ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 269

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
10 ta' Ottubru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 990/2008 tad-9 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 991/2008 tad-9 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 992/2008 tad-9 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 959/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Ottubru 2008

5

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/784/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi passiv separat ta’ Montenegro u tnaqqas proporzjonalment il-passiv tas-Serbja fir-rigward ta’ self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (magħrufa qabel bħala r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja) skond id-Deċiżjonijiet 2001/549/KE u 2002/882/KE

8

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/785/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/56/KE li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva, Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għat-tmexxija tal-azzjoni komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

11

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

10.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 269/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 990/2008

tad-9 ta’ Ottubru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

88,3

MK

57,1

TR

64,0

ZZ

69,8

0707 00 05

JO

156,8

MK

68,9

TR

100,9

ZZ

108,9

0709 90 70

TR

116,3

ZZ

116,3

0805 50 10

AR

65,9

BR

51,8

TR

98,8

UY

95,7

ZA

85,6

ZZ

79,6

0806 10 10

BR

224,6

TR

90,6

US

224,7

ZZ

180,0

0808 10 80

AR

70,6

BR

145,7

CL

157,7

CN

64,0

CR

67,4

MK

37,6

NZ

116,2

US

120,8

ZA

82,8

ZZ

95,9

0808 20 50

CL

45,1

CN

84,7

TR

136,5

ZA

108,8

ZZ

93,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


10.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 269/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 991/2008

tad-9 ta’ Ottubru 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 980/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 267, 8.10.2008, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-10 ta’ Ottubru 2008

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

23,14

4,73

1701 11 90  (1)

23,14

9,96

1701 12 10  (1)

23,14

4,54

1701 12 90  (1)

23,14

9,53

1701 91 00  (2)

25,41

12,62

1701 99 10  (2)

25,41

8,01

1701 99 90  (2)

25,41

8,01

1702 90 95  (3)

0,25

0,40


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


10.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 269/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 992/2008

tad-9 ta’ Ottubru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 959/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Ottubru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2008 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 959/2008 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 959/2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 959/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 959/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-10 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 262, 1.10.2008, p. 3.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-10 ta’ Ottubru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00  (2)

ta' kwalità medja

0,00  (2)

ta' kwalità baxxa

0,00  (2)

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00  (2)

1002 00 00

SEGALA

14,05  (2)

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (3)

0,00  (2)

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

14,05  (2)


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 608/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.

(3)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

30.9.2008-8.10.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

212,82

148,11

Prezz FOB USA

308,39

298,39

278,39

119,98

Tariffa fuq il-Golf

13,44

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

3,63

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

23,46  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

23,00  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

10.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 269/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Ottubru 2008

li tistabbilixxi passiv separat ta’ Montenegro u tnaqqas proporzjonalment il-passiv tas-Serbja fir-rigward ta’ self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (magħrufa qabel bħala r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja) skond id-Deċiżjonijiet 2001/549/KE u 2002/882/KE

(2008/784/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/549/KE tas-16 ta’ Lulju 2001 li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (2), il-Komunità tat lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja self fit-tul ta’ EUR 225 miljun biex tiżgura sitwazzjoni ta’ bilanċ tal-pagamenti sostenibbli u t-tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ riżerva tal-pajjiż. Is-self tħallas bis-sħiħ f’pagament wieħed mill-Kummissjoni f’Ottubru 2001.

(2)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/882/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (3), il-Komunità tat lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja self fit-tul ta’ EUR 55 miljun biex tiżgura sitwazzjoni ta’ bilanċ tal-pagamenti sostenibbli u tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ riżerva tal-pajjiż. Is-self tħallas bis-sħiħ mill-Kummissjoni fi tliet pagamenti rispettivament EUR 10 miljun fi Frar 2003, EUR 30 miljun f’Settembru 2003 u EUR 15-il miljun f’April 2005.

(3)

Skond il-Karta Kostituzzjonali ta’ l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro, adottata fl-4 ta’ Frar 2003, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja kienet ikkostitwita mill-ġdid bħala l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro.

(4)

Fit-3 ta’ Ġunju 2006, imsejjes fuq l-Artikolu 60 tal-Karta Kostituzzjonali ta’ l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro u skond ir-referendum tal-Montenegro tal-21 ta’ Mejju 2006, il-Parlament tal-Montenegro għamel dikjarazzjoni fuq l-indipendenza tal-pajjiż, li ddikjarat li l-Montenegro hu Stat indipendenti b’personalità legali sħiħa skond il-liġi internazzjonali.

