ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 238

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
5 ta' Settembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 869/2008 ta’ l-4 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 870/2008 ta’ l-4 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/713/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-24 ta' Lulju 2008 dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit

5

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/714/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Diċembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2002/610/KE dwar l-iskema ta’ għajnuna li Franza biħsiebha timplimenta bil-għan li jinfetħu linji ġodda tat-trasport marittimu għal distanzi qosra (notifikata taħt id-dokument numru C(2004) 4519)  ( 1 )

7

 

 

2008/715/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar għajnuna mill-Istat (il-Ġermanja) f’forma eżenzjoni mit-taxxa fuq iż-żejt minerali għall-intrapriżi tas-serer (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 860)

10

 

 

2008/716/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/07 (ex NN 45/07) implimentata minn Franza favur d’Arbel Fauvet Rail SA (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1089)  ( 1 )

27

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

5.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 238/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 869/2008

ta’ l-4 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

21,7

ZZ

21,7

0707 00 05

JO

156,8

MK

64,6

TR

89,6

ZZ

103,7

0709 90 70

TR

96,0

ZZ

96,0

0805 50 10

AR

58,8

UY

74,4

ZA

74,5

ZZ

69,2

0806 10 10

IL

235,4

TR

106,8

US

188,9

XS

61,0

ZZ

148,0

0808 10 80

BR

55,2

CL

100,7

CN

111,7

NZ

99,3

US

95,3

ZA

81,2

ZZ

90,6

0808 20 50

AR

123,5

CN

60,9

TR

138,1

ZA

92,9

ZZ

103,9

0809 30

TR

133,7

US

166,3

XS

61,2

ZZ

120,4

0809 40 05

IL

137,9

MK

53,9

TR

53,9

XS

53,4

ZZ

74,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


5.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 238/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 870/2008

ta’ l-4 ta’ Settembru 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 842/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 229, 28.8.2008, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mill-5 ta’ Settembru 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

24,91

3,84

1701 11 90  (1)

24,91

9,08

1701 12 10  (1)

24,91

3,68

1701 12 90  (1)

24,91

8,65

1701 91 00  (2)

26,80

11,83

1701 99 10  (2)

26,80

7,31

1701 99 90  (2)

26,80

7,31

1702 90 95  (3)

0,27

0,38


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

5.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 238/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-24 ta' Lulju 2008

dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit

(2008/713/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet li saru mir-Renju Unit,

Billi:

(1)

L-Artikolu 104 tat-Trattat ifassal proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (EDP) biex jiżgura li l-Istati Membri jevitaw żbilanċi eċċessivi tal-gvern jew li jikkoreġu dawn l-iżbilanċi meta jiġru.

(2)

Skond il-punt 5 tal-Protokoll fuq ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq, l-obbligu skond l-Artikolu 104(1) tat-Trattat li jiġu evitati żbilanċi eċċessivi ma japplikax għar-Renju Unit sakemm ma jipparteċipax fit-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja. Waqt li jkun fit-tieni stadju ta’ unjoni ekonomika u monetarja, ir-Renju Unit għandu jagħmel ħiltu biex jevita żbilanċi eċċessivi, skond l-Artikolu 116(4) tat-Trattat.

(3)

Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir huwa msejjes fuq l-għan ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabilità tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien ta’ l-impjiegi.

(4)

Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv skond l-Artikolu 104 tat-Trattat, kif iċċarata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (1), li tagħmel parti mill-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, jistabbilixxi deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv. Il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat jistipula dispożizzjonijiet ulterjuri relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 (2) jistabbilixxi definizzjonijiet u regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ dan il-Protokoll.

(5)

L-Artikolu 104(5) tat-Trattat jitlob lill-Kummissjoni tindirizza opinjoni lill-Kunsill jekk il-Kummissjoni tqis li jeżisti żbilanċ eċċessiv fi Stat Membru jew li jista’ jiġri li jkun hemm. Wara li qieset ir-rapport tagħha skond l-Artikolu 104(3) tat-Trattat u wara li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju skond l-Artikolu 104(4), il-Kummissjoni kkonkludiet li jeżisti żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit. Il-Kummissjoni għalhekk indirizzat opinjoni ta’ din ix-xorta lill-Kunsill fir-rigward tar-Renju Unit fit-2 ta’ Lulju 2008.

(6)

L-Artikolu 104(6) tat-Trattat jgħid li l-Kunsill għandu jikkunsidra kwalunkwe osservazzjonijiet li l-Istat Membru kkonċernat jixtieq li jagħmel qabel ma jiddeċiedi, wara valutazzjoni globali, jeżistix żbilanċ eċċessiv. Fil-każ tar-Renju Unit, din il-valutazzjoni ġenerali twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin.

(7)

Ir-Renju Unit għamel sforzi fiskali qawwija matul tmiem is-snin disgħin. Minn hemm ‘il quddiem, il-gvern adotta pożizzjoni fiskali iktar laxka, l-iktar minħabba għan politiku espliċitu li jiżdied l-infiq fuq is-servizzi pubbliċi. Minħabba f’hekk, il-bilanċ tal-gvern ġenerali mar minn qagħda ta’ bilanċ fi tmiem is-snin disgħin għal żbilanċ ta’ 3,2 % tal-PGD fl-2003/04 u 3,5 % fl-2004/05. Bid-diskrepanza fil-produzzjoni tibqa’ pożittiva matul dan il-perjodu, dan kien l-ekwivalenti ta’ deterjorament tal-bilanċ strutturali b’4

Formula

punti perċentwali tal-PGD (3) bejn l-1999/2000 u l-2004/05. Fil-21 ta’ Settembru 2005 il-Kummissjoni nediet EDP għar-Renju Unit bl-adozzjoni ta’ rapport skond l-Artikolu 104.3 tat-Trattat, u fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill iddeċieda li kien jeżisti żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit. Il-qagħda baġitarja tjiebet fl-2005/06 u fl-2006/07, bl-iżbilanċ nominali fis-sena ta’ wara jaqa’ għal 2,6 % tal-PGD. Fit-12 ta’ Settembru 2007, meta jitqies ir-riżultat ta’ żbilanċ fl-2006/07 u t-tbassir tar-rebbiegħa 2007, il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tħassar l-EDP kontra r-Renju Unit. Fid-9 ta’ Ottubru 2007, l-ECOFIN iddeċieda li jirrevoka l-EDP skond l-Artikolu 104.12 tat-Trattat.

(8)

Skond id-dejta ta’ l-EDP notifikata mill-awtoritajiet tar-Renju Unit f’Marzu 2008, l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali tar-Renju Unit fl-2008/09 kien ippjanat li jlaħħaq it-3,2 % tal-PGD, b’hekk jaqbeż it-3 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD; dan il-proporzjon kien identiku għal dak ippubblikat fil-baġit tar-Renju Unit ta’ Marzu 2008, li ppreżenta wkoll pjanijiet baġitarji li juru żbilanċ tal-gvern ġenerali ta’ 2,8 % tal-PGD fl-2009/10. Iċ-ċifra ta’ l-iżbilanċ fis-sena msemmija l-aħħar hija iktar baxxa miċ-ċifra korrispondenti fit-tbassir tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ 3,3 % tal-PGD, l-iktar minħabba differenzi fit-tkabbir mistenni tal-PGD fl-2009/10. Wara l-pubblikazzjoni tal-baġit ta’ Marzu 2008, stqarrija ta’ linja politika fit-13 ta’ Mejju li tnaqqas it-taxxa fuq id-dħul personali fl-2008/09, ser tiswa GBP 2,7 biljun fl-2008/09. Iż-żieda ta’ dan mal-previżjonijiet tar-Rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni timplika defiċit ta’ 3,5 % tal-PGD. Għalkemm l-iżbilanċ ippjanat għall-2008/09 huwa ta’ iktar mill-valur ta’ referenza tat-Trattat ta’ 3 % tal-PGD, kif notifikat f’Marzu 2008, huwa kien qrib. L-eċċess ogħla mill-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PGD ma kienx eċċezzjonali fis-sens ta’ l-Artikolu 104(2) tat-Trattat. B’mod partikolari, huwa ma jirriżultax minn avveniment mhux tas-soltu barra mill-kontroll ta’ l-awtoritajiet tar-Renju Unit, u lanqas ma kien ir-riżultat ta’ bidla severa għall-ħażin fl-ekonomija. It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2008 jipprevedi li t-tkabbir fir-Renju Unit jonqos fl-2008 u l-2009 għal rati annwali taħt il-potenzjal. Madankollu, it-tkabbir tal-PGD huwa mistenni li jilħaq il-1,7 % fl-2008 u l-1,6 % fl-2009. L-eċċess ‘il fuq minn 3 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD huwa meqjus ukoll bħala mhux temporanju, bis-servizzi tal-Kummissjoni jbassru, fuq il-bażi ta’ linji ta’ politika li ma jinbidlux, proporzjon ta’ żbilanċ fl-2009/10 ogħla minn 3 % (3,3 %). Dan jindika li r-rekwiżit tat-Trattat li jikkonċerna l-kriterju ta’ l-iżbilanċ mhuwiex sodisfatt.

(9)

Il-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali jibqa’ ferm taħt is-60 % tal-valur ta’ referenza (id-dejta ta’ l-EDP f’Marzu rrapportat proporzjon ta’ 43,0 % tal-PGD (4) fis-sena finanzjarja 2007/08), għalkemm b’tendenza li jogħla sa l-2009/10. Fit-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-proporzjon tad-dejn huwa mbassar li jilħaq madwar 47

Formula

 % tal-PGD fl-2009/10.

(10)

Skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, “fatturi rilevanti oħrajn” jistgħu jitqiesu biss fid-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv b’konformità ma’ l-Artikolu 104(6) jekk il-kundizzjoni doppja – li l-iżbilanċ jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza u li l-eċċess tiegħu ‘il fuq mill-valur ta’ referenza jkun temporanju – tiġi sodisfatta għal kollox. Din il-kundizzjoni doppja ma ġietx sodisfatta. Għalhekk, fatturi rilevanti oħrajn ma jitqisux fil-passi li jwasslu għal din id-deċiżjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni kumplessiva jirriżulta li jeżisti żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(2)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7.

(3)  Stmati mis-servizzi tal-Kummissjoni, b’applikazzjoni tal-metodoloġija komuni għall-istima tad-diskrepanzi fil-produzzjoni.

(4)  Bl-użu ta’ PGD aġġustat għal Servizzi Intermedjarji Finanzjarji Kkalkulati Indirettament (FISIM).


Kummissjoni

5.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 238/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2004

li temenda d-Deċiżjoni 2002/610/KE dwar l-iskema ta’ għajnuna li Franza biħsiebha timplimenta bil-għan li jinfetħu linji ġodda tat-trasport marittimu għal distanzi qosra

(notifikata taħt id-dokument numru C(2004) 4519)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/714/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Sfond proċedurali

(1)

Fit-30 ta’ Jannar 2002, il-Kummissjoni adottat, wara proċedura formali ta’ eżami, id-Deċiżjoni 2002/610/KE (1) li tapprova, taħt ċerti kundizzjonijiet imsemmija aktar ‘il quddiem, skema ta’ għajnuna għall-promozzjoni tal-ftuħ ta’ linji marittimi għal distanzi qosra, minn issa ‘l quddiem “id-Deċiżjoni finali”. Id-deċiżjoni finali tgħid, fis-26 premessa tagħha, li Franza taċċetta l-kundizzjonijiet ta’ natura proċedurali, li huma partikolarment restrittivi għall-proġetti ta’ għajnuna favur linja marittima intrakomunitarja bejn port Franċiż u port ta’ Stat Membru ieħor u mhux għal dawk li jinvolvu konnessjonijiet marittimi bejn żewġ portijiet Franċiżi.

(2)

Fit-18 ta’ Novembru 2004, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni temenda d-Deċiżjoni finali biex tqis id-dispożizzjonijiet il-ġodda, aktar favorevoli tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (2), minn issa ‘l quddiem “linji gwida Komunitarji”.

1.2.   Titlu tal-miżura

(3)

Il-miżura msemmija fid-deċiżjoni finali ġġib it-titlu: régime d’aides en faveur du lancement de nouvelles lignes de transport maritime à courte distance [skemi ta’ għajnuna għat-tnedija ta’ servizzi ta’ tbaħħir għal distanzi qosra.]

1.3.   L-għanijiet tal-emendi

(4)

L-għan prinċipali tal-emendi proposti huwa li jitqies il-qafas ġuridiku l-ġdid ippreżentat permezz tal-linji gwida Komunitarji l-ġodda f’dak li jirrigwarda l-għajnuniet għat-tnedija ta’ linji ta’ marittimi għal distanzi qosra u li l-kundizzjonijiet imposti bid-deċiżjoni finali jinġiebu kompatibbli ma’ dawn ir-regoli Komunitarji ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat.

(5)

Il-premessa 26 tad-deċiżjoni finali tindika li “biex jiġu ggarantiti t-trasparenza u l-ugwaljanza tat-trattament tal-operaturi fil-kuntest tal-proċedura tal-għażla tal-proġetti, l-awtoritajiet Franċiżi impenjaw irwieħhom biex jirrispettaw il-proċeduri li ġejjin:

(a)

sejħa għall-wiri tal-interess se tiġi mnedija perjodikament (pereżempju fil-bidu ta’ kull sena) fil-forma ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fejn jiġu ddefiniti l-modalitajiet tar-reġim tal-għajnuna, il-proċedura li għandha tiġi segwita u l-kriterji tal-għażla tal-kandidati.

(b)

għall-proġetti ta’ konnessjoni bejn port Franċiż u port fi Stat Membru ieħor, tiddaħħal dikjarazzjoni tal-intenzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajit Ewropej, fejn jiġi ddefinit l-għan tal-proġett u l-limitu tal-għajnuna previst. Dan l-avviż jistieden lill-partijiet interessati biex jippreżentaw irwieħhom fi żmien ħmistax il-jum tax-xogħol. Fil-każ li waħda mill-partijiet topponi l-iskema tal-għajnuna, l-iskema jkollha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni minn qabel.”

(6)

Il-proċeduri msemmja, partikolarment fil-punt b) ta’ dan l-inċiż jidhru, skond l-awtoritajiet Franċiżi, li jdumu biex jiddaħħlu fis-seħħ, u għalhekk jistgħux jippreġudikaw l-iżvilupp mingħajr intoppi ta’ proġetti bħal dawn.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-EMENDA

(7)

L-awtoritajiet Franċiżi jixtiequ li d-deċiżjoni finali tiġi emendata biex tkun tista’ tirrifletti l-kapitolu 10 tal-linji gwida Komunitarji, dwar l-għajnuniet favur il-linji marittimi fuq distanzi qosra.

3.   VALUTAZZJONI TAL-EMENDI PROPOSTI

3.1.   Dispożizzjonijiet tar-regoli Komunitarji ġodda

(8)

L-ewwelnett il-Kummissjoni tinnota li l-linji gwida Komunitarji preċedenti (3), li kienu applikabbli qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali, ma jipprevedu l-ebda regola partikolari għall-għajnuniet favur it-tnedija ta’ linji marittimi fuq distanzi qosra. Għalhekk ma kienx illoġiku li l-Kummissjoni tiddefinixxi, fid-deċiżjoni finali, regoli ad hoc partikolari biex tapprova r-reġim franċiż speċifiku biex jgħin fit-tnedija tal-linji marittimi fuq distanzi qosra.

(9)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li sadanittat, adottat Linji gwida Komunitarji ġodda, u li dawn tal-aħħar issa jipprovdu qafas għall-għajnuniet mill-Istat għat-tnedija ta’ linji marittimi fuq distanzi qosra, b’mod simili għall-għanijiet imfittxija permezz tar-Regolament (KE) Nru 1382/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (“il-Programm Marco Polo”) (4), li wkoll ġie adottat wara d-deċiżjoni finali.

