ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 235

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
2 ta' Settembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 856/08 ta' l-24 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1683/95 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża fir-rigward tan-numerar tal-viża

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 857/2008 ta’ l-1 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 858/2008 ta' l-1 ta' Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 967/2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li jirrigwarda l-produzzjoni barra mill-kwota fis-settur taz-zokkor

7

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/696/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 dwar il-miżuri C 1/2006 (ex NN 103/05) implimentati minn Spanja għal Chupa Chups (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 868)  ( 1 )

10

 

 

2008/697/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2008 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 13/07 (ex NN 15/06 u N 734/06) mogħtija mill-Italja lil New Interline (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1321)  ( 1 )

12

 

 

2008/698/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Awwissu 2008 dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel reġistrati mill-Afrika ta' Isfel (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4211)  ( 1 )

16

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

2.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 235/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 856/08

ta' l-24 ta' Lulju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1683/95 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża fir-rigward tan-numerar tal-viża

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62 (2) (b) (iii) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-qafas legali kurrenti previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 (1) u l-ispeċifiċitajiet tekniċi addizzjonali, adottati mill-Kummissjoni, ma jippermettux tiftix affidabbli fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża stabbilita taħt ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal żjajjar qosra (Regolament tal-VIS) (2).

(2)

Is-sistema ta’ numerar li attwalment qed tintuża ma tippermettix, b’mod partikolari, li għadd suffiċjenti ta’ karattri jkunu indikati fuq il-viżi maħruġa minn Stati Membri b'għadd kbir ta' applikazzjonijiet.

(3)

Għalhekk sistema tan-numerar ta’ l-istiker tal-viża kemm konsistenti kif ukoll unika, hija essenzjali għall-verifika fil-VIS.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1683/95 għandu jiġi emendat f’dan ir-rigward.

(5)

Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (3), li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (4) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim.

(6)

Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta' Schengen, fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta' Schengen, li jaqgħu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqrija flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/849/KE (5) u 2004/860/KE (6).

(7)

Fir-rigward ta' Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fl-ambitu indikat tal-punt A ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri konġuntement ma' l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE (7).

(8)

Skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda m'humiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. B'riżultat, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' l-imsemmi Protokoll, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament ma japplikawx għar-Renju Unit u għall-Irlanda,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1683/95 huwa hawnhekk emendat kif gej:

(1)

għandu jinżied il-paragrafu 3 li ġej fl-Artikolu 2:

“3.   Skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6 (2), jista’ jiġi deċiż li l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu sigrieti u ma jiġux ippubblikati. F’dak il-każ, dawn ghandhom ikunu disponibbli biss għall-entitajiet maħtura mill-Istati Membri bħala l-korpi responsabbli għall-istampar u għal dawk il-persuni awtorizzati mill-Istat Membru jew mill-Kummissjoni.”;

(2)

għandu jiġi mħassar il-paragrafu 1 fl-Artikolu 3.

(3)

l-Anness għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2009. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-istokkijiet li fadlilhom fl-uffiċji konsolari li m’għandhom l-ebda rabta mas-Sistema ta’ l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)  ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1.

(2)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(5)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.

(6)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.

(7)  ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.


ANNESS

Għandu jiddaħħal dan il-mudell li ġej:

Image

Karatteristiċi ta' sigurtà

1.

Ritratt integrat meħud b’konformità ma’ l-ogħla standards ta’ sigurtà.

2.

Marka li hija ottikament varjabbli (‘kinegram’ jew l-ekwivalenti tagħha) għandha tidher f'dan l-ispazju. Skond l-angolu mnejn wieħed iħares lejha, 12-il stilla, l-ittra ‘E’ u globu jsiru viżibbli f'daqsijiet u lwien diversi.

3.

Il-logo li jkun jikkonsisti f'ittra jew f'diversi ittri li jindikaw il-ħruġ mill-Istati Membri (jew ‘BNL’ fil-każ ta' pajjiżi Benelux, jiġifieri il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda) b'effett ta' xbiha inviżibbli għandu jidher f'dan l-ispazju. Dan il-logo għandu jidher ċar meta mqiegħed ċatt u jidher skur meta mdawwar b'90°. Għandhom jintużaw il-logos li ġejjin: A għall-Awstrija, BG għall-Bulgarija, BNL għall-Benelux, CY għal Ċipru, CZE għar-Repubblika Ċeka, D għall-Ġermanja, DK għad-Danimarka, E għal Spanja, EST għall-Estonja, F għal Franza, FIN għall-Finlandja, GR għall-Greċja, H għall-Ungerija, I għall-Italja, IRL għall-Irlanda, LT għall-Litwanja, LVA għal-Latvja, M għal Malta, P għall-Portugall, ROU għar-Rumanija, S għall-Iżvezja, SK għas-Slovakkja, SVN għas-Slovenja, UK għar-Renju Unit.

4.

Il-kelma ‘viża’ b'ittri kapitali għandha tidher fin-nofs ta' dan l-ispazju b'kuluri li jkanġu. Skond l-angolu mnejn wieħed iħares lejha, għandha tidher ħadra jew ħamra.

5.

Din il-kaxxa għandha jkollha n-numru nazzjonali b’9 karattri ta’ l-istiker tal-viża, li għandha tkun stampata minn qabel. Għandha tintuża tipa speċjali.

5a.

Din il-kaxxa għandha jkollha l-kodiċi tal-pajjiż bi tliet karattri kif stabbilit fid-Dokument ta' l-ICAO 9303 dwar id-Dokumenti ta' l-Ivjaġġar li Jinqraw minn Makkinarju (1), li jindika l-Istat Membru li joħroġ il-viża.

In-“numru ta’ l-istiker tal-viża” huwa l-kodiċi tal-pajjiż bi tliet karattri kif jidher fil-kaxxa 5a u n-numru nazzjonali kif imsemmi fil-kaxxa 5.

Taqsimiet li għandhom jimtlew

6.

Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem ‘valida għal’. L-awtorità li toħroġha għandha tindika t-territorju jew territorji li għalihom il-viża hi valida.

7.

Din il-kaxxa għandha tibda bil-kelma ‘minn’ u l-kelma ‘sa’ għandha tidher aktar ’il quddiem fuq il-linja. L-awtorità tal-ħruġ għandha tindika hawn iż-żmien ta' validità tal-viża.

8.

Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem it-‘tip ta' viża’. L-awtorità tal-ħruġ għandha tindika l-kategorija tal-viża b'mod konformi ma' l-Artikoli 5 u 7 ta' dan ir-Regolament. Aktar ’il fuq l-istess linja il-kliem “għadd ta’ dħul”, ‘dewmien taż-żjara’ (jiġifieri kemm l-applikant bi ħsiebu jdum) u għandha tidher ukoll ‘jiem’.

9.

Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem ‘maħruġa fi’ u għandha tintuża biex tindika l-post minn fejn inħarġet.

10.

Din il-kaxxa għandha tibda bil-kelma ‘fi’ (li ħdejha għandha timtela d-data tal-ħruġ mill-awtorità li toħroġha) u aktar 'il quddiem fil-linja għandu jidher il-kliem ‘numru tal-passaport’ (li ħdejh għandu jidher in-numru tal-passaport tad-detentur).

11.

Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem ‘Kunjom, Isem’.

12.

Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem ‘kummenti’. Din għandha tintuża mill-awtorità tal-ħruġ sabiex tindika kull informazzjoni ulterjuri li titqies neċessarja, sakemm tkun konformi ma' Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. Iż-żewġ linji u nofs li jiġu wara għandhom jitħallew vojta għal kummenti bħal dawn.

13.

Din il-kaxxa għandha jkun fiha informazzjoni f'forma li tista' tinqara minn makkinarju għall-iffaċilitar tal-kontrolli fil-fruntieri esterni. L-ispazju li jinqara mill-makkinarju għandu jkun fih test stampat fl-ipprintjar fl-isfond, li jindika l-Istat Membru li joħroġ id-dokument. It-test m’għandux jaffettwa l-fatturi tekniċi ta' l-ispazju li jinqara mill-makkinarju jew il-kapaċità li jkun jista' jinqara.

Il-karta għandha tkun ta' lewn naturali ċar b'marki ħomor u blu.

Il-kliem li jindika l-kaxxi għandu jidher bl-Ingliż u bil-Franċiż. L-Istat li joħroġ il-viża jista' jżid tielet lingwa li tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità. Madankollu, il-kelma ‘viża’ fil-linja ta' fuqnett tista' tidher fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Komunità.


