ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
21 ta' Awwissu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 825/2008 ta' l-20 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 827/2008 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

23

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/683/KE

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 208 tal-11 ta’ Marzu 2008 Rigward it-tqawwif ta' qafas komuni għall-ġabra tad-data dwar il-ħlas tal-klejms tal-pensjoni ( 1 )

25

 

 

IV   Atti oħrajn

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, l-standards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim taż-ŻEE

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 53/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XVI (l-Akkwist) tal-Ftehim taż-ŻEE

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

54

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

56

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

58

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 59/2008 tal-25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

60

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 825/2008

ta' l-20 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

25,6

XS

23,8

ZZ

24,7

0707 00 05

MK

23,5

TR

95,1

ZZ

59,3

0709 90 70

TR

92,6

ZZ

92,6

0805 50 10

AR

64,5

UY

56,8

ZA

81,9

ZZ

67,7

0806 10 10

EG

180,5

IL

87,5

MK

56,1

TR

116,4

ZZ

110,1

0808 10 80

AR

83,8

BR

87,5

CL

90,3

CN

63,7

NZ

98,0

US

94,5

ZA

87,6

ZZ

86,5

0808 20 50

AR

48,3

CL

75,8

TR

155,0

ZA

98,6

ZZ

94,4

0809 30

MK

34,9

TR

148,4

ZZ

91,7

0809 40 05

IL

129,2

MK

66,2

TR

106,0

XS

70,3

ZZ

92,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 826/2008

ta’ l-20 ta’ Awwissu 2008

li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(a), (d) u (j) flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li għandha tkun mogħtija għajnuna għall-ħażna privata ta’ butir u tal-ġobnijiet Grana Padano, Parmigiano Reggiano u Provolone.

(2)

L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li għandha tingħata għajnuna għaz-zokkor abjad, żejt taż-żebbuġa, laħam tal-bhejjem ta’ l-ifrat adulti frisk jew imkessaħ, ġobon li jżomm fit-tul u ġobon magħmul mill-ħalib tan-nagħġa u/jew tal-mogħża, laħam tal-majjal, tan-nagħaġ jew tal-mogħoż.

(3)

Biex tkun implimentata l-iskema ta’ għajnuna f’waqtha, għandhom ikunu pprovduti regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(4)

Bħalissa, il-possibilità li tkun mogħtija għajnuna għall-ħażna privata hija pprovduta mir-Regolament tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ ċerti prodotti. Dawk ir-regolamenti ġew sostitwiti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5)

Biex ikunu simplifikati u titjieb l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ amministrazzjoni u kontroll, għandhom ikunu pprovduti regoli komuni għall-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ għajnuna għall-ħażna privata.

(6)

L-għajnuna għall-ħażna privata tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 28 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tkun jew stabbilita minn qabel jew deċiża permezz ta’ sejħa għall-offerti.

(7)

Skema ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tkun implimentata meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet imsemmija f’dak ir-Regolament.

(8)

Skema ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tista’ tkun implimentata meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet imsemmija f’dak ir-Regolament.

(9)

Ir-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità wasslet għal differenzazzjoni reġjonali, b’uħud mir-reġjuni b’zokkor zejjed, jew minħabba l-produzzjoni lokali jew minħabba l-importazzjoni, u oħrajn bin-nieqes. Fir-reġjuni fejn hemm iż-żejjed, il-prezzijiet fil-livell tal-produttur huma mistennija li jkollhom pressjoni l-isfel billi l-provvista lokali hija iktar mill-bżonn. Fir-reġjuni fejn hemm in-nieqes, il-prezzijiet fil-livell tal-produttur huma mistennija li jkunu iktar iebsa billi l-provvista ma tlaħħaqx mal-bżonn. It-tnaqqis fil-prezz f’ċerti Stati Membri mhux se jkun rifless fil-prezz medju Komunitarju u għalhekk għandha ssir dispożizzjoni biex jinfetħu sejħiet għall-offerti biss fl-Istati Membri fejn il-prezz medju nazzjonali huwa inqas mit-80 % tal-prezz ta’ referenza.

(10)

Bħala regola ġenerali, biex ikunu ffaċilitati l-amministrazzjoni u l-kontroll, l-għajnuna għall-ħażna privata għandha tingħata biss lill-operaturi stabbiliti u reġistrati għal-iskopijiet tal-VAT fil-Komunità.

(11)

Biex ikun ipprovdut kontroll effettiv tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u z-zokkor, l-operaturi eliġibbli għal għajnuna għall-ħażna privata għandhom jilħqu kundizzjonijiet addizzjonali.