(10)

Il-linji gwida l-ġodda tal-Komunità, fil-Kapitolu 10 tagħhom, iqisu lill-għajnuniet individwali favuri linji fuq distanzi qosra bħala kompatibbli mas-suq Komuni jekk jirrispettaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

“—

l-għajnuna ma tridx iddum għal aktar minn tliet snin, u trid tingħata għall-finanzjament ta’ servizz marittimu li jgħaqqad żewġ portijiet li jinsabu fuq it-territorju tal-Istati Membri;

is-servizz għandu jkun ta’ natura li jippermetti trasport (l-aktar għall-merkanzija) tat-triq isir kompletament jew parzjalment fuq il-baħar, mingħajr ma t-trasport marittimu jkun żvijjat b’tali mod li jkun kontra l-interess komuni;

l-għajnuna għandha tkun allokata għall-implimentazzjoni ta’ proġett dettaljat b’impatt ambjentali stabbilit minn qabel, fir-rigward ta’ rotta ġdida inkella l-aġġornar tas-servizzi fuq rotta eżistenti, tgħaqqad diversi sidien tal-bastimenti jekk meħtieġ, u l-istess linja ma tistax tkun is-suġġett ta’ aktar minn proġett wieħed iffinanzjat, u m’għandiex teżisti l-possibbiltà għal tiġdid, estensjoni jew ripetizzjoni tal-proġett ikkonċernat;

l-għajnuna trid tkun maħsuba biex tkopri l-ispejjeż għall-operat tas-servizz ikkonċernat f’limitu ta’ 30 % (5), inkella għall-finanzjament tax-xiri ta’ apparat tat-trażbord għall-forniment ta’ servizz previsti, f’limitu ta’ 10 % tal-investimenti msemmija;

l-għajnuna għat-twettiq ta’ proġett trid tiġi allokata fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti applikati b’mod mhux diskriminatorju fir-rigward tas-sidien stabbiliti fil-Komunità. Is-soltu, l-għajnuna trid tingħata għal proġett magħżul mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru permezz ta’ sejħa għall-offerti konformi mar-regoli Komunitarji applikabbli;

is-servizz li huwa s-suġġett tal-proġett irid, fin-natura tiegħu, ikun kummerċjalment vijabbli wara l-perjodu li matulu jkun eliġibbli għall-għajnuna pubblika.

l-għajnuna ma għandhiex tkun ikkombinata ma’ kumpens għal servizzi pubbliċi (obbligi inkella kuntratti).”

(11)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li l-linji gwida Komunitarji ġodda ma jagħmlu l-ebda distinzjoni fuq il-bażi ta’ jekk il-linja appoġġata tgħaqqadx il-portijiet ta’ żewġ Stati Membri differenti, inkella tal-istess Stat Membru. Il-Kummissjoni tistima li ma teżisti l-ebda raġuni oġġettiva biex tinżamm id-distinzjoni bejn iż-żewġ tipi ta’ sitwazzjoni, spejgata fis-26 premessa tad-Deċiżjoni finali.

(12)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-linji gwida Komunitarji ma jopponux li Stat Membru jimplimenta skema li tipprovdi għajnuna għal servizzi ta’ tbaħħir għal distanzi qosra jekk l-għajnuniet individwali mogħtija fil-qafas ta’ ftehim jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

3.2.   Konsegwenzi tal-applikazzjoni tad-deċiżjoni finali mingħajr emenda

(13)

L-għażla li ma tikkonsisti fl-ebda emenda tad-deċiżjoni finali twassal, minn naħa, biex Franza tkun tista’ timplimenta għajnuniet individwali għal-linji bejn portijiet Franċiżi, f’kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk previsti fil-linji gwida ġodda tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, biex Franza tkun penalizzata għall-istabbiliment ta’ proġetti ta’ linji bejn port Franċiż u port ta’ Stat Membru ieħor permezz tal-proċeduri formali msemmija fis-26 premessa tad-Deċiżjoni finali. Dawn il-proċeduri formali mhux biss m’għadx hemm lokhom fid-dawl tal-linji gwida Komunitarji l-ġodda, iżda saħansitra jqiegħdu lil Franza f’qagħda ta’ inugwaljanza fil-konfront ta’ Stati oħra li issa jixtiequ jallokaw, fuq il-bażi tal-linji gwida Komunitarji l-ġodda, skemi ta’ għajnuniet jew ta’ għajnuniet individwali ad hoc għal-linji fuq distanzi qosra mal-ġirien tagħhom.

(14)

Fil-fatt, skont l-Artikolu 88(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha wkoll tevalwa kontinwament l-iskemi eżistenti. Għal dan l-għan, hija trid tivverifika li r-regoli dwar l-għajnuniet mill-Istat japplikaw b’mod uniformi għall-iskemi eżistenti kollha fl-Istati Membri. B’mod partikolari, hija tipproponilhom il-miżuri utli meħtieġa bl-iżvilupp progressiv jew it-tħaddim tas-suq intern sakemm jidħlu fis-seħħ regoli Komunitarji aktar restrittivi. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni ma jirnexxielhiex iżżomm, abbażi ta’ waħda mid-deċiżjonijiet finali kondizzjonali preċedenti, restrizzjonijiet fuq reġim ta’ Stat Membru jekk l-Istati Membri l-oħra li jimplimentaw skemi simili ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet simili.

3.3.   Il-vantaġġ tal-emenda

(15)

L-għażla li tikkonsisti fl-emendar tad-Deċiżjoni finali tippermetti li tiġi antiċipata l-applikazzjoni tal-linji gwida ġodda tal-Komunità għall-iskema li teżisti fi Franza għat-tnedija ta’ servizzi ta’ tbaħħir għal distanzi qosra, qabel id-data ta’ limitu prevista mill-Kummissjoni fil-linji gwida ġodda tal-Komunità, jiġifieri t-30 ta’ Ġunju 2005, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu, permezz ta’ miżuri xierqa, iġibu l-iskemi kollha eżistenti tagħhom f’konformità mar-regoli l-ġodda tal-Komunità.

4.   KONKLUŻJONIJIET

(16)

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-Deċiżjoni 2002/610/KE għandha tiġi emendata. L-emenda proposta tippermetti lill-Franza ġġib f’konformità l-iskemi tagħha mad-dispożizzjonijeit previsti mil-linji gwida l-ġodda tal-Komunità f’dak li jirrigwarda l-linji marittimi bejn port Franċiż u port ta’ Stat Membru ieħor, u tippermetti wkoll li l-proġetti ta’ għajnuna lil linji marittimi bejn żewġ portijiet Franċiżi, jkunu jistgħu jiġu sottomessi għall-kundizzjonijiet previsti bil-linji l-gwida l-ġodda tal-Komunità. B’mod aktar ġenerali, din l-emenda se tfisser li Franza se tkun qed timplimenta l-iskema tagħha f’kundizzjonijiet identiċi għal dawk preżenti, f’konformità mal-linji gwida msemmija, fl-Istati Membri kollha l-oħra.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2002/610/KE, jiddaħħal it-tielet inċiż li ġej:

“Franza tesiġi li l-għajnuna individwali fil-qafas ta’ din l-iskema għandha tkun soġġetta għall-konformità mal-Kapitolu 10 tal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għanuniet mill-Istat għat-trasport bil-baħar (*).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 31.

(2)  ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3.

(3)  ĠU C 205, 5.7.1997, p. 5.

(4)  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Marco Polo, li jippermetti lill-Kummissjoni li talloka kontribut finanzjarju mill-Komunità għal proġetti ta’ tnedija tal-linji marittimi fuq distanzi qosra biex parti mit-traffiku tal-merkanzija bit-triq jiġi ttrasferit għal-linji marittimi. B’mod partikolari, l-Artikolu 9 tar-Regolament jispeċifika li “L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għall-azzjonijiet ddefiniti bil-Programm m’għandhiex teskludi li dawk l-azzjonijiet jingħataw għajnuna statali [għajnuna mill-Istat] fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, sakemm għajnuna tali tkun kompatibbli ma’ l-arranġamenti dwar għajnuna statali preskritti fit-Trattat u fil-limiti stabbiliti għal kull tip ta’ azzjoni fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 7(3) rispettivament”

(5)  Fil-każ ta’ finanzjament komunitarju jew ta’ eliġibbiltà għal skemi differenti ta’ għajnuna, il-limitu ta’ 30 % japplika għat-totali ikkombinat ta’ l-għajnuna u ta’ l-appoġġ finanzjarju. Ta’ min wieħed jinnota li l-intensità ta’ l-għajnuna hija l-istess għall-azzjonijiet ta’ trasferiment modali fil-qafas tal-programm Marco Polo: ara l-Artikolu 5(2) tar-Reoglament (KE) nru 1382/2003.


5.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 238/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Marzu 2008

dwar għajnuna mill-Istat (il-Ġermanja) f’forma eżenzjoni mit-taxxa fuq iż-żejt minerali għall-intrapriżi tas-serer

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 860)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2008/715/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjoni ċċitata aktar ‘il fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom (1),

Billi:

I.   IL-PROĊEDURA

(1)

B’ittra tad-19 ta’ April 2005, li kienet irreġistrata hekk kif waslet fl-20 ta’ April 2005, il-Ġermanja nnotifikat miżura li tagħti rifużjoni fiskali għas-serer fl-2005 u fl-2006. Il-miżura tinkludi klawżola sospensiva li tagħmel l-implimentazzjoni tagħha dipendenti fuq l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Il-każ ta’ l-għajnuna mill-Istat kien irreġistrat bin-numru N 189/05.

(2)

Il-miżura hija estensjoni ta’ skema mhux innotifikata (2001-02), li diġà kienet is-suġġett ta’ estensjoni (2003-04), li anki din ma kinitx innotifikata. Dawk iż-żewġ miżuri mhux innotifikati tniżżlu fir-reġistru ta’ l-għajnuna mhux innotifikata bin-numru NN 36/05.

(3)

B’ittra ta’ l-20 ta’ Ottubru 2005, il-Kummissjoni tat bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE (2). B’reazzjoni għal dan, il-Ġermanja wasslet il-kummenti tagħha permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Novembru 2005. Il-Kummissjoni rċeviet diversi osservazzjonijiet mingħand partijiet terzi interessati. Il-Ġermanja wasslet il-kummenti tagħha dwar dawn b’ittra ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006, u pprovdiet aktar informazzjoni b’ittra tat-12 ta’ Diċembru 2007.

II.   DESKRIZZJONI

(4)

Fis-16 ta’ Awwissu 2001, permezz tal-Liġi li temenda l-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali, il-Ġermanja introduċiet tnaqqis tat-taxxa ta’ sentejn għall-fjuwils (iż-żejt għat-tisħin, il-gass naturali, il-gass likwidu) li jintużaw fis-serer u f’żoni għat-tkabbir mgħottija. L-għajnuna ngħatat fil-forma ta’ rifużjoni fiskali.

(5)

Permezz tal-Liġi dwar l-iżvilupp ulterjuri tar-riforma fit-taxxa ekoloġika tat-23 ta’ Diċembru 2002, ir-rifużjoni fiskali, li orġinarjament kienet ingħatat għall-fjuwils li kienu jintużaw bejn l-1 ta’ Jannar 2001 u l-31 ta’ Diċembru 2002, kienet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2004.

(6)

Permezz tal-Liġi dwar l-implimentazzjoni tal-linji ta’ gwida tad-9 ta’ Diċembru 2004, il-Ġermanja kienet biħsiebha żżomm dik ir-rifużjoni fiskali sa tmiem l-2006 u nnotifikat il-miżura ta’ estensjoni bħala għajnuna mill-Istat N 189/2005.

(7)

It-tabelli fl-Anness I juru r-rati tar-rifużjoni u l-impatt finanzjarju tar-rifużjoni fiskali b’sostenn għas-serer, meta pparagunati mal-bqija tas-settur agrikolu.

(8)

Il-Kummissjoni tat bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali għar-raġunijiet li ġejjin:

(9)

Il-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-awtoritajiet Ġermaniżi argumentaw li dan il-każ kien kopert mill-eżenzjoni inkluża fid-Direttivi tal-Kunsill dwar it-tassazzjoni fuq prodotti ta’ l-enerġija (id-Direttiva 92/81/KEE, li ġiet sostitwita mill-2003 bid-Direttiva 2003/96/KE). Skond dawk id-Direttivi, l-Istati Membri jistgħu jagħtu tnaqqis ta’ taxxa fuq iż-żjut minerali li jintużaw fl-ortikoltura.

(10)

Il-Kummissjoni wriet xi dubji rigward din il-fehma. Skond id-Direttivi dwar il-prodotti ta’ l-enerġija, u b’mod partikolari d-Direttiva 2003/96/KE, il-miżuri fiskali li jistgħu jadottaw l-Istati Membri jridu jkunu kompatibbli mad-dritt Komunitarju u d-dispożizzjonijiet li jidderogaw għandhom japplikaw mingħajr ma jaffetwaw lir-regoli dwar il-kompetizzjoni. Il-miżuri ma jridux idgħajfu l-operazzjoni bla problemi tas-suq intern jew iwasslu għal tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

(11)

Barra minn hekk, din l-għajnuna jidher li għawġet il-kompetizzjoni, peress li piż fiskali mnaqqas fuq il-prodotti ta’ l-enerġija f’settur ekonomiku ferm intensiv fl-enerġija, bħall-koltivazzjoni fis-serer, kellu effett dirett fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni u b’hekk fuq il-kompetittività.

(12)

Kien enfasizzat li din ir-rifużjoni ngħatat selettivament peress li ddifferenzjat bejn koltivazzjoni fil-beraħ u dik fis-serer fis-settur ta’ l-ortikoltura.

(13)

Il-Kummissjoni enfasizzat li t-tnaqqis tat-taxxa seta’ jingħata, bla ħsara għar-regoli dwar il-kompetizzjoni. F’dak l-istadju, jidher li ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni skond ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li setgħu jagħtu l-possibbiltà li l-Istati Membri jagħtu għajnuna fiskali ta’ dik in-natura.

(14)

F’dak l-istadju, il-Kummissjoni qieset li din il-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna operattiva li kienet inkompatibbli mas-suq komuni.

III.   IL-KUMMENTI TAL-ĠERMANJA

(15)

Il-Ġermanja kkumentat kemm fuq il-kwistjoni nfisha kif ukoll fuq il-proċedura.

(16)

Il-Ġermanja argumentat li t-tnaqqis tat-taxxa ma kienx selettiv, u li kien fin-natura tal-kwistjoni li l-materjali għat-tisħin jintużaw biss f’żoni mgħottija.

(17)

Skond il-Ġermanja, jekk kien hemm selettività, u għalhekk ingħatat l-għajnuna, dik l-għajnuna tkun iġġustifikata skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE. Il-Ġermanja sostniet li kien hemm ġustifikazzjoni speċjali għall-għajnuna skond l-Artikolu 8(2)(f) tad-Direttiva 92/81/KEE u skond id-dispożizzjoni suċċessura tagħha, l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE. Il-Ġermanja kienet ta’ l-opinjoni li l-miżura kienet tikkostitwixxi “l-implimentazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Istati Membri [… permezz tad-Direttivi li ssemmew aktar ‘il fuq …]”. Skond il-Ġermanja, ikun kontradittorju li l-Kummissjoni (li wara kollox ipproponiet dawk id-Direttivi) issostni l-argument kuntrarju għall-Ġermanja, jiġifieri li l-miżura kienet riskju għas-suq komuni. Skond l-Ġermanja, l-aspetti tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tad-Direttivi in kwistjoni ma kellhomx il-prijorità.

(18)

Il-Gvern Ġermaniż kien ta’ l-opinjoni li l-punt 52 tal-Linji gwidi tal-Komunità dwar l-għajnuna ta’ l-istat għall-ħarsien ta’ l-ambjent (3) kien applikabbli għaliex taxxa eżistenti kienet ġiet miżjuda b’mod sinifikanti. Huwa argumenta li l-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali, u li l-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija li kienet ħaditilha postha, għandhom jitqiesu bħala taxxa ambjentali eżistenti. Huwa ddikjara li r-rati tat-taxxa fuq l-enerġija inklużi hemmhekk kienu ġew miżjuda b’mod sinifikanti mill-1 ta’ April 1999 permezz ta’ riforma fit-taxxa ekoloġika (kif jintwera fl-istampa ġenerali fl-Anness I).