(1)  Bl-eċċezzjoni għall-Ġermanja: Id-dokument ta’ l-ICAO 9303 dwar dokumenti ta’ l-ivjaġġar li jinqraw minn makkinarju jipprevedi li l-kodiċi tal-pajjiż tal-Ġermanja jkun “D”.


2.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 235/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 857/2008

ta’ l-1 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

23,3

ZZ

23,3

0707 00 05

JO

162,5

MK

21,6

TR

137,3

ZZ

107,1

0709 90 70

TR

118,5

ZZ

118,5

0805 50 10

AR

57,8

CL

65,6

UY

56,3

ZA

66,8

ZZ

61,6

0806 10 10

EG

190,0

IL

222,6

TR

128,0

US

188,9

XS

61,0

ZZ

158,1

0808 10 80

AR

89,1

BR

89,0

CL

88,8

CN

75,6

NZ

102,0

US

92,7

ZA

79,4

ZZ

88,1

0808 20 50

AR

123,5

CN

53,0

TR

140,8

ZA

88,6

ZZ

101,5

0809 30

TR

138,9

US

168,1

ZZ

153,5

0809 40 05

IL

129,9

MK

53,9

TR

107,3

XS

56,4

ZZ

86,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


2.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 235/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 858/2008

ta' l-1 ta' Settembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 967/2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li jirrigwarda l-produzzjoni barra mill-kwota fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1) [titlu mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikoli 13(2) u 40(1)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 (2) jistipula li l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni sensiela ta’ notifiki rigward il-kwantitajiet ta’ materja prima industrijali trasportati għall-ipproċessar. Sabiex dawn il-kwantitajiet ma jingħaddux darbtejn, kif ukoll biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli fl-Istati Membri kkonċernati, jixraq li jiġu speċifikati regoli dettaljati għan-notifiki msemmija.

(2)

Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda tal-ġuleppijiet għad-dlik u tal-ġuleppijiet għad-dlik għall-produzzjoni tar-“Rinse appelstroop” li jidhru fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 għandhom jiġu speċifikati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta' l-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 rigward dawn il-prodotti.

(3)

L-esperjenza miksuba mindu daħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet il-ġodda, wara r-riforma tar-reġim taz-zokkor, rigward l-użu taz-zokkor industrijali mill-industrija kimika u farmaċewtika, turi l-ħtieġa li jiżdiedu mal-lista ta’ prodotti mogħtija fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 il-prodotti tax-xama' għat-tneħħija tas-suf li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3307 90 00 kif ukoll is-sustanzi li jrattbu d-drapp li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3809 91 00.

(4)

Għaldaqstant, ir-Reġolament (KE) Nru 967/2006 għandu jiġi emendat.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 967/2006 hu emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 10 għandu jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 10

Notifiki mill-Istati Membri

Kull Stat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni:

a)

sa mhux aktar tard minn tmiem Mejju, il-kwantità tal-materja prima industrijali trasportata mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu preċedenti mill-manifatturi awtorizzati mill-Istat Membru;

b)

sa mhux aktar minn tmiem Novembru, għas-sena tas-suq preċedenti:

il-kwantità tal-materja prima industrijali trasportata mill-manifatturi awtorizzati mill-Istat Membru, imqassma f'zokkor abjad, zokkor mhux raffinat, f'ġulepp taz-zokkor u f'iżoglukożju;

il-kwantità tal-materja prima industrijali li għaliha l-proċessuri awtorizzati mill-Istat Membru pprovdew l-evidenza msemmija fl-Artikolu 9(2), imqassma f'zokkor abjad, zokkor mhux raffinat, f'ġulepp taz-zokkor u f'iżoglukożju; u min-naħa l-oħra,

il-kwantità taz-zokkor trasportata skont l-Artikolu 7(3) tal-manifatturi awtorizzati mill-Istat Membru.”

2)

L-Anness hu mibdul bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodott

1302 32

– – Muċillaġni u sustanzi li jgħaqqdu, sew jekk immodifikati u sew jekk le, li jitnisslu mill-ħarrub, żerriegħa tal-ħarrub jew żerriegħa tal-guar:

1302 39 00

– – oħrajn

ex 1702 90 95

ex 2106 90 59

– – Ġulepp għad-dlik u ġulepp għall-produzzjoni tar-Rinse appelstroop

2102 10

– Ħmejjer attivi

ex 2102 20

– – Ħmejjer mhux attivi

2207 10 00

– Alkoħol etiliku mhux denaturat, b'livell alkoħometriku volumiku ta' 80 % vol jew aktar (Bioetanol)

ex 2207 20 00

– Alkoħol etiliku totalment denaturat (Bioetanol)

ex 2208 40

– Rum

 

Preparazzjonijiet ta' tipi użati għall-għalf ta' l-annimali:

ex 2309 90

– Prodotti b'kontenut ta’ materja niexfa ta’ mill-anqas 60 % ta’ lisin

29

Prodotti kimiċi organiċi għajr il-prodotti bil-kodiċijiet 2905 43 00 u 2905 44

3002 90 50

– – Kulturi ta’ mikro-organiżmi

3003

Medikamenti (għajr il-prodotti bil-kodiċi 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin, imħejjija għal skopijiet terapewtiċi jew profilattiċi, iżda li la huma ppreżentati f'forma ta’ dożi u lanqas kondizzjonati għall-bejgħ bl-imnut

3004

Medikamenti (għajr il-prodotti bil-kodiċi 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin jew mhux imħalltin, imħejjija għal skopijiet terapewtiċi jew profilattiċi, ippreżentati f'forma ta’ dożi jew kondizzjonati għall-bejgħ bl-imnut

3006

Preparazzjonijiet u oġġetti farmaċewtiċi speċifikati fin-nota 4 ta’ dan il-kapitolu

3203 00 10

– Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali u preparazzjonijiet ibbażati fuqu

3203 00 90

– Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni ta’ annimali u preparazzjonijiet ibbażati fuqu

ex 3204

– Materjal taż-żbigħ ta’ oriġini sintetika u l-preparazzjonijiet imsemmija fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu abbażi ta’ dan il-materjal taż-żbigħ.

ex 3307 90 00

Xama' għat-tneħħija tas-suf

ex ex35

Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enżimi, għajr għall-prodotti bil-kodiċi 3501 u bil-kodiċi 3505 10 10 , 3505 10 90 jew 3505 20

ex ex38

Prodotti varji ta' l-industrija kimika għajr dawk li jaqgħu taħt il-kodiċi 3809 , minbarra l-prodotti li jrattbu d-drapp bil-kodiċi NM ex 3809 91 00 , u l-kodiċi 3824 60 .

3901 sa 3914

– Forom primarji

ex 6809

Oġġetti tal-ġibs jew ta’ kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-ġibs:

– Pjanċi, folji, panewijiet, madum u oġġetti simili”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

2.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 235/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 dwar il-miżuri C 1/2006 (ex NN 103/05) implimentati minn Spanja għal Chupa Chups

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 868)

(It-test Spanjol biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/696/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-linji gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni fl-10 ta’ Mejju 2007 dwar il-miżuri Nru C 1/2006 (ex NN 103/2005) implimentati minn Spanja għal Cupa Chups (2).

(2)

Wara appell li tressaq minn Chupa Chups S.A. (“Chupa Chups”) quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej kontra d-deċiżjoni kkonċernata, il-Kummissjoni kkonkludiet li kienet għamlet żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward ta’ parti waħda minn miżura 4 (800 000 ewro mogħtija fl-2003 taħt l-iskema ta’ għajnuna reġjonali).

(3)

F’punt 43 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni nnutat li kien diġà ċċarat li l-iskema ta’ l-għajnuna reġjonali ma setgħetx tapplika għal kumpaniji f’diffikultà. Minħabba t-telf sostanzjali li għamlet Chupa Chups fl-2002 (22 078 000 ewro, li jikkorrispondu għal 86,5 % tal-kapital sottoskritt sa l-aħħar tas-sena finanzjarja) u r-riżultati ta’ l-2003, il-Kummissjoni dehrilha li Chupa Chups kellha tiġi kkunsidrata bħala kumpanija f’diffikultà fiż-żmien li ġiet mogħtija l-għajnuna. Il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-parti ta’ l-għajnuna kienet għalhekk inkompatibbli mas-suq komuni u allura ma setgħetx tiġi implimentata.

