ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 245

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
13 ta' Settembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 890/2008 tat-12 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2008 tal-11 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u IIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 892/2008 tat-12 ta' Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 950/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali

5

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/724/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 2008 li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda fluopicolide u pinoxaden (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4732)  ( 1 )

15

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 245/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 890/2008

tat-12 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

24,7

ZZ

24,7

0707 00 05

EG

162,5

JO

156,8

TR

74,0

ZZ

131,1

0709 90 70

TR

93,2

ZZ

93,2

0805 50 10

AR

71,8

TR

104,3

UY

47,5

ZA

79,7

ZZ

75,8

0806 10 10

TR

102,3

US

158,2

ZZ

130,3

0808 10 80

CL

66,0

CN

65,4

NZ

103,3

US

90,8

ZA

79,3

ZZ

81,0

0808 20 50

AR

76,1

CN

63,1

TR

133,9

ZA

99,3

ZZ

93,1

0809 30

TR

144,7

US

182,4

ZZ

163,6

0809 40 05

IL

122,2

MK

22,0

TR

79,0

XS

64,2

ZZ

71,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 245/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 891/2008

tal-11 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u IIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

35/T&Q

Stat Membru

GBR

Stokk

COD/1/2B.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

I u IIb

Data

14.8.2008


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 245/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 892/2008

tat-12 ta' Settembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 950/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [titlu mhux uffiċjali] (1), u partikolarment l-Artikolu 40(1)(e)(iii) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet 2007/626/KE (2) u 2007/627/KE (3) il-Kunsill iddeċieda li, f’isem il-Komunità, tirtira l-Ftehim ma’ l-Indja dwar iz-zokkor tal-kannamiela (“Ftehim mal-Indja”) (4), u l-Protokoll 3 dwar iz-Zokkor tal-Istati AKP li jidher fil-Konvenzjoni ta’ Lomé bejn l-AKP u l-KEE ffirmata fit-28 ta’ Frar 1975 u d-dikjarazzjonijiet korrispondenti mehmuża ma’ dik il-Konvenzjoni, li jinsabu fil-Protokoll 3 mehmuż ma’ l-Anness V għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (5) (“Protokoll 3 fuq iz-zokkor tal-Istati AKP”), rispettivament, b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2009. Għalhekk, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 (6) jeħtiġilhom jiġu adattati sabiex tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni legali l-ġdida.

(2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (7), jiftaħ kwoti tar-rati tariffarji addizzjonali għall-prodotti tat-titolu tat-tariffa 1701 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009. Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għalhekk jeħtieġlu wkoll jiġi adattat fid-dawl ta’ dawk il-kwoti addizzjonali.

(3)

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fit-12 ta’ Ġunju 2006. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġie ffirmat u konkluż Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, min-naħa l-oħra (8) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2006. Il-konċessjonijiet kummerċjali bilaterali fuq in-naħa tal-Komunità huma ekwivalenti għall-konċessjonijiet applikabbli fi ħdan il-miżuri awtonomi unilaterali tal-kummerċ skond ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000. Madankollu, id-definizzjonijiet fl-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandhom jikkunsidraw din is-sitwazzjoni legali ġdida.

(4)

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, kif ukoll il-Bożnija u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta’ Ġunju 2008. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġie ffirmat u konkluż Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (9) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008. Il-konċessjonijiet kummerċjali bilaterali fuq in-naħa tal-Komunità huma ekwivalenti għall-konċessjonijiet applikabbli fi ħdan il-miżuri awtonomi unilaterali tal-kummerċ skont ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000. Madankollu, id-definizzjonijiet fl-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandhom jikkunsidraw din is-sitwazzjoni legali ġdida.

(5)

L-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jiddetermina l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni. Għall-perjodu tat-tqassim bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Settembru 2009, għandu jingħata biżżejjed żmien lill-operaturi sabiex jorganizzaw il-kummerċ. Għalhekk l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandu jibda mill-ewwel wara l-pubblikazzjoni tal-obbligi għat-tqassim għal dak il-perjodu.

(6)

Il-Protokoll 3 fuq iz-zokkor tal-AKP u l-Ftehim mal-Indja mhux se jibqa’ jorbot lill-Komunità wara t-30 ta’ Settembru 2009. Għalhekk, it-talbiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati sa mhux iktar tard mit-18 ta’ Settembru 2009. L-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu jiġi emendat skond dan.

