ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 248

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
17 ta' Settembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 897/2008 tas-16 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2008 tas-16 ta’ Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 896/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Settembru 2008

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 899/2008 tal-15 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2008 tas-16 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ċertu merkanzija li tirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (Verżjoni kodifikata)

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 901/2008 tas-16 ta' Settembru 2008 li jissuspendi l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni ta’ ċerti kwantitajiet ta' zokkor industrijali għall-kampanja tal-kummerċjalizzazzjoni 2008/2009

18

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/734/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 57/07 (ex N 843/06) li qed tipprova timplementa r-Repubblika tas-Slovakkja għal Alas Slovakia, s.r.o. (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2254)  ( 1 )

19

 

 

2008/735/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru 2008 li taħtar rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċinali

25

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

26

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

17.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 248/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 897/2008

tas-16 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

28,9

TR

68,0

ZZ

48,5

0707 00 05

EG

162,5

MK

43,3

TR

95,0

ZZ

100,3

0709 90 70

TR

90,1

ZZ

90,1

0805 50 10

AR

69,5

TR

104,3

UY

47,5

ZA

88,3

ZZ

77,4

0806 10 10

IL

248,7

TR

101,8

US

110,9

ZZ

153,8

0808 10 80

AR

92,1

AU

195,4

BR

74,2

CL

109,7

CN

78,4

NZ

107,1

US

100,5

ZA

80,5

ZZ

104,7

0808 20 50

AR

76,1

CN

90,5

TR

139,0

ZA

89,8

ZZ

98,9

0809 30

TR

142,7

US

150,3

ZZ

146,5

0809 40 05

IL

122,2

TR

82,5

XS

62,1

ZZ

88,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 248/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 898/2008

tas-16 ta’ Settembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 896/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Settembru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Settembru 2008 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2008 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 896/2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 896/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 896/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-17 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 247, 16.9.2008, p. 20.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli fis-17 ta' Settembru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00  (2)

ta' kwalità medja

0,00  (2)

ta' kwalità baxxa

0,00  (2)

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00  (2)

1002 00 00

SEGALA

4,57  (2)

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (3)

0,00  (2)

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

9,56  (2)


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 608/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.

(3)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15 ta’ Settembru 2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

223,83

152,19

Prezz FOB USA

305,61

295,61

275,61

124,55

Tariffa fuq il-Golf

13,93

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

4,68

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

32,68  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

27,91  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


17.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 248/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 899/2008

tal-15 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

36/T&Q

Stat Membru

GBR

Stokk

COD/1N2AB.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

Data

14.8.2008


17.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 248/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 900/2008

tas-16 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ċertu merkanzija li tirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1) u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4154/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3033/80 tal-Kunsill li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (2) ġie emendat (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Sabiex jiġi żgurat it-trattament uniformi ta’ l-importazzjoni mill-Komunità ta’ l-oġġetti koperti bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (4), huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti l-metodi ta’ analiżi u d-dispożizzjonijiet oħra ta’ karattru tekniku filwaqt li tittieħed konsiderazzjoni ta’ l-evoluzzjoni xjentifika u teknika.

(3)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-taqsima tat-tariffi u l-istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi Komunitarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 3448/93 safejn f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-importazzjonijiet u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/96 (5), jew, fin-nuqqas ta’ metodi ta’ analiżi, in-natura ta’ l-operazzjonijiet analitiċi li għandhom jitwettqu jew dwar il-prinċipju ta’ metodu li għandu jkun applikat.

Artikolu 2

Skond id-definizzjonijiet ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1460/96 li jikkonċerna: l-kontenut f’lamtu/glukożju, l-kontenut f’sukrożju/zokkor invertit/il-kontenut f’iżoglukożju u għall-finijiet li jiġu implimentati l-Annessi II u III ta’ dak ir-Regolament, il-formuli, il-proċeduri u l-metodi li ġejjin għandhom jiġu użati għall-kontenuti f’lamtu/glukożju u f’sukrożju/zokkor invertit/iżoglukożju:

(1)

Il-kontenut f’lamtu jew figlukożju:

(espress bħala kontenut 100 % f’lamtu anidruż tal-prodotti kif ippreżentati)

(a)

(Z – F) × 0,9,

jekk il-kontenut f’glukożju ma jkunx inqas mill-kontenut f’fruttożju; jew

(b)

(Z – G) × 0,9,

meta l-kontenut figlukożju huwa anqas mill-kontenut f’fruttożju:

fejn:

Z

=

huwa l-kontenut figlukożju determinat bil-metodu stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

F

=

huwa l-kontenut f’fruttożju determinat mill-HPLC (il-kromatografija tal-likwidu ta’ prestazzjoni għolja);

G

=

huwa l-kontenut figlukożju determinat mill-HPLC.

Fil-każ ta’ punt (a), meta l-preżenza f’lattożju idrolisat hija ddikjarata u/jew jinstabu fil-kwantitajiet tal-lattożju u l-galattożju, il-kontenut figlukożju jkun ekwivalenti għall-kontenut f’galattożju (determinat mill-HPLC) għandu jiġi mnaqqas mill-kontenut figlukożju (Z) qabel ma ssir xi kalkolazzjoni oħra.

(2)

Il-Kontenut f’suktożju/zokkor invertit/iżoglukożju:

(espress bħala kontenut f’sukrożju tal-prodotti)

(a)

S + (2F) × 0,95,

jekk il-kontenut figlukożju ma jkunx inqas mill-kontenut f’fruttożju;

(b)

S + (G + F) × 0,95,

jekk il-kontenut figlukożju jkun inqas mill-kontenut f’fruttożju

fejn:

S

=

huwa l-kontenut f’sukrożju determinat mill-HPLC;

F

=

huwa l-kontenut f’fruttożju determinat mill-HPLC;

G

=

huwa l-kontenut figlukożju stabbilit mill-HPLC.

Meta l-preżenza tal-lattożju idrolisat hija ddikjarata u/jew jinstabu kwantitajiet tal-lattożju u l-galattożju, il-kontenut figlukożju (G), ekwivalenti għall-kontenut f’galattożju (determinat mill-HPLC) għandhom jitnaqqsu mill-kontenut f’glukożju qabel isir xi kalkolu ieħor.

(3)

Il-Kontenut fi grass tal-ħalib

(a)

Għajr meta pprovdut xorta oħra fil-paragrafu (b), il-kontenut fi grass tal-ħalib skond il-piż għandu jiġi stabbilit bl-estrazzjoni tal-petroleum fin wara l-idroliżi bl-aċidu idrokloriku.

(b)

Meta xaħmijiet oħra għajr il-grassijiet tal-ħalib jiġu ddikjarati wkoll fil-kompożizzjoni ta’ l-oġġetti, għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja:

il-perċentwal tal-piż tal-grassijiet (totali) fl-oġġetti għandu jiġi stabbilit kif imsemmi fil-paragrafu (a),

sabiex jiġi stabbilit il-kontenut fi grass tal-ħalib, għandu jintuża metodu bbażat fuq l-estrazzjoni bil-petroleum fin, ippreċedut bl-idrolożi bl-aċidu idrokloriku u segwit bil-kromotografija tal-gass ta’ l-esteri tal-metil ta’ l-aċidi xaħmin. Jekk tiġi mikxufa l-preżenża tal-grassijiet tal-ħalib, il-perċentwal ta’ dan jiġi kkalkolat billi jiġi mmultiplikat il-perċentwal tal-konċentrazzjoni tal-metil butirat b’25, billi jiġi mmultiplikat il-prodott bil-perċentwal totali tal-kontenut fi grass bil-piż ta’ l-oġġetti u jiġi diviż b’100.

(4)

Il-Kontenut- fi proteina tal-ħalib

(a)

Bla ħsara għad-disposizzjonijiet fil-punt (b), il-kontenut fi proteina tal-ħalib tal-prodotti għandu jkun ikkalkolat billi jkun immoltiplikat il-kontenut f’-nitroġenu (stabbilit permezz tal-metodu Kjeldahl) bil-fattur 6,38.

(b)

billi l-komponenti li jkunu jinsabu fil-proteini apparti mill-proteini tal-ħalib għandhom ukoll jiġu ddikjarati fil-kompożizzjoni tal-prodotti:

il-kontenut totali f’nitroġenu għandu jkun determinat bil-metodu Kjeldahl;

il-proteina tal-ħalib għandha tkun ikkalkulata kif imsemmija f’punt (a) billi tnaqqas mill-kontenut tal-perċentwal f’nitroġenu totali, il-kontenut f’nitroġenu ikun jikkorrispondi mal-proteini li ma jkunux tal-ħalib.

Artikolu 3

Għall-iskopijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1460/96, għandhom jintużaw il-metodi jew il-proċeduri segwenti:

(1)

Għall-iskop li jiġu klassifikati prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0403 10 51 sa 0403 10 59, 0403 10 91 sa 0403 10 99, 0403 90 71 sa 0403 90 79 u 0403 90 91 sa 0403 90 99, il-kontenut fi grass tal-ħalib għandu jkun iddeterminat bil-metodu riferut fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1704 10 11 sa 1704 10 99 u 1905 20 10 sa 1905 20 90, il-kontenut f’sukrożju, li jinkludi iz-zokkor invertit espress bħala sukrożju, għandu jkun iddeterminat bil-metodu HPLC. Iz-zokkor invertiti espress bħala sukrożju tfisser is-somma ta’ l-ammonti egwali tal-glukożju u l-fruttożju immultiplikati bi 0,95.

(3)

Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1806 10 10 sa 1806 10 90, il-kotenut tas-sukrożju/zokkor invertit/iżoglukożju għandha tkun iddeterminat skond il-formuli, il-metodu u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 20 10 sa 3505 20 90, il-lamtu, id-destrin jew kontenut f’lamtu ieħor mibdul għandu jkun iddeterminat skond il-formuli, il-metodu u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3809 10 10 sa 3809 10 90, is-sustanza amilakuża għandha tkun iddeterminata bil-metodu stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu jew taħt il-kodiċi NM 1901 90 11 jew 1901 90 19, id-distinzjoni bejn iż-żewġ kodiċi għandha ssir fuq il-bażi ta’ l-estratt xott determinat bit-tnixxif f’temperatura ta’ 103 ± 2 oC għall-piż kostanti.

(7)

Għall-iskop li jkunu klassifikati prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 1902 19 10 u 1902 19 90, il-metodu stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi użat biex tinstab il-preżenza ta’ dqiq komuni tal-qamħ u s-smid fl-għaġin.

