ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 236

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
3 ta' Settembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 860/2008 tat-2 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 861/2008 tat-2 ta' Settembru 2008 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 634/2008 li jistipula l-komponenti agrikoli mnaqqsa u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 mill-Iżvizzera

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 862/2008 ta’l-1 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 863/2008 ta'l-1 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-linarda fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 864/2008 ta' l-1 Settembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-linarda fi IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka

8

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/708/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar l-għajnuna mill-Istat C 34/06 (eks N 29/05 u eks CP 13/04), lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja trid tagħti għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fin-North Rhine-Westphalia (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5109)  ( 1 )

10

 

 

2008/709/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar l-għajnuna mill-istat li l-Belġju fi ħsiebu jagħti lil Volvo Cars Gent (C 35/2007 (ex N 256/07)) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 832)  ( 1 )

45

 

 

2008/710/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2008 Dwar L-Għajnuna Mill-Istat C 23/07 (ex N 118/07) li r-Renju Unit bi ħsiebu jimplimenta għal Vauxhall Motors Ltd (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1333)  ( 1 )

50

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

3.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 236/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 860/2008

tat-2 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

18,4

ZZ

18,4

0707 00 05

JO

162,5

TR

137,3

ZZ

149,9

0709 90 70

TR

100,9

ZZ

100,9

0805 50 10

AR

64,9

CL

65,6

UY

57,1

ZA

72,0

ZZ

64,9

0806 10 10

EG

190,0

IL

237,7

TR

116,3

US

188,9

XS

61,0

ZZ

158,8

0808 10 80

BR

89,0

CL

85,9

CN

80,8

NZ

103,2

US

92,7

ZA

79,9

ZZ

88,6

0808 20 50

AR

123,5

CN

58,4

TR

140,7

ZA

86,7

ZZ

102,3

0809 30

TR

138,1

US

168,0

ZZ

153,1

0809 40 05

IL

129,9

MK

53,9

TR

60,1

XS

48,8

ZZ

73,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


3.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 236/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 861/2008

tat-2 ta' Settembru 2008

li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 634/2008 li jistipula l-komponenti agrikoli mnaqqsa u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 mill-Iżvizzera

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera (2) tas-26 ta’ Ottubru 2004, il-Protokoll 2 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 inbidel bi Protokoll 2 ġdid li jikkonċerna ċerti prodotti agrikoli pproċessati. Fl-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera, bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 1/2008 (3), emenda l-prezzijiet ta' referenza mill-1 ta’ Frar 2008 li rriżulta fl-impożizzjoni ta' dazji fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament (KE) Nru 3448/93.

(2)

Għaldaqstant il-komponenti agrikoli mnaqqsa u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib ġew stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2008 (4).

(3)

Fl-implimentazzjoni tal-Protokoll 2, il-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera, bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 2/2008 (5), emenda l-prezzijiet domestiċi ta' referenza mill-1 ta’ Awwissu 2008, bir-riżultat li l-miżuri ta' kumpens tal-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll ikunu ffissati għal żero. Għaldaqstant, minn dakinhar, id-dazji fuq l-importazzjoni mhux se jibqgħu jitħallsu fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/1993 mill-Iżvizzera.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 634/2008 għandu għaldaqstant jitħassar.

(5)

Billi l-prezzijiet ta' referenza kif emendati skont il-Protokoll 2 huma applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2008, il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 634/2008 jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)   ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.

(2)   ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.

(3)   ĠU L 69, 13.3.2008, p. 34.

(4)   ĠU L 176, 4.7.2008, p. 3.

(5)  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


3.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 236/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 862/2008

ta’l-1 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

32/T&Q

Stat Membru

IL-ĠERMANJA

Stokk

COD/1N2AB.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

Data

24.7.2008


3.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 236/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 863/2008

ta'l-1 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-linarda fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

30/T&Q

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

LIN/4AB-N.

Speċi

Linarda (Molva molva)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

Data

11.7.2008


3.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 236/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 864/2008

ta' l-1 Settembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-linarda fi IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

31/T&Q

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk

LIN/03

Speċi

Linarda (Molva molva)

Żona

IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIc u IIId

Data

30.6.2008


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

3.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 236/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Ottubru 2007

dwar l-għajnuna mill-Istat C 34/06 (eks N 29/05 u eks CP 13/04), lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja trid tagħti għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fin-North Rhine-Westphalia

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5109)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/708/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 88(2)(1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a),

Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skond dak l-Artikolu (1) u wara li ġew ikkunsidrati dawk il-kummenti,

Billi:

I.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Jannar 2004 il-Kummissjoni talbet lill-Gvern Federali Ġermaniż għal aktar informazzjoni għall-istampa dwar għajnuna mill-Istat għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fin-North Rhine-Westphalia (aktar ’il quddiem ukoll “NRW”). Il-Gvern Federali Ġermaniż ta din l-informazzjoni permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Marzu 2004 (reġistrata bl-istess data ta’ riċeviment). Fit-2 ta’ Ġunju 2004 saret laqgħa tas-servizzi tal-Kummissjoni mal-Landesanstalt (l-uffiċċju reġjonali) responsabbli għall-miżura kkonċernata għall-midja fin-North Rhine-Westphalia (aktar ’il quddiem “LfM”) u fl-10 ta’ Diċembru 2004 saret laqgħa mar-rappreżentanti tal-Land North Rhine-Westphalia.

(2)

Permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Jannar 2005 (reġistrata bl-istess data ta’ riċeviment) il-Gvern Federali informa lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE dwar miżura ta’ għajnuna għall-introduzzjoni tad-DVB-T fl-NRW. Il-Gvern Federali ħabbar din il-miżura għal raġunijiet ta’ sigurtà legali.

(3)

Permezz ta’ ittra ta’ l-10 ta’ Marzu 2005 il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni, li l-Gvern Federali ta wara estensjoni tat-terminu taż-żmien permezz ta’ ittra tad-29 ta’ April 2005 (reġistrata bl-istess data ta’ riċeviment). Fit-23 ta’ Ġunju 2005 saret laqgħa tas-servizzi tal-Kummissjoni mar-rappreżentanti tal-LfM u tal-Land NRW, li fiha n-NRW ppreżentat aktar informazzjoni.

(4)

Fid-9 ta’ Novembru 2005 l-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali, li biha l-għajnuna għad-DVB-T f’Berlin-Brandenburg b’riżorsi mill-Istat ġiet iddikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni (2). Peress li ż-żewġ każijiet kienu simili, il-Kummissjoni u l-Ġermanja qablu li fil-każ preżenti ma jkomplux il-proċedura ta’ notifikazzjoni (3), sabiex jagħtu lill-awtoritajiet l-opportunità li jevalwaw x’effett se jkollha d-deċiżjoni fil-każ ta’ Berlin-Brandenburg fuq il-proċedura ta’ eżami preliminari kurrenti fil-każ ta’ NRW. Fl-istess ħin twaqqfet ukoll il-proċedura ta’ notifikazzjoni f’każ simili li jikkonċerna l-Land tal-Bavarja, li kienet tħabbret mill-Kummissjoni fit-8 ta’ Diċembru 2004 (4).

(5)

Permezz ta’ ittra tat-12 ta’ April 2006 il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja biex fi żmien xahar tagħtiha l-opinjoni tagħha dwar il-proċedura ta’ notifikazzjoni kurrenti. Permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Mejju 2006 (reġistrata bl-istess data ta’ riċeviment) il-Ġermanja kkomunikat lill-Kummissjoni, li ma kellhiex ħsieb li tirtira jew temenda l-miżura fl-NRW.

(6)

Permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Lulju 2006 il-Kummissjoni għarrfet lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar id-deċiżjoni tagħha, li tiftaħ il-proċedura f’dan il-każ skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (5). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar dan il-każ.

(7)

Wara estensjoni tat-terminu taż-żmien, il-Ġermanja tat l-opinjoni tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ permezz ta’ ittra ta’ l-4 ta’ Ottubru 2006 (reġistrata bl-istess data ta’ riċeviment). Barra dan il-Kummissjoni ngħatat l-opinjoni tal-European Satellite Operators Association (l-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Operaturi tas-Satelliti; aktar ’il quddiem “ESOA”) (6), ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-Operaturi Privati tan-Netwerk tal-Kejbil (aktar ’il quddiem “ANGA”) (7) u ta’ l-ish NRW Ltd. (aktar ’il quddiem “ish”) (8)

(8)

Il-Kummissjoni kkomunikat lill-Ġermanja dawn l-opinjonijiet permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Diċembru 2006 u talbitha biex tikkummenta dwarhom. Il-korpi responsabbli taw l-opinjoni tagħhom wara estensjoni tat-terminu taż-żmien permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Frar 2007 (reġistrata bl-istess data ta’ riċeviment). Fid-19 ta’ April 2007 il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ rappreżentanti tal-LfM għall-skambju ta’ opinjonijiet dwar valutazzjoni konklussiva. Permezz ta’ e-mail ta’ l-24 ta’ Mejju 2007 il-Kummissjoni kkomunikat talba oħra għal informazzjoni, li l-Ġermanja kienet issodisfat b’e-mail fil-5 ta’ Lulju 2007 (reġistrata fis-6 ta’ Lulju 2007).

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

1.   L-ISFOND

Diġitalizzazzjoni tat-televiżjoni

(9)

Is-suġġett tal-miżura notifikata huwa l-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri fin-North Rhine-Westphalia. Dan għandu jitqies fid-dawl tad-diġitalizzazzjoni tax-xandir, li tikkonċerna l-metodi kollha tax-xandir preżenti għas-sinjali tax-xandir, għalhekk il-kejbil, is-satellita u t-terrestri.

(10)

Il-vantaġġ ewlieni tad-diġitalizzazzjoni fil-metodi kollha tax-xandir huwa l- kapaċitajiet akbar tax-xandir permezz ta’ l-użu effiċjenti ta’ l-ispettru ta’ frekwenzi. B’hekk jistgħu jiġu offruti servizzi ta’ xandir ġodda u aħjar. Barra dan bit-tneħħija tat-televiżjoni terrestri analogu jibdew jintużaw frekwenzi ġodda u bla ħlas. Dħul ġdid fis-suq possibbli jista’ jinkoraġġixxi l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni. Minħabba dawn il-vantaġġi l-Kummissjoni tgħin b’mod attiv fid-diġitalizzazzjoni (9). Kemm il-Ġermanja kif ukoll Stati Membri oħra bħalissa jinsabu f’din il-fażi ta’ bidla, li l-għan ewlieni tagħha huwa l-iswitch-off totali analogali fil-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea sal-bidu ta’ l-2012 (10).

Id-diġitalizzazzjoni fil-Ġermanja u fin-North Rhine-Westphalia

(11)

Sabiex tiġi promossa d-diġitalizzazzjoni tax-xandir fil-Ġermanja, fl-aħħar ta’ l-1997 permezz tad-deċiżjoni tal-kabinett Ġermaniż tnediet l-inizjattiva “xandir diġitali” (IDR) b’konsiderazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Prim Ministru tal-Länder. Fl-IDR il-Federazzjoni, il-Länder u operaturi oħra fis-suq stipulaw rakkomandazzjonijiet dwar id-diġitalizzazzjoni. L-ewwel rapport ta’ l-IDR ġie approvat mill-kabinett Ġermaniż f’Awissu 1998; dan ġie segwit bil-pjan sħiħ għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali, “ix-xenarju tal-bidu 2000” (11). F’dan jiġi fost l-oħrajn stabbilit, li d-diġitalizzazzjoni tax-xandir bil-kejbil, bis-satellita u tax-xandara televiżivi fil-Ġermanja trid tispiċċa l-aktar tard sa l-2010.

(12)

Il-bidla diġitali fl-NRW se titmexxa mil-LfM. Skond l-Artikolu 27(1) tal-liġi dwar il-medja reġjonali fin-Nordrhein-Westfalen (12) (aktar ’il quddiem “LMG NRW”) “[l-LfM] jagħti l-appoġġ tiegħu għall-bidla mix-xandir analogu għal dak diġitali”. Fil-bidla diġitali dan irid “joffri stazzjonijiet varji b’kundizzjonijiet xierqa permezz ta’ l-interazzjoni tal-metodi varji tax-xandir”. Inkarigu ġenerali ieħor tal-LfM huwa li jissorvelja lix-xandara privati.

Xandir terrestri fil-Ġermanja u fin-North Rhine-Westphalia

(13)

Fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni tal-kejbil, tas-satellita u tax-xandir terrestri l-miżura kkonċernata tikkonċerna biss il-bidla fil-qasam tax-xandir terrestri. Ix-xandir terrestri diġitali jikkonċerna ġeneralment lil żewġ gruppi ta’ operaturi, li taħt ċerti ċirkostanzi jistgħu jkunu integrati: operaturi ta’ netwerks tax-xandir, li jieħdu ħsieb li jiġu trażmessi s-sinjali tax-xandir, u x-xandara, li jipproduċu l-kontenut tal-programmi u joffruhom bħala pakkett.

(14)

Minn meta daħlu l-kejbil u s-satellita fit-tmeninijiet is-sehem tas-suq tat-terrestri fil-Ġermanja mar lura ħafna. Skond l-informazzjoni tal-Ġermanja n-netwerks tal-kejbil fit-tmeninijiet kienu ġew stabbiliti b’għajnuna konsiderevoli mill-Istat (13). Il-Ġermanja ssostni li kważi l-familji kollha fil-Ġermanja jistgħu jkollhom televiżjoni mhux kodifikata bis-satellita.

(15)

Dan it-tnaqqis fis-sehem tas-suq, li tista’ tarah ukoll fid-deċiżjoni tal-ftuħ, jidher fil-grafika t’hawn taħt.

Grafika 1

Is-sehem tas-suq tat-terrestri fil-Ġermanja kollha u fl-NRW (14)

Image 1

(16)

Mill-bidu tal-bidla għat-televiżjoni diġitali fl-2004 stabbilizza ruħu s-sehem tas-suq tat-terrestri li qed jonqos, u fl-2005 t-tendenza nqalbet. Skond l-informazzjoni fir-rapport ta’ diġitalizzazzjoni 2007 (15) l-ishma fil-Ġermanja tqassmu f’nofs l-2007 skond il-metodu kif jirċievu kif ġej: 53,7 % kejbil, 42,5 % satellita, 11,5 % terrestri (żieda ta’ 2 perċentwali fuq l-2006). Skond ir-rapport is-sehem tat-televiżjoni terrestri diġitali żdied b’mod konsiderevoli: 3.6 miljun familja – kważi d-doppju tas-sena ta’ qabel – jirċievu d-DVB-T. Barra dan id-diġitalizzazzjoni tax-xandir terrestri diġà tammonta għal kważi 90 %. Fir-rapport ta’ diġitalizzazzjoni tingħata wkoll ħarsa lejn l-estensjoni tad-DVB-T skond iż-żoni (16). Skond din l-informazzjoni s-sehem tas-suq tat-telespettaturi fl-NRW f’dawk li jissejħu oqsma ċentrali, li jkopru biss żoni li jirċievu d-DVB-T żdied minn 9,5 % fl-2005 għal 16,5 % fl-2007 (ara grafika 2).

Grafika 2

Is-sehem tas-suq tat-terrestri diġitali fil-Ġermanja kollha u fl-NRW wara l-bidla

Image 2

Il-bidla għat-televiżjoni terrestri fin-North Rhine-Westphalia

(17)

Minn perspettiva teknika l-iżvilupp tax-xandir terrestri diġitali jeħtieġ li n-nies jadattaw ruħhom għat-teknoloġija tax-xandir mill-operaturi tan-netwerk u l-frekwenzi għax-xandir. Biex il-vantaġġi tad-diġitalizzazzjoni jkunu jistgħu jintużaw, ix-xandir analogu jrid jitneħħa b’mod progressiv. Fil-fażi li fiha x-xandir analogu u dak diġitali jiġu operati b’mod parallel (permezz ta’ dak li jissejjaħ “simulcast”) il-bidla tista’ effettivament twassal għal nuqqas kbir ta’ frekwenzi (17). Biex jevitaw in-nuqqas ta’ frekwenzi u jżżommu l-ispejjeż tax-xandir parallel kemm jista’ jkun baxxi, l-operaturi fis-suq iridu jaqblu fuq data komuni li fiha jitneħħa x-xandir analogu u jibda jopera x-xandir diġitali. Fid-dawl tal-kumplessità tal-bidla għat-televiżjoni terrestri diġitali x-xenarju tal-bidu ta’ l-2000 jipprevedi introduzzjoni progressiva tad-DVB-T f’kull Land fil-Ġermanja, fejn id-DVB-T għall-ewwel se jiġi introdott f’żoni b’popolazzjoni densa (18).

(18)

Bħala l-ewwel inizjattiva fl-NRW l-LfM (19) fis-27 ta’ Novembru 1998 iddeċieda li jibda esperiment tad-DVB-T, li kien sar fl-1999 u fis-sena 2000 f’Cologne. Għat-twettiq ta’ l-għanijiet tax-xenarju tal-bidu tas-sena 2000 aktar tard l-awtoritajiet tan-NRW iddikjaraw ruħhom lesti li jikkooperaw mal-korpi responsabbli fil-Länder tan-naħa ta’ fuq tas-Sassonja t’Isfel, Schleswig-Holstein, Hamburg u Bremen u biex fl-istess ħin u għalhekk b’mod aktar effiċjenti jwettqu d-diġitalizzazzjoni tax-xandir terrestri.

(19)

Fl-20 ta’ Ottubru 2003 l-LfM, l-entitajiet pubbliċi tax-xandir ARD, ZDF u WDR ta’ Cologne (aktar ’il quddiem “l-entitajiet pubbliċi tax-xandir”), (20) ix-xandara privati l-RTL Television (“RTL”), VOX Film u Fernseh-GmbH & Co. KG (“VOX”) u ProSiebenSat.1 Media AG (“ProSiebenSat.1”) iffirmaw f’Cologne il-Ftehim għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fin-North Rhine-Westphalia. F’dan il-Ftehim fi prinċipju ġie stabbilit, li d-DVB-T wara l-bidla b’suċċess fir-reġjun ta’ Berlin-Potsdam f’pass li jmiss għandu jiġi introdott fiż-żoni metropolitani ta’ Cologne/Bonn u Düsseldorf/Ruhrgebiet. Il-Ftehim ma fih l-ebda partikularitajiet dwar il-miżuri ta’ għajnuna ppjanati. Hemm jintqal biss: “Bħala miżura ta’ għajnuna l-uffiċċju reġjonali għall-midja fin-North Rhine-Westphalia qed jippromwovi l-infrastruttura teknika għall-estensjoni tad-DVB-T fin-North Rhine-Westphalia”. Fl-Anness tkopli ssir referenza għat-tfassil ta’ kunċett ta’ għajnuna għad-dgħufija soċjali (21).

(20)

Il-Ftehim fi prinċipju ta’ l-20 ta’ Ottubru 2003 ġie kkomplimentat mill-Ftehim ta’ kooperazzjoni għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fin-North Rhine-Westphalia, li ġie ffirmat mill-istess partijiet (WDR f’isem l-ARD) kif ukoll mil-Land tan-NRW fl-10 ta’ Diċembru 2003. Fil-Ftehim ta’ kooperazzjoni ġew stabbiliti prinċipji komuni għall-komunikazzjoni fil-qasam tad-DVB-T u nħatru l-korpi responsabbli għat-twettiq tal-Ftehim: Il-Kumitat tat-Tmexxija li għandu s-setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet u uffiċċju ta’ proġett għat-twettiq tal-Ftehim. L-uffiċċju ta’ proġett ġie mwaqqaf fl-14 ta’ Jannar 2004 permezz ta’ kuntratt bejn l-LfM (LfM Nova GmbH), id-WDR (ukoll f’isem l-ARD) u z-ZDF.

(21)

Il-kapaċità totali tax-xandir tan-netwerk tad-DVB-T tkopri sitt multiplessi (22), li kull wieħed huwa ddisinjat b’kollox għal 24 skeda ta’ programmi fir-reġjuni ta’ Cologne/Bonn u Düsseldorf/Ruhrgebiet. Biex ikunu jistgħu jibdew bix-xandir terrestri diġitali, il-frekwenzi meħtieġa jridu jiġu assenjati b’liċenzji li jawtorizzaw lix-xandara li jxandru l-istazzjonijiet tagħhom u lill-operaturi tan-netwerk li joperaw il-pjattaforma tad-DVB-T. Għax-xandir ta’ l-istazzjonijiet fiż-żoni metropolitani ta’ Cologne/Bonn u Düsseldorf/Ruhrgebiet ingħata multipless għal kull entità pubblika tax-xandir (ARD, ZDF u WDR). Il-kapaċita prevista għax-xandara privati ingħatat mil-LfM, u l-liċenzji tad-DVB-T relevanti ngħataw fl-14 ta’ Mejju 2004. Il-liċenzji għall-operat ta’ netwerks dak iż-żmien ġew allokati mill-awtorità regolatorja għat-telekomunikazzjoni u l-posta (RegTP), l-aġenzija tan-netwerk Ġermaniż tal-lum għall-elettriċità, it-telekomunikazzjoni, il-posta u l-ferroviji (BNetzA) 2004 (għad-dettalji dwar il-proċedura ta’ allokazzjoni ara l-premessi 24 - 30).

(22)

Skond id-dati stabbiliti fil-Ftehim fi prinċipju ta’ l-20 ta’ Ottubru 2003 x-xandir terrestri diġitali ġie introdott fir-reġjun ta’ Cologne/Bonn fl-24 ta’ Mejju 2004 u fir-reġjun ta’ Düsseldorf/Ruhrgebiet fit-8 ta’ Novembru 2004. Ix-xandir terrestri analogu tax-xandara privati (“ATT”) twaqqaf mid-dati rispettivi li fihom tnieda x-xandir tad-DVB-T. Madankollu x-xandir terrestri analogu tat-tliet stazzjonijiet ta’ l-entitajiet pubbliċi tax-xandir, ARD-Das Erste, ZDF u WDR tkompla għal madwar ħames xhur oħra (simulcast) u mbagħad tneħħa mir-reġjun ta’ Cologne/Bonn fit-8 ta’ Novembru 2004 u mir-reġjun ta’ Düsseldorf/Ruhrgebiet fl-4 ta’ April 2005. Fid-19 ta’ Novembru 2004 l-LfM stabbilixxa “d-Direttiva dwar l-għajnuna tad-DVB-T”, li daħlet fis-seħħ b’mod retroattiv fit-3 ta’ Mejju 2004.

(23)

Minn mindu ġie introdott fiż-żoni metropolitani ta’ Cologne/Bonn u Düsseldorf/Ruhrgebiet ix-xandir tad-DVB-T ġie estiż ukoll f’reġjuni oħra tan-NRW. Fid-29 ta’ Mejju 2006 id-DVB-T ġie introdott f’żewġ partijiet oħra tan-NRW (Wuppertal u East Westphalia-Lippe). F’Münsterland id-DVB-T beda fit-12 ta’ Ġunju 2007 u f’November 2007 iż-żona ta’ distribuzzjoni għandha tiġi estiża f’Aachen u fis-South Westphalia. Għall-kuntrarju tar-reġjuni ta’ Cologne/Bonn u Düsseldorf/Ruhrgebiet il-bidla f’dawn ir-reġjuni se ssir biss fix-xandara pubbliċi u mhux fix-xandara privati (23).

L-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir tad-DVB-T għax-xandara privati

(24)

B’konformità ma’ l-Artikolu 52a(1) tat-Trattat dwar ix-xandir ta' l-Istat (24), l-Artikolu 28 tal-Liġi dwar il-Midja NRW jgħid li “meta jiġu allokati għall-ewwel darba l-kapaċitajiet tax-xandir terrestri diġitali fit-televiżjoni, għandha tingħata prijorità li dawk ix-xandara b'kanali ta' programmi li jixxandru fiż-żona ta’ distribuzzjoni speċifikata lilhom b’mod analogu.”

(25)

Fl-14 ta’ Novembru 2003 l-LfM adotta r-regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċitajiet tax-xandir terrestri għall-programmi televiżivi u tar-radju kif ukoll servizzi tal-medja (ir-regola dwar l-allokazzjoni). Iżda d-diġitalizzazzjoni kienet teħtieġ ukoll l-użu tal-kanali terrestri analogi eżistenti, li ġew allokati ’l-RTL Television (mill-RTL Television GmbH), VOX/DTCP (mill-VOX Film- und Fernseh GmbH & Co. KG, li flimkien mad-DTCP GmbH hija parti mill-RTL Group) u s-SAT1 (Sat1 Satelliten Fernsehen GmbH, aktar ’il quddiem “ProSiebenSat.1”). Il-liċenzji analogi relevanti ġew allokati fl-2002 u fl-2003 mil-LfM u se jiskadu fil-21 ta’ Lulju 2008 (RTL Television), fil-31 ta’ Jannar 2007 (VOX) u fil-31 ta’ Ottubru 2010 (SAT1). Permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Novembru 2003 l-LfM talab lix-xandara privati RTL, VOX u ProSiebenSat.1, biex jiddikjaraw bil-miktub li kienu lesti li jneħħu l-kanali analogi tagħhom biex ikunu jistgħu jkomplu bl-allokazzjoni tal-kapaċitajiet tax-xandir. Wara li kellu l-kunsens tax-xandara (25), l-LfM fl-4 ta’ Diċembru 2003 ħabbar l-ewwel allokazzjoni tal-kapaċitajiet tax-xandir tad-DVB-T lix-xandara privati għar-reġjuni ta’ Cologne/Bonn u Düsseldorf/Ruhrgebiet (ippubblikat fil-gazzetta ministerjali tar-reġjun tat-30 ta’ Diċembru 2003) (26).

(26)

Is-sejħa għall-offerti kienet tikkonċerna l-kapaċitajiet tax-xandir previsti għax-xandara privati, jiġifieri tliet multiplessi u 12-il skeda ta’ programmi f’kull żona ta’ mira. Is-sejħa għall-offerti kienet tinkludi kriterji ta’ l-għażla fil-każ li jkun hemm aktar applikanti milli skedi ta’ programmi u tkun trid tittieħed deċiżjoni ta’ prijorità. B’konformità mal-LMG NRW għall-kriterji kienu jgħoddu l-kontribut ta’ programm għall-varjetà ta’ programmi u xandara kif ukoll il-preżenza ta’ xandar fin-netwerk terrestri analogu (27). Is-sejħa għall-offerti ma kienet tinkludi la dettalji dwar il-ħlas għax-xandir ta’ stazzjon bid-DVB-T u lanqas referenza għal għajnuna finanzjarja possibbli bħala sostenn għall-bidla diġitali. Id-data ta’ l-għeluq ta’ l-applikazzjonijiet kienet it-3 ta’ Marzu 2004.

(27)

Għas-sejħa għall-offerti b’kollox fl-LfM irċieva 21 offerta minn xandara u operaturi tal-medja. Il-ProSiebenSat.1 u l-RTL Group applikaw għal multipless b’diversi pakketti ta’ stazzjonijiet (28). Fit-23 ta’ April 2004 il-kummissjoni tal-medja tal-LfM iddeċidiet dwar l-allokazzjoni ta’ l-iskedi ta’ programmi previsti għax-xandara privati. Fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni l-LfM fl-14 ta’ Mejju 2004 ħareġ notifikazzjoni ta’ allokazzjoni għal-liċenzji tad-DVB-T relevanti. Skond din id-deċiżjoni ġie allokat multipless lil kull wieħed mix-xandara privati RTL Group u ProSiebenSat.1 u l-kapaċità tal-multipless wieħed li kien fadal ġie allokat lix-xandara tal-kanali tal-programmi individwali: VIVA (VIVA Fernsehen GmbH), CNN (Turner Broadcasting Systems Deutschland GmbH), Eurosport (Eurosport S.A.) u onyx.tv/Terra Nova (Onyx Television GmbH) (29).

(28)

Skond l-Artikolu 12(2) tal-LMG NRW, li għalih tirreferi wkoll in-notifikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, l-ewwel permess jista' jingħata mill-inqas għal erba’ snin u l-aktar għal għaxar snin. Skond in-notifikazzjoni tal-LfM ta’ l-14 ta’ Mejju 2004 l-liċenzji ġew allokati lill-ProSiebenSat.1, RTL u CNN għal ħames snin, lill-VIVA sa t-2 ta’ Diċembru 2008, lill-Eurosport S.A. għal tliet snin u lit-Terra Nova sas-17 ta’ Ġunju 2009. Iżda t-Terra Nova fl-1 ta’ Lulju 2007 waqqaf ix-xandir mill-pjattaforma tad-DVB-T u ġie sostitwit mit-Tele 5 (TM-TV GmbH) (30), li ntgħażel mil-LfM minn 7 applikanti. Tabella 1 tagħti ħarsa lejn il-bidla fir-reġjun ta’ Cologne/Bonn inkluż il-fażi tas-simulcast mill-entitajiet pubbliċi tax-xandir (mhux mix-xandara privati, ara l-premessa 22).

Tabella 1

Ix-xandir terrestri fir-reġjun ta’ Cologne/Bonn qabel u wara l-bidla

Kanali tax-xandir

Televiżjoni analoga

Il-ħtieġa ta’ servizzi mill-4.4.2005

Stazzjonijiet mill-24.5.2004

Stazzjonijiet mit-8.11.2004

Stazzjonijiet mill-4.4.2005

K 05

Sat.1

 

ARD — Simulcast

X

X

K 26

ZDF

Fil-Ġermanja kollha

Pakkett taż-ZDF

Pakkett taż-ZDF

Pakkett taż-ZDF

K 29

ZDF

D

ZDF — Simulcast

Pakkett tal-RTL

Pakkett tal-RTL

K 34

VOX

 

Pakkett taż-ZDF

X

X

K 36

RTL

E

 

 

Viva/Eurosport/CNN/Terra Nova (Tele5 mill-1.7.2007))

K 43

ARD

C

RTL/VOX/ProSieben/Sat.1

Pakkett tal-Pro7Sat.1

Pakkett tal-Pro7Sat.1

K 49

WDR

B

WDR — Simulcast

Pakkett tad-WDR

Pakkett tad-WDR

K 65

X

A

Pakkett ta’ l-ARD

Pakkett ta’ l-ARD

Pakkett ta’ l-ARD

K 66

X

 

N24/kejbil 1/RTL II/Super RTL

Viva/Eurosport/CNN/Terra Nova

X

Dikjarazzjonijiet: is-servizzi ta’ netwerk għall-kanali tax-xandir tad-DVB-T K26, K29, K36 u K43 jiġu allokati mit-T-Systems, waqt li l-kanali tax-xandir K49 u K65 ġew allokati lid-WDR, iżda s-servizzi ta’ netwerk jiġu wkoll sa ċertu punt allokati mit-T Systems. Ix-xandiriet analogi qegħdin fil-korsiv. “Pakkett” jikkonsisti minn erba’ programmi, li jixxandru b’multipless diġitali. L-iskedi ta’ programmi tad-DVB-T allokati lix-xandara fir-reġjun ta’ Düsseldorf/Ruhr ma jidhrux fit-tabella. Il-bidla fir-reġjun ta’ Cologne/Bonn fil-fatt kienet kompletata fit-8 ta’ Novembru 2004, iżda minħabba l-bidla fir-reġjun ta’ Düsseldorf/Ruhr fl-4 ta’ April 2005 kienu saru xi aġġustamenti tekniċi żgħar fl-allokazzjoni ta’ l-iskedi ta’ programmi. Minn meta ġiet kompletata l-fażi tas-simulcast il-kanali tax-xandir K05, K65 u K66 skond l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, bħalissa mhux qed jintużaw għax-xandir televiżiv. It-tabella sservi biss bħala gwida.

L-allokazzjoni tal-liċenzji tan-netwerk tad-DVB-T

(29)

Fuq talba tal-Kanċellerija Nazzjonali tan-NRW l-awtorità regolatorja għat-telekomunikazzjoni u l-posta (aktar ’il quddiem “RegTP”) fl-4 ta’ Frar 2004 fetħet il-proċedura ta’ l-assenjazzjoni tal-frekwenzi (31). L-istess bħax-xandara, l-operaturi tan-netwerk terrestri analogu għall-ewwel irtiraw il-liċenzji analogi tagħhom, li ma kellhomx restrizzjoni ta' żmien. Il-ħtieġa totali għax-xandir diġitali ġiet maqsuma f’ħames ħtiġiet ta’ servizzi (A sa E), li jikkonċernaw il-kanali tax-xandir kollha (multiplessi diġitali). Fir-regolament relevanti madankollu ma ġiex osservat li fis-27 ta’ Novembru 2002 kienet diġà ġiet ippubblikata żona ta' servizzi ulterjuri fil-Ġermanja kollha (32). Din iż-żona ta’ servizzi ġiet allokata lit-T-Systems (sussidjarja tad-Deutsche Telekom) u tkopri x-xandir tal-programmi televiżivi taż-ZDF.

(30)

Fil-proċedura ta’ l-assenjazzjoni tal-frekwenzi fin-NRW, it-T-Systems applikat għall-frekwenzi għall-ħtiġiet ta’ servizzi C, D u E, li huma allokati lill-multiplessi għax-xandara privati, u d-WDR għall-ħtiġiet ta’ servizzi A u B, li huma allokati lill-entitajiet pubbliċi tax-xandir. Peress li għal kull wieħed mill-ħames setturi ta’ servizzi hemm biss applikjazzjoni waħda ta’ allokazzjoni, ir-RegTP assenja l-frekwenzi f’dik li tissejjaħ proċedura ta’ l-applikazzjoni u seta’ għalhekk jevita t-tieni pass tal-proċedura ta’ l-assenjazzjoni tal-frekwenzi, li jiftaħ il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Billi t-T-Systems u d-WDR diġà kienu operaturi tan-netwerk terrestri analogu u kosegwentement kellhom permess għat-telekomunikazzjoni, dan ir-rekwiżit għall-allokazzjoni tal-frekwenzi fuq talba kien ukoll sodisfatt. Id-drittijiet għall-operat tan-netwerk tad-DVB-T ingħataw għal madwar għoxrin sena sal-31 ta’ Diċembru 2025.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA TA’ GĦAJNUNA

(31)

Is-suġġett tan-notifikazzjoni huwa l-għajnuna finanzjarja, li l-LfM irid jagħti lix-xandara privata għax-xandir terrestri diġitali ta’ l-istazzjonijiet tagħhom fiż-żoni metropolitani ta’ Cologne/Bonn u Düsseldorf/Ruhrgebiet. Skond evalwazzjonijiet tal-Ġermanja permezz ta’ l-introduzzjoni tad-DVB-T f’dawn ir-reġjuni madwar 14-il miljun minn madwar 18-il miljun resident fin-NRW se jkunu jistgħu jirċievu d-DVB-T (33).

(32)

Il-bażi legali ta’ din l-għajnuna hija l-Artikolu 40 tat-Trattat ta’ l-Istat dwar ix-xandir (paragrafu 1, Nru 2) u l-Artikolu 88 tal-LMG NRW (paragrafu 3, Nru 8), li jipprovdi li l-uffiċċju reġjonali għall-midja (LfM) għandu l-inkarigu, li mis-sehem tiegħu mill-ħlas tal-liċenzji tax-xandir jippromwovi fost l-oħrajn l-infrastruttura teknoloġika għall-provvista tax-xandir u proġetti għat-teknoloġiji ta’ xandir ġodda. Il-baġit tal-LfM jiġi ffinanzjat bażikament minn sehem ta’ 2 % tad-dħul mill-ħlas tal-liċenzji tax-xandir korrispondenti għal NRW (skond l-Artikolu 40 dwar l-RStV b’konnessjoni ma’ l-Artikolu 55 dwar l-RStV, l-Artikolu 10 u 11 dwar l-RFinStV u l-Artikolu 116 (1) tal-LMG NRW) (34). Il-ħlas tal-liċenzji tax-xandir jinġabar mill-korpi ċentrali inkarigati mill-ġbir tal-ħlas, u jiġi trasferit lil-LfM u riċevituri leġittimi oħra.