(12)

Biex ikun żgurat li l-arranġamenti jistgħu ikunu segwiti sew, l-informazzjoni neċessarja biex ikun konkluż il-kuntratt tal-ħażna għandha tkun speċifikata fir-regolament preżenti kif ukoll l-obbligi tal-partijiet kontraenti.

(13)

Sabiex l-iskema ssir aktar effettiva, il-kuntratti għandhom juru kwantità minima ċerta, skond il-prodott kif xieraq, kif ukoll l-obbligi li għandhom jitwettqu mill-parti kontraenti, partikolarment dawk li jħallu lill-awtoritajiet kompetenti li jiċċekkjaw l-operazzjonijiet tal-ħażna jagħmlu spezzjoni effetiva tal-kundizzjonijiet tal-ħażna.

(14)

Meta l-għajnuna tkun deċiża permezz ta’ sejħa għall-offerti, l-offerti għandu jkollhom l-informazzjoni neċessarja biex ikunu valutati, u għandu jkun provdut għal komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(15)

Fuq il-bażi ta’ l-offerti rċevuti, jista’ jiġi ffisat ammont massimu ta’ għajnuna. Madanakollu, jista’ jkun hemm sitwazzjonijet fuq is-suq li minħabba fihom l-offerti kolha rċevuti jkollhom ikunu miċħuda.

(16)

Il-ħażna tal-kwantità fil-kuntratt għall-perjodu miftiehem tikkonsisti f’wieħed mill-ħtiġiet primarji għall-għoti ta’l-għajnuna għall-ħażna privata. Sabiex titqies il-prattika kummerċjali u għal raġunijiet prattiċi, għandu jiġi permess marġini ta’ tolleranza rigward il-kwantità suġġetta għall-għajnuna.

(17)

Fil-każ ta’ għajnuna stabbilita minn qabel, minħabba l-karattru ta’ emerġenza ta’ ċerti miżuri ta’ ħażna privata minħabba ċirkustanzi ekonomiċi, jista’ jkun hemm bżonn garanzija biex tiggarantixxi s-serjetà ta’ l-applikazzjoni u biex tiżgura li dawk il-miżuri jkollhom l-effett mixtieq fuq is-suq. Il-garanzija relatata mas-sejħa għall-offerti għandha tiżgura li l-kwantitajiet offerti u possibilment aċċettati huma maħżuna skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għalhekk, għandhom ikunu adottati dispożizzjonijiet għar-rilaxx u s-sekwestru tal-garanzija pprovduta skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ garanziji għall-prodotti agrikoli (2).

(18)

Biex ikun żgurat li l-ħażna tkun amministrata sew, huwa xieraq li jkunu addottati dispożizzjonijiet biex jitnaqqas l-ammont ta’ għajnuna li għandha titħallas meta l-kwantità maħżuna waqt il-perjodu ta’ ħażna miftiehem huwa inqas mill-kwantità fil-kuntratt u meta l-perjodu ta’ ħażna mhux osservat kompletament.

(19)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-suq u l-iżviluppi fis-suq jista’ jkun xieraq li l-partijiet kuntraenti jintalbu jallokaw il-ħażniet tagħhom għall-esportazzjoni mill-mument li jitqegħdu fil-ħażna.

(20)

Meta l-ammont ta’ għajnuna għall-ħażna privata huwa stabbilita minn qabel għal ċerti prodotti tal-laħam, ir-regoli attwali jipprovdu għal perjodu ta’ riflessjoni biex tkun tista’ tkun valutata s-sitwazzjoni fis-suq qabel ikunu notifikati d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Barra minn hekk, meta xieraq, għandhom isiru disposizzjonijiet għal miżuri speċjali li japplikaw b’mod partikolari għall-applikazzjonijiet pendenti. Dawn il-miżuri speċjali iservu biex ikun evitat l-użu eċċessiv jew spekulattiv ta’ l-iskema tal-ħażna privata. Dawn il-miżuri għandhom bżonn azzjoni rapida u l-Kummissjoni għandha tingħata l-poter li taġixxi mingħajr l-għajnuna tal-kumitat ta’ amministrazzjoni u li tieħu l-miżuri kollha neċessarji mingħajr dewmien. Dawn il-miżuri speċjali għadhom fis-seħħ għall-laħam taċ-ċanga, laħam tal-majjal u laħam tan-nagħaġ u mogħoż. Biex ikun żgurat li l-iskema għall-ħażna privata għal dawn il-prodotti taħdem sew, hemm bżonn li jibqgħu fis-seħħ il-proċeduri attwali li jittieħdu miżuri kif huma diġà stabbiliti mingħajr tibdil sostanzjali.