(8)

Il-kontenut f’mannitolu u D-glukitol (sorbitol) tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM 2905 44 11 sa 2905 44 99 u 3824 60 11 sa 3824 60 99, huma stabbiliti bl-użu ta’ HPLC.

Artikolu 4

1.   Għandu jitħejja rapport dwar it-testijiet.

2.   Ir-rapport dwar it-testijiet għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja:

l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun identifikat il-kampjun,

il-metodu Komunitarju użat u r-referenza preċiża għall-istrument legali li fih jinstab, jew, meta xieraq, ir-referenza dettaljata għall-metodu, waqt li tiġi speċifikata n-natura ta’ l-operazzjonijiet analitiċi jew il prinċipju tal-metodu li għandu jkun applikat, kif indikat f dan ir-Regolament,

kwalunkwe fatturi li setgħu jinfluwenzaw dawn ir-riżultati,

ir-riżultati ta’ l-analiżi, filwaqt li jitqies il-mod li bih jitfissru fil-metodu użat biex jiġu espressi u l-metodu ta’ l-espressjoni iddettata mill-ħtiġiet tad-dwana jew tad-dipartimenti amministrattivi li jkunu talbu l-analiżi.

Artikolu 5

Ir-Regolament (KEE) Nru 4154/87 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 392, 31.12.1987, p. 19.

(3)  Ara l-Anness IV.

(4)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.

(5)  ĠU L 187, 26.7.1996, p. 18.


ANNESS I

Il-mod ta’ kif ikun iddeterminat il-kontenut f’lamtu u tad-degredazzjoni tal-prodotti tiegħu inkluż il-glukożju

1.   L-ISKOP U L-QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

(a)

Dan il-metodu jippermetti d-determinazzjoni tal-kontenut f’lamtu, il-prodotti tad-degredazzjoni tiegħu li jinkludu l-glukożju li minn issa ’l quddiem huwa referut bħala “lamtu”.

(b)

Il-kontenut f’“lamtu” riferut f’punt (a) huwa ugwali għall-valur ta’ E, kif kalkolat f’punt 6 (a) ta’ dan l-Anness.

2.   IL-PRINĊIPJU

Il-kampjun jitkisser permezz ta’ l-idrossidu tas-sodju u l-“lamtu” jinqasam f’unitajiet ta’ glukożju ma’ l-amiloglukosidażju. Id-determinazzjoni tal-glukożju għandha ssir permezz tar-rotta enżimatika.

3.   KIMIKA

(Irid jintuża ilma distillat darbtejn).

3.1.   0,5 N soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (0,5 mol/l).

3.2.   Mill-inqas 96 % aċidu glaċċjali (aċidiku).

3.3.   Soluzzjoni ta’ amiloglukossidu:

Immedjatament qabel l-użu, għandu jinħall madwar 10 mg ta’ l-amiloglukossidu (KE 3.2.1.3) (60 U/mg) f’ ml wieħed ta’ l-ilma (1).

3.4.   Is-soluzzjoni ta’ barriera tat-tritanolamina:

Dewweb 14,0 tat-tritanolamina idroklorika (tris (2-idrosietilu) kloridu ammoniaku) u 0,25 g tas-sulfat tal-manjeżju (MgSO47H2O) fi 80 ml ta’ ilma, żid approssimament 5 ml ta 5 N soluzzjoni idrossidu tas-sodju (5 mol/l) u l-pH għandu jkun aġġustat sa 7,6, filwaqt li jintuża 1 N soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (1 mol/l).

Żid sakemm isiru 100 ml bl-ilma. Din is-soluzzjoni ta’ barriera tista’ tinżamm għal mill-inqas erba’ ġimgħat f’temperatura ta’ 4 °Ċ.

3.5.   Soluzzjoni ta’ NADP (nikotinamida adenina dinukleotida fosfat, melħ dissodju):

Dewweb 60 mg ta’ NADP f’ 6 ml ta’ l-ilma. Din is-soluzzjoni tista’ tinżamm għal mill-anqas erba’ ġimgħat f’temperatura ta’ 4 °Ċ.

3.6.   Soluzzjoni ta’ ATP (adenossina – 5 – trifosfata – melħ dissodju):

Iridu jinħallu 300 mg ATP. 3H2O fl-ilma u 300 mg ta’ sodju ta’ l-idroġenu karbonat (NaHCO3) f’ 6 ml ta’ l-ilma. Din is-soluzzjoni tista’ tinżamm mill-anqas għal erba’ ġimgħat f’temperatura ta’ 4 °Ċ.

3.7.   Is-sospensjoni ĦK/G6P-DĦ (Ħeksokinażi – KE 2.7.1.1) u glukożju-6-fosfat-deidroġinaże (KE 1.1.1.49):

issospendi 280 U ĦK u 140 U ta’ G6P-DĦ f’ml ta’ 3,2 M soluzzjoni tas-sulfat ta’ l-ammonju. Din is-sospensjoni tista’ tinżamm għal mill-inqas sena f’temperatura ta’ 4 °Ċ.

4.   APPARAT

4.1.   Banjumarija b’aġitatur manjetiku f’temperatura ta’ 60 °Ċ.

4.2.   Vireg manjetiċi.

4.3.   UV spettrofotometru b’ ċelloli ottiċi ta’ 1 ċm.

4.4.   Pipetti għal analiżi enżimatiċi.

5.   IL-METODU

5.1.   Il-kampjun jiġi maħsul bl-etanol, maħlul fis-sodju idrossidu u l-“lamtu” soġġett għall-idroliżi enżimatika:

5.1.1.

Il-piż tal-kampjun għandu jiġi magħżul kif ġej, skond il-kontenut “lamtu” (li ma jistax jeċċedi l-0,4 g kull kampjun kif ġej):

Il-kontenut presunt f’ “lamtu” tal-prodott fi g/100 g

Il-piż approssimattiv tal-kampjun fi g

(p)

Il-volum tal-garafina immarkata f’ ml

Il-fattur tat-trattib sa litru wieħed

(f)

> 70

0,35-0,4

500

2

20-70

max. 0,5

500

2

5-20

max. 1

250

4

< 5

max. 2

200

5

5.1.2.

Iżen il-kampjun (eżattament sa 0,1 mg).

5.1.3.

Żid 50 ml ta’ 0,5 N soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (punt 3.1) u ħawwad kontinwament għal 30 minuta fil-banjumarija (punt 4.1) bi stikka manjetika fi 60 °Ċ.

5.1.4.

Żid ftit ml ta’ aċidu aċetiku kkonċentrat (punt 3.2) u wasal il-pH lejn 4,6 sa 4.8.

5.1.5.

Poġġi fil-banjumarija bl-istikka manjetika (punt 4.1) fi 60 °Ċ, żid 1,0 ml ta’ soluzzjoni ta’ l-enżimi (punt 3.3) u ħallihom bir-reazzjoni waqt li tħawwad kontinwament għal 30 minuta.

5.1.6.

Wara li jibirdu, trasferixxi l-kwantità f’garafina gradwata (punt 5.1.1) u żid bl-ilma sal-marka.

5.1.7.

Jekk meħtieġ, iffiltra minn filtru forma ta’ lembut (ara n-Nota 1).

5.2.   Determinazzjoni kwantitattiva tal-glukożju

5.2.1.

Is-soluzzjoni tat-test għandha jkun fiha 10 sa 1 000 mg ta’ glujkożju kull litru, li jikkorrispondi għal ΔΕ340 ta’ bejn 0,1 - 1,0.

L-assorbenza tas-soluzzjoni tat-test fi 1 + 30 trattib bl-ilma m’għandhiex teċċedi 0,4 (imkejla kontra l-arja), fi 340 nm.

5.2.2.

Wassal is-soluzzjoni tal-barriera (punt 3.4) sat-temperatura ambjentali (20 °Ċ).

5.2.3.

It-temperatura tar-reaġenti u tal-kampjun għandha tkun ta’ bejn 20 °Ċ u 25 °Ċ.

5.2.4.

Kejjel l-assorbenza fi 340 nm kontra l-arja (i.e. bl-ebda ċellola ottika fil-passaġġ tar-referenza).

5.2.5.

Ipproċedi bi qbil mal-grafika tal-pipetta, ta’ hawn taħt:

Ferra fiċ-ċelloli ottiċi

Kontroll

(ml)

Test

(ml)

Barriera (reaġent 3.4)

1,00

1,00

NADP (reaġent 3.5)

0,10

0,10

ATP (reaġent 3.6)

0,10

0,10

Soluzzjoni tat-test (5.1.6 jew 5.1.7)

0,10

Ilma iddistillat doppju

2,00

1,90

Ħallat u, wara madwar tliet minuti, kejjel l-assorbenza tas-soluzzjonijiet (E1).

Ibda r-reazzjoni billi żżid:

HK/G6P-DH (reaġent 3.7)

0,02

0,02

Ħallat. Ħalli r-reazzjoni tipproċedi sa kemm tkun lesta (madwar 15-il minuta) u kejjel l-assorbenza tas-soluzzjonijiet (E2).

Jekk ir-reazzjoni ma tkunx waqfet wara 15-il minuta, aqra l-assorbenzi f’intervalli ta’ ħames minuti l-waħda sakemm ir-rata taż-żieda tkun kostanti. Imbagħad għamel extrapolazzjoni lura lejn il-ħin taż-żidiet tas-sospenzjoni kif imsemmi f’punt 3.7 (ara n-Nota 2).

5.2.6.

Għandhom imbagħad ikunu kkalkulati d-differenzi fl-assorbiment għall-kimika u l-kampjun E2 – E1. Naqqas id-differenza fl-assorbenza tal-kimika minn dak tal-kampjun (= ΔΕ):

ΔΕ = ΔΕ sample – ΔΕ reagent blank

Din id-differenza tagħti lill-kontenut fi glukożju s-soluzzjoni tat-test:

Il-kontenut fi glukożju li jkun jinsab fis-soluzzjoni tat-test, g/l

Gl = ((3,22 × 180,16)/(6,3 × 1 × 0,1 × 1 000)) × ΔΕ340 = 0,921 × ΔΕ340

(3,22: il-volum tas-soluzzjoni għandha tkun mwieżna; il-volum tas-soluzzjoni tal-kampjun; il-piż molekulari tal-glukożju huwa 180,16 (g/mol).

5.2.7.

Jekk, għal xi raġuni, ma jistax isir kejl ta’ 340 nm, il-kejl jista’ jsir b’tul ta’ mewġa ta’ 365 nm jew ta’ 334 nm. Il-figura 6,3 fil-formola ta’ G1 ta’ hawn fuq għandha tieħu post il-figura 3,5 jew 6,18 rispettivament.