(33)

Il-kundizzjonijiet eżatti għall-għajnuna finanzjarja tax-xandara privati mil-LfM huma stabbiliti fid-Direttiva dwar l-għajnuna tad-DVB-T (35) tad-19 ta’ Novembru 2004. Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva tista’ tingħata għajnuna għall-ħlas għall-operat tan-netwerks tax-xandir. Skond l-Artikolu 3 l-benefiċjarji jistgħu jkunu x-xandara kollha tal-programmi televiżivi u/jew xandara ta’ servizzi tal-midja, li jkunu ġew allokati kapaċitajiet tax-xandir terrestri diġitali. Skond l-Artikolu 4 l-fondi jingħataw fil-forma ta’ allokazzjoni. Fl-Artikolu 5(1) it-tul ta’ żmien ta’ l-għajnuna jiġi llimitat għal ħames snin ta’ operat. L-Artikolu 5(2) jgħid: “L-għajnuna m’għandhiex (…) tammonta għal aktar minn 30 % tal-ħlas għall-operat tan-netwerk tax-xandir u ssir b’mod digressiv. Din tibda b’40 % tal-ħlas għall-operat tan-netwerk tax-xandir fl-ewwel sena ta’ operat u titnaqqas kull sena għal ħames punti perċentwali, b’hekk fil-ħames sena ta’ operat il-kwota ta’ għajnuna tammonta biss għal 20 %”. L-Artikolu 5(3) jgħid: “It-tfaddil permezz tat-tneħħija tax-xandir analogu (‘profitt mit-tneħħija’) jingħadd ma’ l-għajnuna”

(34)

L-implimentazzjoni konkreta tad-Direttiva dwar l-għajnuna ġiet spjegata fid-dettall fin-notifikazzjoni. Lix-xandara ta’ l-istazzjonijiet Viva, Eurosport, CNN u Terra Nova (rispettivament mill-1 ta’ Lulju 2007, Tele 5), li qabel ma kinux ixandru b’mod analogu, tingħata l-istess għajnuna: skond l-Artikolu 5(2) id-Direttiva dwar l-għajnuna tnaqqas l-għajnuna gradwalment minn 40 % tal-ħlas għall-operat tan-netwerk tax-xandir għal ħames punti perċentwali kull sena, b’hekk fil-ħames sena ta’ operat il-kwota ta’ għajnuna tammonta biss għal 20 %.

(35)

Fin-notifikazzjoni ma ġiex previst tnaqqis imqassam ta’ l-għajnuna skond l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva dwar l-għajnuna għall-RTL Group u ProSiebenSat.1, għalhekk għax-xandara privati, li qabel kienu jxandru l-istazzjon tagħhom b’mod analogu. Fil-każ ta’ dawn ix-xandara, li ġew allokati multipless sħiħ kull wieħed, il-kalkolazzjoni tas-sussidju hija bbażata fuq id-differenza ta’ l-ammont totali tal-ħlas tax-xandir għax-xandir analogu u dak diġitali fin-North Rhine-Westphalia u fil-Länder tal-Ġermanja tan-naħa ta’ fuq. Skond il-Ġermanja b’dan il-mod fil-kalkolazzjoni se jippruvaw jikkunsidraw it-tfaddil li jkun sar permezz tat-tneħħija tax-xandir analogu skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva dwar l-għajnuna.

(36)

Fin-notifikazzjoni l-Ġermanja tat aktar dettalji dwar l-ammont ta’ għajnuna ppjanat, li jxaqleb lejn il-ħlas stmat tax-xandir tad-DVB-T. Ġie wkoll avżat li l-kalkolazzjoni ta’ l-għajnuna pubblika tkun ibbażata fuq il-ħlas tax-xandir attwali, li l-operaturi tan-netwerk jiġbru mix-xandara privati fiż-żmien li jingħataw il-fondi ta’ għajnuna. Skond il-liġi dwar it-telekomunikazzjoni l-ħlas tax-xandir jiġi mbagħad stabbilit biss mill-aġenzija tan-netwerk Ġermaniża, jekk ikun ġie stabbilit, li l-operaturi tan-netwerk ikollhom setgħa sinifikanti fis-suq relevanti. Is-suq relevanti għat-trażmissjoni tas-sinjali tax-xandir ġie definit mill-BNetzA f’Lulju ta’ l-2006 skond il-leġislazzjoni Komunitarja relevanti. Skond din, l-operatur tan-netwerk għax-xandara privati, T-Systems, ikollu setgħa sinifikanti fis-suq biss għax-xandir tar-radju terrestri bil-VHF (36). Minħabba dan, it-T-Systems tista’ tkompli tistabbilixxi hi stess l-ammont ta’ ħlas tax-xandir tad-DVB-T għax-xandara privati.

(37)

Skond in-notifikazzjoni l-Ġermanja stmat il-ħlas tax-xandir tad-DVB-T għal multipless għal EUR 2,7 miljun fis-sena. Il-ħlas tax-xandir għal skeda ta’ programmi ġie stmat korrispondentement għal EUR 0,675 miljun fis-sena u EUR 3,375 miljun għall-ħames snin tat-tul taż-żmien ta’ l-iskema (37) u huwa għalhekk aktar baxx mill-ħlas għax-xandir terrestri analogu għal kull skeda ta’ programmi.

(38)

Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni għall-istazzjonijiet Viva, Eurosport, CNN u Terra Nova (mill-1 ta’ Lulju 2007, Tele 5) ġiet ippjanata għajnuna li b’kollox tammonta għal EUR 4 050 000. L-għajnuna li se tingħata għal kull skeda ta’ programmi għat-tul taż-żmien ta’ ħames snin tidher fit-tabella 2.

Tabella 2

Il-ħlas tax-xandir stmat għall-Viva, Eurosport, CNN u Terra Nova (Tele 5)

(f'EUR)

Sena

Il-ħlas tax-xandir għal kull skeda ta’ programmi

L-intensità ta’ l-għajnuna

Ammont ta’ għajnuna

L-1 sena

675 000

40  %

270 000

It-2 sena

675 000

35  %

236 250

It-3 sena

675 000

30  %

202 500

Ir-4 sena

675 000

25  %

168 750

Il-5 sena

675 000

20  %

135 000

Ammont totali għal kull skeda ta’ programmi

3 375 000

 

1 012 500

(39)

Il-kalkolazzjoni għall-RTL Group u għall-ProSiebenSat.1 tidher fit-tabella 3. Il-Länder Federali li jibqa’ huma deskritti fil-qosor taħt “Il-Ġermanja tat-tramuntana” (38).

Tabella 3

Il-kalkoli ta’ “l-ispejjeż addizzjonali” tal-Ġermanja għall-ProSiebenSat.1 u l-RTL (39)

(f'EUR)

 

RTL Group

ProSiebenSat.1

NRW

Il-Ġermanja tat-tramuntana

NRW

Il-Ġermanja tat-tramuntana

Stazzjonijiet analogi/Ħlas tax-xandir kull sena f’EUR

RTL,VOX

RTL

Sat1

Sat1, Pro7

2,2 miljun

3,9 miljun

0,8 miljun

4,6 miljun

Stazzjonijiet diġitali/Ħlas tax-xandir kull sena f’EUR

RTL, VOX, RTL2, S.RTL

RTL, VOX, RTL2, S.RTL

Sat1, Pro7, N24, K1

Sat1, Pro7, N24, K1

2,7 miljun

3,3 miljun

2,7 miljun

3,3 miljun

Differenza tal-ħlas tax-xandir analogu/digitali

– 0,5 miljun

+ 0,6 miljun

– 1,9 miljun

+ 1,3 miljun

Bilanċ totali

+ 0,1 miljun

– 0,6 miljun

(40)

Fuq il-bażi ta’ din il-kalkolazzjoni l-LfM m’għandux ħsieb li jagħti għajnuna lill-RTL Group. Min-naħa l-waħda ġie stabbilit, li l-RTL Group għandu bilanċ totali pożittiv. Min-naħa l-oħra fin-notifikazzjoni ġie ddikjarat, li l-RTL Group fil-kuntest tan-negozjati dwar ir-restituzzjoni tal-liċenzji għax-xandir analogu rrifjuta b’mod espliċitu għall-għajnuna. Fil-każ tal-ProSiebenSat.1 qed jitqiesu “l-ispejjeż addizzjonali” sa EUR 600 000 fis-sena, b’hekk il-Ġermanja għat-tul ta’ żmien ta’ l-iskeda ta’ ħames snin tqis għajnuna annwali sa EUR 550 000 (b’kollox sa EUR 2,75 miljun). Dan jikkorrespondi għal madwar 28 % tal-ħlas tax-xandir tad-DVB-T mħallas mill-ProSiebenSat.1 fin-NRW.

(41)

Skond dawn il-kalkolazzjonijiet il-baġit ta’ għajnuna għax-xandir tad-DVB-T minn xandara privati għall-ħames snin jammonta għal approssimattivament EUR 6,8 miljun.

(42)

L-LfM jagħti l-għajnuna deskritta biss għall-iskedi ta’ programmi tax-xandara privati. L-entitajiet pubbliċi tax-xandir jiffinanzjaw in-nefqiet tagħhom għax-xandir tad-DVB-T mill-parti dovuta lilhom tad-dħul mill-ħlas tal-liċenzji tax-xandir. Mill-informazzjoni kkomunikata mill-Ġermanja joħroġ li d-WDR għandu għad-dispożizzjoni tiegħu madwar EUR 40,8 miljun għall-perjodu mill-2001 sa l’2008, biex jiffinanzja l-ispejjeż tal-bidla. Min-naħa l-oħra ż-ZDF, fil-perjodu mill-2001 sa l-2004, kellu b’kollox għad-dispożizzjoni tiegħu EUR 36,8 miljun u bejn l-2005 u l-2008 kellu b’kollox EUR 33,2 miljun għall-bidla għad-DVB-T fil-Ġermanja kollha.

(43)

Id-Direttiva dwar l-għajnuna daħlet fis-seħħ b’mod retroattiv fit-3 ta’ Mejju 2004. Madankollu l-Ġermanja minħabba deċiżjoni tal-kummissjoni tal-midja kkommettiet ruħha ma' l-LfM, li ma tagħtix għajnuna, qabel ma l-Kummissjoni tagħti permess legali għall-għajnuna. Għalhekk ix-xandara privati fil-kuntest ta’ l-iskema għadhom ma ngħatawx fondi għall-għajnuna.

III.   IR-RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ EŻAMI FORMALI

(44)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kienet provviżorjament tal-fehma li l-għajnuna ppjanata mil-LfM tkun tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE u b’hekk tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Fil-Fehma tal-Kummissjoni l-miżura tingħata mir-riżorsi ta’ l-Istat u trid tiġi attribwita lill-Istat. Il-Kummissjoni kompliet issostni li l-għajnuna tagħti vantaġġ lix-xandara privati bħala benefiċjarji diretti u indirettament jistgħu jibbenefikaw minnha wkoll l-operaturi tan-netwerk tat-T-Systems.

(45)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni kellha wkoll dubju dwar jekk il-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir u tan-netwerk kinitx saret b’tali mod li tillimita jew telimina l-vantaġġ ekomomiku selettiv minħabba s-sussidju u għalhekk kinitx ta’ impediment għat-tfixkil tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma, li l-miżura kienet tikkonċerna għajnuna settorjali u din setgħet tfixkel il-kompetizzjoni bejn il-pjattaformi varji tax-xandir (terrestri, kejbil, satellita). Ġie wkoll innutat li l-miżura setgħet ukoll tfixkel il-kompetizzjoni bejn ix-xandara privati. Fid-dawl tal-kompetizzjoni internazzjonali kemm bejn ix-xandara kif ukoll bejn l-operaturi tan-netwerk il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-miżura setgħet taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(46)

Il-Kummissjoni kellha wkoll dubju dwar kemm il-miżura hija kompatibbli mat-Trattat tal-KE. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni ħarġet bil-konklużjoni li-r-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 87(3)(c), l-Artikolu 87(3)(d) u l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE ma setgħux jiġu ssodisfati. B’mod partikolari l-Kummissjoni kienet tal-fehma li ma kien hemm l-ebda evidenza li l-miżura fid-dawl tal-qagħda tas-suq fin- NRW setgħet titqies bħala xierqa, meħtieġa u proporzjonata, biex taffronta falliment tas-suq, li jista’ jagħmel diffiċli l-bidla għat-televiżjoni diġitali. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ kien hemm il-perspettiva li l-għajnuna ma kinitx marbuta ma’ kontenut kulturali speċifiku. Il-Kummissjoni kellha wkoll dubju dwar jekk il-miżura setgħetx titqies bħala kumpens għal servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali.

(47)

Finalment il-Kummissjoni introduċiet ukoll il-proċedura formali ta’ eżami, sabiex tagħti lill-Ġermanja u partijiet terzi l-opportunità li jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-evalwazzjoni proviżorja tal-Kummissjoni fir-rigward tal-miżura deskritta u jagħmlu informazzjoni relevanti dwar il-miżura aċċessibbli għall-Kummissjoni.

IV.   L-OPINJONIJIET TAL-PARTIJIET TERZI (40)

(48)

L-ANGA enfasizzat li l-għajnuna għad-DVB-T tfixkel il-kompetizzjoni bejn il-metodi differenti tax-xandir bi żvantaġġ għall-operaturi tal-kejbil. L-introduzzjoni tad-DVB-T diġà wasslet għal telf ta’ klijenti ta’ l-operaturi tal-kejbil fil-Länder tal-Ġermanja kkonċernati. Min-naħa l-oħra l-bidla tal-klijenti tat-televiżjoni terrestri għall-kejbil wara t-tneħħija tat-televiżjoni terrestri analoga tkun aktar limitata u ma tkun ta’ l-ebda kumpens għall-moviment kontinwu tal-klijenti tal-kejbil. Skond l-ANGA permezz tal-miżura s-sehem tax-xandir bil-kejbil għandu jonqos, għalkemm il-kompetizzjoni ferm kbira ma’ l-operaturi tas-satellita u dawk broadband (u ta’ l-IPTV) kif ukoll ma’ l-operaturi varji tal-kejbil diġà qed tiddomina. L-ANGA tikkontesta wkoll it-trasparenza tal-konklużjonijiet tal-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir u tan-netwerk. Fir-rigward ta’ l-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir l-assoċjazzjoni ssostni li l-proċedura tagħti vantaġġ lix-xandara li diġà kienu xandru l-istazzjonijiet tagħhom b’mod analogu (ProSiebenSat.1 u RTL group), billi ġew allokati lilhom il-multiplessi kollha li jintużaw ukoll għax-xandir ta’ stazzjonijiet li ma kinux xandru b’mod analogu. Skond l-ANGA, bl-allokazzjoni tal-liċenzji tan-netwerk kien ċar mill-bidu nett, li lill-entitajiet tax-xandir ta’ l-ARD u lill-operaturi tan-netwerk tat-T-Systems kienu se jingħataw il-liċenzji. L-assoċjazzjoni ssostni, li d-Deutsche Telekom għandha vantaġġ bis-sussidji, u dan iwassal għal tfixkil tal-kompetizzjoni mhux biss fil-qasam tax-xandir, iżda wkoll fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, jekk id-Deutsche Telekom torbot l-offerta tad-DVB-T tas-sussidjarja tagħha t-T-Systems ma’ l-offerti tal-broadband għall-klijenti tagħha stess. Fl-aħħar l-ANGA tafferma li hemm alternattivi oħra rrelatati mas-suq għall-iffinanzjar tad-DVB-T, bħall-kodifikazzjoni ta’ l-istazzjonijiet u ż-żieda fil-ħlas għall-użu tagħhom.

(49)

L-ish NRW GmbH, l-akbar operatur tal-kejbil broadband fin-NRW kien ta’ fehma simili għal dik ta’ l-ANGA u qabel bis-sħiħ mal-perspettiva tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha. L-ish jafferma fil-kummenti tiegħu li minħabba l-introduzzjoni tad-DVB-T kellu telf kbir ta’ klijenti (madwar 500 000 fl-2005), u ċertament b’mod partikolari minħabba r-reċezzjoni “bla ħlas” (sussidjata) meta mqabbla mal-kejbil bil-ħlas (41). Dan it-telf ta’ klijenti ma kienx ikkumpensat b’żieda minima ta’ klijenti wara li tneħħa x-xandir terrestri analogu. Skond l-ish in-numru ta’ klijenti seta’ jiġi stabbilizzat biss permezz ta’ l-investimenti kbar fl-immodernizzar ta’ l-infrastruttura tal-kejbil u tat-tiġdid ta’ l-istruttura tal-prodott. L-għan tas-sussidji hu li jkun hemm teknoloġija, li l-profittabbiltà tagħha tkun dubjuża u li tkun tista’ tiġi ffinanzjata b’mezzi oħrajn bħall-kodifikazzjoni jew ħlas għall-użu. L-ish hu ta’ l-istess opinjoni ta’ l-ANGA, li l-miżura ssaħħaħ ukoll il-pożizzjoni tad-Deutsche Telekom fis-suq broadband. Fl-aħħar l-ish afferma li x-xandara li jxandru mill-pjattaforma terrestri jkomplu jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja diretta, għalkemm l-ish fid-dawl tad-dispożizzjonijiet Must-Carry fl-Artikolu 16(2) tal-LMG NRW, skond liema l-operaturi tal-kejbil huma obbligati li jxandru l-istazzjonijniet estensivi terrestri fin-netwerk tagħhom stess minħabba l-allokazzjoni tal-LfM, diġà ħa vantaġġ fuq l-operaturi tal-kejbil.

(50)

L-Assoċjazzjoni Ewropea ta' l-Operaturi bis-Satellita taqbel ukoll bis-sħiħ mal-perspettiva ppreżentata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ. L-ESOA hi tal-fehma li l-għajnuna tal-LfM twassal għal tfixkil tal-kompetizzjoni bejn il-pjattaformi varji tax-xandir. Din issostni bis-sħiħ, li l-indħil mill-Istat fl-għajnuna tal-bidla trid tkun trasparenti u ġustifikata, mingħajr diskriminazzjoni u teknoloġikament newtrali. L-għajnuna tat-terrestri tikkontribwixxi għat-tneħħija mis-suq ta’ metodi oħra tax-xandir. L-ESOA tenfasizza li l-operaturi tas-satellita kellhom idaħħlu x-xandir tas-satellita diġitali mingħajr għajnuna mill-Istat u tiddikjara li minkejja l-investimenti kbar meħtieġa għal dan, l-operat tas-satellita għandu ċerti vantaġġi fuq it-terrestri (eż. medda twila, xandir mingħajr interruzzjoni, spejjeż ta’ l-infrastruttura minimi).

V.   L-OPINJONI TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA

(51)

Il-Ġermanja m’hijiex tal-fehma li l-miżura tikkonċerna għajnuna mill-Istat. Hija wkoll tal-fehma li l-miżura, anki jekk għandha elementi ta’ għajnuna, hija kompatibbli mas-suq komuni. Barra l-osservazzjonijiet aktar preċiżi dwar il-karatterizzazzjoni u l-kompatibbiltà tal-miżura, fit-tweġibiet bil-miktub ġew ukoll sostnuti argumenti ġenerali dwar il-politika u r-responsabbiltà tal-Kummissjoni skond ir-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat.

(52)

Bażikament, il-Ġermanja hi tal-fehma li l-Kummissjoni m’għandhiex dritt tindaħal fid-deċiżjoni politika tal-Federazzjoni u l-Länder favur ir-reċezzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-pjattaforma terrestri. Fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni m’hijiex awtorizzata biex tiġġudika minflok l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, jekk miżuri oħra kinux ikunu aktar xierqa. Il-Ġermanja ma tqisx it-talba għan-newtralità teknoloġika bħala kriterju xieraq għall-ġudizzju dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ l-għajnuna fil-qasam tat-televiżjoni diġitali. Hemm dubju dwar jekk il-pożizzjoni tal-Kummissjoni u t-tul ta’ l-eżaminazzjoni tal-miżura kkonċernata humiex konformi ma’ l-isforz tal-Kummissjoni biex tippromwovi d-diġitalizzazzjoni. Fl-osservazzjonijiet ġie oġġezzjonat li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni m’humiex koerenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji bażiċi għall-ġudizzju tal-kompatibbiltà. L-għajnuna għat-twettiq ta’ dan fid-deċiżjonijiet finali dwar il-miżura f’Berlin-Brandenburg m’hijiex applikabbli f’dan il-każ u ma tagħtix lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni biżżejjed dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri, li jikkontribwixxu għar-reċezzjoni tal-pjattaforma terrestri mas-suq komuni.

(53)

Għal dak li jikkonċerna l-karatterizzazzjoni ta’ din il-miżura, kif affermat il-Ġermanja b’mod ripetut, il-ħlas ippjanat iservi bħala kumpens għal servizz ta’ interess ekonomiku komuni u l-kriterji ta’ Altmark ikunu ssodisfati. Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-miżura la tfixkel il-kompetizzjoni bejn ix-xandara u lanqas bejn il-pjattaformi varji tax-xandir. Qed jiġi enfasizzat li l-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir mil-LfM kif ukoll l-allokazzjoni tal-liċenzji tan-netwerk mir-RegTP kienet tkun trasparenti u f’kull rigward kienet tkun konformi mal-liġi nazzjonali fis-seħħ. Għalkemm l-għajnuna ma ssemmietx fin-notifikazzjoni għas-sejħa ta’ l-offerti tal-liċenzji tax-xandir skond il-ftehim ta’ kooperazzjoni ta’ l-20 ta’ Ottubru 2003, il-Ġermanja ssostni, l-applikanti kollha kellhom ikunu jafu bil-miżura ta’ għajnuna ppjanata.

(54)

Fit-tweġiba għall-kumment tal-fergħa kummerċjali tal-kejbil il-Ġermanja għandha dubju dwar it-telf allegat ta’ klijenti ta’ l-operaturi tal-kejbil u tpoġġi fid-dubju l-informazzjoni ppreżentata mill-ish. Skond il-Ġermanja, il-moviment kontinwu tal-klijenti tal-kejbil, anki jekk dan sar, ma kienx neċessarjament ikun minħabba l-introduzzjoni tad-DVB-T. F’dan il-kuntest il-Ġermanja tfakkar li fit-tmeninijiet in-netwerks tal-kejbil broadband kienu ġew stabbiliti b’għajnuna mill-Istat u x-xandir bil-kejbil ħa wkoll benefiċċju legali (Regolament dwar il-kiri tal-bini u spejjeż relatati). Il-Ġermanja tafferma wkoll li l-approċċ globali li jrid ikun hemm huwa teknoloġikament newtrali u, jekk ikun meħtieġ, tingħata wkoll għajnuna għad-diġitalizzazzjoni tal-kejbil.

(55)

Fid-dawl ta’ l-ishma kbar tas-suq tal-kejbil u tas-satellita, il-Ġermanja hi tal-fehma li m’hemmx il-periklu li x-xandara minħabba d-DVB-T ma jużawx dawn il-pjattaformi jew jinfluwenzaw l-għażla tal-klijent. Il-pożizzjoni tas-suq ta’ l-operaturi tal-kejbil u tas-satellita ma tiġix influwenzata mill-miżura, pjuttost issir pressjoni ta’ kompetizzjoni pożittiva fuqha, li permezz tagħha tiġi inkoraġġita wkoll id-diġitalizzazzjoni ta’ dawn il-pjattaformi. Fl-opinjoni li ngħatat kien hemm ukoll dubju dwar jekk il-kejbil, is-satellita u t-terrestri fid-dawl tad-differenzi teknoloġiċi kbar u ta’ l-ispejjeż li jqumu minħabba l-bidla minn metodu tax-xandir għall-ieħor, humiex fl-istess suq. Skond il-Ġermanja t-televiżjoni terrestri m’hijiex f’kompetizzjoni diretta mat-televiżjoni bis-satellita u bil-kejbil, iżda pjuttost għandha karattru kumplementari.

(56)

Il-Ġermanja mhix tal-fehma li l-miżura tagħti vantaġġ indirett lill-operatur tan-netwerk T-Systems. Il-vantaġġ possibbli li jista’ jirriżulta għall-operatur tan-netwerk permezz ta’ l-għajnuna, la huwa verifikabbli u lanqas kwantifikabbli u m’huwiex biżżejjed biex jikkategorizza lit-T-Systems bħala benefiċjarju indirett mill-perspettiva ġuridika ta’ l-għajnuna. Il-Ġermanja ssostni li l-użu garantit tan-netwerk ma jirriżultax mill-miżura iżda mill-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir. Barra dan, it-T-Systems, minħabba l-miżura, ma titqiegħedx neċessarjament f’pożizzjoni li titlob aktar ħlas jew li timmira għal aktar dħul. Fir-rigward ta’ l-effetti tal-miżura fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, il-Ġermanja hi tal-fehma li l-fatt biss li x-xandara u l-operaturi tan-netwerk isibu ruħhom fil-kompetizzjoni internazzjonali ma jkunx biżżejjed biex tkun tista’ tgħid li hemm impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju.

(57)

Anki jekk il-miżura tiġi meqjusa bħala għajnuna mill-Istat, din trid tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 86(2), l-Artikolu 87(3)(c) jew (b) tat-Trattat tal-KE. Il-Ġermanja tafferma li l-introduzzjoni tat-televiżjoni terrestri diġitali tikkonċerna servizz ta’ interess ekonomiku komuni. Lix-xandara privati ngħata dan l-inkarigu permezz ta’ l-allokazzjoni tal-kapaċitajiet tax-xandir tad-DVB-T.

(58)

Barra minn hekk, fir-rigward ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE il-Ġermanja kompliet tafferma li l-Kummissjoni ma qisitx l-aspetti pożittivi ta’ l-introduzzjoni tad-DVB-T kif xieraq. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma qisitx il-kontribut tad-DVB-T għall-pluraliżmu tal-midja, kemm il-pjattaforma terrestri hi adattata għax-xandir ta’ stazzjonijiet reġjonali u lokali, il-potenzjal tad-DVB-T għall-innovazzjoni (b’mod partikolari għar-reċezzjoni fuq terminali li jinżammu fl-idejn) kif ukoll il-kontribut tal-miżura għall-kopertura tad-DVB-T fiż-żoni lokali u remoti. Il-Kummissjoni ma qisitx ukoll il-profitti ta’ effiċjenza li l-LfM għamel permezz ta’ l-għajnuna għal bidla mgħaġġla u l-koordinazzjoni ta’ dan il-proċess mal-Länder tal-Ġermanja tat-tramuntana. Il-fatt li d-DVB-T jiġi introdott f’reġjuni oħra tan-NRW mingħajr il-parteċipazzjoni tax-xandara privati juri li l-operaturi privati mingħajr inċentivi addizzjonali mhumiex interessati li jipparteċipaw f’din il-pjattaforma. Bażikament il-Ġermanja hi tal-fehma li l-miżura hi konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bidla mix-xandir analogu għal dak diġitali (aktar ’il quddiem “il-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali”) (42). Skond il-Ġermanja, l-għajnuna sservi biex jingħelbu d-diffikultajiet imsemmija fil-Komunikazzjoni u sa ċertu punt toffri kumpens għall-ispejjeż kbar tal-bidla mġarrba fuq perjodu qasir, li ssemmew ukoll fil-Komunikazzjoni.

(59)

Il-Ġermanja hi wkoll tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tivverifika l-kompatibbiltà tal-miżura skond l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE, għax il-miżura hija pjan importanti ta’ interess Ewropew komuni. Dan jirriżulta mill-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali u mill-użu sostanzjali ekonomiku, soċjali u politiku tad-diġitalizzazzjoni.

VI.   IL-VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

1.   L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIT-TIFSIRA TA’ L-ARTIKOLU 87(1) TAT-TRATTAT TAL-KE

(60)

Il-Kummissjoni vverifikat jekk il-miżura għandhiex tiġi kkategorizzata bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, skond liema “kwalunkwe għajnuna mogħtija mill-Istat jew minn riżorsi ta’ l-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, sakemm taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, hija inkompatibbli mas-suq komuni.” Biex tkun tgħodd bħala għajnuna mill-Istat, ir-rekwiżiti kollha li ġejjin iridu jiġu ssodisfati: a) il-miżura trid tingħata minn riżorsi ta’ l-Istat u trid tkun attribwibbli lill-Istat; b) trid tagħti lill-intrapriżi kkonċernati vantaġġ ekonomiku; ċ) il-vantaġġ irid ikun selettiv u jrid ifixkel jew thedded li jfixkel il-kompetizzjoni; d) il-miżura taffettwa l-kummerċ intrakomunitarju.

1.1.   IL-MIŻURA ATTRIBWIBBLI LILL-ISTAT MINN RIŻORSI TA’ L-ISTAT

(61)

Skond il-ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej il-vantaġġi jridu, sabiex ikunu jistgħu jitqiesu bħala għajnuna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, l-ewwelnett jingħataw b’mod dirett jew indirett minn riżorsi ta’ l-Istat u t-tieninett ikunu attribwibbli lill-Istat (43). Bejn għajnuniet mogħtija mill-Istat u minn riżorsi ta’ l-Istat issir distinzjoni sabiex taħt id-definizzjoni ta’ għajnuna ma taqax biss għajnuna mogħtija b’mod dirett mill-Istat, iżda wkoll għajnuna minn korpi pubbliċi jew privati li jkunu ġew maħtura jew stabbiliti mill-Istat għal dan il-għan (44). Fir-rigward tad-dritt Komunitarju ma jistax ikun aċċettat li d-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu evitati billi jinħolqu korpi indipendenti li jiġi assenjat lilhom it-tqassim ta’ l-għajnuna (45).

(62)

Fil-proċedura l-Ġermanja targumenta li l-għajnuna ma tingħatax minn riżorsi ta’ l-Istat għax il-fondi għaliha jinħarġu mill-ħlas tax-xandir li jħallsu t-telespettaturi u għalhekk dan ma jkunx ta’ piż fuq il-baġit ta’ l-Istat. Din l-interpretazzjoni tirriżulta mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet PreussenElektra (46), Sloman Neptun (47) u Pearle et (48).

(63)

Il-Ġermanja ma tikkontestax il-fatt li l-LfM jikkonċerna korp pubbliku stabbilit mill-Istat, li għandu funzjoni ta’ servizz pubbliku, u li l-għajnuna tingħata mill-fondi tiegħu. L-LfM huwa korp b’personalità ġuridika, irregolat mid-dritt pubbliku, li ġie stabbilit skond il-liġi tal-midja lokali tan-NRW. Din il-liġi tistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-LfM u tassenjalu diversi servizzi pubbliċi fil-ġestjoni tax-xandir u tal-frekwenzi. L-LfM huwa suġġett għas-sorveljanza ġuridika statali tal-Gvern lokali tan-North Rhine-Westphalia (49). Ir-rendikonti finanzjarji tiegħu jiġu vverifikati mill-Qorti ta’ l-Awdituri lokali (50). Is-servizzi pubbliċi relevanti għal dan il-każ u l-għajnuna ta’ l-infrastruttura tax-xandir teknoloġika u ta’ proġetti ta’ tipi ġodda ta’ teknoloġiji tax-xandir huma stabbiliti fit-Trattat ta’ l-Istat dwar ix-xandir (51). Barra dan fil-LMG tan-NRW huwa stabbilit b’mod espliċitu li l-LfM jgħin u jakkumpanja l-bidla mix-xandir analogu għal dak diġitali (52). L-LfM għandu għalhekk jiġi meqjus bħala korp pubbliku li ġie stabbilit mill-Istat fl-interess pubbliku.

(64)

L-għajnuna mogħtija skond il-miżura kkonċernata hija definittivament ta’ piż fuq il-baġit tal-LfM. Il-fatt li r-riżorsi ta’ l-Istat li l-LfM għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, joriġinaw mill-ħlas tax-xandir li jitħallas mid-djar privati, ma jbiddel xejn mill-fatt li l-fondi baġitarji tal-LfM jiġu kkategorizzati bħala riżorsi ta’ l-Istat. Is-sempliċi fatt li s-sussidji jingħataw mill-baġit ta’ korp pubbliku huwa biżżejjed biex jiġi konkluż li r-riżorsi ta’ l-Istat huma disponibbli. Barra dan, min għandu televiżjoni u radju huwa obbligat li jħallas u l-ħlas jinġabar bl-istess mod bħat-taxxi. L-ammont tal-ħlas tax-xandir jiġi stabbilit flimkien mal-Länder fil-liġijiet rispettivi. Kif spjegat fil-premessa 32, is-sehem allokat lil-LfM tad-dħul mill-ħlas tal-liċenzji tax-xandir huwa stabbilit fit-Trattat ta’ l-Istat dwar ix-xandir, fit-Trattat ta’ l-Istat dwar l-iffinanzjar tax-xandir u fil-LMG tan-NRW. Il-ħlas tal-liċenzji tax-xandir huwa għalhekk ħlas legali, li jiġi kkontrollat mill-Istat, u għandu jiġi meqjus bħala riżors ta’ l-Istat (53).

(65)

Fid-dawl ta’ din l-informazzjoni u b’konformità mal-ġurisprudenza kostanti fil-qasam tal-ħlas simili għat-taxxi (54) l-Kummissjoni hi tal-fehma li l-miżura in kwistjoni tingħata minn riżorsi ta’ l-Istat. Din il-konklużjoni hija konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li għaliha l-Ġermanja tagħmel referenza. Il-każijiet li tirreferi għalihom il-Ġermanja jikkonċenaw diversi tipi ta’ miżuri, li ma kien fihom l-ebda vantaġġ minħabba r-riżorsi tal-korpi pubbliċi.

(66)

Barra dan il-Ġermanja affermat li l-miżura kkonċernata m’hijiex attribwibbli lill-Istat. B’referenza għall-Kawżi Stardust Marine (55) u Pearle et (56) il-Ġermanja tafferma li l-fatt biss li l-LfM huwa korp pubbliku taħt sorveljanza statali ma jfissirx li l-miżura trid tiġi attribwita wkoll lill-Istat. Minħabba d-distakk bejn l-Istat u l-LfM skond id-dritt Ġermaniż, l-Istat m’għandu l-ebda sovranità fuq il-miżura.

(67)

Il-Kummissjoni hi tal-fehma, li din l-indipendenza tal-LfM skond id-dritt Ġermaniż m’għandha l-ebda influwenza fuq il-fatt li l-miżura mill-perspettiva ġuridika ta’ l-għajnuna tiġi meqjusa bħala attribwibbli lill-Istat. Mill-informazzjoni ppreżentata mill-Ġermanja jirriżulta li l-miżura tingħata mil-LfM fil-kuntest tas-servizz pubbliku tiegħu skond l-RStV u l-LMG tan-NRW. Għalkemm l-LfM minħabba dawn id-dispożizzjonijiet jingħata ċertu ammont ta’ awtonomija biex jipproteġi l-indipendenza tax-xandir, il-marġini ta’ diskrezzjoni tiegħu fir-riżorżi li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu huwa minimu.

(68)

Irrispettivament mill-awtonomija tal-LfM dan jikkonċerna, kif diġà spjegat, korp pubbliku li l-funzjoni tiegħu hija bbażata b’mod espliċitu fuq l-ordni pubblika. Fil-kuntest tal-miżura l-għotjiet ppjanati li m’humiex rimborżabbli lil xandara privati mingħajr użu ekonomiku dirett għal-LfM ma jistgħux ikunu bbażati fuq konsiderazzjonijiet ekonomiċi. Fil-fehma tal-Kummissjoni l-għajnuna mogħtija mil- LfM lill-Istat tista’ tiġi wkoll attribwita lil dawn iċ-ċirkostanzi. Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-Ġermanja għamlet referenza għalihom, jikkonċernaw sitwazzjonijiet oħrajn (ħlas għal skopijiet purament kummerċjali fil-Kawża ta’ Pearle et u intrapriżi pubbliċi, li għandhom attività kummerċjali, fil-Kawża ta’ Stardust Marine) u m’humiex adattati biex jissostanzjaw l-argument tal-Ġermanja.

(69)

Fuq il-bażi tas-sitwazzjoni preżenti l-Kummissjoni hi tal-fehma li l-miżura tingħata minn riżorsi ta’ l-Istat u hija attribwibbli lill-Istat.

