ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
18 ta' Ottubru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1016/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1017/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Ottubru 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1018/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Diċembru 2008 sad-28 ta' Frar 2009

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2008 tas-17 ta' Ottubru 2008 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali u r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 dwar immarkar għall-identifikazzjoni, ħalib mhux ipproċessat u prodotti mill-ħalib, bajd u prodotti mill-bajd u ċerti prodotti tal-ħut ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1021/2008 tas-17 ta' Ottubru 2008 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman u r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward ta’ molluski bivalvi ħajjin, ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-persunal li jgħin fil-kontrolli uffiċjali fil-biċċeriji ( 1 )

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-limiti ta' nitroġenu bażiku volatili totali (TVB-N) ( 1 )

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1023/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu transitorju mogħti lill-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimportaw żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem ( 1 )

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008 tas-17 ta' Ottubru 2008 li jistabbilixxi miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 dwar il-ħolqien ta’ skema ta’ liċenzji FLEGT għall-importazzjonijiet ta’ injam fil-Komunità Ewropea

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1025/2008 tas-17 ta' Ottubru 2008 li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Radicchio di Chioggia (IĠP)]

30

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1026/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Ottubru 2008

31

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/803/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Ottubru 2008 li tistipula l-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ ċerti konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sri Lanka

34

 

 

2008/804/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tad-dħul tal-Brażil, il-Montenegro u s-Serbja fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6024)  ( 1 )

36

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1016/2008

tas-17 ta’ Ottubru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

107,3

MA

124,1

MK

54,6

TR

82,9

ZZ

92,2

0707 00 05

MK

81,9

TR

96,5

ZZ

89,2

0709 90 70

TR

90,4

ZZ

90,4

0805 50 10

AR

81,5

TR

107,6

UY

95,7

ZA

81,0

ZZ

91,5

0806 10 10

BR

232,7

TR

105,0

US

174,6

ZZ

170,8

0808 10 80

AU

161,1

CL

61,0

CN

93,4

MK

37,6

NZ

102,9

US

126,2

ZA

83,8

ZZ

95,1

0808 20 50

CL

60,3

CN

54,3

TR

132,8

ZA

83,4

ZZ

82,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1017/2008

tas-17 ta’ Ottubru 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Ottubru 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Ottubru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Marzu 2009 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Ottubru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Marzu 2009 huma, għal ċerti kwoti, anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, dawn ta’ l-aħħar għandhom jiżdiedu mal-kwantità fissa għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Marzu 2009 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-30 ta’ Ġunju 2009, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.1.2009-31.3.2009

(f %)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.4.2009-30.6.2009

(f kg)

2

09.4212

 (1)

74 088 000

5

09.4215

21,124188

6

09.4216

 (2)

3 757 020

8

09.4218

 (1)

9 126 800


(1)  Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1018/2008

tas-17 ta’ Ottubru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Diċembru 2008 sad-28 ta' Frar 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta’ Ottubru 2008, skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina, l'Arġentina u l-pajjiżi terzi kollha għajr għaċ-Ċina u l-Arġentina.

(3)

Għaldaqstant, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2007, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar mill-15 ta’ Ottubru 2008 jistgħu jkunu sodisfatti skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni “A” mressqa skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta’ Ottubru 2008 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2008 għandhom ikunu sodisfatti b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


ANNESS

Oriġini

Nru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

55,244277  %

Importaturi ġodda

09.4099

1,102834  %

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

19,875085  %

Importaturi ġodda

09.4100

0,476907  %

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

100  %

Importaturi ġodda

09.4102

11,295785  %


18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1019/2008

tas-17 ta’ Ottubru 2008

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikoli 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jfassal ir-regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel. Operaturi tan-negozju tal-ikel involuti fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel wara l-ewwel stadju ta’ produzzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ iġjene ġenerali stipulati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Fir-rigward tal-forniment tal-ilma, il-Kapitolu VII ta’ dak l-Anness jistipula li għandu jintuża ilma tajjeb għax-xorb, kull fejn ikun hemm bżonn, biex jiġi żgurat li l-oġġetti tal-ikel ma jiġux kontaminati u li jista’ jintuża ilma nadif ma’ prodotti tas-sajd sħaħ. Huwa jistipula wkoll li ilma baħar nadif jista’ jintuża ma’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin u li jista’ jintuża ilma nadif għall-ħasil minn barra tagħhom.

(3)

L-użu ta’ ilma nadif ma’ prodotti tas-sajd sħaħ u għall-ħasil minn barra ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin ma jirrappreżentax riskju għas-saħħa pubblika sakemm ikunu ġew żviluppati u ddaħħlu fis-seħħ proċeduri ta’ kontroll ibbażati, partikolarment, fuq il-prinċipji tal-Analiżi tar-Riskju u l-Punt ta’ Kontroll Kritiku (HACCP) mill-operaturi tan-negozju tal-ikel biex jiġi żgurat li dan ma jkunx għajn ta’ kontaminazzjoni.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu VII tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-punt 1(b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

Ilma nadif jista’ jintuża ma’ prodotti tas-sajd sħaħ.

Ilma baħar nadif jista’ jintuża ma’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin; ilma nadif jista’ jintuża wkoll għal ħasil minn barra.

Meta jintuża ilma nadif, iridu jkunu disponibbli faċilitajiet u proċeduri adegwati għall-forniment tiegħu biex jiġi żgurat li użu ta’ dan it-tip ma jkunx għajn ta’ kontaminazzjoni għall-oġġetti tal-ikel.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004 p. 1.


18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1020/2008

tas-17 ta' Ottubru 2008

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali u r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 dwar immarkar għall-identifikazzjoni, ħalib mhux ipproċessat u prodotti mill-ħalib, bajd u prodotti mill-bajd u ċerti prodotti tal-ħut

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-immarkar ta'identifikazzjoni stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ħolqu konfużjoni fl-identifikazzjoni ta' prodotti manifatturati fil-Komunità u prodotti manifatturati barra l-Komunità. Huwa għalhekk xieraq li jiġu ċċarati dawn id-dispożizzjonijiet sabiex l-implimentazzjoni tagħhom tkun armonizzata. Madanakollu, sabiex ma jkunx hemm tfixkil fin-negozju ta' prodotti ġejjin mill-annimali kkonċernati, għandu jiġi stipulat illi prodotti li jsir immarkar ta' identifikazzjoni għalihom skont ir-Regolamant (KE) Nru 853/2004 qabel l-1 ta' Novembru 2009 ikunu jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità sal-31 ta' Diċembru 2009.

(2)

Għalkemm il-prinċipju ġenerali stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 fejn operaturi fin-negozju tal-ikel m'għandhomx jużaw, meta l-iġjene titlob hekk, ebda sustanza ħlief ilma tajjeb għax-xorb, dispożizzjonijiet li jħallu l-użu ta' ilma nadif għat-trattament tal-ħut huma stipulati f'Parti A tal-Anness I u f'Kapitolu VI tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2) u Parti II tal-Kapitolu I u Kapitolu III u IV tat-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, b'mod partikolari għat-trattament ta' prodotti tal-ħut fuq bastimenti.

(3)

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistipula arranġamenti tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2204 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jemenda ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (3), jiddisponi illi ilma nadif jista' wkoll jintuża fi stabbilimenti fuq l-art sal-31 ta' Diċembru 2009.

(4)

Huwa u ilu xjentifikament rikonoxxut illi l-użu tal-ilma baħar huwa ta' interess teknoloġiku għall-prodotti tal-ħut għaliex jgħin sabiex iżomm il-karatteristiċi organoleptiċi tagħhom intatti billi jelimina r-riskju ta' xokk osmotiku.