(4)

F’dak li għandu x’jaqsam mat-800 000 ewro ta’ għajnuna reġjonali li ngħatat fl-2003 taħt il-programm “Minería 2”, il-Kummissjoni tinnota li din l-għajnuna tifforma parti minn skema ta’ għajnuna approvata (3). Aktar minn hekk, għall-kuntrarju ta’ l-ewwel evalwazzjoni fil-bidu tal-proċedura ta’ l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tikkunsidra li Chupa Chups kienet eliġibbli għal din l-għajnuna minħabba, li fiż-żmien li l-għajnuna ngħatat, il-kumpanija ma kenitx f’diffikultà (4). B’mod partikolari,

(a)

Minkejja t-telf sostanzjali ta’ 22 078 000 EUR miljun li sar fl-2002, fl-aħħar ta’ dik is-sena finanzjarja l-kontijiet ta’ Chupa Chups xorta wrew riżervi ta’ madwar 59 930 000 EUR. Dawk ir-riżervi kienu biżżejjed biex jassorbu t-telf kollu, li allura ma kellu l-ebda impatt fuq il-kapital sottoskritt tal-kumpanija ta’ 12-il miljun. Addizjonalment, wara li tnaqqas it-telf ta’ l-2002, Chupa Chups kien għad kellha ekwità ta’ 49 850 000 EUR.

(b)

Il-Kummissjoni tikkonsidra li ħafna mis-sinjali tas-soltu li turi kumpanija f’diffikultà, kif deskritti f’punt 6 tal-linji gwida, ma kenux hemm matul il-perjodu 2002-2003. B’mod partikolari, ir-rata ta’ telf naqset (5), kif naqsu wkoll id-dejn (kemm dak fil-medda taż-żmien it-twila kemm f’dik qasira) u l-inventarji ta’ l-istokk (6), filwaqt li l-ispejjeż finanzjarji baqgħu stabbli.

(ċ)

Fl-aħħar, l-evoluzzjoni pożittiva ta’ Chupa Chups mill-2002-2003 għamlitha ċara li l-kumpanija ma kenitx taqa’ taħt il-kriterju ġenerali ta’ punt 4 tal-linji gwida, li skond dan, kumpanija għandha tkun ikkunsidrata f’diffikultà “fejn ma tkunx kapaċi, sew jekk permezz tar-riżorsi tagħha sew permezz ta’ fondi li jirnexxilha tikseb mingħand il-propjetarju/azzjonisti jew il-kredituri, biex twaqqaf it-telf li, mingħajr intervent barrani ta’ l-awtoritajiet pubbliċi, kien kważi ċertament jikkundannaha li tfalli fuq medda ta’ żmien qasira jew medja”.

Is-sussidju ta’ 800 000 EUR li ngħata lil Chupa Chups taħt din l-iskema ta’ għajnuna reġjonali għalhekk għandha tiġi meqjusa bħala għajnuna kompatibbli.

(5)

Fl-appell, sar l-argument li Chupa Chups ma kenitx kumpanija f’diffikultajiet skond it-tifsira ta’ punt 5(a) tal-Linji Gwida tal-Komunità ta’ l-1999 dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (7). Fil-Linji Gwida, kumpanija hija kkunsidrata li tkun f’diffikultà fejn aktar min-nofs tal-kapital irreġistrat tagħha jkun sparixxa u aktar minn kwart ta’ dak il-kapital ikun intilef matul it-12-il xahar preċedenti.

(6)

Anke jekk Chupa Chups kellha telf li jikkorrispondi għal aktar min-nofs tal-kapital sottoskritt tagħha, il-kriterju li aktar min-nofs tal-kapital sottoskritt sparixxa ma jgħoddx f’dan il-każ, għaliex Chupa Chups kellha riżervi oħrajn.

(7)

Il-Kummissjoni għalhekk għandha tirrikonsidra l-evalwazzjoni tagħha u temenda d-Deċiżjoni ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-Għajnuna mill-Istat ta’ 800 000 EUR kif maħsub f’miżura 4.

(8)

Id-Deċiżjoni ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 dwar il-miżuri Nru C 1/2006 (ex NN 103/2005) implimentati minn Spanja għal Chupa Chups għandha għalhekk tiġi emendata.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 dwar il-miżuri Nru C 1/2006 (ex NN 103/2005) implimentati minn Spanja għal Chupa Chups huwa mneħħi u minfloku jidħol dan li ġej:

“2.   L-Għajnuna ta’ l-Istat ta’ 800 000 EUR f’għajnuna reġjonali fl-2003 taħt il-programm “Minería 2” huwa kompatibbli mas-suq komuni.”

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.

(2)  ĠU L 244, 19.9.2007, p. 20. Notifikata fil-11 ta’ Mejju 2007 bin-numru C(2007) 1710.

(3)  Ordni tas-17 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-bażijiet regolatorji għall-għoti ta’ għajnuna għal proġetti ta’ negozju li jiġġeneraw l-impjieg u jippromwovu żvilupp alternattiv ta’ żoni tal-minjieri. Il-Programm “Minería 2” kien approvat mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Novembru 2001 (ittra C(2001) 3628).

(4)  Skond it-tifsira tal-Linji Gwida tal-Komunità ta’ l-1999 dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà.

(5)  22,07 miljun euro fl-2002 u 4,70 miljun euro fl-2003.

(6)  28,7 miljun euro fl-2002 u 23,29 miljun euro fl-2003.

(7)  Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.


2.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 235/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ April 2008

dwar l-Għajnuna mill-Istat C 13/07 (ex NN 15/06 u N 734/06) mogħtija mill-Italja lil New Interline

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1321)

(It-test bit-Taljana biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/697/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 88(2), l-ewwel subparagrafu,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a),

wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti (1) tagħhom f’konformità ma’ l-Artikoli msemmija hawn fuq,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.

B’ittra li ġġib id-data tat-23 ta’ Frar 2006, l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar miżura ta’ għajnuna ta’ salvataġġ għal New Interline S.p.A. (minn hawn ’il quddiem imsejħa “New Interline”). Din il-miżura, li r-referenza tagħha hija NN 15/2006, ġiet implimentata fit-13 ta’ Frar 2006, jiġifieri qabel ma ġiet notifikata. Permezz ta’ l-ittra ta’ l-4 ta’ April 2006, il-Kummissjoni talbet informazzjoni supplimentari, u l-Italja wieġbet bl-ittra tad-29 ta’ Mejju 2006. Sussegwentement il-Kummissjoni, permezz ta’ l-ittra tat-28 ta’ Lulju 2006, talbet għal aktar informazzjoni, u l-Italja wieġbet bl-ittri tal-5 ta’ Ottubru 2006 u tas-6 ta’ Novembru 2006.

2.

Bin-notifika ta’ l-10 ta’ Novembru 2006, reġistrata bin-numru ta’ referenza N 734/2006, l-awtoritajiet Taljani għarrfu lill-Kummissjoni dwar il-pjan ta’ ristrutturar għal New Interline. Il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni bl-ittra tat-22 ta’ Diċembru 2006, bit-tweġiba ta’ l-Italja tasal bl-ittra tas-6 ta’ Marzu 2007.

3.

Bl-ittra tal-25 ta’ April 2007, il-Kummissjoni avżat lill-Italja dwar id-deċiżjoni tagħha ta’ l-24 ta’ April 2007 li l-għajnuna ta’ salvataġġ lil New Interline kienet konformi mas-suq komuni biss jekk kienet ingħatat għal perjodu ta’ sitt xhur. Fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-għajuna tas-salvataġġ lil hinn mill-perjodu ta’ sitt xhur, kif ukoll fir-rigward ta’ l-għajnuna ta’ ristrutturar, il-Kummisjoni kienet iddeċidiet li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali fl-ambitu ta’ l-Artikolu 88(2) tat-Trattat.

4.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom. Madankollu ma waslet l-ebda informazzjoni mill-partijiet interessati.

5.

Bl-ittra tat-30 ta’ Mejju 2007, l-awtoritajiet Taljani għarrfu lill-Kummissjoni li New Interline kienet spiċċat f’likwidazzjoni volontarja u li kienu bi ħsiebhom jiritiraw in-notifika ta’ għajnuna ta’ ristrutturar. Bl-ittra tat-9 ta’ Ottubru 2007, l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw l-irtirar tan-notifika.

6.

Bl-ittra tas-16 ta’ Novembru 2007 l-Kummissjoni stiednet lill-Italja biex tagħtiha aktar informazzjoni b’rabta mar-regoli tal-proċedura ta’ likwidazzjoni volontarja, b’enfasi dwar il-konsegwenzi fuq il-kredituri ta’ New Interline. L-Italja wieġbet bl-ittra tat-28 ta’ Jannar 2008.

