ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2008 tas-6 ta' Ottubru 2008 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2430/1999, (KE) Nru 418/2001 u (KE) Nru 162/2003 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf Clinacox, li jagħmel parti mill-grupp ta’ coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħra ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kunsill |
|
|
|
2008/774/KE, Euratom |
|
|
* |
||
|
|
2008/775/KE, Euratom |
|
|
* |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2008/776/KE |
|
|
* |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
7.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 975/2008
tas-6 ta’ Ottubru 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
91,4 |
MK |
61,0 |
|
TR |
98,5 |
|
ZZ |
83,6 |
|
0707 00 05 |
JO |
156,8 |
MK |
68,9 |
|
TR |
89,6 |
|
ZZ |
105,1 |
|
0709 90 70 |
TR |
108,9 |
ZZ |
108,9 |
|
0805 50 10 |
AR |
78,9 |
BR |
51,8 |
|
TR |
83,7 |
|
UY |
95,7 |
|
ZA |
83,0 |
|
ZZ |
78,6 |
|
0806 10 10 |
BR |
243,2 |
TR |
63,3 |
|
US |
226,7 |
|
ZZ |
177,7 |
|
0808 10 80 |
AR |
67,2 |
BR |
145,7 |
|
CL |
55,9 |
|
CN |
73,4 |
|
CR |
67,4 |
|
MK |
37,6 |
|
NZ |
106,0 |
|
US |
92,6 |
|
ZA |
90,6 |
|
ZZ |
81,8 |
|
0808 20 50 |
CL |
45,1 |
CN |
61,5 |
|
TR |
143,9 |
|
ZA |
108,3 |
|
ZZ |
89,7 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
7.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 976/2008
tas-6 ta' Ottubru 2008
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2430/1999, (KE) Nru 418/2001 u (KE) Nru 162/2003 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf “Clinacox”, li jagħmel parti mill-grupp ta’ coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħra
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-addittiv diclazuril (Clinacox 0.5 % Premix), li jagħmel parti mill-grupp ta’ coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħra, ġie awtorizzat skont ċerti kundizzjonijiet b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999 (3), (KE) Nru 418/2001 (4) u (KE) Nru 162/2003 (5) awtorizzaw dan l-addittiv għal għaxar snin għall-użu fit-tiġieġ għat-tismin, fid-dundjani għat-tismin u fit-tiġieġ imrobbija biex ibidu, rispettivament, u b’hekk għaqqdu l-awtorizzazzjoni mal-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' dan l-addittiv. Dan l-addittiv ġie nnotifikat bħala prodott eżistenti b’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Minħabba li tressqet l-informazzjoni kollha skont din id-dispożizzjoni, dan l-addittiv iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-Addittivi fl-Għalf. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-possibilità ta' modifika fl-awtorizzazzjoni ta' addittiv fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u fuq opinjoni tal-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Ikel (“l-Awtorità”). Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv diclazuril (Clinacox 0,5 % Premix) ippreżenta applikazzjoni li biha qed jipproponi li jbiddel il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni permezz tal-introduzzjoni ta’ limitu massimu ta’ residwu (MRL) kif ivvalutat mill-Awtorità. Fl-istess waqt dan ipprovda d-data neċessarja biex isostni din it-talba. |
(3) |
Fl-opinjoni tagħha adottata fis-16 ta’ April 2008 (6), l-Awtorità kkonkludiet li ma jinħtieġ l-ebda MRL għal tiġieġ u dundjani għat-tismin. Madankollu, f’każ li l-MRLs ikunu meqjusa neċessarji, hi ssuġġeriet il-valuri. Billi hu possibbli li t-tiġieġ imrobbija biex ibidu jidħlu fil-katina alimentari, mhux separatament mit-tiġieġ l-oħra, jeħtieġ li titqies il-possibbiltà li jiġu pprovduti MRLs għal din il-kategorija ta’ annimali wkoll. Hi qieset ukoll li l-applikazzjoni ta' perjodu ta' rtirar ta' ġranet żero ma tkunx tikkomprometti s-sikurezza tal-konsumatur. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza għall-konsumaturi u biex jitjiebu l-kontrolli tal-użu korrett tad-diclazuril, huwa xieraq li jiġu stabbiliti MRLs kif propost mill-Awtorità. Billi mhemm l-ebda differenza fiżjoloġika rilevanti bejn it-tiġieġ għat-tismin u t-tiġieġ imrobbija biex ibidu, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-istess MRLs għal din il-kategorija tal-aħħar ukoll. |
(5) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999, (KE) Nru 418/2001 u (KE) Nru 162/2003 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2430/1999 il-linja għal E 771 qed tinbidel bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 418/2001 qed jinbidel bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 162/2003 qed jinbidel bit-test fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
(3) ĠU L 296, 17.11.1999, p. 3.