6.   KALKOLAZZJONI U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

(a)

E = il-kontenut f’“lamtu” fi g/100 g:

E = ((100 × 0,9 × Gl)/(p × f))

(b)

Z = Il-Kontenut fi“Glukożju” kull g/100 g:

Z = ((100 × Gl)/(p × f))

meta:

Gl

=

glukożju fi g/l (5.2.6);

f

=

il-fattur tat-trattib (5.1.1);

p

=

il-piż tal-kampjun fi g;

0,9

=

skond il-fattur tal-konverżjoni tal-glukożju għal-lamtu.

Noti:

1.

Meta s-soluzzjoni tat-test ma tistax tkun iffiltrata skond punt 5.1.7 għandhom jiġu adottati metodi xierqa biex tinħareġ soluzzjoni ċara.

2.

Meta jkun hemm inibizzjoni ta’ l-enżima, huwa konsiljabbli li jkun applikat metodu li jinvolvi ż-żieda ta’ ammonti magħrufin ta’ lamtu pur.


(1)  U hija l-unità internazzjonali ta’ l-attività ta’ l-enżima.


L-ANNESS II

Id-determinazzjoni tal-lamti jew tad-destrini jew tal-kontenut f’lamtu ieħor modifikat fil-prodotti tal-kodiċi NK 3505 20 10 sa 3505 20 90 u tal-kontenut amilaċeji tas-sustanzi fil-prodotti tal-kodiċi NK 3809 10 10 sa 3809 10 90

I.   PRINĊIPJU

Il-lamtu jiġi konvertit bl-aċidu idroliżu f’zokkor li huma determinati bil-volum bl-użu tas-soluzzjoni ta’ Fehling.

II.   L-APPARAT U L-KIMIKA

1.

Garafina ta’ madwar 250 ml;

2.

Garafina gradwata ta’ 200 ml;

3.

Buretta gradwata 25 ml;

4.

Aċtu idrokloriku b’densità ta’ 1,19;

5.

Soluzzjoni ta’ l-idrossidu tal-potassju;

6.

Faħam tal-kannol għad-dekolarizzazzjoni;

7.

Is-Soluzzjoni Fehling;

8.

Soluzzjoni blu tal-metilene (1 %).

III.   METODU:

Figarafina ta’ 250 ml poġġi kampjun li jkun fih madwar 1 g ta’ lamtu. Żid 100 ml ta’ l-ilma distillat u 2 ml ta’ aċidu idrokloriku. Wassal għat-togħlija u għal rifluss għal tliet sigħat.

Ittrasferixxi l-kontenut tal-garafina u tat-tlaħlil figarafina gradwata ta’ 200 ml. Berred u kważi nnewtralizza bis-soluzzjoni ta’ l-idrossidu tal-potassju. Żid ilma distillat sa 200 ml u ffiltrah fuq ftit faħam tal-kannol tal-dikolarizzazzjoni.

Ferra s-soluzzjoni f’buretta gradwata u naqqas għal 10 ml tas-soluzzjoni Fehling bil-metodu segwenti:

Figarafina bil-qiegħ ċatt ta’ madwar 250 ml ferra 10 ml tas-soluzzjoni Fehling (5 ml tas-soluzzjoni A u 5 ml tas-soluzzjoni B). Ħawwad sakemm isir ċar u żid 40 ml ta’ ilma distillat u kwantità żgħira ta’ kwarz jew ħaffiefa.

Il-garafina għandha titpoġġa fuq dixx kwadru ta’ l-asbestos li jkollu toqba tonda ta’ diametru ta’ madwar 6 ċm fiċ-ċentru, filwaqt li l-asbestos jitpoġġa fuq garża tal-fildiferru. Saħħan il-garafina fir-rata tali li l-likwidu jibda jagħli wara xi żewġ minuti.

Mill-buretta, żid mal-likwidu jagħli kwantitajiet suċċessivi tas-soluzzjoni taz-zokkor sakemm il-kulur blu tas-soluzzjoni ta’ Fehling bilkemm jibqa’ jintagħraf; imbagħad għandhom jiżdiedu 2 jew 3 qatriet tas-soluzzjoni blu tal-metilene bħala indikatur u, għandha titkompla t-titrazzjoni billi kwantitajiet oħra jiżiedu mas-soluzzjoni taz-zokkor, qatra wara qatra sakemm il-kulur blu ta’ l-indikatur jisparixxi.

Għal aktar eżattezza t-titrazzjoni għandha tirrepeti ruħha taħt l-istess kondizzjonijiet, pero’ għandha tinżied mingħajr ebda pawsa s-soluzzjoni taz-zokkor meħtieġa biex tirriduċi s-soluzzjoni ta’ Fehling. F’din it-tieni titrazzjoni, it-tnaqqis tas-soluzzjoni ta’ Fehling għandha ssir fi żmien tliet minuti. Għandha tkompli tagħli għal preċiżament żewġ minuti oħra, filwaqt li tinżied il-kimika f’ħin ta’ minuta qatra b’qatra għas-soluzzjoni tat-togħlija sakemm il-kulur blu jisparixxi.

Dan il-persentaġġ bil-piż tal-lamtu fil-kampjun għandu jiġi determinat skond il-formula li ġejja:

lamtu % = ((T × 200 × 100)/(n × p)) × 0,95

meta:

T

:

hija il-kwantita tal-grammi tad-destrożju anidrożju li jikkorrispondi sa 10 ml tas-soluzzjoni ta’ Fehling (5 ml tas-soluzzjoni A u 5 ml tas-soluzzjoni B). Din it-titrazzjoni tikkorrispondi għal 0,04945 g tad-destrożju androżju tas-soluzzjoni A li jkun fiha 17,636 g ta’ ramm għal kull litru;

n

:

hija in-numru ta’ ml tas-soluzzjoni taz-zokkor użata għat-titrazzjoni;

p

:

hija il-piż ta’ l-ammont tal-kampjun;

0,95

:

hija ir-rata tal-konverżjoni tad-destrożju anidruż fil-lamtu.

IV.   IL-PREPARAZZJONI TAS-SOLUZZJONIJIET TA’ FEHLING

Soluzzjoni A

:

F’garafina gradwata għandu jkun maħlul 69,278 g ta’ sulfat tar-ramm kristallizzat – Reaġent Analitiku (CuSO4 5H2O) - ħieles mill-ħadid f’ilma distillat u li jwassal il-volum ta’ litru wieħed bl-ilma distillat. Il-qawwa korretta ta’ din is-soluzzjoni għandha tkun verifikata b’determinazzjoni kwantitattiva tar-ramm.

Soluzzjoni B

:

F’garafina gradwata 100 g ta’ sodju idrossidu u 346 g ta’ tarttrat tas-sodju tal-potassju doppju (melħ ta’ Rochelle) għandhom jinħallu f’ilma distillat u l-volum għandu jiżdied għal-litru wieħed b’ilma distillat.

Iż-żewġ soluzzjoni A u B għandhom ikunu imħaltin bi kwantitajiet egwali immedjatament qabel l-użu. 10 ml ta’ soluzzjoni ta’ Fehling (5 ml tas-soluzzjoni A u 5 ml tas-soluzzjoni B) huma kompletament imnaqqsa, taħt il-kondizzjonijiet deskritti fil-punt III, bi 0,04945 g ta’ destrożju anidruż.


ANNESS III

Skoperta ta’ dqiq tal-qamħ komuni jew smida f’makkaroni, spagetti u prodotti simili (Għaġin)

(bil-metodu Young u Giles, modifikat minn Bernaerts u Gruner)

I.   PRINĊIPJU

Estratt tal-kampjun ta’ l-għaġin għall-analiżi li huwa ppreparat billi jintuża solvent mhux polari.

Dan l-estratt huwa kromatografat fuq saff irqiq ta’ ġel silika biex jiġu separati l-isterols preżenti fid-diversi frazzjonijiet tal-band form.

Huwa possibli li jiġi determinat jekk il-prodott eżaminat ġiex manifatturat esklużivament minn qamħ durum jew minn qamħ komuni, jew minn taħlita tat-tnejn skond in-numru ta’ bands b’kuluri vivaċi. Huwa possibli li jiġi determinat ukoll jekk ġewx miżjuda bajd.

II.   L-APPARAT U L-KIMIKA

1.

Omoġenizzatur jew mitħna biex jinkiseb qamħ għat-tħin li jkun jista’ jgħaddi minn passatur ta’ qies standard b’ xibka ta’ 0,200 mm.

2.

Passatur ta’ qies standard b’xibka ta’ 0,200 mm.

3.

Evaporatur b’banjumarija għall-evaporazzjoni taħt pressjoni mnaqqsa.

4.

Folja rqiqa tal-ħġieġ, pjanċa rqiqa ta’ l-aluminju jew rinforz xieraq ieħor b’qisien ta’ 20 ċm × 20 ċm miksi b’saff irqiq ta’ ġel silika. Jekk is-saff irqiq jrid jiġi ppreparat, għandu jiġi użat ġel silika mħallat b’13 % ġips, u għandu jiġi applikat f’saff ta’ 0,25 mm b’apparat xieraq skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

5.

Mikropipetta biex tqis 20 mikrolitri.

6.

Kontenitur bl-għatu tajjeb biex jiġu żviluppati il-kromatogrammi.

7.

Atomizzatur.

8.

Etere tal-petroleum b’punt tat-tgħollija bejn l-40 °Ċ u s-60 °Ċ, iddistillat mill-ġdid qabel jintuża.

9.

Etere etile anidru għall-analiżi.

10.

Karbonju tetrakloridu għall-kromatografija, iddistillat mill-ġdid qabel jintuża.

11.

Aċidu fosfomolibdiku għall-analiżi.

12.

94° alkoħol etile.

III.   METODU

Itħan madwar 20 g tal-kampjun għall-analiżi ħalli jgħaddi mill-passatur. Poġġi l-kampjun fi flixkun Erlenmeyer u iksi b’150 ml etere tal-petroleum. Ħallih f’temperatura normali sal-ġurnata ta’ wara. Ħawwad minn ħin għall-ħin.