(19)

L-għanijiet ta’ dawk id-dispożizzjonijiet kien li tiżdied id-domanda għal prodotti li jiffrankaw l-enerġija u li jkunu effiċjenti fir-riżorsi u li tingħata spinta lill-iżvilupp ta’ proċeduri u ta’ teknoloġiji li jiffavorixxu lill-ambjent. Il-Gvern Ġermaniż argumenta li l-leġiżlazzjoni relatata mat-tassazzjoni ta’ l-enerġija b’hekk kelha effett sinifikanti fuq il-ħarsien ambjentali.

(20)

F’dan il-kuntest, il-Gvern Ġermaniż għamel referenza għal studju dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija fil-koltivazzjoni fis-serer li twettaq miċ-Ċentru għall-Ġestjoni tan-Negozju fl-Ortikoltura fl-Istitut tas-Sistemi tal-Produzzjoni Bijoloġika fl-Università ta’ Leibnitz ta’ Hanover.

(21)

Kien sostnut li, tassazzjoni ogħla fuq l-enerġija kienet piż partikolari fuq l-intrapriżi li jsaħħnu s-serer jew żoni mgħottija oħrajn, peress li l-operazzjonijiet ta’ dawk l-intrapriżi kienu intensivi fl-enerġija. Minħabba dan, kien argumentat, kien hemm għalxiex jitnaqqas il-piż fuq dawk l-intrapriżi temporanjament billi jiġi introdott inċentiv fiskali. Kien argumentat ukoll li xorta kien hemm ħtieġa għal din il-miżura wara l-31 ta’ Diċembru 2002 (id-data meta t-tnaqqis tat-taxxa oriġinali kien se jiskadi). Għal din ir-raġuni, il-Liġi dwar l-iżvilupp ulterjuri tar-riforma fit-taxxa ekoloġika estendiet il-validità tat-tnaqqis tat-taxxa b’sentejn sal-31 ta’ Diċembru 2004. Fid-dawl tas-sitwazzjoni kompetittiva partikolarment diffiċli fl-2005 u fl-2006 li kienu qed jiffaċċjaw l-intrapriżi agrikoli u tal-forestrija li kienu jsaħħnu s-serer jew iż-żoni mgħottija tagħhom sabiex jikkultivaw il-pjanti, kien deċiż li jingħata tnaqqis ta’ taxxa għal dak il-perjodu wkoll.

(22)

Il-Gvern Ġermaniż qies li r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 52 tal-liniji ta’ gwida Komunitarji ġew sodisfatti. Konsegwentement, kien argumentat li d-dispożizzjonijiet tal-punt 51(1)(b) tal-linji ta’ gwida Komunitarja setgħu jintużaw bħala ġustifikazzjoni għaliex ngħatat għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ tnaqqis ta’ taxxa għall-perjodu 2001-2006.

(23)

Il-Gvern Ġermaniż argumenta li, fejn it-tnaqqis tat-taxxa kien jaffetwa taxxa Komunitarja li ġiet armonizzata skond id-Direttiva 92/81/KEE jew id-Direttiva 2003/96/KE, it-tnaqqis tat-taxxa kien kompatibbli mas-suq komuni, għallinqas f’każi fejn ma kienx taħt ir-rata fiskali minima Komunitarja. Skond il-Ġermanja, l-istess kien japplika għat-tnaqqis tat-taxxa (jiġifieri, il-kompatibbiltà mas-suq komuni) jekk ma kinitx involuta taxxa Komunitarja, għallinqas f’każi fejn it-tnaqqis kien ta’ aktar minn 20 % tat-taxxa domestika.

(24)

Il-Ġermanja ddikjarat ukoll li, matul il-konsultazzjonijiet dwar l-abbozz tal-liġi li tintroduċi r-riforma fit-taxxa ekoloġika, kienet inqalgħet il-kwistjoni li jitnaqqas il-piż fuq l-intrapriżi agrikoli u tal-forestrija li jsaħħnu s-serer jew iż-żoni mgħottija tagħhom sabiex jikkultivaw il-pjanti minħabba li dawk l-intrapriżi kienu jiġu affetwati b’mod sinifikanti minn tassazzjoni akbar minħabba l-operazzjonijiet intensivi fl-enerġija tagħhom. Minħabba l-pressjoni enormi taż-żmien biex il-leġiżlazzjoni tgħaddi mill-Parlament, u minħabba l-fatt li l-leġiżlazzjoni oriġinarjament kellha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1999, ġie deċiż li s-settur agrikolu u tal-forestrija jiġi inkluż fil-mekkaniżmu tat-tnaqqis tat-taxxa għas-settur tal-manifattura. L-introduzzjoni tat-tnaqqis tat-taxxa in kwistjoni kien ir-riżultat ta’ emenda separata għal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2001. L-ewwel estensjoni tat-tnaqqis tat-taxxa (għall-perjodu 2003-04) kienet adotta skond il-Liġi dwar l-iżvilupp ulterjuri tar-riforma fit-taxxa ekoloġika.

(25)

Il-Ġermanja argumentat li waqt il-komunikazzjonijiet mal-Kummissjoni li kellha qabel, ingħatat x’tifhem li t-tnaqqis tat-taxxa in kwistjoni kien legali. Il-Ġermanja rreferiet b’mod partikolari għad-dikjarazzjonijiet verbali li għamlu uffiċjali tal-Kummissjoni waqt laqgħa tal-grupp ta’ ħidma “Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fl-agrikoltura” fis-26 u fis-27 ta’ Ottubru 1999. Ikun xi jkun il-każ, il-Kummissjoni, fl-aktar laqgħa reċenti, kienet saret konxja mill-fatti tal-każ permezz tal-komunikazzjoni tal-Ġermanja tad-29 ta’ Awwissu 2001, sa tali punt li f’dak il-waqt il-Kummissjoni setgħet tivvaluta l-kompatibbiltà tat-tnaqqis tat-taxxa mas-suq komuni. Il-Ġermanja espliċitament invokat l-Artikolu 10(1) u t-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (4). Il-Ġermanja argumentat li, kwalunkwe rkupru ta’ l-għajnuna ma setax ikun kompatibbli la mal-prinċipji tal-ħarsien ta’ l-aspettattivi leġittimi u taċ-ċertezza legali u lanqas mal-prinċipji ta’ amministrazzjoni xierqa. Skond il-Ġermanja, l-osservazzjonijiet li għamlu partijiet terzi interessati wrew li l-aspettattivi tagħhom kienu leġittimi.

IV.   L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET TERZI

(26)

Il-partijiet terzi interessati essenzjalment ressqu argumenti li kienu diġà ntużaw mill-Ġermanja. Huma argumentaw li l-miżuri wkoll ma kinux selettiv għaliex kienu miftuħa għall-intrapriżi agrikoli u tal-forestrija kollha li joperaw serer u żoni mgħottija. Huma argumentaw ukoll li l-kummerċ Komunitarju ma ġiex imfixkel. Iż-żona taħt il-ħġieġ tnaqqset drastikament fis-snin ikkonċernati u l-importazzjonijiet lejn il-Ġermanja ta’ prodotti kompetituri żdiedet. Ikun xi jkun il-każ, il-volumi tal-produzzjoni tal-Ġermanja żgur li ma kinux sinfikanti, meta pparagunati mal-kummerċ intra-Komunitarja fil-veġetali. Barra minnhekk, l-uċuħ tar-raba’ mkabbra fil-beraħ u dawk ta’ taħt il-ħġieġ ma kinux f’kompetizzjoni diretta ma’ xulxin u l-parti l-kbira minnhom ma setgħux jieħdu post xulxin. Jekk kien hemm għajnuna, din setgħet tiġi ġġustifikata fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE peress li għenet l-iżvilpp tas-settur ta’ l-ortikoltura. L-għajnuna ppermettiet li s-settur ta’ l-ortikultura jaġġusta ruħu għal żieda fil-prezzijiet ta’ l-enerġija u naqqset it-“tgħawwiġ fil-kompetizzjoni” li rriżulta minn prezzijiet grossi ta’ l-enerġija ferm aktar baxxi fi Stati Membri oħrajn u li jaffetwaw ħażin lill-intrapriżi li jipproduċu fil-Ġermanja. Ma setax jiġi sostnut li l-għajnuna Ġermaniża kienet “qed tgħawweġ il-kompetizzjoni”. Għall-kuntrarju, hija kkumpensat (parzjalment) għal “tgħawwiġ fil-kompetizzjoni” eżistenti li qiegħed lill-koltivazzjoni fis-serer tal-Ġermanja fi żvantaġġ. Minħabba li kienu limitati fiż-żmien, il-miżuri taw lis-settur inċentiv qawwi sabiex jadatta ruħu għal żidiet fil-prezzijiet ta’ l-enerġija billi jiġu implimentati miżuri li jiffrankaw l-enerġija u ta’ razzjonalizzazzjoni ta’ l-enerġija, u billi jsir l-investiment xieraq. Għaldaqstant, il-miżuri kellhom ikunu ammissibbli għaliex inkella l-intenzjoni tad-Direttiva 92/81/KEE u tad-Direttiva 2003/96/KE kienet tiġi mdgħajfa jew ristretta b’mod inammissibbli. Alternattivament, b’referenza għas-sentenza RSV (5) tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, kien argumentat li jekk jitħarsu l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji jkun qed jiġi prekluż kwalunkwe rkupru ta’ l-għajnuna, peress li l-Kummissjoni diġà kienet taf dwar l-għajnuna fid-29 ta’ Awwissu 2001 imma ma ssottoponitiex għal proċedura ta’ investigazzjoni qabel l-20 ta’ April 2005 meta talbet xi informazzjoni. Barra minn hekk, fil-każ ta’ rkupru, numru kbir ta’ intrapriżi jirriskjaw li jfallu.

V.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

(27)

Skond l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (6), l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat tal-KE japplikaw għall-produzzjoni ta’ l-oġġetti speċifikati fir-Regolament u għall-kummerċ f’dawk l-oġġetti. Il-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fil-frott u fil-veġetali għalhekk huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar l-għotja ta’ l-għajnuna mill-Istat.

(28)

Skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat fi kwalunkwe forma tkun li tkun, li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, sakemm taffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, għandha titqies bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

(29)

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta jitqies jekk miżura ta’ l-Istat tikkostitwixxiex għajuna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE, għandu jiġi ddeterminat jekk l-intrapriża riċeventi rċevietx vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinitx tirċievi f’kundizzjonijiet normali tas-suq (7) jew iffrankat spejjeż li kieku normalment kien ikollha tħallas mir-riżorsi tagħha stess (8).

(30)

Il-miżura fil-forma ta’ rifużjonijiet fiskali tagħti lill-intrapriżi li jirċevuhom vantaġġi ekonomiċi fil-forma ta’ piż fiskali mnaqqas. Dan jiffrankalhom spejjeż li, f’ċirkustanzi normali, kien ikollhom iħallsu mir-riżorsi tagħhom stess. L-għajnuna tingħata mill-fondi pubbliċi lil ċerti intrapriżi, jiġifieri intrapriżi agrikoli u tal-forestrija involuti fil-produzzjoni billi jużaw serer u żoni mgħottija.

(31)

L-għajnuna ma tingħatax lill-intrapriżi kollha u għalhekk hija selettiva. Għaldaqstant, il-miżura tikkostitwixxi għajnuna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

(32)

Huwa wkoll probabbli li r-rifużjoni fiskali tgħawweġ il-kompetizzjoni (9) u taffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (10).

(33)

Il-Ġermanja hija produttriċi sinifikanti ta’ prodotti tas-serer. Il-kummerċ f’dawn il-prodotti huwa wkoll sinifikanti, hekk kif turi l-istatistika li ġejja.

 

2001

2002

2003

2004

2005

Veġetali

Importazzjoni

Valur (f’eluf ta’ EUR)

6 705 483

6 936 685

7 049 757

6 845 103

6 979 459

Kwantità (f’tunnellati metriċi)

5 346 123

5 365 972

5 599 183

5 621 769

5 464 528

Esportazzjoni

Valur (f’eluf ta’ EUR)

867 832

985 187

1 030 880

1 045 543

1 122 869

Kwantità (f’tunnellati metriċi)

2 227 612

2 243 611

2 133 544

2 164 328

2 345 796

Fjuri

Importazzjoni

Valur (f’eluf ta’ EUR)

3 413 206

3 614 349

3 673 148

3 691 913

3 723 794

Kwantità (f’tunnellati metriċi)

1 285 460

1 442 078

1 547 266

1 573 104

1 671 568

Esportazzjoni

Valur (f’eluf ta’ EUR)

405 250

482 993

546 938

526 374

573 022

Kwantità (f’tunnellati metriċi)

235 333

326 613

286 080

283 426

355 969

(34)

Il-prodotti tas-serer tal-Ġermanja qegħdin f’kompetizzjoni mal-prodotti tas-serer ta’ Stat Membri oħrajn. Il-Ġermanja u l-partijiet terzi interessati mhux biss ma kkontestawx dan, imma diġà ġie spjegat li l-intrapriżi tas-serer kienu eżentati mit-taxxa eżattament sabiex tittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fil-konfront tal-kompetituri Olandiżi li, skond l-istess informazzjoni, igawdu minn kundizzjonijiet tal-produzzjoni aktar favorevoli minħabba prezzijiet grossi ta’ l-enerġija aktar baxxi. Għalhekk hija involuta kompetizzjoni diretta. L-affermazzjoni ta’ parti terza interessata li l-prodotti tas-serer ma kinux f’kompetizzjoni diretta mal-prodotti li jiġu kkoltivati fil-beraħ għalhekk hija immaterjali meta jitqies li hemm kompetizzjoni bejn il-prodotti tas-serer Ġermaniżi u l-prodotti tas-serer ta’ Stati Membri oħrajn, inklużi l-prodotti tas-serer Olandiżi.

(35)

Konsegwentement, huwa probabbli li l-eżenzjonijiet mit-taxxi li kieku kienu jkunu dovuti kienu jgħawwġu l-kompetizzjoni. L-argument li l-prezzijiet ta’ l-enerġija huma aktar favorevoli fi Stati Membri oħrajn mhux importanti (11). Anki likieku kien minnu li l-punti ta’ tluq rigward dan il-fattur ta’ produzzjoni kienu differenti, dan ma jbiddilx il-fatt li r-rifużjoni fiskali mogħtija mill-Ġermanja probabbilment tgħawweġ il-kompetizzjoni.

(36)

Huwa wkoll probabbli li l-għajnuna tfixkel il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dan jintwera mill-flussi kummerċjali mhux insinfikanti, kif intwera aktar ‘il fuq. Anki li kieku kien minnu, kif ġie argumentat, li ż-żona taħt il-ħġieġ tnaqqset drastikament u li l-importazzjonijiet lejn il-Ġermanja żdiedu, dan bl-ebda mod ma jipprova li l-kummerċ ma ġiex imfixkel. Ma jistax jiġi eskluż li mingħajr il-miżura, iż-żona għat-tkabbir kienet tkun saħanistra mnaqqsa b’mod aktar drastiku u/jew l-importazzjonijiet lejn il-Ġermanzja kienu jiżdiedu saħansitra aktar. Peress li l-kummerċ intra-Komunitarju mal-Ġermanja fil-prodotti tas-serer jeżisti, mhix kwistjoni ta’ kemm għandu jitqies li huma sinifikanti l-kwantitajiet tal-produzzjoni tal-Ġermanja.

(37)

Il-projbizzjoni fuq l-għoti ta’ l-għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, madankollu, ma tapplikax mingħajr eċċezzjoni. Il-Kummissjoni eżaminat jekk tapplikax kwalunkwe waħda mill-eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni, fil-prinċipju, ta’ l-għajnuna, skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

(38)

L-eċċezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat tal-KE, li jikkonċerna l-għajnuna ta’ natura soċjali mogħtija lil konsumaturi individwali, l-għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu kkważat minn diżastri naturali jew minn avvenimenti eċċezzjonali u l-għajnuna mogħtija lill-ekonomija ta’ ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja mhumiex rilevanti f’dan il-kuntest irrispettivament minn min huma l-benefiċjarji ta’ l-iskema in kwistjoni.