(6) Opinjoni Xjentifika Aġġornata tal-Bord dwar Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf għall-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-Limiti Massimi ta’ Residwu għal Clinacox 0,5 % (diclazuril) għal dundjani għat-tismin, tiġieġ għat-tismin u tiġieġ imrobbija biex ibidu. Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 696,1-12.
ANNESS I
Numru tar-reġistrazzjoni tal-addittiv |
Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-addittiv |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
Limiti Massimi ta’ Residwu (MRLs) fl-oġġetti tal-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħra |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
“E 771 |
Janssen Pharmaceutica nv |
Diclazuril 0,5 g/100 g (Clinacox 0,5 % Premix) Diclazuril 0,2 g/100 g (Clinacox 0,2 % Premix) |
|
Tiġieġ għat-tismin |
— |
1 |
1 |
— |
30.9.2009 |
1 500 μg diclazuril/kg ta’ fwied imxarrab 1 000 μg diclazuril/kg ta’ kilwa mxarrba 500 μg diclazuril/kg ta’ muskolu mxarrab 500 μg diclazuril/kg ta’ ġilda/xaħam imxarrba/imxarrab” |
ANNESS II
“ANNESS III
Numru tar-reġistrazzjoni tal-addittiv |
Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-addittiv |
Addittiv (isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
Limiti massimi ta’ Residwu (MRLs) fl-oġġetti tal-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħra |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
E 771 |
Janssen Pharmaceutica nv |
Diclazuril 0,5 g/100 g (Clinacox 0,5 % Premix) Diclazuril 0,2 g/100 g (Clinacox 0,2 % Premix) |
|
Dundjani għat-tismin |
12-il ġimgħa |
1 |
1 |
— |
28.2.2011 |
1 500 μg diclazuril/kg ta’ fwied imxarrab 1 000 μg diclazuril/kg ta’ kilwa mxarrba 500 μg diclazuril/kg ta’ muskolu mxarrab 500 μg diclazuril/kg ta’ ġilda/xaħam imxarrba/imxarrab” |
ANNESS III
“ANNESS
Numru tar-reġistrazzjoni tal-addittiv |
Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-addittiv |
Addittiv (isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
Limiti massimi ta’ Residwu (MRLs) fl-oġġetti tal-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħra |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
E 771 |
Janssen Pharmaceutica nv |
Diclazuril 0,5 g/100 g (Clinacox 0,5 % Premix) Diclazuril 0,2 g/100 g (Clinacox 0,2 % Premix) |
|
Tiġieġ imrobbija għall-bajd |
16-il ġimgħa |
1 |
1 |
— |
20.1.2013 |
1 500 μg diclazuril/kg ta’ fwied imxarrab 1 000 μg diclazuril/kg ta’ kilwa mxarrba 500 μg diclazuril/kg ta’ muskolu mxarrab 500 μg diclazuril/kg ta’ ġilda/xaħam imxarrba/imxarrab” |
7.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 977/2008
tat-3 ta' Ottubru 2008
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fit-TARIC
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tat-TARIC imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżidilha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb tal-applikazzjoni ta' miżuri tariffarji u ta’ miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tal-merkanzija. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness għandha tiġi kklassifikata skont il-kodiċi TARIC indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stiplulat li tagħrif dwar it-tariffi li jorbtu li ġie ppubblikat mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fit-TARIC, iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, jista', għal perjodu ta' tliet xhur, jibqa’ jiġi invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella li hemm fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fit-TARIC skont il-kodiċi TARIC indikati fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Tagħrif tariffarju li jorbot maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhuwiex skont dan ir-Regolament, jista' jkompli jiġi invokat għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 07.9.1987, p. 1.
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifika (Kodiċi TARIC) |
Raġunijiet |
||
(1) |
(2) |
(3) |
||
|
3920621994 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 10 tal-Kapitolu 39 tan-NM u l-kliem tal-kodiċi NM 3920 , 3920 62 u 3920 62 19 u l-kodiċi TARIC 3920621994 . Il-metallizzazzjoni tal-wiċċ għandha tiġi kkunsidrata bħala trattament tal-wiċċ li ma jirrinforzax il-film. Għalhekk l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 3920 (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3920 – ir-raba’ paragrafu). Il-film ma għandux il-karatteristiċi ta’ oġġetti kklassifikati taħt l-intestaturi 3920621100 sa 3920621988 . Il-film għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 3920621994 għaliex il-kliem “film tal-poli(etilene tereftalat) (PET)” tas-subintestatura 3920621994 tkopri film tal-PET ta’ ħxuna li ma taqbiżx 0,35 mm li ma jistax jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi TARIC 3920621100 sa 3920621988 . |
||
|
3920629094 |
Il-klassifika hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 10 tal-Kapitolu 39 tan-NM u l-kliem tal-kodiċi NM 3920 , 3920 62 u 3920 62 90 u l-kodiċi TARIC 3920629094 . Il-metallizzazzjoni tal-wiċċ għandha tiġi kkunsidrata bħala trattament tal-wiċċ li ma jirrinforzax il-film. Għalhekk l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 3920 (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3920 – ir-raba’ paragrafu). Il-film ma għandux il-karatteristiċi ta’ oġġetti kklassifikati taħt l-intestaturi 3920629020 sa 3920629040 . Il-film għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 3920629094 għaliex il-kliem “film tal-poli(etilene tereftalat) (PET)” tas-subintestaturi 3920629094 ikopru film tal-PET ta’ ħxuna li taqbeż 0,35 mm li ma jistax jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi TARIC 3920629020 sa 3920629040 . |
7.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 978/2008
tas-6 ta’ Ottubru 2008
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2008 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.