(5)

L-użu ta' ilma tal-baħar nadif għat-trattament u l-ħasil tal-prodotti tal-ħut mhuwiex ta' riskju għas-saħħa pubblika sakemm proċeduri ta' kontroll ibbażati, b'mod partikolari fuq prinċipji ta' Analiżi tal-Perikli u l-Punti Kritiċi tal-Kontroll (APPKK) ikunu żviluppati u stipulati minn operaturi fin-negozju tal-ikel sabiex jiżguraw konformità mad-definizzjoni ta' ilma tal-baħar nadif stipulata fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Huwa għaldaqstant xieraq illi l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jiġi mħassar u li l-arranġament tranżitorju, stipulat fir-Regolament dwar l-użu ta' ilma tal-baħar nadif, isir permanenti. It-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

It-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistipula rekwiżiti li jirregolaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd intiżi għall-konsum mill-bniedem, inkluż iż-żejt tal-ħut.

(7)

Kien hemm diffikultajiet sabiex jiġu implimentati dawk ir-rekwiżiti speċifiċi f'xi Stati Membri. Xi problemi nqalgħu ukoll dwar żejt tal-ħut importat minn pajjiżi terzi. Dawk id-diffikultajiet huma primarjament relatati mar-rekwiżiti applikabbli għall-materja prima sabiex ikun żgurat li tkun addattata għall-produzzjoni ta' żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem u għall-prattiċi ta' manifattura tal-ikel normalment użati fl-industrija taż-żejt tal-ħut. Huwa għalhekk xieraq li jiġu ċċarati dawn id-dispożizzjonijiet sabiex l-implimentazzjoni tagħhom tkun armonizzata. It-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

L-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel adottata fit-30 t'April 2004 dwar kontaminazzjoni fil-katina alimentari relatata mat-tossiċità ta' prodotti tal-ħut li jagħmlu parti mill-familja Gempylidae wriet illi l-prodotti tal-ħut ta' dik il-familja, b'mod partikolari Ruvettus pretiosus u Lepidocybium flavobrunneum, għandhom effetti negattivi gastrointestinali jekk ma jkunux ikkunsmati taħt ċerti kondizzjonijiet. Il-Kapitolu V ta' Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula kundizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq ta' dawk il-prodotti tal-ħut.

(9)

Dawk il-kundizzjonjiet japplikaw għal prodotti tal-ħut friski, ppreparati u pproċessati li huma derivati minn din l-ispeċi. Madanakollu, riskji simili għall-konsumatur jistgħu jimmaterjalizzaw ruħhom bi prodotti tal-ħut iffriżati derivati mill-familja Gempylidae. Huwa għaldaqstant xieraq illi jkun hemm bżonn ta' kundizzjonijiet protettivi u informattivi simili għal dawk il-prodotti tal-ħut iffriżati. It-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-Punt 1(a) tal-Parti III tal-Kapitolu II tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiddisponi illi operaturi fl-industrija tal-ikel li jimmanifatturaw prodotti mill-ħalib għandhom jiżguraw illi l-ħalib tal-baqar mhux ipproċessat jilħaq ċerti kriterji qabel l-ipproċessar.

(11)

Il-konformità ma' dak il-limitu hija partikolarment importanti għas-sigurtà tal-ikel fejn il-ħalib irid ikun ittratat bis-sħana fi proċess ta' pasturizzazzjoni jew proċess li hu anqas strett mill-pasturizzazzjoni, u li ma kienx ittrattat bis-sħana f'terminu ta' ħin stipulat. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-applikazzjoni ta' trattament bis-sħana m'għandux effett batteriċida biżżejjed, li jista' jwassal għal taħsir kmieni tal-prodott imanifatturat mill-ħalib.

(12)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jiddisponi arranġament tranżitorju li għandu l-għan li jillimita l-verifika tal-konformità ma' dan il-kriterju għal dawn iċ-ċirkostanzi. Huwa għaldaqstant xieraq illi l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jiġi mħassar u li l-arranġament tranżitorju jsir permanenti. It-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

It-Taqsima X tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli tal-iġjene speċifiċi għall-bajd u prodotti mill-bajd. Skont il-punt 2 tal-Kapitolu I ta' dik it-Taqsima, il-bajd għandu jkun maħżun u trasportat preferibbilment f'temperatura stabbli li hija l-aktar ideali sabiex tikkonserva mill-aħjar il-karatteristiċi ta' iġjene.

(14)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jistipula illi l-Istati Membri illi, qabel l-1 ta' Jannar 2006, applikaw rekwiżiti nazzjonali ta' temperatura għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-bajd u vetturi li jittrasportaw il-bajd bejn dawn il-faċilitajiet ta' ħażna, jistgħu jkomplu japplikaw dawn ir-rekwiżiti sal-31 ta' Diċembru 2009. Billi din il-possibilità ma tinterferix mal-objettivi tas-sigurtà tal-ikel stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004, huwa xieraq illi dan l-arranġament tranżitorju jsir permanenti.

(15)

Barra minn hekk, skont il-punt 1 tal-Parti II tal-Kapitolu II tat-Taqsima X tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, bajd miksur jista' jintuża għall-manifattura ta' prodotti mill-bajd taħt ċerti ċirkustanzi. L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jistipula illi operaturi fin-negozju tal-ikel jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2009, jużaw bajd miksur għall-produzzjoni tal-likwidu tal-bajd fi stabbiliment approvat għal dak il-għan, sakemm l-istabbiliment tal-produzzjoni jew ċentru ta' ppakkjar ikun wassalhom direttament u jkunu miksura kemm jista' jkun malajr. Billi l-użu ta' bajd miksur fil-produzzjoni ta' likwidu tal-bajd mhuwiex ta' riskju għas-saħħa pubblika taħt dawn iċ-ċirkostanzi, huwa xieraq illi l-arranġament tranżitorju jsir permanenti.

(16)

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għandu għalhekk jiġi mħassar u t-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandha tiġi emendata skont dan.

(17)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 2076/2005 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(18)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Fir-Regolament (KE) Nru 2076/2005, l-Artikoli 11, 12 u 13 huma mħassra.

Artikolu 4

Prodotti li ġejjin mill-annimali li għalihom kien applikat immarkar ta' identifikazzjoni skont il-punt 8 tal-Parti B tat-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 qabel l-1 ta' Novembru 2009 jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità sal-31 ta' Diċembru 2009.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punt 1(b) tal-Anness I għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima I hija emendata kif ġej:

(a)

Il-Parti A qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

Il-Punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Il-marka ta'identifikazzjoni trid tiġi applikata qabel il-prodott iħalli l-istabbiliment tal-produzzjoni.”

(ii)

Il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Marka ta'identifikazzjoni mhijiex neċessarja fuq pakketti tal-bajd meta kodiċi taċ-ċentru tal-ippakkjar hija applikata skont il-Parti A tal-Anness XIV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*).

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.”"

(b)

Fil-Parti B, il-punt 8 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“8.

Meta applikata fi stabbiliment fil-Komunità, il-marka għandha tkun ta' forma ovali u tinkludi l-abbrevjazzjoni CE, EB, EC, EF, EG, EK, EO, EY, ES, EÜ, EK jew WE.

Dawn l-abbrevjazzjonijiet m'għandhomx ikunu inklużi f'marki applikati fuq prodotti impurtati fil-Komunità minn stabbilimenti li jinsabu barra l-Komunità.”

(2)

It-Taqsima III tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Operaturi tal-biċċeriji m'għandhomx jaċċettaw annimali fil-bini tal-biċċerija jekk ma jkunux talbu, u ngħataw, l-informazzjoni rilevanti tal-katina alimentari mir-rekords miżmuma fl-istabbiliment tal-oriġini tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004.”

(b)

Fil-punt 3, il-frażi ta' introduzzjoni tinbidel b'dan li ġej:

“3.

L-informazzjoni rilevanti tal-katina alimentari msemmija f'punt 1 għandha tinkludi, b'mod partikolari:”



ANNESS II

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima VIII tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-Parti tal-introduzzjoni tinbidel b'dan li ġej:

(i)

Il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

Il-Kapitolu III, Parti A, Ċ u D, il-Kapitolu IV, Parti A u l-Kapitolu V huma rilevanti għall-bejgħ bl-imnut.”