(39)

Il-Kummissjoni tqis li l-eċċezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE dwar l-iżvilupp ta’ ċerti żoni mhumiex applikabbli għall-iskema in kwistjoni għaliex il-miżura ma tinkludix l-għajnuna biex ikun promoss l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni fejn il-livell ta’ l-għajxien huma baxx b’mod mhux normali jew fejn hemm livell serju ta’ qgħad.

(40)

Rigward l-eċċezzjoni pprovduta fl-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE, huwa biżżejjed li wieħed jinnota li l-iskema fiskali in kwistjoni mhix proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew u ma tfittix li tkun ta’ rimedju għal disturb serju fl-ekonomija Ġermaniża. Lanqas ma tfittex li tipromwovi l-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt fit-tifsira ta’ l-eċċezzjoni pprovduta fl-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE.

(41)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni, la l-awtoritajiet Ġermaniżi u lanqas l-ebda parti interessata ma invokaw l-eċċezzjonijiet li ssemmew aktar ‘il fuq.

(42)

L-unika eċċezzjoni li setgħet titqies għalhekk hija dik inkluża fl-Artikolu 87(3)(ċ), jiġifieri li għajnuna tista’ titqies kompatibbli mas-suq komuni jekk jinstab li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma’ taffetwax ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali sa punt li jmur kontra l-interess komuni.

(43)

Il-linji ta’ gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu (12) japplikaw għall-miżuri in kwistjoni hawnhekk (13).

(44)

Madankollu, la dawk il-linji ta’ gwida Komunitarji u lanqas l-ebda regola oħra relatata ma’ l-agrikoltura ma jipprovdu, fir-rigward tal-miżuri deskritti aktar ‘il fuq, għal eżenzjonijiet espliċiti mill-projbizzjoni, fil-prinċipju, ta’ l-għajnuna inkluża fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li l-punt 4 tal-linji ta’ gwida Komunitarji, li huwa relatat ma’ l-għajnuna għall-investiment, ma japplikax f’dan il-każ. Ir-rifużjoni fiskali mhix marbuta mat-twettiq ta’ investiment.

(45)

Il-Ġermanja u numru ta’ partijiet terzi interessati huma ta’ l-opinjoni li mill-Artikolu 8(2)(f) tad-Direttiva 92/81/KEE u mill-Artikolu 15(3) tas-suċċessura tagħha, id-Direttiva 2003/96/KE, tirriżulta ġustifikazzjoni speċjali għall-għajnuna, u li dan ikun permess skond il-punt 3.4 tal-linja ta’gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu.

(46)

Rigward id-Direttiva 2003/96/KE, fil-premessi 15 u 24, qed jiġi ddikjarat li l-miżuri li jintroduċu rati differenzjati ta’ tassazzjoni jridu jkunu skond ir-regoli dwar is-suq intern u l-kompetizzjoni sabiex ma jirriżultawx f’tgħawwiġ fil-kompetizzjoni. Il-fatt li r-regoli dwar il-kompetizzjoni jridu jiġu applikati ġie kkonfermat ukoll fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2003/96/KE billi nġibdet l-attenzjoni ta’ l-Istati Membri li miżuri bħal rifużjonijiet fiskali, fit-tifsira tad-Direttiva, jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u li f’dawk il-każi jridu jiġu nnotifikati skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE. Dak l-Artikolu jiddikjara espliċitament li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-Direttiva ma tħollx lill-Istati Membri mill-obbligu tan-notifika skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

(47)

L-istess japplika għad-Direttiva 92/81/KEE, li fil-premessi tagħha (is-sitt premessa) tiddikjara li l-Istati Membri jistgħu japplikaw fuq bażi fakultattiva ċerti […] eżenzjonijiet […] fejn dan ma jagħtix lok għal tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. L-Artikolu 8(2) tagħha jiddikjara li l-Istati Membru jistgħu “mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn [traduzzjoni mhux uffiċjali]” japplikaw eżenzjonijiet fiskali jew tnaqqis ta’ taxxa totali jew parzjali. Il-Kummissjoni tfakkar, f’din l-okkażjoni, il-kompetenza li għandha rigward kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat li toriġina direttament mit-Trattat tal-KE. Kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja bl-ebda mod ma tista’ ddgħajjef il-kompetizzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward.

(48)

Il-Ġermanja tafferma li r-rifużjoni fiskali hija implimentazzjoni ta’ setgħa mogħtija lill-Istati Membri mid-Direttivi li jissemmew aktar ‘il fuq. Ir-reazzjoni tal-Kummissjoni għal din l-affermazzjoni hija li dan ikun possibbli biss bla ħsara għall-kundizzjonijiet li ssemmew aktar ‘il fuq. Il-Ġermanja qed targumenta wkoll li dan huwa kontradittorju min-naħa tal-Kummissjoni, li wara kollox ipproponiet dawk id-Direttivi, li tafferma fil-konfront tal-Ġermanja li jirriżulta li hemm periklu għas-suq komuni. L-ewwelnett, il-Ġermanja ma argumentatx li skond l-interpetazzjoni tal-Kummissjoni ma kien hemm l-ebda possibbiltà li effettivament jiġu applikati l-imsemmija Direttivi. Naturalment, il-Kummissjoni ma teskludix il-possibbiltà li jkun hemm każi li ġew ikkonċepiti fuq il-bażi tad-Direttivi, imma li fl-istess ħin jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kompetizzjoni ġusta. Il-Kummissjoni tosserva li d-Direttivi jagħtu lok biss għal trattament fiskali favorevoli f’dan l-istadju ta’ l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali, imma ma jippreskrivuhx.

(49)

Il-Ġermanja tikkontesta l-fatt li l-aspetti tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tad-Direttivi in kwistjoni qed ikollhom prijorità. Madankollu, mill-kunsiderazzjonijiet li ssemmew aktar ‘il fuq jirriżulta li, jkun xi jkun il-każ – jiġifieri anki jekk il-kunsiderazzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni ma jkollhomx prijorità – l-għajnuna bħal din ir-rifużjoni fiskali trid tkun eżaminata fuq il-bażi tar-regoli rilevanti dwar il-kompetizzjoni skond it-Trattat tal-KE. Il-kwistjoni dwar jekk hemmx prijorità jew le, għalhekk, mhix sinifikanti (14).

(50)

L-ambitu għall-valutazzjoni u għad-diskrezzjoni mogħtija lill-Kummissjoni mit-Trattat tal-KE rigward l-applikazzjoni ta’ l-eżenzjonijiet skond l-Artikolu 87(3) ma kienx u ma setax ikun ristrett mid-Direttivi in kwistjoni bi kwalunkwe mod.

(51)

Il-punt 3.5 tal-linji ta’ gwida Komunitarji jirrifletti l-prinċipji tal-politika dwar l-għajnuna mill-Istat u tal-Politika Agrikola Komuni. Jiddikjara li miżuri unilaterali ta’ l-għajnuna mill-Istat li sempliċement għandhom l-għan li jtejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi imma li bl-ebda mod ma jagħtu kontribut għall-iżvilupp tas-settur, u b’mod partikolari l-għajnuna li tingħata biss fuq il-bażi tal-prezz, tal-kwantità, ta’ l-unità ta’ produzzjoni jew ta’ l-unità tal-mezzi ta’ produzzjoni jitqiesu li jikkostitwixxu għajnuna operattiva li hija inkompatibbli mas-suq komuni.

(52)

Kif diġà ġie ddikjarat, l-għajnuna in kwistjoni mhix marbuta ma’ investiment li probabbli li se jimmodernizza lis-settur (eż. permezz ta’ iżolament aħjar tas-sħana jew investiment sabiex jiżdied l-użu ta’ l-enerġija). Għall-kuntrarju, probabbli li l-aġġustamenti meħtieġa (bħal dawk li ssemmew aktar ‘il fuq) jiddawru b’tali sussidji. Għalhekk, is-settur jibqa’ jiddependi fuq din l-għajnuna. L-iżvilupp jew ma jseħħ xejn jew isir biss wara dewmien korrispondenti. Għall-kuntrarju ta’ dak li qed jargumentaw uħud mill-partijiet terzi interessati, mhux biss ma hemm l-ebda effett ta’ inċentiv sabiex isir l-investiment meħtieġ, imma l-inċentiv eżistenti ta’ prezzijiet għoljin ta’ l-enerġija jitnaqqas bis-sussidji. L-għajnuna in kwistjoni, għalhekk, għandha tiġi kklassifikata bħala għajnuna operattiva fis-sens li jissemma aktar ‘il fuq.

(53)

Il-linji ta’ gwida Komunitarji l-ġodda għall-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-forestrija għall-2007 sa l-2013 [traduzzjoni mhux uffiċjali] (15) ma daħlux fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2007. Il-punt 172 jipprovdi għal applikabbiltà retroattiva rigward rifuzjonijiet fiskali illegali mogħtija skond id-Direttiva 2003/96/KE, imma biss jekk ikunu ġew sodisfatti il-kundizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva u ma kien hemm l-ebda differenzjazzjoni fis-settur agrikolu. L-istess japplika għal rifużjonijiet fiskali illegali mogħtija skond id-Direttiva 92/81/KEE. Peress li l-miżura in kwistjoni tapplika biss favur ċerti intrapriżi agrikoli, madankollu, il-punt 172, għalhekk ma jikkostitwixxix bażi li tippermetti lill-Kummissjoni tqis dawn ir-rifużjonijiet fiskali bħala kompatibbli mas-suq komuni.

(54)

Il-Ġermanja biħsiebha tiġġustifika l-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna skond il-linji ta’ gwida ambjentali. Il-Kummissjoni qieset ukoll l-applikazzjoni tal-punti 23 u 51 et seq. tal-Linji gwidi tal-Komunità dwar l-għajnuna ta’ l-istat għall-ħarsien ta’ l-ambjent li f’ċerti ċirkustanzi jippermettu li tingħata għajnuna operattiva. Il-linji ta’ gwida agrikoli ta’ l-2000 fil-punt 5.6.2. jirreferu għal dawn il-linji ta’ gwida ambjentali.

(55)

Il-punt 23 tal-linji ta’ gwida ambjentali jiddikjara li l-eżenzjonijiet minn jew it-tnaqqis fit-taxxi li l-effetti tagħhom jwasslu għall-ħarsien ambjentali għall-benefiċċju tad-ditti f’kategoriji partikolari sabiex ikun evitat li jitqiegħdu f’sitwazzjoni kompetittiva diffiċli jistgħu jkunu aċċettabbli, sakemm tali eżenzjonijiet ikunu meħtieġa sabiex tkun żgurata l-adozzjoni jew l-applikazzjon kontinwata tat-taxxi għall-prodotti kollha.

(56)

Il-Kummissjoni tfakkar li skond il-punt 50 tal-linji ta’ gwida ambjentali, il-miżuri fiskali in kwistjoni, b’mod ġenerali, għandhom jagħtu kontribut sinifikanti għall-ħarsien ta’ l-ambjent. Għandha tingħata attenzjoni sabiex ikun żgurat li l-eżenzjonijiet, min-natura stess tagħhom, ma jdgħajfux l-għanijiet ġenerali mfittxa.

(57)

Fuq il-bażi tad-dokumenti (l-istudju) li ressqet sussegwentement, il-Ġermanja wriet li, minkejja ż-żieda fit-taxxi fuq l-enerġija, il-konsum ta’ l-enerġija naqas kontinwament u l-effiċjenza fl-enerġija żdiedet kemm fil-koltivazzjoni fis-serer kemm tal-veġetali kif ukoll tal-fjuri.

(58)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tassumi li l-intrapriżi in kwistjoni rrikonoxxew il-ħtieġa li jittieħdu miżuri sabiex ikun hemm xi titjib rigward il-ħarsien ambjentali.

(59)

Il-linji ta’ gwida ambjentali jagħmlu distinzjoni bejn, min-naħa l-waħda, taxxi ġodda (il-punt 51.1) u, min-naħa l-oħra, taxxi eżistenti (il-punti 51.2 u 52).

(60)

Il-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali kienet fis-seħħ meta ġiet emendata fis-16 ta’ Awwissu 2001 bil-Liġi li Temenda l-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali, li tat ir-rifużjonijiet fiskali. Għalhekk, jitqies li kienet “teżisti” fis-sens tal-punt 51.2 jew 52 tal-linji ta’ gwida ambjentali fi żmien l-introduzzjoni tal-Liġi li temenda.

(61)

Il-punt 51.2 jipprovdi għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-punt 51.1 jekk iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti fl-istess ħin: (a) it-taxxa in kwistjoni jrid ikollha impatt pożittiv apprezzabbli f’termini ta’ ħarsien ambjentali, u (b) trid tkun ittieħdet deċiżjoni dwar id-derogi għad-ditti kkonċernati meta t-taxxa kienet adottata jew saru meħtieġa minħabba bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet ekonomiċi li qiegħdu lid-ditti f’sitwazzjoni kompetittiva partikolarment diffiċli. Fil-każ ta’ l-aħħar, l-ammont tat-tnaqqis ma jistax jaqbeż iż-żieda fl-ispejjeż li tirriżulta mill-bidla fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Ladarba ma jkun hemm aktar l-ebda żieda fl-ispejjeż, it-tnaqqis ma jridx japplika aktar.

(62)

Il-kundizzjonijiet li jissemmew f’ (a) u f’ (b) iridu jiġu sodisfatti kumulattivament sabiex japplika l-punt 51.1 tal-linji ta’ gwida ambjentali. Rigward il-kundizzjonijiet f’ (b), l-ewwel alternattiva, li teħtieġ li tkun ittieħdet deċiżjoni dwar id-derogi għad-ditti kkonċenati meta t-taxxa kienet adottata, il-Kummissjoni tosserva li t-tnaqqis tat-taxxa kollu ngħata wara l-adozzjoni tal-liġi fiskali u mhux meta kien adottata. Għalhekk, l-ewwel alternattiva ma ġietx sodisfatta. It-tieni alternattiva teħtieġ mhux biss il-prova ta’ bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet ekonomiċi tad-ditti kkonċernati, fuq in-naħa l-waħda, imma anki l-prova li l-ammont tat-tnaqqis ma jaqbiżx iż-żieda fl-ispejjeż li tirriżulta mill-bidla fil-kundizzjonijiet ekonomiċi, fuq in-naħa l-oħra. Il-Ġermanja ma pprovdietx evidenza li għandha tippermetti li l-Kummissjoni tqis li dawn il-kundizzjonijiet ġew sodisfatti. Għalhekk, lanqas it-tieni alternattiva ta’ (b) ma ġiet sodisfatta. Konsegwentement, il-punt 51.2 ma jistax jiġi applikat.

(63)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-punt 52 setax jiġi applikat. Il-punt 52 jistabbilixxi li fejn taxxa eżistenti tiżdied b’mod sinifikanti u fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun tal-fehma li d-derogi jkunu meħtieġa għal ċerti ditti, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 51.1 rigward taxxi ġodda jkunu applikabbli b’analoġija. Għalhekk, irid jiġi eżaminat jekk it-taxxi ġewx miżjuda b’mod sinifikanti u jekk il-kundizzjonijiet tal-punt 51.1 tal-linji ta’ gwida ambjentali ġewx sodisfatti.

(64)

It-taxxi eżistenti kienu kollha miżjuda b’aktar minn 20 % (ara l-Anness I). Il-Kummissjoni tqis li din iż-żieda kienet sinifikanti fit-tifsira tal-punt 52 tal-linji ta’ gwida ambjentali. Il-Kummissjoni tinnota li, skond il-Ġermanja, it-tnaqqis tat-taxxa in kwistjoni huwa meħtieġ għall-eżistenza kontinwata ta’ l-intrapriżi tas-serer li jibbenfikaw minnu.