(5)

Fil-5 ta’ Ġunju 2006, il-Parlament tas-Serbja adotta deċiżjoni li ddefiniet is-Serbja bħala l-Istat suċċessur ta’ l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro.

(6)

Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2006, ikkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlament tal-Montenegro u d-deċiżjoni tal-Parlament tas-Serbja u ddikjara li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kienu ddeċidew li jiżviluppaw aktar ir-relazzjonijiet mal-Montenegro bħala Stat sovran u indipendenti.

(7)

Fl-10 ta’ Lulju 2006, il-Montenegro u s-Serbja kellhom ftehim dwar ir-regolament tas-sħubija fl-organizzazzjonijiet finanzjarji internazzjonali u t-tqassim ta’ l-assi u l-passivi finanzjarji, skond liema s-self ta’ għajnuna makrofinanzjarja mogħti lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja jew l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro se jissoktaw jitħallsu bil-proporzjon ta’ 90 % għas-Serbja u 10 % għall-Montenegro, sakemm ma jintużawx perċentwali oħra fuq il-bażi tal-prinċipji tal-benefiċjarju finali.

(8)

Il-Montenegro u s-Serbja, permezz tal-Bank Ċentrali tal-Montenegro u l-Bank Nazzjonali tas-Serbja, qegħdin jissoktaw iħallsu bis-sħiħ id-dejn għal obbligi li jitnisslu mill-operazzjonijiet tas-self Komunitarju.

(9)

Skond l-Appendiċi 4 għall-ftehim ta’ l-10 ta’ Lulju 2006 bejn il-Montenegro u s-Serbja, dejn totali ta’ EUR 6 703 388,62 li ġej mis-self ta’ għajnuna makrofinanzjarja ngħata lill-Montenegro.

(10)

Iż-żewġ pajjiżi qegħdin iħallsu d-dejn għall-obbligi skond it-tqassim 90:10 miftiehem bejniethom, għajr operazzjoni waħda li qegħda titħallas skond il-prinċipju tal-benefiċjarju finali (99.47 % għas-Serbja u 0.53 % għall-Montenegro).

(11)

B’kunsiderazzjoni għar-relazzjonijiet żviluppati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro bħala Stat indipendenti, b’mod partikolari s-Sħubija Ewropea stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/49/KE tat-22 ta’ Jannat 2007 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet fis-Sħubija Ewropea mal-Montenegro (4), u l-perjodu twil ta’ żmien li fih għandhom isiru l-ħlasijiet lura, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tieħu azzjoni xierqa biex tiżgura li l-passivi li ġejjin mis-self mogħti skond id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/549/KE u 2002/882/KE jinqasmu bejn il-Montenegro u s-Serbja fil-proporzjonijiet miftehma bilateralment bejn iż-żewġ pajjiżi.

(12)

Il-Montenegro u s-Serbja mhumiex se jkunu intitolati għal ħlas supplimentari ieħor ta’ l-għajnuna makrofinanzjarja skond din id-Deċiżjoni.

(13)

Il-Kummissjoni kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju qabel ma ressqet il-proposta tagħha.

(14)

It-Trattat ma jipprovdix għal poteri, għajr dawk fl-Artikolu 308 tiegħu, għall-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Montenegro se jassumi passiv separat għall-ħlasijiet tal-prinċipal u ta’ l-interessi kif ukoll għal kwalunkwe nefqiet u spejjeż assoċjati mal-ħlas ta’ EUR 6 703 388,62 mis-self Komunitarju fit-tul ta’ total ta’ EUR 280 miljun imħallas lill-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja) skond id-Deċiżjonijiet 2001/549/KE u 2002/882/KE.

2.   Għal dan il-għan, il-Kummissjoni hi awtorizzata wara konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, li tiffirma ftehim ta’ self ġdid ma’ l-awtoritajiet tal-Montenegro għall-ammonti mogħtija lill-Montenegro u essenzjalment bit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-:

Ftehim ta’ Self tas-17 ta’ Settembru 2001 bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja,

Ftehim ta’ Self tat-13 ta’ Diċembru 2002 bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja,

Ftehim ta’ Self Supplimentari tal-25 ta’ Lulju 2003 bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro, u

Ftehim ta’ Self Supplimentari tas-7 ta’ April 2005 bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro.

