ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
29 ta' Awwissu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 843/2008 tat-28 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 844/2008 tat-28 ta’ Awwissu 2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 845/2008 tat-28 ta’ Awwissu 2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 846/2008 tat-28 ta’ Awwissu 2008 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/2008 tat-28 ta’ Awwissu 2008 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 848/2008 tat-28 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjoni 2003/565/KE fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE ( 1 )

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 849/2008 tat-28 ta' Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri għall-iżnaturar komplet [denaturazzjoni totali] tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 850/2008 tat-28 ta' Awwissu 2008 tibda l-proċedura għall-allokazzjoni ta' liċensji tal-esportazzjoni għall-ġobon li jrid jiġi esportat għall-Istati Uniti tal-Amerika fl-2009 li jaqaw taħt ċerti kwoti tal-GATT

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 851/2008 tat-28 ta’ Awwissu 2008 li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

17

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

 

*

Regolament Nru 117 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar u l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

29.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 843/2008

tat-28 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

22,9

XS

22,4

ZZ

22,7

0707 00 05

JO

162,5

MK

21,6

TR

128,2

ZZ

104,1

0709 90 70

TR

93,7

ZZ

93,7

0805 50 10

AR

61,4

CL

65,6

UY

66,2

ZA

73,8

ZZ

66,8

0806 10 10

EG

190,0

TR

113,6

ZZ

151,8

0808 10 80

AR

89,1

BR

96,4

CL

91,6

CN

74,3

NZ

107,0

US

113,4

ZA

85,3

ZZ

93,9

0808 20 50

AR

131,3

CN

53,0

TR

147,5

ZA

97,8

ZZ

107,4

0809 30

TR

141,0

ZZ

141,0

0809 40 05

IL

129,9

MK

62,1

TR

107,3

XS

62,1

ZZ

90,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 844/2008

tat-28 ta’ Awwissu 2008

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mid-29 ta’ Awwissu 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

13,76  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

13,76  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

13,76  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

13,76  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1496

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

14,96

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

14,96

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

14,96

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1496

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

(a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo (), il-Montenegro, l-Albanija, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

(ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


29.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 845/2008

tat-28 ta’ Awwissu 2008

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)(d) u (g) ta' l-imsemmi Regolament, tas-suq dinji u dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, b'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji stipulati fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat minħabba l-qagħda tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Ir-rifużjonijiet jistgħu jingħataw biss fir-rigward tal-prodotti awtorizzati li jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma' pajjiżi terzi (2).

(5)

In-negozjati fil-qafas ta' l-arranġamenti Ewropej bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija u l-Bulgarija għandhom l-għan partikolari li jilliberalizzaw il-kummerċ tal-prodotti rregolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ikkonċernat. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu mir-rifużjonjiet għall-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, peress li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Sabiex il-prodotti jkunu eleġibbli għal rifużjoni skond il-paragrafu 1, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti, stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fit Brussell, 28 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament hekk kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mid-29 ta’ Awwissu 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1702 40 10 9100

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

14,96

1702 60 10 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

14,96

1702 60 95 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1496

1702 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

14,96

1702 90 71 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1496

1702 90 95 9100

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1496

1702 90 95 9900

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1496  (1)

2106 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

14,96

2106 90 59 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1496

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, il-Liechtenstein, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo (), il-Montenegro, l-Albanija, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

(ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).


29.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 846/2008

tat-28 ta’ Awwissu 2008

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta' Lulju 2007 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti sat-tmiem tas-sena tas-suq 2007/2008 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-28 ta’ Awwissu 2008, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-28 ta’ Awwissu 2008, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007 huwa ffissat għal 21,957 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fit Brussell, 28 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 9).


29.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 847/2008

tat-28 ta’ Awwissu 2008

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2007 ta' l-14 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, ta' Spanja, ta' l-Irlanda, ta' l-Italja, ta' l-Ungerija, tal-Polonja, tas-Slovakkja u ta' l-Iżvezja (2), jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-27 ta’ Awwissu 2008, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-27 ta’ Awwissu 2008, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007 huwa ffissat għal 307,08 EUR/t.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 9).


29.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 848/2008

tat-28 ta’ Awwissu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjoni 2003/565/KE fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju ta’ l-1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari t-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li Stat Membru jista', matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ ħarsien tal-pjanti li fihom ikollhom sustanzi attivi mhux inklużi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva li jkunu diġà ilhom fis-suq sentejn minn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi qed jiġu eżaminati bil-mod il-mod fi ħdan il-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Għas-sustanzi koperti bit-tielet u r-raba' stadji tal-programm ta’ ħidma l-perjodu ta’ 12-il sena msemmi fil-premessa 1 ġie estiż bir-Regolament tal-Kummissjoni(KE)Nru 2076/2002 ta’ l-20 ta’ Novembru 2002 li jestendi l-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jirrigwarda n-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti ta’ ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/565/KE tal-25 ta’ Lulju 2003 li testendi l-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(3)

Għal dawn is-sustanzi l-evalwazzjoni ta’ l-abbozz tar-rapporti ta’ stima hija kważi kompluta u għal ħafna minnhom se tittieħed deċiżjoni dwar jekk jistgħux jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE qabel il-31 ta’ Diċembru 2008. Iżda għal xi wħud minn dawn is-sustanzi mhux possibbli li jitlesta t-teħid ta’ deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2008. Biex il-programm ta’ ħidma jkun jista’ jiġi konkluż huwa għalhekk meħtieġ li jiġi estiż il-perjodu ta’ żmien stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjoni 2003/565/KE fir-rigward tat-tielet u r-raba' stadju tal-programm ta’ ħidma. Barra minn hekk, fir-rigward tas-sustanzi li qed jiġu inklużi, l-Istati Membri u l-partijiet interessati jeħtieġ li jingħataw perjodu xieraq biex iħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda.

(4)

Din l-estensjoni ta’ żmien ma tippreġudikax il-possibbiltà li jiġu inklużi sustanzi individwali attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE kif stipulat fir-raba' sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) ta’ din id-Direttiva.

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjoni 2003/565/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 huwa emendat kif ġej: Fl-Artikolu 1 il-kliem “31 ta’ Diċembru 2008” jinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2009”.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2003/565/KE hija emendata kif ġej: Fl-Artikolu 1 il-kliem “31 ta’ Diċembru 2008” jinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2009”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/70/KE (ĠU L 185, 12.7.2008, p. 40).

(2)  ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1313/2007 (ĠU L 291, 9.11.2007, p. 11).

(3)  ĠU L 192, 31.7.2003, p. 40.


29.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 849/2008

tat-28 ta' Awwissu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri għall-iżnaturar komplet [denaturazzjoni totali] tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 (2) jistipula li d-denaturanti li jintużaw f'kull Stat Membru biex l-alkoħol jiġi denaturat kompletament skond l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE jridu jiġu deskritti fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Skond l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri għandhom jeżentaw mit-taxxa tas-sisa l-alkoħol li jkun ġie denaturat kompletament skond il-ħtiġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru, dejjem jekk dawn il-ħtiġijiet ikunu ġew debitament innotifikati u aċċettati skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu.

(3)

Fil-11 ta’ Settembru 2007, il-Greċja nnotifikat xi tibdiliet fil-proċessi tagħha tal-iżnaturar, awtorizzati mir-Regolament (KE) Nru 3199/93.

(4)

Il-Kummissjoni bagħtet in-notifika msemmija lill-Istati Membri l-oħra fis-27 ta' Settembru 2007.

(5)

Billi la l-Kummissjoni u lanqas xi Stat Membru ieħor ma talbu li l-kwistjoni titressaq fil-Kunsill fil-perjodu taż-żmien stipulat, skond l-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 92/83/KEE, jitqies li l-Kunsill awtorizza t-tibdiliet imsemmija fil-proċessi tad-denaturazzjoni innotifikati mill-Greċja, b'seħħ mis-27 ta’ Novembru 2007.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 3199/93 għandu jiġi emendat bix-xieraq.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat tat-Taxxi tas-Sisa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu li jikkonċerna lill-Greċja fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 3199/93 jinbidel b'li ġej:

“Il-Greċja

Alkoħol etiliku ta' kwalità baxxa (id-distillat miksub fil-bidu u fi tmiem il-proċess tad-distillazzjoni), b'saħħa alkoħolika ta' mill-inqas 93 % vol u li ma jaqbiżx 96 % vol, li miegħu jiżdiedu s-sustanzi li ġejjin għal kull ettolitru ta' alkoħol idratat ta' 93 % vol:

Metanol: 2 litri

Spirtu tat-terpentina: litru

Pitrolju tal-lampi: 0,5 litru

Metilina blu: 0,40 gramma

F'temperatura ta' 20 °C, il-prodott aħħari, fil-forma mhux mibdula tiegħu, għandu jilħaq 93 % vol.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-2005.

(2)  ĠU L 288, 23.11.1993, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 67/2008 (ĠU L 23, 26.1.2008, p. 13).


29.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 850/2008

tat-28 ta' Awwissu 2008

tibda l-proċedura għall-allokazzjoni ta' liċensji tal-esportazzjoni għall-ġobon li jrid jiġi esportat għall-Istati Uniti tal-Amerika fl-2009 li jaqaw taħt ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 171(1) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

It-Taqsima 2 tal-Kapitlu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta' Awwissu 2006 jippreskrivi regoli speċjali u dettaljati ta' applikazzjoni ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward il-liċensji ta' esportazzjoni u r-rifużjonijiet ta' esportazzjoni fuq ħalib u l-prodotti mill-ħalib (2), li tipprovdi li liċenzi ta' esportazzjoni għall-ġobnijiet esportati lejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala parti mill-kwoti li jaqgħu taħt il-ftehim deċiż waqt in-negozjati ta' kummerċ multilaterali, jistgħu jiġu allokati skont proċedura speċjali li permezz tagħha importaturi preferuti fl-Istati Uniti jistgħu jiġu nnominati.

(2)

Dik il-proċedura ser tinfetaħ għall-esportazzjoni waqt l-2009 u ser jiġu stabbiliti.r-regoli addizzjonali relatati magħha

(3)

Fl-amministrazzjoni tal-importazzjonijiet l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Uniti jagħmlu distinzjoni bejn il-kwota addizzjonali mogħtija lill-Komunità Ewropea taħt l-Uruguay Round u l-kwoti li irriżultaw mit-Tokyo Round. Il-liċenzji ta' esportazzjoni għandhom jiġu allokati waqt li titqies l-eliġibilità ta' dawk il-prodotti għall-kwota tal-Istati Uniti tal-Amerika kif deskritt fl-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika.

(4)

Sabiex tiġi esportata l-kwantità massima taħt il-kwoti li għalihom hemm interess moderat, għandhom jiġu permessi l-applikazzjonijiet li jkopru l-kwantità kollha tal-kwotà.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-liċenzji ta' esportazzjoni għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kodiċi NM 0406 u huma elenkati fl-Anness I ma' dan ir-Regolament li jkunu se jiġu esportati lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2009 taħt il-kwoti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandhom jiġu ppubblikati skond is-Sezzjoni 2 tal-Kapitiolu III ta' dak ir-Regolament u bid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “l-applikazzjonijiet”) għandhom jitressqu għand l-awtoritajiet kompetenti mill-1 sal-10 ta' Settembru 2008.

2.   L-applikazzjonijiet ikunu ammissibbi biss jekk ikun fihom l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 u jekk ikunu akkumpanjati mid-dokumenti msemmija hemmhekk.

Fejn, għall-istess grupp ta' prodotti msemmi fil-kolonna 2 tal-Anness I ma' dan ir-Regolament, il-kwantità disponibbli hija maqsuma bejn il-kwota tal-Uruguay Round u l-kwota tat-Tokyo Round, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji jistgħu jkopru biss waħda minn dawk il-kwoti u għandhom jindikaw il-kwota kkonċernata, billi jispeċifikaw l-identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota indikata fil-kolonna 3 ta' dak l-Anness.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandha tiġi ppreżentata skond il-mudell stabbilit fl-Anness II ma' dan ir-Regolament.

3.   Fir-rigward tal-kwoti identifikati minn 22-Tokyo u 22-Uruguay fil-kolonna 3 tal-Anness I, l-applikazzjonijiet għandhom ikopru tal-anqas 10 tunnellati u m'għandhomx jaqbżu l-kwantità disponibbli taħt il-kwota kkonċernata kif stipulat fil-kolonna 4 ta' dak l-Anness.

Fir-rigward tal-kwoti l-oħra indikati fil-kolonna 3 tal-Anness I, l-applikazzjonijiet għandhom ikopru tal-anqas 10 tunnellati u mhux aktar minn 40 % tal-kwantità disponibbli taħt il-kwota kkonċernata kif stipulat f'kolonna 4 ta' dak l-Anness.

4.   L-applikazzjonijiet ser ikunu ammissibbli biss jekk l-applikanti jiddikjaraw bil-miktub li ma ressqu l-ebda applikazzjoni oħra għall-istess grupp ta' prodotti u l-istess kwota u li jaċċettaw li ma jagħmlux dan.

Jekk applikant iressaq diversi applikazzjonijiet għall-istess grupp ta' prodotti u l-istess kwota ġewwa wieħed jew aktar mill-Istati Membri, l-applikazzjonijiet kollha tiegħu għandhom ikunu meqjusa bħala inammissibbli.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li jispiċċa l-perjodu li fih ikunu jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet, l-applikazzjonijiet imressqa għal kull grupp ta' prodotti u, fejn applikabbli, il-kwoti indikati fl-Anness I.

In-notifiki kollha, inklużi n-notifiki “vojta”, għandhom isiru permezz ta' feks jew posta elettronika fuq il-formola mudell li tidher fl-Anness III.

2.   In-notifika għandha tinkludi għal kull grupp, u fejn applikabbli, għal kull kwota:

(a)

lista ta' applikanti,

(b)

il-kwantitajiet li kull applikant ikun applika għalihom, imqassma skont il-kodiċi tal-prodott tan-Nomenklatura Magħquda u skont il-Harmonised Tariff Schedule tal-Istati Uniti tal-Amerika (2008),

(c)

l-isem u l-indirizz tal-importatur magħżul mill-applikant.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006, għandha tistabbilixxi l-allokazzjoni tal-liċenzji mingħajr dewmien u għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar dan sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2008.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien ħamest ijiem wara l-pubblikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-allokazzjoni, dwar il-kwantitajiet allokati mill-applikant għal kull grupp, u fejn applikabbli, għal kull kwota, skond l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.

In-notifika għandha ssir permezz tal-feks jew posta elettronika fuq il-formola mudell li tidher fl-Anness IV ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

L-informazzjoni nnotifikata taħt l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandha tkun ivverifikata mill-Istati Membri qabel ma jinħarġu l-liċenzji u sa mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru 2008.

Jekk jinstab li operatur li nħarġitlu liċenzja provviżorja, ikun ipprovda informazzjoni żbaljata, il-liċenzja għandha titħassar u tintilef il-garanzija. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 9ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).


