ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 224

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
22 ta' Awwissu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2008 tal-21 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2008 tal-21 ta’ Awwissu 2008 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward taż-żrigħ tar-ross fl-2008 fir-reġjun Taljan tal-Piemonte

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 830/2008 tal-21 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-megrims fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2008 tal-21 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

6

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/684/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Awwissu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f'dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4407)

8

 

 

2008/685/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Awwissu 2008 li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 90/424/KEE fir-rigward tal-viremija tar-Rebbiegħa tal-karpjun (SVC) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4401)  ( 1 )

11

 

 

2008/686/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Awwissu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/59/KE dwar żoni fejn il-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u l-vaċċinazzjoni ta’ emerġenza għall-ħanżir salvaġġ kontra d-deni klassiku għandhom jiġu implimentati fis-Slovakkja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4428)

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

22.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 224/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 828/2008

tal-21 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

27,8

XS

23,8

ZZ

25,8

0707 00 05

MK

23,5

TR

117,2

ZZ

70,4

0709 90 70

TR

91,8

ZZ

91,8

0805 50 10

AR

56,2

UY

104,3

ZA

92,3

ZZ

84,3

0806 10 10

EG

180,5

IL

87,5

MK

56,1

TR

122,2

ZZ

111,6

0808 10 80

AR

75,2

BR

78,0

CL

88,1

CN

85,4

NZ

98,6

US

94,5

ZA

86,2

ZZ

86,6

0808 20 50

AR

48,3

CL

75,8

TR

150,8

ZA

107,2

ZZ

95,5

0809 30

MK

34,9

TR

146,6

ZZ

90,8

0809 40 05

IL

129,2

MK

66,2

TR

114,4

XS

70,3

ZZ

95,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


22.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 224/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 829/2008

tal-21 ta’ Awwissu 2008

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward taż-żrigħ tar-ross fl-2008 fir-reġjun Taljan tal-Piemonte

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 145(c) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ previsti fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu tal-art imwarrba għall-produzzjoni tal-materja prima (2) jipprevedi li, biex tkun eliġibbli għall-ħlas speċifiku għall-għelejjel għar-ross, il-medda dikjarata trid tkun inżergħet sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju li jippreċedi l-ħsad inkwistjoni fir-reġjuni kollha li jipproduċu, għajr fi Spanja, il-Portugal u l-Guyana Franċiża li għandhom permess biex jiżirgħu sat-30 ta’ Ġunju.

(2)

Ix-xita kontinwa u qawwija u l-għargħar li ġabet magħha laqtu r-reġjun Taljan tal-Piemonte minn nofs Mejju 2008. Dawn il-kundizzjonijiet metereoloġiċi avversi ma ppermettewx li l-bdiewa josservaw id-data għaż-żrigħ tar-ross sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2008.

(3)

Għalhekk huwa xieraq li ssir deroga mill-Artikolu 12(b) tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 u l-bdiewa jiġu awtorizzati jiżirgħu r-ross fil-meded dikjarati li jinsabu fir-reġjun Taljan tal-Piemonte sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2008.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12(b) tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004, sabiex tkun eliġibbli għall-ħlas speċifiku għall-għelejjel għar-ross fl-2008, l-erja dikjarata fir-reġjun Taljan tal-Piemonte għandha tinżera' sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 21 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 674/2008 (ĠU L 189, 17.7.2008, p. 5).

(2)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1548/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 71).


22.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 224/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 830/2008

tal-21 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-megrims fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi li jistadu skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p.1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1)

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 718/2008 (ĠU L 198, 24.7.2008, p. 8).


ANNESS

Nru

28/T&Q

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

LEZ/2AC4-C

Speċi

Megrims (Lepidorhombus spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV

Data

11.7.2008


22.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 224/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 831/2008

tal-21 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p.1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1)

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 718/2008 (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 8).


ANNESS

Nru

26/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

COD/1N2AB.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

Data

23.6.2008


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

22.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 224/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Awwissu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f'dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4407)

(2008/684/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 16(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE tat-13 ta’ Frar 2006 li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu - PWN) f'dak li jikkonċerna żoni fil-Portugall, għajr dawk li fihom huwa magħruf li ma jeżistix (2), il-Portugall qed jimplimenta pjan ta’ qerda kontra t-tixrid tan-nematodu tal-injam tal-arżnu.