(ii)

Fl-ewwel subparagrafu ta' punt 3, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

Fil-każ tal-provvista tal-ilma, dawn jiżdiedu mar-rekwiżiti tal-Anness II, Kapitolu VII ta' dak ir-Regolament; ilma tal-baħar nadif jista' jintuża għat-trattament u t-tindif tal-prodotti tal-ħut, il-produzzjoni tas-silġ tintuża sabiex jitkessħu prodotti tal-ħut u għat-tkessiħ rapidu tal-krustaċji u molluski wara t-tisjir tagħhom.”

(b)

Il-Parti II tal-Kapitolu I tiġi emendata kif ġej:

(i)

Fil-punt 2, it-tieni sentenza titħassar.

(ii)

Il-punt 5 qiegħed jitħassar.

(iii)

Il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:

“6.

Fejn il-ħut jinqatagħlu rasu u/jew jitnaddaf abbord, dawn l-operazzjonijiet għandhom isiru iġenikament kemm jista' jkun malajr wara l-qabda, u l-prodotti għandhom jinħaslu immedjatament u sewwa. F'dak il-każ, il-vixxri u partijiet li jistgħu jkunu ta' periklu għas-saħħa pubblika għandhom jitneħħew kemm jista' jkun malajr u jinżammu apparti mill-prodotti intiżi għall-konsum mill-bniedem. Fwied u bajd tal-ħut intiżi għall-konsum mill-bniedem għandhom jinżammu fis-silġ, f'temperatura qrib dik tas-silġ qed idub, jew jiġu ffriżati.”

(ċ)

Il-Kapitolu III jiġi emendat kif ġej:

(i)

Fil-Parti A, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Operazzjonijiiet bħall-qtugħ tal-irjus tal-ħut u tneħħija tal-garġi għandhom isiru iġenikament. Meta t-tneħħija tal-garġi tkun possibbli mill-aspett tekniku u kummerċjali, dan għandu jsir malajr kemm jista' jkun wara li l-prodotti jkunu maqbuda jew imniżżla l-art. Il-prodotti għandhom jinħaslu sewwa immedjatament wara dawn l-operazzjonijiet.”

(ii)

Parti E hija mħassra.

(d)

Il-Kapitolu IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“KAPITOLU IV:   REKWIŻITI GĦAL ĊERTI PRODOTTI TAL-ĦUT IPPROĊESSAT

L-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jassiguraw konformità mar-rekwiżiti li ġejjin fi stabbilimenti li jittrattaw ċerti prodotti tal-ħut ipproċessat.

A.   REKWIŻITI GĦAT-TISJIR TAL-KRUSTAĊJI U TAL-MOLLUSKI

1.

It-tisjir għandu jkun segwit bi tberrid rapidu. Jekk ma jintuża ebda metodu ta' preżervazzjoni, it-tberrid għandu jkompli sakemm it-temperatura li tavviċina dik tas-silġ idub tkun milħuqa.

2.

Il-ħruġ mill-qoxra jew ħruġ mill-fosdqa għandu jsir iġjenikament, b'tali mod li tiġi evitata il-kontaminazzjoni tal-prodott. Fejn dawn l-operazzjonijiet isiru bl-idejn, il-ħaddiema għandhom jagħtu kas sew li jaħslu idejhom.

3.

Wara il-ħruġ mill-qoxra jew ħruġ mill-fosdqa, prodotti misjura jridu jkunu ffriżati kemm jista' jkun malajr għat-temperatura stipulata fil-Kapitolu VII.

B.   REKWIŻITI GĦAŻ-ŻEJT TAL-ĦUT INTIŻ GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

1.

Materja prima użata fil-preparazzjoni ta' żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem għanda:

(a)

tkun provenjenti minn stabbilimenti, inkluż bastimenti, reġistrati jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew skont dan ir-Regolament;

(b)

tkun derivattiv ta' prodotti tal-ħut li huma addattati għall-konsum mill-bniedem u li huma konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima;

(ċ)

tkun ittrasportata u maħżuna f'kundizzjonjiet iġjeniċi;

(d)

tkun imberrda kemm jista' jkun malajr u miżmuma fit-temperaturi stipulati fil-Kapitolu VII.

Permezz ta' deroga minn punt 1 (d), l-operaturi fin-negozju tal-ikel jistgħu joqogħdu lura milli jberrdu l-prodotti tal-ħut meta prodotti tal-ħut sħaħ jintużaw direttament fil-produzzjoni ta' żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem, u l-materja prima tkun ipproċessata fi żmien 36 siegħa wara t-tagħbija, sakemm il-kriterji ta' freskezza ikunu milħuqa u l-valur tan-nitroġenu bażiku totalment volatili (TVB-N) tal-prodotti tal-ħut mhux ipproċessati ma jaqbiżx il-limiti stipulati fil-punt 1 tal-Kapitolu I tat-Taqsima II tal-Anness II tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 2074/2005 (*).

2.

Il-proċess ta' produzzjoni għaż-żejt tal-ħut irid jiżgura illi l-materja prima kollha intiża għall-produzzjoni ta' żejt tal-ħut mhux ipproċessat tkun suġġetta għal trattament li jinkludi, fejn rilevanti, proċeduri ta' tisħin, ippressar, separazzjoni, ċentrifugazzjoni, raffinament, ipproċessar u purifikazzjoni qabel jitqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali.

3.

Sakemm il-materja prima u l-proċess ta' produzzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli għaż-żejt tal-ħut intiż għall-konsum mill-bniedem, operatur fin-negozju tal-ikel jista' jipproduċi u jaħżen kemm żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem u kemm żejt tal-ħut u ikel magħmul mill-ħut mhux intiż għall-konsum mill-bniedem fl-istess stabbiliment.

4.

Sakemm leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika tkun definita operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jassiguraw konformità mar-regoli nazzjonali għaż-żejt tal-ħut li jitqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali.

(*)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27.”"

(e)

Il-Kapitolu V huwa emendat kif ġej:

(i)

Is-sentenza li jmiss qiegħda tkun miżjuda mal-paragrafu ta 'introduzzjoni:

“Ir-rekwiżiti ta' Partijiet B u D mhumiex applikabbli għal prodotti tal-ħut sħaħ li jintużaw direttatment għall-preparazzjoni ta' żejt tal-ħut intiż għall-konsum mill-bniedem.”

(ii)

Fil-Parti E, il-punt 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.

Prodotti tal-ħut derivati minn ħut li huwa velenuż tal-familji mniżżla hawn taħt m'għandomx jitqiegħdu fis-suq: Tetraodontidae, Molidae, Diodontidae, u Canthigasteridae,

Prodotti tal-ħut friskipp, ppreparati, friżati u pproċessati li huma tal-familja Gempylidae, u b'mod partikolari Ruvettus pretiosus u Lepidocybium flavobrunneum jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss fil-format mkebbeb/ippakkjat u jridu jkunu mmarkati sewwa sabiex jipprovdu informazzjoni lill-konsumatur dwar metodi ta' preparazzjoni/tisjir u r-riskji relatati mal-preżenza ta' sustanzi fir-rigward ta' effetti gastrointestinali negattivi.

L-isem xjentifiku tal-prodotti tal-ħut għandu jakkompanja l-isem komuni fuq it-tikketta.”

(2)

Fit-Taqsima IX, il-Kapitolu II, il-Parti III, il-punt 1 hu mibdul b’dan li ġej:

“(1)

Operaturi fin-negozju tal-ikel li jimmanifatturaw prodotti mill-ħalib għandhom jibdew proċeduri sabiex jassiguraw illi, immedjatament qabel jiġi ttrattat bis-sħana u jekk il-perjodu aċċettabli kif stipulat fil-proċeduri bbażati fuq l-HACCP huwa maqbuż:

(a)

ħalib mhux ittrattat tal-baqar użat għat-tħejjija tal-prodotti mill-ħalib ikollu plate count fi 30 oC ta’ inqas minn 300 000 għal kull ml; u

(b)

ħalib tal-baqar ittrattat bis-sħana użat għat-tħejjija tal-prodotti mill-ħalib ikollu plate count fi 30 oC ta’ inqas minn 100 000 għal kull ml.”