Imbgħad iffiltra minn lembut Büchner li għandu apparat ta’ filtrazzjoni jew minn filtru sintered. Ittrasferixxi is-soluzzjoni ċara hekk miksuba bil-mod il-mod fi flixkun ikkalibrat ta’ 100 ml. Evaporizza s-solvent taħt pressjoni mnaqqsa billi ssaħħan il-flixkun f’banjumarija f’temperatura ta’ 40 °Ċ sa 50 °Ċ. Meta s-solvent ikun evaporizza, saħħan taħt pressjoni imnaqqsa għal-għaxar minuti oħra.

Meta l-flixkun jiksaħ, iddetermina il-piż ta’ l-estratt. Iddilwixxi l-estratt bl-etile etere fuq bażi ta’ 1 ml etile etere għal kull 60 mg ta’ l-estratt.

Attiva s-saffi rqaq billi twassalhom għal temperatura ta’ 130 °Ċ għal tlett sigħat. Ħallihom jiksħu f’dessikatur li jikkontjeni ġel silika. Folji li mhumiex użati mmedjatament jistgħu jiġu ppreservati fl-istess dessikatur.

Applika, qatra qatra, 20 mikrolitru tas-soluzzjoni ċara biex tifforma band ta’ wisa’ konstanti u tul ta’ 3 ċm fuq saff preferibbilment attivat riċentement. Ħalli s-solvent jevaporizza.

Uża kontenitur kromatografiku li l-ħitan tiegħu huma miksija b’karta li tiffiltra mxarrba kompletament bis-solvent biex tiżviluppa l-kromatogramma taħt temperatura normali b’karbonju tetrakloridu. Madwar xi siegħa wara s-solvent jilħaq għoli ta’ 18 ċm. Neħħi l-folja u ħalli s-solvent jevaporizza fil-miftuħ. Għall-separazzjoni aħjar tal-bands, żviluppa l-kromatogramma għat-tieni darba. Erġa’ ħalli s-solvent jevaporizza fil-miftuħ.

Sprejja s-saff irqiq tal-ġel silika b’soluzzjoni ta’ 20 % aċidu fosfomolibdiku f’alkoħol etile. Il-kulur tas-saff jrid ikun isfar uniformi. Żviluppa l-bands billi ssaħħan il-folja sprejjata b’temperatura 110 °Ċ għal ħames minuti.

IV.   INTERPRETAZZJONI TAL-KROMATOGRAMMA

Jekk il-kromatogramma turi band waħedha ewlenija b’kulur vivaċi b’Rf ta’ madwar 0,4 sa 0,5, il-qamħ użat għall-manifattura tal-għaġin in kwistjoni huwa qamħ durum. Jekk, minflok, jidhru żewġ bands ewlenin ta’ vivaċità ugwali, il-materja prima użata huwa il-qamħ komuni. Taħlitiet ta’ qamħ durum u qamħ komuni jistgħu jiġu assessjati b’valutazzjoni tal-vivaċità relatttiva taż-żewġ bands.

Jekk hemm tlett bands (żewġ bands ta’ għoli bħal-dak tal-bands ewlenin għal-qamħ kumuni u band oħra fosthom) ikun ġie miżjud bajd ma’ l-għaġin. F’dan il-każ, il-materja prima użata huwa qamħ durum jekk il-band tan-nofs hija iktar vivaċi mill-band ta’ fuq. Imma, jekk il-band ta’ fuq hija iktar vivaċi mill-band tan-nofs, il-materja prima użata huwa qamħ komuni.


ANNESS IV

Regolament imħassar flimkien mal-lista ta’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4154/87

(ĠU L 392, 31.12.1987, p. 19)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/98

(ĠU L 21, 28.1.1998, p. 6)


ANNESS V

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 4154/87

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 4

Artikoli 1 sa 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Annessi I, II u III

Annessi I, II u III

Anness IV

Anness V


17.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 248/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 901/2008

tas-16 ta' Settembru 2008

li jissuspendi l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni ta’ ċerti kwantitajiet ta' zokkor industrijali għall-kampanja tal-kummerċjalizzazzjoni 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 142 tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi li biex jiġu garantiti l-proviżjonijiet meħtieġa għall-fabbrikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 62, paragrafu 2, tar-Regolament imsemmi, il-Kummissjoni tista' tissospendi għalkollox jew parzjalment l-applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni fuq ċerti kwantitajiet taz-zokkor.

(2)

L-Artikoli 30 sa 30d tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għall-kampanji tal-kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, il-modalitajiet tal-applikazzjoni għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti fis-settur taz-zokkor fl-ambitu ta' ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali [titlu mhux uffiċjali] (2) stabbilixxew il-modalitajiet tal-applikazzjoni għall-importazzjoni taz-zokkor industrijali msemmija fl-Artikolu 62, paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Sabiex jiġu garantiti l-proviżjonijiet meħtieġa għall-fabbrikazzjoni tal-prodotti msemmijin f'Artikolu 62, paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bi prezz li jikkorrispondi għall-prezz dinji, huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi totalment id-dazju fuq l-importazzjoni taz-zokkor għall-fabbrikazzjoni ta' dawn il-prodotti għall-kampanja tal-kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, fuq kwantità li tikkorrispondi għan-nofs tal-bżonnijiet tagħhom taz-zokkor industrijali.

(4)

B'hekk hemm bżonn li jiġu ffissati l-kwantitajiet taz-zokkor tal-importazzjoni industrijali għall-kampanja 2008/2009.

(5)

Il-kumitat tal-ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-kampanja 2008/2009, id-dazji fuq l-importazzjoni ġew sospiżi totalment fuq kwantità ta' 400 000 tunnellata ta' zokkor industrijali bil-kodiċi NM 1701 u bin-numru tas-serje 09.4390, skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

17.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 248/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Ġunju 2008

dwar l-għajnuna mill-Istat C 57/07 (ex N 843/06) li qed tipprova timplementa r-Repubblika tas-Slovakkja għal Alas Slovakia, s.r.o.

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2254)

(Il-verżjoni Slovakka biss hi awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/734/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim taż-Zona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom skond dawk id-dispożizzjonijiet (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra datata l-15 ta’ Diċembru 2006, irreġistrata mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Diċembru 2006 (A/40324), l-awtoritajiet Slovakki, skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, innotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jagħtu għajnuna għal investiment reġjonali individwali fil-forma ta’ konċessjoni mit-taxxa fuq l-attivitajiet tal-investiment minn Alas Slovakia, s.r.o. f’disa’ postijiet differenti (2).

(2)

It-talbiet għall-informazzjoni ntbaghtu fit-13 ta’ Frar 2007 (D/50598), 8 ta’ Mejju 2007 (D/51936), 25 ta’ Lulju 2007 (D/53139) u 12 ta’ Ottubru 2007 (D/54058) rispettivament. L-awtoritajiet Slovakki ttrażmettew informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri datati 12 ta’ Marzu 2007 (A/32162), 4 ta’ Ġunju (A/34580), 13 ta’ Awwissu 2007 (A/36769) u 31 ta’ Ottubru 2007 (A/39017).

(3)

Permezz ta’ ittra datata 11 ta’ Diċembru 2007 (minn hawn ‘il quddiem “id-deċiżjoni tal-ftuħ”) il-Kummissjoni informat lis-Slovakkja li kienet iddeċidiet li tibda proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-miżura.

(4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tinbeda l-proċedura kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom.

(5)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mill-partijiet interessati u lanqas mir-Repubblika tas-Slovakkja.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

2.1.   L-għan tal-miżura

(6)

L-għan tal-miżura tal-għajnuna hija li tippromwovi l-iżvilupp reġjonali tar-reġjuni ta’ Nitra (4), Trnava (5) u Trenčín (6), ilkoll fil-Punent tas-Slovakkja, li fil-mument tan-notifika kienet żona assistita skont l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE; Il-limitu tal-intensità tal-għajnuna skond il-mappa tal-għajnuna reġjonali tas-Slovakkja għall-2004-2006 (7) huwa ta’ 50 % NGE.

(7)

Il-proġett propost jikkostitwixxi miżura individwali ta’ għajnuna nnotifikata mill-awtoritajiet Slovakki, jiġifieri mhijiex garantita taħt l-iskema eżistenti tal-għajnuna skond it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (8).

2.2.   Il-forma u n-natura tal-għajnuna

(8)

Il-miżura notifikata għandha tiġi pprovduta fil-forma ta’ konċessjoni mit-taxxa applikata fuq bażi annwali bejn l-2007 u l-2011. Il-konċessjoni annwali hija limitata għal 50 % tar-responsabbiltà għat-taxxa tal-kumpaniji ta’ Alas Slovakia, s.r.o. L-ammont totali ta’ din il-konċessjoni mit-taxxa huwa limitat għal SKK 100 813 444 fil-valur preżenti (9) (madwar EUR 2.89 miljun). L-għajnuna ma tistax tiġi utitilizzata fl-istess ħin ma’ għajnuna minn sorsi oħra biex tkopri l-istess spejjeż eliġibbli.

(9)

L-għajnuna notifikata ssegwi għajnuna preċedenti fil-forma ta’ konċessjoni mit-taxxa (bbażata fuq Taqsima 35a tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul) li kienet approvata mill-Uffiċċju Slovakk għall-Għajnuna mill-Istat qabel is-sħubija tar-Repubblika Slovakka fl-UE (10).

(10)

Skond tit-taqsima 35a tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, benefiċjarju tal-għajnuna jingħata kreditu fuq it-taxxa tal-kumpaniji ta’ 100 % fuq perjodu ta’ ħames snin konsekuttivi u sussegwentement, huwa għandu l-possibbiltà li japplika għal kreditu addizjonali ta’ 50 % fuq it-taxxa matul il-ħames snin ta’ wara. In-notifika sottomessa tikkonċerna t-tieni perjodu ta’ ħames snin. L-għajnuna notifikata tikkonċerna spejjeż oħra eliġibbli u parzjalment stabbilimenti oħra wkoll minn dawk li huma koperti mill-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni.

2.3.   Bażi legali tal-għajnuna individwali

(11)

Il-bażi legali nazzjonali għall-għajnuna hija l-Att Nru 231/1999 Coll. dwar l-għajnuna mill-Istat, kif emendat, l-Att Nru 595/2003 Coll. dwar it-taxxa fuq id-dħul, kif emendat, u l-Att Nru 366/1999 Coll. dwar it-taxxi fuq id-dħul, kif emendat, kif daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2003, b’mod partikolari t-Taqsima 52(3) tal-Att Nru 595/2003 Coll. dwar it-taxxa fuq id-dħul, kif emendat, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 35a tal-Att Nru 366/1999 Coll. dwar it-taxxi fuq id-dħul, kif emendat, kif daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2003 (11).