1.2.   VANTAĠĠ EKONOMIKU GĦALL-INTRAPRIŻI

(70)

Biex tiġi kkategorizzata bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, miżura trid tkun ta’ vantaġġ għal intrapriża waħda jew aktar. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha l-Kummissjoni kienet tal-fehma proviżorja li l-miżura kienet apparentement ta’ vantaġġ kemm għax-xandara privati li jirċievu l-għajnuna bħala benefiċjarji diretti, kif ukoll b’mod indirett għall-operatur tan-netwerk tad-DVB-T għax-xandara privati, it-T-Systems. Il-Ġermanja affermat, li l-miżura la tagħti vantaġġ dirett lill-operaturi tax-xandir u lanqas vantaġġ indirett lill-operatur tan-netwerk.

Il-vantaġġ tax-xandara privati

(71)

Il-Ġermanja hi tal-fehma, li l-għajnuna ma tagħti l-ebda vantaġġ ekonomiku lix-xandara privati li jieħdu l-għajnuna skond il-miżura. L-ewwelnett l-għajnuna ma tikkonċerna l-ebda vantaġġ, għax ix-xandara jieħdu biss kumpens għar-riskji ekonomiċi fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-introduzzjoni tad-DVB-T. It-tieninett il-miżura tkopri b’mod esklussiv “l-ispejjeż addizzjonali” li jqumu minħabba x-xandir terrestri diġitali meta mqabbel max-xandir analogu.

(72)

Mill-informazzjoni ppreżentata mill-Ġermanja jirriżulta li bil-miżura jiġi ssussidjat il-ħlas tax-xandir li x-xandara privati jħallsu lill-operaturi tan-netwerk. Dawn l-ispejjeż jiffurmaw parti mill-ispejjeż operattivi tax-xandara. Billi l-miżura toffri kumpens għal parti mill-ħlas, ix-xandara huma eżenti mill-ispejjeż li jiffurmaw parti mill-ispejjeż operattivi normali tagħhom. Għalhekk il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-għajnuna pubblika ppjanata tagħti lill-benefiċjarji vantaġġ ekonomiku, irrispettivament minn jekk din hijiex maħsuba bħala kumpens għar-“riskji ekonomiċi” jew għall-“ispejjeż addizzjonali”.

(73)

Il-Kummissjoni tafferma li l-miżura, għall-kuntrarju ta’ l-argument tal-Ġermanja, ma tistax titqies bħala miżura li tkopri “l-ispejjeż addizzjonali” attwali tax-xandara minħabba d-DVB-T. Barra dan ma ġietx ipprovduta l-evidenza, li dan l-argument japplika wkoll għax-xandara, li qabel kienu jxandru l-istazzjon tagħhom bil-pjattaforma terrestri analoga u li għalhekk ma kellhomx spejjeż tax-xandir terrestri analogu fl-NRW. Fil-każ ta’ dawn ix-xandara ma sar l-ebda paragun ta’ l-ispejjeż u l-Ġermanja ma tat l-ebda ġustifikazzjoni għas-sehem tal-ħlas tax-xandir effettwat mill-miżura.

(74)

Mill-bqija, mill-metodu ta’ kalkolazzjoni li l-Ġermanja użat fil-każ tax-xandara privati li qabel kienu jxandru l-programmi bil-pjattaforma terrestri analoga, ma ħarġux l-ispejjeż addizzjonali attwali għall-bidla għax-xandir terrestri diġitali. B’paragun skond l-iskedi ta’ programmi, il-ħlas tax-xandir għad-DVB-T huwa effettivament aktar baxx minn dak għax-xandir analogu. L-“ispejjeż addizzjonali” allegati jqumu biss minħabba n-numru kbir ta’ stazzjonijiet li jixxandru minn dawn ix-xandara (ara t-tabella 4, ħarsa lejn l-ammont tal-ħlas tax-xandir fin-NRW u s-sussidji ppjanati).

Tabella 4

Ħarsa lejn il-ħlas tax-xandir għal kull skeda ta’ programmi u l-għajnuna pubblika ppjanata fin-NRW - il-ħlas kollu f'EUR

Xandara/Stazzjonijiet

Il-ħlas tax-xandir fis-sena

Il-ħlas tax-xandir diġitali/analogu fis-sena (57)

L-għajnuna medja ppjanata fis-sena (58)

L-intensità ta’ l-għajnuna medja

analogu (59)

digitali (60)

RTL

1 351 640

675 000

– 676 640

 

 

VOX

783 663

675 000

– 108 663

 

 

RTL2

bla ħlas

675 000

675 000

 

 

SUPER RTL

bla ħlas

675 000

675 000

 

 

RTL insgesamt

2 135 303

2 700 000

564 697

0

0

SAT 1

722 789

675 000

–47 789

 

 

Pro 7

bla ħlas

675 000

675 000

 

 

N 24

bla ħlas

675 000

675 000

 

 

Kabel 1

bla ħlas

675 000

675 000

 

 

Total P7Sat1

722 789

2 700 000

1 977 211

550 000

28  %

TerraNova

bla ħlas

675 000

bla ħlas

202 500

30  %

Eurosport

bla ħlas

675 000

bla ħlas

202 500

30  %

CNN

bla ħlas

675 000

bla ħlas

202 500

30  %

VIVA

bla ħlas

675 000

bla ħlas

202 500

30  %

(75)

It-tieletnett, il-Ġermanja affermat li s-sussidju jikkostitwixxi kumpens għal dawk ix-xandara li qabel l-iskadenza tal-liċenzji analogi tagħhom kellhom jirrifjutaw dan, sabiex ikun jista’ jiġi introdott id-DVB-T. Il-Kummissjoni tistabbilixxi li dan l-argument ma japplikax għax-xandara li qabel ma kinux rappreżentati fuq il-pjattaforma analoga u b’hekk ma kinux jiddisponu mil-liċenzji rispettivi.

(76)

Għal dak li jikkonċena lix-xandara li kienu jxandru bil-pjattaforma analoga, kif iddikjarat il-Ġermanja fl-argument tagħha, l-eżistenza ta’ liċenzja u l-perjodu sa l-iskadenza tagħha m’għandha l-ebda influwenza fuq l-ammont ta’ għajnuna, għax l-iżvantaġġ ekonomiku kkaġunat minħabba r-rifjut għall-kapaċitajiet tax-xandir analogi fil-fehma tagħha ma jistax jiġi speċifikat b’mod preċiż. Skond il-Ġermanja r-restituzzjoni prematura tal-liċenzji analogi minflok ġiet meqjusa fil-kuntest ta' l-allokazzjoni tal-multiplessi diġitali lix-xandara kkonċernati (61). Sussegwentement ingħatat liċenzja għal erba’ kanali ta’ programmi kemm lill-RTL Group, li s’issa xandru b’żewġ kanali terrestri analogi kif ukoll lill-ProSiebenSat.1, li kien ixandar kanal bil-pjattaforma terrestri analoga. Li l-għajnuna m’hijiex marbuta mar-restituzzjoni tal-liċenzji jista’ jiġi konkluż mill-fatt li skond il-metodu ta’ kalkolazzjoni speċifikat mill-Ġermanja, il-ProSiebenSat.1 biss huwa intitolat għall-għajnuna. Il-Kummissjoni hi għalhekk tal-fehma, li l-miżura ma tistax titqies bħala kumpens għall-valur ekonomiku tal-perjodu tal-liċenzji analogi sa l-iskadenza tagħhom, li l-RTL Television, il-VOX/DTCP u s-Sat1 irrifjutaw.

(77)

B’referenza għall-kumment tal-ProSiebenSat.1 fil-każ ta’ Berlin-Brandenburg (62) il-Ġermanja tafferma wkoll fit-tweġibiet tagħha dwar l-introduzzjoni tal-proċedura ta’ eżami formali, li x-xandara privati fit-tifsira tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni fi kwalunkwe każ se jgħaddu l-vantaġġ ekonomiku li jinħoloq mill-għajnuna fil-forma ta’ ħlas għax-xandir lill-operatur tan-netwerk it-T-Systems.

(78)

Dan l-argument fil-fehma tal-Kummissjoni jikkontradixxi l-argumenti l-oħra tal-Ġermanja rigward l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku u ma ġiex sostanzjat mill-Ġermanja. Kif spjegat fil-punti (80) u (88), il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-operatur tan-netwerk T-Systems jista’ jieħu vantaġġ indirett permezz tal-miżura. Minkejja dan, m’għandux jiġi konkluż li t-trasferiment totali tal-vantaġġ ekonomiku li x-xandara jgawdu permezz ta’ l-għajnuna diretta ta’ l-ispejjeż operattivi mġarrba tagħhom huwa garantit. Għalhekk il-Kummissjoni jkollha tirrifjuta wkoll dan l-argument.

(79)

Il-Kummissjoni tafferma wkoll li l-proċedura deskritta fil-punti (24) u (28) għall-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir ma tistax titqies bħala waħda xierqa biex tneħħi jew tnaqqas il-vantaġġ ekonomiku li jingħata lix-xandara privati. In-notifikazzjoni tas-sejħa għall-offerti ma kien fiha l-ebda referenza għall-għajnuna. Fil-Ftehim fi prinċipju ta’ l-20 ta’ Ottubru 2003 bejn l-LfM, l-entitajiet pubbliċi tax-xandir u x-xandara privati rappreżentati fuq il-pjattaforma analoga, ġew aċċennati miżuri ta’ għajnuna possibbli biss b’mod indirett mingħajr dettalji eżatti dwar l-għajnuna ppjanata. Ix-xandara għalhekk ma kellhom l-ebda possibbiltà li jqisu l-ammont ta’ l-għajnuna fis-sottomissjoni tat-talbiet tagħhom għal-liċenzja.

Il-vantaġġ favur l-operatur tan-netwerk

(80)

Il-Ġermanja temmen li l-operatur tan-netwerk T-Systems ma jieħu l-ebda vantaġġ indirett mill-għajnuna tax-xandara privati. Il-kunċett ta’ benefiċjarju indirett jista’ jiġi applikat biss f’każijiet eċċezzjonali. B’referenza għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (63) u L-Olanda vs Il-Kummissjoni (64), il-Ġermanja hi tal-fehma li l-intrapriża interessata tista’ titqies mill-perspettiva ġuridika ta’ l-għajnuna bħala benefiċjarja indiretta biss jekk din tieħu vantaġġ li jirriżulta b’mod awtomatiku mill-miżura. Il-Ġermanja tafferma wkoll li l-kunċett ta’ benefiċjarju indirett jista’ jiġi applikat biss jekk il-vantaġġ għall-kuntrarju tal-każ preżenti jkun verifikabbli u kwantifikabbli.

(81)

Fid-dawl taċ-ċirkostanzi mogħtija fil-każ preżenti l-Ġermanja targumenta li l-operatur tan-netwerk T-Systems minħabba l-miżura ma jistax neċessarjament jitlob ħlas tax-xandir għoli mix-xandara. Skond il-Ġermanja, l-ammont ta’ ħlas tax-xandir jiddependi minn diversi fatturi oħra. Barra dan, kull abbuż fir-rigward tal-ħlas tax-xandir jiġi finalment penalizzat mill-awtorità regolatorja (il-BNetzA, qabel l-RegTP). B’konnessjoni ma’ l-argument li qam rigward il-vantaġġ tax-xandara, il-Ġermanja argumentat ukoll li dawn m’għandu jkollhom l-ebda interess fil-ħlas tax-xandir bil-prezz tas-suq għax dawn ħadu biss kumpens għall-“ispejjeż addizzjonali”.

(82)

Il-Ġermanja tikkontesta wkoll li l-miżura tiggarantixxi lit-T-Systems ċertu dħul. Dan “id-dħul garantit” jirriżulta mill-użu ta’ l-infrastruttura minħabba l-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir u mhux minħabba l-għajnuna. Anki jekk l-użu tan-netwerk effettivament jiżdied minħabba l-miżura, kwalunkwe żieda fid-dħul tonqos minħabba l-ispejjeż addizzjonali għas-servizzi ta’ netwerk mogħtija mit-T-Systems.

(83)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ l-argumentazzjoni tal-Ġermanja li t-T-Systems tista’ tieħu vantaġġ indirett mill-miżura, peress li bil-miżura tingħata għajnuna għall-ħlas tax-xandir li x-xandara jħallsu lit-T-Systems, billi dan il-vantaġġ jiddependi mill-użu tal-pjattaforma tad-DVB-T u għandu fil-mira għajnuna li tirriżulta mill-pjattaforma operata mit-T-Systems.

(84)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-interpretazzjoni restrittiva tal-kunċett ta’ benefiċjarju indirett ippreżentat mill-Ġermanja. Fiż-żewġ sentenzi ċċitati mill-Ġermanja, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-kategorizzazzjoni ta’ l-intrapriża bħala benefiċjarju indirett. Fil-każ Il-Ġermanja/Il-Kummissjoni, il-perspettiva tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet li l-fatt li l-vantaġġ indirett jirriżulta mid-deċiżjoni awtonoma tal-benefiċjarju dirett ma jeskludix il-konnessjoni bejn il-miżura u l-vantaġġ indirett mogħti li tirriżulta mill-bidla tal-kundizzjonijiet tas-suq ikkaġunata mill-miżura. (65) Peress li l-għajnuna fil-każ preżenti għadha ma ngħatatx, il-vantaġġ indirett li t-T-Systems tista’ possibbilment tieħu mill-miżura fil-fatt m’huwiex kwantifikabbli. Iżda l-Kummissjoni m’hijiex obbligata tikkwantifika b’eżattezza l-vantaġġ biex tkun tista’ tistabbilixxi l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku favur intrapriża skond id-dritt ta’ l-għajnuna.

(85)

Fil-każ preżenti l-Kummissjoni hi tal-fehma li l-għajnuna għall-ħlas tax-xandir li jħallsu x-xandara privati twassal għal bidla fil-kundizzjonijiet operattivi tax-xandara u minħabba f’hekk dawn finalment ikollhom iħallsu aktar. Kif spjegat fil-premessi 73 u 74, l-għajnuna m’hijiex adattata biex tkopri l-ispejjeż addizzjonali attwali tax-xandara privati kkaġunati minħabba l-introduzzjoni tad-DVB-T. Għalkemm l-ammont tal-ħlas tax-xandir jiddependi minn diversi fatturi, il-kwistjoni dwar jekk ix-xandara privati jkollhomx ibatu spejjeż ogħla, hija bla dubju waħda mill-konsiderazzjonijiet ekonomiċi bażiċi li operatur tan-netwerk jagħmel fl-istabbiliment tal-ħlas tax-xandir. Skond il-liġi dwar it-telekomunikazzjoni, il-BNetzA huwa biss awtorizzat jistabbilixxi l-ħlas tax-xandir jekk setgħa konsiderevoli tas-suq ta’ l-operatur tkun ġiet stabbilita. Kif spjegat fil-premessa 36, il-BNetzA s’issa ma kkategorizzax lit-T-Systems bħala operatur tan-netwerk b’setgħa konsiderevoli tas-suq. Konsegwentement, it-T-Systems tista’ tkompli tistabbilixxi hi stess l-ammont tal-ħlas tax-xandir tad-DVB-T għax-xandara privati.

(86)

Għal dak li jikkonċerna l-argument li “d-dħul garantit” tat-T-Systems jirriżulta mill-allokazzjoni tal-liċenzji u mhux mill-miżura, il-Kummissjoni tagħraf li l-interess tax-xandara privati fi preżenza fil-pjattaforma u li jkunu lesti li jbatu l-ispejjeż marbutin ma’ dan, huwa indikat min-numru kbir ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji. Iżda l-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li jekk ix-xandara jirċievu għajnuna għal parti mill-ispejjeż operattivi fuq perjodu ta’ ħames snin, dawn ikunu aktar lesti li jbatu spejjeż ogħla, sabiex ikunu rappreżentati b’mod kontinwu fuq il-pjattaforma. B’hekk il-miżura għat-T-Systems mill-ħlas tax-xandir li ġej minnha tax-xandara privati tista’ twassal għal dħul addizzjonali. Ma jistax jiġi assunt li dan id-dħul imur kompletament għas-servizzi ta’ netwerk li jingħataw u li l-operatur tan-netwerk li jaħdem taħt il-kundizzjonijiet tas-suq ma jkollu l-ebda gwadann.

(87)

Fid-dawl tal-każ preżenti l-Kummissjoni hi tal-fehma li t-T-Systems tista’ tieħu vantaġġ indirett permezz tal-miżura ta’ għajnuna. Bl-għajnuna mill-Istat tal-ħlas tax-xandir, it-T-Systems jista’ jkollha dħul aktar għoli milli kieku mingħajr l-għajnuna.

(88)

Il-Kummissjoni tistabbilixxi wkoll li l-proċedura tar-RegTP għall-allokazzjoni tal-liċenzji tan-netwerk ma tistax titqies bħala adattata biex tneħħi jew tnaqqas il-vantaġġ indirett li possibbilment jingħata lill-operatur tan-netwerk T-Systems permezz tal-miżura. Fil-kuntest tal-proċedura kkonċernata ma kien hemm l-ebda indikazzjoni dwar il-miżura ta’ għajnuna ppjanata tal-LfM. Għalhekk it-T-Systems ma setgħetx tqis il-possibbiltà ta’ tali għajnuna għax-xandara privati fl-applikazzjoni għal-liċenzja tan-netwerk. Barra dan, għandu jiġi assunt li t-T-Systems bħala l-operatur ewlieni fil-Ġermanja u l-proprjetarja tan-netwerk fl-allokazzjoni tal-liċenzji tan-netwerk għandha vantaġġ fuq l-operaturi ġodda fis-suq fil-kompetizzjoni. Fi proċedura mnedija fl-2002 l-intrapriża diġà kienet ingħatat liċenzja għall-operat ta’ multipless tad-DVB-T fil-Ġermanja kollha. Barra dan kien hemm biss madwar xahrejn bejn id-data ta’ l-għeluq fil-proċedura ta’ l-allokazzjoni tal-frekwenzi (17 ta’ Marzu 2004) u l-bidu ta’ l-operat tad-DVB-T (24 ta’ Mejju 2004) u b’hekk kien jibqa’ biss ftit żmien għall-operaturi potenzjali ġodda fis-suq biex jistabbilixxu netwerk li kien ikun jista’ jibda bix-xandir tad-DVB-T attwali fid-data stipulata.

L-applikabbiltà tas-sentenza ta’ Altmark

(89)

Biex tistabbilixxi li l-ħlas ippjanat ma jikkonċernax għajnuna mill-Istat, iżda pjuttost kumpens għal servizz ta’ interess ekonomiku komuni, il-Ġermanja tibbaża l-argumenti tagħha wkoll fuq is-sentenza ta’ Altmark (66). Skond din is-sentenza l-kumpens għall-għoti ta’ servizz pubbliku ma jirrappreżenta l-ebda benefiċċju fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, jekk dawn l-erba' rekwiżiti kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

l-intrapriża benefiċjarja jkollha obbligi tas-servizz pubbliku, u l-impenji u l-obbligi marbutin ma’ dan ikunu definiti b’mod ċar.

(b)

il-parametri tal-kumpens għall-għoti tas-servizz ikunu oġġettivi u trasparenti u stabbiliti minn qabel.

(ċ)

il-ħlas ta’ kumpens ma jaqbiżx l-ispejjeż netti għas-sodisfazzjon ta’ l-obbligi tas-servizz pubbliku.

(d)

biex iżżomm l-ispejjeż fl-interess pubbliku minimi kemm jista’ jkun, l-intrapriża li trid tissodisfa l-obbligi tas-servizz pubbliku trid tkun ġiet magħżula fil-kuntest ta’ sejħa pubblika għall-offerti; inkella l-ispejjeż għall-għoti ta’ servizz ekonomiku komuni jridu jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ intrapriża medja mmexxija tajjeb.

(90)

Skond l-ewwel kriterju ta’ Altmark jaqbel l-ewwelnett li jiġi vverifikat jekk l-intrapriżi benefiċjarji għandhomx obbligi tas-servizz pubbliku definiti b’mod ċar.

(91)

Il-Ġermanja tafferma li x-xandir tal-programmi mix-xandara privati bit-terrestri diġitali jirrappreżenta servizz ta’ interess ekonomiku komuni u konsegwentement ma jikkontradixxix il-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali. Mill-perspettiva tal-Ġermanja l-aspett ta’ interess komuni fit-televiżjoni terrestri diġitali (DVB-T) qiegħed fil-kontribut tiegħu għax-xandir ta’ programmi lokali u reġjonali, għall-għajnuna li tingħata għalll-innovazzjoni u l-pluraliżmu tal-midja kif ukoll għall-kompetizzjoni infrastrutturali bejn il-pjattaformi tax-xandir diversi. Fil-fehma tal-Ġermanja dawn l-obbligi tas-servizz pubbliku ġejjin mil-LMG tan-NRW, li tobbliga b’mod espliċitu lil-LfM biex jagħti l-appoġġ tiegħu għall-bidla mix-xandir analogu għal dak diġitali (67).

(92)

Il-Ġermanja tafferma li bl-allokazzjoni tal-liċenzji għax-xandir terrestri diġitali lix-xandara privati dawn jieħdu f’idejhom is-servizz ta’ interess ekonomiku komuni li huma obbligati jipprovdu. Fis-sistema tax-xandir doppja tal-Ġermanja, li tikkonsisti minn entitajiet pubbliċi tax-xandir u minn xandara privati, ix-xandara pubbliċi kkunsidraw ukoll l-interess pubbliku u fir-rigward ta’ l-istazzjonijiet tagħhom huma marbutin b’obbligi legali. Mingħajr l-għajnuna finanzjarja ta’ l-awtoritajiet pubbliċi xi wħud mix-xandara privati (b’mod partikolari l-ProSiebenSat.1) ma kinux jieħdu sehem fl-introduzzjoni tad-DVB-T fin-North Rhine-Westphalia. Dawn jargumentaw li n-nuqqas ta' finanzjament pubbliku ikun ifisser ostaklu għall-forniment ta' dan is-servizz u jipperikola l-kontinwità ta’ l-eżistenza tal-pjattaforma terrestri (68).

(93)

Il-Kummissjoni ma tistax tissostanzja l-argument tal-Ġermanja. Il-Kummissjoni m’għandhiex dubju li d-diġitalizzazzjoni tax-xandir hija fl-interess pubbliku. Madankollu l-eżistenza ta’ għanijiet ta’ interess pubbliku komuni fir-rigward tal-bidla m’hijiex biżżejjed biex b’hekk f’dan il-każ speċifiku x-xandir sussegwenti mix-xandara privati ta’ l-istazzjonijiet mill-pjattaforma terrestri diġitali tan-North Rhine-Westphalia jkun jista’ jiġi stmat bħala obbligu tas-servizz pubbliku. Mill-fatt li x-xandara privati jikkostitwixxu parti integrali mis-sistema tax-xandir doppja fil-Ġermanja u l-istazzjonijiet tagħhom huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet komuni tad-dritt tax-xandir tan-North Rhine-Westphalia, ma jistax jiġi konkluż li dawn bix-xandir ta’ l-istazzjonijiet tagħhom mill-pjattaforma terrestri diġitali għandhom obbligu tas-servizz pubbliku x’jissodisfaw (69).

(94)

Fil-fehma tal-Kummissjoni, id-dispożizzjonjiet komuni dwar is-servizzi pubbliċi tal-LfM b’konnessjoni mal-bidla mix-xandir analogu għal dak diġitali ma fihom l-ebda obbligu tas-servizz pubbliku tax-xandara privati ddefinit b’mod ċar. Barra dan, il-Kummissjoni tafferma li fl-ebda dokument uffiċjali dwar l-introduzzjoni tad-DVB-T fin-North Rhine-Westphalia (eż. il-Ftehimiet dwar il-bidla jew dokumenti uffiċjali li jirreferu għall-applikazzjoni tal-liċenzji tad-DVB-T) ma jirreferi għall-kunċett ta’ obbligu tas-servizz pubbliku. Barra dan, il-kundizzjonijiet għal-liċenzji tax-xandir ma fihom l-ebda obbligu partikolari fir-rigward tas-sodisfazzjon ta’ obbligu tas-servizz pubbliku (70). Barra dan, ix-xandara m’humiex obbligati jxandru l-istazzjonijiet tagħhom fuq id-DVB-T, kif tafferma l-Ġermanja: il-liċenzji jistgħu b’mod assolut, kif ivverifika x-xandar Terra Nova, jingħataw lura fuq deċiżjoni tax-xandara stess.

(95)

Kif diġa spjegat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (71), il-Ġermanja tenfasizza b’mod evidenti li bl-allokazzjoni tal-liċenzji u bil-bidu tax-xandir bin-netwerk diġitali terrestri kien hemm għal dan l-iskop servizz ta’ interess ekonomiku komuni. Mill-perspettiva tal-Kummissjoni x-xandir tal-programmi tagħhom bin-netwerk diġitali terrestri madankollu ma jikkonċernax obbligu tas-servizz pubbliku, iżda offerta kummerċjali normali tax-xandara privati.

(96)

Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni hi tal-fehma li bil-miżura kkonċernata tingħata għajnuna għall-attività kummerċjali regolari ta’ l-intrapriżi kummerċjali u ma jingħata l-ebda kumpens għall-ispejjeż li jqumu bis-sodisfazzjon ta’ obbligu tas-servizz pubbliku. B’hekk l-ewwel kriterju ta’ Altmark m’huwiex issodisfat.

(97)

Fir-rigward tat-tieni kriterju ta’ Altmark, il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-parametri tal-kumpens allegat la ġew stabbiliti minn qabel u lanqas ma ġew stabbiliti b’mod oġġettiv u trasparenti. Id-direttiva dwar l-għajnuna tad-DVB-T ġiet adottata fid-19 ta’ Novembru 2004 (b’mod retroattiv mit-3 ta’ Mejju 2004), filwaqt li l-liċenzji ġew allokati bin-notifikazzjoni ta’ l-14 ta’ Mejju 2004 (in-notifikazzjoni ta’ l-allokazzjoni tad-DVB-T tal-LfM). Konsegwentement, il-parametri ta’ l-iffinanzjar fil-każ preżenti ma ġewx stabbiliti minn qabel. Barra dan, min-notifikazzjoni ta’ l-allokazzjoni ma jirriżultax b’mod ċar kif l-iffinanzjar għal dawk ix-xandara li s’issa xandru fuq il-pjattaforma analoga jiġi kkalkolat. Dan seta’ jiġi inferit biss min-notifikazzjoni. Il-parametri għalhekk ma ġewx stabbiliti b’mod trasparenti. Fil-fehma tal-Kummissjoni l-kalkolazzjoni wkoll ma tistax titqies bħala oġġettiva, peress li fil-kalkolazzjoni ta’ l-għajnuna finanzjarja għax-xandara privati individwali la jiġu meqjusa l-iskedi ta’ programmi addizzjonali għax-xandara li diġà huma rappreżentati fil-pjattaforma analoga u lanqas id-dħul addizzjonali mistenni mir-reklami minħabba l-preżenza tagħhom fil-pjattaforma terrestri (ara wkoll il-premessa (123)). Għalhekk it-tieni kriterju ta’ Altmark skond il-Kummissjoni m’huwiex issodisfat.

(98)

Fir-rigward tat-tielet kriterju ta’ Altmark, skond liema l-ħlas ta’ kumpens ma jistax jaqbeż l-ispejjeż netti għas-sodisfazzjon ta’ l-obbligi tas-servizz pubbliku u profitt xieraq, il-Ġermanja hi tal-fehma, li dan il-kriterju għandu jiġi applikat biss f’każijiet, li fihom l-ispejjeż, id-dħul u l-profitt xieraq ikunu effettivament jistgħu jiġu kkalkolati. F’każijiet bħal dak preżenti, meta jingħata finanzjament biex jittieħdu l-ewwel passi biex jitnaqqsu r-riskji ekonomiċi ta’ l-operaturi tas-suq, irid jiġi deċiż permezz ta’ kriterji oħrajn jekk il-miżura in kwistjoni tikkonċernax għajnuna mill-Istat. Il-miżura kkonċernata hija llimitata għal minimu u parti mill-approċċ teknoloġikament newtrali.

(99)

Fil-fehma tal-Kummissjoni r-rekwiżiti fformulati fis-sentenza ta’ Altmark, kif affermat mill-Ġermanja, ma jistgħux jiġu sostitwiti minn konsiderazzjonijiet oħrajn. Billi d-dħul tax-xandara rispettivi jiġi meqjus, l-għajnuna mill-Istat ippjanata, kif diġà spjegat fil-premessa (97), m’hijiex ibbażata fuq kriterji oġġettivi stabbiliti; barra dan, l-għajnuna ma tikkorrispondix għall-ispejjeż addizzjonali attwali tax-xandara privati (ara l-premessi (73) u (74)).

(100)

Fir-rigward tar-raba’ kriterju ta’ Altmark, il-Kummissjoni tistabbilixxi li fin-nuqqas ta’ obbligu tas-servizz pubbliku definit b’mod ċar ma jistax jiġi ddeterminat jekk l-ammont ta’ ħlas ta’ kumpens għas-sodisfazzjon ta’ l-obbligi tas-servizz pubbliku jikkorrispondix għall-ispejjeż ta’ intrapriża medja mmexxija tajjeb. Fir-rigward ta’ dan, il-Ġermanja ma ressqet l-ebda kummenti. Is-sussidju jkopri parti mill-ħlas tax-xandir, li ġie stabbilit mit-T-Systems, l-operatur tan-netwerk għax-xandara privati. Peress li l-liċenzji tan-netwerk ġew allokati mingħajr sejħa għall-offerti f’dik li tissejjaħ proċedura tat-talba, jista’ jiġi stabbilit li l-ammont ta’ dan il-ħlas tax-xandir ma ġiex stabbilit permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti.

(101)

Għal dawn ir-raġunijiet skond il-Kummissjoni fil-każ preżenti l-ebda wieħed mill-erba’ kriterji ta' Altmark ma jista’ jitqies bħala ssodisfat.

1.3.   IS-SELETTIVITÀ U T-TFIXFIL TAL-KOMPETIZZJONI

(102)

Skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat jekk tkun selettiva u tkun tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni kienet tal-fehma proviżorja li l-miżura tikkonċerna għajnuna settorjali peress li tagħti vantaġġ lill-pjattaforma tad-DVB-T fuq metodi oħra tax-xandir. Barra dan, il-Kummissjoni hi tal-fehma, li ammonti diversi ta’ għajnuna ta’ l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jwasslu għal tfixkil tal-kompetizzjoni bejn ix-xandara li jipparteċipaw fid-DVB-T fl-NRW. Fil-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji meħtieġa tan-netwerk u tax-xandir ma ġiex meqjus biżżejjed li jeliminaw is-selettività tal-miżura u jipprevjenu xi tfixkil tal-kompetizzjoni li jiġi mill-miżura.

L-allokazzjoni tal-liċenzji tan-netwerk u tax-xandir

(103)

Il-Ġermanja temmen li l-miżura ma tfixkilx il-kompetizzjoni, peress li l-liċenzji meħtieġa tan-netwerk u tax-xandir ġew allokati bi proċeduri miftuħa u trasparenti li jikkorrispondu għal-liġijiet rilevanti tal-Ġermanja. Bażikament, kull xandar jew operatur tan-netwerk seta’ jibbenefika mill-għajnuna, biex b’hekk il-miżura ma kinitx tkun tista’ titqies bħala selettiva.

(104)

Fir-rigward ta’ l-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir il-Ġermanja tiġġustifika l-konsiderazzjoni prijoritarja tax-xandara li s’issa kienu rappreżentati fil-pjattaforma tax-xandir analogu billi ssostni li din tikkonċerna kumpens għar-restituzzjoni tal-liċenzji analogi tagħhom u għalhekk miżura meħtieġa għall-bidla.

(105)

L-LfM fil-fatt implimenta proċedura miftuħa għall-allokazzjoni tal-liċenzji għall-iskedi ta’ programmi tad-DVB-T kollha, li kienu mfassla għax-xandara privati (ara l-premessa 24 sa 28). Il-kriterji ta’ l-għażla kienu japplikaw għall-pluralità tal-programmi u tax-xandara u qiesu l-konsiderazzjoni prijoritarja ta’ dawk ix-xandara li qabel kienu jxandru l-programmi tagħhom b’mod terrestri-analogu. Skond din il-konsiderazzjoni prijoritarja għall-grupp RTL u ProSiebenSat.1 ġew allokati multiplessi sħaħ għal numru speċifiku ta’ programmi. Għall-avviż pubbliku kien hemm rispons ta’ b’kollox 21 applikazzjoni għal-liċenzja, li sitta minnhom ġew eventwalment ikkunsidrati.

(106)

Il-Kummissjoni m’għandhiex dubju dwar ir-regolarità tal-proċedura ta’ l-allokazzjoni tal-liċenzji. Iżda għandha dubju dwar jekk din ta’ l-aħħar mill-perspettiva ġuridika ta’ l-għajnuna tneħħix ukoll id-dubju dwar is-selettività tal-miżura kkonċernata. L-ewwelnett għandu jiġi meqjus li minħabba l-proċedura jista’ jintgħażel biss numru limitat ta’ xandara. Fil-proċedura ta’ l-għażla jiġu meqjusa bi prijorità x-xandara li s’issa xandru l-programmi tagħhom b’mod analogu (72). Barra dan, jiġu meqjusa biss xandara bil-liċenzja tad-DVB-T għall-għajnuna fil-kuntest tal-miżura. It-tieninett l-allokazzjoni tal-liċenzji kienet tikkonċerna b’mod esklussiv ix-xandir tal-programmi televiżivi bid-DVB-T.

(107)

Għall-proċedura ta’ l-allokazzjoni tal-liċenzji tan-netwerk kien responsabbli r-RegTP (ara l-punti (29) u (30)). Peress li għal kull waħda mill-ħames ħtiġijiet ta’ servizzi stabbiliti għan-North Rhine-Westphalia ntlaqgħet biss talba waħda (it-T-Systems applikat għas-setturi ta’ servizzi li jikkonċernaw lix-xandara privati, u d-WDR għal dawk li jikkonċernaw l-istituzzjonijiet ta’ l-ARD), il-liċenzji ġew allokati f’dik li tissejjaħ proċedura ta’ l-applikazzjoni mingħajr sejħa pubblika għall-offerti.

(108)

L-istess bħal fl-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir hawn il-Kummissjoni hi wkoll tal-fehma li l-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tan-netwerk mill-perspettiva ġuridika ta’ l-għajnuna m’hijiex adattata biex telimina s-selettività tal-miżura. Il-proċedura kienet tikkonċerna b’mod partikolari l-operat tax-xandir tan-netwerk tad-DVB-T fin-North Rhine-Westphalia. Barra dan, it-T-Systems bħala operatur tan-netwerk tax-xandir terrestri stabbilit, fl-applikazzjoni għal-liċenzji tan-netwerk sab ruħu f’pożizzjoni partikolarment favorevoli.

L-għajnuna settorjali

(109)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni esprimiet il-fehma li l-miżura tikkonċerna għajnuna settorjali għax-xandir televiżiv bid-DVB-T peress illi s-sussidji huma maħsuba għax-xandara li jxandru l-programmi tagħhom b’mod terrestri-diġitali, u pereżempju mhux għax-xandir b’mezzi oħra.

(110)

Il-Ġermanja tafferma, li l-miżura ma tfixkilx il-kompetizzjoni bejn ix-xandir bil-kejbil, bis-satellita u dak terrestri. Dawn il-metodi tax-xandir huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin biss b’mod limitat. Ix-xandir terrestri pjuttost jikkomplementa x-xandir bil-kejbil u bis-satellita, peress li b’dawn il-metodi jiġu pprovduti reġjuni fejn m’hemmx televiżjoni bil-kejbil biex f’dawn ikun possibbli x-xandir ta’ stazzjonijiet reġjonali u lokali u barra minn hekk ikun jista’ jintuża bħala bażi biex jippromwovi r-reċezzjoni ċellulari.