ANNESS I

Ġobon li għandu jiġi esportat għall-Istati Uniti tal-Amerika fl-2009 li jaqaw taħt ċerti kwoti tal-GATT

Taqsima 2 tal-Kapitlu III tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 u r-Regolament (KE) Nru 850/2008

L-identifikazzjoni tal-grupp skond in-Noti Addizzjonali f'Kapitlu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti

Identifikazzjoni tal-grupp u l-kwota

Il-kwantità disponibbli għas-sena 2009

Nota lill-

Grupp

 

Tunnellata

(1)

(2)

(3)

(4)

16

Mhux speċifikament ipprovduta għall-(NSPF)

16-Tokjo

908,877

16-Urugwaj

3 446,000

17

Blue Mould

17

350,000

18

Cheddar

18

1 050,000

20

Edam/Gouda

20

1 100,000

21

Tip Taljan

21

2 025,000

22

Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler barra dak li jkollu “eye formation”

22-Tokjo

393,006

22-Urugwaj

380,000

25

Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler li jkollu “eye formation”

25-Tokjo

4 003,172

25-Urugwaj

2 420,000


ANNESS II

Preżentazzjoni tal- informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Preżentazzjoni tal-informazzjoni neċessarja skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 850/2008

Għandu jintbagħat lill- +32 2 295 3310 jew AGRI-MILK-USA@ec.europa.eu

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Preżentazzjoni ta' liċensji mogħtija skond l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006

Għandu jintbagħat lill- +32 2 295 3310 jew AGRI-MILK-USA@ec.europa.eu

Image

Test ta 'immaġni

29.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 851/2008

tat-28 ta’ Awwissu 2008

li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4),

Billi:

(1)

L-Artikoli 32(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdu li d-differenzi bejn il-prezzijiet f’kummerċ internazzjonali tal-prodotti elenkati f’ Artikolu 1(1)(b), (ċ), (d), (f), u (g) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni meta dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 ta' l-30 ta’ Ġunju 2005 li jistabbilixxi regoli komuni ta’ implimentazzjoni għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċertu prodotti ta’ l-agrikoltura esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi in kwestjoni għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-Artikolu 32(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxu li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal xi prodott li jinsab fi prodott għall-konsum ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr iżjed ipproċessar.

(5)

Ir-rifużjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament jistgħu jiġu stipulati bil-quddiem peress li s-sitwazzjoni tas-suq fix-xhur li ġejjin ma tistax tiġi stipulata bħalissa.

(6)

L-obbligi dwar rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta' prodotti ta' l-agrikoltura li jinsabu fi prodotti għall-konsum mhux koperti b’Anness I tat-Trattat jistgħu jkunu pperikolati jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta' rifużjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu l-miżuri kawtelatorji f’tali sitwazzjonijiet mingħajr, iżda, ma titfixkel il-konklużjoni ta’ kuntratti fit-tul. L-istipular ta’ rata speċifika ta’ rifużjoni għal stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-għanijiet varji.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonjiet applikabbli għal prodotti bażici elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) u fil-punt (1) tar-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, u esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, huma stipulati kif imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 639/2008 (ĠU L 178, 5.7.2008, p. 9).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mid-29 ta’ Awwissu 2008 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg

F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet

Oħra

1701 99 10

Zokkor abjad:

14,96

14,96


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijiet lejn

(a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo (*), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

(b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

(ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà.

(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

29.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231/19


 

It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skond id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aktar verżjoni reċenti tad-dokument ta’ l-istatus TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru 117 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar u l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

 

Is-serje 01 ta’ emendi – Id-data tad-dħul fis-seħħ: it-2 ta’ Frar 2007

 

Corrigendum 1 għas-serje 01 ta’ emendi, bħala ħsara għan-Notifika Depożitarja C.N.554.2007.TREATIES-1 iddatata -9 ta’ Mejju 2007

WERREJ

REGOLAMENT

1.

L-ambitu

2.

Id-definizzjonijiet

3.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

L-immarkar

5.

L-approvazzjoni

6.

L-ispeċifikazzjonijiet

7.

Il-modifikazzjonijiet tat-tip ta’ tajer pnewmatiku u l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni

8.

Il-konformità tal-produzzjoni

9.

Il-pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi

12.

Id-dispożizzjonijiet introduttorji

ANNESSI

Anness 1 –

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ tajer rigward il-“livell ta’ emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar” u l-“prestazzjoni ta’ l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin” skond ir-Regolament Nru 117

Anness 2 –

L-arranġament tal-marki ta’ approvazzjoni

Appendiċi 1 –

L-approvazzjoni skond ir-Regolament Nru. 117 litikkoniċidi ma’ l-approvazzjoni mar-Regolamenti Nri 30 jew 54

Appendiċi 2 –

L-estensjonijiet biex ikunu kkombinati l-approvazzjonijiet maħruġa skond ir-Regolamenti Nri 117, 30 jew 54

Anness 3 –

Il-metodu tat-test ta’ sewqan bil-magna mitfija għall-kejl ta’ l-emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajers

Appendiċi –

Ir-rapport tat-test

Anness 4 –

L-ispeċifikazzjonijiet għas-sit tat-test

Anness 5 –

Il-proċedura tat-test biex titkejjel il-qabda fuq l-imxarrab

Appendiċi –

Ir-rapport tat-test

1.   L-AMBITU

1.1.   Dan ir-Regolament japplika għat-tajers b’rigward l-emissjonijiet ta’ ħsejjes tagħhom u għat-tajers tal-Klassi C1 għall-vetturi tal-kategorija M1, N1, O1 jew O2  (1) b’rigward il-prestazzjoni ta’ l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin (adeżjoni ma’ l-imxarrab). Madankollu, ma japplikax għal:

1.1.1.

Tajers iddisinjati bħala “stepnijiet għal użu temporanju” u mmarkati “Temporary use only (Użu temporanju biss)”;

1.1.2.

Tajers li jkollhom kodiċi tad-dijametru nominali tar-rimm ≤ 10 (jew ≤ 254 mm) jew ≥ 25 (jew ≥ 635 mm);

1.1.3.

Tajers iddisinjati għall-kompetizzjonijiet;

1.1.4.

Tajers maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi tat-triq ta’ kategoriji għajr għal M, N u O;

1.1.5.

Tajers mgħammra b’apparat addizzjonali sabiex itejbu l-proprjetajiet ta’ trazzjoni (eż. tajers bit-tappini – studded tyres);

1.1.6.

Tajers b’kategorija ta’ veloċità inqas minn 80 km/h (F).

1.2.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom joħorġu jew jaċċettaw approvazzjonijiet għall-ħoss ta’ rrolljar u għall-adeżjoni ma’ l-imxarrab sakemm ma jinnotifikawx lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bl-għażla tal-ħoss ta’ rrolljar biss. Tali notifika għandu jkollha effett skond il-perjodi ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 1, il-paragrafi 6 u 7 tal-Ftehim ta’ l-1958 (E/ECE/TRANS/505/Rev.2).

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet inklużi fir-Regolamenti (KEE) Nri 30 u 54, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.

2.1.   “Tip ta’ tajer” tfisser, b’rigward għal dan ir-Regolament, firxa ta’ tajers li tikkonsisti minn lista ta’ denominazzjonijiet ta’ daqsijiet, ismijiet ta’ marki u deskrizzjonjiet kummerċjali ta’ tajers, li ma jvarjawx f’tali karatteristiċi essenzjali bħal:

(a)

Isem il-manifattur;

(b)

Il-klassi tat-tajer (ara l-paragrafu 2.4.);

(c)

L-istruttura tat-tajer;

(d)

Il-kategorija ta’ l-użu: tajer normali, tajer għal użu speċjali u tajer għas-silġ;

(e)

Għat-tajers tal-Klassi C1:

(i)

F’każ ta’ tajers imressqa għall-approvazzjoni tal-livelli ta’ emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar, jekk ikunux normali jew rinforzati (jew tagħbija żejda);

(ii)

F’każ ta’ tajers imressqa għall-approvazzjoni tal-prestazzjoni ta’ l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin, jekk ikunux tajers normali jew għas-silġ b’kategorija tal-veloċità ta’ Q jew aktar baxxa (160 km/h) jew kategorija tal-veloċità R u ogħla inkluża H (≥ 170 km/h);

(f)

Id-disinn fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art (ara l-paragrafu 3.2.1.).

2.2.   L-“Isem tal-marka” jew id-“Deskrizzjoni kummerċjali” tfisser l-identifikazzjoni tat-tajer kif tingħata mill-manifattur tat-tajer. L-Isem tal-marka jista’ jkun l-istess bħal dak tal-manifattur u d-Deskrizzjoni kummerċjali tista’ tikkoniċidi mat-trejdmark.

2.3.   “Emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar” tfisser il-ħoss tall-kuntatt bejn it-tajers f’moviment u l-wiċċ tat-triq.

2.4.   Il-“Klassi tat-Tajer” tfisser wieħed mill-iggruppar li ġejjin:

2.4.1.

Tajers tal-Klassi C1: Tajers li jkunu konformi mar-Regolament (KEE) Nru 30;

2.4.2.

Tajers tal-Klassi C2: Tajers li jkunu konformi mar-Regolament (KEE) Nru. 54 u identifikati tajers: Tajers konformi mar-Regolament (KEE) Nru 54 u identifikat minn indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija f’formazzjoni waħda aktar baxx minn jew ta’ 121 u minn simbolu tal-kategorija tal-veloċità ogħla minn jew ugwali għal “N”;

2.4.3.

Tajers tal-Klassi C3: Tajers li jkunu konformi mar-Regolament (KEE) Nru 54 u li jiġu identifikati minn:

(a)

Indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija f’formazzjoni waħda ogħla minn jew ta’ 122; jew

(b)

Indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija f’formazzjoni waħda aktar baxx minn jew ta’ 121 u simbolu tal-kategorija tal-veloċità aktar baxx jew ugwali għal“M”.

2.5.   “Daqs rappreżentattiv tat-tajer” tfisser id-daqs tat-tajer li jitressaq għat-test deskritt fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar, u fl-Anness 5 għall-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin, sabiex tkun evalwata l-konformità għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tajer.

2.6.   “Stepni għal użu temporanju” tfisser tajer differenti minn tajer maħsub biex jitwaħħal fuq kwalunkwe vettura għal kundizzjonijiet normali ta’ sewqan; imma maħsub biss għal użu temporanju f’kundizzjonijiet ristretti ta’ sewqan.

2.7.   “Tajers iddisinjati għall-kompetizzjoni” tfisser tajers maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi involuti f’kompetizzjoni sportiva motorizzata u mhux maħsuba għal użu mhux kompetittiv fit-toroq.

2.8.   “Tajer normali” tfisser tajer maħsub għal użu normali, ta’ kuljum, fit-toroq.

2.9.   “Tajer għal użu speċjali” tfisser tajer maħsub għal użu mħallat kemm fit-toroq kif ukoll mhux fit-toroq jew għal użu speċjali ieħor.

2.10.   “Tajer għas-silġ” tfisser tajer li d-disinn fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art, il-kompost fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art jew l-istruttura tiegħu huwa primarjament iddisinjat sabiex f’kundizzjonijiet ta’ silġ jikseb prestazzjoni aħjar minn dik ta’ tajer normali rigward il-ħila tiegħu li jibda jew iżomm il-moviment tal-vettura.

2.11.   “Adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin” tfisser il-prestazzjoni relattiva ta’ l-ibbrejkjar, fuq superfiċje mxarrba, ta’ vettura tat-test mgħammra bit-tajer kandidat għal paragun ma’ dak ta’ l-istess vettura tat-test mgħammra b’tajer ta’ referenza (SRTT).

2.12.   “Tajer tat-test standard u ta’ referenza (SRTT)” tfisser tajer li jiġi prodott, ikkontrollat u maħżun skond l-istandard E 1136-93 (approvat mill-ġdid fl-1998) tas-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u għall-Materjali (ASTM).

2.13.   “Tajer kandidat” tfisser tajer, rappreżentattiv tat-tip, li jitressaq għall-approvazzjoni skond dan ir-Regolament.

2.14.   “Tajer ta’ kontroll” tfisser tajer ta’ produzzjoni normali li jintuża sabiex jistabbilixxi r-rendiment tal-qabda fuq l-imxarrab tad-daqsijiet tat-tajers li ma jkunux jistgħu jitwaħħlu fuq l-istess vettura bħat-tajer tat-test standard u ta’ referenza – ara l-paragrafu 2.2.2.16. ta’ l-Anness 5 għal dan ir-Regolament.

2.15.   L-“indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (‘G’)” tfisser il-proporzjon bejn il-prestazzjoni tat-tajer kandidat u l-prestazzjoni tat-tajer tat-test standard u ta’ referenza.

2.16.   Il-“koeffiċjent ta’ l-akbar forza tal-brejkjiet (‘pbfc’)” tfisser il-valur massimu tal-proporzjoni tal-forza ta’ l-ibbrejkjar mat-tagħbija vertikali fuq it-tajer qabel ma tiġi llokkjata r-rota.

2.17.   Id-“diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (‘mfdd’)” tfisser id-diċelerazzjoni medja kkalkulata fuq il-bażi tad-distanza mkejla rreġistata meta vettura tiġi diċelerata bejn żewġ veloċitajiet speċifiċi.

2.18.   L-“għoli ta’ l-igganċjar (ganċ)” tfisser l-għoli meta mkejjel b’mod perpendikulari miċ-ċentru tal-punt ta’ artikulazzjoni ta’ l-igganċjar ta’ l-irmonk tat-trejler jew tal-ganċ sa l-art, meta l-vettura ta’ l-irmonk u t-trejler ikunu igganċjati flimkien. Il-vettura u t-trejler iridu jkunu weqfin fuq wiċċ pavimentat invell fil-modalità tat-test tagħhom kompluti bit-tajer(s) xieraq(xierqa) li għandu(hom) jintuża(w) fit-test partikolari.

3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ tajer b’rigward dan ir-Regolament għandha titressaq mill-manifattur tat-tajer jew mir-rappreżentant akkreditat b’mod xieraq tiegħu. Din għandha tispeċifika:

3.1.1.

Il-karatteristiċi tal-prestazzjoni li għandhom jiġu evalwati għat-tip ta’ tajer; il-“livell ta’ emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar” jew il-“livell tal-prestazzjoni ta’ l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin u l-livell ta’ emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar”;

3.1.2.

Isem il-manifattur;

3.1.3.

L-isem u l-indirizz ta’ l-applikant;

3.1.4.

L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) tal-manifattura;

3.1.5.

L-isem(ismijiet) tal-marka, id-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali, it-trejdmark(s);

3.1.6.

Il-klassi tat-tajers (Klassi C1, C2 jew C3) (ara l-paragrafu 2.4. ta’ dan ir-Regolament);

3.1.6.1.

Il-firxa tal-wisa’ tas-sezzjoni għat-tajers tal-Klassi C1 (ara l-paragrafu 6.1.1. ta’ dan ir-Regolament);

NOTA: Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss għall-approvazzjoni rigward il-livell ta’ emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar.

3.1.7.

L-istruttura tat-tajer;

3.1.8.

Għat-tajers tal-Klassi C1, iddikjara jekk ikunux:

(a)

Rinforzati (jew tagħbija żejda) f’każ ta’ approvazzjoni rigward il-livell ta’ emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar;

(b)

Is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità “Q” jew aktar baxx (mhux inkluża “H”) jew “R” u ogħla (inkluża “H”) fil-każ ta’ tajers “għas-silġ” għal approvazzjoni rigward l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin;

3.1.9.

Il-kategorija ta’ l-użu (normali, għas-silġ jew speċjali);

3.1.10.

Lista ta’ denominazzjonijiet ta’ daqsijiet ta’ tajers koperti minn din l-applikazzjoni.

3.2.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tkun akkumpanjata (tliet kopji) minn:

3.2.1.

Dettalji tal-karatteristiċi ewlenin, rigward l-effetti fuq ir-rendiment tat-tajers (jiġifieri, l-livell ta’ emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar jew l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin, rispettivament) tad-disinn(disinji) fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art li għandu(hom) jintuża(w) fuq il-firxa magħżula tad-daqsijiet tat-tajers. Dan jista’ jsir bi tpinġija, ritratt jew deskrizzjoni, imma jrid ikun biżżejjed sabiex l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku tkun tista’ tiddetermina jekk kwalunkwe bidla sussegwenti fil-karatteristiċi ewlenin hix se taffetwa ħażin lill-prestazzjoni tat-tajer. L-effetti tal-bidliet f’dettalji minuri tal-kostruzzjoni tat-tajer fuq il-prestazzjoni tat-tajers se jkun evidenti u se jiġi ddeterminat waqt il-kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni;

3.2.2.