(3)

It-Taqsima X hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu I, il-punt 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“2.

Il-bajd għandu jkun maħżun u trasportat sal-bejgħ lill-konsumatur finali f'temperatura, preferibbilment kostanti, li hija l-aktar addatta sabiex tassigura il-konservazzjoni ottimali tal-karatteristiċi ta' iġjene tagħhom, sakemm l-awtorità kompetenti timponi rekwiżiti ta' temperatura nazzjonali għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-bajd u għall-vetturi li jittrasportaw il-bajd bejn dawn il-faċilitajiet tal-ħażna.”

(b)

Fil-Kapitolu II, il-Parti II, il-punt 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“(1)

Il-qxur tal-bajd użat fil-manifattura ta' prodotti mill-bajd irid ikun żviluppat sewwa u ma jkollux ksur. Madanakollu, bajd miksur jista' jintuża fil-manifattura ta' likwidu tal-bajd jew prodotti mill-bajd jekk l-istabbiliment tal-produzzjoni jew iċ-ċentru tal-ippakkjar iwassalhom direttament lil stabbiliment approvat għall-manifattura tal-likwidu tal-bajd jew stabbiliment tal-ipproċessar, fejn iridu jkunu miksura kemm jista' jkun malajr.”



18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1021/2008

tas-17 ta' Ottubru 2008

li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman u r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward ta’ molluski bivalvi ħajjin, ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-persunal li jgħin fil-kontrolli uffiċjali fil-biċċeriji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 u l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula rekwiżiti għall-marka tas-saħħa tal-karkassi meta m'hemmx raġunijiet biex il-laħam jiġi ddikjarat li mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Xi whud minn dawn ir-rekwiżiti ħolqu konfużjoni fl-identifikazzjoni ta’ prodotti magħmula fi ħdan il-Komunità u prodotti magħmula barra l-Komunità. Huwa għalhekk xieraq li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet biex tkun żgurata l-implimentazzjoni tagħhom mingħajr tfixkil.

(2)

Madankollu, biex ma jitħarbatx il-kummerċ fil-prodotti kkonċernati, għandu jiġi stipulat li l-prodotti li għalihom ġiet applikata marka tas-saħħa skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 qabel l-1 ta’ Novembru 2009 jistgħu jiġu importati fil-Komunità sal-31 ta’ Diċembru 2009.

(3)

L-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw lill-istaff tal-biċċerija biex jgħinu fil-kontrolli uffiċjali billi jwettqu ċerti ħidmiet speċifiċi ta’ awżiljarji uffiċjali fir-rigward tal-produzzjoni tal-laħam mit-tjur u mil-lagomorfi. Il-Parti A tal-Kapitolu III tat-Taqsima III tal-Anness I ta' dak ir-Regolament tistipula li l-awtorizzazzjoni tista' tingħata biss jekk l-istaff tal-istabbiliment tħarreġ, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, bl-istess mod bħall-awżiljarji uffiċjali għall-ħidmiet ta’ awżiljarji bħal dawn.

(4)

L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-arranġamenti tranżitorji għall-implimentazzjoni ta’ Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jemenda ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (2), jistipula li, sal-31 ta’ Diċembru 2009, dan it-taħriġ jista' jkun limitat f'li jiżgura li l-istaff tal-biċċerija jitħarreġ għall-ħidmiet speċifiċi li huwa awtorizzat li jwettaq.

(5)

Din il-limitazzjoni ma affettwatx b’mod negattiv ir-rekwiżiti għal kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ laħam frisk, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 854/2004. Huwa għalhekk xieraq li l-arranġament tranżitorju stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 isir permanenti u li l-Istati Membri jitħallew jimplimentaw jew sistema ta’ taħriġ kompluta jew limitata u jiddeċiedu dwar l-arranġamenti prattiċi tagħha, inkluża l-proċedura tal-eżami. Huwa għalhekk xieraq li jitħassar l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 u li tiġi emendata Parti A tal-Kapitolu III tat-Taqsima III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 skond dan.

(6)

Il-Punt 4 tal-Parti A tal-Kapitolu II tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula li l-molluski bivalvi ħajjin minn żoni ta' Klassi B ma għandhomx jaqbżu l-4 600E.coli għal kull 100 g ta’ laħam u ta’ likwidu intravalvulari. L-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jintroduċi, sal-31 ta’ Diċembru 2009, tolleranza f’10 % tal-kampjuni għall-molluski ħajjin li joriġinaw minn dawn iż-żoni.

(7)

Din it-tolleranza ma tirrappreżentax riskju għas-saħħa pubblika sakemm f’dawk l-10 % tal-kampjuni, il-molluski bivalvi ħajjin ma jaqbżux il-limitu massimu ta’ 46 000 E.coli għal kull 100 g ta’ laħam u likwidu intravalvulari. Huwa għalhekk xieraq li tinżamm din it-tolleranza fuq bażi permanenti. Huwa għalhekk xieraq li jitħassar l-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 u li jiġi emendat il-punt 4 ta’ Parti A tal-Kapitolu II tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 skond dan.

(8)

Opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel adottata fit-30 ta’ Awwissu 2004 dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel relatati mat-tossiċità tal-prodotti tas-sajd li jappartjenu lill-familja tal-Gempylidae wriet li l-prodotti tas-sajd li jappartjenu lil dik il-familja, b’mod partikolari ir-Ruvettus pretiosus u l-Lepidocybium flavobrunneum, jista’ jkollhom effetti gastrointestinali li jagħmlu ħsara jekk ma jiġux ikkonsmati f’ċerti kundizzjonijiet. Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jesiġi li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jwettqu l-verifiki rigward il-kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq li l-operaturi tal-kummerċ tal-ikel ikollhom jirrispettaw fir-rigward tal-prodotti tas-sajd li jappartjenu lill-familja tal-Gempylidae.

(9)

Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għal prodotti tas-sajd imħejjija u pproċessati ġejjin minn dawn l-ispeċi. Madankollu, il-konsumatur jista’ jiltaqa’ ma’ riskji simili fir-rigward ta’ prodotti iffriżati tas-sajd ġejjin minn dik il-familja. Huwa għalhekk xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jintalbu jwettqu verifiki wkoll għall-prodotti ffriżati tas-sajd li jappartjenu lil din il-familja.

(10)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 2076/2005 għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma emendati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fir-Regolament (KE) Nru 2076/2005, l-Artikoli 14 u 17a tħassru.

Artikolu 3

Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom ġiet applikata marka tas-saħħa skond il-punt (c) tal-paragrafu 3 tal-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 qabel l-1 ta’ Novembru 2009 jistgħu jiġu importati fil-Komunità sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punt 1(a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.


ANNESS

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 3 tal-Kapitolu III tat-Taqsima I, il-punt (c) jitbiddel b’dan li ġej:

“(c)

meta l-marka tiġi applikata f’biċċerija li tinstab fil-Komunità, il-marka għandha tinkludi l-abbrevjazzjoni CE, EB, EC, EF, EG, EK, EO, EY, ES, EÜ, EK jew WE.

Dawn l-abbrevjazzjonijiet ma għandhomx ikunu inklużi fil-marki applikati fuq laħam importat fil-Komunità minn biċċeriji li jinsabu barra l-Komunità.”