2.   GĦAJNUNA TA’ SALVATAĠĠ

7.

Il-miżura ta’ għajnuna ta’ salvataġġ tikkonsisti f’garanzija maħruġa mill-Ministeru Taljan għall-Iżvilupp Ekonomiku dwar self mill-bank li jammonta għal EUR 2,75 miljun Oriġinarjament il-garanzija kienet inħarġet għal perjodu ta’ sitt xhur, jiġifieri mis-6 ta’ Marzu 2006 sas-6 ta’ Settembru 2006. Madankollu l-Kummissjoni ġiet mgħarrfa li fi tmiem dan it-terminu l-garanzija baqgħet ma ġietx irtirata.

8.

Skond il-paragafu 25, ittra c) tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturar ta’ azjendi f’diffikultà (2) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-linji gwida”), fil-każ ta’ għajnuna mhux notifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq quddiem il-Kummssjoni, fi żmien sitt xhur mill-implimentazzjoni ta’ l-ewwel miżura, pjan ta’ ristrutturar jew pjan ta’ likwidazzjoni jew il-prova li l-ammont kollu tas-self tħallas lura u/jew li l-garanzija ġiet irtirata.

9.

Fid-deċiżjoni tagħha ta’ l-24 ta’ April 2007, il-Kummissjoni enfasizzat li l-għajnuna ta’ salvataġġ ma kinitx ġiet iritirata wara l-perjodu inizjali ta’ sitt xhur u li l-Italja ma kienet ressqet l-ebda pjan ta’ ristrutturar fil-perjodu stipulat. Għalhekk, fid-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni ddikjarat li l-għajnuna kienet konformi mas-suq komuni bħala għajnuna ta’ salvataġġ li kieku l-miżura kienet limitata għal sitt xhur, billi din kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha, ħlief dawk tal-paragrafu 25, ittra c) tal-linji gwida. Madankollu, billi l-għajnuna ta’ salvataġġ ġiet estiża lil hinn mill-perjodu ta’ sitt xhur, il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar il-konformità tagħha u għalhekk iddeċidiet li tiftaħ roċedura skond il-paragrafu 27 tal-linji gwida (3).

10.

Barra minn hekk, f’din id-deċiżjoni l-Kummissjoni enfasizzat li kienet se tqis jekk l-għajnuna ta’ salvataġġ li ġiet estiża b’mod illegali setgħatx titqies konformi ma’ prinċipji oħra fl-ambitu tal-paragrafu 20 tal-linji gwida. Skond dan il-paragrafu kien hemm il-possibbiltà li l-għajnuna ta’ salvataġġ setgħet titqies bħala għajnuna ta’ ristrutturar.

11.

Madankollu ta’ min jinnota li suċċessivament l-Italja rtirat in-notifika dwar l-għajnuna ta’ ristrutturar. Għaldaqstant il-Kummissjoni ma tistax tibqa’ tibbaża fuq fatturi – partikolarment fuq pjan ta’ ristrutturar – maħsuba biex jiggarantixxu profitabbiltà mill-ġdid, jew fuq miżuri ta’ kumpens bil-għan li jnaqqsu l-effetti negattivi ta’ l-għajnuna, li jwasslu biex l-għajnuna ta’ salvataġġ estiża illegalment titqies bħala għajnuna ta’ ristrutturar konformi mas-suq komuni.

12.

B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni waslet biex tikkonkludi li l-garanzija ta’ EUR 2,75 miljun mogħtija lil New Interline mill-awtoritajiet Taljani mhix konformi mas-suq komuni skond il-linji gwida billi l-miżura ġiet estiża lil hinn mis-6 ta’ Settembru 2006.

L-irkupru ta’ l-għajnuna ta’ salvataġġ

13.

Għaldaqstant, l-għajnuna ta’ salvataġġ, li tammonta għal EUR 2,75 miljun għandha tiġi rkuprata mill-Italja mingħand l-impriża li bbenefikat minnha, in-New Interline.

14.

Fir-rigward ta’ dan, l-Italja għarrfet lill-Kummissjoni bl-ittra tat-28 ta’ Jannar 2008 li nhar l-4 ta’ Mejju 2007 kienu l-awtoritajiet Taljani, minflok l-Interline, li raddu lura ċ-ċifra totali tas-self bl-imgħaxijiet lil Banca Antonveneta, li kienet ipprovdiet l-ammont misluf garantit mill-Istat. Fi stadju aktar tard, fil-kuntest tal-proċedura ta’ likwidazzjoni volontarja, fis-7 ta’ Ġunju 2007 l-awtoritajiet Taljani talbu lill-Uffiċċju ta’ l-Avukat Distrettwali biex jipproċedi bil-ħlas tal-kreditu ta’ l-Istat fil-konfront ta’ l-impriża.

15.

Fit-18 ta’ Novembru 2007 New Interline ddeċidiet li tressaq applikazzjoni quddiem it-Tribunal ta’ Bari għal proċedura ta’ ftehim preventiv mal-kredituri li tippermetti l-ħlas lill-kredituri taħt is-superviżjoni ta’ l-imħallef. Din il-proċedura tista’ twassal għall-kontinwazzjoni ta’ l-attivijajiet ta’ produzzjoni ta’ l-impriża.

16.

F’dan l-istadju, mhuwiex possibbli li wieħed ikun jaf x’se jkun ir-riżultat tal-ftehim preventiv. Fi kwalunkwe każ, l-Italja xorta waħda għandha turi minnufih il-kreditu tagħha fl-ambitu tal-proċedura ta’ insolvenza, irrispettivament minn dak li jirriżulta.

17.

Fil-każ li r-riżultat ta’ din il-proċedura jkun favur il-kontinwazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ New Interline, il-Kummissjoni tfakkar li, kif stipulat fil-paragrafu 67 tal-komunikazzjoni “Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata Għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-komunikazzjoni dwar l-irkupru”) (4), l-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tad-deċiżjoni jistgħu japprovaw il-pjan ta’ kontinwazzjoni biss jekk dan jiggarantixxi li l-għajnuna tintradd lura b’mod sħiħ fiż-żmien stabbilit fid-deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, l-Istat Membru la jista’ jirrifjuta parzjalment it-talba ta’ l-irkupru tiegħu u lanqas jista’ jaċċetta kwalunkwe soluzzjoni oħra li ma twassalx għall-waqfien minnufih ta’ l-attivitajiet tal-benefiċjarju fin-nuqqas tar-rifużjoni sħiħa u immedjata ta’ l-għajnuna illegali. Għaldaqstant, fin-nuqqas tar-rifużjoni sħiħa ta’ l-għajnuna illegali, l-awtoritajiet Taljani għandhom jadottaw, fiż-żmien stipulat għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, il-miżuri kollha fis-setgħa tagħhom biex jopponu għall-kontinwazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ New Interline.

18.

Barra minn hekk qed tinġibed l-attenzjoni li, fl-ambitu tal-paragrafu 68 tal-komunikazzjoni dwar l-irkupru, fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ impriża, u sakemm l-għajnuna ma tkunx għadha tħallset kollha lura, l-Istat Membru għandu jopponi kull trasferiment ta’ assi kapitali li ma jsirx skond il-kundizzjonijiet tas-suq u/jew li huwa maħsub biex jevita d-deċiżjoni ta’ rkupru. Biex jinkiseb “trasferiment korrett ta’ l-assi kapitali”, l-Istat Membru għandu jassigura li l-vantaġġ inġust maħluq mill-għajnuna ma jiġix trasferit lix-xerrej ta’ l-assi. Dan jista’ jiġri jekk l-assi kapitali tal-benefiċjarju oriġinali ta’ l-għajnuna jiġu trasferiti lil terza persuna bi prezz orħos mill-valur tagħhom tas-suq jew lil kumpanija aventi kawża mwaqqfa biex tiġi evitata l-ordni ta’ rkupru. F’każ bħal dan, l-ordni ta’ rkupru jeħtieġ li jiġi estiż lil dik it-terza persuna.

3.   GĦAJNUNA TA’ RISTRUTTURAR

19.

Il-Kummissjoni tinnota li skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, dwar regoli dettaljati ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat KE (5), l-Istat Membru kkonċernat jista’ jirtira n-notifika tiegħu f’kull ħin qabel ma l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar l-għajnuna. F’każ fejn il-Kummissjoni tkun fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni għandha tagħlaq dik il-proċedura.

20.