(7)

F’każ fejn l-applikazzjonijiet tal-liċenzji jilħqu jew jaqbżu l-kwantità ta’ wieħed mill-obbligi tat-tqassim, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jipprovdi għall-iffissar ta’ koeffiċjent ta’ allokazzjoni mill-Kummissjoni. Ladarba l-Protokoll 3 fuq iz-zokkor tal-AKP u l-Ftehim ma’ l-Indja ma jibqax jorbot lill-Komunità wara t-30 ta’ Settembru 2009, il-flessibiltà provduta għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor tal-AKP/tal-Indja m’għandhiex tapplika għall-aħħar żewġ perjodi ta’ tqassim. Il-komunikazzjoni ta’ kwantitajiet li huma importati u li tidher fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 hija użata biex jiġi kkalkulat it-trasferiment ta’ kwantitajiet eċċessivi eventwali għall-perjodu tat-tqassim li ġej. Iż-żmien ta’ skadenza għal din il-komunikazzjoni huwa ta’ tliet xhur u għalhekk l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu mhix se tkun disponibbli. Għalhekk, fil-każ fejn l-applikazzjonijiet tal-liċenzja jilħqu jew jaqbżu l-kwantità ta’ wieħed mill-obbligi tat-tqassim għall-perjodu tat-tqassim 2008/2009 u l-perjodu tat-tqassim bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Settembru 2009, hemm bżonn li jiġi ffissat koeffiċjent ta’ allokazzjoni.

(8)

L-Artikolu 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 129/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistipula regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ċertifikati għall-iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (10), għandu japplika, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet taz-zokkor tal-AKP/tal-Indja fir-rigward tal-perjodu tat-tqassim bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Settembru 2009. Għalhekk, id-deroga minn dik id-dispożizzjoni pprovduta fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, m’għandhiex tapplika fir-rigward ta’ dak il-perjodu għat-tqassim.

(9)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jeħtieġu l-indikazzjoni tal-perjodu għat-tqassim fil-kaxxa 20 tagħhom. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandu jissemma b’mod speċifiku l-perjodu għat-tqassim bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Settembru 2009.

(10)

Il-preferenzi kummerċjali mhux reċiproċi li jinsabu fl-Anness V għall-Ftehim ta’ Sħubija ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 bejn il-membri tal-grupp ta’ Stati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, skadew fil-31 ta’ Diċembru 2007. Għalhekk, l-evidenza tal-oriġini maħruġa skont l-Artikolu 14 tal-Protokoll 1 mehmuż ma’ l-Anness V għall-Ftehim tas-Sħubija AKP-KE m’għadux japplika għall-pajjiżi li mhumiex inklużi fl-Anness 1 għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007. Madankollu, il-preferenza mogħtija skont il-Protokoll 3 dwar iz-zokkor tal-AKP tibqa’ tapplika sat-30 ta’ Settembru 2009. Għalhekk, fil-ħin tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għaz-zokkor tal-AKP/tal-Indja, għandu jiġi ppreżentat ukoll dokument maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ esportazzjoni. Kif kien s’issa, il-pajjiżi li jesportaw għandhom jibqgħu joħorġu dokument li jkun differenti mil-liċenzja ta’ esportazzjoni msemmija fl-Artikoli 16(2) u 21(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006. Għalhekk, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-possibbiltà li jinħareġ dokument alternattiv bħal dan ibbażat fuq l-istess mudell bħala l-prova tal-oriġini maħruġa fil-passat.

(11)

L-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jiddetermina l-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għaz-zokkor tal-AKP/tal-Indja. Fir-rigward tal-perjodu għat-tqassim li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, id-data li fiha tibda l-validità ta’ tliet xhur għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għar-raffinar, għandha titressaq għall-1 ta’ Lulju 2009 sabiex tirrifletti l-fatt li dan il-perjodu ta’ tqassim 2008/2009 se jintemm fit-30 ta’ Settembru 2009.

(12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 407/2008 tas-7 ta’ Mejju 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (11) ineħħi lill-Montenegro mil-lista tal-benefiċjarji tal-konċessjonijiet tariffarji previsti fl-Artikolu 4(4) tiegħu. L-Artikolu 28 u l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu jiġi emendat skond dan.