Tpinġijiet jew ritratti tan-naħa tal-ġenb tat-tajer, li juru l-informazzjoni mogħtija fil-paragrafu 3.1.4. t’aktar ’il fuq u l-immarkar ta’ approvazzjoni li jissemma fil-paragrafu 5., għandhom jitressqu ladarba tkun ġiet stabbilita l-produzzjoni, imma mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ l-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

3.3.   Fuq it-talba ta’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip, l-applikant għandu jressaq kampjuni ta’ tajers għat-test jew kopji ta’ rapporti tat-test mis-servizzi tekniċi, ikkomunikati skond il-paragrafu 11. ta’ dan ir-Regolament.

3.4.   Rigward l-applikazzjoni l-ittestjar jista’ jkun limitat għal għażla ta’ l-agħar każ, fid-diskrezzjoni ta’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip jew tas-servizz tekniku magħżul.

3.5.   Il-laboratorji u l-faċilitajiet tat-testijiet ta’ manifattur tat-tajers jistgħu jingħażlu bħala laboratorju approvat u waqt kwalunkwe test, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandu jkollha l-possibbiltà li tkun irrappreżentata.

4.   L-IMMARKAR

4.1.   It-tajers kollha li jikkostitwixxu t-tip ta’ tajer jridu jkunu mmarkati kif ġie preskritt jew mir-Regolament (KEE) Nru 30 jew mir-Regolament (KEE) Nru 54, skond kif ikun applikabbli.

4.2.   B’mod partikolari, it-tajers irid ikollhom fuqhom:

4.2.1.

L-isem jew it-trejdmark tal-manifattur;

4.2.2.

Id-deskrizzjoni kummerċjali (ara l-paragrafu 2.2.). Madankollu, id-deskrizzjoni kummerċjali mhix meħtieġa meta tikkoniċidi mat-trejdmark;

4.2.3.

Id-denominazzjoni tad-daqs tat-tajer;

4.2.4.

Il-kitba “REINFORCED” (jew alternattivament “EXTRA LOAD”) jekk it-tajer ikun ġie kklassifikat bħal rinforzat;

4.2.5.

Il-kitba “M+S” (jew alternattivament “M.S” jew “M&S”) jekk it-tajer ikun ġie kklassifikat fil-kategorija ta’ l-użu “għas-silġ”;

4.2.6.

Il-kitba “MPT” (jew alternattivament “ML” jew “ET”) jekk it-tajer ikun ġie kklassifikat fil-kategorija ta’ l-użu “speċjali”.

4.3.   It-tajers għandhom jipprovdu spazju adegwat għall-marka ta’ approvazzjoni kif jintwera fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament.

4.4.   Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun ifformata fi jew fuq in-naħa tal-ġenb tat-tajer, għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandha tkun fin-naħa t’isfel tat-tajer fuq għallinqas wieħed mill-ġnub.

4.4.1.   Madankollu, fil-każ ta’ tajers identifikati bis-simbolu tal-konfigurazzjoni ta’ l-installazzjoni tat-tajer mar-rimm “A”, l-immarkar jista’ jkun fi kwalunkwe post fuq barra tal-ħajt tal-ġenb tat-tajer.

5.   L-APPROVAZZJONI

5.1.   Jekk id-daqs rappreżentattiv tat-tajer tat-tip ta’ tajer imressaq għall-approvazzjoni skond dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6 u 7 t’aktar ’l isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ tajer.

5.2.   Għandu jkun assenjat numru ta’ approvazzjoni lit-tip ta’ tajer approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ta’ tajer ieħor.

5.3.   L-avviż ta’ l-approvazzjoni jew ta’ l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni jew tar-rifjut ta’ l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament għandu jkun ikkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

5.3.1.   Il-manifatturi tat-tajers għandhom il-jedd li jibgħatu applikazzjoni għall-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip għar-rekwiżiti ta’ regolamenti oħrajn rilevanti għat-tip ta’ tajer. F’dak il-każ, kopja tal-komunikazzjoni(jiet) rilevanti ta’ l-approvazzjoni tat-tip, kif maħruġa mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip rilevanti, għandha tkun mehmuża ma’ l-applikazzjoni għall-estensjoni ta’ l-approvazzjoni. L-applikazzjonijiet kollha għall-estensjoni ta’ l-approvazzjoni(jiet) għandhom jingħataw biss mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip li tkun ħarġet l-approvazzjoni oriġinali għat-tajer.

5.3.1.1.   Meta tingħata estensjoni ta’ l-approvazzjoni sabiex tkun inkorporata fiċ-ċertifikazzjoni(jiet) tal-formola ta’ komunikazzjoni (ara l-Anness 1 għal dan ir-Regolament) ta’ konformità mar-regolamenti l-oħra, in-numru ta’ approvazzjoni fuq il-formola ta’ komunikazzjoni għandu jkun supplimentat minn suffiss(i) sabiex ikun(u) identifikat(i) r-regolament(i) partkolari u l-preskrizzjonijiet tekniċi li ġew inkorporati mill-estensjoni ta’ l-approvazzjoni. Rigward kull suffiss partikolari, in-numru(i) ta’ l-approvazzjoni tat-tip speċifiku(ċi) u r-Regolament innifsu għandhom jiġu miżjuda mal-paragrafu 9. tal-formola ta’ komunikazzjoni.

5.3.1.2.   Is-suffiss għandu jidentifika s-serje ta’ emendi tal-preskrizzjoni dwar ir-rendimenti tat-tajers għar-Regolament rilevanti (eż. S01 jew SW01 biex tkun identifikata l-ewwel serje ta’ emendi dwar l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer mat-triq jew kemm l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer mat-triq kif ukoll l-adeżjoni tat-tajer mas-superfiċji mxarrbin). Jekk ir-Regolament rilevanti jkun fil-forma oriġinali tiegħu, m’għandha tkun meħtieġa l-ebda identifikazzjoni tas-serje ta’ emendi.

5.3.2.   Is-suffissi li ġejjin diġà ġew riservati sabiex jidentifikaw regolamenti speċifiċi dwar il-parametri tar-rendiment tat-tajers:

S

biex tkun identifikata konformità addizzjonali mar-rekwiżiti dwar l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajers;

W

biex tkun identifikata konformità addizzjonali mar-rekwiżiti dwar l-adeżjoni tat-tajers ma’ superfiċji mxarrbin.

Suffissi oħrajn se jiġu ddefiniti skond il-ħtieġa.

5.4.   Fl-ispazju li jissemma fil-paragrafu 4.3. u skond ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4.4., ma’ kull daqs ta’ tajer, skond it-tip ta’ tajer approvat skond dan ir-Regolament, għandha titwaħħal marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tikkonsisti minn:

5.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2); u

5.4.2.

In-numru ta’ approvazzjoni, segwit mis-suffiss(i) “S” jew “SW”, imqiegħed(imqiegħda) fuq il-lemin (jew taħt) taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.4.1., jekk ikunu parti mill-approvazzjoni orġinali. Jekk l-approvazzjoni tiġi estiża wara l-approvazzjoni oriġinali, is-sinjal ta’ żieda “+” għandu jitqiegħed quddiem l-“S” jew “SW” sabiex jindika estensjoni ta’ l-approvazzjoni.

5.4.3.

Is-suffiss(i) u l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe serje rilevanti ta’ emendi, jekk ikun hemm, kif ġie speċifikat fil-formola ta’ komunikazzjoni.

5.4.4.

L-immarkar fuq in-naħat tal-ġenb tat-tajer b’suffiss(i) għan-numru ta’ approvazzjoni jneħħi r-rekwiżit għal kwalunkwe mmarkar addizzjonali fuq it-tajer tan-numru ta’ approvazzjoni tat-tip speċifiku għal konformità mar-regolament(i) li għalih(om) jirreferi s-suffiss, skond il-paragrafu 5.3.2. t’aktar ’il fuq.

5.5.   Jekk it-tajer ikun konformi ma’ l-approvazzjonijiet tat-tip skond regolament wieħed jew aktar anness mal-Ftehim fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1. mhemmx għalfejn jiġi ripetut. F’każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skond tagħhom ngħataw l-approvazzjonijiet fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu ħdejn is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1. t’aktar ’il fuq.

5.6.   L-Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ l-arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni.

6.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET

6.1.   Il-limiti ta’ l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar, kif imkejla bil-metodu deskritt fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament.

6.1.1.   Għat-tajers tal-Klassi C1, il-valur ta’ l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar m’għandux ikun ogħla mill-valuri mogħtija hawn taħt. Dawn il-valuri japplikaw kemm għal tajers normali kif ukoll għal tajers għas-silġ u jirreferu għall-wisa’ nominali tas-sezzjoni kif tingħata fil-paragrafu 2.17.1.1. tar-Regolament Nru 30:

Il-Wisa’ Nominali tas-Sezzjoni

Il-Limitu dB(A)

145 u aktar baxxa

72

Aktar minn 145 sa165

73

Aktar minn 165 sa 185

74

Aktar minn 185 sa 215

75

Aktar minn 215

76

6.1.1.1.   Fil-każ ta’ tajers tal-Klassi C1 “Rinforzati” (jew Tagħbija Żejda) (ara l-paragrafu 4.2.4. t’aktar ’il fuq), il-limiti tal-paragrafu 6.1.1. għandhom jiġu miżjuda b’1 dB(A).

6.1.1.2.   Fil-każ tat-tajers tal-Klassi C1 ikklassifikati fil-kategorija ta’ l-użu “Speċjali” (ara l-paragrafu 4.2.6. t’aktar ’il fuq), il-limiti tal-paragrafu 6.1.1. għandhom jiġu miżjuda b’2 dB(A).

6.1.2.   Għat-tajers tal-Klassi C2, il-valur ta’ l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar b’referenza għall-kategorija ta’ l-użu tagħhom (ara l-paragrafu 2.1. t’aktar ’il fuq) m’għandux jeċċedi:

Il-kategorija ta’ l-użu

Il-limitu dB(A)

Normali

75

Għas-Silġ

77

Speċjali

78

6.1.3.   Għat-tajers tal-Klassi C3, il-valur ta’ l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar b’referenza għall-kategorija ta’ l-użu tagħhom (ara l-paragrafu 2.1. t’aktar ’il fuq) m’għandux jaqbeż:

Il-kategorija ta’ l-użu

Il-limitu dB(A)

Normali

76

Għas-Silġ

78

Speċjali

79

6.2.   Ir-rendiment tal-qabda fuq l-imxarrab se jkun ibbażat fuq proċedura li tipparaguna jew il-koeffiċjent ta’ l-akbar forza tal-brejkijet (“pbfc”) jew id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (“mfdd”) kontra l-valuri miksuba minn tajer tat-test standard u ta’ referenza (SRTT). Il-prestazzjoni relattiva għandha tkun indikata minn indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G).

6.2.1.   Għat-tajers tal-Klassi C1, ittestjati skond kwalunkwe waħda mill-proċeduri mogħtija fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament, it-tajer għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Il-kategorija ta’ l-użu

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G)

tajer għas-silġ b’simbolu tal-veloċità (“Q” jew aktar baxx imma mhux “H”) li jindika veloċità massima permessibbli mhux akbar minn 160 km/h

≥ 0,9

tajer għas-silġ b’simbolu tal-veloċità (“R” u ogħla, flimkien ma’ “H”) li jindika veloċità massima permessibbli akbar minn 160 km/h

≥ 1,0

tajer normali (tip għat-triq)

≥ 1,1

7.   IL-MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA’ TAJER PNEWMATIKU U L-ESTENSJONI TA’ L-APPROVAZZJONI

7.1.   Kull modifikazzjoni tat-tip ta’ tajer li tista’ tinfluwenza l-karatteristiċi tar-rendiment approvati skond dan ir-Regolament, għandha tkun innotifikata lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip li tkun approvat it-tip ta’ tajer. L-awtorità tista’ jew:

7.1.1.

Tqis li l-modifikazzjonijiet mhux probabbli li jkollhom kwalunkwe effett ħażin apprezzabbli fuq il-karatteristiċi tal-prestazzjoni approvati u li t-tajer se jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; jew

7.1.2.

Teħtieġ li jitressqu aktar kampjuni biex jiġu ttestjati jew teħtieġ aktar rapporti tat-test mingħand is-servizz tekniku magħżul.

7.1.3.

Konferma jew rifjut ta’ l-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-modifikazzjonijiet, għandha tkun ikkomunikata skond il-proċedura mogħtija fil-paragrafu 5.3. ta’ dan ir-Regolament lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.1.4.

L-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip li tagħti l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni għandha tassenja numru serjali għal tali estensjoni li għandu jintwera fuq il-formola ta’ komunikazzjoni.

8.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Kwalunkwe tajer approvat skond dan ir-Regolament għandu jkun immanifatturat b’tali mod li jkun konformi mal-karatteristiċi tar-rendiment tat-tip ta’ tajer approvat u jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6. t’aktar ’il fuq;

8.2.

Sabiex tkun ivverifikata l-konformità kif ġie preskritt fil-paragrafu 8.1. t’aktar ’il fuq, mill-produzzjoni serjali għandu jittieħed kampjun mhux sistematiku ta’ tajers li jkollhom fuqhom il-marka ta’ approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament. Il-frekwenza normali ta’ verifika tal-konformità tal-produzzjoni għandha tkun mill-inqas ta’ darba kull sentejn;

8.2.1.

Fil-każ ta’ verifiki rigward l-approvazzjonijiet skond il-paragrafu 6.2., dawn għandhom jitwettqu billi tintuża l-istess proċedura (ara l-Anness 5 għal dan ir-Regolament) bħal dik li ġiet adottata għall-approvazzjoni oriġinali, u l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandha tkun sodisfatta li t-tajers kollha li jaqgħu taħt tip approvat ikunu konformi mar-rekwiżit ta’ l-approvazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-volum tal-produzzjoni tat-tip ta’ tajer f’kull faċilità tal-manifattura fejn titqies(jitqiesu) is-sistema(i) ta’ ġestjoni tal-kwalità mħaddma mill-manifattur. Fejn proċedura tat-test tinvolvi ttestjar ta’ numru ta’ tajers fl-istess ħin, pereżempju sett ta’ erba’ tajers sabiex ikun ittestjata il-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab skond il-proċedura tal-vettura standard mogħtija fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament, mela s-sett għandu jitqies bħala unità waħda sabiex jiġi kkalkulat in-numru ta’ tajers li għandhom jiġu ttesjati.

8.3.

Għandu jitqies li l-produzzjoni kienet konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jekk il-livelli mkejla jkunu konformi mal-limiti preskritti fil-paragrafu 6.1. t’aktar ’il fuq, b’konċessjoni addizzjonali ta’ + 1 dB(A) għall-varjazzjonijiet possibbli fil-produzzjoni tal-massa.

9.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija rigward tip ta’ tajer skond dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8. t’aktar ’il fuq, jew jekk kwalunkwe tajer tat-tip ta’ tajer jaqbeż il-limiti mogħtija fil-paragrafu 8.3. t’aktar ’il fuq.

9.2.   Jekk Parti għall-Ftehim, li tapplika dan ir-Regolament, tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, hija għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ approvazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur ta’ aprovazzjoni jieqaf għalkollox mill-manifattura ta’ tip ta’ tajer pnewmatiku approvat skond dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

11.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

11.1.   Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi li jwettqu t-testijiet ta’ approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni ta’ approvazzjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, li jkunu nħarġu f’pajjiżi oħra.