L-Italja rtirat in-notifika dwar l-għajnuna ta’ ristrutturar li tammonta għal EUR 4,57 miljun permezz ta’ l-ittra tad-9 ta’ Ottubru 2007. Skond l-informazzjoni li għandha, l-għajnuna ta’ ristruttuar ma ngħatatx.

21.

B’konsegwenza ta’ dan, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa bid-deċiżjoni msemmija diġà ta’ l-24 ta’ April 2007 għandha tingħalaq, billi minħabba l-irtirar tan-notifika, din m’għadhiex tapplika f’dak li jikkonċerna l-għajnuna ta’ ristrutturar notifika mill-Italja favur in-New Interline.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna ta’ salvataġġ fis-sura ta’ garanzija mill-Istat li tammonta għal EUR 2,75 miljun, mogħtija illegalment mill-Italja bi ksur ta’ l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat, favur New Interline S.p.A., mhix konformi mas-suq komuni billi l-miżura ġiet estiża lil hinn mis-6 ta’ Settembru 2006.

Artikolu 2

1.   L-Italja għandha tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarju.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom miżjud magħhom l-imgħaxijiet mid-data meta ngħataw lill-benefiċjarju sad-data meta ġew irkuprati b’mod effettiv.

3.   L-imgħaxijiet għandhom jiġu kkalkulati fuq is-sistema ta’ l-imgħaxijiet komposti skond il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 791/2004.

Artikolu 3

1.   L-irkupru ta’ l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   L-Italja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tkun implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ notifika.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Italja għandha tresaq l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (kapital u imgħaxijet) li għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex is-sitwazzjoni ssir konformi ma’ din id-Deċiżjoni;

(ċ)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie obbligat iħallas lura l-għajnuna.

2.   L-Italja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 tkun irkuprata bis-sħiħ. Tibgħat minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex is-sitwazzjoni ssir konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Tibgħat ukoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammont ta’ għajnuna u l-imgħaxijiet diġà irkuprati mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 5

Fir-rigward ta’ l-għajnuna ta’ ristrutturar (ex N 734/06), il-proċedura skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat, miftuħa bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ April 2007, ingħalqet b’riżultat ta’ l-irtirar tan-notifika tad-9 ta’ Ottubru 2007.

Artikolu 6

Ir-Repubblika Taljana hija d-destinatarja ta’ din id-deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 120, 31.5.2007, p. 12.

(2)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(3)  Skond il-paragrafu 27 tal-linji gwida: “il-Kummissjoni tiftaħ il-proċedura skond l-Artikolu 88, paragrafu 2, tat-Trattat jekk l-Istat Membru ma jressaqx […] il-prova li l-ammont tas-self tħallas kollu lura u/jew li l-garanzija ma ġiet irtirata, qabel ma jagħlaq it-terminu ta’ 6 xhur”.

(4)  ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4.

(5)  ĠU C 83, 27.3.1999, p. 1.


2.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 235/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta' Awwissu 2008

dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel reġistrati mill-Afrika ta' Isfel

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4211)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/698/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' equidae l (1), u partikolarment l-Artikoli 13(2), Artikoli 14, 15, 16 u 19(i) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/10/KE tat-12 ta’ Diċembru 1996 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/160/KEE, 92/260/KEE u 93/197/KEE dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel reġistrati mill-Afrika ta' Isfel (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata.

(2)

L-Afrika ta' Isfel hija inkluża fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (4).

(3)

Wara missjoni ta' verifika veterinarja mill-Kummissjoni li seħħet fl-Afrika ta' Isfel is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali tidher li hija taħt kontroll sodisfaċenti tas-servizzi veterinarji mibnija u organizzati tajjeb.

(4)

Il-marda magħrufa bħala dourine hija endemika f'ċerti partijiet ta' l-Afrika ta' Isfel. B'dana kollu, il-Provinċja tal-Kap tal-Punent kienet ħielsa mid-dourine għal aktar minn sitt xhur. L-Afrika ta' Isfel hija uffiċjalment ħielsa mill-glanders, mit-tipi kollha ta' enċefalomilitis ta' l-ispeċi ekwina, l-anemija infettiva taż-żwiemel u mill-istomatitis vesikulari għal aktar minn sitt xhur.

(5)

L-awtoritajiet veterinarji ta' l-Afrika ta' Isfel ntrabtu li jagħtu notifika fi żmien 24 siegħa b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-konfermazzjoni ta' kwalunkwe marda infettiva jew li tittieħed mill-equidae minn dawk li hemm imsemmija fl-Anness A tad-Direttiva 90/426/KEE u dwar kwalunkwe tibdil fl-istrateġija tat-tilqim, u fi żmien xieraq, fl-istrateġija ta' l-importazzjoni meta jkunu kkonċernati ż-żwiemel.

(6)

L-awtoritajiet veterinarji ta' l-Afrika ta' Isfel ipprovdew ċerti garanziji dwar iż-żwiemel irreġistrati intiżi għad-dħul temporanju jew permanenti fil-Komunità.

(7)

Il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għandhom ikunu adottati bi qbil mas-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali tal-pajjiż terz konċernat. Minħabba l-kriterji meħtieġa dwar il-kontroll tal-moviment u l-kwarantina fl-Afrika ta' Isfel din id-Deċiżjoni għandha x’taqsam biss mad-dħul temporanju u l-importazzjoni taż-żwiemel irreġistrati.

(8)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-reġjonalizzazzjoni ta' l-Afrika ta' Isfel dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità taż-żwiemel reġistrati għandha tkun tapplika permezz tal-kondizzjoni li l-garanziji addizzjonali li hemm fl-Anness I ikunu mwettqa.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 97/10/KE hi mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 8 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

(2)  ĠU L 3, 7.1.1997, p. 9.

(3)  Ara l-Anness III.

(4)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.


ANNESS I

Garanziji addizzjonali li japplikaw għar-reġjonalizzazzjoni ta' l-Afrika ta' Isfel dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità taż-żwiemel irreġistrati

1.   Il-mard segwenti għandu jkun innotifikat b'mod obbligatorju fl-Afrika ta' Isfel:

 

Il-marda Afrikana taż-żwiemel (AHS – DAŻ), il-glanders, id-dourine, it-tipi kollha ta' l-enċefalomilitis fl-ispeċi ekwina inkluża dik tal-Venezwela, l-anemija infettiva fl-ispeċi ekwina , stomatitis vesikulari, it-traċna u r-rabbja.

 

Iż-żona kollha tal-Provinċja tal-Kap tal-Punent hija dikjarata bħala “żona ta' kontroll għall-marda Afrikana taż-żwiemel” bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Mard ta' l Annimali. Fir-rigward tar-reġjonalizzazzjoni tal-marda Afrikana taż-żwiemel, it-territorju tal-Provinċja tal-Kap tal-Punent huwa maqsum fiż-żona ħielsa mid-marda Afrikana taż żwiemel, iż-żona ta' sorveljanza u ż-żona ta' protezzjoni.

 

Fil-Provinċja tal-Kap tal-Punent, il-marda Afrikana taż-żwiemel hija meqjusa bħala “marda kontrollata” bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Mard ta' l-Annimali.

2.   Reġjonalizzazzjoni:

2.1.   Żona ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel:

Iż-żona metroplotana ta’ Cape Town hija żona ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel li hija delinejata kif ġej:

:

Fruntiera tat-Tramuntana

:

Triq Blaauwberg (M14),

:

Fruntiera tal-Lvant

:

Triq Koeberg (M14), Triq Plattekloof (M14), il-Highway N7, il-Highway N1 u l-Highway M5,

:

Fruntiera ta' Nofs-in-nhar

:

Triq Ottery, Prince George Drive, Triq Wetton, Triq Riverstone, Triq Tennant, Newlands Drive, Triq Paradise, Union Drive, Rhodes Drive sa l-istazzjon tal-Forestrija ta' Newlands u matul l-Echo Gorge ta' Table Mountain sa Camps Bay,

:

Fruntiera tal-Punent

:

Il-linja tal-kosta minn Camps Bay sa Triq Blaauwberg.

2.2.   Żona ta’ sorveljanza tal-marda Afrikana taż-żwiemel:

Iż-żona ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel hija mdawwra biż-żona ta’ sorveljanza wiesgħa ta’ mill-anqas 50 km li tinkludi id-distretti maġisterjali ta’ Cape Town, Vredenburg, Hopefield, Mooreesburg, Malmesbury, Wellington, Paarl, Stellenbosch, Kuilsrivier, Goodwood, Wynberg, Simonstown, Somerset Punent, Mitchells Plain u Strand u hija ddefinita bil-Berg Rivier lejn it-Tramuntana, il-Muntanji Hottentots Holland lejn il-lvant u l-kosta lejn in-nofsinnhar u l-punent.