(65)

Madankollu, il-punt 52 jista’ jiġi applikat biss għat-tnaqqis tat-taxxa mogħti li ma jaqbiżx iż-żieda fit-taxxa oriġinali, jiġifieri l-parti l-ġdida tat-taxxa eżistenti. Il-punt 52 jirreferi għar-regoli applikabbli għat-taxxi l-ġodda. Għaldaqstant, iż-żieda fit-taxxa tiġi vvalutata b’analoġija bl-istess mod bħall-introduzzjoni ta’ taxxa ġdida. Din l-analoġija tista’ tiġi applikata biss għall-parti l-ġdida, jiġifieri l-parti miżjuda tat-taxxa. Dan ir-raġunament biss jiżgura li l-kriterji addizzjonali li għandhom jiġu applikati fil-valutazzjoni tat-taxxi eżistenti ma jiġux injorati fil-każ tal-valutazzjoni ta’ żieda fit-taxxa. Fuq il-bażi ta’ din is-suppożizzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-fatti li ġejjin:

(66)

Rigward iż-żejt għat-tisħin, it-taxxa oriġinali ġiet miżjuda minn EUR 40,90/1 000 l għal EUR 61,35/1 000 l. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe tnaqqis tat-taxxa li jmur lilhinn mil-livell oriġinali (jiġifieri EUR 40,90/1 000 l), ma jistax jiġi ġġustifikat skond il-linji ta’ gwida ambjentali u għalhekk mhux kompatibbli mas-suq komuni.

(67)

Rigward il-gass naturali, it-taxxa oriġinali ġiet miżjuda minn EUR 1,87/MWh għal EUR 3,476/MWh (mill-1 ta’ April 1999), u EUR 5,50/MWh (mill-2003). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe tnaqqis tat-taxxa li jmur lilhinn mil-livell oriġinali (jiġifieri EUR 1,87/1 000 l), ma jistax jiġi ġġustifikata skond il-linji ta’ gwida ambjentali u għalhekk mhux kompatibbli mas-suq komuni.

(68)

Rigward il-gass likwidu, it-taxxa oriġinali ġiet miżjuda minn EUR 25,56/1 000 kg għal EUR 38,34/1 000 kg (mill-1 ta’ April 1999) u EUR 60,60/1 000 kg (mill-2003). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe tnaqqis tat-taxxa li jmur lilhinn mil-livell oriġinali (jiġifieri EUR 25,56/1 000 kg), ma jistax jiġi ġġustfikat skond il-linji ta’ gwida ambjentali u għalhekk mhux kompatibbli mas-suq komuni.

(69)

Rigward il-parti ta’ l-għajnuna li ma marritx lilhinn miż-żieda fit-taxxa fl-1999, il-Kummissjoni ddeterminat ukoll jekk ġewx irrispettati l-kundizzjonijiet tal-punt 51.1(b) (applikabbli b’analoġija skond il-punt 52 tal-linji ta’ gwida).

(70)

Il-punt 51.1(b) jiddikjara li d-deċiżjonijiet ta’ eżenzjoni li jkopru perjodu ta’ għaxar snin bl-ebda digressività jistgħu jkunu ġġustifikati f’żewġ każi u jispeċifika żewġ kundizzjonijiet oħra li jridu jiġu sodisfatti: (a) fejn it-tnaqqis jikkonċerna taxxa Komunitarja, l-ammont effettivament imħallas mid-ditti wara t-tnaqqis irid jibqa’ ogħla mill-ammont minimu Komunitarju sabiex id-ditti jkollhom inċentiv ħalli jtejbu l-ħarsien ambjentali; (b) fejn it-tnaqqis jikkonċerna taxxa domestika imposta fin-nuqqas ta’ taxxa Komunitarja, id-ditti eliġibbli għat-tnaqqis, minkejja dan, iridu jħallsu proporzjon sinifikanti mit-taxxa nazzjonali. Alternattivament, il-linji ta’ gwida ambjentali jeħtieġu li jkun hemm stabbiliti miżuri alternattivi (eż. ftehimiet volontarji), li mhux il-każ hawnhekk.

(71)

Rigward it-tliet prodotti kkonċernati, jiġifieri ż-żejt għat-tisħin, il-gass naturali u l-gass likwidu, il-livell oriġinali ta’ tassazzjoni applikat qabel iż-żieda fit-taxxa fl-1999 qabeż il-livell minimu Komunitarju:

 

Għaż-żejt għat-tisħin, ir-rata fiskali minima Komunitarja kienet ta’ EUR 18,00/1 000 l (16) għas-snin 2001-2003 u ta’ EUR 21,00/1 000 l (17) għas-snin 2004-2006 u għalhekk kienet taħt il-livell oriġinali ta’ tassazzjoni ta’ EUR 40,90/1 000 l.

 

Għall-gass naturali, ir-rata fiskali minima Komunitarja kienet ta’ EUR 0,54/MWh għas-snin 2004-2006 u għalhekk kienet taħt il-livell oriġinali ta’ tassazzjoni ta’ EUR 1,87/MWh.

 

Għall-gass likwidu, ir-rata fiskali minima Komunitarja kienet ta’ EUR 0/1 000 kg u għalhekk kienet taħt il-livell oriġinali ta’ tassazzjoni ta’ EUR 25,56/1 000 kg.

(72)

Rigward [kelma nieqsa] il-fjuwils għat-tisħin li ma kinux suġġetti għal livell minimu Komunitarju matul is-snin 2001-2003, it-tieni inċiż tal-punt 51.1(b) tal-Linji gwidi tal-Komunità dwar l-għajnuna ta’ l-istat għall-ħarsien ta’ l-ambjent ta’ l-2001 jeħtieġ li l-kumpaniji li rċevew benefiċċju jħallsu proporzjon sinfikanti mit-taxxa nazzjonali. Ir-raġuni għal dan huwa biex jitħallew b’inċentiv sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Fil-prattika tal-Kummissjoni, qed jidher biċ-ċar li, b’mod ġenerali 20 %, jew il-livell minimu Komunitarju li japplika għall-użi ta’ l-enerġija li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttivi rispettivi jista’ jitqies bħala proporzjon sinifikanti.

(73)

Anki jekk wieħed iqis l-ogħla rata fiskali nazzjonali applikabbli fil-perjodu in kwistjoni, jiġifieri EUR 5,5/MWh, fis-sena 2003, il-limitu ta’ 20 % jammonta biss għal EUR 1,1/MWh, u għalhekk jibqa’ taħt il-livell oriġinali ta’ tassazzjoni, jiġifieri EUR 1,87/MWh.

(74)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li, sakemm it-tnaqqis tat-taxxa ma jmurx lilhinn mil-livelli oriġinali ta’ tassazzjoni qabel iż-żieda fl-1999, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 51.1 b jiġu sodisfatti.

(75)

Rigward iż-żejt għat-tisħin, għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-parti tat-tnaqqis tat-taxxa li tmur lilhinn mir-rata oriġinali (jiġifieri EUR 40,90/1 000 l) mhix kompatibbli, u li l-parti tat-tnaqqis ‘il fuq mir-rata oriġinali (it-tnaqqis minn EUR 61,35/1 000 l sa EUR 40,90/1 000 l) hija kompatibbli mas-suq komuni.

(76)

Rigward il-gass naturali, għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-parti tat-tnaqqis tat-taxxa, li tmur lilhinn mir-rata oriġinali (jiġifieri EUR 1,87/MWh) mhix kompatibbli, u li l-parti tat-tnaqqis ‘il fuq mir-rata oriġinali (it-tnaqqis minn EUR 3,476/MWh għas-snin 2001 u 2002 u minn EUR 5,5/MWh għas-snin 2003 sa 2006 sa EUR 1,87/MWh) hija kompatibbli mas-suq komuni.

(77)

Rigward il-gass likwidu, għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-parti tat-tnaqqis tat-taxxa, li tmur lilhinn mir-rata oriġinali (jiġifieri EUR 25,56/1 000 kg) mhix kompatibbli, u li l-parti tat-tnaqqis ‘il fuq mir-rata oriġinali (it-tnaqqis minn EUR 38,34/1 000 kg għas-snin 2001 u 2002 u minn EUR 60,60/1 000 kg għas-snin 2003 sa 2006) hija kompatibbli mas-suq komuni.

(78)

Il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna mogħtija fis-snin 2001-04 ingħatat bi ksur ta’ l-Artikolu 93(2) tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 88(2)) mingħajr ma ġiet irreġistrata fi żmien xieraq mal-Kummissjoni u mingħajr ma kienet mistennija d-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(79)

Il-Ġermanja qed targumenta li l-Kummissjoni kienet taf bl-għajnuna sa mid-29 ta’ Awwissu 2001, imma li l-Kummissjoni ma tatx bidu għall-proċeduri skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE qabel it-22 ta’ Ottubru 2005. Skond il-Ġermanja, din id-deċiżjoni waslet tard wisq u b’referenza għall-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 ma tistax tkun irrikonċiljata mal-prinċipji ta’ amministrazzjoni xierqa. Il-Ġermanja għalhekk qed targumenta li l-Kummissjoni m’għadhiex aktar awtorizzata tistabbilixxi l-inkompatibbiltà ta’ l-għajnuna mas-suq komuni.

(80)

L-għajnuna illegali mhix eliġibbli għall-perjodi qosra ta’ eżami li ġew speċifikati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Il-prinċipji ta’ amministrazzjon xierqa, madanakollu, jibqgħu applikabbli. Minkejja dan, il-Kummissjoni tenfasizza li hija rriservat id-dritt li għandha biex teżamina l-għajnuna taħt skrutinju fid-Deċiżjoni C(2002) 441 finali tagħha tat-13 ta’ Frar 2002 li kienet indirizzata lill-Ġermanja.

(81)

Mid-data ċċitata mill-Ġermanja (id-29 ta’ Awwissu 2001) sa ma nbdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali (l-20 ta’ Ottubru 2005), il-Kummissjoni indirizzat mill-inqas tliet talbiet għal informazzjoni lill-Ġermanja u organizzat laqgħa mar-rappreżentanti mill-Ġermanja. Barra minn hekk, ma kienx qabel dan il-perjodu li l-Kummissjoni saret taf biż-żewġ estensjonijiet tar-rifużjoni fiskali, b’sentejn f’kull każ. Matul l-istess perjodu, il-Ġermanja indirizzat mhux inqas minn ħames komunikazzjonijiet b’informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni. Is-sempliċi fatt li matul il-perjodu in kwistjoni l-Ġermanja bagħtet ħames komunikazzjonijiet lill-Ġermanja jipprova li kienet anki l-fehma tal-Ġermanja li l-informazzjoni ma kinitx biżżejjed kompluta biex il-Kummissjoni tkun tista’ tieħu deċiżjoni dwar dan il-każ. Billi tiġi ċċitata s-sentenza RSV mhux se jbiddel dan il-fatt. Il-każ sottostantanti dik is-sentenza huwa differenti. F’dak il-każ, il-Kummissjoni mhux biss diġà kellha għarfien dettaljat ta’ l-għajnuna (li mhux il-każ din id-darba), imma diġà kienet ħadet deċiżjoni dwar il-miżura bażika. Anki jekk titqies il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, għalhekk mhemm l-ebda dubju li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni. L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 ma nkisirx.

(82)

Rigward il-parti nnotifikata ta’ l-għajnuna (l-ex numru N 189/05), la l-Ġeramnja u lanqas il-partijiet terzi interessati ma argumentaw li kien hemm ksur speċifiku tal-perjodi ta’ eżami kif jissemma fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Barra minn hekk, il-Ġermanja ma applikatx il-proċedura pprovduta skond l-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament.

(83)

Għalhekk, l-argumenti tal-Ġermanja rigward l-applikazzjoni konkreta tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 ma jistgħux jiġu aċċettati.

(84)

Il-Kummissjoni tosserva li, skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 [issa l-Artikolu 88] tat-Trattat tal-KE (18), kwalunkwe għajnuna illegali li jinsab li tkun inkompatibbli mas-suq komuni u li ngħatat skond l-iskema in kwistjoni trid tiġi rkuprata.

(85)

L-Artikolu 14(1) jipprovi dan li ġej: “Il-Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ [l-irkupru] ta’ l-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità.” Il-Kummissjoni hija meħtieġa tqis, fuq l-inizjattiva tagħha, ċirkustanzi eċċezzjonali li jipprovdu tali ġustifikazzjoni (19).

(86)

Għandu jkun eżaminat jekk, f’dan il-każ, kwalunkwe prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju, bħall-prinċipju ta’ l-aspettativi leġittimi jew taċ-ċertezza legali, jistax jiġi applikat sabiex jipprekludi l-irkupru mingħand il-benefiċjarji ta’ l-għajnuna illegali u inkompatibbli.

(87)

Il-ħarsien ta’ l-aspettattivi leġittimi huwa prinċipju ġenerali mħares mid-dritt Komunitarju. Biex ikun hemm aspettattivi leġittimi, huma meħtieġa assigurazzjonijiet preċedenti mogħtija mill-amministrazzjoni tal-Kummissjoni rigward il-legalità ta’ ċerta miżura. Għalhekk, irid ikun hemm att jew imġiba min-naħa ta’ l-amministrazzjoni Komunitarja li tista’ tagħti lok għal tali aspettattiva (20).

(88)

Skond il-ġurisprudenza, il-prinċipju taċ-ċertezza legali jinkiser meta ċ-ċirkustanzi ta’ inċertezza u ta’ nuqqas ta’ ċarezza jwasslu biex tinħoloq sitwazzjoni ekwivoka li l-Kummissjoni jmissha tiċċara qabel ma tkun tista’ tieħu kwalunkwe azzjoni jew tordna l-irkupru (21).

(89)

Il-Ġermanja ma wrietx speċifikatament għaliex l-irkupru fih innifsu m’għandux ikun kompatibbli ma’ amministrazzjoni xierqa. Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999, l-għajnuna li titqies li hija illegali u inkompatibbli mas-suq komuni trid tiġi rkuprata bħala kwistjoni ta’ prinċipju.

(90)

L-unika eċċezzjoni għal dan huma l-każi fejn l-irkupru jikser prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju. Mhu apparenti l-ebda ksur ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, u b’mod partikolari, kwalunkwe aspettattiva leġittima min-naħa tal-Ġermanja la kienet ibbażata fuq sisien sodi u lanqas jixirqilha ħarsien. Ma kinitx ibbażata fuq sisien sodi għaliex l-għajnuna ma kinitx innotifikata. Il-Ġermanja, għalhekk, ma setax ikollha aspettattivi leġittimi fl-eżistenza ta’ dik l-għajnuna. Dan japplika aktar u aktar għaliex bl-ittra li ssemmiet aktar ‘il fuq tat-13 ta’ Frar 2002 il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-Ġermanja rigward il-possibbiltà li l-għajnuna setgħet tiġi kkontrollata. Skond il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, negozjant prudenti seta’ u missu saqsa lill-awtoritajiet Ġermaniżi jekk l-għajnuna ġietx innotifikata u għalhekk seta’ sar jaf li kien hemm riskju ta’ domanda possibbli għall-irkupru (22). Jekk deliberatament jew minħabba negliġenza naqas milli jistaqsi dan, l-aspettattivi leġittimi tiegħu ma jixirqilhomx ħarsien.

(91)

B’reazzjoni għall-oġġezzjoni tal-Ġermanja li, minħabba d-dikjarazzjonijiet verbali ta’ l-uffiċċjali tal-Kummissjoni, il-Ġermanja ħadet l-impressjoni li l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq komuni, il-Kummissjoni tosserva li hija biss, taħt ir-responsabbiltà tal-Kulleġġ, hija awtorizzata tieħu tali deċiżjonijiet. Tinnota wkoll li mhemm l-ebda dokument tal-Kummissjoni minn fejn jista’ jiġi konkluż li l-għajnuna in kwistjoni hija kompatibbli mas-suq komuni.

(92)

B’reazzjoni għall-oġġezzjoni li fil-każ ta’ rkupru possibbli numru kbir ta’ intrapriżi jkunu mhedda b’falliment, il-Kummissjoni tirrepeti li l-irkupru ta’ parti mill-għajnuna huwa meħtieġ sabiex ikun jista’ jerġa’ jiġi stabbilit l-istatus quo ante, jiġifieri siwtazzjoni mingħajr kompetizzjoni mgħawġa. Jekk dan ifisser li l-intrapriżi individwali ma jkunux vijabbli, mela dak ikun biss riżultat ta’ kompetizzjoni li qed issir f’kundizjonijiet ta’ ekonomija tas-suq.