(13)

L-esperjenza miksuba fl-ewwel sentejn tal-ġestjoni tal-produzzjoni barra mill-kwota, u b’mod speċjali z-zokkor industrijali, turi bżonn għall-flessibbiltà kemm għall-produtturi kif ukoll għall-proċessuri taz-zokkor industrijali. Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 sabiex tiġi determinata l-kwantità taz-zokkor industrijali li għalih l-applikazzjoni tad-dazji ta’l-importazzjoni kollha jew parti minnhom trid tiġi sospiża, m’għadhomx jinħtieġu u għandhom jiġu mħassra.

(14)

Jekk il-liċenzja ta’ importazzjoni għall-importazzjoni taz-zokkor industrijali tiġi trasferita, l-obbligu biex jiġu pproċessati l-kwantitajiet importati fil-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 967/2006 għandhom jibqgħu għand min kellu l-liċenzja tal-importazzjoni fil-bidu. L-Artikolu 6(4) għandu jiġi emendat skond dan.

(15)

It-talbiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu ristretti għal proċessuri taz-zokkor industrijali. Proċessuri bħal dawn mhux bilfors ikunu involuti fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi. Għalhekk, huwa neċessarju li tiġi provduta deroga korrispondenti mill-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni [titlu mhux uffiċjali] (12).

(16)

Ladarba l-importazzjoni taz-zokkor industrijali tista’ tintuża biss għal skopijiet ta’ produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward il-produzzjoni taz-zokkor li jaqbeż il-kwota (13), id-dispożizzjonijiet fuq il-ġestjoni tal-materja prima industrijali u l-obbligi fuq il-proċessuri stabbiliti minn dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kwantitajiet importati.

(17)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, il-kwoti tar-rati tariffarji addizzjonali disponibbli skont dik id-dispożizzjoni għandhom jinqasmu bejn ir-reġjuni skond il-kwantitajiet li jridu jiġu determinati skond il-ftehimiet li jikkwalifikaw ir-reġjuni jew stati għall-inklużjoni fl-Anness I għal dak ir-Regolament. Il-bidu ta’ dawn il-ftehimiet bejn ċerti reġjuni u stati, minn naħa, u l-Komunità Ewropea, min-naħa l-oħra, ikkwalifika dawn ir-reġjuni u stati għall-inklużjoni fl-Anness I imsemmi. Il-kwantitajiet tal-kwoti tar-rati tariffarji addizzjonali huma determinati f’dawn il-ftehimiet.

(18)

Dawk il-kwoti tar-rati tariffarji addizzjonali għandhom jinfetħu u jiġu amministrati skont ir-Regolament (KE) Nru 950/2006. Għalhekk huwa xieraq li jingħataw il-kwantitajiet lill-pajjiżi, jew reġjuni, suġġetti għall-prekundizzjoni li dawk il-pajjiżi huma msemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007. Kwantitajiet bħal dawn jistgħu jingħataw lil pajjiżi speċifiċi fihom infushom kif ukoll bħala parti minn reġjun. Ċerti speċifiċitajiet li jirrigwardaw l-informazzjoni li għandu jkun hemm fl-applikazzjonijiet tal-liċenzji u fil-liċenzji nfushom għandhom jiġu stabbiliti.

(19)

Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għal esportazzjonijiet li mhumiex preferenzjali ġew użati biex japplikaw għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni preferenzjali. Għalhekk, il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandha turi b’mod ċar li l-liċenzja tirrigwarda l-esportazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali lill-UE.

(20)

Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(21)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(i)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 (*),

(j)

L-Artikolu 14(2) tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika ta’ l-Albanija min-naħa l-oħra (**)

(k)

L-Artikolu 12(3) tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnija Ħerzegovina min-naħa l-oħra (***)

(*)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1."

(**)  ĠU L 239, 1.9.2006, p. 2."

(***)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.”."

(b)

Il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-kwantitajiet importati skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(c) sa (k) (minn hawn ’il quddiem imsemmija ‘kwoti tariffarji’), u bid-dispożizzjonijiet imsemmija f’punti (a) u (b) ta’ dak il-paragrafu (minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala ‘obbligi tat-tqassim’) għas-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għandu jkollhom in-numri tal-ordni tal-kwota jidhru fl-Anness I.”.

