jew sistemi kondiviżi oħrajn; u

Klijenti kondiviżi.

5.6.   Iddeskrivi f’termini ġenerali l-assi tanġibbli u intanġibbli rilevanti kollha li jintużaw minn u/jew li huma proprjetà tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu, li jinkludu, fi kwalunkwe każ, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-marki (brands).

5.7.   Issottometti ċart organizzattiva li tidentifika n-numru ta’ persunal li bħalissa qed jaħdem f’kull waħda mill-funzjonijiet tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu u lista ta’ dawk l-impjegati li huma indispensabbli għal ħidmet in-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu, fejn tiddeskrivi l-funzjonijiet tagħhom.

5.8.   Iddeskrivi l-klijenti tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu, fejn tinkludi lista ta’ klijenti, deskrizzjoni tar-rekords korrispondenti disponibbli u ipprovdi t-turnover totali maħluq min-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu ma' kull wieħed minn dawn il-klijenti (f'EUR u bħala persentaġġ tat-turnover totali tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu).

5.9.   Ipprovdi data finanzjarja għan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu, inklużi l-fatturat u l-EBITDA (qligħ qabel l-imgħax, it-taxxi, id-deprezzament u l-amortizzament) miksuba fl-aħħar sentejn, u t-tbassir għas-sentejn li jmiss.

5.10.   Identifika u ddeskrivi kwalunkwe tibdil, li sar fl-aħħar sentejn, fl-organizzazzjoni tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu jew fil-konnessjonijiet ma’ impriżi oħrajn ikkontrollati mill-partijiet li qed jippreżentaw in-notifika.

5.11.   Identifika u ddeskrivi kwalunkwe tibdil, ippjanat għas-sentejn li jmiss, fl-organizzazzjoni tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu jew fil-konnessjonijiet ma’ impriżi oħrajn ikkontrollati mill-partijiet li qed jippreżentaw in-notifika.

Informazzjoni ġenerali dwar in-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu kif ġie deskritt fl-impenji

5.12.   Iddeskrivi kwalunkwe qasam fejn in-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu kif ġie stabbilit fl-impenji offruti huwa differenti min-natura u mill-ambitu tan-negozju kif qed jaħdem bħalissa.

L-akkwist minn xerrej xieraq

5.13.   Spjega r-raġunijiet għaliex, fil-fehma tiegħek, in-negozju se jiġi akkwistat minn xerrej xieraq fil-perjodu ta’ żmien propost fl-impenji offruti.”


(*1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(*2)  Ara b’mod partikolari l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE, il-punt 1 ta’ l-Anness XIV għall-Ftehim ŻEE, il-Protokolli 21 u 24 għall-Ftehim ŻEE, kif ukoll il-Protokoll 4 għall-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzija (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti’). Kwalunkwe referenza għall-Istati EFTA għandha tinftiehem bħala li tfisser dawk l-Istati EFTA li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. Sa mill-1 ta’ Mejju 2004, dawn l-Istati huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.”

(*3)  Ara l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE.”

(*4)  Ara l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE.”

(*5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(*6)  Ara b’mod partikolari l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE, il-punt 1 ta’ l-Anness XIV għall-Ftehim ŻEE, il-Protokolli 21 u 24 għall-Ftehim ŻEE, kif ukoll il-Protokoll 4 għall-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzija (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti’). Kwalunkwe referenza għall-Istati EFTA għandha tinftiehem bħala li tfisser dawk l-Istati EFTA li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. Sa mill-1 ta’ Mejju 2004, dawn l-Istati huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.”

(*7)  Ara l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE.”

(*8)  Ara l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE.”

(*9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.)

(*10)  Ara b’mod partikolari l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE, il-punt 1 ta’ l-Anness XIV għall-Ftehim ŻEE, il-Protokolli 21 u 24 għall-Ftehim ŻEE, kif ukoll il-Protokoll 4 għall-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti’). Kwalunkwe referenza għall-Istati EFTA għandha tinftiehem bħala li tfisser dawk l-Istati EFTA li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. Sa mill-1 ta’ Mejju 2004, dawn l-Istati huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.”