(2)

Il-Portugall adotta ordni ministerjali (Portaria Nru 358/2008 tat-12 ta’ Mejju 2008) li tipprojbixxi l-moviment ta’ injam u pjanti suxxettibbli barra l-Portugall kontinentali sakemm l-injam ma jkunx ġie ttrattat u l-pjanti spezzjonati kif xieraq.

(3)

Il-Portugall ressaq proposta lill-Kummissjoni għal pjan ta’ stħarriġ, kif stipulat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2006/133/KE, għat-territorju kollu Portugiż. Il-proposta ġiet diskussa fil-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fis-26-27 ta’ Mejju 2008. Madankollu, il-Kummissjoni, abbażi tal-konklużjonijiet tal-Kumitat, m’approvatx il-pjan minħabba fin-nuqqas ta’ intensità fis-sorveljanza.

(4)

Il-Portugall għarraf lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ġunju 2008 dwar is-sejba ta’ tifqigħat ġodda tal-PWN, wara investigazzjoni straordinarja mill-awtoritajiet Portugiżi flimkien mal-istħarriġ annwali, fil-parti tal-Portugall fejn s'issa kien magħruf li l-PWN ma jinstabx.

(5)

Il-missjoni ta’ spezzjoni mill-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel mit-2 sas-6 ta’ Ġunju 2008 wriet li d-dejta disponibbli mhix biżżejjed biex tikkonferma li hemm xi żoni fil-Portugall li huma ħielsa mill-PWN u li l-Komunità u miżuri nazzjonali mhumiex implimentati b’mod sħiħ.

(6)

Għalhekk, it-tixrid tal-PWN barra miż-żoni demarkati fil-Portugall minħabba movimenti ta’ injam, ta’ qxur tas-siġar u ta’ pjanti suxxettibbli ma jistgħux jiġi esklużi b’mod sħiħ. Barra minn hekk, attwalment, l-Istati Membri għajr għall-Portugall għandhom mill-aktar fis jitħallew jikkontrollaw il-moviment fit-territorju tagħhom ta’ injam, qxur tas-siġar u ta’ pjanti li joriġinaw mill-partijiet kollha tal-Portugall.

(7)

Biex jissalvagwardjaw it-territorju tal-Istati Membri l-oħra kontra l-PWN u biex jipproteġu l-interessi kummerċjali tal-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam mal-pajjiżi terzi, il-movimenti ta’ injam, qxur tas-sigar u ta’ pjanti suxxettibbli miż-żoni demarkati fil-Portugall lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu pprojbiti sakemm dan il-materjal ma jkunx għadda minn trattament xieraq jew, issir spezzjoni adegwata għal pjanti. Għalhekk, ir-rekwiżiti għall-moviment ta’ injam, qxur tas-siġar u pjanti suxxettibbli miż-żoni demarkati fil-Portugall, għajr għaż-żoni demarkati, jew lejn Stati Membri oħra għandhom jiġu estiżi għall-movimenti kollha miż-żoni demarkati fil-Portugall lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi. It-traċċabilità għandha tkun żgurata billi jiġi mehmuż il-passaport tal-pjanti jew il-marka ta’ kull unità f’kunsinna. L-ambitu tal-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa mill-Istati Membri għandu jitwessa’ biex jippermetti l-kontroll ta’ injam, qxur tas-siġar u pjanti suxxettibbli mill-Portugall lejn it-territorju tagħhom.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/489/KE tas-27 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu) fil-Portugall (3) ipprovdiet għal miżuri ta’ din ix-xorta sakemm issir il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. Attwalment hu xieraq li jiġu kkonfermati dawn il-miżuri u li titħassar id-Deċiżjoni 2008/489/KE.

(9)

Id-Deċiżjoni 2006/133/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/133/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tiżdied is-sentenza kif ġej:

“Barra minn hekk, il-Portugall għandu jiżgura li jintlaħqu l-kundizzjonijiet fil-punt 1 tal-Anness rigward l-injam, il-qxur tas-siġar u l-pjanti suxxettibbli li għandhom jiġu spostati miż-żoni demarkati f’żoni fil-Portugall, barra dawk iż-żoni demarkati, jew fi Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi.”

(2)

Fl-Artikolu 3, il-punt (a) hu ssostitwit b'dan li ġej:

“(a)

jissottomettu l-konsinni ta’ injam, qxur tas-siġar u pjanti suxxettibbli, li ġejjin mill-Portugall u jittieħdu fit-territorju tagħhom, biex jiġu ttestjati għall-preżenza tal-PWN;”

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/133/KE hu emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta abbażi tar-riżultati tal-pjan tas-servej imsemmi fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2006/133/KE.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2008/489/KE hija mħassra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/64/KE (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 31).