(b)

Fil-Parti A tal-Kapitolu III tat-Taqsima III, il-punt (a) jitbiddel b’dan li ġej:

“(a)

Fejn l-istabbiliment ikun għamel użu minn prassi iġjenika tajba skond l-Artikolu 4(4) tar-Regolament u l-proċedura HACCP għal mill-inqas 12-il xahar, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-istaff tal-istabbiliment biex iwettaq ħidmiet ta’ awżiljarji uffiċjali. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk l-istaff tal-istabbiliment ikun tħarreġ, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, bl-istess mod bħall-awżiljarji uffiċjali għall-ħidmiet tal-awżiljarji uffiċjali jew għall-ħidmiet speċifiċi li huma awtorizzati li jwettqu. Dan l-istaff għandu jkun taħt is-sorveljanza, id-direzzjoni u r-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-veterinarju uffiċjali għandu jkun preżenti fl-eżamijiet ante-mortem u post-mortem, għandu jissorvelja dawn l-attivitajiet u jwettaq testijiet regolari ta’ prestazzjoni biex jiżgura li l-prestazzjoni tal-istaff tal-biċċerija tissodisfa l-kriterji speċifiċi stabbiliti mill-awtorità kompetenti, u għandu jiddokumenta r-riżultati ta’ dawn it-testijiet ta’ prestazzjoni. Fejn il-livell tal-iġjene tal-istabbiliment ikun affettwat mill-ħidma ta’ dan l-istaff, fejn l-istaff ma jwettaqx il-ħidmiet kif xieraq jew fejn b’mod ġenerali l-istaff iwettaq ħidmietu b’mod li l-awtorità kompetenti tqis li mhuwiex sodisfaċenti, l-awżiljarji uffiċjali għandhom jieħdu post dan l-istaff.”

(2)

Fil-Parti A tal-Kapitolu II tal-Anness II, il-punt 4 jitbiddel b’dan li ġej:

“4.

L-awtorità kompetenti tista’ tikklassifika bħala waħda li tkun ġejja minn żoni ta’ Klassi B li minnhom jistgħu jinġabru molluski bivalvi u li jistgħu biss jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem wara trattament f’ċentru ta’ purifikazzjoni jew wara t-tqegħid mill-ġdid biex jissodisfaw l-istandards ta’ saħħa msemmija fil-paragrafu 3. Molluski bivalvi ħajjin minn dawn iż-żoni ma għandhomx jaqbżu, fid-90 % tal-kampjuni, l-4 600E. coli għal kull 100 g ta’ laħam u likwidu intravalvulari. Fil-bqija tal-10 % tal-kampjuni, il-molluski bivalvi ħajjin m’għandhomx jaqbżu s-46 000E. coli għal kull 100 g ta’ laħam u likwidu intravalvulari.

Il-metodu ta’ referenza għal din l-analiżi huwa t-test tal-ħames tubi, tliet taħlitiet, tan-Numru l-Aktar Probabbli (MPN (Most Probable Number)) speċifikat f’ISO 16649-3. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi jekk dawn jiġu vvalidati ma’ dan il-metodu ta’ referenza skond il-kriterji f’EN/ISO 16140.”

(3)

Fil-Kapitolu II tal-Anness III, il-Parti G titbiddel b’dan li ġej:

“G.   PRODOTTI TAS-SAJD VELENUŻI

Għandhom isiru verifiki biex jiżguraw li:

1.

il-prodotti tas-sajd ġejjin minn ħut velenuż tal-familji li ġejjin ma jitqiegħdux fis-suq: Tetraodontidae, Molidae, Diodontidae u Canthigasteridae;

2.

il-prodotti tas-sajd friski, imħejjija, iffriżati u pproċessati li jappartjenu lill-familja Gempylidae, b’mod partikolari r-Ruvettus pretiosus u l-Lepidocybium flavobrunneum, jistgħu jitqiegħdu biss fis-suq f’forma imqartsa/ippakkjata u għandhom ikunu ttikkettjati kif xieraq biex jipprovdu t-tagħrif lill-konsumatur dwar il-metodi ta’ tħejjija/tisjir u dwar ir-riskju relatat mal-preżenza ta’ sustanzi b’effetti gastrointestinali li jagħmlu ħsara. L-ismijiet xjentifiċi tal-prodotti tas-sajd u l-ismijiet komuni għandhom jidhru fuq it-tikketta;

3.

il-prodotti tas-sajd li fihom il-bijotossini bħas-Ciguatera jew tossini oħra ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem ma jitqiegħdux fis-suq. Madankollu, prodotti tas-sajd li ġejjin minn molluski bivalvi, mill-ekinodermi, t-tunikati u mill-gastropodi tal-baħar jistgħu jitqiegħdu fis-suq jekk ikunu ġew prodotti skond it-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u jkunu konformi mal-istandards stipulati fil-kapitolu V, punt 2, ta’ dik it-Taqsima.”


18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1022/2008

tas-17 ta’ Ottubru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-limiti ta' nitroġenu bażiku volatili totali (TVB-N)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(9) tiegħu,

Billi:

(1)

It-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula li operaturi tal-industrija tal-ikel iridu jwettqu kontrolli speċifiċi biex ma jħallux li jitqiegħdu fis-suq prodotti tas-sajd li ma jkunux adatti għall-konsum mill-bniedem. Dawk il-kontrolli jinkludu l-limiti tan-nitroġenu bażiku volatili totali (TVB-N), li m'għandhomx jinqabżu.

(2)

Il-Kapitolu I tat-Taqsima II tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistipula l-miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jemenda ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (2) jistipula l-limiti TVB-N għal ċerti kategoriji ta' prodotti tas-sajd u l-metodi ta' analiżi li jridu jintużaw.

(3)

Skond l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, meta bastimenti li ma kinux imfassla jew mgħammra biex jippriservaw prodotti tas-sajd friski għal aktar minn 24 siegħa jħottu fuq l-art dak li jkunu qabdu, il-prodotti tas-sajd friski jridu jitkessħu kemm jista' jkun malajr wara li jitniżżlu fl-art u jinħażnu fit-temperatura li fiha jinħall is-silġ.

(4)

Madankollu, meta prodotti sħaħ tas-sajd ġejjin minn bastimenti bħal dawn jintużaw direttament fil-preparazzjoni ta' żejt tal-ħuta għall-konsum mill-bniedem, il-materja prima tista' tiġi pproċessata sa 36 siegħa mingħajr tkessiħ wara l-qabda jew t-tagħbija fuq il-bastiment, sakemm il-prodotti tas-sajd jibqgħu jilħqu l-kriterji tal-freskezza.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li jitniżżel limitu TVB-N ġenerali li ma għandux jinqabeż fl-ispeċi ta' ħut użati għall-produzzjoni diretta ta' żejt tal-ħuta għall-konsum mill-bniedem, meta tintuża dik il-possibilità.

(6)

Minħabba l-varjazzjoni bejn l-ispeċi, jista' jkun xieraq ukoll li jiġu stipulati limiti TVB-N għal ċerti speċi. Sakemm issir l-armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju ta' dawk il-limiti TVB-N ogħla, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw limiti nazzjonali għal ċerti speċi, sakemm il-ħut jibqgħu jissodisfaw il-kriterji tal-freskezza.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 għandu għalhekk ikun emendat skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27.


ANNESS

Fil-Kapitolu I tat-Taqsima II tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Prodotti tas-sajd mhux ipproċessati għandhom jitqiesu bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem meta l-valutazzjoni organoleptika tkun qajmet dubji dwar kemm dawn huma friski u l-verifiki kimiċi juru li l-limiti ta' TVB-N li ġejjin inqabżu:

(a)

25 mg ta' nitroġenu/100 g ta' laħam għall-ispeċi msemmija fil-punt 1 tal-Kapitolu II;

(b)

30 mg ta' nitroġenu/100 g ta' laħam għall-ispeċi msemmija fil-punt 2 tal-Kapitolu II;

(c)

35 mg ta' nitroġenu/100 g ta' laħam għall-ispeċi msemmija fil-punt 3 tal-Kapitolu II;

(d)

60 mg ta' nitroġenu/100 g ta' prodotti tas-sajd sħaħ użati direttament għall-preparazzjoni taż-żejt tal-ħuta għall-konsum mill-bniedem kif imsemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-Parti B(1) tal-Kapitolu IV tat-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; madankollu, meta l-materja prima tikkonforma mal-punti (a), (b) u (c) tal-Parti B(1) ta' dak il-Kapitolu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti f'livell ogħla għal ċerti speċi sakemm tiġi stabbilita leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika.