(2)

L-Artikolu 2, huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

‘Iz-zokkor tal-Balkani’ ifisser prodotti taz-zokkor li jidħlu fil-kodiċi NM 1701 u 1702 li joriġinaw fl-Albanija, fil-Bożnija Ħerzegovina, fis-Serbja, fil-Kosovo, f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fil-Kroazja, u importati fil-Komunità skont ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000, il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u tal-Assoċjazzjoni mar-Repubblika tal-Kroazja, il-ftehim Interim fuq il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija fuq in-naħa l-oħra, u l-ftehim Interim fuq il-kummerċ u kwistjonijiet rrelatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa u l-Bożnija Ħerzegovina fuq l-oħra,”;

(b)

il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:

“(i)

‘il-perjodu tat-tqassim’ ifisser il-perjodu definit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll tal-AKP u fl-Artikolu 4 tal-Ftehim mal-Indja. Madankollu, fir-rigward tal-perjodu tat-tqassim li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, ‘il-perjodu tat-tqassim’ ifisser il-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Settembru 2009, id-data li fiha l-Protokoll tal-AKP u l-Ftehim mal-Indja ma jibqgħux jorbtu lill-Komunità,”;

(ċ)

il-punt li ġej jiġi miżjud:

“(p)

‘Iz-zokkor addizzjonali tal-EPA’ ifisser zokkor li jidħol fil-kodiċi CN 1701 li joriġina f’reġjuni u stati li huma msemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007.”.

(3)

Fl-Artikolu 4(5), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Għall-perjodu tat-tqassim li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-ewwel perjodu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandu jibda nhar it-Tnejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jiddetermina l-obbligi tat-tqassim għal dan il-perjodu.

Għaz-zokkor tal-AKP/tal-Indja, l-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkun it-18 ta’ Settembru 2009.”.

(4)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Madankollu, dan is-subparagrafu m’għandux japplika għall-perjodu tat-tqassim 2008/2009 u l-perjodu tat-tqassim li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009.”.

(5)

Fl-Artikolu 6(4), it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“L-obbligi għall-importazzjoni, għar-raffinar jew għall-ipproċessar taz-zokkor industrijali impurtat mhumiex trasferibbli.”.

(6)

Fl-Artikolu 15(3), is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Madankollu, dan is-subparagrafu m’għandux japplika għall-perjodu tat-tqassim 2008/2009 u l-perjodu tat-tqassim li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009.”.

(7)

L-Artikolu 16, huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 punt (c) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(ċ)

fil-kaxxa 20: Il-perjodu tat-tqassim li jirrigwardahom jew għall-perjodu tat-tqassim li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, ir-referenza għal ‘l-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Settembru 2009’ u mill-inqas waħda mill-annotazzjonijiet fil-parti A tal-Anness III”,

(b)

il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Mal-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandu jkun hemm l-liċenzja oriġinali ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jesporta skond il-mudell fl-Anness II għall-kwantità daqs dik fl-applikazzjoni għal-liċenzja. Din il-liċenzja ta’ esportazzjoni tista’ tinbidel ma’ kopja ċertifikata, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ esportazzjoni, taċ-ċertifikat taċ-ċaqliq EUR.1 ibbażat fuq il-mudell stabbilit fl-Anness IIa għall-pajjiżi koperti mill-Protokoll AKP jew l-evidenza tal-oriġini li tinsab fl-Artikolu 18 għall-Indja.”;

(ċ)

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud fil-paragrafu 3:

“Għall-perjodu tat-tqassim li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, il-liċenzji għaz-zokkor għar-raffinar tal-AKP/tal-Indja għandhom ikunu validi sat-30 ta’ Settembru 2009 jew fil-każ tal-liċenzji maħruġa mill-1 ta’ Lulju 2009, sal-aħħar tat-tielet xahar wara dak li fih ġew maħruġa.”.

(8)

Fl-Artikolu 17 il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:

“1.   Ma’ l-importazzjoni, l-awtoritajiet tad-dwana jirċievu dokument li jkollu:

(a)

ta’ l-inqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-parti A tal-Anness III;

(b)

id-data tal-embarkazzjoni tal-merkanzija u l-perjodu tat-tqassim ikkonċernat;

(ċ)

is-subintestatura tan-NM għall-prodott konċernat.

2.   Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 li fih id-deskrizzjoni taz-zokkor li jidħol fil-kodiċi NM 1701 99 jista’ jintuża, fejn hu xieraq, għall-importazzjoni taz-zokkor li jidħol fil-kodiċi NM 1701 11.”.