2.4.   Benefiċjarji

(12)

Il-benefiċjarja tal-għajnuna, Alas Slovakia, s.r.o., hija intrapriża kbira. Hija ħadet f’idejha l-attivitajiet tal-intrapriżi li kienu tal-Istat “Západoslovenské kameňolomy a štrkopiesky” and “Strmáč Comp.Ltd”. Il-benefiċjarja hija attiva fl-estrazzjoni u l-ipproċessar ta’ minerali mhux riżervati (żrar, ġebel) li jaqgħu taħt id-Diviżjoni 08, Grupp 08.1, Klassijiet 08.11 u 08.12 tal-klassifikazzjoni statistika NACE tal-attivitajiet ekonomiċi. Hija involuta wkoll fil-produzzjoni u l-bejgħ tas-siment u t-taħlit tal-konkrit – Diviżjoni 23, Grupp 23.6 tal-klassifikazzjoni NACE.

(13)

Skond l-informazzjoni pprovduta fuq il-websajt tal-kumpanija, Alas Slovakia, s.r.o. hija fost il-produtturi ewlenin tax-xogħol tal-ġebel fir-Repubblika tas-Slovakkja. Is-sehem mis-suq tagħha fis-Slovakkja huwa ta’ madwar 15 %.

(14)

L-akbar azzjonista (67.45 %) tal-Alas Slovakia, s.r.o. hija Alas International Baustoffproduktions AG (minn hawn ‘il quddiem “Alas International”) ibbażata f’Ohlsdorf (Austria), li min-naħa tagħha hija proprjetà ta’ ASAMER holding group. Alas International twaqqfet fl-1998 bħala kumpanija holding biex topera f’azzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-aggregati u l-konkrit.

2.5.   Il-proġett tal-investiment

(15)

Skond is-Slovakkja, l-għajnuna tikkonċerna kemm it-twaqqif ta’ tliet stabbilimenti ġodda (Červeník, Okoč and Prievidza) u l-modernizzazzjoni, ir-razzjonalizzazzjoni u d-diversifikazzjoni ta’ sitt faċilitajiet eżistenti tal-produzzjoni (Veľký Grob, Veľký Cetín, Komjatice, Kamenec pod Vtáčnikom, Hontianske Trsťany – Hrondín and Nitra). Il-proġett tal-investiment se jinvolvi x-xiri ta’ tagħmir tekniku modern u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent minn partijiet terzi u l-konstruzzjoni u t-titjib ta’ siti diversi għall-estrazzjoni ta’ materjal mhux maħdum (ġebel u żrar, aggregati). Milli jidher dawn l-istabbilimenti kollha huma komplemtament indipendenti minn xulxin minħabba li m’hemm l-ebda konnessjoni ta’ xogħol jew rabta ekonomika bejniethom.

(16)

Permezz ta’ dawn l-attivitajiet tal-investiment il-kumpanija tixtieq li ttejjeb il-kwalità tal-prodotti u s-servizzi tagħha u tiggarantixxi s-serħan il-moħħ tal-provvista tal-kwantitajiet u l-varjetajiet mitluba mill-investituri fil-kostruzzjoni. L-ispejjeż eliġibbli tal-proġett huma stmati li jlaħħqu SKK 345 026 285 (madwar EUR 9.90 miljun) fil-valur preżenti.

(17)

Ix-xogħlijiet fuq il-proġetti tal-investiment kienu notifikati biex jibdew fl-2007. L-implimentazzjoni tal-proġett għandha titlesta sal-2011. Id-dettalji qed jingħataw fit-tabella t’hawn taħt.

Stabbiliment

Tip tal-investiment inizjali

Perjodu tal-investiment

Numru ta’ impjiegi ġodda li nħolqu

Ammont ta’ investiment f’valur nominali

(SKK000)

Veľký Grob

Razzjonalizzazzjoni Estensjoni ta’ stabbiliment eżistenti

2007, 2008

26 400

Veľký Cetín

Modernizzazzjoni

2007

9 000

Komjatice

Modernizzazzjoni

2008

10 200

Kamenec pod Vtáčnikom

Modernizzazzjoni Diversifikazzjoni

2007, 2008

2010, 2011

27

151 000

Hontianske Trsťany – Hrondín

Diversifikazzjoni

2008, 2009

20

49 000

Červeník

It-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid

2007, 2009

16

40 000

Okoč

It-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid

2007

14

29 000

Nitra

Diversifikazzjoni

2008

14 000

Prievidza

It-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid

2009, 2010

4

51 000

Total

 

 

81

379 600

III.   RAĠUNIJIET BIEX TINBEDA L-PROĊEDURA

(18)

Il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha biex tinbeda l-proċedura fil-każ preżenti, innotat li kellha dubji fir-rigward tal-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq komuni skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE u fuq il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali (12) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala “RAG 1998”) għar-raġunijiet li ġejjin.

L-ewwel, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-limitu tal-għajnuna għall-investiment reġjonali għall-investiment tal-bidu, kif stabbilit f’punt 4.4 tal-RAG 1998, kienx rispettat. Skont punt 4.4 tal-RAG 1998, investiment tal-bidu huwa definit bħala investiment f’kapital fiss li għandu x’jaqsam mat-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid, l-estensjoni ta’ stabbiliment eżistenti jew it-twaqqif ta’ attività li tinvolvi tibdil fundamentali fil-prodott jew il-proċess ta’ produzzjoni ta’ stabbiliment eżistenti (permezz ta’ razzjonalizzazzjoni, diversifikazzjoni jew modernizzazzjoni). Din id-definizzjoni teskludi mill-firxa tagħha l-investiment ta’ sostituzzjoni. L-għajnuna għall-investiment ta’ sostituzzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna operazzjonali, li hija permessa biss jekk jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet (cf. punti 4.15, 4.16 u 4.17 tal-RAG 1998).

Milli jidher fl-aħħar tliet stabbilimenti (Veľký Grob, Veľký Cetín and Kamenec pod Vtáčnikom) il-benfiċjarju qed jixtri l-istess tip ta’ makkinarju/tagħmir li qed juża u jikri bħalissa. Il-kwalità mtejba tat-tagħmir li nxtara jew iż-żieda sinjifikanti fil-produzzjoni kkonċernata tista’ tkun dibattibbli, minkejja li l-benfiċċjarju qal li t-tagħmir il-ġdid se jkun aktar modern minn dak li bħalissa qed jinkera.

Dwar l-istabbiliment tiegħu ta’ Nitra, il-benefiċjarju se joffri lill-konsumaturi tiegħu biss servizz “kumplimentari” sabiex “iżomm is-sehem mis-suq tal-kumpanija, il-fluss tal-flus u r-riżultati ekonomiċi.” (13) Jidher diffiċli li wieħed jiġġustifika l-għajnuna f’sitwazzjoni fejn mhi qed issir l-ebda attività addizzjonali.

It-tieni, il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna individwali, li se tingħata lil kumpanija attiva f’settur speċifiku tal-estrazzjoni tal-materja prima. Bħala konsegwenza, din il-mużura ta’ għajnuna għandha tkun meqjusa bħala selettiva b’impatt akbar fuq kumpaniji oħra attivi fl-istess settur. Skont punt 2 tal-RAG 1998. għajnuna individwali ad hoc li tingħata lil kumpanija waħda, jew konfinata għal qasam wieħed ta’ attività, jista’ jkollha impatt kbir fuq il-kompetizzjoni fis-suq relevanti, u l-effetti tagħha fuq l-iżvilupp reġjonali aktarx ikunu kemxejn limitati. Tali għajnuna ġeneralment taqa’ fi ħdan l-ambitu ta’ politiki speċifiċi settorjali tal-industrija u mhix konformi mal-ispirtu tal-politika għall-għajnuna reġjonali bħala tali. Din tal-aħħar għandha tibqa’ newtrali lejn l-allokazzjoni ta’ riżorsi produttivi bejn id-diversi setturi u attivitajiet ekonomiċi. Bħala konklużjoni, l-RAG 1998 tieħu pożizzjoni negattiva lejn miżuri tal-għajnuna individwali sakemm ma jistax jiġi ppruvat li l-kontribuzzjoni reġjonali tal-għajnuna tiżboq id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha d-dubji jekk il-kontribuzzjoni limitata lejn l-iżvilupp reġjonali tistax tiġġustifika l-ammont relattivament għoli ta’ għajnuna għal kull impjieg li jinħoloq.

Mill-informazzjoni sottomessa joħroġ li 81 impjieg dirett ġdid biss se jinħolqu, filwaqt illi xi 57 impjieg dirett maħluqa mill-benefiċjarju fl-imgħoddi se jinżammu permezz tal-investimenti megħjuna. L-impjiegi l-ġodda jistgħu ikollhom x’jaqsmu biss ma’ ħames mid-disa’ stabbilimenti tal-proġett (ara t-tabella t’hawn fuq). Il-Kummissjoni nnotat li 34 mill-81 impjieg ġdid li nħoloq għanhom ikunu maħluqa fit-tliet stabbilimenti maħsuba (14). Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni għandha dubji jekk l-ammont relattivament għoli ta’ għajnuna kull impjieg dirett li jinħoloq, b’mod partikolari f’settur ta’ salarji baxxi (l-għajnuna għal kull impjieg dirett li jinħoloq tkun tikkorrispondi għal madwar seba’ salarji annwali), kienx ġustifikat.

Rigward in-numru ta’ impjiegi indiretti, fl-ittra tagħhom iddata 17 ta’ Frar 2007 l-awtoritajiet Slovakki fil-bidu indikaw li se jinħolqu 100 impjieg indirett. Aktar tard, fit-tieni ittra tagħhom tal-4 ta’ Ġunju 2007 fejn ipprovdew informazzjoni addizzjonali, huma rreferew għall-istatistiċi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Aggregati, fejn qalu li l-impjiegi indiretti se jammontaw għal 414-690. Skot dan l-istudju, fis-settur li fih il-kumpanija qed issegwi l-attivitajiet tan-negozju tagħha, madwar 3-5 impjiegi qed jinħolqu fir-rigward ta’ kull impjieg ġdid li qed jinħoloq. Fis-sottomissjoni tal-informazzjoni datata t-13 t’Awwissu 2007, l-awtoritajiet Slovakki finalment irreferew għal stħarriġ fornut lil Alas mill-Università ta’ Leoben (l-Awstrija), li skontu fis-settur tal-ipproċessar tal-materja prima, kull impjieg dirett ġdid jikkorispondi għal 30-40 impjieg indirett (15). Il-Kummissjoni kellha dubji jekk din l-istqarrija ġenerali dwar l-estrazzjoni tal-minerali kenitx trasferibbli għas-sitwazzjoni tal-materjal għall-bini.