B’mod partikolari, ir-rata ta’ interess u d-dati għall-ħlas ta’ interess u l-ħlas lura tal-prinċipal se jkunu l-istess bħal dawk stabbiliti fil-kuntratti tas-self annessi mal-ftehimiet li jirreferi għalihom dan il-paragrafu.

3.   Din id-Deċiżjoni ma tintitola lill-Montenegro għal ebda ħlas supplimentari ta’ għajnuna makrofinanzjarja mill-Komunità.

Artikolu 2

1.   Permezz tal-firma tal-ftehim ta’ self separat bejn il-Komunità u l-Montenegro msemmija fl-Artikolu 1(2), il-passivi tas-Serbja lill-Komunità fil-kapaċità tagħha bħala Stat suċċessur ta’ l-Unjoni ta’ l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro se jitnaqqsu kif xieraq.

2.   Il-Kummissjoni hi awtorizzata li tikkonkludi bl-arranġamenti tas-Serbja biex temenda l-ftehimiet tas-self eżistenti msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.   Din id-Deċiżjoni ma tintitola lis-Serbja għal ebda ħlas supplimentari ta’ għajnuna makrofinanzjarja mill-Komunità.

Artikolu 3

1.   In-nefqiet u l-ispejjeż relatati kollha mġarrba mill-Komunità għall-konklużjoni u t-twettiq ta’ l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 1 se jitħallsu mill-Montenegro.

2.   In-nefqiet u l-ispejjeż relatati kollha mġarrba mill-Komunità għall-konklużjoni u t-twettiq ta’ l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 2 se jitħallsu mis-Serbja.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 2 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

X. BERTRAND


(1)  Opinjoni tat-2 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 197, 21.7.2001, p. 38.

(3)  ĠU L 308, 9.11.2002, p. 25.

(4)  ĠU L 20, 27.1.2007, p. 16.


Kummissjoni

10.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 269/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Ottubru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2005/56/KE li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva, Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għat-tmexxija tal-azzjoni komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

(2008/785/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u b’mod speċjali l-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Aġenzija eżekuttiva “Edukazzjoni, Awdjoviżiv u Kultura” (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“aġenzija”) ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/56/KE (2). Hi tmexxi l-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżiv u tal-kultura, u dan jinkludi proġetti ffinanzjati mill-istrumenti tal-politika Ewropea rigward l-għajnuna esterna, mid-Disa’ Fond Ewropew tal-iżvilupp u minn ċerti ftehimiet konklużi mill-Komunità mal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada.

(2)

Fil-31 ta’ Diċembru 2006, it-tielet fażi tal-programm trans-Ewropew ta’ kooperazzjoni għall-edukazzjoni ta’ livell għoli (TEMPUS III) skadiet. Il-Kummissjoni ddeċidiet li ttawwal din l-azzjoni għall-perjodu 2007-2013 (Tempus IV) u li tiġi ffinanzjata mid-dispożizzjonijiet ta’ tliet strumenti tal-politika Ewropea rigward l-għajnuna esterna, jiġifieri l-istrument ta’ għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni (IPA), l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u ta’ Sħubija u l-istrument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

(3)

Fuq il-bażi tal-inizjattivi mmexxija mill-Komunità Ewropea mal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada, il-Kummissjoni, barra minn hekk, iddeċidiet li ssaħħaħ il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ mal-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi u t-territorji l-oħra bi dħul għoli.

(4)

Valutazzjoni esterna ffinalizzata f’April 2008 permezz tal-Kummissjoni wriet li l-użu tal-aġenzija jikkostitwixxi l-aħjar soluzzjoni għat-tmexxija tal-programm Tempus (ir-raba’ fażi tal-programm kif ukoll l-għeluq tat-tielet fażi) u ta’ dawn il-proġetti ffinanzjati mill-istrument ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi u t-territorji l-oħra bi dħul għoli. B’hekk, din il-valutazzjoni rrakkomandat l-estensjoni tal-ħidmiet tal-aġenzija għat-tmexxija ta’ dawn il-programmi u proġetti.

(5)

Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2005/56/KE.