(9)

Punt (a) tal-Artikolu 21(2) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

l-oriġinali tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jesporta jew wieħed mill-pajjiżi li jesportaw skond il-mudell fl-Anness II għall-kwantità daqs dik fl-applikazzjoni għal-liċenzja. Din il-liċenzja ta’ esportazzjoni tista’ titbiddel ma’ kopja ċertifikata, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jesporta, taċ-ċertifikat taċ-ċaqliq EUR.1 ibbażat fuq il-mudell fl-Anness IIa għall-pajjiżi koperti mill-Protokoll AKP jew l-evidenza tal-oriġini li tinsab fl-Artikolu 23 għall-Indja.”.

(10)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) jinbidel b’dan li ġej:

“Ma’ l-importazzjoni, l-awtoritajiet tad-dwana jirċievu dokument li jkollu:”.

(11)

Fl-Artikolu 28(2), it-tielet inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

Is-Serbja inkluż il-Kosovo 180 000 tunnellata,”.

(12)

Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 2 jitħassar.

(13)

Jiġu mdaħħla l-Artikoli 30a sa 30d li ġejjin:

“Artikolu 30a

Il-prodotti importati bħala zokkor industrijali tal-importazzjoni għandhom jintużaw għal skopijiet ta’ produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 (****).

Artikolu 30b

B’deroga tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għaz-zokkor industrijali tal-importazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati mill-proċessuri biss fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 967/2006.

Artikolu 30c

L-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet taz-zokkor industrijali tal-importazzjoni.

Artikolu 30d

1.   Proċessur għandu jipprovdi evidenza, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li l-kwantitajiet importati bħala zokkor industrijali tal-importazzjoni intużaw għall-għanijiet tal-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 967/2006 u skont l-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006. L-evidenza għandha tikkonsisti fl-irrekordjar kompjuterizzat fir-rekords waqt jew fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni tal-kwantitajiet tal-prodotti kkonċernati.

2.   Jekk il-proċessuri ma jkunux fornew l-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 sa tmiem is-seba’ xahar wara x-xahar ta’ l-importazzjoni, għandhom iħallsu, għal kull jum ta’ dewmien, somma ta’ EUR 5 għal kull tunnellata tal-kwantità kkonċernata.

3.   Jekk il-proċessuri ma jkunux fornew l-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 sa tmiem id-disa’ xahar wara x-xahar ta’ l-importazzjoni, il-kwantità kkonċernata għandha titqies li hija sovraddikjarata fis-sens tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006.

(****)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.”."

(14)

Jiddaħħal il-Kapitolu VIIIa li ġej:

“KAPITOLU VIIIa

IZ-ZOKKOR EPA ADDIZZJONALI

Artikolu 31a

Il-kwantitajiet disponibbli taħt il-kwoti tar-rati tariffarji addizzjonali miftuħa għall-prodotti bl-intestatura tat-tariffa 1701 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009 skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 għandhom jiġu allokati kif ġej:

Il-Komoros, il-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles, iż-Żimbabwe

75 000 tunnellata,

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

15 000 tunnellata,

Is-Sważiland

30 000 tunnellata,

Il-Możambik

20 000 tunnellata,

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika Domenikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, il-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, San Vinċenz u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

30 000 tunnellata,

Ir-Repubblika Domenikana

30 000 tunnellata,

Il-Fiġi, il-Papwa Ginea l-Ġdida

30 000 tunnellata.

Artikolu 31b

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-liċenzji għandu jkollhom l-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-kaxxa 8: il-pajjiż jew pajjiżi tal-oriġini li jridu jissemmew fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, il-kelma ‘iva’ trid tkun immarkata b’salib;

(b)

fil-kaxxi 17 u 18: il-kwantità f’zokkor abjad b’piż ekwivalenti, li ma jistax jaqbeż il-kwantità tal-bidu prevista fl-Artikolu 31a;

(ċ)

fil-kaxxa 20: tal-inqas waħda mill-annotazzjonijiet fil-parti J tal-Anness IV għal dan ir-Regolament.

2.   Ma’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jkun hemm l-oriġinali tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jesporta jew wieħed mill-pajjiżi li jesportaw skond il-mudell fl-Anness II għal dan ir-Regolament għal kwantità daqs dik li hemm fl-applikazzjoni għal-liċenzja. Din il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni tista’ tinbidel ma’ kopja ċertifikata maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jesporta, tal-evidenza tal-oriġini msemmija fit-Titolu IV tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007.”