(93)

Mill-kunsiderazzjonijiet ifformulati f’din id-deċiżjoni, jidher ċar li l-irkupru tas-sussidji in kwistjoni ma jistax jiġi revokat minħabba raġunijiet ta’ ċertezzi legali.

(94)

Fil-prinċipju, ir-rifużjonijiet fiskali mogħtija jridu jiġu rkuprati b’mod sħuħ fejn tqies li dawn jikkostitwixxu għajnuna li hija inkompatibbli mas-suq komuni.

(95)

Id-deċiżjoni tikkonċerna r-rifużjoni fiskali in kwistjoni u, inkluż l-irkupru, trid titwettaq mingħajr dewmien skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.

(96)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, fejn f’każi ta’ għajnuna illegali jittieħdu deċiżjonijiet negattivi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat jrid jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarju. Għalhekk, il-Ġermanja trid tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna inkompatibbli mogħtija. Il-Ġermanja trid titlob lill-benefiċjarji kkonċernati biex iħallsu lura l-għajnuna fi żmien xahrejn wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi l-imgħax, ikkalkulat skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999.

(97)

Minkejja dan, kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija skond din l-iskema li, meta ngħatat, kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni li ġew adottati fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 jew permezz ta’ kwalunkwe skema ta’ għajnuna approvata oħra hija kompatibbli mas-suq komuni sa l-ammont ta’ l-intensitajiet ammissibbli.

(98)

Barra minn hekk, l-esperjenza tal-Kummissjoni wriet li ammonti ferm żgħar ta’ għajnuna mogħtija bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet ma jaqgħux taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(99)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1860/2004 (23), għajnuna li ma taqbiżx l-EUR 3 000 għal kull benefiċjarju tul tliet snin (dan l-ammont jinkludi l-għajnuna de minimis mogħtija lil kwalunkwe intrapriża waħdanija) ma taffetwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma tgħawwiġx jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u għalhekk ma taqax taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(100)

Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004, l-istess japplika għal għajnuna mogħtija qabel ma jidħol fis-seħħ, dejjem jekk ir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 1 u 3 tiegħu jiġu sodisfatti.

(101)

Fl-1 ta’ Jannar 2008, ir-Regolament (KE) Nru 1860/2004 ġie sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1535/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet de minimis fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli (24), li jżid l-ammont ta’ l-għajnuna de minimis għal EUR 7 500 għal kull benefiċjarju tul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali, irrispettivament mill-forma ta’ l-għajnuna jew mill-għan segwit, fil-limiti ta’ ammont massimu għal kull Stat Membru li jikkorrispondi għal 0,6 % tal-valur tal-produzzjoni annwali.

(102)

L-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li “dan ir-Regolament japplika għall-għajnuniet konċessi qabel l-1 ta’ Jannar 2008 lill-intrapriżi tas-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli, bil-kundizzjoni li l-imsemmija għajnuniet jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 1 sa 4, ħlief għar-rekwiżit ta’ referenza espliċita għal dan ir-Regolament, imsemmija fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4(1)”.

(103)

L-Artikolu 6(2) ta’ l-istess Regolament jipprovdi li “kwalunkwe għajnuna de minimis mogħtija bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 applikabbli għas-settur tal-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli sad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, titqies li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għalhekk hija eżentata mill-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat”.

(104)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li tnaqqis tat-taxxa sa ammont massimu ta’ EUR 3 000 ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jekk ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 fiż-żmien meta jkun ingħata, u li tnaqqis tat-taxxa sa l-ammont massimu ta’ EUR 7 500 ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jekk ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1535/2007 fiż-żmien meta jkun ingħata.

VI.   KONKLUŻJONIJIET

(105)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-intrapriżi agrikoli u tal-forestrija għat-tisħin tas-serer jew taż-żoni mgħottija għall-produzzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ skond il-Liġi li temenda l-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali u l-Liġi dwar l-iżvilupp ulterjuri tar-riforma fit-taxxa ekoloġika, li ddaħħlu fis-seħħ b’mod illegali min-naħa tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bi ksur ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, jew l-għajnuna li biħsiebha tagħtihom skond il-Liġi dwar l-Implimentazzjoni tal-Linji ta’ Gwida, b’dan qed titqies bħala inkompatibbli mas-suq komuni sal-punt li jissemma fil-punti 75 sa 77 ta’ din id-Deċiżjoni u, fejn ingħatat, trid tiġi rkuprata għall-perjodu rilevanti.

(106)

Fl-aspetti l-oħra kollha, l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tat lill-intrapriżi agrikoli u tal-forestrija għat-tisħin tas-serer jew taż-żoni mgħottija għall-produzzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ skond il-Liġi li temenda l-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali u l-Liġi dwar l-iżvilupp ulterjuri tar-riforma fit-taxxa ekoloġika jew l-għajnuna li biħsiebha tagħtihom skond il-Liġi dwar l-Implimentazzjoni tal-Linji ta’ Gwida, b’dan qed titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema ta’ l-għajnuna mill-Istat li ġiet applikata jew li biħsieba tapplika l-Ġermanja għall-intarpriżi agrikoli u tal-forestrija għat-tisħin għat-tisħin tas-serer jew taż-żoni mgħottija għall-produzzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ skond il-Liġi li temenda l-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali u l-Liġi dwar l-iżvilupp ulterjuri tar-riforma fit-taxxa ekoloġika u l-Liġi dwar l-Implimentazzjoni tal-Linji ta’ Gwida hija inkompatibbli mas-suq komuni rigward il-parti tat-tnaqqis tat-taxxa li tmur lilhinn mir-rata oriġinali ta’ EUR 40,90/1 000 l għall-fjuwil tat-tisħin, ta’ EUR 1,87/MWh għall-gass naturali, u ta’ EUR 25,56/1 000 kg għall-fjuwil likwidu.

Artikolu 2

L-iskema ta’ l-għajnuna mill-Istat li ġiet applikata jew li biħsieba tapplika l-Ġermanja għall-intarpriżi agrikoli u tal-forestrija għat-tisħin tas-serer jew taż-żoni mgħottija għall-produzzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ skond il-Liġi li temenda l-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali u l-Liġi dwar l-iżvilupp ulterjuri tar-riforma fit-taxxa ekoloġika u l-Liġi dwar l-Implimentazzjoni tal-Linji ta’ Gwida hija kompatibbli mas-suq komuni fl-aspetti l-oħra kollha.

Artikolu 3

Il-Ġermanja għandha tirtira l-parti ta’ l-iskema li tissemma fl-Artikolu 1.

Artikolu 4

1.   Il-Ġermanja għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tirkupra mingħand il-benefiċjari l-għajnuna li tissemma fl-Artikolu 1.

2.   L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata għandha tinkludi l-imgħax mid-data meta l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sad-data meta ġiet effettivament irkuprata.

L-imgħax għandu jkun ikkalkulat skond il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004.

3.   Il-Ġermanja għandha tikkanċella l-pagamenti kollha ta’ l-għajnuna li għadha ma tħallsitx li tissemma fl-Artikolu 1 b’effett mid-data ta’ din id-deċiżjoni.

4.   L-irkupru għandu jsir mingħajr dewmien u skond il-proċeduri tad-dritt nazzjonali, sakemm dawn jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva ta’ din id-Deċiżjoni.

5.   Il-Ġermanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data meta ġiet innotifikata.

Artikolu 5

1.   Il-Ġermanja għandha żżomm lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-proċeduri nazzjonali sabiex tkun implimentata din id-Deċiżjoni sakemm dawk il-proċeduri jiġu kkompletati.

2.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja għandha tressaq l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-lista tal-benefiċjarji li rċevew l-għajnuna skond l-iskema li tissemma fl-Artikolu 1 u l-ammont totali ta’ l-għajnuna li rċieva kull wieħed minnhom skond l-iskema;

(b)

l-ammont totali (l-ammont prinċipali u l-imgħax ta’ l-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand kull benefiċjarju;

(ċ)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati sabiex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni;

(d)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna.

3.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja, fuq it-talba tal-Kummissjoni, għandha tressaq rapport li jsemmi fid-dettall il-miżuri li ttieħdu jew li huma ppjanati sabiex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Dak ir-rapport għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ l-għajnuna u l-imgħax ta’ l-irkupru li kull benefiċjaru diġà ħallas lura.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 67, 18.3.2006, p. 23.

(2)  Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.

(3)  ĠU C 37, 3.2.2001, p. 3.

(4)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(5)  Il-Kawża 223/85 Rijn-Schelde-Verolme (RSV) Maschinefabriken en Scheepswerven N.V. vs Il-Kummissjoni [1987] ECR 4617.

(6)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1.

(7)  Il-Kawża C-39/94, SFEI et., [1996] ECR I-3547, il-paragrafu 60.

(8)  Il-Kawża C-301/87, Franza vs Il-Kummissjoni, [1990] ECR I-307, il-paragrafu 41.

(9)  Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, it-titjib fil-pożizzjoni kompetittiva ta’ intrapriża permezz ta’ għajnuna mill-Istat ġeneralment jinvolvi tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni fil-konfront ta’ intrapriżi kompetituri li mhumiex jirċievu tali sostenn (Il-Kawża C-730/79 [1980] ECR 2671, il-paragrafi 11 u 12).

(10)  Ara l-istatistika t’aktar ‘l isfel (sors: il-Eurostat).

(11)  Il-Kawża 173/73 L-Italja vs Il-Kummissjoni, [1974] ECR 709, il-paragrafi 36 sa 40.

(12)  ĠU C 232, 12.8.2000, p. 17.

(13)  Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’għajnuna illegali mill-Istat [traduzzjoni mhux uffiċjali] ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.

(14)  Il-Kawża T-184/97 BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, [2000] ECR II-3145, il-paragrafu 59 et seq.

(15)  ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1.

(16)  Ir-rata minima ta’ tassazzjoni li tissemma fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(17)  Ir-rata minima ta’ tassazzjoni li tissemma fl-Artikolu 4(1) flimkien mat-Tabella C fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku.

(18)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(19)  Il-Kawża 223/85 Rijn-Schelde-Verolme (RSV) Machinefabrieken en Scheepswerven NV vs Il-Kummissjoni, [1987] ECR 4617.

(20)  Il-Kawża C-265/85 Van den Bergh en Jurgens vs Il-Kummissjoni, [1987] ECR 1155, il-paragrafu 44; il-Kawża C-152/88 Sofrimport vs Il-Kummissjoni, [1990] ECR I-2477, il-paragrafu 26; il-Kawża T-290/97 Mehibas Dordtselaan vs Il-Kummissjoni, [2000] ECR II-15, il-paragrafu 59; il-Kawża T-223/00 Kyowa Hakko Kogyo vs Il-Kummissjoni, [2003] ECR II-2553, il-paragrafu 51.

(21)  Kawża T-308/00 Salzgitter AG vs Il-Kummissjoni, għadha mhix ippubblikata, il-paragrafu 180.

(22)  Deufil Gmbh & Co. KG vs Il-Kummissjoni [1987] ECR 901.

(23)  ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4.

(24)  ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35.


ANNESS I

IT-TASSAZZJONI FUQ L-ENERĠIJA

Iż-żejt għat-tisħin

Sena

Rata standard ta’ tassazzjoni

Tnaqqis skond l-Artikolu 25(3a) l-ewwel sentenza, Nru 1.2 flimkien ma’ l-Artikolu 25(4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali

mill-1 ta’ Awwissu 2006: l-Artikolu 54(2)(1) flimkien ma’ l-Artikolu 54(3) tal-Liġi dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija

Tnaqqis skond l-Artikolu 25(3a) l-ewwel sentenza, Nru 1.4 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali

mill-1 ta’ Awwissu 2006: l-Artikolu 58(2)(1) tal-Liġi dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija

C 39/2005

Tassazzjoni netta

Taxxa minima ta’ l-UE

 

f’EUR/1 000 l

sal-31.3.1999

40,90  (1)

 

 

 

 

mill-1.4.1999

61,35  (2)

 

 

 

 

2000

61,35  (2)

 

 

 

 

2001

61,35  (2)

16,36

40,90

4,09  (3)

18,00  (5)

2002

61,35

16,36

40,90

4,09  (3)

18,00  (5)

2003

61,35

8,18

40,90

12,27  (4)

18,00  (5)

2004

61,35

8,18

40,90

12,27  (4)

21,00  (6)

2005

61,35

8,18

40,90

12,27  (4)

21,00  (6)

2006

61,35

8,18

40,90

12,27  (4)

21,00  (6)


Il-Gass Naturali

Sena

Rata standard ta’ tassazzjoni

Tnaqqis skond l-Artikolu 25(3a) l-ewwel sentenza, Nru 3.2 flimkien ma’ l-Artikolu 25(4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali

mill-1 ta’ Awwissu 2006: l-Artikolu 54(2)(2) flimkien ma’ l-Artikolu 54(3) tal-Liġi dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija

Tnaqqis skond l-Artikolu 25(3a) l-ewwel sentenza, Nru 3.4 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali

mill-1 ta’ Awwissu 2006: l-Artikolu 58(2)(2) tal-Liġi dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija

C 39/2005

Tassazzjoni netta

Taxxa minima ta’ l-UE

 

f’EUR/MWh

sal-31.3.1999

1,87  (7)

 

 

 

 

mill-1.4.1999

3,476  (8)

 

 

 

 

2000

3,476  (8)

 

 

 

 

2001

3,476  (8)

1,308

1,84  (9)

0,328  (10)

mhux armonizzata

2002

3,476

1,308

1,84  (9)

0,328  (10)

mhux armonizzata

2003

5,50

1,464

3,00

1,036  (11)

mhux armonizzata

2004

5,50

1,464

3,00

1,036  (11)

0,54  (12)  (13)

2005

5,50

1,464

3,00

1,036  (11)

0,54  (12)  (13)

2006

5,50

1,464

3,00

1,036  (11)

0,54  (12)  (13)


Il-gass likwidu

Sena

Rata standard ta’ tassazzjoni

Tnaqqis skond l-Artikolu 25(3a) l-ewwel sentenza, Nru 4.2 flimkien ma’ l-Artikolu 25(4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali

mill-1 ta’ Awwissu 2006: l-Artikolu 54(2)(3) flimkien ma’ l-Artikolu 54(3) tal-Liġi dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija

Tnaqqis skond l-Artikolu 25(3a) l-ewwel sentenza, Nru 4.4 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali

mill-1 ta’ Awwissu 2006: l-Artikolu 58(2)(3) tal-Liġi dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija

C 39/2005

Tassazzjoni netta

Taxxa minima ta’ l-UE

 

f’EUR/1 000 kg

sal-31.3.1999

25,56  (14)

 

 

 

 

mill-1.4.1999

38,34  (15)

 

 

 

 

2000

38,34  (15)

 

 

 

 

2001

38,34  (15)

10,22

25,56

2,56  (16)

0,00  (18)

2002

38,34

10,22

25,56

2,56  (16)

0,00  (18)

2003

60,60

14,02

38,90

7,68  (17)

0,00  (18)

2004

60,60

14,02

38,90

7,68  (17)

0,00  (19)

2005

60,60

14,02

38,90

7,68  (17)

0,00  (19)

2006

60,60

14,02

38,90

7,68  (17)

0,00  (19)


(1)  Sal-31 ta’ Marzu 1999, ir-rata standard ta’ tassazzjoni fuq iż-żejt għat-tisħin (HEL) kienet ta’ DM 80.00/1 000 litru. Ġew ipprovduti figuri f’ewro sabiex ikun iffaċilitat il-paragun (ir-rata tal-kambju: EUR 1 = DM 1.95583).

(2)  Mill-1 ta’ April 1999, ir-rata standard ta’ tassazzjoni fuq iż-żejt għat-tisħin (HEL) kienet ta’ DM 120.00/1 000 litru. Ġew ipprovduti figuri f’ewro sabiex ikun iffaċilitat il-paragun (ir-rata tal-kambju: EUR 1 = DM 1.95583).