Il-metodu ta' referenza li jrid jintuża għall-verifikazzjoni tal-limiti TVB-N jinvolvi d-distillazzjoni ta' estratt deproteinizzat permezz ta' aċtu perkloriku kif stabbilit fil-Kapitolu III.”


18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1023/2008

tas-17 ta’ Ottubru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu transitorju mogħti lill-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimportaw żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel. Dak ir-Regolament jistipula li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jipproduċu żejt tal-ħut maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Dan japplika fir-rigward tal-attivitajiet u l-persuni li r-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplika għalihom.

(3)

L-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistipula l-arranġamenti transitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) 854/2004 u (KE) 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jemenda r-Regolament (KE) Nru 854/2004 (3) jistipula deroga mir-rekwiżiti għaż-żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem stipulati fis-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-operaturi tan-negozju tal-ikel biex ikunu jistgħu jkomplu, sal-31 ta’ Ottubru 2008, jimportaw żejt tal-ħut minn stabbilimenti f'pajjiżi terzi li kienu approvati għal dik il-fini qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1664/2006 (4).

(4)

Barra minn hekk, l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jistipula deroga mill-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistipula l-miżuri implimentattivi għal ċerti prodotti skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali skond ir-Regolament (KE) 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (5), għaż-żejt tal-ħut li nħariġlu ċertifikat skond ir-regoli nazzjonali applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005, mimli u ffirmat kif suppost qabel il-31 ta’ Ottubru 2008, li jista' jkun importat fil-Komunità sal-31 t’ Diċembru 2008.

(5)

Ir-rekwiżiti għall-produzzjoni taż-żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 kienu emendati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2008 (6) sabiex jindirizzaw diffikultajiet prattiċi mġarrba minn pajjiżi terzi sabiex jaġġustaw il-kundizzjonijiet ta' pproċessar fi stabbilimenti li jipproduċu ż-żejt tal-ħut.

(6)

Sabiex jiġi evitat xkiel bla bżonn għan-negozju minħabba proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni u għall-elenkar ta' stabbilimenti li jaqgħu taħt ir-regoli emendati, huwa f'loku illi d-deroga tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 tiġi estiża sat-30 ta’ April 2009.

(7)

Id-deroga stipulata fl-Artikolu 7(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' żejt tal-ħut li għalih inħareġ ċertifikat skond ir-regoli nazzjonali għandha tiġi estiża wkoll sat-30 ta’ Ġunju 2009. Barra minn hekk, ċertifikati bħal dawn għandhom jimtlew u jiġu ffirmati kif suppost qabel it-30 ta’ April 2009.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għandu għalhekk ikun emendat skond dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu 3 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“3.   Permezz tad-deroga mill-Anness III, Sezzjoni VIII, Kapitolu IV, Parti B tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operaturi fil-kummerċ tal-ikel jistgħu jkomplu sat-30 ta’ April 2009 jimportaw żejt tal-ħut minn stabbilimenti f’pajjiżi terzi li kienu ġew approvati għal dak il-għan qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2008 (*)

(*)  ĠU L 277, 18.10.2008, p. 8.”"

2.

Fil-paragrafu 4, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)

id-data “31 t’ Ottubru 2008” tinbidel bid-data “30 t’ April 2009”;

(ii)

id-data “31 ta’ Diċembru 2008” tinbidel bid-data “30 ta’ Ġunju 2009”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.

(4)  ĠU L 320, 18.11.2006, p. 13.

(5)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27.

(6)  Ara paġna 8 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1024/2008

tas-17 ta' Ottubru 2008

li jistabbilixxi miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 dwar il-ħolqien ta’ skema ta’ liċenzji FLEGT għall-importazzjonijiet ta’ injam fil-Komunità Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ħolqien ta’ sistema ta’ liċenzji FLEGT għall-importazzjonijiet ta’ injam fil-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE tal-Infurzar tal-Liġi, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Foresti (FLEGT) (2) jistabbilixxi miżuri li l-għan tagħhom huwa l-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u n-negozju marbut miegħu. Il-Pjan ta’ Azzjoni jipproponi l-iżvilupp ta’ skema ta’ liċenzji ta’ Infurzar tal-Liġi, Governanza u Kummerċ tal-Foresti (minn hawn ’il quddiem imsejħa skema ta’ liċenzji FLEGT) biex ikun żgurat li l-injam li jinqata' b'mod legali biss jiġi impurtat mill-pajjiżi parteċipanti fl-iskema.

(2)

Taħt din l-iskema l-Komunità għandha l-għan li tikkonkludi Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja ma’ pajjiżi u organizzazzjonijiet reġjonali (pajjiżi msieħba tal-FLEGT). Il-prodotti tal-injam esportati mill-pajjiżi msieħba tal-FLEGT lejn il-Komunità għandhom ikunu koperti minn liċenzja tal-FLEGT maħruġa mill-awtorità tal-liċenzji ta' dak il-pajjiż partikolari. Il-liċenzja tal-FLEGT għandha turi l-legalità tal-prodotti tal-injam kopert, kif stabbilit fil-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja tal-FLEGT partikolari.

(3)

Ir-Regolament (KE) 2173/2005 jistabbilixxi l-proċeduri tal-UE għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ liċenzji tal-FLEGT, inkluż ir-rekwiżit li l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti tal-injam li joriġinaw mill-Pajjiżi Msieħba tal-FLEGT jkunu koperti minn liċenzja tal-FLEGT.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-iskema ta' liċenzji tal-FLEGT l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-prodotti tal-injam li jkunu ddikjarati li jistgħu jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità huma koperti minn liċenzja tal-FLEGT. Il-liċenzja tal-FLEGT għandha tiġi aċċettata jekk ikunu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet iddettaljati dwar il-kundizzjonijiet li fihom tiġi aċċettata l-liċenzja tal-FLEGT.

(6)

Sabiex jiġi żgurat trattament konsistenti ta’ liċenzji tal-FLEGT mill-awtoritajiet fl-Istati Membri huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-liċenzja. Barra minn hekk huwa meħtieġ li l-liċenzji tal-FLEGT ikollhom format standardizzat biex b’hekk tiġi ffaċilitata l-verifika effettiva tagħhom.

(7)

Meta wieħed jikkunsidra l-kompetittività tan-negozju internazzjonali tal-injam, l-implimentazzjoni tal-iskema ta' liċenzji tal-FLEGT tirrekjedi li l-proċeduri dwar ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti tal-injam liċenzjati bil-FLEGT ma jwasslux għal dewmien inġustifikat fil-proċeduri tal-importazzjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu previsti proċeduri għall-verifika u l-aċċettazzjoni tal-liċenzja tal-FLEGT li jkunu sempliċi u prattiċi kemm jista' jkun, mingħajr ma madankollu tiġi kompromessa l-kredibbiltà tas-sistema.

(8)

Il-Komunità u l-Istati Membri impenjaw ruħhom, taħt l-Aġenda ta’ Liżbona, li jsaħħu l-kompetittività tal-kumpaniji b'negozju fl-Ewropa. Skont id-Deċiżjoni 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-twassil interoperabbli ta’ servizzi tal-e-Government pan-Ewropej lil amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini (IDABC) (3), il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni effiċjenti, effettivi u interoperabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi u ċ-ċittadini tal-Komunità.