Barra minn hekk, l-għajnuna hija mogħtija għal attivitajiet fl-industrija tal-estrazzjoni li l-lokazzjoni tagħhom hija ddeterminata mhux bl-għoti tal-għajnuna, imma bid-disponibbiltà tal-minerali; dan ikun affettwat anqas minn nuqqasijiet reġjonali li normalment ixekklu l-iżvilupp reġjonali. Bħala konsegwenza, wieħed jista’ jassumi li jkun possibbli li wieħed jisfrutta r-riżorsi anke mingħajr l-għajnuna. Addizzjonalment, minħabba li Alas kienet qiegħda topera diġà fil-biċċa l-kbira tal-istabbilimenti fuq il-bażi ta’ liċenzji fit-tul, hemm dubju fuq l-effett ta’ inċentiv ta’ għajnuna reġjonali attizzonali.

It-tielet, il-kontribuzzjoni aktarx limitata lejn l-iżvilupp reġjonali għandha tkun ibbilanċjata kontra l-effett fuq il-kummerċ u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni tal-miżura tal-għajnuna li, skond l-awtoritajiet Slovakki, hija mistennija wkoll li tkun żgħira. Il-firxa tal-bejgħ tal-prodotti inkwistjoni hija limitata ħafna (madwar 50 kilometru bit-triq jew 150 km bil-ferrovija) minħabba l-valur relattivament baxx fir-rigward tal-ispejjeż tat-trasport. L-awtoritajiet Slovakki indikaw li stabbiliment wieħed biss (Hontianske Trsťany – Hrondín) se jkun f’pożizzjoni li jesporta parti mill-produzzjoni tiegħu (sa 50 elf tunnellata ta’ ġebel għall-bini annwalment għall-valur ta’ SKK 9 miljun) lejn l-Ungerija. Tliet stabbilimenti oħra (Veľký Cetín, Okoč and Komjatice) huma mistennija jikkompetu mal-importazzjonijiet mill-Ungerija. Alas Slovakia, s.r.o. mhix mistennija tikkompeti ma’ kumpaniji oħra li jħaffru u jipproċessaw il-minerali mill-Awtrija jew ir-Repubblika Ċeka. Madankollu, dan deher li huwa f’kontradizzjoni mal-informazzjoni li kien hemm fl-applikazzjoni għall-ewwel parti tal-għajnuna, sottomessa lill-awtoritajiet Slovakki fis-16 ta’ April 2003, fejn kienu msemmija kompetituri potenzjali minn dawn iż-żewġ pajjiżi.

Il-Kummissjoni meta tikkunsidra l-post fejn qegħdin l-istabbilimenti konċernati għandha dubji għandha dubji sa liema punt jista’ jiġi distort il-kummerċ ma’ Stati Membri oħra (pereżempju l-Awstrija jew ir-Repubblika Ċeka).

Fl-aħħar, kif stabbilit fl-avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq relevanti għall-iskopijiet tal-liġi Komunitarja dwar il-kompetizzjoni (16), f’ċerti każi, anke kieku l-konsenji minn impjant partikolari jkunu limitati għal ċerta żona madwar l-impjant, id-distribuzzjoni tal-impjanti tista’ tkun b’mod li ż-żoni ta’ madwar l-impjanti differenti jkunu jirkbu fuq xulxin b’mod sinifikattiv. Jekk hu hekk, huwa possibbli li l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti jkunu affettwati minn katina ta’ effett ta’ sostituzzjoni, li twassal għal impatti fuq is-suq ġeografiku aktar wiesa’.

Bħala riżultat, il-Kummissjoni għandha dubji kemm il-kontribuzzjoni mistennija tal-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali tista’ tiżboq l-effetti negattivi fuq il-kumerċ.

IV.   KUMMENTI MIR-REPUBBLIKA SLOVAKKA U L-PARTIJIET INTERESSATI

(19)

Ma kinux irċevuti kummenti mill-awtoritajiet Slovakki jew minn partijiet terzi biex ineħħu d-dubji li tqajmu meta bdiet l-investigazzjoni formali.

V.   L-EVALWAZZJONI TAL-MIŻURA

V.1.   Il-legalità tal-miżura

(20)

Permezz ta’ notifika għall-miżura tal-għajnuna bi klawsola ta’ waqfien totali sakemm tkun awtorizzata mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Slovakki kienu konformi mal-obbligi proċedurali tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

V.2.   Il-karattru tal-għajnuna mill-Istat tal-miżura

(21)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE għar-raġunijiet li ġejjin, diġà indikati fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

V.2.1.   Il-preżenza ta’ riżorsi tal-Istat

(22)

Ir-riżorsi tal-Istat ikunu involuti mindu tiġi ppjanata l-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa tad-dħul tal-kumpaniji.

V.2.2.   Vantaġġ ekonomiku

(23)

Il-miżura teħles lil Alas Slovakia, s.r.o. minn spejjeż li kieku kien ikollha ġġorr taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Għalhekk tkun qed tagħti vantaġġ lil Alas Slovakia, s.r.o. fuq kumpaniji oħra.

V.2.3.   Il-preżenza tas-selettività

(24)

Il-miżura hi selettiva minħabba li tindirizza biss impriża waħda.

V.2.4.   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ

(25)

Finalment, il-produzzjoni koperta mill-proġett hija suġġetta għall-kummerċ. Għalhekk, il-kummerċ bejn l-Istati Membri se jkun affettwat. Barra minn hekk, il-vantaġġ li jingħata lil Alas Slovakia, s.r.o. u l-produzzjoni tagħha se joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni jew jhedded li joħloq tali distorsjoni.

V.3.   Kompatibilità

(26)

Safejn il-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skond it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, il-kompatibilità tiegħu għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-eċċezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat tal-KE. L-eċċezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat tal-KE, li huma dwar l-għajnuna ta’ natura soċjali mogħtija lill-konsumatur individwali, għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata mid-diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali u għajnuna mogħtija lil ċerti oqsma tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ma japplikawx f’dan il-każ. Il-miżura ma tistax tiġi kkunsidrata bħala proġett importanti għall-interess komuni Ewropew jew għajnuna biex tirrimedja interruzzjoni serja fl-ekonomija Slovakka, kif ipprovdut mill-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE. Il-miżura ma tikkwalifikax la għall-eċċezzjoni permessa mill-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE li tipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma taffettwax b’mod ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali sal-punt li jmur kontra l-interess komuni. Bl-istess mod, m’għandhiex bħala l-għan tagħha l-promozzjoni tal-konservazzjoni tal-kultura u l-wirt kif ipprovdut fl-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE.

(27)

L-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE jipprovdi l-awtorizzazzjoni tal-għajnuna biex ikun promoss l-iżvilupp ekonomiku fl-oqsma fejn il-livell tal-għajxien ikun baxx b’mod mhux normali jew fejn ikun hemm nuqqas serju ta’ impjiegi. Ir-reġjuni ta’ Nitra, Trnava and Trenčín (il-Punent tas-Slovakkja) huma eliġibbli taħt din id-deroga.

(28)

Fid-deċiżjoni tagħha biex tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni spjegat ir-raġunijiet, li kienu miġbura fil-qosor f’Sezzjoni III ta’ din id-Deċiżjoni, li dwarhom kellha dubju kemm il-miżura li qed tiġi eżaminata tkunx tista’ tikkwalifika għal deroga skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment mir-Repubblika tas-Slovakkja jew minn partijiet terzi, il-Kummissjoni tista’ tqis li dawn id-dubji huma kkonfermati.

VI.   KONKLUŻJONI

(29)

Il-Kummissjoni ssib li l-miżura nnotifikata mir-Repubblika tas-Slovakkja, kif stabbilita f’paragrafi 6 sa 10 aktar ‘il fuq, mhijiex kompatibbli mas-suq komuni taħt kwalunkwe deroga stabbilita fit-Trattat tal-KE, u għandha tiġi pprojbita. Skond l-awtoritajiet Slovakki, l-għajnuna ma ngħatatx u, għalhekk, ma hemmx bżonn li tiġi rkuprata.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konċessjoni mit-taxxa nnotofikata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika tas-Slovakkja qed tippjana biex timplimenta għal Alas Slovakia, s.r.o. li tammonta għal SKK 100 813 444 (madwdar EUR 2.89 miljun) mhix kompatibbli mas-suq komuni.

Minħabba dan, l-għajnuna m’għandhiex tiġi implimentata.

Artikolu 2

Ir-Repubblika tas-Slovakkja għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri li jkunu ttieħdu biex tkun kompatibbli magħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovakkja.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 30, 2.2.2008, p. 13.

(2)  Permezz ta’ ittra datata 13 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Slovakki biex jissottomettu għall-evalwazzjoni disa’ notifiki differenti biex hi tkun tista’ teżamina l-kompatibbiltà ta’ kull wieħed mid-disa’ proġetti skont il-bażi tal-merti invidwali tagħhom. Fit-tweġiba tagħhom tat-12 ta’ Marzu 2007, l-awtoritajiet Slovakki spjegaw lill-Kummissjoni li Alas Slovakia s.r.o. tikkostitwixxi entità taxxabbli waħda b’bosta stabbilimenti, bi ħlas wieħed tat-taxxa. Il-leġiżlazzjoni Slovakka applikabbli ma tippermettix lil dawk li jħallsu t-taxxa biex jikkalkulaw il-bażi tat-taxxa u t-taxxa tal-kumpaniji għal kull taqsima tal-organizzazzjoni separatament. Għalhekk, l-awtoritajiet Slovakki jqisu li mhux possibbli li jikkalkolaw l-ammont tal-għajnuna li rċieva kull stabbiliment.

(3)  Ara l-ewwel nota f’qiegħ il-paġna.

(4)  Fil-muniċipalitajiet ta’: Nitra, Komjatice, Veľký Cetín, Hontianske Trsťany-Hrondín.

(5)  Fil-muniċipalitajiet ta’: Červeník, Veľký Grob, Okoč.

(6)  Fil-muniċipalitajiet ta’: Kamenec pod Vtáčnikom, Prievidza.

(7)  Għajnuna mill-Istat SK 72/2003 – ir-Repubblika tas-Slovakkja – “Mappa għall-għajnuna reġjonali mill-Istat tar-Repubblika tas-Slovakkja”.