(111)

Il-Ġermanja tosserva li l-għajnuna tad-DVB-T f’dan it-tip ta’ penetrazzjoni kbira tas-suq tat-televiżjoni tal-kejbil u tas-satellita u fis-sehem tas-suq minimu tat-terrestri bilkemm jista’ jkollha effett negattiv fuq il-pożizzjoni tas-suq ta’ metodi oħra tax-xandir. Skond il-Ġermanja, min-naħa l-waħda x-xandir terrestri, minħabba s-sehem tas-suq minimu tiegħu, m’huwiex f’pożizzjoni li jiġbed lejh lix-xandara minn metodi oħra tax-xandir, u min-naħa l-oħra l-miżura ma jkollha lanqas effett fuq il-possibbiltà ta’ l-għażla tal-konsumatur, peress li l-bidla għal metodu ieħor tax-xandir hija marbuta ma’ ostakli minħabba fatturi tekniċi, legali u finanzjarji. Id-DVB-T mhux se tissostitwixxi x-xandir tal-kejbil u tas-satellita, iżda pjuttost se tagħmel “pressjoni ta’ kompetizzjoni pożittiva” fuq metodi oħra tax-xandir, se tagħti vantaġġ lill-kompetizzjoni infrastrutturali u b’hekk tiffaċilita d-diġitalizzazzjoni ta’ pjattaformi oħrajn.

(112)

Barra dan il-Ġermanja toġġezzjona għall-informazzjoni mogħtija mill-operaturi tan-netwerk tal-kejbil dwar l-effetti ta’ l-introduzzjoni tad-DVB-T fuq in-numru tal-klijenti tal-kejbil. Il-figuri preżenti tal-LfM għall-kuntrarju ta’ l-informazzjoni ta’ l-ish NRW GmbH juru biss telf minimu ta’ klijenti (81 000 familja meta mqabbla ma’ 147 000 familja bejn l-2003 u l-2006). L-awtoritajiet Ġermaniżi għadhom isostni li l-moviment kontinwu tal-klijenti tal-kejbil m’għandux ikun neċessarjament marbut ma’ l-introduzzjoni tad- DVB-T. Din il-miżura ma tikkonċerna bl-ebda mod danni mmirati ta’ l-operaturi tan-netwerk tal-kejbil. Il-Ġermanja tfakkar li n-netwerk tal-kejbil broadband ġie stabbilit fit-tmeninijiet permezz ta’ għajnuna mill-Istat u l-operaturi tan-netwerk tal-kejbil għadhom jibbenefikaw sal-lum mid-dispożizzjonijiet amministrattivi (eż. il-ħlas għall-użu tal-kejbil skond ir-Regolament dwar il-kiri tal-bini u spejjeż relatati). Skond il-Ġermanja, il-kunċett ta’ għajnuna huwa fl-intier tiegħu teknoloġikament newtrali: jekk ikun meħtieġ, il-Ġermanja tagħti wkoll għajnuna għad-diġitalizzazzjoni tar-reċezzjoni tal-kejbil. Biex din l-attitudni pożittiva dwar il-kejbil tkun sostanzjata l-Ġermanja tafferma li l-LfM bin-notifikazzjoni tas-17 ta’ Frar 2007 approva d-diġitalizzazzjoni tal-kanal tal-kejbil analogu ta’ l-ish (73).

(113)

Fil-fehma tal-Kummissjoni fil-konsiderazzjonijiet fil-premessi 110 sa 112 m’hemmx dubju li dawn jikkonċernaw għajnuna settorjali li tgħin b’mod selettiv lix-xandara tan-netwerk tad-DVB-T u possibilment twassal għal vantaġġ indirett ta’ l-operatur tan-netwerk tax-xandir it-T-Systems. Il-miżura ppjanata tikkonċerna l-għajnuna ta’ attività ekonomika speċifika ħafna, jiġifieri tat-trażmissjoni tas-sinjali tax-xandir; b’hekk tingħata lit-terrestri għajnuna selettiva. L-għajnuna hija selettiva kemm fir-rigward tan-naħa tad-domanda (ix-xandara privati li jxandru l-programmi tagħhom b’mod terrestri-diġitali) kif ukoll tan-naħa ta’ l-offerta (jiġifieri ta’ l-operatur tan-netwerk terrestri diġitali T-Systems).

(114)

Il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-metodi tax-xandir diversi għas-sinjali tax-xandir (jiġifieri l-kejbil, is-satellita, it-terrestri u dejjem aktar ukoll l-IPTV) qegħdin f’kompetizzjoni diretta ma’ xulxin. Minkejja l-vantaġġi u d-dgħufijiet rispettivi tagħhom il-pjattaformi tad-diversi metodi ta' xandir għandhom bażikament l-istess skop, jiġifieri x-xandir tal-programmi u huma interkambjabbli kemm fil-livell tas-suq bl-ingrossa (mill-perspettiva tax-xandara privati) kif ukoll fil-livell tas-suq bl-imnut (mill-perspettiva tat-telespettaturi). Fil-Ġermanja hemm fuq it-tliet pjattaformi kollha (il-kejbil, is-satellita u t-terrestri) numru kbir ta’ programmi televiżivi mhux kodifikati (free-to-air), u dan huwa sa ċertu punt simili għall-offerta. L-offerta preżenti b’total ta’ 24 kanal televiżiv imxandra b’mod terrestri-diġitali hija komparabbli ma’ l-offerta tan-netwerk tal-kejbil analogu, li fin-North Rhine-Westphalia għadu l-metodu tax-xandir predominanti, anki jekk il-kejbil diġitali qiegħed dejjem jikber fl-importanza.

(115)

Is-sehem tas-suq relattivament żgħir tat-televiżjoni terrestri meta mqabbel mar-reċezzjoni bil-kejbil u bis-satellita fil-Ġermanja b’mod ġenerali u fin-North Rhine-Westphalia b’mod partikolari, ma jeskludix li l-pjattaformi diversi tax-xandir huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin. Mill-figuri li juru l-operaturi tan-netwerk tal-kejbil jirriżulta li wara l-introduzzjoni tad-DVB-T fin-North Rhine-Westphalia, in-numru tal-klijenti tal-kejbil naqas. Fl-istess ħin l-operaturi tan-netwerk tal-kejbil fil-kummenti tagħhom juru li n-numru tal-klijenti tal-kejbil żdied faċilment wara li tneħħiet it-televiżjoni terrestri analoga, u dan jagħmel l-interkambjabbiltà taż-żewġ metodi tax-xandir ċara mill-perspettiva tal-konsumatur finali. Jekk il-Ġermanja tafferma li l-miżura tagħmel “pressjoni ta’ kompetizzjoni pożittiva” fuq il-metodi l-oħra tax-xandir u tgħin “il-kompetizzjoni infrastrutturali”, għalhekk dan ikun jirriżulta b’mod impliċitu minn relazzjoni kompetittiva bejn il-kejbil, is-satellita u t-terrestri. Il-fatt li n-netwerk tal-kejbil qabel kien jingħata għajnuna mill-Istat u l-operaturi tan-netwerk tal-kejbil għandhom ċerti vantaġġi minħabba ċerti dispożizzjonijiet amministrattivi, ma jibdel xejn dwar is-selettività u t-tfixkil tal-kompetizzjoni marbut mal-miżura kkonċernata.

(116)

It-tfixkil tal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-miżura kkonċernata jista’ jaffettwa wkoll swieq oħra barra x-xandir televiżiv. Mill-perspettiva tax-xandara l-għajnuna settorjali kkonċernata tgħin biex jintlaħaq pubbliku akbar u jintrebħu l-klijenti li jirreklamaw. Billi l-klijenti li jirreklamaw jitilqu minn midja oħra, l-għajnuna tad-DVB-T jista’ jkollha effett negattiv fuq numru ta’ intrapriżi f’industriji tal-midja oħra.

(117)

Għal dak li jikkonċerna l-operaturi tan-netwerk tax-xandir, l-għajnuna tan-netwerk tad-DVB-T tista’ possibbilment ukoll tkun importanti għal swieq ġodda. Bid-DVB-T jistgħu jiġu offruti servizzi ta’ Pay-TV bħal ma dawn l-iżviluppi reċenti juru fi Stati Membri oħra bħall-Italja, Franza, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

It-tfixkil tal-kompetizzjoni bejn ix-xandara tal-pjattaforma tad-DVB-T

(118)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-miżura tista’ tfixkel il-kompetizzjoni bejn id-diversi xandara li jxandru l-istazzjonijiet tagħhom bil-pjattaforma tad-DVB-T billi s-sehem tal-ħlas tax-xandir mogħti bħala għajnuna m’huwiex l-istess għax-xandara privati kollha.

(119)

Il-Ġermanja tafferma li l-miżura ma tfixkilx il-kompetizzjoni bejn ix-xandara privati, peress li l-ammont tas-sussidju dejjem ġie kkalkolat skond l-istess prinċipji. L-ammonti ta’ għajnuna differenti huma kaġun tal-qagħda differenti tax-xandara u l-piżijiet differenti tagħhom minħabba l-bidla diġitali.

(120)

Kif spjegat fil-premessi 34 sa 40, is-sussidju għax-xandara li qabel kienu jxandru l-istazzjonijiet tagħhom bil-pjattaforma analoga (l-RTL group u l-ProSiebenSat.1, li t-tnejn li huma jiddisponu minn erba’ skedi ta’ kanali għal programmi diġitali), jiġi kkalkulat b’mod differenti mis-sussidju għal dawk ix-xandara li daħlu fix-xandir terrestri biss permezz tad-DVB-T u ġew allokati kanal kull wieħed għall-programmi.

(121)

Dawn ta’ l-aħħar jikkonċernaw l-għajnuna finanzjarja fl-ewwel ħames snin fil-medja ta’ 30 % tal-ħlas tax-xandir għal kull skeda ta’ programm, u l-kwota ta’ l-għajnuna ta’ 40 % fl-ewwel sena operattiva tinżel kull sena b'5 % minn 40 % fl-ewwel sena għal 20 % fil-ħames sena. Dan jgħodd bl-istess mod għall-erba’ xandara privati kkonċernati kollha.

(122)

Għall-grupp RTL u l-ProSiebenSat.1, is-sussidju jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-ispejjeż totali tagħhom għax-xandir terrestri diġitali u analogu fin-North Rhine-Westphalia kif ukoll fil-Länder tal-Ġermanja tat-tramuntana (ara t-tabella 3 u l-premessi 35, 39 u 40). Skond dikjarazzjonijiet tal-Ġermanja il-grupp RTL ma jiġix meqjus biex jingħata għajnuna peress li bil-ħlas tax-xandir imfaddal fil-Länder l-oħra tal-Ġermanja tat-tramuntana għall-metodu tax-xandir diġitali tista’ tiġi koperta ż-żieda ta’ l-ispejjeż totali fin-North Rhine-Westphalia. Barra dan, l-RTL ma talab l-ebda għajnuna.

(123)

Fil-fehma tal-Kummissjoni l-metodu li jintuża għall-kalkolazzjoni tas-sussidju m’huwiex oġġettiv, peress li l-ispejjeż tax-xandara għax-xandir bid-DVB-T min-naħa l-waħda u d-dħul tagħhom min-naħa l-oħra ma jiġux inklużi fid-dettall. Iżda anki għax-xandara li s’issa xandru l-istazzjonijiet tagħhom bil-pjattaforma analoga, kif diġà spjegat fil-premessa 74, il-metodu ta’ kalkolazzjoni kkonċernat ma jistax jitqies bħala metodu oġġettiv għall-kalkolazzjoni ta’ l-ispejjeż addizzjonali possibbli tax-xandir diġitali, peress li n-numru akbar ta’ skedi ta’ programmi li huwa kaġun ta’ dawn l-ispejjeż ma ġiex meqjus. Il-kalkolazzjoni fit-tabella 3 hija wkoll arbitrarja, peress li l-grupp RTL u l-ProSiebenSat.1 ma kellhomx l-istess numru ta’ skedi ta’ programmi fin-North Rhine-Westphalia u fil-Ġermanja tat-tramuntana u minħabba distanzi operattivi differenti kellhom ibatu spejjeż differenti. Mill-figuri kkomunikati mill-Ġermanja jirriżulta li fil-każ preżenti l-ħlas tax-xandir għal kull skeda ta’ programmi għall-metodu tax-xandir diġitali huwa aktar baxx minn dak għall-pjattaforma analoga (ara t-tabella 4). Skond il-Ġermanja, il-ProSiebenSat.1 u l-RTL setgħu jingħataw multiplessi sħaħ fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-allokazzjoni għal-liċenzji tax-xandir u tal-konsiderazzjoni prijoritarja ta’ l-operaturi tal-pjattaforma analoga bħala kumpens għar-restituzzjoni tal-liċenzji analogi tagħhom qabel l-iskadenza tal-perjodu attwali. Barra dan, permezz ta’ l-għajnuna dawn ikollhom il-possibbiltà għal bejn wieħed u ieħor l-istess spejjeż totali bħal tax-xandir analogu sabiex ixandru aktar stazzjonijiet fin-North Rhine-Westphalia. Il-Ġermanja s’issa għadha ma tatx spjegazzjoni għaliex is-sehem ta’ l-ispejjeż kopert mill-għajnuna fil-każ tal-ProSiebenSat.1 ivarja minn dak tax-xandara li ma ħadux sehem fil-pjattaforma analoga.

(124)

Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni hi tal-fehma, li l-vantaġġi mill-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir li jieħdu dawk ix-xandara li s’issa xandru l-istazzjonijiet tagħhom bil-pjattaforma analoga, u l-kalkolazzjoni oġġettiva tas-sussidju inġustifikabbli jwasslu għal tfixkil tal-kompetizzjoni bejn dawn ix-xandara u dawk li daħlu fit-terrestri permezz tad-DVB-T.

1.4.   L-EFFETTI FUQ IL-KUMMERĊ

(125)

Skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE l-indħil mill-Istat jikkonċerna għajnuna mill-Istat biss, jekk din tkun taffettwa l-kummerċ intrakomunitarju. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-miżura tista’ taffettwa l-kummerċ intrakomunitarju peress li x-xandara joperaw internazzjonalment u l-operatur tan-netwerk tax-xandir jikkompeti ma’ operaturi tan-netwerk tal-kejbil internazzjonali u ma’ kumpaniji tal-midja kif ukoll ma’ operaturi tas-satellita.

(126)

Il-Ġermanja għadha tal-fehma li l-miżura ma taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri. L-għajnuna hija tant żgħira li l-effetti fuq il-kummerċ bilkemm ikunu jinħassu. Barra dan, mill-fatt biss li l-kumpaniji kkonċernati joperaw internazzjonalment ma jistax jiġi konkluż li hemm għalfejn ikun hemm biża’ mill-effetti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-Ġermanja tasal pjuttost għall-konklużjoni li fir-rigward tax-xandara privati m’hemm l-ebda effetti fuq il-kummerċ.

(127)

Skond il-ġurisprudenza rispettiva tal-qrati Komunitarji “għajnuna finanzjarja li tingħata mill-Istat jew mir-riżorsi ta’ l-Istat taffettwa l-kummerċ intrakomunitarju jekk din issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ kumpanija vis-à-vis kumpaniji kompetittivi fil-kummerċ intrakomunitarju (74).” Barra dan, għandu jiġi osservat li skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja l-ammont relattivament żgħir ta’ għajnuna ma jeskludix mill-bidunett il-possibbiltà ta’ effett avvers tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (75), b’mod partikolari jekk il-qasam industrijali li fih il-kumpanija benefiċjarja tkun topera jkun ikkaratterizzat minn kompetizzjoni qawwija (76).

(128)

Għalhekk il-Kummissjoni hi tal-fehma, li l-miżura ppjanata tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Kif diġà spjegat, il-miżura tagħti vantaġġ dirett lix-xandara privati u tista’ wkoll tkun marbuta ma’ vantaġġ indirett għall-operatur tan-netwerk tax-xandir T-Systems. Kemm ix-xandara privati kif ukoll l-operatur tan-netwerk tax-xandir jikkompetu fuq livell internazzjonali ma’ kumpaniji oħrajn. Ix-xandara privati kollha affettwati mill-miżura kkonċernata huma rappreżentati fis-swieq għar-reklamar televiżiv u d-drittijiet fuq il-films u hemm qegħdin f’kompetizzjoni ma’ intrapriżi ta’ telekomunikazzjoni u xandara oħra (77). Operaturi tan-netwerk bħat-T-Systems, is-sussidjarja tad-Deutsche Telekom, jikkompetu ma’ operaturi tal-kejbil u ma’ kumpaniji tal-midja bħall-UPC (Liberty Media), ma’ operaturi tas-satellita bħas-SES Astra, NSAB und Eutelsat kif ukoll ma’ kumpaniji oħra, li joffru servizzi ta’ infrastruttura għax-xandara. Fl-istess ħin f’diversi Stati Membri, it-terrestri, l-operaturi tal-kejbil broadband u l-operaturi tas-satellita qed jikkompetu għall-konsumatur finali.

(129)

Skond il-Kummissjoni, għajnuna f’ammont komplessiv ta’ madwar EUR 6.8 miljun ma tistax tiġi identifikata bħala “relattivament żgħira”. Barra dan, kif jista’ jiġi inferit mill-ġurisprudenza rispettiva tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, kontribut żgħir ta’ għajnuna, b’mod partikolari meta teżisti kompetizzjoni qawwija, jista’ wkoll jaffettwa l-kummerċ.

1.5.   IL-KONKLUŻJONI DWAR IL-KARATTRU TA’ L-GĦAJNUNA TAL-MIŻURA

(130)

Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li s-sussidji ppjanati tal-LfM jikkonċernaw għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Il-benefiċjarji diretti huma x-xandara privati li jirċievu l-għajnuna finanzjarja. Fl-fl-istess ħin it-T-Systems, l-operatur tal-multiplessi użati mix-xandara privati, jista’ jieħu vantaġġ indirett mill-miżura.

2.   IL-KOMPATIBBILTÀ TA’ L-GĦAJNUNA

2.1.   KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

(131)

Il-Kummissjoni tgħin b’mod attiv id-diġitalizzazzjoni tax-xandir. Il-vantaġġi tal-bidla diġitali ġew spjegati fid-dettall fil-pjan ta’ azzjoni “eEurope 2005: Soċjetà ta’ l-informazzjoni għal kulħadd” u fiż-żewġ Komunikazzjonijiet dwar il-bidla diġitali (78). Il-bidla diġitali ġġib vantaġġi kbar fil-forma ta’ użu aktar effiċjenti tal-frekwenzi u ta’ possibbiltajiet ta’ xandir aħjar. Dawn iwasslu għal servizzi ġodda u aqwa kif ukoll għal għażla akbar għall-konsumaturi. Fil-Komunikazzjoni tagħha “i2010 – Soċjetà ta’ l-informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u għall-impjieg” il-Kummissjoni enfasizzat li t-tneħħija ppjanata sa l-2012 tat-televiżjoni terrestri analoga se tiffaċilita l-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi.

(132)

Il-Kummissjoni hija konxja li l-bidla diġitali ddum aktar ma ssir taħt ċerti ċirkostanzi, jekk din tkun totalment f’idejn il-qawwiet tas-suq. Il-Kummissjoni m’għandha għalhekk l-ebda oġġezzjoni fil-prinċipju kontra l-indħil mill-Istat f’dan il-qasam. L-awtoritajiet ta’ l-Istat għandhom diversi possibbiltajiet biex jiffaċilitaw u jippromwovu l-bidla, pereżempju mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni, kampanji ta’ informazzjoni, riżorsi regolatorji jew għajnuna finanzjarja. Jekk l-intervent isir fil-forma ta’ għajnuna mill-Istat, dan irid ikun konformi mad-dispożizzjonijiet rispettivi tat-Trattat tal-KE.

(133)

Fit-tifsira ta’ l-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni għal inqas għajnuna mill-Istat u għalhekk għajnuna aktar adattata, l-Istati Membri jistgħu bażikament jagħtu għajnuna mill-Istat bħala rimedju għall-falliment tas-suq speċifiku jew biex jiggarantixxu l-koeżjoni soċjali jew reġjonali. Iżda f’dawn il-każijiet irid jiġi pprovat kull darba li l-għajnuna ppjanata hija l-mezz adattat biex tingħeleb il-problema, li din hija limitata għall-minimu meħtieġ u li din ma tfixkilx il-kompetizzjoni bil-ħlas. Fl-istess ħin il-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali tipprovdi li f’ċerti oqsma tad-diġitalizzazzjoni l-indħil mill-Istat huwa ġustifikat taħt żewġ rekwiżiti: l-ewwel, jekk l-interess komuni jkun fir-riskju, u t-tieni f’każ ta’ falliment tas-suq, jiġifieri meta l-qawwiet tas-suq waħedhom ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fir-rigward ta’ l-interess pubbliku. Fi kwalunkwe każ, intervent ta’ l-awtoritajiet pubbliċi skond il-Komunikazzjoni jrid ikun ibbażat fuq analiżi tas-suq magħmula bir-reqqa.

(134)

Fil-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali din tiġi deskritta bħala sfida kbira għall-qasam industrijali li l-attività kummerċjali tiegħu għandha titmexxa mis-suq. Fil-prinċipju, kull netwerk irid jieħu sehem fil-kompetizzjoni permezz tar-riżorsi tiegħu stess. Biex jinżamm dan il-prinċipju, kull intervent mill-Istat għandu jkun kemm jista’ jkun teknoloġikament newtrali. Eċċezzjonijiet, kif diġà spjegat, huma biss permessi jekk l-għajnuna mill-Istat ippjanata sservi bħala rimedju għall-falliment tas-suq jew biex telimina xi sproporzjon, u jekk l-għajnuna in kwistjoni tkun tikkonċerna metodu adattat, meħtieġ u proporzjonali biex din il-problema tiġi riżolta.

(135)

Huwa ġeneralment magħruf li ċerti tipi ta’ fallimenti tas-suq jistgħu jagħmlu l-bidla diġitali diffiċli. Barra dan, hemm il-periklu li gruppi ta’ popolazzjoni bi żvantaġġi soċjali ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-vantaġġi tat-televiżjoni diġitali (problema tal-koeżjoni soċjali). Kif spjegat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni tad-DVB-T f’Berlin-Brandenburg, jista’ pereżempju jkun hemm falliment tas-suq jekk l-operaturi tas-suq ma jkunux lesti li jaqblu fuq skeda komuni għat-tranżizzjoni għat-televiżjoni diġitali għax ikunu qed jistennew li l-oħrajn jagħmlu l-ewwel pass (problema ta’ koordinazzjoni), jew jekk l-operaturi tas-suq ma jqisux l-effetti pożittivi tal-bidla diġitali fuq is-soċjetà sħiħa, peress li dawn ma jingħatawx inċentivi adattati għalhekk (effetti esterni pożittivi).

(136)

Fir-rigward tal-koeżjoni soċjali, l-Istati Membri jkunu jridu jiżguraw li wara li titneħħa t-televiżjoni analoga ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għat-televiżjoni diġitali. Peress li l-bidla diġitali ġġib magħha ċerti spejjeż għall-konsumatur u tkun teħtieġ bidla fid-drawwiet tal-konsumatur, f’dawn iċ-ċirkostanzi l-Istati Membri jkunu jridu jagħtu għajnuna b’mod partikolari lill-gruppi ta’ nies bi żvantaġġi soċjali bħal nies anzjani, familji bi dħul baxx jew residenti f’żoni remoti.

(137)

Fit-tliet snin li għaddew il-Kummissjoni eżaminat diversi miżuri dwar l-għajnuna tal-bidla diġitali ta’ diversi Stati Membri (79). F’diversi deċiżjonijiet dwar l-għajnuna li kienu bbażati fuq il-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali, il-Kummissjoni kkummentat dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-għajnuna fuq dan il-qasam industrijali u tat informazzjoni prattika lill-partijiet interessati privati kif ukoll lil dawk statali. L-Istati Membri jistgħu jieħdu diversi miżuri dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bidla diġitali, sakemm din ma tikkaġunax distorsjonijiet mhux neċessarji bejn it-teknoloġiji u l-intrapriżi u tibqa’ limitata għal minimu (80):

(a)

Skemi pilota u proġetti ta’ riċerka pereżempju għall-ittestjar tat-teknoloġiji tax-xandir diġitali u ta’ l-applikazzjonijiet interattivi.

(b)

Sussidji għax-xiri ta’ kaxxi set-top mill-konsumatur indipendentament mill-metodu tax-xandir, sabiex tkun evitata l-esklużjoni ta’ familji bi dħul baxx mir-reċezzjoni tat-televiżjoni u biex tintlaħaq massa kritika ta’ utenti, b’mod partikolari f’oqsma, li fihom ix-xandir terrestri jinqaleb direttament għax-xandir terrestri diġitali minħabba nuqqas ta’ frekwenzi mingħajr operat parallel (simulcast).

(ċ)

Għotjiet lill-intrapriżi għall-iżvilupp ta’ servizzi diġitali innovattivi, bħal pereżempju gwidi elettroniċi tal-programmi u applikazzjonijiet.

(d)

Sussidji għax-xandara bħala kumpens għall-ħlas addizzjonali tax-xandir waqt ix-xandir parallel tat-televiżjoni analoga u diġitali (“il-fażi simulcast”).

(e)

Sussidji għall-konsumatur għax-xiri ta’ decoders diġitali. Dawn it-tipi ta’ sussidji għandhom ikunu teknoloġikament newtrali. Bl-għoti tas-sussidji l-awtoritajiet jistgħu jgħinu l-użu ta’ standards miftuħa għall-interattività. L-istandards miftuħa jippermettu lill-konsumatur biex juża servizzi interattivi ta’ diversi xandara.

(f)

Għajnuna għall-istabbiliment ta’ netwerk tax-xandir f’żoni li fihom mingħajru r-reċezzjoni tat-televiżjoni tkun batuta.

(g)

Riżorsi finanzjarji għax-xandara pubbliċi sabiex dawn ikunu jistgħu jxandru permezz tal-metodi kollha tax-xandir u għalhekk jilħqu l-popolazzjoni kollha. F’dan il-kuntest l-Istati Membri jridu jiddefinixxu biċ-ċar kull obbligu impost fuq ix-xandara rigward l-użu ta’ ċerti metodi tax-xandir.

(h)

Għajnuna finanzjarja bħala kumpens xieraq għax-xandara li jridu jwaqqfu l-użu tal-frekwenzi analogi qabel l-iskadenza tal-liċenzji tagħhom. Il-kumpens għandu jqis l-ispejjeż attwali tax-xandara għall-bidla, jekk ikun meħtieġ inkluż l-ispejjeż ta’ aġġustament, biex ixandru fuq kanal jew multipless ieħor.

2.2.   IL-BAŻIJIET LEGALI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ TAL-MIŻURA PPJANATA

(138)

Il-Ġermanja affermat il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq komuni skond l-Artikoli 87(3)(c), (b) u (d) kif ukoll skond l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE. Hawn taħt il-Kummissjoni vvalutat il-kompatibbiltà tal-miżura fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fuq l-isfond tal-kosiderazzjonijiet ġenerali msemmija hawn fuq (81).

2.3.   L-ARTIKOLU 87(3)(c) TAT-TRATTAT TAL-KE

(139)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni kellha dubju dwar jekk il-miżura hijiex kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni żżomm din il-fehma wkoll skond il-valutazzjoni tal-kummenti tal-partijiet interessati u l-ispjegazzjonijiet tal-Ġermanja.

(140)

L-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE jikkonċerna “għajnuna biex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ ċerti oqsma kummerċjali jew żoni ekonomiċi, sakemm din ma tibdilx il-kundizzjonijiet tas-suq b’tali mod li jmur kontra l-interess komuni.”

(141)

Sabiex għajnuna tkun tista’ tingħadd bħala kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE, biha jrid, bl-evidenza tan-neċessità u l-adegwatezza, jiġi segwit għan ta’ interess komuni. B’mod partikolari fl-eżaminazzjoni tal-miżura jridu jiġu meqjusa l-aspetti li ġejjin:

(1)

L-għan tal-miżura ta’ l-għajnuna huwa ddefinit b’mod ċar u huwa ta’ interess komuni?

(2)

L-istrument ta’ għajnuna huwa magħmul b’tali mod li l-għan fl-interess komuni (eż. li jiġi rimedjat il-falliment tas-suq jew li jiġi segwit għan ieħor) ikun jista’ jintlaħaq? B’mod partikolari:

(a)

il-miżura ta’ l-għajnuna hija strument xieraq?

(b)

għandha effett ta’ inċentiv, jiġifieri din tibdel l-imġiba tal-kumpaniji?

(ċ)

l-għajnuna hija proporzjonali, jiġifieri tista’ l-istess bidla fl-imġiba ssir ukoll b’għajnuna żgħira?

(3)

It-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-kummerċ huwa limitat b’tali mod li l-bilanċ totali ta’ l-effetti huwa pożittiv?

(142)

Skond il-Ġermanja, il-miżura ppjanata hija konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE. B’referenza għall-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali l-Ġermanja tafferma li l-għajnuna tal-pjattaforma terrestri-diġitali tikkonċerna l-interess pubbliku ġenerali u tagħti kontribut importanti għat-twettiq ta’ diversi għanijiet ta’ interess pubbliku. Il-miżura hija importanti għas-sostenn tat-terrestri u tista’ tgħin biex jiġi rimedjat il-falliment tas-suq f’oqsma partikolari. Barra dan, il-miżura fir-rigward ta’ l-għan tagħha hija kemm xierqa kif ukoll proporzjonata.

2.3.1.   Għan ta’ interess komuni

(143)

Kif jirriżulta mill-konsiderazzjonijiet ġenerali fil-punti (131) sa (137), il-Kummissjoni taqbel mal-Ġermanja, li t-tranżizzjoni mix-xandir analogu għal dak diġitali tista’ titqies bħala għan ta’ interess komuni. Iżda din ma tistax, kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali u f’dokumenti oħra relevanti tal-Kummissjoni, tinftiehem bħala raġuni ġenerali għal dan, għaliex id-diġitalizzazzjoni tat-terrestri biss għandha tiġi promossa. Il-punt ta’ tluq huwa pjuttost li t-tranżizzjoni għandha titmexxa mis-suq u kull netwerk għandu jkun f’pożizzjoni li jikkompeti permezz tar-riżorsi tiegħu stess. Biex jibqa’ jinżamm dan il-prinċipju, kull intervent mill-Istat għandu jkun kemm jista’ jkun teknoloġikament newtrali. Il-kriterju tan-newtralità teknoloġika m’huwiex issodisfat fil-każ preżenti.

(144)

Fl-argument tagħha l-Ġermanja għandha dubju dwar l-adegwatezza tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika għall-evalwazzjoni mill-perspettiva ġuridika ta’ l-għajnuna u tafferma li n-newtralità teknoloġika ta’ miżura ta’ l-għajnuna individwali prattikament m’hijiex possibbli. Kollox ma’ kollox, il-politika ta’ l-għajnuna tal-Ġermanja hija għall-kollox teknoloġikament newtrali u l-Ġermanja, jekk ikun meħtieġ, tippromwovi wkoll metodi oħra tax-xandir. Filwaqt li x-xandir bis-satellita m’għandu bżonn l-ebda għajnuna għall-bidla diġitali, id-diġitalizzazzjoni tal-kejbil għadha ma waslitx fi stadju adegwat biex titqies bħala miżura konkreta ta’ l-għajnuna. Preżentement il-Kummissjoni m’għandha l-ebda informazzjoni konkreta mill-Ġermanja, li minnha jirriżulta li għal metodi oħra tax-xandir hemm ppjanati wkoll riżorsi mill-Istat.

(145)

Skond il-Kummissjoni dawn l-argumenti ġenerali kontra l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika m’humiex validi. Hemm differenza bejn għajnuna finanzjarja għall-bidla diġitali u miżuri li jgħinu biss it-terrestri diġitali bħala tali. Sussidji li huma mmirati għal waħda mit-teknoloġiji tax-xandir kompetittivi jwasslu għal tfixkil tal-kompetizzjoni sinifikanti bejn dawn it-teknoloġiji.

(146)

Skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE u l-ġurisprudenza rispettiva, tali tfixkil tal-kompetizzjoni huwa biss permess jekk dan iservi bħala rimedju għall-falliment tas-suq jew biex jelimina xi sproporzjon, u jekk l-għajnuna kkonċernata tkun tikkonċerna metodu adattat, meħtieġ u proporzjonali biex jintlaħqu l-għanijiet rispettivi. Skond ir-regoli ta’ l-għajnuna, din l-evalwazzjoni trid issir b’mod separat għal kull miżura individwali.

(147)

Barra l-għan ġenerali ta’ l-għajnuna tal-bidla diġitali l-Ġermanja tafferma li l-għajnuna finanzjarja ta’ l-introduzzjoni tad-DVB-T sservi wkoll għas-sostenn tat-terrestri bħala teknoloġija tax-xandir. B’hekk il-kompetizzjoni bejn ix-xandara tissaħħaħ u tingħata għajnuna għat-twettiq ta’ diversi għanijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam ta’ l-infrastruttura tax-xandir.

(148)

Il-Ġermanja b’mod partikolari tirrimarka li d-diġitalizzazzjoni tat-terrestri tikkontribwixxi għall-pluraliżmu fil-midja peress li x-xandara privati kellhom il-possibbiltà li jxandru l-programmi tagħhom fin-NRW minn 12-il kanal, u mhux minn tliet kanali biss kif għamlu s’issa bil-metodu analogu. Għax-xandir ta’ stazzjonijiet reġjonali u lokali l-pjattaforma terrestri hija aktar adattata mill-kejbil jew mis-satellita. Barra dan il-miżura tiggarantixxi s-servizzi essenzjali medjali tal-popolazzjoni. Il-Ġermanja tkompli tafferma li s-servizzi pprovduti f’żoni lokali u remoti jiswew ħafna flus minħabba t-topoloġija taż-żoni pprovduti bis-servizzi fin-North Rhine-Westphalia, u konsegwentement l-introduzzjoni tad-DVB-T mill-perspettiva kummerċjali hija inqas interessanti minn pereżempju f’reġjun bħal Berlin-Brandenburg. Il-miżura hija l-ewwel pass li minnu ġej l-effett ta’ inċentiv u li jwitti t-triq biex ’il quddiem jiġi introdott id-DVB-T f’dawn ir-reġjuni.

(149)

Barra dan, il-Ġermanja tenfasizza b’referenza għall-potenzjal innovattiv partikolari tat-terrestri diġitali li l-iżvilupp tal-possibbiltajiet ta’ reċezzjoni ċellulari diġitali jista’ jiġi promoss biss bid-DVB-T.

(150)

Il-Kummissjoni tieħu nota ta’ l-għanijiet ta’ interess pubbliku ġenerali allegati mill-Ġermanja, iżda hi tal-fehma, kif spjegat hawn taħt, li l-għajnuna finanzjarja la tikkonċerna b’mod espliċitu l-pluraliżmu tal-midja, kontenut ta’ programmi lokali jew reġjonali u servizzi essenzjali medjali u lanqas servizzi aħjar f’żoni lokali jew għajnuna għall-innovazzjoni u l-miżura m’hijiex meħtieġa, xierqa u proporzjonali fir-rigward ta’ l-għanijiet maħsuba li jintlaħqu.

2.3.2.   It-tfassil tal-miżura ta’ l-għajnuna: In-neċessità u l-adegwatezza

(151)

Il-Ġermanja temmen li l-miżura hija meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija hawn fuq u biex tirrimedja falliment tas-suq f’ċerti oqsma. Bażikament il-Kummissjoni m’għandhiex id-dritt tikkontesta d-deċiżjoni tal-Federazzjoni u tal-Länder biex tappoġġja t-terrestri u tippromwovi d-diġitalizzazzjoni tiegħu. Barra dan il-Kummissjoni m’hijiex awtorizzata tiddeċiedi jekk miżuri oħrajn kinux ikunu pjuttost adattati biex jilħqu l-istess għan.

(152)

Fuq kollox, il-Kummissjoni tixtieq tiċċara li l-oġġett tad-deċiżjoni preżenti huwa l-miżura nnotifikata mill-Ġermanja dwar l-introduzzjoni tad-DVB-T fin-North Rhine-Westphalia u mhux id-deċiżjoni politika tal-Ġermanja dwar l-appoġġ tat-terrestri. Fil-kuntest ta’ din il-proċedura l-Kummissjoni għandha tivverifika skond ir-regoli ta’ l-għajnuna rispettivi jekk l-għajnuna mill-Istat mogħtija għall-ispejjeż ta’ l-operat tax-xandir tax-xandara privati fir-rigward ta’ l-għanijiet ta’ interess pubbliku ġenerali allegati mill-Ġermanja hijiex meħtieġa u proporzjonali fil-kuntest ta’ din il-miżura.