(*11)  Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 122 tal-Ftehim ŻEE, l-Artikolu 9 tal-Protokoll 24 għall-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 17(2) tal-Kapitolu XIII tal-Protokoll 4 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.” ’


22.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 279/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1034/2008

tal-21 ta’ Ottubru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 885/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u korpi oħra u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u l-FAEŻR [titolu mhux uffiċjali]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1) [titolu mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1)(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jirkupraw is-somom mitlufa li jirriżultaw minn irregolaritajiet u negliġenza. Madankollu, l-Artikolu 32(6) u l-Artikolu 33(7) tal-istess Regolament jippermetti li l-Istati Membri ma jsegwux l-irkupru jekk l-ispejjeż li diġà qegħdin jew li x’aktarx se jġarrbu jammontaw għal aktar mill-ammont li għandu jiġi rkuprat. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni effettiva u kif suppost ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, huwa xieraq li jiġi stipulat ċertu limitu li taħtu l-Istati Membri ma jkunux obbligati jsegwu l-irkupru. Dan il-limitu għandu jiġi ffissat bħala EUR 100, mingħajr ma jinkludi l-interessi, minħabba li l-każijiet ta’ rkupru li jinvolvu ammonti taħt dan il-limitu jirrappreżentaw b’mod sinifikanti inqas minn 0,1 % tal-ammont totali ta’ pagamenti li għadhom ma tħallsux lura rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (2). L-iffissar ta’ dan il-limitu ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq għall-każijiet li jaqbżu EUR 100, jekk ikunu ġġustifkati kif suppost.

(2)

Ir-regola de minimis stipulata f’dan ir-Regolament ma għandhiex tapplika għat-tnaqqis u l-esklużjonijiet imposti fuq benefiċjarji mill-Istati Membri fil-qasam tal-kundizzjonalità abbażi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3) minħabba li l-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament jistipula reġim speċifiku biex ma jiġux applikati tnaqqis u esklużjonijiet li jammontaw għal EUR 100 jew inqas.

(3)

L-obbligu li l-Istati Membri jirkupraw l-ammonti li għadhom ma tħallsux lura li jaqbżu EUR 100 jista’ jitwettaq b’modi differenti. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni ta’ infurzar oħra stipulata fil-liġi nazzjonali, mod effettiv u finanzjarment effikaċi kif dan isir huwa billi jitnaqqas kwalunkwe ammont li għadu ma tħallsux lura minn pagamenti futuri għad-debitur, ladarba d-dejn ikun ġie stabbilit skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Dan il-metodu għandu għalhekk isir obbligatorju sabiex jiġi applikat mill-Istati Membri.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 885/2006 jiddaħħal il-Kapitolu 1a li ġej:

“KAPITOLU 1a

L-IRKUPRU TAD-DJUN

Artikolu 5a

De minimis

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (*1), il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 32(6)(a) u 33(7) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jiġu kkunsidrati li ġew issodisfati jekk l-ammont, mingħajr ma jinkludi l-interessi, relatat ma’ pagament individwali għal skema ta’ għajnuna li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju, ma jabiżx EUR 100.

Artikolu 5b

Il-metodu tal-irkupru

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni ta’ infurzar oħra stipulata fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jibbilanċjaw kwalunkwe dejn li għadu ma tħallsux lura ta’ benefiċjarju li jkun ġie stabbilit skont il-liġi nazzjonali bi kwalunkwe pagament futur li għandu jsir mill-aġenzija tal-ħlas responsabbli mill-irkupru tad-dejn lill-istess benefiċjarju.

(*1)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.” "

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.

(3)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.


22.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 279/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1035/2008

tal-21 ta’ Ottubru 2008

li jistbbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp fi IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta’ IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [il-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

44/T&Q

Stat Membru

SWE

Stokk

LIN/03.

Speċi

Lipp (Molva molva)

Żona

IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta’ IIIb, IIIc u IIId

Data

8.9.2008


22.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 279/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1036/2008

tal-21 ta’ Ottubru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz f’VIIa min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

47/T&Q

Stat Membru

IRL

Stokk

COD/07A.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

VIIa

Data

22.4.2008


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

22.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 279/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta’ Ottubru 2008

li taħtar membru Awstrijak fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2008/808/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/524/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi post ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar battal wara r-riżenja tas-Sinjura Eva BELABED,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Christoph LECHNER, Leitender Sekretär und Abteilungsleiter für Verfassungsrecht und Allgemeine und Internationale Sozialpolitik der Kammer für Arbeiter und Angestellte für Niederösterreich, huwa b'dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, 20 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-L. BORLOO


(1)   ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.


22.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 279/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.