(8)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(9)  F’espressjoni tal-valur tal-2007 u kkalkulata b’rata referenzjali ta’ 5.62 % applikabbli fid-data tan-notifika.

(10)  Permezz tan-notifika Nru 1108/2003 tal-Uffiċċju Slovakk għall-Għajnuna mill-Istat, maħruġa fil-25 ta’ Awwissu, l-għajnuna mill-Istat kienet approvata għal Alas Slovakia, s.r.o. (2003-2012), skont it-Taqsima 35a tal-Att Nru 471/2002, kif emendat, u Att Nru 366/1999, għal livell massimu ta’ SKK 87 145 485. Taħt proċedura interim, din l-għajnuna mill-Istat (SK 53/03) kinet ikkunsidrata bħala “għajnuna eżistenti”.

(11)  L-Att Nru 231/1999 Coll. dwar l-għajnuna mill-Istat, kif emendat, l-Att Nru 595/2003 Coll. dwar it-taxxa fuq id-dħul, kif emendat, u l-Att Nru 366/1999 Coll. dwar it-taxxi fuq id-dħul, kif emendat, kif daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2003, b’mod partikolari t-Taqsima 52(3) tal-Att Nru 595/2003 Coll. dwar it-taxxa fuq id-dħul, kif emendat, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 35a tal-Att Nru 366/1999 Coll. dwar it-taxxi fuq id-dħul, kif emendat, kif daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2003.

(12)  ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9.

(13)  Ittra mill-Ministeru tal-Finanzi Slovakk, datata l-31 ta’ Mejju 2007 (ref. MF/8790/2007-832)

(14)  F’dan ir-rigward, għandu jkun issottolineat 16-il impjieg ġdid mill-81 għandhom ikunu maħluqa fis-sit Červeník, li għaliha l-permess tal-estrazzjoni għandu ma ngħatax.

(15)  “Studju soċjo-ekonomiku fis-settur ta’ prodotti finali magħmula minn minerali juri li n-numru ta’ impjiegi maħluqa fis-settur tal-ipproċessar tal-minerali huwa 30-40 darba akbar min-numru ta’ impjiegi fis-settur tal-minerali” (ikkwotat f’paġna 31 tal-istudju intitolat “Stħarriġ tal-politiki tal-ippjanar tal-minerali fl-Ewropa”- ikkummissjonat mid-DĠ tal-Intrapriża u l-Industrija.

(16)  ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5.


17.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 248/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Settembru 2008

li taħtar rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċinali

(2008/735/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistipula proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u dak veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċinali (minn hawnhekk ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) għandu jinkludi żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni.

(2)

Minħabba t-tqassim mill-ġdid tal-kompetenzi fi ħdan il-Kummissjoni huwa neċessarju li jinħatar membru ġdid fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi u sostitut li jkun jista’ jissostitwixxi lill-membru fl-assenza tiegħu u jivvota minfloku,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċinali għandu jkun persuna li tokkupa l-pożizzjoni u li teżerċita l-funzjonijiet mniżżla hawn taħt:

(a)

Konsulent prinċipali b’interess speċjali fuq is-Saħħa Pubblika, li joffri konsulenza lid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi dwar strateġija tas-saħħa u jgħin lid-Direttur tad-Direttorat tas-Saħħa Pubblika u Valutazzjoni tar-Riskji.

Ir-rappreżentant alternattiv għandu jkun persuna li tokkupa l-pożizzjoni u li teżerċita l-funzjonijiet mniżżla hawn taħt:

(b)

Il-Kap tal-Unità “Strateġija għas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa”, li tinkludi l-funzjonijiet ta’ determinazzjoni u formolazzjoni ta’ politiċi u azzjoni għas-saħħa pubblika, inkluż fil-kamp tal-farmaċewtika, u d-determinazzjoni tad-direzzjoni ġenerali tal-attivitajiet fl-unità skont il-bażi tal-programm ta’ xogħol tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi u/jew il-Direttorat tas-Saħħa Pubblika u Valutazzjoni tar-Riskji.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-persuni li jokkupaw, anke jekk fuq bażi temporanja, il-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal kull suċċessur tal-persuni f’dawk il-pożizzjonijiet.

Artikolu 3

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi għandu jinforma lill-President tal-Bord Amministrattiv u d-Direttur tal-Aġenzija bl-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, u b’kull bdil f’dan ir-rigward.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

17.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 248/26


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/736/PESK

tal-15 ta' Settembru 2008

dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 14 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill Ewropew esprima t-tħassib serju tiegħu dwar il-kunflitt miftuħ li beda fil-Ġeorġja, u esprima r-rieda tal-Unjoni Ewropea (EU) li timpenja ruħha sabiex tappoġġa kull sforz sabiex tiġi żgurata soluzzjoni paċifika u dejjiema għall-kunflitt.

(2)

Il-Kunsill Ewropew fakkar ukoll li soluzzjoni paċifika u dejjiema għall-kunflitt fil-Georġja għandha tkun ibbażata fuq ir-rispett sħiħ għall-prinċipji ta’ indipendenza, sovranità u integrità territorjali rikonoxxuti mid-dritt internazzjonali, mill-Att Finali tal-Konferenza ta’ Ħelsinki dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u minn riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

Il-Ftehim ta’ sitt punti li sar fit-12 ta’ Awwissu 2008 abbażi tal-isforzi ta’ medjazzjoni tal-UE, kif supplimentat bil-ftehim milħuq fit-8 ta’ Settembru 2008 għall-implimentazzjoni tiegħu, jibqa’ l-bażi għall-proċess ta’ stabbilizzazzjoni.

(4)

Il-Kunsill Ewropew fakkar ukoll fl-1 ta’ Settembru 2008 li l-ħatra f’Diċembru ta’ l-2003 ta’ Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar kien pass ieħor fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-Ġeorġja u maż-żewġ pajjiżi l-oħra tar-reġjun (l-Armenja u l-Azerbajġan). L-Unjoni Ewropea ddeċidiet li, b’żieda ma’ dan, għandu jinħatar RSUE għall-kriżi fil-Ġeorġja.

(5)

Fit-2 ta’ Settembru 2008, intbagħtet fil-Ġeorġja missjoni esploratorja u din bdiet topera fid-dawl tal-ġbir ta’ informazzjoni relevanti u tħejji missjoni ċivili possibbli tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (PESD). Hija għandha tieħu kont sħiħ ta’ u taġixxi b’komplementarjetà mal-mandati tal-preżenzi eżistenti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u tan-Nazzjonijet Uniti fil-Ġeorġja.

(6)

Fit-3 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill approva miżura ta’ tħejjija għal Missjoni PESD eventwalment possibbli fil-Ġeorġja.

(7)

F’ittra ddatata l-11 ta’ Settembru 2008, il-Gvern tal-Ġeorġja stieden lill-UE sabiex tiskjera missjoni PESD ta’ monitoraġġ ċivili fil-Ġeorġja.

(8)

Kwalunkwe parteċipazzjoni fil-Missjoni minn Stat terz għandha tkun konformi mal-linji gwida ġenerali definiti mill-Kunsill Ewropew.

(9)

L-istruttura ta’ kmand u kontroll tal-Missjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà kuntrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni.

(10)

Il-Kapaċità tal-Għassa stabbilita fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandha tiġi attivata għal din il-Missjoni.

(11)

Il-Missjoni PESD ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Il-Missjoni

1.   L-Unjoni Ewropea (UE) b’dan tistabbilixxi Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, minn hawn ’il quddiem imsejħa “EUMM Georgia”. L-EUMM Geogia għandha tiġi skjerata f’fażijiet, bl-iskjerament jibda f’Settembru ta’ l-2008 u bil-fażi operattiva tibda mhux iżjed tard mill-1 ta’ Ottubru 2008.

2.   EUMM Georgia għandha topera konformement mad-dikjarazzjoni tal-missjoni stabbilita fl-Artikolu 2 u għandha twettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

Mandat tal-missjoni

1.   L-EUMM Georgia għandha tipprovdi monitoraġġ ċivili tal-azzjonijiet tal-Partijiet, inkluża l-konformità sħiħa mal-Ftehim ta’ sitt punti u miżuri implimentattivi sussegwenti fuq bażi ġenerali fil-Ġeorġja kollha, b’ħidma kollaborattiva mill-qrib mal-imsieħba, partikolarment in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), u konsistentement ma’ attivitajiet oħra tal-UE, sabiex tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni, in-normalizzazzjoni u l-bini ta’ fiduċja waqt li tikkontribwixxi wkoll għall-formazzjoni tal-politika Ewropea b’appoġġ għal soluzzjoni politika dewwiema fil-Ġeorġja.

2.   L-objettivi partikolari tal-Missjoni għandhom ikunu:

(a)

li tikkontribwixxi għall-istabbiltà fit-tul fil-Ġeorġja kollha u fir-reġjun ta’ madwarha;

(b)

fuq perijodu qasir, l-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni b’anqas riskju ta’ bidu mill-ġdid ta’ ostilitajiet, f’konformità sħiħa mal-Ftehim ta’ sitt punti u mal-miżuri implimentattivi sussegwenti.

Artikolu 3

Kompiti tal-missjoni

Bil-għan li twettaq il-Missjoni, il-kompiti tal-EUMM Ġeorġja ser ikunu:

(1)

Stabbilizzazzjoni:

Tissorvelja, tanalizza u tirraporta dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-proċess ta’ stabbilizzazzjoni, iċċentrat fuq il-konformità sħiħa mal-Ftehim ta’ sitt punti, inkluż l-irtirar ta’ truppi, u fuq il-libertà tal-moviment u azzjonijiet minn sakkeġġatturi, kif ukoll fuq vjolazzjonijiet tad-drittijiet umani u d-dritt umanitarju internazzjonali.

(2)

Normalizzazzjoni:

Tissorvelja, tanalizza u tirraporta dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-proċess ta’ normalizzazzjoni tal-governanza ċivili, b’attenzjoni speċjali għall-istat tad-dritt, għal strutturi effikaċi tar-rinfurzar tal-liġi u għal sitwazzjoni adegwata ta’ ordni pubbliku. Il-Missjoni se tissorvelja wkoll is-sigurtà tal-konnessjonijiet tat-trasport, ta’ infrastrutturi ta’ l-enerġija u ta’ utilitajiet, kif ukoll l-aspetti ta’ politika u sigurtà tar-ritorn tal-persuni internament spostati u tar-refuġjati.