(153)

Analiżi ta’ l-adegwatezza ta’ l-għajnuna mill-Istat tikkostitwixxi parti integrali ta’ din il-verifika. Fil-fehma tal-Kummissjoni mhux biss għandha tiġi pprovduta l-evidenza għan-neċessità ta’ miżura, iżda għandha wkoll tingħata raġuni għaliex l-għajnuna mill-Istat bħala forma speċifika ta’ l-indħil mill-Istat fil-każ rispettiv hija strument xieraq biex jintlaħaq l-għan ta’ interess komuni. Jekk l-għajnuna mill-Istat ma tkunx strument xieraq biex jiġi indirizzat il-falliment tas-suq jew il-problema ta’ koeżjoni, din tista’ twassal għat-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-kummerċ, li jkun seta’ ġie evitat bi strumenti oħra bħal miżuri regolatorji.

(154)

Hawn taħt il-Kummissjoni tivverifika punt b’punt jekk il-miżura kkonċernata tistax titqies bħala meħtieġa u xierqa biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess pubbliku ġenerali allegati mill-Ġermanja, u jekk din hijiex ġustifikata u xierqa biex tirrimedja xi falliment tas-suq possibbli f’ċerti oqsma li jista’ jagħmel diffiċli t-twettiq ta’ dawn l-għanijniet. Il-Kummissjoni teżamina wkoll jekk il-miżura preżenti hijiex proporzjonali biex tinsab soluzzjoni għad-diffikultajiet.

It-tisħiħ tal-kompetizzjoni bejn id-diversi metodi tax-xandir

(155)

Fir-rigward tat-tisħiħ tal-kompetizzjoni bejn id-diversi metodi tax-xandir, il-Ġermanja tafferma li l-għajnuna lix-xandir terrestri diġitali tagħmel pressjoni ta’ kompetizzjoni pożittiva fuq pjattaformi oħra tax-xandir u tħajjar lill-operaturi tan-netwerk tax-xandir ta’ pjattaformi oħra biex jaġġornaw u jtejbu s-servizzi tagħhom sabiex eventwalment tiġi mgħaġġla wkoll id-diġitalizzazzjoni tal-pjattaformi l-oħra. Dan l-argument ma jikkontradixxix biss l-affermazzjoni tal-Ġermanja li l-miżura ma tfixkilx il-kompetizzjoni; u l-Ġermanja s’issa ma tatx provi konvinċenti li x-xandir fin-North Rhine-Westphalia huwa affettwat minn problemi ta’ kompetizzjoni strutturali. Anki mingħajr ix-xandir terrestri, il-kejbil u s-satellita diġà qed joffru firxa wiesgħa ta’ stazzjonijiet televiżivi mhux kodifikati, u dawn huma disponibbli b’mod estensiv. Kompetizzjoni addizzjonali tista’ tiżviluppa mit-televiżjoni bil-broadband (eż. mit-teknoloġija xDSL), li qiegħda fil-punt li tistabbilixxi ruħha bħala pjattaforma addizzjonali għax-xandir. Għalhekk, u kif spjegat f’deċiżjonijiet oħra tal-Kummissjoni dwar miżuri ta’ l-għajnuna pubbliċi favur it-televiżjoni diġitali (82), l-għoti ta’ għajnuna b’din ir-raġuni ma jistax jiġi aċċettat.

Il-promozzjoni tal-pluraliżmu tal-midja

(156)

Għal dak li jikkonċerna l-pluraliżmu tal-midja u ta’ l-istazzjonijiet, l-iskedi ta’ programmi terrestri-diġitali ġew allokati b’tali mod, li x-xandara stabbiliti ħadu trattament prijoritarju u ġie aċċettat biss numru żgħir wisq ta’ operaturi tas-suq ġodda (83). Il-miżura m’għandhiex l-għan espliċitu li żżid il-pluraliżmu tax-xandara. Kif spjegat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (84), in-netwerk tad-DVB-T m’huwiex effiċjenti meta mqabbel man-numru ta’ stazzjonijiet disponibbli fuq il-kejbil jew fuq is-satellita, anki jekk il-kapaċitajiet tax-xandir jiżdiedu permezz tad-diġitalizzazzjoni. Anki fil-metodu analogu, iż-żewġ metodi tax-xandir l-oħra joffru aktar stazzjonijiet mid-DVB-T, u l-biċċa l-kbira, jekk mhux l-istazzjonijiet kollha offruti bid-DVB-T, jistgħu wkoll ikunu riċevuti bil-kejbil u bis-satellita.

Il-promozzjoni ta’ stazzjonijiet lokali u reġjonali

(157)

Il-miżura ma tokkonċerna lanqas għajnuna speċifika ta’ stazzjonijiet lokali u reġjonali jew ta’ xandara li jxandru tali stazzjonijiet. Għalhekk f’ħafna reġjuni tan-North Rhine-Westphalia il-programmi teliviżivi lokali qed jixxandru bil-kejbil, filwaqt li l-pjattaforma terrestri-diġitali fin-NRW ma toffrix programmi bħal dawn. Fis-sejħa għall-offerti għal-liċenzji tax-xandir l-istazzjonijiet lokali u reġjonali m’humiex speċifikament inklużi. Ħadd mill-benefiċjarji m’huwa xandar lokali jew reġjonali u x-xandir ta’ stazzjonijiet bħal dawn m’għandu wkoll l-ebda rwol fl-allokazzjoni tar-riżorsi ta’ l-għajnuna lix-xandara privati.

Il-garanzija ta’ servizzi essenzjali medjali

(158)

Barra minn hekk, fir-rigward tas-sostenn allegat mill-Ġermanja tas-servizzi essenzjali medjali tal-popolazzjoni għandu jkun ippreċiżat li l-mira tal-miżura mhix għal dawk ir-reġjuni li fihom jista’ jkun hemm problemi ta’ servizzi minħabba l-bidla għat-terrestri diġitali. Il-Ġermanja rrikonoxxiet li mil-lat purament tekniku kull bini fin-North Rhine-Westphalia jista’ jirċievi programmi televiżivi mhux kodifikati bis-satellita. Preżentement dan ma japplikax għad-DVB-T: il-miżura kkonċernata hija limitata għal żoni urbani b’densità għolja ta’ popolazzjoni, li fihom il-kejbil broadband huwa normalment disponibbli.

L-introduzzjoni tad-DVB-T f’żoni lokali u remoti

(159)

L-ispjegazzjonijiet li tat il-Ġermanja dwar l-introduzzjoni tad-DVB-T aktar ’il quddiem f’żoni lokali u reġjonali ma baqgħux jiġu ssostanzjati, u m’hemm l-ebda ħjiel li l-miżura tista’ sservi wkoll għall-promozzjoni tad-DVB-T fiż-żoni li huma inqas popolati, għax il-miżura timmira biss lejn l-inqas reġjuni popolati fin-North Rhine-Westphalia. Barra dan, il-miżura ma tipprovdi l-ebda inċentiv partikolari li jista’ jħajjar lix-xandara biex jespandu l-offerta tagħhom għal żoni remoti. Diġà fil-kuntest tax-xandir analogu x-xandara privati ma kinux ixandru l-istazzjonijiet tagħhom barra miċ-ċentri urbani fin-North Rhine-Westphalia.

L-għajnuna għall-innovazzjoni

(160)

Rigward l-għajnuna għall-innovazzjoni allegata mill-Ġermanja, il-Kummissjoni temmen li l-għajnuna ppjanata mill-Istat ma tingħatax għall-midja innovattiva jew għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni iżda biss għas-sussidji ta’ l-ispejjeż ta’ operat tax-xandara għax-xandir tal-programmi televiżivi tagħhom.

(161)

Mill-informazzjoni li għandha, il-Kummissjoni tinferixxi li n-netwerk tad-DVB-T fin-North Rhine-Westphalia juża l-istandard ta’ kompressjoni MPEG-2, għalkemm l-istandard avvanzat MPEG-4 (DVB-T 2) dalwaqt se jkun disponibbli fis-suq b’użu tal-frekwenzi konsiderevolment aħjar. Fir-reċezzjoni ċellulari tat-televiżjoni l-pjattaforma tad-DVB-T li tintuża fin-North Rhine-Westphalia għadha ferm lura fejn it-teknoloġiji avvanzati tat-televiżjoni ċellulari bħad-DVB-H (Trażmissjoni Vidjo Diġitali bix-Xandir ( Digital Video Broadcast transmission ) għal terminali li jinżammu fl-idejn) (85), li joffru reċezzjoni tas-sinjali aktar stabbli u jirrikjedu inqas konsum ta’ enerġija. Fil-kuntest tal-potenzjal innovattiv ta’ servizzi interattivi huwa osservat li d-DVB-T ma jipprovdi l-ebda kanal tas-sinjali li jiġu lura (feedback channel) u s-sinjal jiġi trażmess lill-konsumatur finali. B’hekk l-interattività m’hijiex karatteristika intrinsika tad-DVB-T.

(162)

Mill-perspettiva innovattiva, id-DVB-T ma jikkonċernax waħda mit-teknoloġiji espliċitament superjuri. L-għajnuna ppjanata mill-Istat tad-DVB-T tista’ wkoll, kif diġà spjegat, tirrestrinġi l-innovazzjoni li tirriżulta minn teknoloġiji u pjattaformi oħra tax-xandir.

Is-sostenn tat-terrestri

(163)

Il-Ġermanja tafferma, li l-għajnuna għas-sostenn tat-terrestri bħala teknoloġija tax-xandir hija meħtieġa. Il-preżenza tax-xandara privati u b’mod partikolari tal-familji kbar tax-xandir l-RTL u l-ProSiebenSat.1 mill-perspettiva tat-telespettaturi hija indispensabbli li l-pjattaforma tkun attraenti fuq perjodu twil. Skond informazzjoni mogħtija mill-Ġermanja dawn il-gruppi tax-xandir huma lesti li jieħdu sehem fid-DVB-T biss, jekk bl-introduzzjoni tax-xandir terrestri-diġitali ma jkollhomx spejjeż addizzjonali meta mqabbel max-xandir analogu. Anki jekk il-grupp RTL ma jitlobx għajnuna, il-parteċipazzjoni tiegħu tkun xorta waħda indipendenti mill-preżenza tal-ProSiebenSat.1 fuq il-pjattaforma.

(164)

F’dan il-kuntest il-Ġermanja fl-ispjegazzjoni ta’ l-argumentazzjoni tagħha semmiet reġjuni oħra tan-North Rhine-Westphalia (Wuppertal, East Westphalia-Lippe, Münsterland, Aachen u South Westphalia), li fihom se tiġi jew ġiet introdotta l-pjattaforma tad-DVB-T mingħajr il-parteċipazzjoni tax-xandara privati u fejn intwera li x-xandara privati m’humiex interessati fil-parteċipazzjoni fil-pjattaforma tad-DVB-T mingħajr għajnuna mill-Istat.

(165)

Skond il-Kummissjoni mill-informazzjoni kkomunikata mill-Ġermanja jirriżulta, li mingħajr riżorsi ta’ l-Istat is-sostenn tat-terrestri m’huwiex possibbli. Barra dan il-Ġermanja ma pprovatx li l-għajnuna ppjanata tqajjem interess kbir fost ix-xandara privati għal preżenza fuq il-pjattaforma terrestri. Barra dan ma ġiex pprovat, li l-miżura ta’ l-għajnuna ppjanata fil-fatt tikkaġuna bidla fl-imġiba tax-xandara benefiċjarji.

(166)

Il-Ftehim fi prinċipju dwar l-introduzzjoni tat-televiżjoni terrestri diġitali (DVB-T) fin-North Rhine-Westphalia fil-fatt fih skeda mandatorja għall-bidla, iżda ma fih l-ebda informazzjoni ċara dwar l-għajnuna ppjanata. Kif enfasizzat f’punt (19), fil-Ftehim hemm biss formolazzjonijiet vagi, li jirreferu għall-għajnuna ta’ “l-infrastruttura teknika għall-espansjoni tad-DVB-T” u għall-elaborazzjoni tal-“kunċett ta’ għajnuna għal persuni soċjalment dgħajfa”. In-notifikazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir ma fiha l-ebda informazzjoni dwar għajnuna possibbli. Il-kundizzjonijiet eżatti għall-għajnuna finanzjarja ġew stabbiliti bid-Direttiva dwar l-għajnuna tad-DVB-T tad-19 ta’ Novembru 2004, jiġifieri biss wara l-allokazzjoni tal-liċenzji tax-xandir u ftit xhur wara l-introduzzjoni tad-DVB-T.

(167)

Ix-xandara privati kienu konsegwentement lesti li jieħdu sehem fl-għajnuna finanzjarja għad-DVB-T mingħajr dettalji. Ix-xandara preżenti fix-xandir terrestri analogu qablu ma’ l-iskeda mandatorja għall-bidla mingħajr dettalji preċiżi dwar il-miżura ta’ l-għajnuna kkonċernata. Barra dan, għandu jiġi inferit mill-informazzjoni kkomunikata fir-rigward tax-xandara privati li ma kinux ixandru l-istazzjonijiet tagħhom bil-pjattaforma analoga li l-LfM kellu ferm aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji diġitali, minn kemm kien hemm skedi ta’ programmi għad-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward il-Ġermanja tafferma li minħabba l-Ftehim fi prinċipju ta’ l-20 ta’ Ottubru 2003 x-xandara kollha ġew informati dwar għajnuna possibbli. Iżda anki kieku l-applikanti kollha kienu jafu b’dan il-Ftehim fi prinċipju (iżda li sa ċertu punt ma jiffurmawx parti minnu), xorta ma kienx ikollhom dettalji preċiżi dwar il-miżura ta’ l-għajnuna.

(168)

Barra dan, il-Kummissjoni tirrimarka li x-xandara privati diġà ilhom ixandru l-istazzjonijiet tagħhom bid-DVB-T għal aktar minn tliet snin mingħajr l-ebda għajnuna mill-Istat. Għalkemm it-Terra Nova reċentament waqaf milli juża l-pjattaforma, din l-iskeda ta’ programmi wara seba’ applikazzjonijiet mix-xandara privati fl-aħħar ingħatat lix-xandar Tele 5. Għal dawn ix-xandara, fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ ta’ Berlin-Brandenburg u tal-proċedura kontinwa, ma kien hemm assolutament l-ebda garanzija għal għajnuna mill-Istat. Fir-reġjuni ta’ Länder oħra tal-Ġermanja, pereżempju fir-Rhein-Main u fil-Ġermanja tat-tramuntana, ix-xandara privati jxandru l-istazzjonijiet tagħhom bil-pjattaforma tad-DVB-T (86) mingħajr ma jieħdu għajnuna mill-Istat.

(169)

Fir-rigward tax-xandara li diġà kienu jxandru l-istazzjonijiet tagħhom mill-pjattaforma analoga, il-Ġermanja tafferma li l-miżura kienet meħtieġa biex tkopri “l-ispejjeż addizzjonali” tagħhom tax-xandir diġitali.

(170)

Iżda kif diġà stabbilit fil-premessi 74 u 123, “l-ispejjeż addizzjonali” allegati tal-ProSiebenSat.1 u tal-grupp RTL jirriżultaw b’mod esklussiv min-numru kbir ta’ stazzjonijiet, peress li l-ispejjeż għal kull skeda ta’ programmi huma inqas fix-xandir diġitali milli f’dak analogu. Il-Ġermanja ma tatx raġuni għaliex dawn ix-xandara għandhom ikunu rappreżentati fuq il-pjattaforma diġitali b’aktar stazzjonijiet u għaliex id-dħul kummerċjali ma ġiex meqjus fil-kalkolazzjoni ta’ l-għajnuna ppjanata.

(171)

Il-Kummissjoni tmur kontra l-argument tal-Ġermanja dwar l-introduzzjoni tad-DVB-T f’reġjuni oħra tan-North Rhine-Westphalia mingħajr il-parteċipazzjoni tax-xandara privati, li dawn ir-reġjuni, għal dak li jikkonċerna d-densità tal-popolazzjoni u t-tħajjir għax-xandara privati, m’humiex komparabbli maż-żoni urbani. Mill-eżempji spjegati jista’ jiġi wkoll konkluż li l-introduzzjoni tal-pjattaforma terrestri diġitali hija wkoll possibbli mingħajr il-parteċipazzjoni tax-xandara privati u bil-parteċipazzjoni ta’ l-entitajiet pubbliċi tax-xandir biss.

Ir-rimedjar tal-falliment tas-suq b’konnessjoni mal-bidla diġitali

(172)

Il-Ġermanja tafferma li bil-miżura, il-falliment tas-suq f’ċerti oqsma li jostakola t-tranżizzjoni għat-televiżjoni terrestri diġitali għandu jiġi rimedjat. B’referenza għall-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali l-Ġermanja tafferma li hemm problemi ta’ koordinazzjoni bejn l-operaturi tas-suq, ċerti riskji, effetti esterni pożittivi u żidiet fl-ispejjeż għal perjodu qasir b’konnessjoni mal-bidla. Fid-dawl tas-sehem li qed jonqos tat-terrestri fix-xandir u ta’ l-ispejjeż kbar tax-xandir, hemm il-periklu li x-xandara privati jeliminaw għal kollox ix-xandir analogu u assolutament ma jxandrux aktar l-istazzjonijiet tagħhom bil-pjattaforma terrestri u minħabba dan jintilfu l-vantaġġi tat-terrestri deskritti fil-punti (147) sa (149) fir-rigward tal-pluraliżmu tal-midja, tas-servizzi essenzjali medjali, tax-xandir ta’ stazzjonijiet lokali u reġjonali, tal-potenzjal innovattiv u tal-kompetizzjoni infrastrutturali.

(173)

F’dan ir-rigward għandu jiġi eżaminat aktar fil-fond jekk il-problema hijiex tassew falliment tas-suq li minħabba fih is-suq m’huwiex f’pożizzjoni li jilħaq l-aħjar għan possibbli fir-rigward ta’ l-interess pubbliku. It-tieninett irid jiġi eżaminat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex meħtieġa u xierqa bħala rimedju għal dan it-tip ta’ falliment tas-suq, u jekk il-miżura hijiex proporzjonali fir-rigward ta’ l-għan li jrid jintlaħaq. Biss jekk tkun kemm meħtieġa kif ukoll xierqa, il-miżura tkun tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE.

(174)

Il-Kummissjoni tista’ tifhem sa ċertu punt il-problema ta’ koordinazzjoni msemmija mill-Ġermanja, sakemm din fil-prinċipju tista’ tirrappreżenta falliment tas-suq li jostakola l-bidla mix-xandir analogu għal dak diġitali. Il-problema tinħoloq għax ix-xandara jridu jaqblu fuq data komuni biex jieqfu mix-xandir analogu u jibdew bix-xandir diġitali, sabiex jikkonfrontaw in-nuqqas ta’ frekwenzi u jżommu l-ispejjeż tax-xandir parallel baxxi kemm jista’ jkun. Il-konsumatur ikun jista’ jaqleb għax-xandir diġitali biss jekk l-offerta’ ta’ l-istazzjonijiet hemmhekk tilħaq ammont relevanti. Jista’ jkun ukoll li x-xandara jkunu jridu jistennew qabel jaqilbu huma, sakemm xandara oħra jaqilbu għall-pjattaforma diġitali. Mingħajr koordinazzjoni, konsiderazzjonijiet bħal dawn jistgħu jdewmu l-bidla.

(175)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li t-tneħħija mgħaġġla tax-xandir analogu bil-għan li jintuża aħjar l-ispettru ta’ frekwenzi mhux kodifikati tista’ tkun raġuni kompletament valida għall-intervent mill-Istat.

(176)

Filwaqt li tqis il-problema ta’ koordinazzjoni msemmija u b’konformità ma’ l-approċċ li ttieħed fid-Deċiżjoni ta’ Berlin-Brandenburg (87) il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni, li l-għajnuna kkonċernata la hija meħtieġa u lanqas hija strument xieraq għas-soluzzjoni tal-problema. Il-ħtieġa għall-koordinazzjoni fil-kuntest tal-bidla diġitali tista’ tiġi ssodisfata u fil-każ in kwistjoni ġiet meqjusa b’riżorsi, li għal dan il-għan kienu aktar xierqa u fl-istess ħin ma kinux ifixklu daqshekk il-kompetizzjoni.

(177)

Fil-każ preżenti, l-LfM u x-xandara rappreżentati fuq il-pjattaforma analoga fil-Ftehim fi prinċipju ta’ l-20 ta’ Ottubru 2003 qablu fuq skeda komuni. Barra dan, l-LfM irnexxielu jistabbilixxi data għax-xandara kollha biex jiġu restitwiti l-liċenzji tax-xandir analogu. L-LfM ikkoordina wkoll il-bidla diġitali mal-Länder tal-Ġermanja tat-tramuntana. B’dan il-mod il-pjattaforma terrestri diġitali setgħet fl-istess ħin tiġi mibdija f’diversi Länder tal-Ġermanja skond skeda komuni u mingħajr fażi simulcast għax-xandara privati. Għalhekk l-għajnuna finanzjarja ta’ l-ispejjeż tax-xandara matul il-bidla tidher li m’hijiex meħtieġa.

(178)

Skond il-Ġermanja, il-ħlas ippjanat ma serviex biss biex inaqqas lix-xandara privati parti mill-“ispejjeż addizzjonali” għax-xandir terrestri-diġitali, iżda wkoll bħala kumpens għal ċerti riskji ekonomiċi tax-xandara privati (eż. minħabba dħul kummerċjali aktar baxx). Fil-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali ta’ l-2003 f’dan ir-rigward jintqal: “Il-probabbiltà ta’ falliment tas-suq hija konnessa ma’ l-ambjent li fih issir il-bidla, kif ukoll ma’ l-interazzjoni bejn il-partijiet interessati ewlenin (88).” Fil-każ preżenti l-kumplessità setgħet tinżamm minima ħafna permezz tal-miżuri preparatorji tal-LfM biex b’hekk kull xandar kien informat dwar l-ispejjeż tax-xandir stmati u seta’ jistma hu stess id-dħul u l-infiq minn qabel.

(179)

Il-Ġermanja qatt ma ssostanzjat jew ikkwantifikat l-argumenti tagħha u lanqas tat deskrizzjoni eżatta tal-grad tar-riskji allegati. Il-Kummissjoni kellha dubju dwar jekk fil-bidla li s’issa rnexxiet mingħajr għajnuna mill-Istat kienx hemm riskji oħra għax-xandara privati barra r-riskji ekonomiċi marbutin ma’ l-attività kummerċjali tagħhom (89), li m’humiex marbutin mal-pjattaforma li minnha jxandru l-istazzjonijiet tagħhom. Il-fatt li fin-North Rhine-Westphalia kien hemm aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għax-xandir diġitali milli kien hemm liċenzji għad-dispożizzjoni jiċċara li x-xandara privati huma lesti wkoll mingħajr garanzija soda ta’ għajnuna mill-Istat li jieħdu sehem fid-DVB-T, li jħallsu l-ispejjeż tax-xandir imġarrba u li jieħdu r-riskju ekonomiku rispettiv.

(180)

Għal dak li jikkonċerna l-effetti esterni pożittivi permezz tar-rilaxx ta’ l-ispettru tal-frekwenzi, dawn il-vantaġġi jinħolqu prinċipalment bit-tneħħija tal-pjattafiorma terrestri analoga.Dwar din is-sitwazzjoni m’hemmx dubju fil-każ tan-North Rhine-Westphalia. Peress li bil-miżura l-ispejjeż tax-xandara privati, li madankollu huma inqas għal kull skeda tax-xandir bil-pjattaforma diġitali milli bil-metodu analogu, għandhom jiġu ssussidjati, il-miżura ma tista’ lanqas titqies bħala meħtieġa biex tkopri l-ispejjeż li jqumu għal perjodu qasir matul il-bidla.

Il-ħlas ta’ kumpens għar-restituzzjoni tal-liċenzji tax-xandir analogu

(181)

Barra dan, il-Ġermanja affermat li l-għajnuna hija meħtieġa biex jitħallas kumpens lix-xandara privati għar-restituzzjoni prematura tal-liċenzji analogi tagħhom. Iżda fl-istess ħin, mill-argumenti tal-Ġermanja jista’ jiġi inferit li x-xandara privati li qabel kienu rappreżentati fuq il-pjattaforma analoga ġew meqjusa bi prijorità bħala kumpens għar-restituzzjoni prematura tal-liċenzji analogi fil-proċedura ta’ l-allokazzjoni tal-liċenzji diġitali, b’hekk l-RTL u l-ProSiebenSat.1 setgħu japplikaw għal multiplessi sħaħ b’pakketti ta’ programmi.

(182)

F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tirrimarka li dan l-argument huwa biss relevanti fil-każ ta’ l-għoti ta’ fondi ta’ għajnuna lix-xandara tal-pjattaforma analoga, iżda ma jistax jintuża biex jagħti raġuni għan-neċessità ta’ l-għajnuna tax-xandara l-ġodda fuq il-pjattaforma tad-DVB-T. Iżda anki fir-rigward tax-xandara li s’issa kienu rappreżentati fuq il-pjattaforma analoga, dan l-argument m’huwiex tassew sostenibbli. Minn dak il-grupp ta’ xandara li rrestitwixxew il-liċenzji analogi tagħhom, il- ProSiebenSat.1 biss jirċievi għajnuna fil-kuntest tar-Regolament preżenti. Fil-kalkolazzjoni li għamlet il-Ġermanja ta’ dan is-sussidju, il-validità potenzjali tat-tul taż-żmien li jibqa’ tal-liċenzja ma ġietx meqjusa. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-għajnuna għall-ispejjeż tax-xandir ma tistax titqies li hija marbuta mar-restituzzjoni tal-liċenzji analogi u fir-rigward ta’ dan l-iskop ma tistax titqies bħala meħtieġa u xierqa.

(183)

Dan huwa minnu, peress li x-xandara diġà ħadu kumpens fil-kuntest ta’ l-allokazzjoni tal-liċenzji għax-xandir terrestri-diġitali. It-trattament prijoritarju ma ġiex illimitat għal garanzija ta’ disponibbiltà kontinwa ta’ l-istazzjonijiet analogi tagħhom fil-metodu diġitali, iżda ppermetta lill-RTL u lill-ProSiebenSat.1 li jkabbru l-offerta ta’ programmi tagħhom fil-metodu diġitali (żewġ skedi ta’ programmi addizzjonali għall-grupp RTL u tliet skedi ta’ programmi addizzjonali għall-ProSiebenSat.1). Fl-istess ħin xandara oħra applikaw ukoll għal liċenzja li fil-fatt, minħabba n-numru limitat ta’ kanali tax-xandir, ma setgħetx tingħatalhom.

Il-proporzjonalità

(184)

Il-Ġermanja tafferma li l-miżura hija proporzjonali fir-rigward ta’ l-għanijiet tagħha. Mill-perspettiva tal-Ġermanja l-għajnuna tikkonċerna l-minimu meħtieġ biex tiġbed lix-xandara privati lejn il-pjattaforma tad-DVB-T u b’hekk biex tiżgura wkoll il-kontinwità ta’ l-eżistenza tat-terrestri. Fl-opinjoni tagħha, il-proporzjonalità hija żgurata permezz tal-finanzjament ta' “is-spejjeż addizzjonali” li jinqalgħu minħabba x-xandir diġitali għal dawk ix-xandara, li qabel kienu jxandru l-istazzjonijiet tagħhom bil-pjattaforma analoga u permezz ta' provvediment għal finanzjament digressiv għall-operaturi l-ġodda tad-DVB-T. Dwar l-ammont ta’ għajnuna għax-xandara li s’issa ma kinux rappreżentati fuq il-pjattaforma analoga, il-Ġermanja ma ppreżentat l-ebda informazzjoni li tiġġustifika s-sehem tal-ħlas tax-xandir kopert mill-għajnuna mill-Istat.

(185)

Kif diġà spjegat, il-Kummissjoni f’bosta aspetti kellha dubju dwar il-pertinenza tal-kummenti u l-kalkolazzjonijiet li jikkonċernaw “l-ispejjeż addizzjonali” allegati mill-Ġermanja. Il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-miżura preżenti tissussidja l-ispejjeż tax-xandara li huma inqas għal kull skeda tax-xandir bit-terrestri diġitali milli bil-metodu analogu. Iżda “l-ispejjeż addizzjonali” allegati fil-każ tal-RTL u tal-ProSiebenSat.1 jiġu mġarrba biss għaliex dawn, għall-kuntrarju tax-xandir ta’ qabel bil-pjattaforma analoga, joffru aktar stazzjonijiet fin-North Rhine-Westphalia. Ix-xandara li s’issa ma kinux rappreżentati fuq il-pjattaforma terrestri ma jġarrbux “spejjeż addizzjonali” bħal dawn.

(186)

Għal dak li jikkonċerna lix-xandara, li qabel kienu jxandru l-istazzjonijiet tagħhom bil-pjattaforma analoga, il-miżura ma tistax titqies bħala kumpens għall-“ispejjeż addizzjonali” tax-xandir diġitali. Peress li l-bidla diġitali tax-xandara privati saret mingħajr il-fażi simulcast, ma ġġarbu wkoll l-ebda spejjeż tas-simulcast. “L-ispejjeż addizzjonali” minħabba l-investimenti f’tagħmir meħtieġ għall-bidla u f’affarijiet simili, ma ġewx allegati mill-Ġermanja. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-għajnuna, anki kieku ġiet meqjusa bħala meħtieġa u xierqa (quod non), ma kinitx limitata għall-minimu neċessarju.

2.3.3.   Il-konklużjoni fir-rigward ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE

(187)

Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-għanijiet ta’ interess pubbliku ġenerali allegati mill-Ġermanja u l-falliment tas-suq ipprovat marbut mal-bidla diġitali m’humiex raġuni suffiċjenti għall-għajnuna mogħtija. Il-Kummissjoni m’hijiex konvinta li l-għajnuna tikkonċerna miżura meħtieġa, xierqa u proporzjonali biex jiġi rimedjat il-falliment tas-suq f’ċerti oqsma u biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess pubbliku ġenerali msemmija mill-Ġermanja. Jekk is-suq, bħal fil-kuntest tas-suq preżenti, ikun jista’ jagħmel għad-dispożizzjoni diversi teknoloġiji (90) u bil-kundizzjonijiet tas-suq ikunu jistgħu jiżviluppaw diversi soluzzjonijiet kompetittivi, l-għajnuna mill-Istat għall-ispejjeż ta’ l-operat tax-xandara privati fuq il-pjattaforma tad-DVB-T tkun tirrappreżenta devjazzjoni mhux ġustifikata mill-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u twassal għal tfixkil tal-kompetizzjoni mhux neċessarju.

(188)

Għalhekk il-miżura ma tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE.

2.4.   L-ARTIKOLU 87(3)(b) TAT-TRATTAT TAL-KE

(189)

Skond l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE “l-għajnuna biex jiġu promossi proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni” tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni.

(190)

Skond il-Ġermanja, il-miżura ppjanata hija konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE. Il-bidla għax-xandir diġitali tirrappreżenta proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni fit-tifsira tal-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali li għandha wkoll effetti ekonomiċi, soċjali u politiċi. Il-miżura tikkonċerna l-ispejjeż kbar tal-bidla mġarrba fuq perjodu qasir u n-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni b’rabta mal-bidla diġitali, li ġew ukoll ittrattati fil-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali.

(191)

Il-Kummissjoni hi tal-fehma li m’huwiex biżżejjed li ssegwi għan ġenerali ta’ interess Ewropew komuni sabiex ikun jista’ jiġi invokat l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE. Il-proġett li jitwettaq permezz tal-miżura ma jridx biss ikun ta’ interess Ewropew komuni, iżda jrid ikollu wkoll dimensjoni Ewropea u jkun parti minn programm Ewropew transnazzjonali, li jew jiġi ffinanzjat b’mod konġunt minn diversi gvernijiet ta’ l-Istati Membri jew inkella jiġi mfassal minn azzjoni kkonċentrata ta’ diversi Stati Membri ġodda. Il-Qorti tal-Ġustizzja f’sentenza għamlet din il-formulazzjoni: “Is-sempliċi fatt li l-investimenti intenzjonati ġabu magħhom l-applikazzjoni ta’ teknoloġija ġdida ma jagħmilx il-proġett wieħed ta’ interess Ewropew komuni (91).”

(192)

Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-għajnuna mmirata tat-televiżjoni terrestri-diġitali f’żewġ żoni urbani fin-North Rhine-Westphalia ma tistax titqies bħala “proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni.”

2.5.   L-ARTIKOLU 87(3)(d) TAT-TRATTAT TAL-KE

(193)

L-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE jikkonċerna “l-għajnuna biex tiġi promossa l-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali, sakemm din ma taffettwax il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fis-soċjetà sal-punt li tmur kontra l-interess komuni.” Barra dan, l-Artikolu 151(4) tat-Trattat tal-KE jgħid: “Is-soċjetà fl-attività tagħha minħabba dispożizzjonijiet oħra ta’ dan it-Trattat tqis l-aspetti kulturali, b’mod partikolari għall-preservazzjoni u d-diversità tal-kulturi tagħha.”

(194)

Il-Ġermanja tafferma li l-miżura taqa’ taħt l-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE, peress li din tikkontribwixxi għal żona tax-xandir bilanċjata u b’hekk tippromwovi wkoll il-kultura fit-tifsira ta' l-Artikolu 151 tat-Trattat tal-KE.

(195)

Skond l-Artikolu 151(4) tat-Trattat tal-KE is-soċjetà fl-attività tagħha trid tqis l-aspetti kulturali. Skond il-Kummissjoni “d-dispożizzjoni derogatorja kulturali” mfissra fl-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE bħal kull eċċezzjoni oħra għandha madankollu tiġi interpretata b’mod ristrett. Għalhekk, din id-deroga skond il-Kummissjoni tista’ tiġi implimentata biss f’każijiet li fihom l-assi kulturali jkunu identifikati b’mod ċar jew ikunu jistgħu jiġu identifikati (92). Barra dan, il-kunċett ta’ kultura għandu jkun japplika għall-kontenut u għat-tip tal-prodott ikkonċernat u mhux sempliċiment għall-mezz tal-midja u x-xandir tiegħu (93).

(196)

Fil-każ preżenti l-għajnuna tikkonċerna t-trażmissjoni tas-sinjali tax-xandir u m’għandha l-ebda rabta ma’ kontenut kulturali partikolari, li mod ieħor ma kienx jiġi mxandar. Għalhekk ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE skond il-Kummissjoni m’humiex issodisfati.

2.6.   L-ARTIKOLU 86(2) TAT-TRATTAT TAL-KE

(197)

L-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE jgħid: “Ir-Regolamenti ta’ dan it-Trattat jgħoddu għall-kumpaniji li jagħtu servizzi ta’ interess ekonomiku komuni jew li għandhom il-karattru ta’ monopolju finanzjarju, b’mod partikolari r-regoli tal-kompetizzjoni, sakemm l-applikazzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti ma tostakolax legalment jew effettivament is-sodisfazzjon ta’ l-obbligi speċifiċi li jingħatawlhom. L-iżvilupp tal-kummerċ ma jistax ikun affettwat b’mod li jmur kontra l-interess tal-Komunità.”

(198)

Kif diġa spjegat fil-premessa 91 u 92, il-Ġermanja tafferma li l-miżura tikkonċerna kumpens biex jiġi pprovdut servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, f’dan il-każ ix-xandir ta’ l-istazzjonijiet bil-pjattaforma tad-DVB-T. Ix-xandara privata permezz tal-liċenzji li ġew allokati għax-xandir għandhom funzjoni ta’ servizz pubbliku li jobbligahom għax-xandir pubbliku ta’ l-istazzjonijiet tagħhom. Finanzjament insuffiċjenti jostakola s-sodisfar ta’ dawn l-obbligi tas-servizz pubbliku. Mingħajr il-miżura ppjanata, ix-xandara privati ma kinux ikunu lesti li jieħdu sehem fl-introduzzjoni tad-DVB-T, u dan imbagħad kien jipperikola l-kontinwità ta’ l-eżistenza tat-terrestri. Barra dan, l-iżvilupp tal-kummerċ minħabba l-għajnuna ma ġiex affettwat b’mod li jmur kontra l-interess tal-Komunità.