(15)

L-Annessi għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Anness I huwa emendat skond l-Anness I għal dan ir-Regolament.

(b)

L-Anness II huwa emendat skond l-Anness II għal dan ir-Regolament.

(ċ)

L-Anness IIa jiddaħħal li test tiegħu hu stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

(d)

L-Anness III huwa emendat skond l-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 255, 29.9.2007, p. 37.

(3)  ĠU L 255, 29.9.2007, p. 38.

(4)  ĠU L 190, 23.7.1975, p. 36.

(5)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(6)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(8)  ĠU L 239, 1.9.2006, p. 2.

(9)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.

(10)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.

(11)  ĠU L 122, 8.5.2008, p. 7.

(12)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(13)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.


ANNESS I

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 950/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-tabella li tirrigwarda z-zokkor tal-Balkani tinbidel b’dan li ġej:

“In-numri tas-serje għaz-zokkor tal-Balkani

PAJJIŻI TERZI

Numru tas-serje

L-Albanija

09.4324

Il-Bożnja u Ħerzegovina

09.4325

Is-Serbja u l-Kosovo

09.4326

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

09.4327

Il-Kroazja

09.4328”

(2)

It-tabella li ġejja ġiet miżjuda:

“In-numri tas-serje għaz-zokkor Addizzjonali tal-EPA

PAJJIŻI TERZI

Numru tas-serje

Il-Komoros, il-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles, iż-Żimbabwe

09.4431

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

09.4432

Is-Sważiland

09.4433

Il-Możambik

09.4434

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika Domenikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, il-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, San Vinċenz Vincent u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

09.4435

Ir-Repubblika Domenikana

09.4436

Il-Fiġi, il-Papwa Ginea l-Ġdida

09.4437”


ANNESS II

“ANNESS II

Il-liċenzja mudell ta' l-esportazzjoni msemmija fl-Artikoli 16(2), 21(2)(a), 29(2) u 31b(2)

Image

Test ta 'immaġni

Anness III

“Anness IIa

Il-mudell għaċ-ċertifikat taċ-ċaqliq EUR.1 imsemmi fl-Artikoli 16(2) u 21(2)(a)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, ġiet miżjuda il-parti li ġejja:

J.   Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 31b(1)(c):

:

bil-Bulgaru

:

Приложение на Регламент (ЕО) № 950/2006, допълнителна захар по СИП. Пореден номер [поредният номер се вписва съгласно приложение I]

:

bl-Ispanjol

:

Aplicación del Reglamento (CE) no 950/2006, azúcar adicional AAE. Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

:

biċ-Ċek

:

Podle nařízení (ES) č. 950/2006, dodatečný cukr podle dohody o hospodářském partnerství. Pořadové číslo (pořadové číslo vložte podle přílohy I)

:

bid-Daniż

:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 950/2006, supplerende ØPA-sukker. Løbenummer [løbenummer indsættes ifølge bilag I]

:

bil-Ġermaniż

:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 950/2006, zusätzlicher WPA-Zucker. Laufende Nummer [laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen]

:

bl-Estonjan

:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 950/2006, majanduspartnerluslepingute alusel tarnitav lisasuhkur. Järjekorranumber [lisatakse vastavalt I lisale]

:

bil-Grieg

:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 950/2006, πρόσθετη ζάχαρη ΣΟΕΣ: αύξων αριθμός [συμπληρώνεται ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι]

:

bl-Ingliż

:

Application of Regulation (EC) No 950/2006, additional EPA sugar. Order No [order number to be inserted in accordance with Annex I],

:

bil-Franċiż

:

Application du règlement (CE) no 950/2006, sucre APE supplémentaire. Numéro d’ordre [numéro d’ordre à insérer conformément à l’annexe I]

:

bit-Taljan

:

Applicazione del regolamento (CE) n. 950/2006, zucchero APE supplementare. Numero d’ordine (inserire in base all’allegato I)

:

bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 950/2006 piemērošana, papildu EPA cukurs. Sērijas Nr. (sērijas numurs ir jāievieto saskaņā ar I pielikumu)

:

bil-Litwan

:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 950/2006, papildomas EPS cukrus. Eilės numeris [eilės numeris įrašytinas pagal I priedą]