(3)  Għall-finijiet tas-sempliċità, il-figura tat-tassazzjoni netta ma tqisx il-“limitu minimu” fiskali (li jista’ jitnaqqas) ta’ €409 ipprovdut mill-Artikolu 25(4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali. Il-figura effettiva tat-tassazzjoni netta tiddependi mill-ammont ikkunsmat.

(4)  Għall-finijiet tas-sempliċità, il-figura tat-tassazzjoni netta ma tqisx il-“limitu minimu”fiskali (li jista’ jitnaqqas) ta’ €205 ipprovdut mill-Artikolu 25(4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali (mill-1 ta’ Awwissu 2006: l-Artikolu 54(3) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija). Il-figura effettiva tat-tassazzjoni netta tiddependi mill-ammont ikkunsmat.

(5)  Ir-rata minima ta’ tassazzjoni li tissemma fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(6)  Ir-rata minima ta’ tassazzjoni li tissemma fl-Artikolu 4(1) flimkien mat-Tabella C fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku.

(7)  Sal-31 ta’ Marzu 1999, ir-rata standard ta’ tassazzjoni fuq il-gass naturali kienet ta’ DM 3.60/MWh. Ġew ipprovduti figuri f’ewro sabiex ikun iffaċilitat il-paragun (ir-rata tal-kambju: EUR 1 = DM 1.95583).

(8)  Mill-1 ta’ April 1999 sal-31 ta’ Diċembru 2001, ir-rata standard ta’ tassazzjoni fuq il-gass naturali kienet ta’ DM 6.80/MWh. Ġew ipprovduti figuri f’ewro sabiex ikun iffaċilitat il-paragun (ir-rata tal-kambju: EUR 1 = DM 1.95583).

(9)  L-ammont ta’ tnaqqis ta’ taxxa skond l-Artikolu 25(3a)(3.4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali ta’ l-1 ta’ Awwissu ta’ l-2002 (Il-Gazzetta Federali tal-Liġi, Parti I, p. 2778).

(10)  Għall-finijiet tas-sempliċità, il-figura tat-tassazzjoni netta ma tqisx il-“limitu minimu” fiskali (li jista’ jitnaqqas) ta’ €409 ipprovdut mill-Artikolu 25(4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali. Il-figura effettiva tat-tassazzjoni netta tiddependi mill-ammont ikkonsmat.

(11)  Għall-finijiet tas-sempliċità, il-figura tat-tassazzjoni netta ma tqisx il-“limitu minimu” fiskali (li jista’ jitnaqqas) ta’ €205 ipprovdut mill-Artikolu 25(4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali. Il-figura effettiva tat-tassazzjoni netta tiddependi mill-ammont ikkonsmat.

(12)  Ir-rata minima ta’ tassazzjoni li tissemma fl-Artikolu 4(1) flimkien mat-Tabella C fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku.

(13)  Ikkonvertiti f’MWh (Tabella C: 0.15/0.30 euro/gigajoule ibbażati fuq il-valur kalorifiku gross).

(14)  Sal-31 ta’ Marzu 1999, ir-rata standard ta’ tassazzjoni fuq il-gass likwidu kienet ta’ DM 50.00/1 000 kg. Ġew ipprovduti figuri f’ewro sabiex ikun iffaċilitat il-paragun (ir-rata tal-kambju: EUR 1 = DM 1.95583).

(15)  Mill-1 ta’ April 1999 sal-31 ta’ Diċembru 2001, ir-rata standard ta’ tassazzjoni fuq il-gass likwidu kienet ta’ DM 75.00/1 000 kg. Ġew ipprovduti figuri f’ewro sabiex ikun iffaċilitat il-paragun (ir-rata tal-kambju: EUR 1 = DM 1.95583).

(16)  Għall-finijiet tas-sempliċità, il-figura tat-tassazzjoni netta ma tqisx il-“limitu minimu” fiskali (li jista’ jitnaqqas) ta’ €409 ipprovdut mill-Artikolu 25(4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali. Il-figura effettiva tat-tassazzjoni netta tiddependi mill-ammont ikkunsmat.

(17)  Għall-finijiet tas-sempliċità, il-figura tat-tassazzjoni netta ma tqisx il-“limitu minimu”fiskali (li jista’ jitnaqqas) ta’ €205 ipprovdut mill-Artikolu 25(4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali. Il-figura effettiva tat-tassazzjoni netta tiddependi mill-ammont ikkunsmat.

(18)  Ir-rata minima ta’ tassazzjoni li tissemma fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(19)  Ir-rata minima ta’ tassazzjoni li tissemma fl-Artikolu 4(1) flimkien mat-Tabella C fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku.


ANNESS II

Informazzjoni dwar l-ammonti ta’ għajnuna li ġew riċevuti, li għandhom jiġu rkuprati u li diġà ġew irkuprati

L-identità tal-benefiċjarju

L-ammot totali ta’ l-għajnuna riċevuta skond l-iskema (1)

L-ammont totali ta’ l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata (1)

(l-ammont prinċipali)

L-ammont totali ta’ l-għajnuna li diġà ġie rkuprat (1)

L-ammont prinċipali

L-imgħax ta’ l-irkupru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  

(°)

Il-munita nazzjonali f’miljuni.


5.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 238/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ April 2008

dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/07 (ex NN 45/07) implimentata minn Franza favur d’Arbel Fauvet Rail SA

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1089)

(Il-verżjoni bil-Franċiż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/716/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom f’konformità ma’ l-Artikoli msemmija hawn fuq (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ lment, il-Kummissjoni ġiet infurmata dwar ċerti miżuri ta’ appoġġ implimentati minn Franza favur il-kumpanija Arbel Fauvet Rail (“AFR”). Permezz tal-komunikazzjonijiet bid-data tat-28 ta’ Jannar 2006, il-25 ta’ Ottubru 2006, it-30 ta’ Jannar 2007 u s-6 ta’ Ġunju 2007, Franza ppreżentat aktar informazzjoni.

(2)

B’ittra tas-12 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni informat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura ta’ eżami formali prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward ta’ din l-għajnuna.

(3)

Franza ppreżentat kummenti permezz ta’ komunikazzjoni fit-12 ta’ Ottubru 2007 u fit-18 u d-19 ta’ Diċembru 2007.

(4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ din il-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura kkonċernata.

(5)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet interessati.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA TA’ L-GĦAJNUNA

2.1.   Il-benefiċjarju għandu

(6)

AFR hija kumpanija ta’ kostruzzjoni ferrovjarja speċjalizzata fil-bini tal-vaguni ta’ tagħbija u tankijiet-kontenituri. Din hija waħda mill-produtturi ewlenin tas-suq Ewropew tal-materjal ferrovjarju bir-roti. Il-kumpanija hija stabbilita f’Douai (fit-Tramuntana) u bħalissa timpjega madwar 265 persuna.

(7)

Fl-2005, AFR kienet tappartjeni 100 % lill-kumpanija Arbel SA (3). Dak iż-żmien AFR kienet timpjega madwar 330 persuna.

(8)

L-AFR tmexxiet bit-telf għal bosta snin. Id-diffikultajiet ekonomiċi tal-kumpanija żdiedu mill-2001. Din it-tendenza aggravat ruħha bejn l-2002 u l-2005. It-tabella t’hawn taħt turi xi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ta’ AFR fil-perjodu ta’ qabel l-għoti ta’ l-għajnuna.

(f’EUR)

 

Fil-31.12.2004

Fil-31.12.2003

Fil-31.12.2002

Fil-31.12.2001

Valur tal-bejgħ

22 700 000

42 700 000

42 000 000

70 000 000

Riżultat net

–11 589 620

–14 270 634

–2 083 746

–10 500 000

Kapitali proprji

–21 090 000

–23 000 000

–8 700 000

–6 600 000

2.2.   Miżuri ta’ appoġġ

(9)

Fl-4 ta’ Lulju 2005, ir-Reġjun Nord-Pas-de Calais u l-Komunità ta’ Agglomerazzjoni ta’ Douaisis taw avvanz rimborsabbli konġunt ta’ EUR 1 miljun kull wieħed lil AFR, jiġifieri 2 miljun ewro b’kollox.

(10)

Skond l-informazzjoni li ngħatat mill-awtoritajiet Franċiżi, it-termini ta’ l-avvanzi kienu dawn:

L-avvanz rimborsabbli tar-Reġjun ingħata b’rata ta’ interessi annwali ta’ 4,08 % (ekwivalenti għal rata ta’ referenza komunitarja applikabbli meta saret l-għotja) taħt riserva ta’ “monitoraġġ” tal-pjan ta’ finanzjament li qed jiġi elaborat minn AFR. L-avvanz kien rimborsabbli permezz ta’ pagamenti semestrali matul perjodu ta’ tliet snin mill-1 ta’ Jannar 2006. Skond l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, dawn l-avvanzi għadhom ma ngħatawx lura integralment.

L-avvanz tal-Komunità ta’ Agglomerazzjoni ta’ Douaisis ingħatat b’rata ta’ interessi annwali ta’ 4,08 % (ekwivalenti għar-rata ta’ referenza komunitarja applikabbli meta saret l-għotja) taħt kundizzjoni ta’ ħlas ta’ l-avvanz rimborsabbli bl-istess kundizzjonijiet mir-Reġjun kif ukoll bil-prova ta’ l-amalgamazzjoni irrevokabbli bejn AFR u Lormafer, kumpanija oħra kkontrollata minn Arbel SA. Dan l-avvanz kien ukoll rimborsabbli b’pagamenti semestrali matul perjodu ta’ tliet snin mill-1 ta’ Jannar 2006.

3.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TA’ DIN IL-PROĊEDURA FORMALI TA’ EŻAMI

(11)

Bid-deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, il-Kummissjoni tqis li l-avvanzi rimborsabbli huma għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1), tat-Trattat. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni enfasizzat partikolarment li l-miżuri jagħtu vantaġġ lil AFR sa fejn l-impriża, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, ma kinetx tkun tista’ tikseb il-fondi b’kundizzjonijiet daqshekk favorevoli fis-suq finanzjarju.

(12)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li AFR kienet impriża f’diffikultà fis-sens tal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (minn hawn ‘l quddiem “il-Linji Gwida”) (4) u li, minkejja, il-kumpatibbiltà ta’ l-Għajnuna mill-Istat li minnha kienet ibbenefikat kellha tkun evalwata fid-dawl tal-Linji Gwida. Il-Kummissjoni esprimiet dubju dwar il-kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna mas-suq komuni fid-dawl tal-Linji Gwida.

4.   KUMMENTI MINN FRANZA

(13)

L-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li jekk AFR kienet għaddejja minn fażi diffiċli fil-perjodu li fih ingħataw avvanzi rimborsabbli li mbagħad tħallsu (jiġifier Lulju u t-tieni semestru ta’ l-2005), il-kumpanijia dejjem żammet il-fiduċja tal-klijenti u l-bankiera tagħha.

(14)

Bħala appoġġ għal dawn id-dikjarazzjonijiet, l-awtoritajiet Franċiżi semmew dawn l-elementi, ikkwalifikati bħala “sinjali ta’ fiduċja” tal-klijenti u tal-banek fir-rigward ta’ AFR:

il-bank […] (*) ta żieda ta’ overdraft ta’ 2 miljun ewro fuq il-kont kurrenti ta’ AFR (garantit mill-[…]);

AFR irċeviet 7 miljun ewro f’pagamenti mill-klijenti tagħha (garantiti minn […]) (*), li magħhom iridu jiżdiedu 4 miljun ewro f’pagamenti ġodda f’Jannar 2006;

fl-istess ħin l-impriża bbenefikat minn garanziji tal-fornituri ta’ 4 miljun ewro minn […] (*).

(15)

L-awtoritajiet franċiżi appoġġjaw il-kummenti tagħhom b’dokumenti li kien fihom notevolment:

ir-rata ta’ interess ta’ overdraft kienet ta’ 4,4199 % fl-1 ta’ Lulju 2005;

l-ammont ta’ diversi garanziji (fornituri, garanziji tas-suq, garanziji finanzjarji) ipprovduti minn […] (*) favur AFR kien ta’ 29 miljun ewro fis-6 ta’ Mejju 2005.

5.   EVALWAZZJONI TA’ L-GĦAJNUNA FIR-RIGWARD TA’ L-ARTIKOLU 87 TAT-TRATTAT

5.1.   Eżistenza ta’ Għajnuna mill-Istat

5.1.1.   Riżorsi ta’ l-Istat

(16)

L-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, jgħid li kwalunkwe għajnuna fi kwalunkwe forma li tkun mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni, ħlief jekk stipulat mod ieħor fit-Trattat.

(17)

F’dak li jirrigwarda l-avvanzi rimborsabbli, il-Kummissjoni tenfasizza dan li ġej.

(18)

L-Artikolu 87 tat-Trattat ma japplikax biss għall-għajnuna mogħtija mill-gvernijiet nazzjonali ta’ Stati Membri, iżda wkoll għal għajnuna minn awtoritajiet lokali u reġjonali bħar-reġjun Nord-Pas-de-Calais jew il-muniċipalitajiet tal-Komunità ta’ Agglomerazzjoni ta’ Douaisis. Il-fondi ta’ dawn il-kolletivitajiet huma riżorsi ta’ l-Istat u d-deċiżjonijiet tagħhom li jingħataw l-avvanzi in kwistjoni lil AFR huma r-responsabbiltà ta’ l-Istat.

5.1.2.   Għajnuna favur ċerti impriżi

(19)

L-avvanzi ngħataw meta AFR kienet f’sitwazzjoni finanzjarja delikata. Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li AFR, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħha msemmija f’punt 8, kienet impriża f’diffikultà skond il-Linji Gwida meta ngħatat l-għajnuna. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-avvanzi kienu ngħataw mingħajr l-ebda garanzija li tiggarantixxi r-rimbors tagħhom, filwaqt li r-rati ta’ interessi applikati huma meqjusa ekwivalenti għar-rati applikabbli għas-self “marbuta ma’ garanziji normali” (5). Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li huwa eskluż li AFR, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, kienet tkun f’pożizzjoni li tikseb il-fondi b’kundizzjonijiet daqshekk favorevoli fis-suq tal-kreditu. Għalhekk, l-avvanzi kkonċernati huma vantaġġ favur AFR.

(20)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-awtoritajiet Franċiżi stqarru, bl-appoġġ ta’ l-eżempju msemmija fil-punt 14, li AFR kienet għadha tibbenefika mill-fiduċja tal-bankiera u l-klijenti tagħha meta ngħatatilha l-għajnuna. Il-Kummissjoni tinterpreta dawn il-kummenti fis-sens li Franza tikkuntesta li AFR kienet f’pożizzjoni li ma tiksibx il-fondi b’kundizzjonijiet simili fis-suq tal-kreditu (li jfisser li l-avvanzi rimborsabbli li taw vantaġġ lil AFR) u konsegwentement, li AFR kienet impriża f’diffikultà skond it-tifsira tal-Linji Gwida meta ngħataw l-avvanzi rimborsabbli.

(21)

Il-kummenti ta’ Franza ma jistgħux ibiddlu l-analiżi li saret fid-deċiżjoni tal-bidu ta’ proċedura, minħabba dawn ir-raġunijiet.

(22)

L-eżempji ta’ krediti msemmija mill-awtoritajiet Franċiżi (notevolment l-awtorizzazzjoni ta’ overdraft tal-kont kurrenti u l-pagamenti tal-klijenti) ma jistgħux jiġu mqabbla ma’ l-avvanzi rimborsabbli in kwistjoni. L-overdraft ta’ kont kurrenti huwa kreditu għal żmien qasir ħafna, mhux bħall-avvanzi rimborsabbli li jinfirxu fuq tliet snin. Għalhekk, dawn il-forom differenti ta’ kreditu m’humiex suġġetti għall-istess analiżi ta’ riskju minn kredituri, u l-fatt li debitur jista’ jikseb self għal żmien qasir m’huwiex biżżejjed biex wieħed jevalwa jekk jistax jikseb self ta’ żmien itwal, li l-ħlas tiegħu jiddependi fuq il-kapaċità ta’ soppravvivenza tad-debitur.