(199)

Skond il-ġurisprudenza rispettiva għall-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE min jirċievi l-għajnuna jrid jingħata l-funzjoni ta’ servizz speċifiku ta’ interess ekonomiku komuni minn Stat Membru, b’hekk l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE jkun jista’ jiġi applikat. Att ta’ tali responsabbiltà jrid ikun fih dettalji preċiżi dwar it-tip, l-ambitu u t-tul tas-servizz pubbliku u jrid isemmi l-kumpanija interessata.

(200)

Kif spjegat fil-premessa 93, il-Kummissjoni m’għandhiex dubju dwar jekk id-diġitalizzazzjoni tax-xandir hijiex ta’ interess pubbliku ġenerali. Fuq il-bażi tar-riżultati spjegati fil-premessa 92 sa 96 il-Kummissjoni madankollu tasal għall-konklużjoni li l-miżura li biha għandha tingħata għajnuna l-attività kummerċjali regolari ta’ intrapriżi kummerċjali ma tistax titqies bħala kumpens għas-sodisfazzjon ta’ l-obbligi tas-servizz pubbliku fit-tifsira ta’ l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE.

(201)

Anki jekk ix-xandara privati jkollhom funzjoni ta’servizz pubbliku (quod non), il-ħlas ta’ kumpens skond l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE ma jistax jaqbeż l-ispejjeż netti għas-sodisfazzjon ta’ l-obbligi tas-servizz pubbliku taħt konsiderazzjoni relevanti u ma jistax jaqbeż profitt xieraq.

(202)

Kif spjegat fil-premessa 97 sa 99, l-għajnuna ppjanata mill-Istat m’hijiex ibbażata fuq kriterji oġġettivi kif stipulat fl-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE. Il-miżura fil-fatt tqis l-ispejjeż tax-xandara privati minħabba x-xandir bil-pjattaforma terrestri-diġitali, iżda mhux id-dħul tagħhom (eż. mir-reklami).

(203)

Biex ikun żgurat li l-kriterju tan-neċessità bbażat fuq l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE jiġi ssodisfat, l-awtoritajiet iridu jirregolaw l-għoti tas-sussidji permezz tar-Regolamenti, bħal ma jrid jiġi kkalkolat u vverifikat l-ammont ta’ kumpens. L-Istati Membri għandhom jiżguraw permezz ta’ kontrolli regolari li ma jingħatawx kumpensi żejda. Għall-miżura kkonċernata, dawn it-tipi ta’ Regolamenti u kontrolli m’humiex ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti.

(204)

Minħabba dawn il-konsiderazzjonijiet il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-għajnuna ma tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE.

VII.   KONKLUŻJONI

(205)

Il-Kummissjoni tasal għalhekk għall-konklużjoni li l-għajnuna ppjanata mil-LfM għax-xandara privati tikkonċerna għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE li ma tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87(3)(c), l-Artikolu 87(3)(b), l-Artikolu 87(3)(d) u l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja trid tagħti lix-xandara privati fil-kuntest ta’ l-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri fin-North Rhine-Westphalia fuq il-bażi tad-Direttiva tal-Landesanstalt (l-uffiċju reġjonali) għall-midja fin-North Rhine-Westphalia dwar l-għoti ta’ benefiċċji għall-għajnuna tat-televiżjoni diġitali terrestri bħala miżura u proġett għal teknoloġiji tax-xandir ġodda skond l-Artikolu 88 (3) tal-LMG NRW tad-19 ta’ Novembru 2004 u li kienet ġiet innotifikata mill-Kummissjoni permezz ta’ l-ittra datata t-13 ta’ Jannar 2005, mhix kompatibbli mas-suq komuni.

Għal dawn ir-raġunijiet l-għajnuna ma tistax tingħata.

Artikolu 2

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tinforma lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni dwar il-miżuri li ttieħdu għall-finijiet ta’ konformità mad-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Għajnuna mill-Istat Nru C 34/06 (eks N 29/05) – L-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fin-North Rhine-Westphalia – Stedina biex jiġu sottomessi kummenti in segwitu għall-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE (ĠU C 204, 26.8.2006, p. 9).

(2)  Għajnuna mill-Istat C 25/04 – L-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) f’Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja, 9 ta’ Novembru 2005 (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 14).

(3)  Ittri tat-2 ta’ Diċembru 2005, 9 ta’ Diċembru 2005 u 12 ta’ Diċembru 2005.

(4)  Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni formali f’dan il-każ ġiet ukoll introdotta fid-19 ta’ Lulju 2006 (C 33/06, eks N 576/04). Il-Bavarja ddeċidiet aktar tard, li tillimita l-miżura għal għajnuniet de minimis għal dawk li jagħtu servizzi lokali ta’ xandir u li tirtira n-notifikazzjoni (Ittri tal-Gvern Federali tat-22 ta’ Ġunju 2007 u tal-11 ta’ Lulju 2007).

(5)  Ara nota tal-qiegħ 1.

(6)  Ittra ta’ l-20 ta’ Settembru 2006, reġistrata fit-22 ta’ Settembru 2006.

(7)  Ittra tal-21 ta’ Settembru 2006, reġistrata fit-22 ta’ Settembru 2006.

(8)  Ittra tal-25 ta’ Settembru 2006, reġistrata fit-3 ta’ Ottubru 2006.

(9)  KUMM(2002) 263 finali, eEwropa 2005: soċjetà ta’ informazzjoni għal kulħadd; KUMM(2003) 541 finali, komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bidla mix-xandir analogu għal dak diġitali (il-bidla diġitali u t-tneħħija tax-xandir analogu) u KUMM(2005) 204 finali, komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bidla mgħaġġla mix-xandir analogu għal dak diġitali.

(10)  KUMM(2005) 204, komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bidla mgħaġġla mix-xandir analogu għal dak diġitali.

(11)  Il-Ministeru Federali għall-ekonomija u t-teknoloġija (2000): l-introduzzjoni tax-xandir diġitali fil-Ġermanja, “Xenarju tal-bidu 2000”, Rapport ta’ evalwazzjoni u rakkomandazzjonijiet ta’ l-inizjattiva “xandir diġitali” għad-diġitalizzazzjoni tar-radju u t-televiżjoni b’konsiderazzjoni tax-xandir bil-kejbil, satellita u tax-xandara televiżivi.

(12)  Il-liġi dwar il-medja reġjonali fin-Nordrhein-Westfalen kif emendata fit-2 ta’ Lulju 2002. (Gazzetta tal-liġijiet u r-Regolamenti għal-Land NRW tat-30 ta’ Lulju 2002, Nru 20, p. 334), emendata fl-2004 (Gazzetta tal-liġijiet u r-Regolamenti għal-Land NRW tas-17 ta’ Diċembru 2004, Nru 45, p. 774) u 2007 (Gazzetta tal-liġijiet u r-Regolamenti għal-Land NRW tas-tas-29 ta’ Ġunju 2007, Nru 13, p. 192).

(13)  Fin-notifikazzjonijiet li għamlet il-Ġermanja issemmew investimenti mill-Istat ta’ madwar EUR 15-il miljun għall-istabbiliment tan-netwerks tal-kejbil broadband fit-tmeninijiet.

(14)  Il-komunità ta’ ħidma ta’ riċerka televiżiva Arbeitsgemeinschaft Fernsehforschung (AGF) hija federazzjoni ta’ l-akbar xandara Ġermaniżi li tkejjel l-imġiba tat-telespettaturi televiżivi. SES/ASTRA huwa l-akbar fornitur ta’ servizzi bis-satellita fil-Ġermanja u kull sena jippubblika l-German Satellite Monitor biex jispjega l-metodi varji ta’ xandir televiżiv. Fi grafika 1 l-informazzjoni ta’ l-ASTRA/Infratest li nġabret fl-aħħar ta’ kull sena (jiġifieri fl-aħħar ta’ l-2005) ġiet irrelatata ma’ l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara (jiġifieri l-1 ta’ Jannar 2006, eż. 1.1.2006), biex tkun tista’ tiġi mqabbla ma’ l-informazzjoni ta’ l-AGF/GfK li tinġabar kull darba fil-bidu tas-sena.

(15)  Rapport ta’ diġitalizzazzjoni 2007 – Pożizzjoni Komuni ta’ l-Aċċess Diġitali (GSDZ), Komunità ta’ Ħidma ta’ l-Awtorità tal-Midja tal-Land (ALM).

(16)  Rapport ta’ diġitalizzazzjoni 2007, paġna 56.

(17)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bidla mix-xandir analogu għal dak diġitali, ara nota ta' qiegħ il-paġna Nru 9.

(18)  Dik li tissejjaħ “strateġija tal-bidla insulari”.

(19)  Dak iż-żmien kien għadu l-uffiċċju reġjonali għax-xandir fin-North Rhine-Westphalia.

(20)  ARD tfisser komunità ta’ ħidma ta’ l-entitajiet pubbliċi tax-xandir tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ZDF tfisser it-tieni televiżjoni Ġermaniża, WDR Cologne tfisser ix-xandir tal-Ġermanja tal-Punent ta’ Cologne.

(21)   “Għaċ-ċittadini kkonċernati li huma soċjalment dgħajfa għandu jiġi żviluppat kunċett ta’ għajnuna”. Skond l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, l-LfM madankollu għadu ma żviluppa l-ebda kunċett ta’ għajnuna ta’ dan it-tip.

(22)  Multipless jikkorrespondi għal pakket ta’ frekwenzi, li fl-NRW jintuża għal erba’ skedi ta’ programmi.

(23)  F’parti taż-żona metropolitana ta’ Düsseldorf/Ruhrgebiet (id-distrett ta’ Oberberg) diġà saret il-bidla mingħajr il-parteċipazzjoni tax-xandara privati.

(24)  Mill-31 ta’ Awissu 1991, emendat l-aħħar b’effett mill-1 ta’ Marzu 2007.

(25)  L-ittra tal-RTL tas-17 ta’ Novembru 2003, l-ittra tal-VOX tal-5 ta’ Diċembru 2003 u l-ittra tal-ProSiebenSat.1 tat-23 ta’ Diċembru 2003.

(26)   “L-ewwel allokazzjonijiet għall-estensjoni tax-xandir terrestri diġitali fir-reġjun kollu u x-xandir ta’ programmi televiżivi u servizzi tal-midja fid-DVB-T standard fin-North Rhine-Westphalia, notifikazzjoni tal-LfM ta’ l-4 ta’ Diċembru 2003 ”, gazzetta ministerjali tar-reġjun tat-30 ta’ Diċembru 2003.

(27)  Id-dispożizzjoni li l-kanali ta' programmi li huma preżenti fin-netwerk rispettiv ta' l-ATT jeħtieġ li jingħataw prijorità meta jingħataw il-liċenzji għad-DVB-T, hija bbażata fuq l-Artikolu 52a(1) tat-Trattat dwar ix-Xandir ta' l-Istat u hi msemmija fl-Artikolu 28 (1) tal-Liġi dwar il-Midja NRW.

(28)  Fit-tweġiba tagħhom tat-23 ta’ Marzu 2003 l-awtoritajiet Ġermaniżi avżaw, li skond l-Artikolu 28 dwar l-LMG NRW teżisti l-possibbiltà, li l-kummissjoni tal-midja tal-LfM talloka multiplessi sħaħ lix-xandara RTL Group u ProSiebenSat.1. Il-paragrafu msemmi jgħid li x-xandara bi stazzjonijiet li jiġu estiżi b’mod analogu, għandhom jiġu kkunsidrati bi prijorità.

(29)  Lill-Onyx Television GmbH ġiet allokata l-liċenzja, u kien magħruf, li x-xandar mill-20 ta’ Mejju 2004 kien se jibdel l-istazzjon tiegħu u jibdel ix-xandar mużikali tiegħu onyx.tv max-xandar dokumentarju Terra Nova.

(30)  Ara l-komunikazzjoni fuq il-websajt tal-LfM: http://www.lfm-nrw.de/presse/index.php3?id=537

(31)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-RegTP Nru 3/2004, Nru 3/2004, p. 82.

(32)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-RegTP Nru 23/2002, Nru 36/2002, p. 1695.

(33)  It-tweġibiet tal-Ġermanja tat-2 ta’ Mejju 2005.

(34)  45 % ta’ dawn il-fondi jmorru għall-Filmstiftung NRW GmbH.

(35)  Ara premessa 22.

(36)  Ir-riżultat ta’ l-analiżi tas-suq ġie kkomunikat lill-Kummissjoni fil-31/7/2006.

(37)  L-ammont li t-T-Systems attwalment ġabret mix-xandara privati għax-xandir terrestri diġitali huwa madankollu aktar baxx. Skond il-Ġermanja l-ħlas għal kull skeda ta’ programmi għal kull sena (eż. għall-2005 u 2006) jammonta għal madwar EUR 611 000.

(38)  In-notifika ma fiha l-ebda dettalji dwar kif ġie kkalkulat il-ħlas tax-xandir totali għall-Länder tal-Ġermanja tat-tramuntana.

(39)  Kemm għax-xandir analogu kif ukoll għal dak diġitali l-ħlas tax-xandir jiġi kkalkulat skond in-numru ta’ l-stazzjonijiet imxandra kollha tax-xandara. Il-metodu ta’ kalkolazzjoni li jintuża mill-awtoritajiet Ġermaniżi ma jqisx l-ogħla numru ta’ stazzjonijiet fil-mod tax-xandir diġitali mqabbel max-xandir analogu, għalkemm din iż-żieda ultimament hija l-kawża tal-ħlas totali għoli tax-xandir diġitali. Barra dan, id-dħul tax-xandara mix-xandir ta’ dawn l-istazzjonijiet mhux se jkun inkluż fil-kalkolazzjonijiet. Il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni ta’ dan il-metodu ta’ kalkolazzjoni fil-premessi 74, 123 u 171 ta’ din id-Deċiżjoni.

(40)  Il-ProSiebenSat.1 u l-Assoċjazzjoni tal-Kejbil Ġermaniża (DKV) ma tawx l-opinjoni tagħhom fil-kuntest ta’ din il-proċedura. Sabiex tkun preċiża l-Kummissjoni tavża li dawn il-partijiet interessati taw l-opinjonijiet tagħhom dwar l-istess każ li jikkonċerna lill-Bavarja (każ ta’ l-għajnuna C 33/06, ara premessa 4). Il-ProSiebenSat.1 bħala xandar benefiċjarju enfasizza mill-perspettiva ekonomika l-importanza ta’ l-għajnuna għall-bidla u għar-riċeviment tal-pjattaforma terrestri. Il-ProSiebenSat.1 afferma li, fid-dawl tas-sehem tas-suq li qed jonqos tal-pjattaforma terrestri, ikkunsidra, li ma jużax aktar dan il-metodu ta’ xandir. Il-ProSiebenSat.1 kompla jsostni li, minħabba r-riskji ekonomiċi marbuta mal-bidla (fost l-oħrajn ir-riskju ta’ kopertura minima wara l-bidla), ma kienx jieħu sehem fl-introduzzjoni tad-DVB-T mingħajr l-għajnuna notifikata. Barra dan, il-parteċipazzjoni tal-gruppi kbar ta’ kumpaniji privati tax-xandir flimkien ma’ l-entitajiet pubbliċi tax-xandir kienet tkun meħtieġa, biex tiżgura l-interess tal-konsumatur fid-DVB-T. Il-ProSiebenSat.1 sostna, li kwalunkwe vantaġġ se jkompli jingħata mix-xandara lill-operaturi tan-netwerk fil-forma ta’ ħlas tax-xandir. Fl-aħħar, il-ProSiebenSat.1 spjega li l-għajnuna sservi wkoll biex tikkumpensa l-vantaġġ ta’ l-entitajiet pubbliċi tax-xandir li jiddisponu minn fondi sostanzjali għad-diġitalizzazzjoni u biex ikollha effett pożittiv fuq il-kompetizzjoni ta’ l-infrastruttura. L-Assoċjazzjoni tal-Kejbil Ġermaniża madankollu appoġġjat id-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Skond l-Assoċjazzjoni l-miżura pjanata tfixkel il-kompetizzjoni bejn il-metodi varji tax-xandir u lanqas biss hija neċessarja għall-introduzzjoni tad-DVB-T. Id-DKV enfasizzat ukoll alternattivi oħra relatati mas-suq għall-finanzjament tad-DVB-T. Skond l-Assoċjazzjoni tal-Kejbil l-introduzzjoni tad-DVB-T wasslet għal telf ta’ klijenti ta’ l-operaturi tal-kejbil: fl-2005 f’dan is-settur ġie reġistrat madwar 33 % aktar mill-2004 ta’ nuqqas kbir ta’ klijenti. Id-DKV enfasizzat li l-kopertura terrestri skond l-istatistiki ta’ l-ASTRA tjiebet b’mod ċar f’kull Land tal-Ġermanja minn mindu saret il-bidla għad-DVB-T. Fil-fehma tad-DKV, il-miżura se tagħti vantaġġ lid-Deutsche Telekom fil-bidu ta’ l-offerta tagħha ta’ l-IP-TV. Fl-aħħarnett, id-DKV sostniet li ma kienet teżisti l-ebda ġustifikazzjoni ta' interess pubbliku biex tiffavorixxi lid-DVB-T għad-detriment ta' infrastrutturi oħra mill-perspettiva tal-pluralità tal-midja, ix-xandir ta’ programmi lokali u reġjonali jew kopertura universali.

(41)  Skond l-ish l-argument tat-televiżjoni reċevibbli “bla ħlas” permezz tad-DVB-T kien wieħed importanti fil-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ l-awtoritajiet għall-introduzzjoni tad-DVB-T, li biha l-klijenti ġew imħajra jaqilbu mill-kejbil għad- DVB-T.

(42)  COM(2003) 541 finali, ara nota tal-qiegħ 9.

(43)  Is-Sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004 fil-Kawża C-345/02, Pearle et, Ġabra ta’ l-2004, p. I-7139, punt 35 b’referenza għas-sentenza tal-21 ta’ Marzu 1988 fil-Kawża C-303/88 l-Italja/ il-Kummissjoni, Ġabra ta’ l-1991, p. I-1433, punt 11 u s-sentenza tas-16 ta’ Mejju 2002 fil-Kawża C-482/99 Franza/il-Kummissjoni (Stardust Marine), Ġabra ta’ l-2002, p. I-4379, punt 24.

(44)  Il-Kawża C-345/02, Pearle et, Ġabra. ta’ l-2004, p. I-7139, punt 34 b’referenza għas-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, fil-każ C-379/98, PreussenElektra AG, punt 58; ara wkoll is-sentenza tas-17 ta’ Marzu 1993 fil-Kawżi magħquda C-72/91 u C-73/91, Firma Sloman Neptun Schiffahrt AG, Ġabra ta’ l-1993, p. I-887, punt 19.

(45)  Il-Kawża C-482/99, Franza/il-Kummissjoni, Stardust Marine, Ġabra ta’ l-2002, p. I-4379, punt 23.

(46)  Il-Kawża C-379/98, PreussenElektra, Ġabra ta’ l-2001, p. I-2099.

(47)  Il-Kawżi magħquda C-72/91 u C-73/91, Sloman Neptun/Bodo Ziesner, Ġabra ta’ l-1993, p. I-887.

(48)  Il-Kawża C-345/02, Pearle et, Ġabra ta’ l-2004, p. I-7139.

(49)  Il-liġi tal-midja lokali fin-North Rhine-Westphalia, l-Artikolu 117.

(50)  Il-liġi tal-midja lokali fin-North Rhine-Westphalia, l-Artikolu 113 u l-Artikolu 114.

(51)  It-Trattat ta’ l-Istat dwar ix-xandir, l-Artikoli 40 (1) u (2).

(52)  Il-liġi tal-midja lokali fin-North Rhine-Westphalia, l-Artikolu 27 (1).

(53)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża E 3/2005 “l-iffinanzjar tax-xandir pubbliku fil-Ġermanja” (ĠU C 185, 8.8.2007, p. 1).

(54)  Ara pereżempju s-sentenza tat-2 ta’ Lulju 1974 fil-Kawża 173/73, l-Italja/il-Kummissjoni, Ġabra 1974, p. 709. F’din is-sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja ddeterminat li l-fondi li jintużaw għall-miżura jridu jitqiesu bħala fondi ta’ l-Istat, anki jekk dawn jinġabru jew jiġu amministrati minn korpi oħrajn barra l-awtoritajiet ta’ l-Istat, jekk dawn jiġu ffinanzjati minn ħlas legalment preskritt (eż. ħlas simili għat-taxxi) u sussegwentement jitqassmu skond il-liġi ta’ l-Istat.

(55)  Ara n-nota tal-qiegħ 45.

(56)  Ara n-nota tal-qiegħ 46.

(57)  Kif spjegat fipremessa 74, it-tabella turi li l-paragun li għamlet il-Ġermanja bejn l-spejjeż għax-xandir analogu u l-ispejjeż għax-xandir diġitali m’huwiex oġġettiv għax fih ma ġiex meqjus in-numru ta’ stazzjonijiet li żdied, li minħabba fihom iqumu l-ispejjeż addizzjonali. Għalhekk il-ProSiebenSat.1 fuq il-pjattaforma analoga kien rappreżentat minn stazzjon wieħed biss (Sat1), filwaqt li x-xandar fuq il-pjattaforma diġitali joffri erba’ stazzjonijiet. Mit-tabella jirriżulta wkoll b’mod ċar li l-ħlas tax-xandir għall-istazzjon Sat1 fuq il-pjattaforma diġitali huwa aktar baxx minn dak fuq il-pjattaforma analoga. Il-ħlas tax-xandir differenti għall-istazzjonijiet tal-RTL Group u l-ProSiebenSat.1, li fit-tabella jidher bil-korsiv, ġie inkluż biex juri l-elementi kollha tal-kalkolazzjoni totali għaż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji tax-xandir li għall-kuntrarju ta’ xandara privati oħra diġà kienu rappreżentati fuq il-pjattaforma analoga.

(58)  Ara t-tabelli 2 u 3 għall-ammonti annwali. Dawn il-figuri huma bbażati fuq l-ispejjeż stmati; il-Land tan-NRW se tagħmel kalkolazzjonijiet ġodda fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż attwali.

(59)  L-istazzjonijiet li f’din il-kolonna huma indikati li huma bla ħlas ma xxandrux b’mod analogu.

(60)  Il-ħlas tax-xandir diġitali hawnhekk jikkorrispondi mal-ħlas tax-xandir stmat u mhux ma’ dak attwali.

(61)  L-ittra tal-Ġermanja tal-25 ta’ April 2005.

(62)  Il-kummenti mressqa mill-Ġermanja jikkonċernaw bażikament l-istess kwistjonijiet li l-ProSiebenSat.1 qajjem ukoll f’każ simili tal-Bavarja (ara n-nota tal-qiegħ 4).

(63)  Sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2000 fil-Kawża C-156/98, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, Ġabra ta’ l-2000, p. I-6857.

(64)  Sentenza tat-13 ta’ Ġunju 2002 fil-Kawża C-382/99, L-Olanda vs Il-Kummissjoni, Ġabra ta’ l-2002, p. I-5163.

(65)  Il-Kawża C-156/98, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, Ġabra ta’ l-2000, p. I-6857, paragrafu 61.

(66)  Sentenza ta’ l-24 ta’ Lulju 2003 fil-Kawża C-280/00, Altmark Trans und Regierungspräsidium Magdeburg/Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, Ġabra ta’ l-2003, p. I-7747.

(67)  L-Artikolu 27 (1) tal-LMG fl-NRW.

(68)  Fil-premessi 163 sa 171 dan l-argument huwa ttrattat aktar fit-tul.

(69)  Kif il-Kummissjoni kienet diġà ddeċidiet f’każijiet preċedenti, it-talbiet legali ġenerali ma jistgħux jitqiesu bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali; għal dan ara l-premessa 87 fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża C 2/03 “L-għajnuna tad-Danimarka għat-TV2/DANMARK” (ĠU L 85, 24.3.2006, p. 1) u l-premessa (14) tad-Deċiżjoni 97/606/KE tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 1997 skond l-Artikolu 90 (3) tat-Trattat tal-KE dwar l-allokazzjoni tad-dritt esklussiv għax-xandir ta’ reklamar televiżiv fi Fjandra (ĠU L 244, 6.9.1997, p. 18).

(70)  Jekk l-argumenti li ppreżentat il-Ġermanja jkunu japplikaw, kull liċenzja li tingħata għax-xandir jew għall-għoti ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi tkun tista’ titqies bħala inkarigu uffiċjali b’obbligu tas-servizz pubbliku.

(71)  Premessa 75 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(72)  Għas-selettività tal-miżura, mhux relevanti jekk it-trattament prijoritarju kienx ġustifikat jew le.

(73)  Il-Kummissjoni m’għandha l-ebda informazzjoni li minnha jirriżulta li f’dan il-każ ġew ipprovduti riżorsi mill-Istat.

(74)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza tad-29 ta’ Settembru 2000, fil-Kawża T-55/99 Confederación Española de transporte de mercancías (CETM)/Il-Kummissjoni, Ġabra ta’ l-2000, p. II-3207.

(75)  Sentenza tat-3 ta’ Marzu 2005 fil-Kawża C-172/03, Heiser/Amministrazzjoni Fiskali ta’ Innsbruck (ĠU C 106, 30.4.2005, p. 5).

(76)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza tat-30 ta’ April 1998 fil-Kawża T-214/95 Vlaams Gewest/il-Kummissjoni, Ġabra ta’ l-1998, p. II-717.

(77)  B’hekk il-ProSiebenSat.1 f’Ġunju 2007 ħa f’idejh l-SBS Broadcasting Group. Il-grupp ta’ kumpaniji ġdid se jkun qed jopera f’aktar minn għaxar pajjiżi Ewropej.

(78)  Ara n-nota tal-qiegħ 9.

(79)  Ara fost l-oħrajn: N622/03 fondi għad-diġitalizzazzjoni – l-Awstrija, 16 ta’ Marzu 2005, ĠU C 228, 17.9.2005, p. 12; C 25/04 l-introduzzjoni tat-televiżjoni terrestri diġitali (DVB-T) f’Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja, 9 ta’ Novembru 2005, ĠU L 200, 22.7.2006, p. 14; NN64/05 sostituzzjoni tal-liċenzji diġitali – ir-Renju Unit, 25 ta’ Jannar 2006, ĠU C 218, 9.9.2006, p. 10; N111/06 Aide TNT pour les régions sans simulcast – Franza, 12 ta’ Ottubru 2006, ĠU C 293, 2.12.2006, p. 6; N546/06 Fonds d'aide à des particuliers dans la perspective de la fin de la radiodiffusion analogique – Franza, 6 ta’ Diċembru 2006, ĠU C 23, 1.2.2006, p. 1; C24/04 l-introduzzjoni tat-televiżjoni terrestri diġitali fl-Iżvezja, 20 ta’ Diċembru 2006, ĠU L 112, 30.4.2007, p. 77; C52/05 għotja għax-xiri ta’ decoders diġitali – l-Italja, 24 ta’ Jannar 2007, ĠU L 147, 8.6.2007, p. 1; N270/06 Contributi ai decoder digitali – l-Italja, 24 ta’ Jannar 2007, ĠU C 80, 13.4.2007, p. 3; N107/07 Subsidies to IdTV – l-Italja, 28 ta’ Frar 2007, għadu mhux pubblikat; N103/07 Appaġġ għall-ksib ta’ apparoti li jiddekawdjaw u l-adattament ta’ antenni f’ Soria – Spanja, 25 ta’ Settembru 2007, (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(80)  L-ittri a) sa d) jirreferu għall-miżuri fil-Kawża N622/03 Fondi għad-Diġitalizzazzjoni – l-Awstrija, u l-ittri e) sa h) huma spjegati fid-Deċiżjoni finali fil-Kawża C25/04 DVB-T Berlin-Brandenburg.

(81)  Peress li l-vantaġġ indirett possibbli li l-operatur tan-netwerk tax-xandir T-Systems jista’ jieħu mill-miżura huwa marbut ħafna mar-riżorsi tax-xandara privati, il-Kummissjoni tivverifika l-kompatibbiltà tal-miżura ta’ l-għajnuna kollha.

(82)  Id-Deċiżjoni fil-Kawża DVB-T Berlin-Brandenburg, premessa 109 ff. u fil-Kawża C52/05 Decoders Diġitali Taljani, premessa 153 ff., ara n-nota tal-qiegħ 79.

(83)  L-interess ta’ l-operaturi tas-suq ġodda fi skeda ta’ programmi fuq il-pjattaforma tad-DVB-T, anki mingħajr garanzija definita ta’ riżorsi ta’ għajnuna mill-Istat jirriżulta mill-fatt li għall-iskeda ta’ programmi tat-Terra Nova (2007) kien hemm seba’ applikanti li eventwalment ġew allokati t-Tele 5.

(84)  Ara l-premessa 64 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ.

(85)  Ara pereżempju COM(2007) 409, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007 dwar it-tisħiħ tas-suq intern għat-televiżjoni ċellulari.

(86)  Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li fil-każ Berlin-Brandenburg, minkejja d-deċiżjoni negattiva u l-irkupru ta' l-għajnuna mogħtija, ix-xandara privati kollha li huma affettwati mid-deċiżjoni f'dan il-każ, għadhom ixandru l-istazzjonijiet tagħhom bid-DVB-T (ara http://www.garv.de/).

(87)  Ara l-punti (95) ff. fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2006 dwar l-introduzzjoni tad-DVB-T f’Berlin-Brandenburg .

(88)  Il-Komunikazzjoni dwar il-bidla diġitali, ara n-nota tal-qiegħ 9.

(89)  Anki jekk l-operatur tan-netwerk tax-xandir ikollu forsi jieħu ċertu riskju ekonomiku, m’hemm l-ebda sinjal li juri li s-suq ma jkunx jista’ jiffaċċja dan it-tip ta’ riskju (ara wkoll il-premessa 114) tad-Deċiżjoni ta’ Berlin-Brandenburg).

(90)  L-għajnuna tad-DVB-T tista’ tostakola l-istabbiliment ta’ pjattaforma oħra bħall-IPTV fuq il-broadband, li toffri benefiċċji oħra u tista’ tiżviluppa b’mod awtonomu.

(91)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Marzu 1988 fil-Kawżi C-62/87 u 72/87, Exécutif régional wallon u Glaverbel vs Il-Kummissjoni, Ġabra ta’ l-1998, p. I-1573.

(92)  Ara fost l-oħrajn id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Kawżi NN 88/98 BBC 24-hours - kanal tematiku ta’ l-aħbarijiet mingħajr reklami (ĠU C 78, 18.3.2000, p. 6) u NN 70/98 Il-kanal tat-tfal u Phoenix (ĠU C 238, 21.8.1999, p. 3).

(93)  Ara fost l-oħrajn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża N 458/2004 Għajnuna mill-Istat lill-Espacio Editorial Andaluza Holding sl. (ĠU C 131, 28.5.2005, p. 12).


3.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 236/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Marzu 2008

dwar l-għajnuna mill-istat li l-Belġju fi ħsiebu jagħti lil Volvo Cars Gent (C 35/2007 (ex N 256/07))

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 832)

(It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/709/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1),

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Il-proġett ta’ għajnuna għal taħriġ favur l-impjant ta’ mmuntar ta’ karozzi Volvo f’Gent (Volvo Cars Gent, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “VCG”) ġie nnotifikat lill-Kummissjoni permezz ta’ l-ittra ta’ l-4 ta’ Mejju 2007. Fil-31 ta’ Mejju 2007 saret laqgħa mas-servizzi tal-Kummissjoni. Wara din il-laqgħa, il-Belġju bagħat informazzjoni supplementari bl-ittra tas-6 ta’ Lulju 2007.

(2)

B’ittra tat-12 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni informat lill-Belġju bid-deċiżjoni tagħha li tibda’ l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward tal-miżura notifikata (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “id-deċiżjoni tal-ftuħ”).

(3)

Id-Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom. Hija ma rċeviet l-ebda kumment.

(4)

Il-Belġju wieġeb għad-deċiżjoni tal-ftuħ permezz ta’ ittra bid-data tal-15 ta’ Ottubru 2007. Fit-23 ta’ Ottubru 2007, l-awtoritajiet Belġjani, il-benefiċjarju, u l-Kummissjoni ltaqgħu u f’din iċ-ċirkostanza ġew ippreżentati xi dokumenti lill-Kummissjoni. Il-Belġju bagħat informazzjoni ulterjuri bl-ittra tat-23 ta’ Novembru 2007. Il-Kummissjoni talbet għal xi kjarifiki permezz ta’ ittra bid-data tal-21 ta’ Diċembru 2007 u l-Belġju wieġeb b’ittri bid-dati tat-8, il-15 u s-16 ta’ Jannar 2008.

II.   DESKRIZZJONI TAL-PROĠETT NOTIFIKAT FL-4 TA’ MEJJU 2007

(5)

Il-benfiċjaru ta’ l-għajnuna tkun il-VCG. Din l-impriża, li ilha mill-1999 tagħmel parti mill-Ford Motor Company (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “FMC”), timpjega 5 000 ruħ. Il-programm ta’ taħriġ, li għalih kienet indirizzata l-għajnuna, kien mifrux fuq perjodu bejn Settembru ta’ l-2006 u Settembru ta’ l-2009, u kien parzjalment marbut ma’ l-istabbiliment ta’ pjattaforma ġdida tal-produzzjoni – il-pjattaforma Ewropea EUCD – li, fi ħdan l-FMC, hija l-istandard għall-produzzjoni ta’ vetturi ta’ daqs medju (is-segmenti C u D tas-suq tal-karozzi). L-introduzzjoni ta’ din il-pjattaforma ġdida se tippreżenta investiment ta’ kapital fiss li jammonta għal EUR 26,3 miljun. Bis-saħħa ta’ din il-pjattaforma l-impjant se jkun jista’ jipproduċi mhux biss il-mudelli Volvo, iżda wkoll mudelli Ford u Jaguar. Dan it-titjib tal-flessibbiltà ta’ l-impjant se jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta’ l-attivitajiet ta’ Ford f’Gent filwaqt li ma jintilfux impjiegi.

(6)

In-notifika ta’ l-4 ta’ Mejju 2007 indikat spejjeż tat-taħriġ li jammontaw għal madwar 37 miljun ewro. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna għat-taħriġ (3) jistipula limitu fuq il-parti eliġibbli ta’ l-ispejjeż tal-pagi tal-persunal tal-parteċipanti fil-proġett ta’ taħriġ li jammonta għall-istess ċifra ta’ spejjeż eliġibbli oħrajn, u l-ispejjeż eliġibbli notifikati mill-Belġju kienu limitati għal 19-il miljun ewro. Peress li Gent hija f’żona mhux assistita, l-intensità massima ta’ l-għajnuna hija ta’ 50 % għat-taħriġ ġenerali u ta’ 25 % għat-taħriġ speċifiku. Skond in-notifika ta’ l-4 ta’ Mejju 2007, ir-Reġjun Fjamming (Vlaams Gewest) għandu l-intenzjoni li jagħti għajnuna li tammonta għal 6 018 558,91 ewro fil-forma ta’ għajnuna ad hoc.