2.3.   Żona ta’ protezzjoni tal-marda Afrikana taż-żwiemel:

Iż-żona ta’ sorveljanza hija mdawwra b’żona ta’ protezzjoni wiesgħa ta’ mill-anqas 100 km li tinkludi d-distretti maġisterjali ta’ Clanwilliam, Piketberg, Ceres, Tulbagh, Worcester, Caledon, Hermanus, Bredasdorp, Robertson, Montagu, Swellendam.

2.4.   Żona infettata bil-marda Afrikana taż-żwiemel:

Il-parti tat-territorju ta’ l-Afrika ta’ Isfel ’il barra mill-Provinċja tal-Kap tal-Punent u l-parti tal-Provinċja tal-Kap tal-Punent ’il barra miż-żona ħielsa AHS u ż-żona ta’ protezzjoni u sorveljanza u li tinkludi d-distretti maġisterjali ta’ Vanrynsdorp, Vredendal, Laingsburg, Ladismith, Heidelberg, Riversdale, il-Bajja Mossel, Calitzdorp, Oudtshoorn, George, Knysna, Uniondale, Prince Albert, Beaufort Punent u Murraysburg.

3.   Vaċċinazzjoni (tilqim):

3.1.   L-ebda vaċċinazzjoni sistematika kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel m'hi awtorizzata fiż-żona ħielsa mill-AHS u f'dik ta' sorveljanza.

Madankollu, permezz ta’ deroga, id-Direttur tas-Saħħa ta’ l-Annimali tal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura ta’ l-Afrika ta’ Isfel jista’ jagħti permess għal vaċċinazzjoni billi jintuża vaċċin reġistrat polyvalent AHS kif preskritt mill-manifattur tal-vaċċin u għandha tingħata esklussivament minn veterinarju jew Tekniku tas-Saħħa ta’ l-Annimali awtorizzat f’kariga uffiċjali tal-Gvern, ta’ dawk iż-żwiemel skedati li jħallu ż-żona ħielsa mill-AHS jew iż-żona ta’ sorveljanza hinn mill-parametri taż-żona ta’ sorveljanza, bil-kondizzjoni li dawn iż-żwiemel ma jistgħux iħallu s-sehem sat-tluq lejn destinazzjoni barra ż-żona ħielsa mill-AHS u ż-żona ta’ sorveljanza, u l-vaċċinazzjoni għandha tiġi miktuba fil-passaport.

3.2.   Meta l-vaċċinazzjoni ta’ żwiemel irreġistrati kontra l-AHS (marda Afrikana taż-żwiemel) - issir f’żona ’l barra miż-żona ħielsa mill-AHS u miż-żona ta’ sorveljanza, din għandha tingħata minn veterinarju jew Tekniku tas-Saħħa ta’ l-Annimali awtorizzat li jkollu kariga uffiċjali mal-Gvern billi juża il-vaċċin irreġistrat polyvalent AHS kif preskritt mill-manifattur tal-vaċċin u l-vaċċinazzjoni għandha tiġi miktuba fuq il-passaport.

4.   Ir-reġistrazzjoni ta' l-oqsma u l-identifikazzjoni ta' żwiemel:

4.1.   Fiż-żona ħielsa mill-AHS l-oqsma kollha (l-oqsma fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 90/426/KEE) ikunu identifikati, reġistrati u sorveljati mill-veterinarju ta' l-Istat taż-żona.

4.2.   L-equidae residenti kollha fiż-żona ħielsa mill-AHS jiġu identifikati u d-dokumenti kollha jinżammu. Dawn ta' l-aħħar ikunu jinkludu l-informazzjoni dwar il-moviment kif ukoll fuq is-saħħa u l-istorja tal-vaċċinazzjoni ta' kull annimal.

5.   Il-kontroll tal-moviment

5.1.   Kull moviment ta' l-equidae miż-żona infettata għal dik ta' protezzjoni, ta' sorveljanza u dik ħielsa mill-AHS u kwalunkwe moviment ta' żwiemel miż-żona ta' protezzjoni għal dik ta' sorveljanza u dik ħielsa mill-AHS u kwalunkwe moviment ta' żwiemel miż-żona ta' sorveljanza għal dik ħielsa mill-AHS huwa projbit.

5.2.   Bħala deroga mill-projbizzjonjiet stabbiliti fil-punt 5.1, iż-żwiemel għajr dawk reġistrati jistgħu jiddaħħlu miż-żona infettata għal dik ta' protezzjoni, dik tas-sorveljanza u dik ħielsa, u miż-zona ta' protezzjoni għal dik ta' sorveljanza u dik ħielsa mill-AHS, u miż-żona ta' sorveljanza għal dik ħielsa mill-AHS esklussivament permezz tal-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 90/426/KE.

5.2.1.   Ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awissu huma l-perjodu bla periklu għal kontra l-insetti li jġorru l-mard kif meħtieġ fl-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 90/426/KEE.

5.2.2.   L-equidae jinħelsu mill-kwarantina identifikati kif suppost.

5.2.3.   B'żieda mad-disposizzjonijiet li hemm fil-punt 5.2, l-equidae għall-qatla m'għandhomx jidħlu fiż-żona ħielsa u għandhom jidħlu f'dik tas-sorveljanza taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali biss għall-qatla immedjata f'biċċeriji magħżula apposta.

5.3.   Bħala deroga mid-disposizzjonijiet fil-punt 5.1, il-moviment taż-żwiemel irreġistrati miż-żona infettata lejn dik ta' protezzjoni jista' jitħalla jseħħ taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.3.1.

Iż-żiemel għandu jkun identifikat b'passaport u d-dettalji dwar il-vaċċinazzjoni għandhom ikunu mniżżla fil-passaport.

5.3.2.

Il-moviment taż-żiemel għandu jkun avżat minn qabel mill-veterinarju uffiċjali li qed jibgħat lill-veterinarju uffiċjali responsabbli fid-distrett tad-destinazzjoni.

5.3.3.

Iż-żiemel għandu jkun akkumpanjat b'ċertifikat li jkun parti mill-passaport u maħruġ mill-veterinarju uffiċjali (veterinarju uffiċjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 90/426/KEE) mill-bini ta' l-oriġini.

5.3.4.

Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li ż-żiemel:

kien klinikament eżaminat fi żmien 48 siegħa qabel id-dispaċċ u ma wera l-ebda sinjali kliniċi ta' mard,

matul l-aħħar 15-il ġurnata ma kienx f'kuntatt (sa fejn jista' jkun aċċertat) ma' żwiemel oħra li jsofru minn mard infettiv jew li jittieħed,

mhuwiex ġej minn xi żona fejn restrizzjonijiet veterinarji marbuta ma' mard li jittieħed minn żwiemel oħra jkunu fis-seħħ u ma jkunx ġej minn qasam li jkun taħt restrizzjonijiet veterinarji,

ma jkunx ġej minn qasam fejn kien hemm każ tal-marda Afrikana taż-żwiemel matul l-aħħar 60 ġurnata,

kien imlaqqam kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel minn veterinarju li uża vaċċin polivalenti reġistrat għal kontra din il-marda kif preskritt mill-manifattur tal-vaċċin, minn ta' lanqas 60 jum u mhux aktar minn 24 xahar, qabel id-dħul ta' l-annimal fiż-żona ta' protezzjoni.

5.4.   Bħala deroga mid-disposizzjonijiet fil-punt 5.1, il-moviment taż-żwiemel reġistrati minn żona infettata jew minn dik ta' protezzjoni għaż-żona ta' sorveljanza tista' tkun awtorizzata permezz tal-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.4.1.

Iż-żiemel irid ikun identifikat b'passaport waqt li d-dettalji dwar il-vaċċinazzjoni għandhom jitniżżlu fil-passaport.

5.4.2.

Il-moviment taż-żiemel għandu jkun avżat minn qabel mill-veterinarju uffiċjali li qed jawtorizza l-ħruġ lill-veterinarju uffiċjali fid-distrett tad-destinazzjoni.

5.4.3.

Iż-żiemel għandu jkun akkumpanjat b'ċertifikat li jkun parti mill-passaport u maħruġ mill-veterinarju uffċjali (veterinarju uffiċjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 90/426/KEE) fil-bini ta' l-oriġini.