(2)  ĠU L 52, 23.2.2006, p. 34. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/378/KE (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 22).

(3)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 38.


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/133/KE, il-punt 1 hu mibdul bli ġej:

“1.

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 2, fil-każ ta’ movimenti minn żoni demarkati f'żoni fil-Portugall, għajr żoni demarkati, jew fi Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi, ta’:

(a)

pjanti suxxettibbli, dawn il-pjanti għandhom ikunu, għal destinazzjonijiet fil-Komunità, akkumpanjati b’passaport għall-pjanti mħejji u maħruġ skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (*), wara li:

il-pjanti jkunu ġew uffiċjalment spezzjonati u misjuba ħielsa minn sinjali jew sintomi tal-PWN, u

ebda sintomu tal-PWN ma jkun ġie osservat fil-post ta’ produzzjoni jew fil-viċinanzi immedjati mill-bidu tal-aħħar ċiklu komplut tal-veġetazzjoni;

(b)

injam suxxetibbli u l-qxur iżolati tas-siġar, għajr l-injam fl-għamla ta’:

bċejjeċ, partikoli, fdal jew skart tal-injam miksub kollu kemm hu jew f’parti minnu minn dawn il-koniferi,

kaxxi tal-ippakkjar, qratel jew tankijiet,

pallets, pallets tal-kaxxi jew injam ieħor għat-tagħbija,

serratura, spacers u rfid,

iżda li jinkludi dak li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, dak l-injam u dawk il-qxur iżolati għandhom ikunu, għal destinazzjonijiet fil-Komunità, akkumpanjati bil-passaport għall-pjanti msemmi fil-punt 1(a), wara li l-injam jew il-qxur iżolat tas-siġar ikunu għaddew minn trattament xieraq ta’ sħana biex tintlaħaq temperatura minima fil-qalba tal-injam ta’ 56 °C għal 30 minuta sabiex ikun żgurat li ma jinstabux fihom PWNs ħajjin;

(c)

injam suxxettibbli fl-għamla ta’ laqx, partiċelli, skart tal-injam jew skart miksub sħiħ jew f'parti minn dawn il-koniferi għandu jkun, għal destinazzjonijiet fil-Komunità, akkumpanjat bil-passaport għall-pjanti msemmi fil-punt 1(a) wara li jkun għadda minn trattament xieraq ta’ fumigazzjoni sabiex ikun żgurat li ma jinstabux fihom PWNs ħajjin;

(d)

injam suxxettibbli, li joriġina fiż-żoni demarkati, fil-forma ta’ serratura, spacers u rfid ipproduċuti b’mod ġdid, inkluż dak li ma żammx il-wiċċ naturali tond tiegħu, kif ukoll fil-forma ta’ kaxxi tal-ippakkjar, kaxxi, qratel, tankijiet u ppakkjar simili, pallets, pallets tal-kaxxa jew boards għat-tagħbija oħra, pallet collars, kemm jekk qed jintużaw attwalment kemm jekk le fit-trasport ta’ prodotti ta’ kull tip, dan l-injam għandu jkunu suġġett għall-waħda mill-miżuri approvati kif speċifikat fl-Anness I tal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 dwar il-Linji Gwida għar-regolamentazzjoni ta’ materjal fil-kummerċ internazzjonali u mmarkat skond l-Anness II għall-imsemmi Standard.

Il-Portugall għandu jiżgura li l-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt 1(a) jew il-marka skond l-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 jinhemeż/tinhemeż ma’ kull unità ta’ injam, qxur tas-siġar u ta’ pjanti suxxettibbli li jiġu spostati.



22.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 224/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-20 ta’ Awwissu 2008

li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 90/424/KEE fir-rigward tal-viremija tar-Rebbiegħa tal-karpjun (SVC)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4401)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/685/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn il-programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi elenkat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/782/KE (2) tinkludi l-viremija tar-Rebbiegħa tal-karpjun (SVC) fuq il-lista ta' mard tal-annimali li għalihom l-Istati Membri jistgħu jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi ta' eradikazzjoni nazzjonali.

(3)

Għall-annimali tal-ilma, l-Istati Membri għandhom ikunu eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi nazzjonali għall-qerda għal dak li huwa biss mard mhux eżotiku li huwa elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti ta' saħħa tal-annimali għall-annimali tal-ilma u prodotti minnhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali tal-ilma (3). Din id-Direttiva trid tibda tapplika mill-1 ta' Awwissu 2008.