(9)

Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali hija rregolata bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (4) li hija applikabbli bis-sħiħ għall-ippoċessar tad-data personali għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, partikolarment fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali fil-liċenzji.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura, tal-Kumitat tal-Infurzar tal-Liġi, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Foresti (FLEGT),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“kunsinna” tfisser kwantità ta’ prodotti tal-injam stabbilita fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) 2173/2005 koperta minn liċenzja tal-FLEGT li tintbagħat minn pajjiż imsieħeb mill-konsenjatur jew minn min bagħatha u hija ppreżentata għar-rilaxx ta' ċirkolazzjoni ħielsa f'uffiċċju doganali.

(2)

“liċenzja elettronika” tfisser liċenzja tal-FLEGT f’format diġitali li tista’ tiġi ppreżentata jew ipproċessata b’mod elettroniku u li tinkludi l-informazzjoni applikabbli kollha identifikata mis-sezzjonijiet kif stabbiliti fl-Anness.

(3)

“liċenzja fuq karta” tfisser liċenzja tal-FLEGT li hija konformi mal-format stabbilit fl-Anness.

(4)

“awtorità/awtoritajiet kompetenti” tfisser awtorità/awtoritajiet maħtura mill-Istat Membru biex jirċievu, jaċċettaw u jivverifikaw il-liċenzji tal-FLEGT.

KAPITOLU II

REKWIŻITI RELATATI MAL-LIĊENZJI TAL-FLEGT

Artikolu 3

1.   Liċenzja tal-FLEGT, minn hawn ’il quddiem imsemmija “liċenzja”, tista’ tkun kemm fuq karta kif ukoll liċenzja elettronika.

2.   Il-Kummissjoni se tibgħat kampjun jew l-ispeċifitajiet tekniċi tal-liċenzja mfassla minn kull pajjiż imsieħeb lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet doganali ta’ kull Stat Membru.

Artikolu 4

L-użu tal-liċenzja għandu jsir mingħajr ħsara għal kwalunkwe formalità marbuta mal-moviment tal-prodotti fil-Komunità.

Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn il-kunsinna tiġi ddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jistgħu jitolbu li l-liċenzja tiġi tradotta fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

L-ispejjeż korrispondenti għandhom jiġu mħallsa mill-impurtatur.

KAPITOLU III

AĊĊETTAZZJONI U VERIFIKA

Artikolu 6

1.   Il-liċenzja għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-kunsinna koperta minn dik il-liċenzja hija ddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa.

2.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw, skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, lill-awtoritajiet doganali minnufih meta l-liċenzja tiġi aċċettata.

3.   Liċenzja għandha tiġi kkunsidrata nulla jekk id-data meta tiġi ppreżentata tkun aktar tard mid-data tal-iskadenza indikata fil-liċenzja.

4.   Liċenzja ppreżentata qabel il-wasla tal-kunsinna li tkun tkopri tista’ tiġi aċċettata jekk il-liċenzja tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 7 u jitqies li ma jkun hemm l-ebda ħtieġa għal verifika ulterjuri skont l-Artikolu 9 (1).

5.   Fejn jitqies neċessarju li ssir verifika ulterjuri tal-liċenzja jew tal-kunsinna skont l-Artikoli 9 u 10, il-liċenzja għandha tiġi aċċettata biss wara li l-verifika ulterjuri titwettaq b’mod sodisfaċenti.

Artikolu 7

1.   Il-liċenzji fuq karta għandhom ikunu konformi mal-kampjun rispettiv tal-liċenzja.

2.   Kemm il-liċenzji fuq karta kif ukoll dawk elettroniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Anness, skont in-noti ta’ gwida stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 8

1.   M'għandu jkun aċċettat ebda tħassir jew tibdil f'liċenzja sakemm tali tħassir u tibdil jiġi vvalidat mill-awtorità tal-liċenzji.

2.   L-estensjoni tal-validità tal-liċenzja m’għandhiex tkun aċċettata sakemm l-estensjoni ma tkunx ivvalidata mill-awtorità tal-liċenzji.

3.   M'għandhiex tkun aċċettata liċenzja dduplikata jew ta’ sostituzzjoni sakemm ma tkunx inħarġet jew ġiet ivvalidata mill-awtorità tal-liċenzji.

4.   Liċenzja m’għandhiex tkun aċċettata jekk, fejn ikun meħtieġ wara l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 9 jew investigazzjoni ulterjuri konformement mal-Artikolu 10, jiġi stabbilit li l-liċenzja ma tikkorrispondix mal-kunsinna.

Artikolu 9

Fil-każ li jkun hemm dubju dwar jekk il-liċenzja, il-liċenzja dduplikata jew ta’ sostituzzjoni tistax tiġi aċċettata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali lill-awtorità tal-liċenzji tal-pajjiż imsieħeb.

Kopja tal-liċenzja, il-liċenzja dduplikata jew il-liċenzja ta’ sostituzzjoni in kwistjoni tista’ tintbagħat flimkien mat-talba.

Artikolu 10

6.   Jekk verifika ulterjuri titqies bħala meħtieġa qabel mal-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk liċenzja tistax tiġi aċċettata jew le, jistgħu jitwettqu verifiki sabiex jiġi stabbilit jekk il-kunsinna kkonċernata tikkonformax mal-informazzjoni fil-liċenzja u fejn ikun meħtieġ mar-rekords relatati mal-liċenzja relevanti li jkollha l-awtorità tal-liċenzji.

7.   Fejn il-volum jew il-piż tal-prodotti tal-injam fil-kunsinna ppreżentata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ma jkunux differenti b’aktar minn 10 % mill-volum jew il-piż indikati fil-liċenzja korrispondenti, il-kunsinna għandha titqies konformi mal-informazzjoni fil-liċenzja f’dak li għandu x’jaqsam ma' volum jew piż.

Artikolu 11

8.   Għandha ssir referenza għan-numru tal-liċenzja li tkopri l-prodotti tal-injam soġġetti għal dikjarazzjoni tad-dwana għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-kaxxa 44 ta’ Dokument Amministrattiv Uniku fejn issir id-dikjarazzjoni.

Fejn id-dikjarazzjoni tad-dwana ssir b’teknika ta’ pproċessar ta’ data r-referenza għandha ssir fil-kaxxa xierqa.

9.   Il-prodotti tal-injam għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa biss jekk titwettaq il-proċedura mfissra fl-Artikolu 6(2).

Artikolu 12

Fejn ikun hemm distinzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tad-dwana l-Istati Membri jistgħu jiddelegaw funzjonijiet speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti lill-awtoritajiet tad-dwana.

Din id-delega għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

Artikolu 13

Il-proċeduri deskritti f’dan il-Kapitolu għandhom isiru f’koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tad-dwana.

KAPITOLU IV

SISTEMI ELETTRONIĊI

Artikolu 14

10.   L-Istati Membri jistgħu jużaw sistemi elettroniċi għall-iskambju u r-reġistrazzjoni ta’ data li tkun fil-liċenzji.

11.   Is-sistemi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-iskambju ta’ data bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tad-dwana, fuq in-naħa l-waħda, u l-Kummissjoni jew l-Awtorità tal-Liċenzji tal-pajjiżi msieħba fuq in-naħa l-oħra.

12.   Fil-waqt li jistabbilixxu s-sistemi elettroniċi l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kumplimentarità, il-kumpatibbiltà u l-interoperabbiltà. Huwa għandhom jikkunsidraw il-gwida maħruġa mill-Kummissjoni.

Artikolu 15

Is-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 13(1) jistgħu, fost l-oħrajn, jinkludu dan li ġej:

(a)

Proċedura biex tiġi rċevuta u rreġistrata data inkluża fil-liċenzji;

(b)

Proċedura għall-iskambju ta’ data li tinsab fil-liċenzji;

(c)

Mezz għaż-żamma ta’ data li tinsab fil-liċenzji;

KAPITOLU V

PROTEZZJONI TAD-DATA

Artikolu 16

Dan ir-Regolament ma jaffettwax u bl-ebda mod ma jolqot il-livell ta’ protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Komunità u dik nazzjonali, u b’mod partikolari ma jibdilx l-obbligi u d-drittijiet stipulati fid-Direttiva 95/46/KE. Din il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali għandha tiġi żgurata partikolarment fir-rigward ta’ kwalunkwe żvelar u komunikazzjoni ta' data personali f'liċenzja.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data li fiha tibda tapplika l-ewwel emenda għall-Anness I tar-Regolament (KE) 2173/2005, adottata b'konformità mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

(2)  COM(2003) 251 finali.