5.4.4.

Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li ż-żiemel:

kien klinikament eżaminat fi żmien 48 siegħa mid-dispaċċ u ma wera l-ebda sinjali kliniċi ta' mard,

matul dawn l-aħħar 15-il ġurnata ma kienx f'kuntatt (sa fejn jista' jkun aċċertat) ma' equidae oħra li jsofru minn xi marda infettiva jew li tittieħed,

ma joriġinax minn żona fejn hemm fis-seħħ restrizzjonijiet veterinarji marbuta ma' mard li jittieħed minn żwiemel oħra u ma jkunx ġej minn qasam li jkun taħt restrizzjonijiet veterinarji,

ma jkunx ġej minn qasam fejn kien hemm każ tal-marda Afrikana taż-żwiemel matul l-aħħar 60 ġurnata,

kien imlaqqam kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel minn veterinarju li uża vaċċin polivalenti reġistrat għal kontra din il-marda kif preskritt mill-manifattur tal-vaċċin f'mhux inqas minn 60 jum u mhux aktar minn 24 xahar, qabel id-dħul ta' l-annimal fiż-żona tas-sorveljanza.

5.5.   Bħala deroga mid-disposizzjonijiet fil-punt 5.1, il-moviment taż-żwiemel reġistrati fiż-żona ħielsa mill-AHS jista' jkun awtorizzat permezz tal-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.5.1.

Iż-żwiemel irreġistrati jistgħu jitmexxew miż-żona infettata jew minn dik ta' protezzjoni jew minn dik ta' sorveljanza għaż-żona ħielsa mill-AHS permezz tal-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.5.1.1.

Iż-żiemel għandu jkun identifikat b'passaport u d-dettalji dwar il-vaċċinazzjoni għandhom ikunu mniżżla fil-passaport.

5.5.1.2.

Il-moviment taż-żiemel għandu jkun avżat minn qabel mill-veterinarju uffiċjali li jawtorizza l-ħruġ lill-veterinarju uffiċjali tad-distertt tad-destinazzjoni.

5.5.1.3.

Iż-żiemel għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat li jifforma parti mill-passaport u jkun maħruġ mill-veterinarju uffiċjali (veterinarju uffiċjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(g) tad-Direttiva 90/426/KEE) fil-bini ta' l-oriġini.

5.5.1.4.

Iċ-ċertifikat għandu jgħid li ż-żiemel:

kien eżaminat klinikament fi 48 siegħa qabel id-dispaċċ u ma wera l-ebda sinjal kliniku ta' mard, u

ma ġiex f'kuntatt waqt l-aħħar 15-il jum (sa fejn hu aċċertabbli) ma' equidae oħrajn li jsofru minn marda kontaġġuża jew infettuża, u

ma joriġinax minn żona fejn hemm restrizzjonijiet veterinarji marbuta ma' mard li jittieħeħed mil-equidae fis-seħħ u m'hux ġej minn azjenda fejn hemm restrizzjonijiet veterinarji, u

nhux ġej minn azjenda fejn kien hemm każ tal-marda Afrikana taż-żwiemel waqt l-aħħar 60 jum, u

jekk iż-żiemel joriġina minn żona barra miż-żona ta' sorveljanza, kien

(i)

mlaqqam kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel minn veterinarju bl-użu ta' tilqima polyvalent reġistrata kif preskritt mil-produttur ta' l-anqas 60 jum, u mhux aktar minn 24 xahar, qabel id-dħul fiż-żona ħielsa mill-AHS, jew

(ii)

iż-żiemel kien impurtat minn territorju ta' pajjiż jew parti mit-territorju reġjonaliżżat skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva Nru. 90/426/KEE, kkunsidrata skond il-leġislazzjoni Komunitarja bħala li mhux infettata bil-marda Afrikana taż-żwiemel u nġarr bl-ajru taħt kondizzjonijiet li joffru protezzjoni mill-insetti trasportaturi tal-mard mill-ajruport ta' Johannesburg, għaż-żona ħielsa mill-AHS.

5.5.1.5.

Bħala deroga mill-ħames inċiż ta’ punt 5.5.1.4, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, kif stabbiliti fil-leġislazzjoni nazzjonali jew lokali tal-pajjiż li qed jesporta, speċifikament jawtorizzaw it-trasport ta' żiemel reġistrat miż-żona infettata, ta' protezzjoni jew ta' sorveljanza għal żona ħielsa mill-AHS taħt il-kondizzjonijiet segwenti:

iż-żiemel huwa trasportat direttament għall-istazzjon tal-kwarantina approvata għal dak l-użu fiż-żona libera,

it-trasport isir taħt kondizzjonijiet li joffru protezzjoni mill-insetti trasportaturi tal-mard, u għandu jittieħed kont tal-fatturi li jnaqqsu r-riskju, bħall-istaġun liberu mill-insetti trasportaturi, jew bi nhar, l-applikazzjoni ta' repellanti, kopertura ta' l-annimal u ventilazzjoni furzata fuq il-mezz tat-trasport,

iż-żiemel huwa iżolat fl-istazzjon ta' kwarantina li joffru protezzjoni mill-insetti trasportaturi tal-mard għal ta' l-anqas 40 jum,

waqt il-perjodu ta' iżolament, iż-żiemel huwa soġġett għal testijiet għall-marda Afrikana taż-żwiemel magħmula skond l-Anness D tad-Direttiva 90/426/KEE f'żewġ okkażjonijiet, li jsiru fuq kampjuni ta' demm li ttieħdu b'intervall ta' bejn 21 u 30 jum, u t-tieni kampjun ittieħed waqt għaxart ijiem minn mindu telaq mill-istazzjon tal-kwarantina, b'riżultat negattiv, jekk iż-żiemel ma ġiex mlaqqam jew mingħajr żieda fil-livell ta' anti korpi jekk iż-żiemel kien imlaqqam qabel.

5.5.2.

Bħala deroga mid- disposizzjonijiet fil-punt 5.5.1, l-awtoritajiet veterinarji kompetenti jistgħu jawtorizzaw id-dħul temporanju fiż-żona ħielsa mill-AHS ta' żiemel irreġistrat minn qasam magħżul fiż-żona ta' sorveljanza skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.5.2.1.

Iż-żiemel ikun akkumpanjat minn passaport. Id-dettalji dwar il-vaċċinazzjoni għandhom jitniżżlu fuq il-passaport.

5.5.2.2.

Iż-żiemel ikun immarkat b'tali mod biex tkun assigurata verifika sempliċi ta' l-identità u b'hekk tkun tista' ssir korrelazzjoni bejn l-annimal u l-passaport.

5.5.2.3.

Il-passaport ikun fih il-liċenzja. Il-liċenzja għandha tiġi rtirata fil-każ li l-kondizzjonijiet li taħthom il-liċenzja tkun inħarġet ma jkunux għadhom aktar imwettqa.

5.5.2.4.

Iż-żiemel ma jkunx ġej minn żona fejn ikun hemm fis-seħħ restrizzjonijiet veterinarji marbuta ma' mard li jittieħed minn equidae oħra u ma jkunx ġej minn qasam li jkun taħt restrizzjonijiet veterinarji.

5.5.2.5.

Il-qasam magħżul fiż-żona ta' sorveljanza jkun inkluż fi programm ta' sorveljanza ekwivalenti għal dak li jsir fiż-żona ħielsamill-AHS.

5.5.2.6.

Iż-żiemel jiddaħħal biss minn sagħtejn wara tlugħ ix-xemx sa sagħtejn qabel inżul ix-xemx fl-istess jum.

5.5.2.7.

Iż-żiemel jinżamm separat minn żwiemel li ma jkunux ta' l-istess status ta' saħħa.

5.5.3.

Bħala deroga mid-dispożizzjonijiet fil-punt 5.5.1, l-awtoritajiet veterinarji kompetenti jistgħu joħorġu liċenzja għad-dħul mill-ġdid ta' żiemel reġistrat f'qasam fiż-żona ħielsa mill-AHS li jkun qiegħed jirritorna wara moviment temporanju lejn oqsma magħżula fiż-żona ta' sorveljanza permezz tad-disposizzjonijiet li ġejjin:

5.5.3.1.

Iż-żiemel ikun akkumpanjat minn passaport. Id-dettalji dwar il-vaċċinazzjoni għandhom jitniżżlu fil-passaport.

5.5.3.2.

Il-passaport għandu jkollu fih il-liċenzja. Il-liċenzja għandha tiġi rtirata fil-każ li l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-liċenzja tkun inħarġet ma jkunux għadhom aktar imwettqa.