12.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

12.1.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx:

(a)

Jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni KEE għal tip ta’ tajer skond dan ir-Regolament; jew

(b)

Jipprojbixxu l-bejgħ jew l-użu ta’ tajer

jekk it-tajer jaqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

12.2.   Mill-4 ta’ Awwissu 2003, Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni nazzjonali ta’ tip ta’ tajer jekk it-tajer jaqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

12.3.   Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament rigward il-livell ta’ adeżjoni tat-tajers f’kundizzjonijiet ta’ rrolljar fuq superfiċji mxarrbin għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ tajer li għandu jkun approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi.

12.4.   Mid-dati mogħtija aktar ’l isfel, Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament għandha tirrifjutta li tippermetti l-bejgħ jew l-użu ta’ tajer li jaqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Għat-tajers tal-Klassi C1 b’wisa’ tas-sezzjoni sa 185

l-1 ta’ Ottubru 2009

Għat-tajers tal-Klassi C1 b’wisa’ tas-sezzjoni minn 185 sa 215

l-1 ta’ Ottubru 2010

Għat-tajers tal-Klassi C1 b’wisa’ tas-sezzjoni t’aktar minn 215

l-1 ta’ Ottubru 2011

Għat-tajers tal-Klassi C2 u C3

l-1 ta’ Ottubru 2009

Qabel id-dati t’hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament, għall-bejgħ jew għall-użu ta’ tajer sostitut li jaqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, m’għandhomx jeħtieġu li dan ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.


(1)  Kif ġew definiti fl-Anness 7 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emend.2 kif ġie emendat l-aħħar bl-Emenda 4).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (battal), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (battal), 31 għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (battal), 34 għall-Bulgarija, 35 (battal), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (battal), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (battal), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (battal), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (battala) u 56 għall-Montenegro. In-numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġiku li bih jirratifikaw jew jaderixxu mal-Ftehim li jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu ma’ u/jew Jintużaw f’Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet Mogħtija Abbażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

L-ARRANĠAMENT TAL-MARKI TA’ APPROVAZZJONI

(Ara l-paragrafu 5.4. ta’ dan ir-Regolament)

Il-marki ta’ approvazzjoni skond ir-Regolament Nru. 117

EŻEMPJU 1

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni t’hawn fuq, imwaħħla fuq tajer pnewmatiku, turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolament Nru. 117 (immarkat b’S (ħoss ta’ rrolljar) biss), bin-numru ta’ approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (00) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu.

EŻEMPJU 2

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni t’hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolament Nru. 117 (immarkat b’S (ħoss ta’ rrolljar) jew kemm S (ħoss ta’ rrolljar) kif ukoll W (adeżjoni ma’ l-imxarrab), bin-numru ta’ approvazzjoni 011234. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għal S jew għal SW. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (01) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond is-serje 01 ta’ emendi.

Appendiċi 1

L-approvazzjoni skond ir-Regolament Nru 117 li tikkoniċidi ma’ l-approvazzjoni skond ir-Regolament Nru 30 jew 54 (1)

EŻEMPJU 1

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni t’hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolament Nru 117 (immarkat b’S (ħoss ta’ rrolljar)), bin-numru ta’ approvazzjoni 011234 u skond ir-Regolament Nru 30, bin-numru ta’ approvazzjoni 023637. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (01) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond is-serje 01 ta’ emendi, imma r-Regolament Nru 30 kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi.

EŻEMPJU 2

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni t’hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolament Nru 117 (immarkat b’S (ħoss ta’ rrolljar) jew SW (ħoss ta’ rrolljar u adeżjoni ma’ l-imxarrab)), bin-numru ta’ approvazzjoni 011234 u skond r-Regolament Nru 30 bin-numru ta’ approvazzjoni 023637. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (01) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond is-serje 01 ta’ emendi, imma r-Regolament Nru 30 kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi.

EŻEMPJU 3

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni t’hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolament Nru 117 u skond is-serje 01 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 011234 (immarkat b’S biss), u skond ir-Regolament Nru 54. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għall-ħoss ta’ rrolljar (S) biss, peress li t-tajers approvati skond ir-Regolament Nru 54 bħalissa ma jistgħux jiġu approvati għall-adeżjoni ma’ l-imxarrab. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni tar-Regolament Nru 117 (01) flimkien ma’ l-“S” jindikaw li l-ewwel approvazzjoni ngħatat skond ir-Regolament Nru 117 li kien jinkludi s-serje 01 ta’ emendi. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni tar-Regolament Nru 54 (00) jindikaw li dan ir-Regolament kien fil-forma oriġinali tiegħu.


(1)  L-approvazzjonijiet skond ir-Regolament Nru 117 għat-tajers fl-ambitu tar-Regolament Nru 54 bħalissa ma jinkludux ir-rekwiżiti ta’ l-adeżjoni ma’ l-imxarrab.

Appendiċi 2

L-estensjonijiet biex ikunu kkombinati l-approvazzjonijiet maħruġa skond ir-Regolament Nru 117, 30 jew 54 (1)

EŻEMPJU 1

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni t’hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat, għall-ewwel, fl-Olanda (E4) skond ir-Regolament Nru 30 u skond is-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 023637. It-tajer huwa mmarkat ukoll b’+ S (ħoss ta’ rrolljar) li jindikaw li l-approvazzjoni tiegħu ġiet estiża skond ir-Regolament Nru 117. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-Regolament Nru 30 li kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi. Iż-żieda tas-sinjal (+) tindika li l-ewwel approvazzjoni ngħatat skond ir-Regolament Nru 30 u kienet estiża biex tinkludi l-approvazzjoni(jiet) skond ir-Regolament Nru 117.

EŻEMPJU 2

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni t’hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat, għall-ewwel, fl-Olanda (E4) skond ir-Regolament Nru 30 u skond is-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 023637. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għal S (ħoss ta’ rrolljar) jew S (ħoss ta’ rrolljar) u W (adeżjoni ma’ l-imxarrab). L-S jew l-SW segwita minn (01) tindika li l-approvazzjoni tat-tajer ġiet estiża skond ir-Regolament Nru 117 li kien jinkludi s-serje 01 ta’emendi. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-Regolament Nru 30 li kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi. Is-sinjal ta’ żieda (+) jindika li l-ewwel approvazzjoni ngħatat skond ir-Regolament Nru 30 u ġiet estiża biex tinkludi l-approvazzjoni(jiet) skond ir-Regolament Nru 117.


(1)  L-approvazzjonijiet skond ir-Regolament Nru 117 għat-tajers fl-ambitu tar-Regolament Nru 54 bħalissa ma jinkludux ir-rekwiżiti ta’ l-adeżjoni ma’l-imxarrab.


ANNESS 3

IL-METODU TAT-TEST TA’ SEWQAN BIL-MAGNA MITFIJA (COAST-BY) BIEX TITKEJJEL L-EMISSJONI TA’ ĦOSS TA’ RROLLJAR TAT-TAJER

0.   INTRODUZZJONI

Il-metodu ppreżentat jinkludi speċifikazzjonijiet dwar l-istrumenti tal-kejl, il-kundizzjonijiet tal-kejl u l-metodu tal-kejl, sabiex jintlaħaq il-livell ta’ ħoss ta’ sett ta’ tajers immuntati fuq vettura tat-test li jirrolljaw fuq superfiċje speċifikata tat-triq. Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss għandu jiġi rrekordjat meta l-vettura tkun bil-magna mitfija, permezz ta’ mikrofoni mqiegħda ’l bogħod; ir-riżultat finali għal veloċità ta’ referenza jinkiseb minn analiżi ta’ rigressjoni lineari. Tali riżultati tat-test ma jistgħux ikunu relatati ma’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer imkejjel waqt aċċelerazzjoni b’saħħa jew waqt diċelerazzjoni bil-brejkijiet.

1.   L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

1.1.   Il-kejl akustiku

Il-miter tal-livell ta’ ħoss jew is-sistema ekwivalenti ta’ kejl, inkluż il-windksrin rakkomandat mill-manifattur, għandu jissodisfa jew jkun aħjar mir-rekwiżiti ta’ strumenti tat-Tip 1 skond l-IEC 60651:1979/A1:1993, it-tieni edizzjoni.

Il-kejl għandu jittieħed billi tintuża d-differenzazzjoni tal-frekwenza A u d-differenzazzjoni tal-ħin F.

Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell ta’ ħoss differenzjat A, għandu jittieħed qari f’intervall ta’ ħin li ma jkunx ikbar minn 30 minuta.

1.1.1.   Il-kalibrazzjoni

Fil-bidu u fi tmiem kull sessjoni ta’ kejl, is-sistema kollha tal-kejl għandha tiġi kkontrollata permezz ta’ kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss ta’ preċiżjoni, mill-inqas, tal-Klassi 1 skond l-IEC 60942:1988. Bla ebda aġġustament ulterjuri, id-differenzi bejn il-qari ta’ żewġ kontrolli konsekuttivi għandha tkun inqas minn jew ta’ 0,5 dB. Jekk dan il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-kontroll sodisfaċenti preċedenti għandhom jitwarrbu.

1.1.2.   Il-konformità mar-rekwiżiti

Il-konformità ta’ l-apparat ta’ kalibrazzjoni tal-ħsejjes mar-rekwiżiti ta’ l-IEC 60942:1988 għandha tkun ivverifikata darba fis-sena u l-konformità tas-sistema ta’ strumentazzjoni mar-rekwiżiti ta’ l-IEC 60651:1979/A1:1993, it-tieni edizzjoni, għandha tkun ivverifikata mill-inqas kull sentejn, minn laboratorju li jkun awtorizzat iwettaq kalibrazzjonijiet traċċabbli għall-istandards xierqa.

1.1.3.   Il-pożizzjonament tal-mikrofonu

Il-mikrofonu (jew il-mikrofoni) jridu jkunu qegħdin f’distanza ta’ 7,5 ± 0,05 m mil-linja ta’ referenza tal-mogħdija CC′ (figura 1) u 1,2 ± 0,02 m ’il fuq mill-art. L-assi tas-sensittività massima tiegħu jrid ikun orizzontali u perpendikulari għall-mogħdija tal-vettura (linja CC′).

1.2.   Il-kejl tal-veloċità

Il-veloċità tal-vettura għandha titkejjel bi strumenti li jkollhom preċiżjoni ta’ ± 1 km/h jew aħjar meta t-tarf ta’ quddiem tal-vettura jkun laħaq il-linja PP′ (figura 1).

1.3.   Il-kejl tat-temperatura

Il-kejl ta’ l-arja kif ukoll tat-temperatura tas-superfiċje tat-test huwa mandatorju.

L-apparati tal-kejl tat-temperatura għandhom ikunu preċiż sa ± 1 °C.

1.3.1.   It-temperatura ta’ l-arja

Is-sensur tat-temperatura għandu jiġi ppożizzjonat f’post mhux ostakolat qrib il-mikrofonu b’tali mod li jkun espost għall-fluss ta’ l-arja u protett mir-radjazzjoni solari diretta. Ta’ l-aħħar jista’ jinkiseb bi kwalunkwe skrin li jitfa’ d-dell jew b’apparat simili. Is-sensur għandu jkun ippożizzjonat f’għoli ta’ 1,2 ± 0,1 ’il fuq mil-livell tas-superfiċje tat-test, sabiex tkun minimizzata l-influwenza tar-radjazzjoni termali tas-superfiċje tat-test fi flussi baxxi ta’ l-arja.

1.3.2.   It-temperatura tas-superfiċje tat-test

Is-sensur tat-temperatura għandu jiġi ppożizzjonat f’post fejn it-temperatura mkejla tkun rappreżentattiva tat-temperatura fil-mogħdijiet tar-roti, mingħajr ma jinterferixxi fil-kejl tal-ħsejjes.

Jekk jintuża strument b’sensur tat-temperatura ta’ kuntatt, bejn is-superfiċje u s-sensur għandu jiġi applikat pejst konduttiv għas-sħana sabiex ikun żgurat kuntatt termali adegwat.

Jekk jintuża termometru tar-radjazzjoni (pirometru), l-għoli għandu jintgħażel sabiex ikun żgurat li jkun kopert punt ta’ kejl b’dijametru ta’ ≥ 0,1 m.

1.4.   Il-kejl tar-riħ

L-apparat irid ikun kapaċi jkejjel il-veloċità tar-riħ b’tolleranza ta’ ± 1 m/s. Ir-riħ għandu jitkejjel fl-għoli tal-mikrofonu. Għandha tiġi rreġistrata d-direzzjoni tar-riħ b’referenza għad-direzzjoni tas-sewqan.

2.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL

2.1.   Is-sit tat-test

Is-sit tat-test irid jikkonsisti f’sezzjoni ċentrali mdawra minn żona tat-test sostanzjalment ċatta. Is-sezzjoni tal-kejl trid tkun invell; is-superfiċje tat-test trid tkun niexfa u nadifa għall-kejl kollu. Is-superfiċje tat-test m’għandiex titberred artifiċjalment matul jew qabel l-ittestjar.

Il-mogħdija tat-test trid tkun tali li l-kundizzjoijiet ta’ kamp akustiku ħieles bejn is-sors tal-ħoss u l-mikrofonu tinkiseb sa 1 dB(A). Għandu jitqies li dawn il-kundizzjonijiet ġew sodisfatti jekk ma jkun hemm l-ebda oġġett kbir li jirrifletti l-ħsejjes bħal xatbiet, ġebel, pontijiet jew bini f’50 m miċ-ċentru tas-sezzjoni tal-kejl. Is-superfiċje tal-mogħdija tat-test u d-dimensjonijiet tas-sit tat-test għandhom ikunu skond l-Anness 4.

Parti ċentrali b’radju ta’ mill-inqas 10 m għandha tkun ħielsa minn silġ f’forma ta’ trab, ħaxix tawwali, ħamrija mhux magħquda, irmied jew simili. Ma jrid ikun hemm l-ebda ostaklu li jista’ jaffetwa l-kamp akustiku fil-viċinanzi tal-mikrofonu u l-ebda persuna m’għandha tkun wieqfa bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-operatur li jwettaq il-kejl u kwalunkwe osservatur li jieħu ħsieb il-kejl iridu jippożizzjonaw lilhom infushom b’tali mod li ma jaffetwawx il-qari ta’ l-istrumenti tal-kejl.

2.2.   Il-kundizzjonijiet metereoloġiċi

Il-kejl m’għandux isir f’kundizzjonijiet atmosferiċi ħżiena. Irid ikun żgurat li r-riżultati ma jiġux affetwati minn buffuri ta’ riħ. L-ittestjar m’għandux jitwettaq jekk il-veloċità tar-riħ fl-għoli tal-mikrofonu taqbeż il-5 m/s.

Il-kejl m’għandux isir jekk it-temperatura ta’ l-arja tkun aktar baxxa minn 5 °C jew ogħla minn 40 °C jew jekk it-temperatur tas-superfiċje tat-test tkun aktar baxxa minn 5 °C jew ogħla minn 50 °C.

2.3.   Il-ħoss ambjentali

2.3.1.   Il-livell tal-ħsejjes fl-isfond (inkluż kwalunkwe ħoss mir-riħ) għandu jkun ta’ mill-inqas 10 dB(A) inqas mill-emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar imkejjel tat-tajer. Mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal windskrin adattat sakemm jitqies l-effett li jkollu fuq is-sensittiva u fuq il-karatteristiċi direzzjonali tal-mikrofonu.

2.3.2.   Kwalunkwe kejl affetwat mill-ogħla livell ta’ ħoss li jidher li ma jkunx relatat mal-karatteristiċi tal-livell ġenerali tal-ħoss, għandu jiġi injorat.

2.4.   Ir-rekwiżiti tal-vettura tat-test

2.4.1.   Ġenerali

Il-vettura tat-test għandha tkun vettura bil-mutur u għandha tkun mgħammra b’erba ’tajers waħdanija fuq żewġ fusien biss.

2.4.2.   It-tagħbija tal-vettura

Il-vettura trid tkun mgħobbija b’tali mod li tkun konformi mat-tagħbijiet tat-tajer tat-test kif ġew speċifikati fil-paragrafu 2.5.2. t’aktar ’l isfel.