(3)  ĠU L 144, 30.4.2004, p. 65.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


ANNESS

(Format ipprovdut fl-Artikolu 2(3))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1025/2008

tas-17 ta' Ottubru 2008

li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Radicchio di Chioggia (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, it-talba mressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Radicchio di Chioggia” kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 41, 15.2.2008, p. 26.


ANNESS

Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali fl-istat naturali jew ipproċessati

L-ITALJA

Radicchio di Chioggia (IĠP)


18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1026/2008

tas-17 ta’ Ottubru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Ottubru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Ottubru 2008 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2008 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1003/2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1003/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1003/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fit-18 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 275, 16.10.2008, p. 34.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-18 ta’ Ottubru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00  (2)

ta' kwalità medja

0,00  (2)

ta' kwalità baxxa

0,00  (2)

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00  (2)

1002 00 00

SEGALA

24,16  (2)

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

8,68

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (3)

8,68  (2)

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

24,16  (2)


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 608/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.

(3)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.10.2008-16.10.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

195,25

112,11

Prezz FOB USA

281,83

271,83

251,83

115,36

Tariffa fuq il-Golf

16,98

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

4,76

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

18,80  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

17,51  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Ottubru 2008

li tistipula l-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ ċerti konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sri Lanka

(2008/803/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Preferenzi Ġeneralizzati,

Billi:

(1)

Rapporti, stqarrijiet u tagħrif tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, inkluż ir-rapport tar-Relatur Speċjali dwar l-Eżekuzzjonijiet Ekstraġudizzjarji tas-27 ta’ Marzu 2006, l-istqarrija tal-Konsulent Speċjali għar-Rappreżentant Speċjali għat-Tfal u l-Kunflitti Armati tat-13 ta’ Novembru 2006 u l-istqarrija tar-Relatur Speċjali dwar it-tortura u trattament krudili, inuman u degradanti ieħor, tad-29 ta’ Ottubru 2007, kif ukoll rapporti oħrajn disponibbli pubblikament u tagħrif minn sorsi rilevanti oħrajn, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi, jindikaw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka, li tinkorpora konvenzjonijiet internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti oħrajn u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, mhix qed tiġi implimentata b’mod effettiv.

(2)

Il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti oħrajn, u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, huma elenkati bħala konvenzjonijiet essenzjali tad-drittijiet tal-bniedem fil-punti 1, 5 u 6 rispettivament tal-Anness III, il-Parti A tar-Regolament (KE) Nru 980/2005.

(3)

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 980/2005 jistipula l-irtirar temporanju tal-arranġament speċjali tal-inċentiv imsemmi fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II ta’ dak ir-Regolament, jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tinkorpora dawk il-konvenzjonijiet imsemmija fl-Anness III tar-Regolament li ġew ratifikati bi twettiq tar-rekwiżiti tal-Artikolu 9(1) u (2) ma jkunux implimentati b’mod effettiv.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif li waslilha u sabet li dan jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għall-ftuħ ta’ investigazzjoni bl-għan li jiġi ddeterminat jekk il-leġiżlazzjoni tas-Sri Lanka dwar ir-rikonoxximent u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem humiex implimentati b’mod effettiv. Dan jippermetti wkoll li jiġi ddeterminat jekk ikunx iġġustifikat l-irtirar tal-arranġament speċjali ta’ inċentiv.

(5)

Il-konsultazzjonijiet mal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati saru fit-23 ta’ Settembru 2008,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Kummissoni għandha tibda investigazzjoni sabiex tistabbilixxi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka, li tinkorpora l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti oħrajn, u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, hijiex implimentata b’mod effettiv.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.


18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Ottubru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tad-dħul tal-Brażil, il-Montenegro u s-Serbja fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6024)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/804/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni ta' equidae (1) minn pajjiżi terzi, u b'mod partikolari l-Artikoli 12(1) u 4, u l-fażi introduttorja tal-Artikolu 19 u l-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 19 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijoni li mhumiex suġġetti għall-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali kif stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 90/426/KEE tistipula kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità tal-equidae ħajjin. Hija tipprevedi li importazzjonijiet ta' equidae fil-Komunità huma awtorizzati biss minn pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorji tagħhom, li ilhom ħielsa mill-glanders għal perjodu ta' mill-inqas sitt xhur.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (3) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, jew partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tagħhom, u tindika l-kondizzjonijiet l-oħra applikabbli għal importazzjonijiet bħal dawn. Il-lista hija stipulata fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-enċefalomjelite ekwina tal-Veneżwela u l-glanders iseħħu f'partijiet tat-territorju tal-Brażil u għalhekk importazzjonijiet ta' equidae, u bħala konsegwenza s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, huma permessi biss għall-partijiet tat-territorju ħielsa mill-mard ta' dak il-pajjiż deskritti bħala “BR-1” fil-kolonna 4 tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE. L-Istat ta' São Paulo huwa inkluż ukoll f'dik il-lista.

(4)

F'Settembru 2008, il-Brażil innotifika lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bil-konferma ta' każ ta' glanders f'żiemel fis-subborgi tal-Istat ta' São Paulo. Minħabba li dak l-Istat ma għadux ħieles mill-glanders, għandu jitħassar mil-lista stipulata fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(5)

Minkejja dan, fid-dawl tal-informazzjoni u l-garanziji mogħtija mill-Brażil, huwa possibbli li għal perjodu ta' żmien jiġi permess minn parti tat-territorju tal-Istat ta' São Paulo d-dħul mill-ġdid ta' żwiemel irreġistrati wara esportazzjoni temporanja skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kondizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel irreġistrati għat-tiġrija, il-kompetizzjoni u l-okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (4).

(6)

Barra dan, il-lista stipulata fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tieħu inkunsiderazzjoni s-separazzjoni tat-territorji doganali tal-Montenegro u s-Serbja u dawk iż-żewġ pajjiżi terzi għandhom jiġu elenkati separatament, biex b'hekk jippermettu l-importazzjoni tal-equidae ħajjin, is-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom kemm mill-Montenegro kif ukoll mis-Serbja taħt l-istess kondizzjonijiet addizzjonali kif speċifikat bħalissa għas-“Serbja u l-Montenegro” f'dak l-Anness.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE jiġi emendat kif ġej:

(1)

l-entrata għall-Brażil tinbidel b'dan li ġej:

“BR

Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

 

BR-1

L-Istati ta':

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, Mato Grosso do Sul, Goiás, Minas Gerais, Rio de Janeiro, Espíritu Santo, Rodónia, Mato Grosso

D

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

BR-2

Sociedade Hipica Paulista, l-ajruport Viracopos u l-awtorotta bejn iż-żewġ postijiet fl-Istat ta' São Paulo

D

X

Valida sal-15.11.2008”

(2)

l-entrata li ġejja għall-Montenegro tiddaħħal bejn l-entrata għall-Marokk u l-entrata għall-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja:

“ME

Il-Montenegro

ME-0

Il-pajjiż kollu

B

X

X

X

X

X

X

X

X

X”

 

(3)

l-entrata li ġejja għas-Serbja tiddaħħal bejn l-entrata għall-Qatar u l-entrata għar-Russja:

“RS

Is-Serbja

RS-0

Il-pajjiż kollu

B

X

X

X

X

X

X

X

X

X”

 

(4)

l-entrata għas-Serbja u l-Montenegro titħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

(2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(3)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1.


18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.