5.5.3.3.

Iż-żiemel ma jkunx ġej minn żona fejn ikun hemm fis-seħħ restrizzjonijiet veterinarji marbuta ma' mard li jittieħed minn żwiemel oħra u ma jkunx ġej minn qasam li jkun taħt restrizzjonijiet veterinarji.

5.5.3.4.

Il-qasam magħżul fiż-żona ta' sorveljanza huwa inkluż fi programm ta' sorveljanza ekwivalenti għal dak li jsir fiż-żona ħielsa mill-AHS.

5.5.3.5.

Iż-żiemel jitħalla jiċċaqlaq minn żona ħielsa mill-AHS għal żona ta' sorveljanza u lura għal dik ħielsa mill-AHS biss minn sagħtejn wara tlugħ ix-xemx sa sagħtejn qabel inżul ix-xemx fl-istess jum.

5.5.3.6.

Iż-żiemel jinżamm separat minn żwiemel li ma jkunux ta' l-istess status ta' saħħa.

6.   Sorveljanza

6.1.   Sorveljanza kontinwa ssir fiż-żona ħielsa mill-AHS u fiż-żona ta' sorveljanza li ddur magħha.

6.2.   Ta' kull xahar issir sorveljanza sero-epidemijoloġika għad-marda Afrikana taż-żwiemel fuq minn ta' lanqas 60 żiemel ta' l-għassa identifikati bħala mhux imlaqqma u mferrxa ma' tul iż-żona ħielsa mill-AHS u dik ta' sorveljanza kollha biex ikun ikkonfermat in-nuqqas tal-marda Afrikana taż-żwiemel fiż-żona ħielsa mill-AHS kif ukoll f'dik ta' sorveljanza. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom ikunu kkomunikati ta' kull xahar lill-Kummissjoni.

6.3.   Il-każi kollha ta' mwiet ta' żwiemel fiż-żona ħielsa mill-AHS li jkunu ssuspettati minħabba xi marda infettiva u kwalunkwe mewt ta' żiemel identifikat, ikunu eżaminati permezz ta' nekropsja uffiċjali u r-riżultati jkunu kkonfermati bi proċeduri diagnostiċi aċċettabbli u jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni.

7.   Il-kriterji ta' residenza

7.1.   Żwiemel reġistrati li ħa jkunu impurtati b’mod permanenti fil-Komunità għandhom jkunu residenti fil-pajjiż minn fejn intbagħtu għal mill-anqas 90 jum, jew mit-twelid f’każ li jkollhom anqas minn 90 jum, jew minn meta jkunu iddaħħlu fil-każ li jkunu impurtati direttament mill-Komunità matul id-90 jum qabel iċ-ċertifikazzjoni għall-esportazzjoni għall-Komunità u għandhom jkunu baqgħu fiż-żona ħielsa mill-AHS għal mill-anqas 60 jum jew mit-twelid f’każ li għandhom anqas minn 60 jum, jew minn meta jkunu iddaħħlu fil-każ li jkunu impurtati direttament fiż-żona ħielsa mill-AHS mill-Komunità matul is-60 jum qabel iċ-ċertifikazzjoni għall-esportazzjoni għall-Komunità.

7.2.   Iż-żwiemel irreġistrati intiżi għal dħul temporanju fil-Komunità għandhom ikunu residenti matul l-aħħar 60 ġurnata immedjatament qabel l-esportazzjoni lejn il-Komunità f'oqsma taħt sorveljanza veterinarja:

fiż-żona ħielsa mill-AHS, jew

fi Stat Membru, jekk dawn ikunu ġew impurtati lejn iż-żona ħielsa mill-AHS ta' l-Afrika ta' Isfel direttament minn Stat Membru, jew

fit-territorju jew parti mit-territorju ta' pajjiżi terzi approvati mill-Komunità għad-dħul temporanju jew l-importazzjoni permanenti taż-żwiemel reġistrati b'mod konformi mad-Direttiva 90/426/KEE jekk dawn kienu ġew importati fiż-żona ħielsa mill-AHS ta' l-Afrika ta' Isfel direttament u permezz tal-kondizzjonijiet stretti daqs dawk stabbiliti għad-dħul temporanju jew l-importazzjoni permanenti taż-żwiemel irreġistrati mill-pajjiżi terzi kkonċernati direttament fl-Istati Membri.

8.   Kriterji ta' kwarantina

8.1.   Iż-żwiemel reġistrati intiżi għall-importazzjoni jew għad-dħul temporanju fil-Komunità għandhom ikunu għaddew minn 40 jum ta' iżolament qabel l-esportazzjoni fi stazzjon ta' kwarantina approvat uffiċjalment u protett kontra l-mard. Dan il-perjodu huwa parti obbligatorja mill-perjodu ta' residenza meħtieġ fiż-żona ħielsa.

8.2.   Matul il-perjodu ta' l-iżolament iż-żiemel għandu jinżamm ġo stalla protetta minn aġenti li jġorru mard minn ta' lanqas minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa sagħtejn wara t-tlugħ ix-xemx ta' l-għada. Jekk ikun meħtieġ xi eżerċizzju, dan għandu jsir fil-perimetri delineati tal-bini ta' kwarantina taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali, wara li jkun ingħata t-titlqim effettiv għal kontra l-insetti qabel it-tneħħija tiegħu mill-istalla, u f'iżolament strett minn żwiemel li ma jkunux imħejjija għall-esportazzjoni permezz tal-kondizzjonijiet li jkunu minn ta' lanqas stretti daqs dawk meħtieġa għad-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità.

8.3.   S'issa l-istazzjon tal-kwarantina fil-Ġonna Montagu u f'Kenilworth Racecourse biss ġew identifikati għall-istabbiliment ta' dawn il-faċilitajiet ta' kwarantina fiż-żona ħielsa mil-AHS metropolitana ta' Cape Town. L-awtoritajiet veterinarji ntrabtu li javżaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-approvazzjoni ta' stazzjonijiet ta' kwarantina addizzjonali.

9.   Il-kriterji tat-test

9.1.   Matul il-perjodu ta' l-iżolament, it-testijiet tas-saħħa ta' l-annimal għad-marda Afrikana taż-żwiemel, id-dourine, glanders l-enċefalożi ta' l-ispeci ekwina u kwalunkwe marda oħra, kif meħtieġ fiċ-ċertifikati xierqa tas-saħħa ta' l-annimali, għandhom jitwettqu, bir-riżultati jkunu speċifikati fiċ-ċertifikat.

9.2.   It-testijiet kollha tas-saħħa għandhom isiru f'laboratorju akkreditat.

10.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimal għandu jinħareġ u jkun iffirmat mill-veterinarju uffiċjali ta' l-istazzjon tal-kwarantina.

11.   Jekk żwiemel reġistrati jkunu trasportati bl-ajru, it-trasport taż-żwiemel mill-istazzjoni ta’ kwarantina sa’ l-ajruplan għandu jsir taħt kundizzjonijiet li jipproteġuhom minn vettori. Dawn il-kundizzjonijiet jinżammu matul il-vjaġġ kollu.

12.   Jekk żwiemel reġistrati jkunu trasportati bil-baħar, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Vapuri li jittrasportaw żwiemel reġistrati mill-port ta’ Cape Town lejn port fil-Komunità approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE (1) bħala post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal kontrolli veterinarji fuq żwiemel reġistrati, ma jistgħux, fl-ebda punt bejn it-tluq u l-wasla tagħhom fid-destinazzjoni tagħhom, jieqfu f’port fit-territorju jew f’parti mit-territorju ta’ pajjiż terz li ma huwiex approvat għall-importazzjoni ta’ equidae fil-Komunità. Il-kaptan tal-vapur għandu jagħti prova li dawn il-kundizzjoni kienu rispettati billi jimla d-dikjarazzjoni fl-Anness II.


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.


ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/10/KE

(ĠU L 3, 7.1.1997, p. 9)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/622/KE

(ĠU L 216, 10.8.2001, p. 26)

Artikolu 2 u Anness biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/541/KE

(ĠU L 185, 24.7.2003, p. 41)

Artikolu 3 u Annessi III u IV biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/117/KE

(ĠU L 36, 7.2.2004, p. 20)

Artikolu 3 u Anness III biss


ANNESS IV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Deċiżjoni 97/10/KE

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolus 2 sa 5

Artikolu 2

Artikolu 6

Artikolu 3

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III

Anness IV

Anness II

Anness III

Anness IV


2.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 235/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.