2.4.3.   Id-distanza bejn il-fus tar-rota ta’ quddiem u dak ta’ wara (wheelbase)

Id-distanza bejn iż-żewġ fusien li fuqhom twaħħlu t-tajers tat-test għat-tajers tal-Klassi C1 għandha tkun ta’ inqas minn 3.50 m u għat-tajers tal-Klassi C2 u tal-Klassi C3 għandha tkun ta’ inqas minn 5 m.

2.4.4.   Il-miżuri sabiex tkun minimizzata l-influwenza tal-vettura fuq il-kejl tal-livell tal-ħoss

Sabiex ikun żgurat li l-ħoss ta’ rrolljar tat-tajer ma jkunx affetwat b’mod sinifikanti mid-disinn tal-vettura tat-test, qed jingħataw ir-rekwiżiti u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin.

2.4.4.1.   Ir-rekwiżiti:

(a)

M’għandhomx jitwaħħlu l-perpuri ta’ trażżin ta’ l-isprej jew apparat żejjed ieħor sabiex jitrażżan l-isprej;

(b)

Kwalunkwe żieda jew żamma ta’ elementi fil-viċinanzi immedjati tar-rimmijiet u tat-tajers, li jistgħu jgħattu l-ħoss emess, mhix permessa;

(c)

L-allinjament tar-roti (toe-in (ir-roti meta joħorġu minn posthom wara xi daqqa fuq xi waħda minnhom), kamber u caster (rota żgħira)) għandhom jkun għalkollox konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-vettura;

(d)

Fil-kejsings tar-rota jew taħt il-bodi ta’ taħt ma jistax jiġi mmuntat materjal addizzjonali li jassorbi l-ħsejjes;

(e)

Is-suspenxin għandha tkun f’tali kundizzjoni li ma tirriżultax fi tnaqqis mhux normali fl-għoli mill-art meta l-vettura tkun mgħobbija skond ir-rekwiżit ta’ l-ittestjar. Jekk ikunu disponibbli, is-sistemi ta’ regolamentazzjoni tal-livell tal-bodi għandhom jiġu aġġustati sabiex waqt l-ittestjar ikunu għolja mill-art daqskemm ikun normali għal kundizzjoni mhux mgħobbija.

2.4.4.2.   Ir-rakkomandazzjonijiet sabiex ikun evitat storbju parassitiku:

(a)

Tneħħija jew modifika fil-vettura li tista’ tikkontribwixxi għall-ħsejjes fl-isfond tal-vettura hija rakkomandata. Kwalunkwe tneħħija jew modifika għandha tiġi rreġistrata fir-rapport tat-test;

(b)

Waqt l-ittestjar għandu jiġi assigurat li l-brejkijiet ma jiġux rilaxxati ħażin, biex b’hekk jikkawżaw l-istorbju;

(c)

Għandu jkun assigurat li l-fannijiet tat-tkessiħ elettriċi ma jkunux qed jaħdmu;

(d)

Waqt l-ittestjar, it-twieqi u s-saqaf li jiżżerżaq tal-vettura għandhom ikunu magħluqa.

2.5.   It-tajers

2.5.1.   Ġenerali

Fuq il-vettura tat-test għandhom jitwaħħlu erba’ tajers identiċi. Fil-każ ta’ tajers b’indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija akbar minn 121 u bla ebda indikazzjoni ta’ twaħħil doppju, tnejn minn dawn it-tajers, ta’ l-istess tip u firxa, iridu jitwaħħlu fuq il-fus ta’ wara tal-vettura tat-test; il-fus ta’ quddiem iridu jitwaħħlulu tajers ta’ daqs adattat għat-tagħbija fuq il-fus u mraqqa sal-fond minimu sabiex tkun minimizzata l-influwenza ta’ l-istorbju ta’ kuntatt tat-tajer mat-triq filwaqt li jinżamm livell xieraq ta’ sikurezza. It-tajers Xitwin, li f’ċerti Partijiet Kontraenti jistgħu jkunu mgħammra b’tappieri maħsuba sabiex ikabbru l-frizzjoni, għandhom ikunu ttestjati mingħajr dan it-tagħmir. It-tajers b’rekwiżiti speċjali għat-twaħħil għandhom ikunu ttestjati skond dawn ir-rekwiżiti (eż. id-direzzjoni tat-tidwir). It-tajers irid ikollhom fond sħiħ fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art qabel ma jibdew jitħaddmu.

It-tajers għandhom jiġu ttestjati fuq rimmijiet permessi mill-manifattur tat-tajers.

2.5.2.   It-tagħbiji tat-tajers

It-tagħbija tat-test Qt għal kull tajer fuq il-vettura tat-test għandha tkun ta’ bejn 50 u 90 fil-mija tat-tagħbija ta’ referenza Qr, imma t-tagħbija medja tat-test Qt,avr tat-tajers kollha għandha tkun ta’ 75 ± 5 fil-mija tat-tagħbija ta’ referenza Qr.

Għat-tajers kollha, it-tagħbija ta’ referenza Qr tikkorrispondi għall-massa massima assoċjata ma’ l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija tat-tajer. Fil-każ fejn l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija jkun magħmul minn żewġ numri diviżi minn linja dijagonali (/), għandha ssir referenza għall-ewwel numru.

2.5.3.   Il-pressjoni ta’ nefħa tat-tajer

Kull tajer imwaħħal fuq il-vettura tat-test għandu jkollu pressjoni tat-test Pt li ma tkunx ogħla mill-pressjoni ta’ referenza Pr u fl-intervall:

Formula

Għall-Klassi C2 u għall-Klassi C3, il-pressjoni ta’ referenza Pr hija l-pressjoni li tikkorrispondi għall-indiċi tal-pressjoni mmarkat fuq in-naħa tal-ġenb.

Għall-Klassi C1, il-pressjoni ta’ referenza hija Pr = 250 kPa għat-tajers “standard” u 290 kPa għat-tajers “rinforzati”; il-pressjoni minima tat-test għandha tkun ta’ Pt = 150 kPa.

2.5.4.   It-tħejjija qabel l-ittestjar

It-tajers għandhom jitħaddmu (“run-in”) qabel l-ittestjar sabiex jitneħħew l-għeqiedi tal-komposti jew karatteristiċi oħrajn tad-disinn tat-tajer li jirriżultaw mill-proċess ta’ l-għoti tal-forma. Normalment, dan jeħtieġ l-ekwivalenti ta’ madwar 100 km ta’ użu normali fit-triq.

It-tajers imwaħħla fuq il-vettura tat-test għandhom iduru fl-istess direzzjoni bħala meta jitħaddmu fil-bidu.

Qabel l-ittestjar, it-tajers għandhom jissaħħnu billi jitħaddmu f’kundizzjonijiet tat-test.

3.   IL-METODU TA’ L-ITTESTJAR

3.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali

Għall-kejl kollu, il-vettura trid tinsaq f’linja dritt tul is-sezzjoni tal-kejl (AA′ sa BB′) b’tali mod li l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ikun mill-aktar qrib possibbli tal-linja CC′.

Meta t-tarf ta’ quddiem tal-vettura tat-test ikun laħaq il-linja AA′, is-sewwieq tal-vettura jrid ikun qiegħed lis-selettur tal-gerijiet f’pożizzjoni newtrali u tefa’ l-magna. Jekk waqt il-kejl il-vettura tat-test tagħmel ħsejjes mhux normali (eż. ventilatur, self-ignixin), it-test irid jiġi injorat.

3.2.   In-natura u n-numru ta’ kejl

Il-livell massimu ta’ ħoss espress f’deċibels differenzjati A (dB(A)) għandu jitkejjel sa l-ewwel post deċimali hekk kif il-vettura tkun għaddejja bil-magna mitfija bejn il-linji AA′ u BB′ (figura 1 – it-tarf ta’ quddiem tal-vettura fuq il-linja AA′, it-tarf ta’ wara tal-vettura fuq il-linja BB′). Dan il-valur se jikkostitwixxi r-riżultat tal-kejl.

Il-kejl għandu jsir mill-inqas erba’ darbiet fuq kull naħa tal-vettura tat-test b’veloċitajiet tat-test aktar baxxi mill-veloċità ta’ referenza speċifikata fil-paragrafu 4.1. u għandu jsir kejl għal mill-inqas erba’ darbiet b’veloċitajiet tat-test ogħla mill-veloċità ta’ referenza. Bejn wieħed u ieħor, il-veloċitajiet għandhom ikunu spazjati ndaqs tul il-frixa tal-veloċitajiet speċifikata fil-paragrafu 3.3.

3.3.   Il-firxa tal-veloċitajiet tat-test

Il-veloċitajiet tal-vettura tat-test għandhom ikunu fil-firxa:

(a)

Minn 70 sa 90 km/h għat-tajers tal-Klassi C1 u tal-Klassi C2;

(b)

Minn 60 sa 80 km/h għat-tajers tal-Klassi C3.

4.   L-INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI

Il-kejl m’għandux ikun validu jekk tkun irreġistrata diskrepanza mhux normali bejn il-valuri (ara l-paragrafu 2.3.2. ta’ dan l-Anness).

4.1.   Id-determinazzjoni tar-riżultat tat-test

Il-veloċità ta’ referenza Vref li tintuża sabiex ikun iddeterminat ir-riżultat finali se tkun ta’:

(a)

80 km/h għat-tajers tal-Klassi C1 u tal-Klassi C2;

(b)

70 km/h għat-tajers tal-Klassi C3.

4.2.   L-analiżi ta’ rigressjoni għall-kejl ta’ ħoss ta’ rrolljar

Il-livell ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer mat-triq LR f’dB(A) jiġi ddeterminat b’analiżi ta’ rigressjoni skond:

Formula

fejn:

Formula

hija l-valur intermedju tal-livelli ta’ ħoss ta’ rrolljar Li, imkejla f’db(A):

Formula

n

hija n-numru ta’ kejl (n ≥ 16),

Formula

hija l-valur intermedju tal-logaritmi tal-veloċitajiet Vi:

Formula bi νi = lg (Vi/Vref)

a

hija n-niżla tal-linja ta’ rigressjoni f’dB(A):

Formula

4.3.   Il-korrezzjoni tat-temperatura

Għat-tajers tal-Klassi C1 u tal-Klassi C2, ir-riżultat finali għandu jiġi normalizzat għal temperatura ta’ referenza tas-superfiċje tat-test θref billi tiġi applikata korrezzjoni tat-temperatura, skond dan li ġej:

LRref) = LR(θ) + K(θref – θ)

fejn

θ

= it-temperatura mkejla tas-superfiċje tat-test,

θref

= 20 °C,

Għat-tajers tal-Klassi C1, il-koeffiċjent K huwa – 0,03 db(A)/°C, fejn θ > θref u – 0,06 dB(A)/°C meta θ < θref.

Għat-tajers tal-Klassi C2, il-koeffiċjent K huwa – 0.02 dB(A)/°C

Jekk it-temperatura mkejla tas-superfiċje tat-test ma tinbidilx b’aktar minn 5 °C fil-kejl kollu meħtieġ sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta’ ħoss ta’ sett wieħed ta’ tajers, il-korrezzjoni tat-temperatura tista’ ssir biss fuq il-livell irrapportat u finali ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer kif ġie indikat aktar ’il fuq, billi jintuża l-valur aritmetiku intermedju tat-temperaturi mkejla. Inkella, kull livell ta’ ħoss imkejjel Li għandu jiġi korrett, billi tintuża t-temperatura fi żmien ir-rekording tal-ħoss.

Mhu se jkun hemm l-ebda korrezzjoni tat-temperatura għat-tajers tal-Klassi C3.

4.4.   Sabiex jitqies kwalunkwe nuqqas ta’ preċiżjoni ta’ l-istrumenti tal-kejl, skond il-paragrafu 4.3., ir-riżultati għandhom jitnaqqsu b’1 dB(A).

4.5.   Ir-riżultat finali, il-livell ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer bit-temperatura korretta LRref) f’dB(A), għandu jitqarreb ’l isfel għall-eqreb valur sħiħ li jkun aktar baxx.

Figura 1

Il-pożizzjonijiet tal-mikrofoni għall-kejl

Image

Appendiċi

Ir-rapport tat-test

PARTI 1 –   RAPPORT

1.   L-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip jew is-Servizz Tekniku: …

2.   L-isem u l-indirizz ta’ l-applikant: …

3.   In-Nru. tar-Rapport tat-Test: …

4.   Il-Manifattur u l-Isem tal-Marka jew id-Deskrizzjoni Kummerċjali: …

5.   Il-Klassi tat-Tajer (C1, C2 jew C3): …

6.   Il-kategorija ta’ l-użu: …

7.   Il-livell ta’ ħoss skond il-paragrafi 4.4. u 4.5. ta’ l-Anness 3: … dB(A) b’veloċità ta’ referenza ta’ 70/80 km/h (1)

8.   Kummenti (jekk ikun hemm): …

9.   Data: …

10.   Firma: …

PARTI 2 –   ID-DATA TAT-TEST

1.   Id-data tat-test: …

2.   Il-vettura tat-test (il-marka, il-mudell, is-sena, il-modifiki, eċċ.): …

2.1.   Id-distanza bejn il-fus tar-rota ta’ quddiem u dak ta’ wara tal-vettura tat-test: … mm

3.   Fejn tinsab il-mogħdija tat-test: …

3.1.   Id-data taċ-ċertifikazzjoni tal-mogħdija skond l-ISO 10844:1994: …

3.2.   Maħruġa minn: …

3.3.   Il-metodu ta’ ċertifikazzjoni: …

4.   Id-dettalji tat-tajer tat-test: …

4.1.   Id-denominazzjoni tad-daqsijiet tat-tajers: …

4.2.   Id-deskrizzjoni tas-servizz tat-tajers: …

4.3.   Il-pressjoni ta’ nefħa ta’ referenza: … kPa

4.4.   Id-data tat-test

 

Quddiem fuq ix-xellug

Quddiem fuq il-lemin

Wara fuq ix-xellug

Wara fuq il-lemin

Il-massa tat-test (kg)

 

 

 

 

L-indiċi tat-tagħbija tat-tajer (%)

 

 

 

 

Il-pressjoni ta’ nefħa (kiesħa) (kPa)

 

 

 

 

4.5.   Il-kodiċi tal-wisa’ tar-rimm tat-test: …

4.6.   It-tip ta’ sensur għall-kejl tat-temperatura: …

5.   Ir-riżultati validi tat-test:

Ġirja Nru.

Il-Veloċità tat-Test

km/h

Id-direzzjoni tal-ġirja

Il-livell imkejjel tal-ħoss fuq ix-xellug (2)

dB(A)

Il-livell imkejjel tal-ħoss fuq il-lemin (2)

dB(A)

It-temperatura ta’ l-arja

°C

It-temperatura tal-mogħdija

°C

Il-livell tal-ħoss fuq ix-xellug (2) bit-temperatura korretta

dB(A)

Il-livell tal-ħoss fuq il-lemin (2) bit-temperatura korretta

dB(A)

Kummenti

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.1.   In-niżla tal-linja ta’ rigressjoni: …

5.2.   Il-livell tal-ħoss wara l-korrezzjoni tat-temperatura skond il-paragrafu 4.3. ta’ l-Anness 3: … dB(A)


(1)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.

(2)  Relattiv għall-vettura.


ANNESS 4

L-ISPĊEFIKAZZJONIJIET GĦAS-SIT TAT-TEST

1.   INTRODUZZJONI

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-karatteristiċi fiżiċi u mat-tqegħid tal-mogħdija tat-test. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet, ibbażati fuq standard speċjali (1), jiddeskrivu l-karatteristiċi fiżiċi meħtieġa kif ukoll il-metodi tat-test għal dawn il-karatteristiċi.