(7)

Fin-notifika ta’ l-4 ta’ Mejju 2007, il-programm ta’ taħriġ inqasam f’ħames partijiet, li minnhom it-tnejn ta’ l-aħħar huma ta’ dimensjoni limitata.

parti 1: tisħiħ tal-ħaddiema (spejjeż ammissibbli ta’ EUR 4,3 miljun, li minnhom EUR 3,1 miljun għat-taħriġ ġenerali (4) u EUR 1,2 miljun għat-taħriġ speċifiku, u għajnuna għal ammont ta’ 1,8 miljun ewro). Din il-parti għandha l-għan li tassigura li l-ħaddiema tal-VCG jingħataw għarfien tekniku bażiku suffiċjenti. Is-suġġetti prinċipali trattati huma l-pnewmatika, ir-robotika, il-loġika tal-kontroll programmabbli, l-elettriku u l-elettronika, il-ġestjoni ta’ l-ispejjeż, il-ħiliet soċjali, it-teknika tal-ġestjoni, il-karozzerija, iż-żebgħa u s-softwer speċifiku għall-industrija tal-karrozzi.

parti 2: taħriġ tekniku u teknoloġiku: Parti teoretika (spejjeż eliġibbli ta’ EUR 1,7 miljun – għal taħriġ għal kollox ġenerali – u għajnuna ta’ EUR 0,85 miljun). Din il-parti għandha l-għan li ssaħħaħ l-għarfien u l-ħiliet tal-ħaddiema f’ċerti oqsma tekniċi u teknoloġiċi wżati fil-pjattaforma. Is-suġġetti studjati huma essenzjalment ir-robotika u r-robots tal-produzzjoni, il-loġika tal-kontroll programmabbli u t-teknika tal-kejl bil-kamera;

parti 3: taħriġ fl-implimentazzjoni: parti teoretika (spejjeż eliġibbli ta’ EUR 12,9 miljun – għal taħriġ għal kollox speċifiku – u għajnuna ta’ EUR 3,2 miljun). l-għan ta’ din il-parti hija li jinkiseb għarfien dwar l-applikazzjoni ta’ l-għarfien teoretiku fl-ambjent tax-xogħol speċifiku u s-sitwazzjoni tal-produzzjoni tal-ħaddiema. L-għan huwa li jiġu mmassimizzati l-ħiliet li l-ħaddiema jeħtiġuhom sabiex jużaw b’mod sħiħ il-potenzjal tal-pjattaforma EUCD;

parti 4: bidliet li għandhom isiru fil-ġestjoni tal-komportamenti għall-massimizzazzjoni tal-programm ta’ formazzjoni u t-tranżizzjoni għall-EUCD in ġenerali (spejjeż ammissibbli ta’ EUR 0,2 miljun, taħriġ għal kollox ġenerali, u għajnuna li tammonta għal EUR 0,1 miljun). Din il-parti tikkonsisti f’taħriġ għall-ġestjoni;

parti 5: taħriġ ANDON/DAISSY (spejjeż ammissibbli ta’ EUR 0,02 miljun, taħriġ għal kollox ġenerali, u għajnuna li tammonta għal EUR 0,01 miljun). Din il-parti tat-taħriġ tirrigwarda l-kontroll tal-kwalità.

(8)

Fin-notifika, il-Belġju indika li t-taħriġ imur lilhinn mill-ħtiġijiet immedjati ta’ l-impriża. Meta mistieden mill-Kummissjoni sabiex jiċċara dan il-punt, il-Belġju spjega, fl-ittra tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2007, li l-partijiet 1 u 4 tal-programm ta’ taħriġ se jsiru xorta waħda mill-VCG, anki jekk ma tingħatax l-għajnuna. Min-naħa l-oħra, il-partijiet 2, 3 u 5 huma taħriġ supplimentari li jsir possibbli minħabba l-għajnuna. Madankollu, il-Belġju ma pprovda l-ebda spjegazzjoni preċiża f’appoġġ għal dawn l-affermazzjonijiet.

III.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TA’ DIN IL-PROĊEDURA

(9)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni osservat li l-ħtieġa ta’ l-għajnuna hija kriterju ġenerali tal-kompatibilità. B’mod aktar partikolari, fir-rigward tal-kompatibilità mat-titolu ta’ l-artikolu 87(3)(c), tat-Trattat, l-għajnuna ma “tiffaċilitax” l-iżvilupp ta’ l-attivitajiet ekonomiċi jekk il-kumpanija kienet xorta waħda se twettaq l-attivitajiet issussidjati, anki fl-assenza ta’ l-għajnuna.

(10)

Fir-rigward tal-programm ta’ taħriġ ippjanat minn VCG, l-effett ta’ inċentiva ta’ l-għajnuna tpoġġa fid-dubju, ladarba meta l-kumpanija ddeċidiet li tistabbilixxi l-pjattaforma EUCD, hija se jkollha neċessarjament toħroġ xi spejjeż ta’ taħriġ sabiex twettaq din id-deċiżjoni kummerċjali. Fl-industrija tal-karrozzi, l-introduzzjoni ta’ pjattaforma ta’ produzzjoni ġdida hija fattur regolari, neċessarju għaż-żieda tal-flessibbiltà u l-produttività, u b’hekk għaż-żieda tal-kompetittività. Sabiex topera pjattaforma ġdida b’mod effiċjenti, il-ħaddiema għandhom jiġu mħarrġa dwar it-tekniki ġodda u l-metodi ta’ ħidma li għandhom jiġu adottati. L-ispejjeż tat-taħriġ assoċjati ma’ l-introduzzjoni ta’ linja ta’ produzzjoni ġdida huma għalhekk normalment minfuqa mill-produtturi tal-karozzi fuq il-bażi unika ta’ l-inċentiv tas-suq. Huwa għalhekk probabbli ħafna li VCG kienet, fi kwalunkwe każ, u anki fl-assenza ta’ għajnuna, twettaq parti mill-attivitajiet ta’ taħriġ ikkonċernati. Dan il-komportament jidher ukoll li huwa dak tal-biċċa l-kbira tal-kompetituri fis-settur. Minħabba li l-kontenut tal-partijiet 2, 3 u 5 tal-programm jidher li hu direttament marbut ma’ l-implimentazzjoni tal-pjattaforma l-ġdida u jidher neċessarju għall-operat tagħha, il-Kummissjoni ddubitat l-affermazzjonijiet tal-Belġju li dawn il-partijiet ma kinux isiru mingħajr l-għajnuna.

IV.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(11)

L-ebda parti interessata ma fformulat osservazzjonijiet wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ fil-Ġurnal Uffiċjali.

V.   KUMMENTI FFORMULATI MILL-BELĠJU

(12)

Wara l-ftuħ tal-proċedura, il-Belġju bidel b’mod sinifikanti l-preżentazzjoni tiegħu tal-fatti. Huwa issa rrikonoxxa li partijiet kbar mill-programm ta’ taħriġ kienu se jsiru fi kwalunkwe każ, anki fl-assenza ta’ l-għajnuna, għaliex huma neċessarji għall-isfruttament tal-pjattaforma l-ġdida. Madankollu, huwa tal-fehma li ċerti partijiet mill-programm m’għandhom xejn x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni tal-pjattaforma u li partijiet oħra huma marbuta magħha, iżda li l-għajnuna tippermetti lil Volvo Car Gent sabiex tħarreġ lill-persunal lilhinn minn dak li huwa strettament neċessarju sabiex titħaddem il-pjattaforma.

(13)

Il-Belġju aċċetta li jappoġġa biss l-ispejjeż li għalihom l-għajnuna hija meħtieġa u, għalhekk naqqas l-ispejjeż eliġibbli b’mod sinifikanti.

(14)

It-tabella li ġejja tqabbel l-ispejjeż ammissibbli mogħtija fin-notifika oriġinali ma’ dawk li l-Belġju issa għandu l-intenzjoni li jappoġġa.

(f’miljuni ta’ EUR)

 

Notifika ta’ l-4 ta’ Mejju 2007

Wara l-ftuħ tal-Proċedura (5)

Taħriġ ġenerali

Taħriġ speċifiku

Taħriġ ġenerali

Taħriġ speċifiku

Parti 1

3,1

1,2

3,1

1,2

Parti 2

1,7

 

0,2

 

Parti 3

 

12,9

 

6,1

Parti 4

0,2

 

0,1

 

Parti 5

0,02

 

0,02

 

Total

4,97

14,12

3,40

7,35

Ammont ta’ l-għajnuna

6,02

3,54

(15)

Fir-rigward tal-parti 1, il-Belġju qed jafferma, kif kien diġà għamel fin-notifika ta’ l-4 ta’ Mejju 2007, li l-kontenut tagħha mhux marbut ma’ l-implimentazzjoni tal-pjattaforma l-ġdida tal-produzzjoni u għalhekk mhux neċessarju biex din tintuża. Hija tikkonsisti f’taħriġ ta’ bażi dwar suġġetti ġenerali u hija maħsuba sabiex ittejjeb il-kwalifiki ta’ l-impjegati. Skond il-Belġju, dan jirriżulta b’mod ċar mill-kontenut tal-kors. Minkejja li l-unions jitolbu dan it-tip ta’ taħriġ, għaliex huwa jtejjeb il-pożizzjoni tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol, VCG ma kenitx se twettaq din il-parti tal-programm mingħajr l-għajnuna, u dan għal numru ta’ raġunijiet. L-ewwelnett, ġie organizzat bosta taħriġ ta’ dan it-tip f’dawn l-aħħar snin minħabba reklutament qawwi, iżda l-affluss ta’ ħaddiema ġodda prattikament waqaf (6) u l-biċċa l-kbira ta’ l-impjegati diġà rċevew taħriġ simili. Minbarra dan, l-impriża nnutat li l-ħaddiema bi kwalifiki għolja għandhom it-tendenza li jitilqu. Aktar preċiżament, l-impriżi stabbiliti fir-reġjun ta’ Gent, li jkunu qed ifittxu kwalifiki simili, jirreklutaw attivament ħaddiema ta’ VCG (7) u, minħabba l-kontenut ġenerali tiegħu, it-taħriġ ikkonċernat iżid il-probabbiltà li l-ħaddiema li jkunu bbenefikaw minnu jħallu l-impriża. Minbarra dan, dawn il-kwalifiki ta’ bażi huma disponibbli b’mod aktar wiesa’ fis-suq tax-xogħol, wara li ġew żviluppati programmi ta’ taħriġ f’dawn l-oqsma mill-iskejjel tekniċi u l-VDAB (l-uffiċċju Fjamming ta’ l-impjiegi).

(16)

F’dak li jirrigwarda l-parti 2, il-Belġju ddikjara, kif kien diġà għamel fin-notifika ta’ l-4 ta’ Mejju 2007, li hija tkopri suġġetti tekniċi u teknoloġiċi fir-rigward tal-pjattaforma l-ġdida ta’ produzzjoni. Il-Belġju qed jafferma li l-biċċa l-kbira tas-sigħat ta’ taħriġ ippjanati huma neċessarji sabiex tiġi sfruttata l-pjattaforma l-ġdida u se jsiru fi kwalunkwe każ. Madankollu, parti mill-kors tmur lilhinn mil-livell neċessarju għall-isfruttament tal-pjattaforma EUCD (8). Aktar preċiżament, grazzi għall-għajnuna, VCG taċċetta li tiddedika aktar sigħat għall-kors milli huwa neċessarju u milli jkun ġustifikabbli mil-lat ekonomiku mingħajr is-sussidju. Il-Belġju pprovda informazzjoni ddettaljata dwar is-sigħat ta’ taħriġ supplimentari mogħtija minn VCG minħabba l-għajnuna (9).

(17)

Fir-rigward tal-parti 3, il-Belġju qed jafferma, kif kien diġà għamel fin-notifika ta’ l-4 ta’ Mejju 2007, li l-kontenut tagħha huwa għal kollox marbut mal-pjattaforma EUCD. Quddiem id-dubji espressi fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Belġju jirrikonoxxi li parti importanti mis-sigħat ta’ taħriġ previst huma neċessarji sabiex tiġi sfruttata l-pjattaforma l-ġdida u se jsiru fi kwalunkwe każ, anki mingħajr l-għajnuna. Madankollu, huwa qed jgħid li, grazzi għall-għajnuna ta’ l-awtoritajiet Fjammingi, VCG qed taċċetta li toffri numru konsiderevolment ogħla ta’ sigħat ta’ taħriġ. Fil-fatt, hija se tagħti taħriġ lil numru akbar ta’ ħaddiema u xi korsijiet li, għal raġunijiet ta’ ġestjoni razzjonali ta’ l-ispejjeż, kienu se jkunu riżervati għal ħaddiema bl-esperjenza, se jkunu miftuħa wkoll għal ħaddiema ġodda. Sabiex jingħataw it-taħriġ ħaddiema ġodda, huwa meħtieġ li jiġu organizzati korsijiet supplimentari filwaqt li jiżdied it-tul u l-kontenut ta’ korsijiet oħra (10). Minbarra dan, minħabba li l-ħaddiema l-ġodda ma jkunux għadhom urew il-kapaċità tagħhom li jassimilaw dan it-tagħrif ġdid, il-probabbiltajiet tas-suċċess tat-taħriġ huma iżgħar. Sabiex tamministra l-ispejjeż b’mod razzjonali, VCG kienet tirriżerva dan it-taħriġ għal ħaddiema b’aktar esperjenza li diġà ħadu sehem f’taħriġ simili. It-tul tat-taħriġ u l-ispejjeż marbuta miegħu kienu jkunu jistgħu jitnaqqsu b’mod konsiderevoli. Xi korsijiet kienu jistgħu jiġu ssimplifikati u oħrajn kienu jistgħu jitneħħew għal kollox.

(18)

Fir-rigward tal-parti 4, il-Belġju qed jafferma, kif kien diġà għamel fin-notifika ta’ l-4 ta’ Mejju 2007, li hija tirrigwarda l-bidliet li għandhom isiru għall-ġestjoni u għall-komportament u li hija għalhekk ta’ natura ġenerali ħafna. Huwa spjega li numru ta’ sigħat ta’ taħriġ se jiġu organizzati mill-VCG fi kwalunkwe każ, anki fl-assenza ta’ l-għajnuna, għaliex huma jikkontribwixxu biżżejjed għat-titjib tal-flessibilità u ta’ l-effikaċja tal-ħaddiema u għalhekk jikkontribwixxu b’mod qawwi għas-suċċess fit-tul ta’ l-introduzzjoni tal-pjattaforma EUCD (11). Min-naħa l-oħra, il-benefiċċji konkreti mistennija mis-sigħat l-oħra mhumiex biżżejjed sabiex jiġġustifikaw l-ispejjeż marbuta magħhom, tant li dawn ma jintefqux jekk ma tingħatax l-għajnuna.

(19)

Fir-rigward tal-parti 5, il-Belġju jispjega li hija tirrigwarda t-tagħlim ta’ teknika ta’ kontroll tal-kwalità. Dawn il-korsijiet mhumiex neċessarji għall-użu tal-pjattaforma u s-sistemi l-oħra ta’ produzzjoni u se jiġu organizzati biss jekk tingħata l-għajnuna.

(20)

Wara dawn il-bidliet, il-Belġju uffiċjalment informa lill-Kummissjoni li, ladarba huwa aċċetta li jagħti għajnuna biss għall-attivitajiet ta’ taħriġ li għalihom l-għajnuna hija neċessarja, huwa kien biħsiebu jagħti biss 3,5 miljun ewro minflok is-6 miljuni li kienu oriġinalment notifikati.

VI.   EVALWAZZJONI TAL-MIŻURA

(21)

Il-Kummissjoni tosserva li l-Belġju mmodifika n-notifika tiegħu b’mod sostanzjali wara d-deċiżjoni tal-ftuħ. Fl-ittra tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2008, il-Belġju kkonferma aktar preċiżament li kien biħsiebu jagħti għajnuna għat-taħriġ li tammonta biss għal 3 538 580,57 ewro minflok is-6 018 558,91 oriġinalment previsti fin-notifika ta’ l-4 ta’ Mejju 2007. L-ammont ta’ l-għajnuna mnaqqas b’dan il-mod huwa bbażat fuq l-ispejjeż ammissibbli mnaqqsa li ġew deskritti fl-ittra tal-15 ta’ Jannar 2008 tal-Belġju. Hija għalhekk din l-għajnuna li tammonta għal 3 538 580,57 ewro, ibbażata fuq l-ispejjeż ammissibbli mnaqqsa, li l-Kummissjoni se tevalwa fid-deċiżjoni preżenti.

Eżistenza ta’ l-għajnuna

(22)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-għotja ta’ sussidju lil VCG tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-artikolu 87, paragrafu 1, tat-Trattat. Il-Belġju ma kkontestax dan.

Bażi legali tal-valutazzjoni

(23)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni indikata li għajnuna li tammonta għal aktar minn 1 miljun euro ma tibbenefikax mill-eżenzjoni prevista mir-regolament (KE) Nru 68/2001 u għandha għaldaqstant tiġi evalwata direttament abbażi ta’ l-artikolu 87(3)(c), tat-Trattat. Madankollu, il-Kummissjoni tapplika b’analoġija l-istess prinċipji ta’ gwida li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 68/2001. Dan normalment ifisser li ssir verifika li l-kundizzjonijiet formali l-oħra għall-eżenzjoni msemmija hemm huma rispettati, iżda l-Kummissjoni mhix marbuta li żżomm ma’ din il-verifika sempliċi.

(24)

Il-Belġju ma kkontestax dawn il-konklużjonijiet, li għadhom applikabbli ladarba l-għajnuna, anki jekk imnaqqsa, tammonta għal aktar minn miljun euro.

Valutazzjoni tal-kompatibilità ta’ l-għajnuna fir-rigward tal-bażi legali,

(25)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni indikat li l-għajnuna nnotifikata tidher li tissodisfa l-kundizzjonijiet formali msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001. Ma ġie ppreżentat l-ebda element ġdid li jista’ jbiddel din il-valutazzjoni inizjali. Il-Kummissjoni tosserva li din il-valutazzjoni hija valida għall-għajnuna mnaqqsa, ladarba din ta’ l-aħħar hija bbażata fuq parti mill-ispejjeż ammissibbli nnotifikati fl-4 ta’ Mejju 2007 u ġġudikati bħala riċevibbli fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Minbarra dan, il-Belġju ma mmodifikax l-intensità ta’ l-għajnuna, jiġifieri 50 % għat-taħriġ ġenerali u 25 % għat-taħriġ speċifiku.

(26)

Kif indikat qabel, l-uniku dubju li tqajjem fid-deċiżjoni tal-ftuħ kien jirrigwarda l-ħtieġa ta’ l-għajnuna prevista, partikolarment tal-partijiet tal-programm ta’ taħriġ li jidhru li huma marbuta ma’ investiment ġdid – il-pjattaforma tal-produzzjoni EUCD – u jidhru indispensabbli għall-isfruttament tagħha.

(27)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju aċċetta l-prinċipju li biss l-attivitajiet ta’ taħriġ li ma kinux isiru mingħajr l-għajnuna jistgħu jingħataw l-għajnuna.

(28)

Sabiex jikkonforma ma’ dan il-prinċipju, il-Belġju għamel distinzjoni bejn l-attivitajiet li kienu jsiru fi kwalunkwe każ minn VCG, għaliex huma neċessarji għall-isfruttament tal-pjattaforma l-ġdida, u dawk li jirrigwardaw għanijiet “li l-forzi tas-suq biss ma jagħmlux possibbli” (12), għaliex huma jmorru lilhinn minn dak li huwa neċessarju u għaliex il-benefiċċji li tieħu minnhom VCG mhumiex biżżejjed biex jiġġustifikaw l-ispejjeż. Il-Kummissjoni analizzat l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Belġju, li huma ppreżentati fil-qosor fil-paragrafi 15 sa 19 ta’ din id-deċiżjoni. Fil-qosor, il-Belġju qed jafferma li spejjeż sostanzjali ammissibbli relevanti tal-partijiet 1 u 3 tal-programm ma jsirux mingħajr l-għajnuna. Il-Kummissjoni taqbel li huwa ċar li l-parti 1 mhijiex marbuta mal-pjattaforma l-ġdida. Għalhekk, hija mhix neċessarja biex din tkun tista’ tiġi sfruttata. Ladarba l-attivitajiet ta’ taħriġ huma ta’ natura pjuttost ġenerali u numru ta’ fatturi jiskoraġġixxu lil VCG milli twettaqhom, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huwa probabbli ħafna li l-parti 1 ma tiġix organizzata mingħajr l-għajnuna. Fir-rigward tal-parti 3, il-Belġju eskluda l-ispejjeż tat-taħriġ li, abbażi ta’ dak li ġie nnutat fil-passat għal investimenti simili, huma neċessarji sabiex tiġi sfruttata l-pjattaforma l-ġdida u llimita l-ispejjeż ammissibbli għall-attivitajiet ta’ taħriġ li jmorru lilhinn minn dak li huwa indispensabbli.

(29)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-Belġju identifika b’mod korrett l-attivitajiet ta’ taħriġ li ma jsirux mingħajr l-għajnuna ta’ l-Istat. Ladarba l-Belġju biħsiebu li ma jgħinx ħlief dan it-tip ta’ attivitajiet u li ma jagħti l-ebda għajnuna għat-taħriġ li VCG se torganizza xorta waħda, il-Kummissjoni tikkonkludi li, f’konformità ma’ l-għan stabbilit fil-paragrafu 10 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, l-għajnuna “[t]kabbar in-numru ta’ ħaddiema mħarrġa li minnhom jistgħu jagħżlu intrapriżi oħra” u li, għaldaqstant, f’konformità mal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, hija “tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi”.

VII.   KONKLUŻJONI

(30)

Meta jitqies dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq komuni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat, li tammonta għal 3 538 580,57 ewro, li l-Belġju qed jippjana li jimplimenta fir-rigward ta’ Volvo Cars Gent hija kompatibbli mas-suq komuni.

l-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna li tammonta għal 3 538 580,57 ewro hija għalhekk awtorizzata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU C 265, 7.11.2007, p. 21.

(2)  Ara n-nota Nru 1 ta’ qiegħ il-paġna.

(3)   ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 68/2001 jagħmel distinzjoni bejn it-taħriġ ġenerali (li jwassal għal kwalifiki trasferibbli għal settur ieħor jew impriża oħra) u t-taħriġ speċifiku (li jwassal għal kwalifiki prinċipalment applikabbli għall-post attwali tal-ħaddiem u li mhumiex trasferibbli jew huma trasferibbli biss b’mod limitat). L-intensità ta’ l-għajnuna awtorizzata hija ogħla għat-taħriġ ġenerali milli għat-taħriġ speċifiku (f’dan il-każ, hija ta’ 50 % u 25 % rispettivament).

(5)  Ittra ta’ l-awtoritajiet Belġjani tal-15 ta’ Jannar 2008.

(6)  Il-ħaddiema impjegati mill-VCG żdiedu bejn l-2002 u l-2005, u n-numru tagħhom tela’ minn 3 999 sa 5 299 u mbagħad waqa’ għal 4 929 u madwar 4 800 fl-2006 u l-2007 rispettivament.

(7)  Il-ħaddiema li jitilqu mill-impriża essenzjalment jiġu reklutati mit-tliet kumpaniji li ġejjin, li jinsabu fir-reġjun: Volvo Trucks, Arcelor u Eandis/Electrabel.

(8)  It-taħriġ neċessarju ġie stabbilit abbażi tal-prattika abitwali ta’ VCG, osservata f’każijiet preċedenti.

(9)  Pereżempju, fil-qafas tal-kors tar-robotika, huma ppjanati 16-il-siegħa ta’ taħriġ għal kull parteċipant. Dan in-numru ta’ sigħat huwa neċessarju sabiex ikun possibbli għall-ħaddiema li jutilizzaw ir-robots b’mod korrett u fis-sigurtà kollha, bl-istess livell ta’ effikaċja li għandhom bħalissa. Grazzi għall-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Fjammingi, VCG aċċettat li żżid in-numru ta’ sigħat ta’ taħriġ sa 24. Dan it-taħriġ aktar avvanzat jagħmel lill-ħaddiema aktar attraenti fuq is-suq tax-xogħol, u dan huwa ta’ benefiċċju għalihom.

(10)  B’dan il-mod, kull darba li tiġi stabbilita pjattaforma, numru ta’ “ħaddiema essenzjali” jkollhom jintbagħtu għand Volvo Sweden biex hemm jitgħallmu fid-dettall il-funzjonament tal-pjattaforma bil-għan li wara dan it-tagħrif jiġi trażmess lill-ħaddiema l-oħra ta’ Volvo Cars Gent. Il-Belġju qed jafferma li l-għajnuna se tippermetti lil VCG sabiex tibgħat fl-Iżvezja numru akbar ta’ ħaddiema milli huwa strettament neċessarju biex titħaddem il-pjattaforma EUCD. Minbarra dan, l-impriża se tibgħat ukoll ħaddiema li qatt ma pparteċipaw fl-ebda taħriġ tal-ħaddiema essenzjali minflok ma’ dan it-taħriġ jiġi rriżervat biss għal impjegati li diġà għandhom l-esperjenza.

(11)  Kif indikat mill-awtoritajiet Belġjani fl-ittra tagħhom tas-7 ta’ Lulju 2007.

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 68/2001, inċiż 11.


3.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 236/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ April 2008

Dwar L-Għajnuna Mill-Istat C 23/07 (ex N 118/07) li r-Renju Unit bi ħsiebu jimplimenta għal Vauxhall Motors Ltd

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1333)

(it-test bl-Inġliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/710/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1) u wara li qieset il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra bid-data tat-28 ta’ Frar 2007, irreġistrata mal-Kummissjoni fis-6 ta’ Marzu 2007, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna msemmija hawn fuq għall-impjant ta’ immuntar ta’ General Motors Corporation (“GM”) Vauxhall fil-Port ta’ Ellesmere. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni komplimentarja permezz ta’ ittra bid-data ta’ l-4 ta’ April 2007 (ref. D/51586), li għaliha l-awtoritajiet wieġbu permezz ta’ ittra bid-data tat-22 ta’ Mejju 2007.

(2)

Permezz ta’ ittra bid-data ta’ l-10 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni infurmat lir-Renju Unit li kienet iddeċiediet tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward ta’ l-għajnuna.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tibda l-proċedura (“id-Deċiżjoni tal-ftuħ”) kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2) Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(4)

Ir-Renju Unit issottometta l-kummenti tiegħu permezz ta’ ittri bid-data ta’ l-10 ta’ Awwissu 2007 (irreġistrata mal-Kummissjoni fl-istess data bħala ref. A/36735) u tad-29 ta’ Jannar 2008 (irreġistrata mal-Kummissjoni fl-istess data bħala ref. A/1724). Fl-10 ta’ Jannar 2008 saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet tar-Renju Unit fil-preżenza tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti mill-partijiet interessati. Il-Kummissjoni għaddiethom lir-Renju Unit, li ngħata l-opportunità jwieġeb.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TA’ L-GĦAJNUNA

2.1.   Il-benefiċjarju

(6)

Il-benefiċjarju ta’ l-għajnuna huwa Vauxhall Motors Ltd, Ellesmere Port, UK (“Vauxhall”), impjant li jipproduċi l-karozzi li huwa unità operattiva ta’ Vauxhall Motors Ltd u parti minn GM. Jipproduci karozzi mill-firxa ta’ mudelli tal-marka Opel (li jinbiegħu fir-Renju Unit bil-marka Vauxhall), attwalment il-mudell bl-isem “Astra” li l-produzzjoni tiegħu se tieqaf fis-sena 2009. Vauxhall tinsab fil-Port ta’ Ellesmere f’Cheshire fir-reġjun tal-Majjistral ta’ l-Ingilterra (3) u timpjega qrib l-2 200 ħaddiem.

(7)

Fis-17 ta’ April 2007, GM ħabbret li Vauxhall kienet se tkun fost il-lokalitajiet ta’ GM Ewropej li ntagħżlu biex jipproduċu l-“Vettura Kompatta Globali”, il-mudell li se jieħu post il-mudell bl-isem “Astra”.

2.2.   Il-programm ta’ taħriġ

(8)

Vauxhall bi ħsiebha timplimenta programm ta’ taħriġ ta’ firxa wiesgħa għall-ħaddiema tagħha. It-taħriġ se jinqasam fit-tmien oqsma ta’ taħriġ individwali, li minnhom is-sitta li ġejjin huma meqjusa bħala eliġibbli għal għajnuna ta’ taħriġ mir-Renju Unit:

(a)   Taħriġ dwar Is-Sistema ta’ Produzzjoni: dan jikkonċerna taħriġ fl-elementi kollha tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-kontroll tal-kwalità ta’ Vauxhall. L-oġġettiv huwa li l-ħaddiema jingħatalhom tagħrif aħjar dwar il-proċess tal-produzzjoni u b’hekk jintlaħqu standards ta’ xogħol aktar għoljin, ikun hemm tnaqqis fid-difetti u titjib fis-soluzzjonijiet tal-problemi.

(b)   Pjan ta’ Taħriġ Integrat: din il-parti tat-taħriġ tikkonċerna l-implimentazzjoni ta’ “Sistema ta’ Produzzjoni Ġenerali” (“SPG”) li tinkorpora l-aħjar prattiċi u teknoloġiji f’sistema ta’ produzzjoni komuni għall-operat ta’ GM. Permezz ta’ din is-serje ta’ oġġettivi (l-“Involviment tan-Nies”, “l-Istandardizzazzjoni”, “il-Kwalità fil-Prodott”, “Tnaqqis fiż-Żmien ta’ Produzzjoni”, “Titjib Kontinwu”) it-taħriġ se jagħti lill-ħaddiema ta’ Vauxhall il-kapaċità biex jipproduċu l-ġenerazzjoni ta’ karozzi tal-futur aħjar.

(c)   Bidla Kulturali: l-iskop ta’ dan it-taħriġ huwa li jnissel sens ta’ għan komuni u responsabilità kollettiva fil-ħaddiema u joħloq kultura ta’ tim ibbażata fuq l-eċċellenza fil-produzzjoni.

(d)   Ħila Doppja: l-iskop ta’ dan it-taħriġ huwa li jiżviluppa forza tax-xogħol flessibbli billi jħalli ħaddiema b’ħila ewlenija fl-inġinerija mekkanika jiżviluppaw ħiliet fl-inġinerija elettrika u, bl-istess mod, iħalli lil dawk li għandhom ħiliet fl-inġinerija elettrika jakkwistaw ħiliet fl-inġinerija mekkanika.

(e)   Lean Manufacturing: dan il-proġett se jiżgura li l-prinċipji u t-teknika ta’ “lean manufacturing” jitnisslu fil-forza tax-xogħol u li l-impjegati jkunu konxji mill-benefiċċji li dawn jagħtu meta applikati għall-proċess ta’ produzzjoni li tuża Vauxhall. Parti ċentrali tat-taħriġ taħt din il-kategorija għandu jkun l-issekondar tal-persunal għall-impjant ieħor ta’ GM barra mir-Renju Unit.

(f)   Studenti: dan huwa programm fejn Vauxhall torganizza korsijiet ta’ 12-il xhar għal żgħażagħ studenti universitarji. Il-programmi differenti (per eżempju “l-Inġinerija dwar l-Ippjanar tal-Qafas tal-Karozzi”, “l-Analiżi tal-Finanzi”, “l-Inġenjerija ta’ l-Ippjanar ta’ Immuntar Ġenerali”) jgħaqqdu flimkien it-tagħlim u l-esperjenza tax-xogħol taħt is-superviżjoni ta’ konsulent. Ma hemm ebda obbligu kuntrattwali min-naħa taż-żewġ partijiet sabiex tkun mantenuta r-relazzjoni ta’ ħidma meta jispiċċa t-taħriġ.

(9)

Minbarra s-sitt oqsma ta’ taħriġ li se jibbenefikaw mill-għajnuna mill-Istat notifikata hemm ukoll l-oqsma tat-taħriġ “Apprentisti” (jigifieri skema ta’ apprendistat għaż-żgħażagħ), “Bidla fil-Mudell” (li huwa t-taħriġ neċessarju biex il-ħaddiema jaddattaw ruħhom għall-produzzjoni tal-Vettura Kompatta Globali) u attivitajiet relatati mat-“Taħriġ u l-Ewalwazzjoni tar-Rendiment”. Minn barra dan, Vauxhall se jwettaq “taħriġ ta’ rutina” fil-ħiliet neċessarji għall-operat normali ta’ l-impjant.

(10)

Skond l-informazzjoni pprovduta mir-Renju Unit, it-taħriġ li se jiġi ffinanzjat mill-għajnuna se jikkonsisti principalment f’taħriġ ġenerali, b’xi elementi ta’ taħriġ speċifiċi. (4) Il-pjan ta’ taħriġ għandu jiġi implimentat fuq perjodu ta’ sitt snin (mill-2007 sa l-2012 inklużi) u se jikkonċerna l-impjegati kollha ta’ Vauxhall. Ir-Renju Unit żgura lill-Kummisjoni li l-għajnuna se tingħata biss wara li tkun ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni stess.

2.3.   L-għajnuna

(11)

L-għajnuna se tingħata f’forma ta’ għotja diretta ta’ GBP 8 784 767 li titħallas f’sitt pagamenti matul it-tul tal-programm tat-taħriġ. L-għajnuna għandha tkun implimentata bħala għajnuna individwali mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Majjistral (Renaissance House, Centre Park, Warrington WA1 1XB).

(12)

Skond l-informazzjoni pprovduta mir-Renju Unit, l-ispejjeż eliġibbli għat-taħriġ u l-għajnuna se jintqassmu kif stipulat fit-tabella li ġejja (l-ispejjeż għall-oqsma tat-taħriġ “Apprentistati”, “Bidla fil-Mudell” u “il-Baġit tar-Rutina tat-Taħriġ” m’humiex ikkunsidrati bħala eliġibbli għall-għajnuna għat-taħrig mir-Renju Unit) (5)

Proġetti

Taħriġ ġenerali – Spejjeż eliġibbli f’GBP

Taħriġ speċifiku – Spejjeż eliġibbli f’GBP

Kumpens tal-paga f’GBP

Total ta’ l-ispejjeż eliġibbli f’GBP

Għajnuna f’GBP

Intensità f’%

Taħriġ fis-Sistema tal-Produzzjoni

[…] (*1)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Pjan ta’ Taħriġ Integrat

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bidla Kulturali:

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ħila Doppja:

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Lean Manufacturing:

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Studenti:

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Total

9 870 316

499 367

6 248 338

16 618 021

8 784 767

52,86

Apprentistati

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bidla fil-Mudell

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(13)

Skond ir-Renju Unit, l-ammonti ta’ l-għajnuna jirrispettaw l-intensitajiet ta’ għajnuna għal impriżi kbar taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħriġ, jiġifieri 50 % għat-taħriġ ġenerali u 25 % għat-taħriġ speċifiku, b’żieda ta’ 3,7 punti perċentwali għat-taħriġ għall-ħaddiema żvantaġġati, kif definit fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament (6)

3.   IL-BAŻI BIEX TINFETAĦ L-INVESTIGAZZJONI FORMALI

(14)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, tqajmu dubbji dwar il-kompatibbilità ta’ l-għajnuna mas-suq komuni fuq il-bażijiet stipulati mis-sezzjonijet 3.1 u 3.2.

3.1.   L-effett ta’ inċentiv ta’ l-għajnuna

(15)

Għar-raġunijiet imfissrin iżjed fid-dettal fis-Sezzjoni 7, is-Sezzjoni ta’ l-“Evalwazzjoni”, it-taħriġ jista’ jiġi kkunsidrat bħala kompatibbli mas-suq komuni biss jekk joħloq inċentiv neċessarju għat-taħriġ iffinanzjat, li fin-nuqqas ta’ dan it-taħriġ ma jseħħx. It-Taħriġ li huwa parti mill-operat normali ta’ l-impriża u li għalih il-forzi tas-suq waħedhom għandhom jipprovdu inċentiv biżżejjed ma jikkwalifikax bħala għajnuna ta’ taħriġ.

(16)

L-effett ta’ inċentiv ta’ l-għajnuna għall-oqsma ta’ taħriġ li ġejjin kien dubbjuż fid-Deċiżjoni tal-ftuħ: Taħriġ dwar is-Sistema ta’ Produzzjoni, Pjan ta’ Taħriġ Integrat u taħriġ għall-Istudenti. In-natura ta’ dawn id-dubbji hija mfissra iżjed fid-dettal fis-Sezzjoni 7.

3.2.   Id-distinzjoni bejn taħriġ speċifiku u dak ġenerali

(17)

Għall-partijiet differenti tal-programm ta’ taħriġ ta’ Vauxhall l-awtoritajiet tar-Renju Unit taw indikazzjoni jekk jikkunsidrawx it-taħriġ bħala wieħed ġenerali jew speċifiku u, konsegwentament, liema intenstià massima ta’ l-għajnuna għandha tapplika skond l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħriġ Il-kwalifikazzjoni magħmula mir-Renju Unit fir-rigward ta’ l-oqsma ta’ taħriġ li ġejjin xorta tqiegħdu fid-dubju fil-ftuħ tad-deċiżjoni: Taħriġ dwar Sistemi ta’ Produzzjoni, Pjan Integrat ta’ Taħriġ, Bidla Kulturali u Lean Manufacturing. In-natura ta’ dawn id-dubji hija mfissra iżjed fid-dettal fis-Sezzjoni 7.