(23)

F’dak li jirrigwarda l-pagamenti bil-quddiem mill-klijenti, il-Kummissjoni tinnota li dawn kienu ngħataw minn […] (*), istituzzjoni independenti, li jfisser li l-konsumaturi u l-fornituri ma kienux qed jieħdu riskji f’konnessjoni mas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ AFR u għalhekk ma kellhomx raġuni biex jissottomettu l-pagament ta’ dawn l-avvanzi għal analiżi tas-solidità finanzjarja ta’ l-impriża simili għal analiżi li kieku kienet issir minn kreditur li jkun qed jikkunsidra l-għoti ta’ self bla garanziji.

(24)

Bħala konklużjoni, il-kummenti ta’ Franza ma jwasslux għall-konklużjoni li AFR kienet tkun f’pożizzjoni li tikseb fondi b’kundizzjonijiet simili fis-suq tal-kreditu.

5.1.3.   Impriża f’diffikultà

(25)

F’dak li jirrigwarda l-kwalifika ta’ AFR bħala impriża f’diffikultà skond il-Linji Gwida, il-Kummissjoni tiddikjara li:

(26)

Il-Punt 10a) tal-Linji Gwida jgħid li impriża f’diffikulta fejn iktar minn nofs tal-kapital azzjonarju jisparixxi, li minnu iktar minn kwart ta’ dan il-kapital ikun intilef matul l-aħħar tnax-il xahar. Din id-dispożizzjoni tirrifletti l-assunzjoni li impriża li titlef ammont kbir tal-kapital azzjonarju ma tkunx kapaċi tirkupra t-telf li jwasslu għal mewt ekonomika kważi ċerta f’terminu qasir jew medju. Il-Kummissjoni tqis li din il-preżunzjoni, loġikament, tapplika konsegwentement għal impriża li tkun tilfet l-integralità tal-kapital azzjonarju tagħha u tippreżenta kapitali proprji negattivi.

(27)

Kif jidher mid-data finazjarja mniżżla fil-punt 8 (li ma kinux ikkontestati minn Franza matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali), AFR kien kellha kapital u riżervi negattivi mill-2001 u ma kinetx, f’dak iż-żmien li ngħatat l-għajnuna, f’pożizzjoni li tbiddel din ix-xejra u tmur lura għal kapitali u riservi proprji pożittivi. F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li AFR kienet impriża f’diffikultà skond it-tifsira tal-punt 10 tal-linji gwida meta ngħatat l-għajnuna.

(28)

Alternattivament, il-Kummissjoni tinnota li AFR, fl-istess ħin li ngħatat l-għajnuna, kienet taqa’ wkoll taħt id-definizzjoni ta’ impriża f’diffikultà stipulata fil-punt 11 tal-linji gwida, li jgħid li anke meta l-ebda miċ-ċirkostanzi stipulati fil-punt 10 m’huma preżenti, impriża xorta tista’ tiġi kkunsidrata f’diffikultà, b’mod partikolari f’każijiet fejn l-indikaturi tipiċi ta’ impriża f’sitwazzjoni diffiċli, bħal telf jiżdied u profitt jonqos. Madankollu l-punt 11 jipprevedi li impriża f’diffikultà hija biss eliġibbli wara li turi l-evidenza li m’hijiex kapaċi tiżgura l-irkupru tagħha bir-riżorsi proprji, jew b’fondi mill-proprjetarji u azzjonarji jew sorsi fis-suq. Għalhekk din id-dispożizzjoni tfakkar li d-definizzjoni ta’ impriża f’diffikultà għandha ssir fir-rigward tal-provi kollha relevanti, iżda għandu jingħata piż sinifikanti għall-kapaċità ta’ l-impriża li tirkupra mingħajr għajnuna mill-Istat.

(29)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota (kif huwa evidenti fit-tabella fil-punt 8) li, mill-2001, id-dħul ta’ AFR waqa’ b’mod konsistenti filwaqt li t-telf baqa’ jippersisti. Dawn huma sinjali karatteristiċi ta’ impriża f’diffikultà skond il-punt 11 tal-linji gwida. Fid-deċiżjoni tagħha li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kienet diġà nnutat dawn is-sinjali fl-appoġġ tal-konklużjoni preliminari li AFR kienet impriża f’diffikultà. Barra minn hekk, ix-xejra negativa tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ AFR hija ċara mill-fatt li minn Jannar 2004 ‘l quddiem, l-impriża ma setgħetx tħallas EUR 4,3 miljuni taxxi u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mid-data dovuta u għalhekk kellha titlob lill-awtoritajiet kompetenti għal moratorium u għal soluzzjonijiet biex toħroġ mid-dejn.

(30)

L-uniċi elementi msemmija minn Franza li setgħu jikkostitwixxu indikaturi fis-sens kuntrarju huma l-krediti mogħtija lil AFR (overdraft ta’ kont kurrenti u avvanzi) kif ukoll, il-fatt li AFR kienet tibbenefika minn ċerti garanziji minn […] (*). Il-Kummissjoni tqis li jaqbel li jiġu kkunsidrati dawn is-sinjali fil-qafas ta’ l-eżami, rikjest mill-punt 11 tal-linji gwida, fil-kapaċità ta’ l-impriża li tirkupra bl-għajnuna ta’ fondi li jista’ jkollu fis-suq finanzjarju. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tiddikjara dan li ġej:

il-fatt li AFR kellha kapital u riservi negattivi jfisser li ma setgħetx tegħleb id-diffikultajiet tagħha bir-riżorsi tagħha stess;

l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-azzjonarju ta’ AFR, Arbel SA, minkejja l-kontribut tiegħu fl-appoġġ ta’ AFR, ma kienx kapaċi jiggarantixxi l-irkupru tas-sussidjarja tiegħu waħdu;

Fl-aħħarnett, f’dak li jirrigwarda s-sorsi finanzjarji tas-suq, ta’ min jinnota li l-krediti u garanziji msemmija minn Franza juru sew li AFR kellha ċerta ħila li tikseb il-krediti għal ammonti limitati u għal terminu qasir. Madankollu, minħabba l-kwantità tad-diffikultajiet ta’ AFR, b’mod partikolari l-bżonn tagħha għal kapital u riservi, is-self imsemmija m’humiex suffiċjenti biex jikkonkludu li AFR ma setgħetx tirrimedja għad-diffikultajiet tagħha permezz ta’ fondi mis-sorsi tas-suq.

(31)

Għalhekk il-konklużjoni ma tistax tkun ħlief li meta ngħatat l-għajnuna, AFR kienet tinsab f’diffikultajiet finanzjarji serji li kienu jheddu s-sopravvivenza tagħha fit-terminu qasir jew medju u li ma kinitx f’pożizzjoni li tindirizza dawn id-diffikultajiet mingħajr l-għajnuna mill-awtoritajiet pubbliċi

(32)

Għalhekk il-Kummissjoni tqis li, b’mod partikolari fid-dawl tar-riżultati finanzjarji murija f’punt 8, li AFR kienet impriża f’diffikultà skond it-tifsira ta’ punt 10 u, fl-alternattiva, punt 11 tal-Linji Gwida meta ngħata l-avvanzi rimborsabbli. Minħabba d-diffikultajiet li kienet għaddejja minnhom AFR, il-Kummissjoni tqis li AFR ma kienetx f’pożizzjoni li tikseb il-fondi b’kundizzjonijiet daqshekk vantaġġużi fis-suq tal-kreditu. L-avvanzi kkonċernati għalhekk taw vantaġġ lil AFR billi ppermettulha li tikseb finanzi b’kundizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk li setgħet tikseb fis-suq tal-kreditu.

5.1.4.   L-impatt fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni

(33)

L-avvanzi rimborsabbli jagħtu vantaġġ lil AFR meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li jinsabu f’sitwazzjoni simili, minħabba li huma disponibbli għaliha biss.

(34)

Is-settur tal-bini ta’ materjal ferrovjarju fuq ir-roti huwa kkaratterizzat bil-preżenza ta’ bosta operaturi Ewropej u minn kummerċ intrakomunitarju. Il-vantaġġ mogħti lil AFR huwa għalhekk suxxettibbli li jfixkel il-kompetizzjoni u l-iskambji bejn l-Istati Membri.

5.1.5.   Konklużjoni

(35)

Wara li kkunsidrat il-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li l-avvanzi rimborsabbli li ngħataw lil AFR huma Għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

5.2.   L-Ammont ta’ l-għajnuna

(36)

Fil-każ ta’ l-għajnuniet mogħtija taħt forma ta’ krediti lil impriżi f’diffikultà, l-element ta’ għajnuna huwa magħmul mid-differenza bejn l-interessi effettivament applikat u l-interess li bih l-impriża benefiċjarja setgħet tikseb l-istess kreditu fis-suq privat (6).

(37)

Fl-avviż tagħha dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u attwalizzazzjoni (5), il-Kummissjoni tiddikjara li r-rata ta’ referenza hija rata minima li tista’ tiżdied f’sitwazzjonijiet li jinvolvu riskju partikolari (pereżempju, impriża f’diffikultà, jew f’każ fejn is-sigurtà normalment meħtieġa mill-banek m’hijiex ipprovduta), u tiddikjara li f’każijiet bħal dawn, il-premium jista’ jkun ta’ 400 punt ta’ bażi jew iktar.

(38)

Għalhekk, fil-każ Chemische Werke Piesteritz  (6) il-Kummissjoni tqis li self lil impriża f’diffikultà jiġġustifika premium ta’ interessi ta’ 400 punt ta’ bażi. Il-Kummissjoni tikkonferma din l-opinjoni fil-każ Biria  (7) billi tispeċifika li r-riskju min-nuqqas ta’ sigurtajiet jiġġustifika premium addizzjonali ta’ 400 punt ta’ bażi, jiġifieri total ta’ 800 punt ta’ bażi. Il-Kummissjoni tqis li ċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ huma simili ħafna għal dawk tal-każijiet imsemmija qabel, notevolment f’dak li jirrigwarda n-nuqqas ta’ sigurtajiet u l-firxa tad-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom. Għalhekk, ir-riskji marbuta ma’ l-avvanzi rimborsabbli mogħtija lil AFR jistgħu jiġu kkunsidrati bl-istess mod.

(39)

L-Għajnuna mill-Istat li tikkonsisti f’avvanzi rimborsabbli hija magħmula mid-differenza bejn l-interessi effettivament dovut għat-termini ta’ avvanzi rimborsabbli u l-interessi li għandhom ikunu dovuti fl-applikazzjoni ta’ rati ta’ referenza applikabbli meta ngħatat l-għajnuna, miżjuda b’800 punt ta’ bażi.

5.3.   Kompatibbiltà ta’ l-għajnuna mas-suq komuni

(40)

Minħabba s-sitwazzjoni ekonomika ta’ AFR meta ngħata l-għajnuna, kif indikat fil-punt 8 (li kienet qed taħdem b’telf għal bosta snin, b’kapital u riżervi negattivi, u bi dħul dejjem jonqos), il-Kummissjoni tqis li AFR kienet impriża f’diffikultà skond il-Linji Gwida meta ngħataw l-avvanzi rimborsabbli. Minħabba r-raġunijiet imsemmija fil-punti 22 u 23, il-kummenti ta’ Franza ma jippermettux li ssir modifika ta’ din l-analiżi.

(41)

Huwa minnu li AFR, fl-2005, kienet parti mill-grupp ikkontrollat mill-kumpanija holdin Arbel SA. Minbarra s-sezzjoni ferrovjarja tagħha (magħmul minn AFR u Lormafer), il-grupp kien jikkonsisti f’sezzjoni “bini” li jgħaqqad flimkien impriżi speċjalizzati fil-bini ta’ twieqi għall-industrija tal-bini. Madankollu, huwa evidenti mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi fil-korrispondenza qabel ma bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali li d-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom AFR kienu speċifiċi għaliha fi ħdan il-grupp, minħabba li l-attività tagħha ma kellha l-ebda konnessjoni mat-taqsima tal-bini. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li d-diffikultajiet ta’ AFR dehru li kienu wisq kbar biex ikunu risolti mill-grupp, meta jitqisu r-riżultati medjokri ta’ dan ta’ l-aħħar. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-punt 13 tal-linji gwida ma jipprovdix oġġezzjoni li AFR tkun meqjusa bħala eliġibbli għall-għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar, minkejja li tappartjeni għal grupp.

(42)

Il-kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna għalhekk tiġi apprezzata fid-dawl tal-linji gwida.

(43)

Il-Kummissjoni tiddikjara li l-kundizzjonijiet ta’ kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna għar-ristrutturar stipulati fil-linji gwida m’humiex sodisfatti. Għalhekk il-Kummissjoni tenfasizza dan:

l-awtoritajiet Franċiżi ma ppreżentawx pjan ta’ ristrutturar konformi mal-punti 34 u 37 tal-linji gwida;

il-Kummissjoni ma ġietx infurmata dwar il-miżuri ta’ kumpens maħsuba biex jipprevjenu kwalunkwe distorsjoni eċċessiva tal-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna (il-punti 38 sa 42 tal-linji gwida).

(44)

L-għajnuna ma tidhirx li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna għall-irkupru stipulati fil-linji gwida, minħabba li l-avvanzi rimborsabbli ngħataw għal perjodu ta’ iktar minn sitt xhur (ara l-punt 25 tal-linji gwida).

(45)

Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma biżżejjed għall-konklużjoni li l-għajnuna m’hijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

6.   KONKLUŻJONI

Il-Kummissjoni sabet li Franza, b’mod illegali, implimentat l-għajnuna kkonċernata billi kisret l-Artikolu 88, il-paragrafu 3, tat-Trattat. Minħabba li l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq komuni, Franza għandha tieqaf minnufih u tirkupra l-ammonti li diġà ngħataw lill-benefiċjarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li ngħatat minn Franza favur Arbel Fauvet Rail SA hija inkompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2

1.   Franza għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tirkupra mingħand il-benefiċjarju tagħha l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 u li diġà tpoġġiet għad-dispożizzjoni ta’ tali benefiċjarju b’mod illegali.

2.   L-irkupru għandu jseħħ minnufih skond il-proċeduri tal-liġi nazzjonali, safejn dawn jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva ta’ din id-deċiżjoni preżenti. L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi l-interessi mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sad-data ta’ l-irkupru effettiv tagħhom

3.   L-interessi għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi komposta skond il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004.

4.   Franza għandha tikkanċella l-ħlas kollu ta’ għajnuna pendenti kif imsemmi fl-Artikolu 1 b’effett mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Franza għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tkun implimentata fi żmien erbà xhur wara d-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni f’terminu ta’ xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri ppjanati u diġà implimentati sabiex tikkonforma magħha, u partikolarment dawn l-elementi:

(a)

l-ammont totali (prinċipal u interessi ta’ l-irkupru) li għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex is-sitwazzjoni ssir konformi ma’ din id-Deċiżjoni;

(ċ)

dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna.

3.   Franza għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex tkun implimentata din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 tkun irkuprata. Hija tittrażmetti immedjatament, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, kull informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk previsti sabiex tikkonforma ma’ din id-deċiżjoni, kif ukoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ l-għajnuna u l-interessi li diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 249, 24.10.2007, p. 17.

(2)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.

(3)  Fid-29 ta’ Ġunju 2007, AFR reġgħet ittieħdet mill-Kumpanija IGF Industries. L-isem kummerċjali tagħha nbidel fi “IGF Industries – Arbel Fauvet Rail”.

(4)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali.

(5)  Avviż tal-Kummissjoni fuq il-metodu tat-twaqqif tar-referenza u ta’ skont (ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3).

(6)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2005 fil-każ Chemische Werke Piesteritz (ĠU L 296, 12.11.2005, p. 19, il-punti 107-108) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Jannar 2007 fil-każ C 38/05 Biria (ĠU L 183, 13.7.2007, il-punti 27, 83 u ta’ wara).

(7)  Il-Każ C 38/05, imsemmi fin-nota nru 6 (ara l-punti 83 sa 86).


5.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 238/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.