2.   IL-KARATTERISTIĊI MEĦTIEĠA TAS-SUPERFIĊJE

Jitqies li superfiċje tkun konformi ma’ dan l-istandard sakemm l-istruttura u l-kontenut ta’ l-ispazji jew il-koeffiċjent ta’ l-assorbiment tal-ħoss jkunu tkejlu u jinsab li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-paragrafi 2.1. sa 2.4. t’aktar ’l isfel u sakemm ir-rekwiżiti tad-disinn (il-paragrafu 3.2.) ikunu ġew sodisfatti.

2.1.   Il-kontenut ta’ l-ispazji residwali

Il-kontenut ta’ l-ispazji residwali (VC) tat-taħlita għall-pavimentar tal-mogħdija tat-test m’għandux jaqbeż it-8 fil-mija. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-paragrafu 4.1.

2.2.   Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss

Jekk is-superfiċje tonqos milli tkun konformi mar-rekwiżit tal-kontenut ta’ l-ispazji residwali, is-superfiċje tkun aċċettabbli biss jekk il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss tagħha α ≤ 0,10. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-para. 4.2. Ir-rekwiżit tal-paragrafi 2.1. u 2.2. jiġi sodisfatt ukoll jekk tkejjel l-assorbiment tal-ħoss biss u nstab li huwa α ≤ 0,10.

NB: Il-karatteristika l-aktar rilevanti hija l-assorbiment tal-ħoss, għalkemm il-kontenut ta’ l-ispazji residwali huwa aktar familjari fost il-bennejja tat-toroq. Madanakollu, l-assorbiment tal-ħoss jeħtieġ li jitkejjel biss jekk is-superfiċje tonqos milli tkun konformi mar-rekwiżit ta’ l-ispazji. Dan huwa motivat minħabba li ta’ l-aħħar huwa konness ma’ inċertezzi relattivament kbar f’termini kemm ta’ kejl kif ukoll ta’ rilevanza u wħud mis-superfiċji għalhekk jistgħu jiġu rifjutati, b’mod żbaljat, fuq il-bażi biss tal-kejl ta’ l-ispazji.

2.3.   Il-fond ta’ l-istruttura

Il-fond ta’ l-istruttura (TD) imkejjel skond il-metodu volumetriku (ara l-paragrafu 4.3. t’aktar ’l isfel) għandu jkun:

TD ≥ 0,4 mm

2.4.   L-omoġeneità tas-superfiċje

Għandu jsir kull sforz prattiku biex ikun żgurat li, fiż-żona tat-test, is-superfiċje ssir kemm jista’ jkun omoġenja. Dan jinkludi l-istruttura u l-kontenut ta’ l-ispazji, imma għandu jkun osservat ukoll li jekk il-proċess ta’ rrolljar jirriżulta fi rrolljar aktar effettiv f’uħud mill-bnadi milli f’oħrajn, l-istruttura tista’ tkun differenti u n-nuqqas ta’ uniformità jista’ jagħti lok għal ħotob.

2.5.   Il-perjodu ta’ l-ittestjar

Sabiex ikun ikkontrollat jekk is-superfiċje tkomplix tkun konformi ma’ l-istruttura u mal-kontenut ta’ l-ispazji jew mar-rekwiżiti ta’ l-assorbiment tal-ħoss stipulati f’dan l-istandard, għandu jsir ittestjar perjodiku tas-superfiċje fl-intervalli li ġejjin:

(a)

Għall-kontenut ta’ l-ispazji residwali (VC) jew għall-assorbiment tal-ħoss (α):

 

Meta s-superfiċje tkun ġdida;

 

Jekk is-superfiċje tissodisfa r-rekwiżiti meta tkun ġdida, mhu meħtieġ l-ebda ttestjar perjodiku ieħor. Jekk ma tissodisfax ir-rekwiżit meta tkun ġdida, tista’ tissodisfah aktar tard għaliex is-superfiċji għandhom it-tendenza li jinstaddu u jsiru kompatti maż-żmien;

(b)

Għall-fond ta’ l-istruttura (TD):

 

Meta s-superfiċje tkun ġdida;

 

Meta jibda l-ittestjar għall-ħsejjes (NB: mhux qabel erba’ ġimgħat wara li titqiegħed is-superfiċje);

 

Imbagħad kull 12-il xahar.

3.   ID-DISINN TAS-SUPERFIĊJE TAT-TEST

3.1.   Iż-żona

Meta jiġi ddisinjat l-arranġament tal-mogħdija tat-test huwa importanti li jkun żgurat, li bħala rekwiżiti minimu, iż-żona misjuqa mill-vetturi li jgħaddu mill-istrixxa tat-test tkun miksija bil-materjal tat-test speċifikat b’marġnijiet xierqa għal sewqan sikur u prattiku. Dan se jeħtieġ li l-wisa’ tal-mogħdija tkun mill-inqas ta’ 3 m u t-tul tal-mogħdija jestendi ’lil hinn mil-linji AA u BB b’mill-inqas 10 m fuq kull tarf. Il-Figura 1 turi pjan ta’ sit tat-test xieraq u tindika ż-żona minima li għandha titqiegħed u tkun ikkompattata permezz tal-magni bil-materjal tas-superfiċje tat-test speċifikat. Skond il-paragrafu 3.2. ta’ l-Anness 3, il-kejl għandu jittieħed fuq kull naħa tal-vettura. Dan jista’ jsir jew billi jsir kejl b’żewġ postijiet tal-mikrofonu (wieħed fuq kull naħa tal-mogħdija) u s-sewqan isir f’direzzjoni waħda, jew isir kejl b’mikrofonu biss fuq naħa waħda tal-mogħdija imma l-vettura tinsaq f’żewġ direzzjonijiet. Jekk jintuża l-metodu ta’ l-aħħar, allura mhemm l-ebda rekwiżit tas-superfiċje fuq dik in-naħa tal-mogħdija fejn ma jkun hemm l-ebda mikrofonu.

Figura 1

Ir-rekwiżiti minimi għaż-żona ta’ superfiċje tat-test. Il-parti skurata tissejjaħ iż-“Żona tat-Test”

Image

NB: M’ għandu jkun hemm l-ebda oġġett kbir li jirrifletti l-ħsejjes f’ dan ir-radju

3.2.   Id-disinn u t-tħejjija tas-superfiċje

3.2.1.   Ir-rekwiżiti bażiċi tad-disinn

Is-superfiċje tat-test għandha tissodisfa erba’ rekwiżiti tad-disinn:

3.2.1.1.

Għandha tkun magħmula minn konkrit dens asfaltat.

3.2.1.2.

Id-daqs massimu taż-żrar għandu jkun ta’ 8 mm (it-tolleranzi jippermettu minn 6,3 sa 10 mm).

3.2.1.3.

Il-ħxuna tal-kisi għandha tkun ta’ ≥ 30 mm.

3.2.1.4.

Is-sustanza li tgħaqqad għandha tkun bitum mhux modifikat bi grad ta’ penetrazzjoni diretta.

3.2.2.   Il-linji ta’ gwida għad-disinn

Bħala gwida għall-kostruttur tas-superfiċje, fil-Figura 2 qed tintwera kurva għall-gradazzjoni aggregata li se tagħti l-karatteristiċi mixtieqa. Barra minn hekk, it-Tabella 1 tagħti wħud mil-linji ta’ gwida sabiex jinkisbu l-istruttura u d-durabilità mixtieqa. Il-kurva tal-gradazzjoni taqbel mal-formula li ġejja:

P (% ta’ passati) = 100 · (d/dmax) 1/2

fejn:

d

=

id-daqs tat-toqob kwadri ta’ l-għarbiel, f’mm

dmax

=

8 mm għall-kurva intermedja

10 mm għall-kurva tat-tolleranza ta’ taħt

6,3 mm għall-kurva tat-tolleranza ta’ fuq

Figura 2

Il-kurva tal-gradazzjoni ta’ l-aggregat fit-taħlita asfaltata bit-tolleranzi

Image

Minbarra dak li ntqal aktar ’il fuq, qed jingħataw ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-frazzjoni tar-ramel (0,063 mm < id-daqs tat-toqob kwadri ta’ l-għarbiel < 2 mm) għandha tinkludi mhux aktar minn 55 fil-mija ta’ ramel naturali u mill-inqas 45 fil-mija ta’ ramel mitħun;

(b)

Il-bażi u s-sottobażi għandhom jiżguraw stabbiltà u uniformità tajba, skond l-aħjar prattika fil-bini tat-toroq;

(ċ)

Iż-żrar għandu jitfarrak (100 fil-mija ta’ l-uċuh imfarrka) u jkun ta’ materjal b’reżistenza għolja għat-tifrik;

(d)

Iż-żrar użat fit-taħlita għandu jinħasel;

(e)

L-ebda żrara żejda m’għandha tiġi miżjuda mas-superfiċje;

(f)

L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad epressa bħala valur PEN għandha tkun 40-60, 60-80 jew saħansitra 80-100, jiddependi mill-kundizzjonijiet klimatiċi tal-pajjiż. Ir-regola hija li għandha tintuża sustanza li tgħaqqad li tkun iebsa kemm jista’ jkun, sakemm tkun konsistenti mal-prattika komuni;

(g)

It-temperatura tat-taħlita qabel l-irrolljar għandha tingħażel biex jinkiseb il-kontenut ta’ spazji meħtieġa b’passati tar-romblu sussegwenti. Biex tiżdied il-probabbiltà li jiġu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 2.1. sa 2.4. t’aktar ’il fuq, il-kompattezza għandha tiġi studjata mhux biss permezz ta’ għażla xierqa ta’ temperatura tat-taħlita, iżda wkoll pemezz ta’ numru xieraq ta’ passati u permezz ta’ l-għażla tal-vettura li tikkompatta t-taħlita.

Tabella 1

Il-linji ta’ gwida għad-disinn

 

Il-valuri fil-mira

Tolleranzi

Skond il-massa totali tat-taħlita

Skond il-massa ta’ l-aggregat

Il-massa tal-ġebel, għarbiel b’toqob kwadri (SM) > 2 mm

47,6  %

50,5  %

± 5

Il-massa tar-ramel 0,063 < SM < 2 mm

38,0  %

40,2  %

± 5

Il-massa tas-sustanza li timla SM < 0,063 mm

8,8  %

9,3  %

± 5

Il-massa tas-sustanza li tgħaqqad (bitum)

5,8  %

M.A.

± 0,5

Id-daqs massimu taż-żrar

8 mm

6,3-10

L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad

(ara l-paragrafu 3.2.2. (f))

 

Il-valur tal-ġebel ippolixxjat (PSV)

> 50

Il-kompatezza, relattiva għall-Kompatezza Marshall

98  %

4.   IL-METODU TAT-TEST

4.1.   Il-kejl tal-kontenut ta’ l-ispazji vojta residwali

Għall-fini ta’ dan il-kejl, għandhom jittieħdu kampjuni mill-mogħdija f’minn ta’ l-inqas erba’ pożizzjonijiet differenti li jkunu mqassma b’mod ugwali fiż-żona tat-test bejn il-linji AA u BB (ara l-Figura 1). Biex jiġu evitati nuqqas ta’ omoġeneità u nuqqas ta’ uniformità fil-mogħdiji tar-roti, m’għandhomx jittieħdu kampjuni fil-mogħdiji tar-roti stess, imma qribhom. Żewġ kampjuni (bħala minimu) għandhom jittieħdu qrib il-mogħdija tar-roti, u kampjun ieħor (bħala minimu) għandu jittieħed bejn wieħed u ieħor fin-nofs bejn il-mogħdija tar-roti u l-pożizzjoni ta’ kull mikrofonu.

Jekk ikun hemm suspett li l-kundizzjoni ta’ omoġeneità mhix qed tiġi sodisfatta (ara l-paragrafu 2.4.), għandhom jittieħdu kampjuni minn aktar inħawi fiż-żona tat-test.

Għal kull kampjun għandu jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ spazji residwali, imbagħad il-valur medju mill-kampjuni kollha għandu jkun ikkalkulat u pparagunat mar-rekwiżit tal-paragrafu 2.1. Barra minn hekk, l-ebda kampjun waħdani m’għandu jkollu valur ta’ spazji ogħla minn 10 fil-mija.

Il-bennej tas-superfiċje tat-test għandu jżomm f’moħħu l-problema li tista’ tinqala’ meta ż-żona tat-test tkun imsaħħna b’pajpijiet jew b’wajers ta’ l-elettriku, u jridu jittieħdu kampjuni minn din iż-żona. Tali installazzjonijiet iridu jiġu ppjanati sew fejn għandhom x’jaqsmu l-postijiet futuri għat-tħaffir tal-kampjuni. Huwa rrakkomandat li jitħallew ftit postijiet li jkunu bejn wieħed u ieħor 200 mm × 300 mm fejn ma jkun hemm l-ebda wajer/pajp jew fejn ta’ l-aħħar jinsabu biżżejjed fil-fond biex ma tiġrilhomx ħsara minħabba l-kampjuni li ttieħdu mis-saff tas-superfiċje.

4.2.   Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss

Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss (inċidenza normali) għandu jitkejjel bil-metodu tat-tubu ta’ l-impedenza fejn tintuża l-proċedura li ġiet speċifikata fl-ISO 10534-1:1996 jew fl-ISO 10534-2:1998.

Rigward kampjuni tat-test, għandhom jiġu segwiti l-istess rekwiżiti kif sar rigward il-kontenut ta’ l-ispazji residwali (ara l-paragrafu 4.1). L-assorbiment tal-ħoss għandu jitkejjel fil-firxa bejn 400 Hz u 800 Hz u fil-firxa bejn 800 Hz u 1 600 Hz (għall-inqas fil-frekwenzi ċentrali tal-faxxi ta’ terz ta’ ottava), u l-valuri massimi għandhom jiġu identifikati għal dawn iż-żewġ firxiet ta’ frekwenzi. Imbagħad, għall-kampjuni tat-test kollha, għanda tiġi kkalkulata l-medja ta’ dawn il-valuri biex jiġi kkostitwit ir-riżultat finali.

4.3.   Il-kejl volumetriku tal-makrostruttura

Għall-fini ta’ dan l-istandard, il-kejl tal-fond ta’ l-istruttura għandu jsir fuq mill-inqas 10 pożizzjonijiet li jkunu spazjati b’mod uniformi tul il-mogħdijiet tar-roti ta’ l-istrixxa tat-test, u għandu jittieħed il-valur medju biex jiġi pparagunat mal-fond minimu ta’ l-istruttura li ġie speċifikat. Ara l-Istandard ISO 10844:1994 għal deskrizzjoni tal-proċedura.

5.   L-ISTABBILTÀ MAŻ-ŻMIEN U L-MANUTENZJONI

5.1.   L-influwenza taż-żmien

Bħal kwalunkwe superfiċje oħra, huwa mistenni li l-livell ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajers imkejjel fuq is-superfiċje tat-test jista’ jiżdied bi ftit matul l-ewwel 6-12-il xahar wara l-kostruzzjoni.

Is-superfiċje se tikseb il-karatteristiċi meħtieġa minnha mhux qabel erba’ ġimgħat wara l-kostruzzjoni. L-influwenza taż-żmien fuq l-istorbju mit-trakkijiet ġeneralment tkun inqas minn dak mill-karozzi.

L-istabbilità maż-żmien tiġi ddeterminata prinċipalment bl-ippolixxjar u bil-kompattezza ikkawżati mill-vetturi li jinsaqu fuq is-superfiċje. Għandha tiġi kkontrollata perjodikament kif ġie ddikjarat fil-paragrafu 2.5.

5.2.   Il-manutenzjoni tas-superfiċje

Fdalijiet mhux kompatti jew trabijiet, li jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti il-fond effettiv ta’ l-istruttura, iridu jitneħħew mis-superfiċje. F’pajjiżi bi klimi Xitwin, xi drabi jintuża l-melħ biex iħoll is-silġ. Il-melħ jista’ jimmodifika s-superfiċje b’mod temporanju jew saħansitra b’mod permanenti b’tali mod li jiżdied l-istorbju u għalhekk, il-melħ mhux irrakkomandat.