4.   Kummenti mill-partijiet interessati

(18)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-partijiet interessati li huma elenkati fl-Anness. Il-kummenti kienu prinċipalment simili u ffukkaw fuq l-aspetti ġenerali mingħajr ma daħlu wisq fid-dettalji ta’ l-għajnuna. Ebda kumment ma wasal mill-kompetituri ta’ Vauxhall.

(19)

Il-kummenti tal-partijiet interessati jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

(a)

bosta partijiet enfasizzaw li Vauxhall tinsab f’żona li tbati minn nuqqas ta’ ħaddiema b’ħiliet speċifiċi u sitwazzjoni persistenti ta’ rata ta’ qgħad ogħla mill-medja. Huma tal-fehma li l-programm ta’ taħriġ ippjanat jista’ jagħti kontribut siewi lir-reġjun b’mod generali;

(b)

il-partijiet interessati argumentaw ukoll li t-taħriġ se jnissel ħiliet li huma komuni għall-industrija tal-karozzi, jekk mhux għall-industrija tal-produzzjoni li hija aktar wiesgħa. B’dan il-mod it-taħriġ se jnissel ħiliet trasferibbli u għandu għalhekk jiġi kkunsidrat prinċipalment bħala taħriġ ġenerali. Il-fatt li l-ħiliet huma ta’ natura trasferibbli jfisser li r-reġjun sħiħ għandu jgwadi mit-taħriġ li se jsir ġewwa Vauxhall;

(ċ)

il-partijiet kollha interessati jikkunsidraw b’mod ġenerali li l-għajnuna hija kumpatibbli mas-suq komuni u jħeġġu lill-Kummissjoni biex tħares lejn l-għajnuna b’mod favorevoli.

5.   KUMMENTI MIR-RENJU UNIT

5.1.   L-effett ta’ inċentiv

(20)

Fir-rigward ta’ l-effet ta’ inċentiv, ir-Renju Unit argumenta li l-ħiliet meħtieġa biex tiġi mantenuta l-produzzjoni, u li jkunu konsegwentament ipprovduti anke mingħajr l-għajnuna, huma pprovduti mit-taħriġ ta’ rutina għall-persunal, flimkien ma’ taħriġ ieħor kif meħtieġ meta l-mudell tal-karozzi jkun inbidel. Fir-rigward ta’ taħriġ ta’ rutina, ir-Renju Unit ta indikazzjoni li n-nefqa annwali, mingħajr in-nefqa eċċezzjonali tat-taħriġ għal-Bidla tal-mudell, baqgħet stabbli b’medja ta’ GBP […] fis-sena, bejn l-2002 u l-2007 (7).

(21)

B’kuntrast, il-programm ta’ taħriġ imsemmi fil-Premessa 8 għandu l-għan li jnissel ħiliet fil-ħaddiema li jmorru lil hinn mill-bżonn li tinżamm il-kompetittività li konsegwentament ma jkunx iggustifikat biss mill-forzi tas-suq. Il- programm ta’ taħriġ huwa differenti mill-programm ta’ taħriġ ta’ rutina ta’ Vauxhall u mit-taħriġ speċifiku li se jkun ipprovdut b’konnessjoni mad-deċiżjoni li l-Vettura Kompatta Globali tkun manifatturata minn Vauxhall. L-għajnuna b’hekk ma tissussidjax sempliċiment taħriġ ta’ l-operat essenzjali iżda tipprovdi inċentiv neċessarju għal taħriġ addizzjonali.

(22)

Iktar speċifikament dwar oqsma differenti ta’ taħriġ tal-programm ta’ taħriġ indirizzati fid-deċiżjoni tal-ftuħ:

(23)

Taħriġ fis-Sistema tal-Produzzjoni: ir-Renju Unit spjega li Vauxhall tapplika taħriġ ta’ rutina li pprovda l-persunal b’sett ta’ metodi riġidament standardizzati għal kull biċċa xogħol. Dan hu bbażat fuq it-tagħlim bl-amment iktar milli biex il-proċess jiftiehem aħjar. Dan it-taħriġ ta’ rutina jipprovdi l-ħiliet neċessarji għall-operat normali ta’ l-impjant u ħa jkompli b’mod parallel mal-programm tat-taħriġ. Minn naħa l-oħra l-programm ta’ taħriġ huwa żieda fuq it-taħriġ ta’ rutina u għandu l-għan li jipprovdi lill-ħaddiema b’ħiliet iktar mill-bżonnijiet ta’ l-operat ta’ l-impjant u li jista’ jkun iġġustifikat mill-forza tas-suq biss. Ir-Renju Unit ipprovda wkoll dettalji fuq il-kontenut kemm tal-programm ta’ taħriġ ta’ rutina kif ukoll tat-Taħriġ tas-Sistema tal-Produzzjoni ippjanat. (8)

(24)

Pjan ta’ Taħriġ Integrat: taħriġ tal-GMS kien ingħata fil-passat, u Vauxhall konsistentement laħqet il-bżonnijiet interni tal-grupp GM dwar il-konformità mal-GMS (9). Vauxhall għandha tkun tista’ tkompli tilħaq dawn l-istandards bit-taħriġ ta’ rutina minimu. Il-Programm ta’ Taħriġ Integrat imur lill hinn mill-bżonnijiet ta’ produzzjoni u dak li hemm bżonn biex jintlaħqu l-istandards tal-grupp GM. L-għan huwa li l-ħaddiema jmorru lil hinn mit-taħriġ neċessarju biex sempliċiment iwettqu x-xogħol assenjat lilhom u jgħinhom jaslu li jifmhu aħjar il-prinċipji bażiċi tal-proċess tal-manifattura. Minħabba l-ispejjeż sinifikanti involuti, dan it-taħriġ mhux essenzjali ma jkunx ipprovdut fil-baġit normal tat-taħriġ ta’ Vauxhall.

(25)

Studenti: għalkemm dan it-taħriġ kien ingħata fil-passat mingħajr għajnuna, il-benefiċċji tiegħu għal Vauxhall kienu limitati ħafna minħabba li Vauxhall f’dawn l-aħħar snin sabet diffikulta fir-reklutaġġ ta’ lawreati li għandhom kif iggradwaw. Il-programm għall-Istudenti, li għandu bżonn staff permanenti biex jgħaddi ħafna ħin iħarreġ l-istudenti, jista’ jkun li jkollu jitwaqqaf mingħajr għajunua.

5.2.   Id-distinzjoni bejn taħriġ speċifiku u dak ġenerali

(26)

B’risposta għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, ir-Renju Unit għamel dawn il-kummenti rigward il-kwalifikazzjoni ta’ taħriġ ġenerali u speċifiku fl-oqsma differenti tat-taħriġ.

(27)

Taħriġ fis-Sistema tal-Produzzjoni: il-ħiliet ipprovduti f’dan it-taħriġ huma trasferibbli sew fl-industrija tal-karozzi u sew fis-settur tal-manifattura sempliċi in ġenerali. It-taħriġ huwa pprovdut minn għalliema esterni u tipikament juża apparat ta’ terzi (prinċiparjament makkinarji li mhux speċifiku għal Vauxhall iżda wżat ħafna f’industriji differenti (10). Ir-Rejnu Unit ipprovda eżempji dettaljati tal-kontenut ta’ dan it-taħriġ biex juri li hu fil-verità trasferibbli.

(28)

Pjan ta’ Taħriġ Integrat: il-GMS mhux proċess ta’ manifattura kunfidenzjali iżda sempliċiment branding intern għal GM (użat biex jagħti l-impressjoni lill-ħaddiema ta’ sett konsistenti ta’ korsijiet iddedikati għall-faċilità) ta’ sett ta’ metodi ta’ manifattura ġeneriċi, ibbażati fuq tekniki mibdija mill-manifattura Ġappuniża u u li llum huma ġeneralment applikati għall-industrija tal-karozzi kollha u għal setturi oħra. Għalkemm il-korsijiet huma marbuta sew ma’ elementi prattiċi tal-proċess tal-manifattura, dan isir minħabba l-bżonn li t-taħriġ isir fil-kuntest biex ikunu jistgħu jitwasslu l-ħiliet ġenerali lill-ħaddiema.

(29)

Bidla Kulturali: dan it-taħriġ mhux iffukat fuq il-kultura korporattiva ta’ Vauxhall iżda għandu l-għan li jagħti stampa ta’ l-imġieba ġenerali ta’ l-atitudnijiet lejn il-bidla. It-taħriġ kollu se jkun ippjanat u mogħti minn konsulenti esterni b’użu ta’ pakketti ta’ taħriġ ġeneriċi.

(30)

Lean Manufacturing: l-għan ta’ dan it-taħriġ huwa li jagħmel lill-ħaddiema konxji tal-prinċipji ġenerali tal-lean manufacturing li jsaħħaħ il-ħiliet prattiċi koperti minn partijiet oħra tal-programm ta’ taħriġ. Dan huwa taħriġ teoretiku li huwa totalment differenti mix-xogħol ta’ kuljum tal-persunal fil-proċess tal-produzzjoni u ma jkoprix il-proċess ta’ bini jew produzzjoni. Fil-fatt, l-intenzjoni hija li l-ħaddiema ma jibqgħux fl-ambjent tax-xogħol tagħhom ordinarju u jitħarrġu f’Ambjent ta’ Xogħol Simulat (11) jew josservaw il-prinċipji lean applikati f’impjanti oħra “ta’ referenza”.

6.   IL-KUMMENTI TAR-RENJU UNIT DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(31)

Il-kummenti tal-partijiet interessati kienu mibgħuta lir-Renju Unit, li ma rrispondiex għalihom.

7.   VALUTAZZJONI TA’ L-GĦAJNUNA

7.1.   Kwalifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat

(32)

Skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, “… kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, f’kull forma tkun xi tkun, li tikkawża, jew thedded li tikkawża, distorsjoni fil-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti” sakemm dan ikun jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, hija inkompatibbli mas-suq komuni, sakemm għajnuna bħal din ma tkunx tista’ tiġi ġġustifikata skond l-Artikolu 87(2) jew (3) tat-Trattat.

(33)

L-għajnuna notifikata għandha tkun ikkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Il-fondi jieħdu l-forma ta’ għotja mill-baġit ġenerali tar-reġjun tal-Majjistral, u għalhekk jitqiesu bħala finanzjament minn riżorsi ta’ l-Istat. L-għajnuna hija selettiva billi hija llimitata għal Vauxhall. Hija probabbli li tgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq komuni billi, bit-tnaqqis ta’ l-ispejjeż tat-taħriġ, il-miżura se tipprovdi lil Vauxhall b’vantaġġ fuq il-kompetituri li mhumiex jirċievu għajnuna. Fl-aħħarnett, is-suq tal-karozzi huwa kkaratterizzat minn kummerċjalizzazzjoni estensiva bejn l-Istati Membri.

7.2.   Il-bażi legali għall-evalwazzjoni

(34)

Ir-Renju Unit innotifika l-għajnuna bħala għotja ta’ għajnuna individwali skond l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħriġ li jipprovdi li meta ammont ta’ għajnuna mogħtija lil impriża għal proġett wieħed ta’ taħriġ taqbeż il-EUR 1 miljun, l-għajnuna mhix eżentata mill-bżonn tan-notifika. Huwa nnutat li l-għajnuna tammonta għal GBP 8 784 767 u għalhekk taqbeż il-EUR 1 miljun, se titħallas lil impriża waħda, u l-proġett ta’ taħriġ huwa proġett uniku. Għalhekk, il-bżonn tan-notifika japplika għal din l-għajnuna u kien rispettat mir-Renju Unit.

(35)

Meta tkun ivvalutata għajnuna għat-taħriġ individwali li ma tikkwalifikax għall-eżenzjoni stipulata mill-Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħriġ u, f’konformità ma deċiżjonijiet (12) meħudin qabel, tkun saret valutazzjoni individwali ta’ l-għajnuna fuq bażi tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE. Mandanakollu, għall-iskopijiet ta’ din il-valutazzjoni individwali, b’analoġija, wieħed joqgħod fuq il-provedimenti tar-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħriġ u partikolarment il-kundizzjonijet għall-kriterji ta’ eżenzjoni stipulati mill-Artikolu 4 tiegħu.

7.3.   Kompatibbiltà mas-suq komuni

7.3.1.   L-effett ta’ inċentiv

(36)

Kif iddikjarat fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, u f’konformità mal-prattika stabbilita fil-Kummissjoni, għandha ssir valutazzjoni tan-neċessità ta’ l-għajnuna biex isir it-taħriġ in kwistjoni. In-neċessità ta l-għajnuna hija kundizzjoni ġenerali biex l-għajnuna tinstab kompatibbli mas-suq komuni (13). Jekk l-għajnuna ma twassalx għal taħriġ ulterjuri, ma tistax tkun ikkunsidrata li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ l-ekonomija ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u lanqas li tikkoreġi l-imperfezzjonijiet tas-suq li jwasslu l-kumpaniji biex jinvestu inqas fit-taħriġ, skond ir-riferiment fil-Premessa 10 tar-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħriġ.

(37)

Il-Kummissjoni nnotat li t-taħriġ neċessarju għall-introduzzjoni tal-mudell tal-Vettura Kompatta Globali, kif ukoll it-taħrig baziku ta’ rutina, huma esklużi mill-ispejjeż li huma eliġibbli għall-għajnuna għat-taħriġ fin-notifika.

(38)

Fid-dawl tal-kummenti li għamel ir-Renju Unit matul l-investigazzjonijiet formali, il-Kummissjoni tikkonkludi dan li ġej għall-partijiet differenti tal-programm ta’ taħriġ.

7.3.1.1.   Taħriġ fis-Sistema tal-Produzzjoni

(39)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan it-taħriġ jidher li huwa neċessarju biex jiżgura l-operat normali ta’ Vauxhall, li għandu jagħti biżżejjed inċentiv lil Vauxhall biex tipprovdi t-taħriġ mingħajr għajnuna. B’hekk hemm id-dubbji jekk l-għajnuna hiex neċessarja biex Vauxhall tagħti t-Taħriġ fis-Sistema tal-Produzzjoni.

(40)

Wara li nfetħet id-Deċiżjoni, ir-Renju Unit issottometta kummenti sostanzjati li juru li t-taħriġ li huwa neċessarju għall-operat ta’ l-impjant huwa pprovdut bħala parti mit-taħrig annwali ta’ rutina. It-Taħriġ fis-Sistema tal-Produzzjoni, għalkemm għandu x’jaqsam ukoll mal-ħiliet tal-manifattura, isaħħaħ it-taħriġ ta’ rutina u jespandih biex ikopri kategoriji ta’ staff li ma jaqgħux taħt it-taħriġ ta’ rutina. Kif imsemmi fil-Premessa 20, huwa nnutat li l-baġit tat-taħriġ ta’ rutina annwali baqa’ stabbli fil-perjodu bejn l-2002 u l-2007, li juri li l-livell normali ta’ taħriġ ta’ rutina huwa biżżejjed għall-bżonnijiet ta’ l-operat normali ta’ Vauxhall. B’hekk it-taħriġ li għandu jsir bħala parti mit-Taħriġ fis-sistema tal-Produzzjoni huwa iktar milli Vauxhall qatt jista’ jkollha bżonn anke mingħajr għajnuna.

(41)

Għalhekk, għandu jinstab li l-għajnuna se tipprovdi inċentiv f’dan il-qasam ta’ taħriġ.

7.3.1.2.   Pjan ta’ Taħriġ Integrat

(42)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, l-opinjoni preliminarja kienet li t-taħriġ fil-GMS jidher essenzjali għall-operat normali ta’ Vauxhall u għalhekk huwa probabbli li jsir mingħajr għajnuna. B’hekk hemm id-dubbji jekk l-għajnuna hix neċessarja biex Vauxhall timplimenta l-Pjan ta’ Taħriġ Integrat. Dawn id-dubbji kienu msaħħa bil-fatt li Vauxhall ikollha bżonn tilħaq standards ogħla ta’ konformità ta’ GMS fl-2008 (jiġifieri […] kontra […] milħuqa minn Vauxhall fl-2007) biex tilħaq l-istandards interni tal-grupp GM, fatt li jista’ jipprovdi lil Vauxhall b’inċentiv biex twettaq għallinqas parti mit-taħriġ mingħajr għajnuna mill-Istat.

(43)

Mill-kummenti tar-Renju Unit skond id-Deċiżjoni tal-ftuħ, joħroġ li taħriġ GMS kien ingħata fil-passat u li Vauxhall irnexxhielha tilħaq l-istandards interni ta’ GM għall-konformità GMS. Dan juri li Vauxhall diġa’ irnexxhielha tipprovdi t-taħriġ GMS neċessarju għall-operat tagħha fil-baġit tat-taħriġ ta’ rutina.

(44)

Il-bżonn li tilħaq livell ogħla ta’ konformità GMS fl-2008 jista’ jipprovdi lil Vauxhall b’inċentiv li tipprovdi taħriġ GMS ulterjuri. Madanakollu, it-titjib marġinali neċessarju mhux probabbli li jipprovdi inċentiv biżżejjed għall-programm ta’ taħriġ li jfisser żieda fil-baġit tat-taħriġ ta’ rutina annwali ta’ Vauxhall ta’ madwar 60 % (billi l-ispejjeż eliġibbli għal Pjan ta’ Taħriġ Integrat huma ta’ madwar GBP […]/sena, mqabbel mal-baġit tat-taħrig ta’ rutina ta’ GBP […]/sena).

(45)

Għalhekk, għandu jinstab li l-Programm ta’ Taħriġ Integrat għandu jkun implimentat mingħajr għajnuna.

7.3.1.3.   Studenti:

(46)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, kien innutat li l-programm għall-Istudenti ilu jeżisti għal numru ta’ snin mingħajr għajnuna mill-Istat, li jista’ jindika li l-għajnuna notifikata mhix inċentiv neċessarju għal dan it-taħriġ.

(47)

Fil-kummenti dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ, ir-Renju Unit spjega li, minħabba restrizzjonijiet fil-baġit, Vauxhall ma rrekluta lil ħadd mis-60 student li għaddew mill-programm għall-Istudenti mis-sena 2002. Ir-Renju Unit indika li l-baġit għall-programm għall-Istudenti qed ikun rivedut u probabbilment jitnaqqas.

(48)

Huwa aċċettat li n-nuqqas ta’ abilità ta’ Vauxhall li tinternalizza l-benefiċċji tat-taħriġ u iġġib lura l-ispejjeż tat-taħriġ inaqqas b’ħafna l-inċentiv li tipprovdi dan it-taħrig mir-riżorsi tagħha biss (14). Għalhekk, it-taħriġ probabbilment ma jibqax isir mingħajr l-inċentiv ta’ l-għajnuna.

7.3.2.   Id-distinzjoni bejn taħriġ speċifiku u dak ġenerali

(49)

It-termini taħrig speċifiku u taħriġ ġenerali huma ddefiniti fil-punti (d) u (e) ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħriġ. Taħriġ speċifiku “jinvolvi tagħlim direttament u prinċipalment applikabbli għall-pożizzjoni preżenti jew futura tal-ħaddiem fl-intrapriża mgħejuna u li jipprovdi l-kwalifiki li mhumiex jew huma biss sa ċertu punt trasferibbli lil intrapriżi jew oqsma ta’ xogħol oħra”. Taħriġ ġenerali, minn naħa l-oħra, jipprovdi l-kwalifiki li huma trasferibbli b’mod liberu lil intrapriżi jew oqsma tax-xogħol oħra u għalhekk itejjeb b’mod sostanzjali l-opportunità tax-xogħol għall-ħaddiem’. Id-differenza bażika bejn iż-żewġ forom ta’ taħriġ hija għalhekk it-trasferibbiltà tal-ħiliet akkwisati.

(50)

Fid-dawl tal-kummenti sottomessi matul l-investigazzjonijiet formali mir-Renju Unit, il-Kummissjoni tikkonkludi dan li ġej għall-partijiet differenti tal-programm ta’ taħriġ.

7.3.2.1.   Taħriġ fis-Sistema tal-Produzzjoni.

(51)

Dan it-taħriġ jirrigwarda is-sistemi ta’ manifattura u kontroll tal-kwalità ta’ Vauxhall. Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, kien ikkunsidrat li l-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed informazzjoni biex tkun tista’ tkun żgura li t-taħriġ kollu mogħti taħt dan it-titlu huwa fil-verità trasferibbli u għalhekk huwa taħriġ ġenerali.

(52)

Fil-kummenti dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ, ir-Renju Unit ipprovda informazzjoni dettaljata dwar il-korsijiet fit-Taħriġ fis-Sistema tal-Produzzjoni. Kif imsemmi fil-Premessa 27, dawn il-korsijiet kollha huma magħmula minn għalliema esterni li jużaw apparat ta’ terzi li huma użati spiss fis-settur tal-manifattura. Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, għandu jinstab li t-Taħriġ fis-Sistema tal-Produzzjoni għandu jipprovdi ħiliet li huma trasferibbli għall-intrapriżi oħra jew oqsma ta’ xogħol ieħor.

7.3.2.2.   Pjan ta’ Taħriġ Integrat

(53)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, kien hemm id-dubbji fuq jekk it-taħriġ f’dak li kien jidher li hu s-sistema ta’ manifattura kunfidenzjali setgħax ikun ikkunsidrat li jipprovdi kwalifiki trasferibbli. Kien ikkunsidrat li t-taħriġ, sa fejn għandu x’jaqsam mal-proċess tal-produzzjoni speċifika għal GM, kellu jkun probabbilment speċifiku.

(54)

Mill-kummenti rċevuti mir-Renju Unit wara l-ftuħ tad-Deċiżjoni, deher li GMS ma jkoprix il-proċeduri li huma speċifiċi għal Vauxhall jew għal GM, iżda iktar il-proċessi li huma komuni għas-settur tal-karozzi u wkoll għas-settur tal-manifattura iktar wiesgħa. L-iskop tal-Pjan ta’ Taħriġ Integrat huwa li l-ħaddiema jifhmu iktar il-prinċipji ġeneriċi ta’ proċess ta’ lean manufacturing modern. Ir-Renju Unit issostanzja dan billi pprovda dettalji dwar numru ta’ korsijiet fil-Pjan ta’ Taħriġ Integrat (15).

(55)

Minn din l-informazzjoni komplimentarja li ta r-Renju Unit, għandu jinstab li l-korsijiet fil-Programm ta’ Taħriġ Integrat notifikati bħala taħriġ ġenerali se jipprovdi ħiliet trasferibbli verament.

7.3.2.3.   Bidla Kulturali:

(56)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni nnutat li l-awtoritajiet tar-Renju Unit ma kienu ssottomettew ebda dettalji dwar il-kontenut u r-riżultat mistenni ta’ dan it-taħriġ. Il-Kummissjoni esprimiet id-dubbji tagħha dwar it-trasferabilità tal-ħiliet akkwistati bħala parti mit-taħriġ dwar il-Bidla kulturali li jidher li għandu l-għan speċifiku li jbiddel il-kultura korporattiva ta’ Vauxhall.

(57)

Il-Kummissjoni nnutat li dan it-taħriġ se jkun ipprovdut minn konsulenti esterni li jużaw pakketti tat-taħriġ standardizzati li huma applikabbli għal firxa kbira ta’ setturi tan-negozju (16). It-taħriġ għalhekk mhux se jindirizza kwistjonijiet speċifiċi għal Vauxhall iżda jiffoka fuq kwistjonijiet ġeneriċi marbuta mal-ġestjoni tal-bidliet kulturali. Fuq il-bażi ta’ dan, għandu jinstab li l-programm dwar il-Bidla Kulturali għandu jipprovdi ħiliet li huma trasferibbli għall-impriżi jew industriji oħra.

7.3.2.4.   Lean Manufacturing:

(58)

Fin-notifika, ir-Renju Unit stqarr li l-prinċipji ta’ lean manufacturing huma ġeneralment applikati fl-industrija tal-manifattura u li jekk wieħed jifhem aħjar dawn il-prinċipji ikollu kwalifiki li huma trasferibbli sew. Mandanakollu, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, tqajmu dubbji dwar jekk it-taħriġ setgħax ikun disassoċjat mill-applikazzjoni tiegħu f’Vauxhall u għalhekk jekk il-kwalifiki li dan jipprovdi jkunux trasferibbli sew mill-impjegati individwali għal imprizi oħra jew oqsma tax-xogħol oħra.

(59)

Fil-kummenti tiegħu, ir-Renju Unit wera li t-taħrig tal-Lean Manufacturing ma jkoprix il-proċess tal-produzzjoni tal-karozzi u mhux ippjanat biex jipprovdi l-persunal b’ħiliet prattiċi li huma immedjatament applikabbli fix-xogħol tagħhom normali (dan jista’ jintlaħaq b’ħafna inqas spejjeż b’taħriġ tradizzjonali fuq il-post tax-xogħol). Il-Kummissjoni nnutat partikolarment li l-elementi prattiċi tat-taħriġ se jkunu bbażati fuq oqsma differenti minn dawk li min qed jitħarreġ is-soltu jaħdem fihom. Lean Manufacturing huwa kors teoretiku (l-aspetti prattiċi tal-lean manufacturing huma prinċiparjament integrati fil-Pjan ta’ Taħriġ Integrat) u l-persunal se jiċċaqlaq mill-kuntest tax-xogħol ordinarju biex jagħmel it-taħriġ. Dan it-taħriġ mhux fuq il-post tax-xogħol se jkun ipprovdut f’Ambjent ta’ Xogħol Simulat jew f’impjant ieħor ta’ GM (17).

(60)

Għandu jinstab li l-prinċipji ġenerali tal-lean manufacturing huma trasferibbli għall-impriżi u setturi oħra.

8.   KONKLUŻJONIJIET

(61)

Għar-raġunijiet imfissra hawn fuq, għandu jkun konkluż li l-għajnuna nnotifikata tipprovdi inċentiv għall-programm ta’ taħriġ.

(62)

Ir-Renju Unit issottometta evidenza dokumentata trasparenti u strutturata ta’ l-ispejjeż tat-taħriġ. Fuq il-bażi ta’ din l-evidenza, għandu jkun konkluż li r-Renju Unit għamel valutazzjoni ġusta ta’ l-ispejjeż eleġibbli kif stabbilit fil-Premessa 12 hawn fuq. Speċifikament, għandu jinstab li l-kumpens għall-ispejjeż tal-persunal li qed jitħarreġ ma jaqbiżx it-total ta’ l-ispejjeż l-oħra eliġibbli kif rikjest mill-Artikolu 4(7)(g) tar-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħriġ.

(63)

Fid-Dawl tal-konsiderazzjonijiet stabbiliti hawn fuq, għandu jkun konkluż li n-notifika tagħmel id-distinzjoni ġusta bejn it-taħriġ ġenerali u speċifiku kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħriġ.

(64)

L-intensitajiet ta’ l-għajnuna jikkonformaw ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħrig. Partikolarment, iż-żieda fl-intensità ta’ l-għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati tikkonforma ma’ l-Artikolu 4(4) tar-Regolament.

(65)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit żguraw li l-għajnuna notifikata ma tistax tkun flimkien ma’ għajnuna mill-Istati oħra biex tkopri l-istess spejjeż eliġibbli u li Vauxhall ma rċeviet ebda għajnuna mill-Istat li għaliha hemm ordni ta’ rkupru.

(66)

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq komuni.

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li r-Renju Unit qiegħda tippjana li timplimenta għal Vauxhall Motors Ltd, li tammonta għal GBP 8 784 767, hija kompatibbli mas-suq komuni fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE.

L-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna, li tammonta għal GBP 8 784 767 hija awtorizzata skond dan.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmula fi Brussell, fis-16 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU C 243,17.10.2007 p. 4.

(2)  Ara n-nota Nru 1 ta’ qiegħ il-paġna.

(3)  Vauxhall tinsab f’żona li sal-31 ta’ Diċembru 2006 kienet tikkwalifika għall-għajnuna regjonali taħt l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE. Mill-1 ta’ Jannar 2007, ir-reġjun m’għadux jikkwalifika għall-għajnuna.

(4)  It-termini “taħriġ ġenerali” u “taħriġ speċifiku” jintużaw kif imniżżel fl-Artikolu 2(d) u (e) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 68/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna ta’ taħriġ1 (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20). Ir-Regolament (KE) Nru 68/2001 minn hawn ’il quddiem huwa msejjaħ “ir-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħriġ” f’din “id-Deċiżjoni”.

(5)  L-ammonti fit-tabella huma ammonti finali pprovduti mir-Renju Unit fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ (kif talbet il-Kummissjoni. Ara n-nota tad-Deċizjoni tal-ftuħ).

(*1)  Informazzjoni kunfidenzjali.

(6)  Fil-preżent, 37 % tal-ħaddiema ta’ Vauxhall huma kkunsidrati bħala ħaddiema żvantaġġati Dawn jaqgħu prinċiplament taħt il-kategorija ta’ persuni li għandhom iżjed minn 45 sena li ma kisbux edukazzjoni sekondarja għolja. Madanakollu, billi t-taħriġ se jingħata fuq tul ta’ sitt snin u n-numru eżatt ta’ ħaddiema żvantaġġati li se jibbenifikaw mit-taħriġ jista’ jiġi determinat biss matul it-taħriġ, l-awtoritajiet tar-Renju Unit se japplikaw żieda ġenerali fl-intensità ta’ l-għajnuna ta’ 3,7 % f’kull qasam. L-awtoritajiet impenjaw ruħhom biex jivverifikaw in-numru attwali ta’ ħaddiema żvantaġġati f’kull proġett ta’ taħriġ “ex-post” u biex jikkoreġu l-intensità ta’ l-għajnuna applikata kif xieraq.

(7)  Il-baġit tat-taħriġ ta’ rutina (eskluż it-taħriġ ta’ Bidla fil-mudell): […].

(8)  Konkretament, it-taħriġ ta’ rutina huwa bbażat fuq li l-impjegat jassimila l-bżonnijiet tax-xogħol tiegħu partikolari kif reġistrat f’sett ta’ dokumenti bażiċi. Dan it-taħriġ speċifiku għall-impjieg huwa kkumplimentat minn korsijiet rikorrenti mogħtija lill-persunal kollu jew gruppi speċifiċi ta’ impjegati fuq aspetti ġenerali tax-xogħol ta’ Vauxhall. Eżempji ta’ taħriġ bħal dan huwa “5S” (Prinċipji ta’ organizzazzjoni tal-post tax-xogħol), “PDCA % PPS” (Proċessi li jiżguraw li kull biċċa xogħol titlesta u problemi identifikati ma jerġgħux jinqalgħu), “Pull Systems” (Taħriġ ta’ Andon u forniment) jew “Handling Conflict” (kif tittratta l-abbuż fuq il-post tax-xogħol).

(9)  L-impjanti kollha GM huma evalwati kull sena dwar il-livell ta’ konformità tagħhom ma’ l-istandards GMS. L-istandards ta’ evalwazzjoni u l-livell biex jgħaddu jinbidlu minn sena għal sena. Fl-2007, Vauxhall laħqet[…] Madanakollu, biex tilħaq l-istandards tal-grupp għall-2008, Vauxhall għandha bżonn tilħaq […]

(10)  Per eżempju, it-Taħriġ dwar is-Sistema tal-Produzzjoni dwar il-body shop tkopri fost suġġetti oħra: Fanuc robotics, sistemi ta’ kontroll ta’ Siemens u sistemi ta’ miżura Perceptron kollha pprovduti mill-għalliema esterni għal Vauxhall.

(11)  L-Ambjent ta’ Xogħol Simulat (SWE) huwa mudell ta’ linja ta’ produzzjoni simplifikat ħafna fejn karozza mudell tinbena fi ftit passi. M’għandu ebda relazzjoni mal-proċess tal-produzzjoni reali, iżda huwa ppjanat biex jagħti lil min qed jagħmel il-kors esperjenza diretta ta’ kwistjonijiet ġenerali fid-disinn u t-tqassim tal-proċess tal-produzzjoni.

(12)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/938/KE ta’ l-4 ta’ Lulju 2006 dwar l-għajnuna mill-Istat C 40/05 (ex N 331/05) li l-Belġju qed tippjana li tagħti lill Ford Genk (ĠU C 366, 21.12.2006, p. 32) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/612/KE tal-4 ta’ April 2007 dwar għajnuna mill-Istat C 14/06 li l-Belġju qed tippjana li timplimenta għal Gneral Motors tal-Belġju f-Antwerp (ĠU L 243, 18.9.2007, p. 71). Dan huwa f’konformità mal-Premessa 16 tar-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħriġ.

(13)  Dan huwa mtenni fil-Premessa 11 tar-Regolament dwar l-Għajnuna għat-Taħriġ li jiċċara li għandha tkun “[…] żgurata li l-għajnuna Statali tkun illimitata għal dak li hu meħtieġ minimament biex jintlaħaq l-oġġettiv tal-Komunità li l-forzi tas-suq biss ma jagħmlux possibbli […]”.

(14)  Punt simili għal dan kien aċċettat fid-Deċiżjoni 2007/612/KE tal-4 ta’ April 2007 dwar l-għajnuna mill-Istat C14/06. Ara Premessa 44 ta’ din id-Deċiżjoni.

(15)  Għalhekk, bħala eżempji, il-korsijiet “Astra Cockpit Module” u “Fuel and Braking Module” se jużaw miżuri prattiċi fil-proċess ta’ l-immuntar bħala kontenut biex juru sett ta’ ħiliet ġeneriċi li jistgħu jtejbu l-kwalità u r-rendiment tal-biċċa xogħol, bħal per eżempju t-tqassim tal-linja (kif issib ir-relazzjoni ottimali bejn il-fluss tal-materjal, il-pożizzjoni tal-makkinarju u l-moviment tal-ħaddiem), livelli ottimali ta’ l-inventarji (kif tifhem il-bżonn li jkollok il-livell ġust ta’ inventarju) jew ergonomika. Dawn il-ħiliet huma trasferibbli għal firxa kbira ta’ attivitajiet, fis-settur tal-manifattura u lil hinn minnu.

(16)  Vauxhall għandha l-intenzjoni li tuża s-servizzi ta’ taħriġ ta’ żewġ kumpaniji, Impact Training Consultancy u Dale Carnegie.

(17)  Probabbilment l-impjanti GM ta’ Eisenbach (il-Ġermanja) jew Gliwice (il-Polonja) li huma rikonoxxuti bħala siti “ta’ referenza” f’dak li għandu x’jaqsam ma’ lean manufacturing. Dawn is-siti huma ġeneralment rikonoxxuti bħala eżemplari u jżuruhom regolament gruppi minn impriżi jew setturi oħra. Jidher li l-għażla ta’ dawn is-siti tista’ tkun motivata mill-istatut tagħhom “ta’ referenza” ġenerali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prinċipji tal-lean manufacturing u dan ma jfissirx neċessarjament li t-taħriġ se jkun speċifiku għal GM.


ANNESS

List ta’ partijiet interessati li ssottomettew kummenti wara l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni fil-fond skond l-Artikolu 88.2 tat-Trattat

Northwest Automotive Alliance Ltd

Andrew Miller MP

Christine Russel MP

Cheshire & Warrington Economic Alliance

Ian Lucas MP

Il-Kunsill ta’ Wirral

L-Akkademja ta’ Ħiliet għall-Manifattura Nazzjonali

Il-Federazzjoni tal-Ħaddiema fil-Metall Ewropej

Il-Kunsill tal-Muniċipju ta’ Ellesmere Port u Neston

Lady Winterton MP

L-Istitut tal-Manifattura

Ben Chapman MP

Il-Kunsill tal-kontea ta’ Cyngor Sir y Fflint/Flintshire

Il-Konfederazzjoni Brittanika ta’ l-Industrija tal-Majjistral

Brian Simpson MP

Il-Kunsill tal-Kontea ta’ Cyngor Sir Ddinbych/Denbighshire


3.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 236/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.