(4) ĠU L 264, 3.10.2008, p. 5.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-7 ta’ Ottubru 2008
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
24,54 |
4,03 |
1701 11 90 (1) |
24,54 |
9,26 |
1701 12 10 (1) |
24,54 |
3,84 |
1701 12 90 (1) |
24,54 |
8,83 |
1701 91 00 (2) |
26,72 |
11,87 |
1701 99 10 (2) |
26,72 |
7,35 |
1701 99 90 (2) |
26,72 |
7,35 |
1702 90 95 (3) |
0,27 |
0,38 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
7.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta' Ottubru 2008
dwar il-ħatra ta’ membru mil-Lussemburgu fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
(2008/774/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern tal-Lussemburgu,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi, konsegwentement tar-riżenja tas-Sur Paul JUNCK, post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali sar vakanti,
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
Is-Sur Patrick SEYLER, General Manager, ArcelorMittal, huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-bqija tal-perijodu tal-mandat, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fil-Lussemburgu, 2 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
X. BERTRAND
(1) ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 126–134 (MT).
7.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta' Ottubru 2008
li taħtar membru Bulgaru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2008/775/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2007/3/KE, Euratom (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Bulgaru,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
BILLI sar vakanti post ta’ membru tal-Kumitat Ekonimku u Soċjali Ewropew wara r-riżenja tas-Sinjura Andriana SUKOVA-TOSHEVA,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sinjura Lena ROUSSENOVA, Ekonomist Prinċipali u Direttur tal-Programmi, Konfederazzjoni tal-Industrijalisti u ta’ Min Iħaddem fil-Bulgarija hija b’dan maħtura membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fil-Lussemburgu, 2 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
X. BERTRAND
Kummissjoni
7.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta' Ottubru 2008
temenda d-Deċiżjoni 2007/365/KE dwar miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5550)
(2008/776/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), partikolarment ir-raba' sentenza t'Artiklu 16(3) tiegħu,
Peress illi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/365/KE (2) tirrikjedi li l-Istati Membri jadottaw miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) (l-organiżmu indikat). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iħejju stħarrig annwali uffiċjali għall-preżenza tal-organiżmu indikat jew evidenza t'infezzjoni fi pjanti jew speċi ta' Palm speċifiċi mill-organizmu indikat fit-territorju tagħhom. |
(2) |
L-istħarriġ annwali uffiċjali mħejji fl-2007 mill-Istati Membri juri illi l-organiżmu indikat infetta wkoll pjanti ta' speċi ta' Palm li mhumiex definiti bħala pjanti suxxettibbli fid-Deċiżjoni 2007/365/KE. Huwa f'loku illi l-miżuri t'emerġenza stipulati fid-Direttiva 2007/365/KE japplikaw ukoll għal dawk il-pjanti. |
(3) |
Ir-riżultati tal-miżuri ta' emerġenza stipulati fid-Deċiżjoni 2007/365/KE kienu vvalutati mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti f'April 2008. Kien konkluż illi l-lista ta' pjanti suxxettibbli għandha tiġi aġġornata. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2007/365/KE għandha għalhekk tiġi aġġornata f'dan ir-rigward. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2007/365/KE, il-punt (b) qed jinbidel b'dan li ġej:
“(b) |
‘pjanti suxxettibbli’ tfisser pjanti, minbarra frott u żrieragħ, li għandhom dijametru taz-zokk fil-bażi tagħhom ta' aktar minn 5 ċentimetri ta' Areca catechu, Arenga pinnata, Borassus flabellifer, Brahea armata, Butia capitata, Calamus merillii, Caryota maxima, Caryota cumingii, Chamaerops humilis, Cocos nucifera, Corypha gebanga, Corypha elata, Elaeis guineensis, Livistona australis, Livistona decipiens, Metroxylon sagu, Oreodoxa regia, Phoenix canariensis, Phoenix dactylifera, Phoenix theophrasti, Phoenix sylvestris, Sabal umbraculifera, Trachycarpus fortunei u Washingtonia spp.;” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri
Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 139, 31.5.2007, p. 24.
7.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.