5.3.   Il-pavimentar mill-ġdid taż-żona tat-test

Jekk ikun meħtieġ li l-mogħdija tat-test tiġi pavimentata mill-ġdid, normalment ikun meħtieġ li tiġi pavimentata mill-ġdid biss l-istrixxa tat-test (wiesgħa 3 m fil-Figura 1) fejn jinsaqu l-vetturi, sakemm iż-żona tat-test barra l-istrixxa tkun issodisfat ir-rekwiżit tal-kontenut ta’ l-ispazji residwali jew ta’ l-assorbiment tal-ħoss meta tkejlet.

6.   ID-DOKUMENTAZZJONI TAS-SUPERFIĊJE TAT-TEST U TAT-TESTIJIET IMWETTQA FUQHA

6.1.   Id-dokumentazzjoni tas-superfiċje tat-test

Id-data li ġejja għandha tingħata f’dokument li jiddeskrivi s-superfiċje tat-test:

6.1.1.

Fejn tinsab il-mogħdija tat-test;

6.1.2.

It-tip ta’ sustanza li tgħaqqad, l-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad, it-tip ta’ aggregat, id-densità massima teoretika tal-konkrit (DR), il-ħxuna tal-kisi tas-superfiċje u l-kurva ta’ gradazzjoni li ġiet iddeterminata minn kampjuni mill-mogħdija tat-test;

6.1.3.

Il-metodu ta’ kompatezza (eż. it-tip ta’ romblu, il-massa tar-romblu, in-numru ta’ passati);

6.1.4.

It-temperatura tat-taħlita, it-temperatura ta’ l-arja ambjentali u l-veloċità tar-riħ matul it-tqegħid tas-superfiċje;

6.1.5.

Id-data meta tqiegħdet is-superfiċje u l-kuntrattur;

6.1.6.

Ir-riżultati tat-test kollha jew għallinqas l-aktar wieħed reċenti, inklużi:

6.1.6.1.

Il-kontenut ta’ l-ispazji residwali ta’ kull kampjun;

6.1.6.2.

Il-postijiet fiż-żona tat-test minfejn ittieħdu l-kampjuni biex jitkejlu l-ispazji;

6.1.6.3.

Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss ta’ kull kampjun (jekk tkejjel). Speċifika r-riżultati kemm għal kull kampjun u għal kull firxa ta’ frekwenzi kif ukoll il-medja globali;

6.1.6.4.

Il-postijiet fiż-żona tat-test minfejn ittieħdu l-kampjuni biex jitkejjel l-assorbiment;

6.1.6.5.

Il-fond ta’ l-istruttura, inkluż in-numru ta’ testijiet u d-devjazzjoni standard.;

6.1.6.6.

L-istituzzjoni responsabbli mit-testijiet skond il-paragrafi 6.1.6.1. u 6.1.6.2. u t-tip ta' tagħmir li ntuża;

6.1.6.7.

Id-data tat-test(ijiet) u d-data ta’ meta ttieħdu l-kampjuni mill-mogħdija tat-test.

6.2.   Id-dokumentazzjoni tat-testijiet ta’ l-istorbju tal-vetturi li twettqu fuq is-superfiċje

Fid-dokument li jiddeskrivi t-test(ijiet) ta’ l-istorbju tal-vetturi, għandu jkun iddikjarat jekk ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-istandard ġewx sodisfatti jew le. Skond il-paragrafu 6.1., għandha ssir referenza għal dokument li jiddeskrivi r-riżultati li jivverifikaw dan.


(1)  ISO 10844:1994.


ANNESS 5

IL-PROĊEDURA TAT-TEST BIEX TITKEJJEL IL-QABDA FUQ L-IMXARRAB

1.   IL-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI TAT-TEST

1.1.   Il-karatteristiċi tal-mogħdija

Il-mogħdija għandha jkollha superfiċje b’asfalt dens bi grejdjint fi kwalunkwe direzzjoni li ma jaqbiżx it-2 fil-mija. Għandu jkollha età, kompożizzjoni u sinjali ta’ użu uniformi u għandha tkun ħielsa minn materjal mhux maqgħud jew minn depożiti barranin. Id-daqs massimu taż-żrar għandu jkun ta’ 10 mm (tolleranzi permessi minn 8 mm sa 13 mm) u l-fond tar-ramel imkejjel skond kif ġie speċifikat fl-ASTM E-965 għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,3 mm.

Il-valur tal-frizzjoni tas-superfiċje għal mogħdija mxarrba għandu jkun stabbilit b’metodu wieħed jew l-ieħor mill-metodi li ġejjin:

1.1.1.

Il-metodu tat-tajer tat-test standard u ta’ referenza (SRTT)

Meta ttestjat billi jintuża l-SRTT u l-metodu mogħti fil-paragrafu 2.1., il-koeffiċjent medju ta’ l-akbar forza tal-brejkijiet (pbfc) għandu jkun bejn 0,6 u 0,8. Il-valuri mkejla għandhom jiġu korretti għall-effetti tat-temperatura kif ġej:

pbfc = pbfc (imkejjel) + 0,003 · 5(t – 20)

fejn “t” hija t-temperatura tas-superfiċje tal-mogħdija mxarrba fi gradi Celsius.

It-test għandu jitwettaq billi jintużaw il-lejnijiet u t-tul tal-mogħdija li għandha tintuża għat-test tal-qabda fuq l-imxarrab;

1.1.2.

Il-metodu tan-numru tal-pendlu Brittaniku (BPN)

Il-medja kkalkulata tan-numru tal-pendlu Brittaniku (BPN) tal-mogħdija mxarrba, imkejla skond il-proċedura mogħtija fl-Istandard 303-93 tas-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u għall-Materjali (ASTM) (approvat mill-ġdid fl-1998) u billi tintuża l-biċċa materjal kif ġie speċifikat fl-Istandard E 501-94 ta’ l-ASTM, għandha tkun ta’ bejn 40 u 60 wara l-korrezzjoni tat-temperatura. Sakemm il-manifattur tal-pendlu ma jindikax xi rakkomdazzjonijiet għall-korrezzjoni tat-temperatura, tista’ tintuża l-formula li ġejja:

BPN = BPN (valur imkejjel) + 0,34 · t – 0,0018 · t2 – 6,1

fejn “t” hija t-temperatura tas-superfiċje tal-mogħdija mxarrba fi gradi Celsius.

Fil-lejnijiet tal-mogħdija li għandha tintuża waqt it-testijiet tal-qabda fuq l-imxarrab, il-BPN għandu jitkejjel f’intervalli ta’ 10 m għal għonq it-tul tal-lejnijiet. Il-BPN għandu jitkejjel ħames darbiet f’kull punt u l-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-valuri medji tal-BPN m’għandux jaqbeż b’10 fil-mija.

1.1.3.

L-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandha tkun sodisfatta rigward il-karatteristiċi tal-mogħdija fuq il-bażi ta’ l-evidenza ppreżentata fir-rapporti tat-test.

1.2.   Il-kundizzjonijiet tat-tixrib

Is-superfiċje tista’ tixxarrab mill-ġenb tal-mogħdija jew b’sistema ta’ tixrib inkorporata fil-vettura jew fit-trejler tat-test.

Jekk tintuża sistema mill-ġenb tal-mogħdija, is-superfiċje tal-mogħdija għandha tixxarrab mill-inqas nofs siegħa qabel l-ittestjar sabiex it-temperatura tas-superfiċje u t-temperatura ta’ l-ilma jkunu ugwalizzati. Huwa rrakkomandat li t-tixrib mill-ġenb tal-mogħdija jiġi applikat kontinwament matul l-ittestjar kollu.

Il-fond ta’ l-ilma għandu jkun ta’ bejn 0,5 u 1,5 mm.

1.3.   Il-kundizzjonijiet tar-riħ m’għandhomx jinterferixxu mat-tixrib tas-superfiċje (l-irpar mir-riħ huwa permess).

It-temperatura tas-superfiċje mxarrba għandha tkun bejn 5 °C u 35 °C u matul it-test m’għandiex tvarja b’aktar minn 10 °C.

2.   IL-PROĊEDURA TAT-TEST

Il-prestazzjoni komparattiva tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi stabbilita jew billi jintuża:

(a)

Trejler jew vettura għall-evalwazzjoni ta’ tajer b’fini speċjali; jew

(b)

Vettura li ġġorr il-passiġġieri ta’ produzzjoni standard (tal-kategorija M1 kif ġiet iddefinita fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.) inkluża fid-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emend.2 kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4).

2.1.   Il-proċedura tat-trejler jew tal-vettura għall-evalwazzjoni ta’ tajer b’fini speċjali

2.1.1.   It-trejler, flimkien mal-vettura ta’ l-irmonk, jew il-vettura għall-evalwazzjoni ta’ tajer għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

2.1.1.1.

Għandhom ikunu kapaċi jaqbżu l-limitu ta’ fuq għall-veloċità tat-test ta’ 67 km/h u jżommu r-rekwiżit tal-veloċità tat-test ta’ 65 ± 2 km/h fil-livell massimu ta’ applikazzjoni tal-forzi ta’ l-ibbrejkjar;

2.1.1.2.

Għandhom ikunu mgħammra b’fus li jipprovdi pożizzjoni waħda tat-test billi jkollhom brejk idrawliku u sistema ta’ attwazzjoni li jistgħu jitħaddmu mill-vettura ta’ l-irmonk, jekk ikun applikabbli. Is-sistema ta’ l-ibbrejkjar għandha tkun kapaċi tipprovdi biżżejjed torque ta’ l-ibbrejkjar sabiex jinkiseb il-koeffiċjent ta’ l-akbar forza tal-brejkijiet tul il-firxa ta’ daqsijiet ta’ tajers u ta’ tagħbiji ta’ tajers li għandhom jiġu ttestjati;

2.1.1.3.

Għandhom ikunu kapaċi jżommu l-allinjament lonġitudinali (toe) u l-kamber ta’ l-assemblaġġ tar-rota u tat-tajer tat-test matul it-test kollu sa ± 0,5° tal-figuri statiċi miksuba fil-kundizzjoni mgħobbija tat-tajer tat-test;

2.1.1.4.

Fil-każ ta’ trejler, l-apparat ta’ l-igganċjar mekkaniku bejn il-vettura ta’ l-irmonk u t-terjler għandu jkun tali li, meta l-vettura ta’ l-irmonk u t-trejler ikunu igganċjati flimkien, l-iżbarra jew parti mill-iżbarra tat-trejler li tinkorpora s-sensittività għall-kejl tal-forza ta’ l-ibbrejkjar għandha, tkun orizzontali jew imżerżqa ’l isfel minn wara għal quddiem f’angolu massimu ta’ 5°. Id-distanza lonġitudinali mil-linja ċentrali tal-punt ta’ artikulazzjoni ta’ l-igganċjar (ganċ) sal-linja ċentrali trasversali tal-fus tat-trejler għandha tkun mill-inqas għaxar darbiet daqs l-għoli ta’ l-igganċġjar (il-ganċ);

2.1.1.5.

Fil-każ ta’ vetturi li jinkorporaw sistema għat-tixrib tal-mogħdija, iż-żennuna(i) minfejn joħroġ l-ilma għandha(hom) tkun(ikunu) tali li s-saff ta’ l-ilma li jirriżulta ikollu sezzjoni uniformi li testendi mill-inqas 25 mm ‘lil hinn mill-wisa’ tar-roqgħa ta’ kuntatt tat-tajer. Iż-żennuna(i) għandha(hom) tkun(ikunu) diretta(i) ’l isfel f’angolu ta’ bejn 20° u 30° u għandha(hom) tidħol(jidħlu) f’kuntatt mas-superfiċje tal-mogħdija f’żona ta’ 250 mm u 450 mm quddiem iċ-ċentru tar-roqgħa ta’ kuntatt tat-tajer. L-għoli taż-żennuna(i) għandu jkun ta’ 25 mm jew l-għoli minimu biex ikun evitat kwalunkwe ostaklu fuq is-superfiċje tal-mogħdija mingħajr ma jinqabeż massimu ta’ 100 mm. Ir-rata li biha joħroġ l-ilma għandha tiżgura fond ta’ ilma ta’ bejn 0,5 mm u 1,5 mm u għandha tkun konsistenti matul it-test kollu sa ± 10 fil-mija. Innota li rata tipika għall-ittestjar f’veloċità ta’ 65 km/h se tkun ta’ 18 ls–1 għal kull metru ta’ wisa’ tas-superfiċje tal-mogħdija mxarrba.

Is-sistema għandha tkun tista’ toħroġ l-ilma b’tali mod li t-tajer, u s-superfiċje tal-mogħdija quddiem it-tajer, ikunu mxarrbin qabel il-bidu ta’ l-ibbrejkjar u sakemm idum it-test.

2.1.2.   Il-proċedura tat-test

2.1.2.1.   It-tajer tat-test għandu jkun ittrimmjat sabiex titneħħa kwalunkwe sporġenza tal-forma li tista’ taffetwa t-test.

2.1.2.2.   It-tajer tat-test għandu jkun immuntat fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni, u għandu jintefaħ sa pressjoni ta’ 180 kPa fil-każ ta’ l-SRTT u t-tajer b’tagħbija standard jew sa pressjoni ta’ 220 kPa fil-każ ta’ tajer rinforzat jew b’tagħbija żejda.

2.1.2.3.   It-tajer għandu jkun ikkundizzjonat għal minimu ta’ sagħtejn qrib il-mogħdija tat-test b’tali mod li jkun stabilizzat fit-temperatura ambjentali taż-żona tal-mogħdija tat-test. It-tajer(s) għandu(hom) ikun(u) espost(i) għad-dawl dirett tax-xemx waqt il-kundizzjonament.

2.1.2.4.   It-tajer għandu jitgħabba sa:

(a)

Bejn 445 kg u 508 kg fil-każ ta’ l-SRTT; u

(b)

Bejn 70 fil-mija u 80 fil-mija tal-valur tat-tagħbija li jikkorrispondi għall-indiċi tat-tagħbija tat-tajer fi kwalunkwe każ ieħor.

2.1.2.5.   Ftit qabel l-ittestjar, il-mogħdija għandha tkun ikkundizzjonata billi jitwettqu mill-inqas għaxar testijiet ta’ l-ibbrejkjar fuq il-parti tal-mogħdija li għandha tintuża għall-programm tat-testijiet tar-rendiment imma billi jintuża tajer li mhux involut fil-programm.

2.1.2.6.   Immedjatament qabel l-ittestjar, jekk ikun meħtieġ, il-pressjoni ta’ nefħa tat-tajer għandha tkun ikkontrollata u ssettjata mill-ġdid għall-valuri mogħtija fil-paragrafu 2.1.2.2.

2.1.2.7.   Il-veloċità tat-test għandha tkun ta’ bejn 63 km/h u 67 km/h u għandha tinżamm bejn dawn il-limiti matul il-ġirja tat-test kollha.

2.1.2.8.   Id-direzzjoni tat-test għandha tkun l-istess għal kull sett ta’ testijiet u għandha tkun l-istess għat-tajer tat-test bħal dik li ntużat għall-SRTT li miegħu għandha tiġi pparagunata l-prestazzjoni tiegħu.

2.1.2.9.   Il-brejkijiet ta’ l-assemblaġġ tar-rota tat-test għandhom ikunu applikati b’tali mod li l-akbar forza tal-brejkijiet tintlaħaq bejn 0,2 s u 0,5 s mill-applikazzjoni tal-brejkijiet.

2.1.2.10.   Fil-każ ta’ tajer ġdid, sabiex jiġi kkundizzjonat it-tajer għandhom jitwettqu żewġ ġirjiet tat-test. Dawn it-testijiet jistgħu jintużaw sabiex tkun ikkontrollata ħidmet it-tagħmir li jirrekordja imma r-riżultati m’għandhomx jitqiesu fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni.