(21)

Hemm bżonn indikazzjoni tal-kundizzjonijiet fejn jista’ jkun mogħti ħlas minn qabel, l-aġġustament ta’ l-għajnuna fil-każi fejn il-kwantità kuntrattwali mhix rispettati bis-sħiħ, il-kontrolli dwar il-konformità ma’ l-intitolament għall-għajnuna, il-pieni possibbli u l-informazzjoni li għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri.

(22)

Għandhom jinħolqu wkoll regoli dettaljati dwar id-dokumentazzjoni, il-kontijiet, l-frekwenza u n-natura tal-kontrolli.

(23)

Għandhom jittieħdu passi xierqa sabiex jipprevjenu u jippenalizzaw l-irregolaritajiet u l-frodi. Għal din ir-raġuni, il-partijiet kuntraenti li jinstabu li għamlu dikjarazzjonijet foloz għandhom ikunu esklużi mill-iskema ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal sena.

(24)

Dan ir-Regolament jinkorpora ċerti dispożizzjonijiet dwar il-ħażna privata li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2005 tal-5 ta’ April 2005 li jistabbilixxu regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward il-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (3), (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward l-amministrazzjoni tas-suq Komunitarju taz-zokkor u s-sistema tal-kwota (4), u (KE) Nru 105/2008 tal-5 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-intervent fuq is-suq tal-butir (5). Għaldaqstant, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu mħassra u dawn ir-Regolamenti għandhom ikunu emendati.

(25)

Minbarra hekk, dan ir-Regolament jinkorpora d-dispożizzjonijet dwar il-ħażna privata tar-Regolamenti li ġejjin, li għandhom ikunu imħassra jew mibdula b’Regolament ġdid.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3444/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal (6);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2659/94 tal-31 ta’ Ottubru 1994 dwar regoli dettaljati għall-konċessjoni ta’ ħażna privata għall-ġobon Grana Padano, Parmiggiano-Reggiano u Provolone (7);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 907/2000 tat-2 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward l-għajnuna għall-ħażna privata fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (8);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2153/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 dwar l-iskema ta’ għajnuna għall-ħażna privata taż-żejt taż-żebbuġa (9);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 6/2008 ta’ l-4 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż (10);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 85/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 dwar kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ għajnuna għal ħażna privata ta’ laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż (11);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-ħażniet privati ta’ xi ġobon fiż-żmien tal-ħażniet 2008/2009 (12).

(26)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Introduttorji

Taqsima 1

Ambitu u regoli ġenerali għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata

Artikolu 1

L-ambitu u d-definizzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-għotja ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata għall-prodotti msemmija fl-Artikoli 28 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1254/2007.

Dan għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni li jew issir sejħa għall-offerti jew l-għajnuna għall-ħażna privata tkun stabbilita minn qabel.

2.   Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament “l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri” għandhom ifissru d-dipartimenti jew il-korpi akkreditati mill-Istati Membri bħala aġenziji ta’ ħlas li jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (13).

Artikolu 2

Eliġibbiltà tal-prodotti

1.   Biex jikkwalifikaw għall-għajnuna għall-ħażna privata, minbarra l-ħtiġijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-prodotti għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet msemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-butir maħżun fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn kien prodott, għandu jissodisfa wkoll il-ħtiġijiet addizzjonali stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet ta’ għotjata’ għajnuna għaz-zokkor abjad

1.   Id-deċiżjoni li tingħata għajnuna għall-ħażna privata ta’ zokkor abjad tista’ tittiehed fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-prezz Komunitarju medju għaz-zokkor abjad reġistrat fis-sistema ta’ reġistru tal-prezzijiet huwa inqas mill-85 % tal-prezz ta’ referenza;

(b)

il-prezzijiet medji reġistrati għaz-zokkor abjad probabilment jibqgħu f’dak il-livell jew jonqsu f’xahrejn fuq il-bazi tas-sitwazzjoni tas-suq, meta jkunu meħuda f’kunsiderazzjoni l-effetti tal-mekkanismi tal-ġestjoni tas-suq mistennija u prinċiparjament l-irtirar.

Suġġett għall-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata tista’ tkun limitata għall-Istati Membri fejn il-prezz medju taz-zokkor abjad reġistrat fis-sistema tar-reġistru tal-prezzijiet huwa inqas mit-80 % tal-prezz ta’ referenza. L-għajnuna għandha tkun mogħtija għaz-zokkor maħżun jew li għandu jkun maħżun mill-produtturi taz-zokkor f’dawn l-Istati Membri.