(3)

Bini ta’ fiduċja:

Tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta’ tensjonijiet permezz tal-kuntatti, għall-faċilitazzjoni ta’ kuntatti bejn il-partijiet u għal miżuri oħrajn ta’ bini ta’ fiduċja.

(4)

Tikkontribwixxi għall-formazzjoni tal-politika Ewropea u għall-involviment futur tal-UE.

Artikolu 4

Struttura tal-Missjoni

1.   L-EUMM Georgia għandha tkun strutturata kif ġej:

(a)

Kwartier Ġenerali (KĠ). Il-KĠ għandu jikkonsisti mill-Uffiċċju tal-Kap tal-Missjoni u tal-Persunal tal-KĠ, li jkun jipprovdi l-funzjonijiet neċessarji kollha ta’ kmad u kontroll u appoġġ għall-missjoni. Il-KĠ għandu jkun fi Tbilisi.

(b)

Uffiċċji Lokali. Uffiċċji Lokali distribwiti ġeografikament ser iwettqu kompiti ta’ monitoraġġ u jipprovdu funzjonijiet meħtieġa ta’ appoġġ għall-missjoni.

(c)

Element ta’ Appoġġ. L-Element ta’ Appoġġ għandu jkun stabbilit fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fi Brussell.

2.   Bħala kapaċità ta’ potenzjament inizjali, għandhom jiġu stabbiliti gruppi ta’ monitoraġġ ta’ komponenti pre-ekwipaġġati provduti mill-Istati Membri fi ħdan l-EUMM Georgia.

3.   L-elementi ta’ hawn fuq għandhom ikunu suġġetti għal iżjed arranġamenti dettaljati fil-Pjan Operattiv (OPLAN).

Artikolu 5

Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili

1.   Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUMM Georgia.

2.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), għandu jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-EUMM Georgia fil-livell strateġiku.

3.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni korretta u effikaċi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, anke bil-ħruġ ta’ istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u billi jagħtih pariri u appoġġ tekniku.

4.   Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat mittenti jew tal-istituzzjoni tal-UE kkonċernata. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, gruppi u unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

5.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali sabiex jiżgura li d-dmir ta’ diliġenza tal-UE jiġi attwat korrettament.

6.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u r-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 6

Kap tal-Missjoni

1.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-Missjoni fil-livell operattiv fuq il-post.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, gruppi u unitajiet minn Stati kontribwenti kif allokati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluża dik mill-assi, mir-riżorsi u mill-informazzjoni mqiegħdin għad-dispożizzjoni tal-Missjoni.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-Missjoni, inkluż f’dan il-każ l-element ta’ appoġġ fi Brussell, għat-twettiq effikaċi ta’ EUMM Georgia fuq il-post, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tagħha, u jsegwi l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan l-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali, jew tal-UE, konċernata.

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta lill-EUMM Georgia fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adatta tal-Missjoni.

7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, adegwatament, ma’ atturi oħrajn tal-UE fuq il-post. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE.

8.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jfassal l-OPLAN għall-Missjoni sabiex dan jiġi preżentat għall-approvazzjoni tal-Kunsill. Il-Kap tal-Missjoni għandu jiġi assistit f’dan il-kompitu mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 7

Persunal

1.   L-EUMM Georgia għandha tikkonsisti primarjament f’persunal sekondat mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet tal-UE. Kull Stat Membru jew istituzzjoni tal-UE għandu jerfa’ l-ispejjeż ta’ kwalunkwe persunal sekondat minnu, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-iskjerament, is-salarji, il-kopertura medika u l-allowances, minbarra allowances tal-ġurnata applikabbli kif ukoll allowances għat-tbatija u għar-riskju.

2.   Il-persunal ċivili internazzjonali u persunal lokali għandhom jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali mill-Missjoni jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux provduti minn persunal sekondat mill-Istati Membri. Eċċezzjonalment, u f’każijiet debitament ġustifikati fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda applikazzjoni kwalifikata mill-Istati Membri, jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, kif meħtieġ, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti.

3.   Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-istandards operattivi minimi ta’ sigurtà speċifiċi għall-missjoni u l-pjan ta’ sigurtà tal-Missjoni li jappoġġaw il-politika tal-UE ta’ sigurtà fuq il-post. Fir-rigward tal-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE li l-persunal ikun fdat biha waqt li jwettaq dmirijietu, il-persunal għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mir-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill (1).

Artikolu 8

Status tal-Missjoni u tal-persunal

1.   L-istatus tal-Missjoni u tal-persunal tagħha, inklużi meta adatt il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-Missjoni, għandhom jiġu miftiehma konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tat-Trattat. Is-SĠ/RGħ, li jgħin lill-Presidenza, jista’ jinnegozja tali ftehim f’isimha.

2.   L-Istat jew l-istituzzjoni tal-UE li jkunu ssekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli sabiex iwieġbu għal kwalunkwe pretensjoni marbuta mas-sekondar, minn jew dwar il-membru tal-persunal. L-Istat jew l-istituzzjoni tal-UE in kwistjoni għandhom ikunu responsabbli għall-bidu ta’ kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna sekondata.

3.   Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal ċivili internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-membri tal-persunal.

Artikolu 9

Linja ta’ kmand

1.   L-EUMM Georgia għandha jkollha linja ta’ kmand unifikata bħala operazzjoni ta’ maniġġar ta’ kriżi.

2.   Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUMM Georgia.

3.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tas-SĠ/RGħ, għandu jkun il-kmandant tal-EUMM Georgia fil-livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.

4.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tas-SĠ/RGħ.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUMM Georgia fil-livell operattiv fuq il-post u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

Artikolu 10

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tat-TPUE, fuq proposta mis-SĠ/RGħ, u sabiex jiġu emendati il-Kunċett ta’ Operazzjonijiet (CONOPS) u l-OPLAN. Is-setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-Missjoni għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.

2.   Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.

3.   Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u mill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 11

Parteċipazzjoni ta’ Terzi Stati

1.   Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija deċiżjonali tal-UE u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, jistgħu jiġu mistiedna Stati terzi sabiex jikkontribwixxu għall-Missjoni, sakemm dawn jerfgħu l-ispejjeż tal-persunal sekondat minnhom, inklużi s-salarji, l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, l-allowances ta’ sussistenza ta’ kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-Georġja, u sakemm dawn jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi tal-Missjoni, kif meħtieġ.

2.   L-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-Missjoni għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ ġestjoni ta’ kuljum tal-Missjoni daqs l-Istati Membri tal-UE.

3.   Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta’ Kontributuri.

4.   L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu koperti minn strumenti ta’ ftehim konklużi konformement mal-Artikolu 24 tat-Trattat. Is-SĠ/RGħ, li għandu jassisti lill-Presidenza, jista’ jinnegozja strumenti ta’ ftehim bħal dawn f’isem din tal-aħħar. Fejn l-UE u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dak l-Istat terz f’operazzjonijiet tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-Missjoni.

Artikolu 12

Is-sigurtà

1.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effikaċi tagħhom għall-EUMM Georgia konformement mal-Artikoli 5 u 9, f’koordinazzjoni mal-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Kunsill.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-Missjoni u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-Missjoni, konformement mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-UE f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, u mad-dokumenti li jappoġġawha.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni (MSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mal-Uffiċċju ta’ Sigurtà tal-Kunsill.

4.   Il-persunal tal-EUMM Georgia għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda xogħlu, konformement mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post tal-operazzjoni organizzat mill-MSO.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE konformement mar-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill.

Artikolu 13

Kapaċità tal-Għassa

Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUMM Georgia.

Artikolu 14

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għandu jkun ta’ EUR 31 000 000.

2.   L-ispiża kollha għandha tiġi amministrata konformement mar-regoli Komunitarji u mal-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-UE. Suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Missjoni jista’ jikkonkludi arranġamenti tekniċi ma’ Stati Membri tal-UE, ma’ Stati terzi parteċipanti, u ma’ atturi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-provvista ta’ tagħmir, servizzi u siti lill-EUMM Georgia. Iċ-ċittadini ta’ Stati terzi għandhom ikunu permessi li jressqu offerti għall-kuntratti.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta b’mod sħiħ lill-Kummissjoni, u għandu jkun sorveljat minnha, rigward l-attivitajiet imwettqin fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.

4.   L-arranġamenti finanzjarji għandhom josservaw ir-rekwiżiti operattivi tal-Missjoni, inkluża l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-gruppi tagħha.

5.   In-nefqa relatata mal-Missjoni għandha tkun eliġibbli mid-dħul fis-seħħ ta’ din l-Azzjoni Konġunta.

Artikolu 15

Koordinazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jaġixxi f’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni sabiex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni tal-UE b’appoġġ għall-Ġeorġja.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib mal-Presidenza lokali tal-UE u ma’ Kapijiet oħrajn ta’ Missjonijiet tal-UE.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkopera mal-atturi internazzjonali l-oħrajn preżenti fil-pajjiż, partikolarment in-NU u l-OSKE.

Artikolu 16

Rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata

1.   Is-SĠ/RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta, skond il-każ u skond il-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE” li jiġu ġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f’ konformità mar-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill.

2.   Is-SĠ/RGħ għandu jkun ukoll awtorizzat jirrilaxxa lin-NU u lill-OSKE, konformement mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” li jiġu ġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f’ konformità mar-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill. Għandhom jitfasslu arranġamenti lokali għal dan l-għan.

3.   Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, is-SĠ/RGħ huwa awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” li jiġu ġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, konformement mar-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, din l-informazzjoni u dawn id-dokumenti għandhom jiġu rrilaxxati lill-Istat ospitanti f’ konformità mal-proċeduri applikabbli għall-koperazzjoni mill-Istat ospitanti mal-UE.

4.   Is-SĠ/RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta kwalunkwe dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkunu koperti mill-obbligu ta’ segretezza professjonali f’ konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (2).

Artikolu 17

Reviżjoni tal-Missjoni

Sitt xhur wara l-bidu tal-Missjoni għandu jiġi ppreżentat lill-KPS reviżjoni tal-Missjoni, abbażi ta’ rapport mill-Kap tal-Missjoni u mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ u tul ta’ żmien

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u t-tul ta’ żmien tagħha għandu jkun ta’ 12-il xahar.

Artikolu 19

Pubblikazzjoni

1.   Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-KPS f’ konformità mal-Artikolu 10(1) fir-rigward tal-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għandhom ukoll jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-Regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/683/KE, Euratom tal-15 ta’ Settembru 2006 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 285, 16.10.2006, p. 47).


17.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 248/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.