2.1.2.11.   Għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ kwalunkwe tajer ipparagunat ma’ dak ta’ l-SRTT, it-test ta’ l-ibbrejkjar għandu jitwettaq mill-isess punt u fl-istess lejn tal-mogħdija tat-test.

2.1.2.12.   L-ordni ta’ l-ittestjar għandu jkun:

R1 – T – R2

fejn:

R1 hija t-test inizjali ta’ l-SRTT, R2 hija t-test ripetut ta’ l-SRTT u T hija t-test tat-tajer kandidat li għandu jkun evalwat.

Jistgħu jiġu ttestjati massimu ta’ tliet tajers kandidati qabel ma jiġi ripetut it-test ta’ l-SRTT, pereżempju:

R1 – T1 – T2 – T3 – R2

2.1.2.13.   Il-valur medju tal-koeffiċjent ta’ l-akbar forza tal-brejkijiet (pbfc) għandu jkun ikkalkulat fuq mill-inqas sitt riżultati validi.

Biex ir-riżultati jitqiesu validi, il-koeffiċjent tal-varjazzjoni kif ġie ddeterminat mid-devjazzjoni standard diviża bir-riżultat medju, espress bħala perċentwali, għandu jkun sa ħamsa fil-mija. Jekk dan ma jistax jinkiseb bl-ittestjar ripetut ta’ l-SRTT, l-evalwazzjoni tat-tajer(s) kandidat(i) għandha titwarrab u l-ordni kollu ta’ l-ittestjar għandu jiġi ripetut.

2.1.2.14.   L-użu tal-valur tal-pbfc medju għal kull serje ta’ ġirjiet tat-test:

Fil-każ ta’ l-ordni ta’ l-ittestjar R1 – T – R2, il-pbfc ta’ l-SRTT li għandu jintuża fil-paragun tar-rendiment tat-tajer kandidat għandu jitqies li huwa:

(R1 + R2)/2

fejn:

R1 hija l-pbfc medju għall-ewwel serje ta’ ġirjiet tat-test ta’ l-SRTT u R2 hija l-pbfc medju għat-tieni serje ta’ ġirjiet tat-test ta’ l-SRTT

Fil-każ ta’ l-ordni ta’ l-ittestjar R1 – T1 – T2 – R2, il-pbfc ta’ l-SRTT għandu jitqies li huwa:

 

2/3 R1 + 1/3 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T1

u

 

1/3 R1 + 2/3 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T2

Fil-każ ta’ l-ordni ta’ l-ittestjar R1 – T1 – T2 – T3 – R2, il-pbfc ta’ l-SRTT għandu jitqies li huwa:

 

3/4 R1 + 1/4 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T1

 

(R1 + R2)/2 għal paragun mat-tajer kandidat T2

u

 

1/4 R1 + 3/4 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T3

2.1.2.15.   L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

Formula

2.2.   Il-proċedura ta’ vettura standard

2.2.1.   Il-vettura għandha tkun vettura standard tal-kategorija M1, kapaċi ttella’ veloċità minima ta’ 90 km/h u mgħammra b’sistema ta’ bbrejkjar li ma tħallix li l-brejkijiet jiġġammjaw (ABS).

2.2.1.1.   Il-vettura m’għandiex tkun modifikata ħlief:

(a)

Sabiex tkun tista’ titwaħħal firxa akbar ta’ daqsijiet ta’ roti u ta’ tajers;

(b)

Sabiex ikun hemm it-tħaddim mekkaniku (inkluż idrawliku, elettriku jew pnewmatiku) tal-kontroll tal-brejk ta’ servizz. Is-sistema tista’ titħaddem awtomatikament b’sinjali minn apparati inkorporati fi, jew ħdejn, il-mogħdija.

2.2.2.   Il-proċedura tat-test

2.2.2.1.   It-tajers tat-test għandhom jiġu trimmjati sabiex titneħħa kwalunkwe sporġenza tal-forma li tista’ taffetwa t-test.

2.2.2.2.   It-tajer tat-test għandu jkun immuntat fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni u, fil-każi kollha għandu jintefaħ sa 220 kPa.

2.2.2.3.   It-tajer għandu jkun ikkundizzjonat għal minimu ta’ sagħtejn ħdejn il-mogħdija tat-test b’tali mod li jiġi stabbilizzat fit-temperatura ambjentali taż-żona tal-mogħdija tat-test. It-tajer(s) ma għandux(homx) ikun(u) espost(i) għad-dawl dirett tax-xemx waqt il-kundizzjonament.

2.2.2.4.   It-tagħbija statika fuq it-tajer għandha tkun:

(a)

Bejn 381 kg u 572 kg fil-każ ta’ l-SRTT; u

(b)

Bejn 60 fil-mija u 90 fil-mija tal-valur tat-tagħbija li jikkorrispondi għall-indiċi tat-tagħbija tat-tajer fi kwalunkwe każ ieħor.

Il-varjazzjoni fit-tagħbija fuq it-tajers fuq l-istess fus għandha tkun tali li t-tagħbija li qed iġorr it-tajer li jkun mgħobbi ftit inqas m’għandix tkun inqas minn 90 fil-mija ta’ dik tat-tajer li qed iġorr it-tagħbija li tkun aktar tqila.

2.2.2.5.   Ftit qabel l-ittestjar, il-mogħdija għandha tkun ikkundizzjonata billi jitwettqu mill-inqas għaxar testijiet ta’ l-ibbrejkjar minn 90 km/h sa 20 km/h fuq il-parti tal-mogħdija li għandha tintuża għall-programm tat-testijiet tar-rendiment imma billi jintużaw tajers li mhumiex involuti fil-programm.

2.2.2.6.   Immedjatament qabel l-ittestjar, jekk ikun meħtieġ, il-pressjoni ta’ nefħa tat-tajer għandha tkun ikkontrollata u ssettjata mill-ġdid għall-valuri mogħtija fil-paragrafu 2.2.2.2.

2.2.2.7.   Bl-użu ta’ veloċità inizjali ta’ bejn 87 km/h u 83 km/h, forza kostanti biżżejjed biex tikkawża t-tħaddim ta’ l-ABS fuq ir-roti kollha tal-vettura u li tirriżulta f’diċelerazzjoni stabbli tal-vettura qabel ma’ l-veloċità titnaqqas għal 80 km/h, għandha tkun applikata lill-kontroll tal-brejk ta’ servizz u din il-forza għandha tinżamm sakemm il-vettura titwaqqaf.

It-test ta’ l-ibbrejkjar għandu jitwettaq bil-klaċċ ta’ trażmissjoni manwali mhux ingaġġat jew bis-selettur ta’ trażmissjoni awtomatiku fil-pożizzjoni newtrali.

2.2.2.8.   Id-direzzjoni tat-test għandha tkun l-istess għal kull sett ta’ testijiet u għandha tkun l-istess għat-tajer tat-test kandidat bħal dik li ntużat għall-SRTT li miegħu għandha tiġi pparagunata l-prestazzjoni tiegħu.

2.2.2.9.   Fil-każ ta’ tajers ġodda, sabiex jiġu kkundizzjonati t-tajers għandhom jitwettqu żewġ ġirjiet tat-test. Dawn it-testijiet jistgħu jintużaw sabiex tkun ikkontrollata ħidmet it-tagħmir li jirrekordja imma r-riżultati m’għandhomx jitqiesu fil-valutazzjoni tar-rediment.

2.2.2.10.   Għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ kwalunke tajer ipparagunat ma’ dak ta’ l-SRTT, it-test ta’ l-ibbrejkjar għandu jitwettaq mill-istess punt u fl-istess lejn tal-mogħdija tat-test.

2.2.2.11.   L-ordni ta’ l-ittestjar għandu jkun:

R1 – T – R2

fejn:

R1 hija t-test inizjali ta’ l-SRTT, R2 hija t-test ripetut ta’ l-SRTT u T hija t-test tat-tajer kandidat li għandu jkun evalwat.

Jistgħu jiġu ttestjati massimu ta’ tliet tajers kandiati qabel ma jiġi ripetut it-test ta’ l-SRTT, pereżempju:

R1 – T1 – T2 – T3 – R2

2.2.2.12.   Id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (mfdd) bejn 80 km/h u 20 km/h għandha tiġi kkalkulata għal mill-inqas tliet riżultati validi fil-każ ta’ l-SRTT u għal mill-inqas sitt riżultati validi fil-każ tat-tajers kandidati.

Id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (mfdd) tiġi kkalkulata kif ġej:

mfdd = 231,48/S

fejn:

S hija d-distanza mkejla tal-waqfien f’metri bejn 80 km/h u 20 km/h.

Biex ir-riżultati jitqiesu validi, il-koeffiċjent tal-varjazzjoni kif ġie ddeterminat mid-devjazzjoni standard diviża bir-riżultat medju, espress bħala perċentwali, għandu jkun sa tlieta fil-mija. Jekk dan ma jistax jinkiseb bl-ittestjar ripetut ta’ l-SRTT, l-evalwazzjoni tat-tajer(s) kandidat(i) għandha titwarrab u l-ordni kollu ta’ l-ittestjar għandu jiġi ripetut.

Għal kull serje ta’ ġirjiet tat-test, għandha tkun iddeterminata l-medja tal-valuri kkalkulati ta’ l-mfdd.

2.2.2.13.   L-użu tal-valur tal-mfdd medja għal kull serje ta’ ġirjiet tat-test:

Fil-każ ta’ l-ordni ta’ l-ittestjar R1 – T – R2, l-mfdd ta’ l-SRTT li għandha tintuża fil-paragun tar-rendiment tat-tajer kandidat għandha titqies li hija:

(R1 + R2)/2

fejn:

R1 hija l-mfdd medja għall-ewwel serje ta’ ġirjiet tat-test ta’ l-SRTT u R2 hija l-mfdd medja għat-tieni serje ta’ ġirjiet tat-test ta’ l-SRTT

Fil-każ ta’ l-ordni ta’ l-ittestjar R1 – T1 – T2 – R2, l-mfdd ta’ l-SRTT għandha titqies li hija:

 

2/3 R1 + 1/3 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T1

u

 

1/3 R1 + 2/3 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T2

Fil-każ ta’ l-ordni ta’ l-ittestjar R1 – T1 – T2 – T3 – R2, l-mfdd ta’ l-SRTT għandha titqies li hija:

 

3/4 R1 + 1/4 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T1

 

(R1 + R2)/2 għal paragun mat-tajer kandidat T2

u

 

1/4 R1 + 3/4 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T3

2.2.2.14.   L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

Formula

2.2.2.15.   Fil-każ fejn it-tajers kandidati ma jkunux jistgħu jitwaħħalu fuq l-istess vettura bħall-SRTT, pereżempju, minħabba d-daqs tat-tajers, l-inabbiltà li tinkiseb it-tagħbija meħtieġa, eċċ., il-paragun għandu jsir billi jintużaw tajers intermedji, li min hawn ’il quddiem se jissejħu “tajers ta’ kontroll”, u żewġ vetturi differenti. Vettura waħda għandha tkun tista’ tiġi mgħammra bl-SRTT u bit-tajer ta’ kontroll u l-vettura l-oħra għandha tkun tista’ tiġi mgħammra bit-tajer ta’ kontroll u bit-tajer kandidat.

2.2.2.15.1.   L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer ta’ kontroll meta pparagunat ma’ l-SRTT (G1) u tat-tajer kandidat meta pparagunat mat-tajer ta’ kontroll (G2) għandhom ikunu stabbiliti billi tintuża l-proċedura fil-paragrafi 2.2.2.1 sa 2.2.2.15.

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat meta pparagunat ma’ l-SRTT għandu jkun ir-riżultat tal-multiplikazzjoni taż-żewġ indiċijiet tal-qabda fuq l-imxarrab li jirriżultaw, jiġifieri G1 × G2.

2.2.2.15.2.   Il-mogħdija, u l-parti tal-mogħdija għandhom, ikunu l-istess għat-testijiet kollha u l-kundizzjonijiet ambjentali għandhom ikunu paragunabbli, pereżempju, it-temperatura tas-superfiċje tal-mogħdija mxarrba għandha tkun sa ± 5 °C. It-testijiet kollha għandhom jitlestew fl-istess jum.

2.2.2.15.3.   Għall-paragun ma’ l-SRTT u mat-tajer kandidat għandu jintuża l-istess sett ta’ tajers ta’ kontroll u għandhom jitwaħħlu fl-istess pożizzjonijiet tar-roti.

2.2.2.15.4.   It-tajers ta’ kontroll li ntużaw għall-ittestjar, sussegwentement għandhom jinħażnu fl-istess kundizzjonijiet kif inhu meħtieġ għall-SRTT, jiġifieri skond l-Istandard E 1136-93 ta’ l-ASTM (approvat mill-ġdid fl-1998).

2.2.2.15.5.   L-SRTT u t-tajers ta’ kontroll għandhom jitwarrbu jekk ikun hemm sinjali ta’ użu irregolari jew ħsara jew meta l-prestazzjoni tidher li ddeterjorat.

Appendiċi

Ir-rapport tat-test

(L-adeżjoni ma’ superfiċje mxarrba)

PARTI 1 –   IR-RAPPORT

1.   L-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip jew is-Servizz Tekniku: …

2.   L-isem u l-indirizz ta’ l-applikant: …

3.   In-Nru. tar-rapport tat-test: …

4.   Il-manifattur u isem il-marka jew id-deskrizzjoni kummerċjali: …

5.   Il-Klassi tat-Tajers (C1, C2 jew C3): …

6.   Il-kategorija ta’ l-użu: …

7.   Il-koeffiċjent ta’ l-adeżjoni ma’ superfiċji mxarrbin meta pparagunat ma’ l-SRTT skond il-paragrafu 2.1.2.15. jew 2.2.2.15.: …

8.   Kummenti (jekk ikun hemm): …

9.   Data: …

10.   Firma: …

PARTI 2 –   ID-DATA TAT-TEST

1.   Id-data tat-test: …

2.   Il-vettura tat-test (il-marka, il-mudell, is-sena, il-modifikazzjonijiet, eċċ. jew l-identifikazzjoni tat-trejler): …

3.   Fejn tinsab il-mogħdija tat-test: …

3.1.   Il-karatteristiċi tal-mogħdija tat-test: …

3.2.   Maħruġ minn: …

3.3.   Il-metodu ta’ ċertifikazzjoni: …

4.   Id-dettalji tat-tajer tat-test: …

4.1.   Id-denominazzjoni tad-daqsijiet tat-tajers u d-deskrizzjoni ta’ servizz: …

4.2.   Il-marka tat-tajers u d-deskrizzjoni kummerċjali: …

4.3.   Il-pressjoni ta’ nefħa ta’ referenza: kPa …

4.4.   Id-data tat-test:

It-Tajer

SRTT

Kandidat

Kontroll

It-tagħbija tat-tajer tat-test (kg)

 

 

 

Il-fond ta’ l-ilma (mm)

(minn 0,5 sa 1,5 mm)

 

 

 

Il-medja tat-temperatura tal-mogħdija mxarrba (°C)

(minn 5 sa 35 °C)

 

 

 

4.5.   Il-kodiċi tal-wisa’ tar-rimm tat-test: …

4.6.   It-tip ta’ sensur għall-kejl tat-temperatura: …

4.7.   L-identifikazzjoni ta’ l-SRTT: …

5.   Ir-riżultati validi tat-test:

In-Nru tal-Ġirja

Il-Veloċità tat-Test

km/h

Id-direzzjoni tal-ġirja

L-SRTT

It-tajer kandidat

It-tajer ta’ kontroll

Il-koeffiċjent ta’ l-akbar forza tal-brejkijiet

(pbfc)

Id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ

(mfdd)

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab

(G)

Kummenti

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8