(6)

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi,

TIDDEĊIEDI:

Artikolu waħdieni

L-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2005/56/KE jinbidel bit-test li ġej:

“1.   L-Aġenżija hi responsabbli mit-tmexxija ta’ ċerti partijiet tal-programmi Komunitarji li ġejjin:

(1)

il-proġetti tal-qasam tat-tagħlim superjuri li għandhom mnejn jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet rigward l-għajnuna ekonomika favur ċerti pajjiżi tal-Ewropa ċentrali u tal-Lvant (Phare), approvati mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 (3);

(2)

il-programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp u t-tqassim ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II – Żvilupp u tqassim) (1996-2000), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/563/KE (4).

(3)

il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA II – Taħriġ) (1996-2000), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/564/KE (5);

(4)

it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għal dak li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni ‘Socrates’ (2000-2006), approvata mid-Deċiżjoni 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(5)

it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għal dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ professjonali ‘Leonardo da Vinci’ (2000-2006), approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/382/KE (7);

(6)

il-programm ta’ azzjoni Komunitarja ‘YOUTH’ (2000-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1031/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(7)

il-programm ‘Kultura 2000’ (2000-2006), approvat mid-Deċiżjoni 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

(8)

il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-provvediment ta’ għajnuna għall-Istati msieħba tal-Ewropa orjentali u tal-Ażja ċentrali (2000-2006), stipulati mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 99/2000 (10);

(9)

il-proġetti tal-qasam tat-tagħlim superjuri li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna lill-Albanija, lill-Bożnija Ħerżegovina, lill-Kroazja, lil dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali Jugoslava tal-Maċedonja, lill-Montenegro, lis-Serbja u lill-Kosovo (UNSCR 1244) (2000-2006), approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 (11);

(10)

il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri ta’ akkumpanjament finanzjarji u tekniċi (MEDA) għar-riforma tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja, approvati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2698/2000 (12);

(11)

it-tielet fażi tal-programm trans-Ewropew ta’ kooperazzjoni għall-edukazzjoni ta’ livell għoli (Tempus III) (2000-2006), approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/311/KE (13);

(12)

il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tat-tagħlim superjuri u tat-tagħlim u tat-taħriġ professjonali (2001-2005), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/196/KE (14);

(13)

il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u tat-taħriġ (2001-2005), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/197/KE (15);

(14)

il-programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus – Żvilupp, Tqassim u Promozzjoni) (2001-2006), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE (16);

(15)

il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA-taħriġ) (2001-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(16)

il-programm multiannwali għall-integrazzjoni effiċjenti tat-teknoloġiji ta’ tagħrif u tal-komunikazzjoni (ICT) fis-sistemi tal-edukazzjoni u ta’ taħriġ fl-Ewropa (‘tagħlim onlajn’/‘e-learning’) (2004-2006) approvat mid-Deċiżjoni Nru 2318/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);

(17)

il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea attiva (sehem ċivili) (2004-2006), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/100/KE (19);

(18)

il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ (2004-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 790/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20);

(19)

il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew u l-appoġġ tal-attivitajiet speċifiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ (2004-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

(20)

il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (2004-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 792/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

(21)

il-programm biex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u jitħeġġeġ il-fehim interkulturali permezz tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004-2008), approvat mid-Deċiżjoni Nru 2317/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

(22)

il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu l-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u tat-tagħlim u tat-taħriġ professjonali (2006-2013), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/910/KE (24);

(23)

il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxu qafas ta’ kooperazzjoni fl-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ (2006-2013), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/964/KE (25);

(24)

il-programm ta’ azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ kontinwu ‘Life Long Learning’ (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26);

(25)

il-programm ‘Kultura 2007’ (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27);

(26)

il-programm ‘L-Ewropa għaċ-ċittadini’ li għandu l-għan li jħeġġeġ iċ-ċittadinanza Ewropea attiva (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28);

(27)

il-programm ‘Żgħażagħ Attivi’ (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29);

(28)

il-programm ta’ appoġġ fis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30);

(29)

il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna għall-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-Ażja, approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 (31);

(30)

il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u taż-żgħażagħ li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni (IPA) stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 (32);

(31)

il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat u tas-Sħubija, maħluq mir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33);

(32)

il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li jiġu ffinanzjati mill-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34);

(33)

il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u taż-żgħażagħ li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mill-istrument finanzjarju tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi u t-territorji l-oħra bi dħul għoli (IPI), stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 (35);

(34)

il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mir-riżorsi tad-Disa’ Fond Ewropew tal-Iżvilupp (2000-2007) (36);

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ottubru 2008.

Mill-Kummissjoni

Ján FIGEĽ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35.


10.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 269/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.