(4)

Id-Direttiva 2006/88/KE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/53/KE, ma telenkax iktar il-viraemia tar-Rebbiegħa tal-Karpjun (SVC) fil-Parti II tal-Anness IV tagħha, billi l-ispejjeż marbuta mal-miżuri biex tinqered din il-marda jkunu mingħajr proporzjon imqabbla mat-telf ekonomiku kkawżat minnha.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li din il-marda titħassar ukoll mil-lista ta' mard tal-annimali u żoonosi stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(6)

L-Anness tad-Deċiżjoni 90/424/KE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 90/424/KEE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Settembru 2008.

Artikolu 3

Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/965/KE (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22).

(2)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 57.

(3)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/53/KE (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 27).


ANNESS

“ANNESS

Mard tal-annimali u żoonosi

Tuberkulosi bovina

Bruċellosi bovina

Bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż (B. melitensis)

Bluetongue f'żoni endemiċi jew b'riskju għoli

Id-Deni Afrikan tal-ħnieżer

Mard vesikulari tal-ħnieżer

Deni klassiku tal-ħnieżer

Antrax

Plewronewmonja tal-bovini li tittieħed

Influwenza tat-tjur

Ir-Rabja

Ekinokokkosi

Enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE)

Kampilobatterjosi

Listerjosi

Salmonellosi (salmonella żoonotika)

Trikinellosi

Coli verotossiġenika

Settiċemija emorraġika virali (VHS)

In-nekrosi ematopojetika infettiva (IHN)

Marda bil-virus erpete tal-Koi (KHV)

L-anemija infettiva tas-salamun (ISA)

Infezzjoni bil-Marteilia refringens

Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Marda tal-white spot fil-krustaċji”.


22.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 224/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-20 ta’ Awwissu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2005/59/KE dwar żoni fejn il-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u l-vaċċinazzjoni ta’ emerġenza għall-ħanżir salvaġġ kontra d-deni klassiku għandhom jiġu implimentati fis-Slovakkja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4428)

(It-test bis-Slovakk biss huwa awtentiku)

(2008/686/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 20(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2005/59/KE (2) approvat pjanijiet imressqa mis-Slovakkja fil-31 ta' Awissu 2004 għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku fil-ħnieżer salvaġġi u l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer fiż-żoni ta' dan l-Istat Membru stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

(2)

Is-Slovakkja issa għarrfet lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni reċenti tad-deni klassiku fil-ħnieżer salvaġġi f'dan l-Istat Membru. Fid-dawl tat-tagħrif epidemjoloġiku disponibbli, il-miżuri stabbiliti fil-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi u l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer jeħtieġ li jiġu estiżi biex jinkludu d-distretti kollha ta' Rimavská Sobota, Nové Zámky, Levice u Komárno.

(3)

F'isem it-trasparenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-Anness tad-Deċiżjoni 2005/59/KE għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni 2005/59/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2005/59/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovakkja.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(2)  ĠU L 24, 27.1.2005, p. 46. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/88/KE (ĠU L 28, 1.2.2008, p. 34).


ANNESS

"ANNESS

1.   Żoni fejn il-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer salvaġġi għandu jiġi implimentat:

It-territorju ta' l-Amministrazzjonijiet Veterinarji u Alimentari Distrettwali (DVFA) ta' Žiar nad Hronom (inklużi d-distretti Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (inklużi d-distretti Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (inklużi d-distretti Lučenec u Poltár), Veľký Krtíš (inkluż id-distrett Veľký Krtíš), Komárno (inkluż id-distrett ta' Komárno), Nové Zámky (inkluż id-disrett ta' Nové Zámky), Levice (inkluż id-distrett ta' Levice) u Rimavská Sobota (inkluż id-distrett ta' Rimavská Sobota).

2.   Żoni fejn il-pjan għall-vaċċinazzjoni ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ għandu jiġi implimentat:

It-territorju ta' l-Amministrazzjonijiet Veterinarji u Alimentari Distrettwali (DVFA) ta' Žiar nad Hronom (inklużi d-distretti Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (inklużi d-distretti Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (inklużi d-distretti Lučenec u Poltár), Veľký Krtíš (inkluż id-distrett Veľký Krtíš), Komárno (inkluż id-distrett ta' Komárno), Nové Zámky (inkluż id-disrett ta' Nové Zámky), Levice (inkluż id-distrett ta' Levice) u Rimavská Sobota (inkluż id-distrett ta' Rimavská Sobota)."