:

bl-Ungeriż

:

A 950/2006/EK rendelet alkalmazása, kiegészítő GPA-cukor. Tételszám [a tételszámot az I. mellékletnek megfelelően kell beilleszteni]

:

bil-Malti

:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, zokkor addizzjonali tal-EPA. Nru ta' l-Ordni [numru ta' l-ordni li jrid jiddaħħal skond l-Anness I]

:

bl-Olandiż

:

Aanvraag in het kader van Verordening (EG) nr. 950/2006, aanvullende EPO-suiker. Volgnr. [in te vullen overeenkomstig bijlage I]

:

bil-Pollakk

:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 950/2006, dodatkowy cukier z umów o partnerstwie gospodarczym. Numer porządkowy [numer porządkowy zostanie wpisany zgodnie z załącznikiem I]

:

bil-Portugiż

:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 950/2006, açúcar APE suplementar. Número de ordem [número de ordem a inserir de acordo com o anexo I]

:

bir-Rumen

:

Aplicarea Regulamentului (CE) nr. 950/2006, zahăr APE suplimentar. Nr. de ordine [se introduce numărul de ordine în conformitate cu anexa I]

:

bis-Slovakk

:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 950/2006, dodatočný cukor podľa DHP. Poradové č. [poradové číslo sa vkladá podľa prílohy I]

:

bis-Sloven

:

Uporaba Uredbe (ES) št. 950/2006, dodatni sladkor v okviru sporazuma o gospodarskem partnerstvu. Zaporedna številka: [vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I]

:

bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 950/2006 soveltaminen, talouskumppanuussopimuksen mukainen lisäsokeri. Järjestysnumero [lisätään järjestysnumero liitteen I mukaisesti]

:

bl-Iżvediż

:

Tillämpning av förordning (EG) nr 950/2006, tilläggssocker enligt ekonomiskt partnerskapsavtal (EPA). Löpnummer [löpnummer ska införas i enlighet med bilaga I].”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 245/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Settembru 2008

li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda fluopicolide u pinoxaden

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4732)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/724/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju tal-1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Mejju 2004 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Bayer CropScience għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fluopicolide fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/778/KE (2) kkonfermat li d-dossier kien komplet u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-data u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

F’Marzu 2004, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni minn Syngenta Ltd li tikkonċerna l-pinoxaden. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/459/KE (3) kkonfermat li d-dossier kien komplet u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-data u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-konferma tal-kompletezza tad-dokumenti kienet meħtieġa sabiex dawn setgħu jiġu eżaminati fid-dettall u sabiex l-Istati Membri seta’ jkollhom il-possibiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet proviżorji, għall-perjodi sa tliet snin, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kundizzjoni dwar l-evalwazzjoni dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati minn dik id-Direttiva.

(4)

L-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ta’ dawn is-sustanzi attivi ġew studjati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE għall-użu propost mill-applikanti. L-Istat Membru relatur ressaq l-abbozzi tar-rapporti evalwattivi lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Diċembru 2005 (fluopicolide) u fit-30 ta’ Novembru 2005 (pinoxaden).

(5)

Wara li tressqu l-abbozzi tar-rapporti evalwattivi mill-Istat Membru relatur, instab li kien hemm il-ħtieġa li tintalab iktar informazzjoni mill-applikanti u li l-Istat Membru relatur jeżamina dik l-informazzjoni u jressaq l-evalwazzjoni tiegħu. Għalhekk, l-eżaminazzjoni tad-dossiers għadha għaddejja u mhux se jkun possibbli li l-evalwazzjoni titlesta fil-qafas ta’ żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Minħabba li l-evalwazzjoni li saret s’issa għadha ma identifikat l-ebda ħjiel ta’ problema immedjata, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jġeddu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati għal perjodu ta’ 24 xahar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE, u dan sabiex tkun tista’ titkompla l-eżaminazzjoni tad-dossiers. Huwa mistenni li l-proċess ta’ evalwazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar il-possibilità tal-inklużjoni fl-Anness I tal-fluopicolide u l-pinoxaden se jkun tlesta fi żmien 24 xahar.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-fluopicolide jew il-pinoxaden għal perjodu li ma jeċċedix l-24 xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 9.11.2005, p. 26.

(3)  ĠU L 160, 23.6.2005, p. 32.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 245/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.