2.   Il-ħażna privata taz-zokkor abjad tista’ ssir fil-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju tas-sena tas-suq li fiha tingħata l-għajnuna.

Artikolu 4

Kondizzjonijiet għal għotja ta’ għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa

Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-prezz medju għandu jkun reġistrat fuq is-suq għal perjodu ta’ mill-inqas ġimgħatejn.

Regoli dettaljati dwar ir-rappurtaġġ tad-data mill-Istati Membri lill-Kummissjoni huma stabbiliti fil-Parti A ta’ l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet għal għotja ta’ għajnuna għaċ-ċanga

Għajnuna għall-ħażna privata tista’ tiġi deċiża meta l-prezz medju tas-suq Komunitarju għall-karkassi tal-bhejjem ta’ l-ifrat adulti maskili espressi bħala tal-grad R3, ikkalkolat skond il-Parti B ta’ l-Anness III, jiġi rreġistrat għal dak ta’ EUR 2 291 għal kull tunnellata metrika, jew inqas.

Taqsima 2

Regoli ġenerali biex tkun stabbilita l-għajnuna għall-ħażna privata

Artikolu 6

Proċedura biex tkun stabbilita l-għajnuna

Biex ikun stabbilit l-ammont ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 28 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tagħmel sejħa għall-offerti għal perjodu limitat f’konformità ma’ l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament jew tistabbilixxi l-għajnuna minn qabel f’konformità ma’ l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Offerti u applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata

1.   Operatur li qiegħed ifittex l-għajnuna jista’ jew jitfa’ offerta skond l-Artikolu (9)(1), jew jagħmel applikazzjoni skond l-Artikolu 16(1) ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fejn il-prodotti huma maħżuna jew għandhom ikunu maħżuna.

2.   Fis-setturi fejn l-iskema ta’ ħażna hija miftuħa biss għal reġjun wieħed jew numru ta’ reġjuni jew Stati Membri, l-offerti jew l-applikazzjonijiet jistgħu isiru f’dawk ir-reġjuni jew Stati Membri biss.

3.   L-offerti jew l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata tal-butir mielaħ jew mingħajr melħ, u ġobon, għandhom jirrigwardaw ukoll il-prodotti li diġà ġew maħżuna.

4.   L-offerti jew l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam frisk jew imkessaħ ta’ l-annimali ta’ l-ifrat, il-ħnieżer, in-nagħaġ, il-mogħoż u ż-żejt taż-żebbuġa, għandhom jirrigwardaw l-kwantitajiet ta’ dawk il-prodotti li għadhom ma n.

5.   L-offerti jew l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata taz-zokkor għandhom jirrigwardaw iz-zokkor li huwa diġà maħżun jew għad irid ikunu maħżun.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet relatati ma’ l-eliġibilltà ta’ l-operaturi

1.   L-operaturi li japplikaw jew li jitfgħu offerta għall-għajnuna għall-ħażna privata għandhom ikunu dawk stabbiliti u reġistrati għal-iskopijiet tal-VAT fil-Komunità.

2.   Fil-każ taż-żejt taż-żebbuġa, l-operaturi li japplikaw jew li jitfgħu offerta għall-għajnuna għall-ħażna privata għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u kull rekwiżit addizzjonali stabbilit fl-Anness IV.

3.   Fil-każ taż-żokkor, l-operaturi li japplikaw jew li jitfgħu offerta għall-għajnuna għall-ħażna privata għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u għandhom ikunu produtturi taz-zokkor kif imsemmi fil punt (a) ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006.

KAPITOLU II

Għajnuna mogħtija permezz ta’ sejħa għall-offerti

Artikolu 9

Il-ftuħ tal-proċedura ta’ l-offerti

1.   Sejħa għall-offerti għandha tinfetaħ skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bħala Regolament, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Regolament tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti”.

2.   Ir-Regolament tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti jista’ jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-prodotti koperti bil-kodiċi CN relevanti tagħhom, fejn applikabbli;

(b)

l-unità ta’ miżura tal-kwantitajiet (lottijiet, gruppi, btieti/fosos);

(c)

il-perjodu kopert (“perjodu ta’ l-offerti”) u is-subperjodi differenti ta’ meta tista’ tintefa l-offerta;

(d)

il-ħinijiet tal-ftuħ u tal-għeluq li fihom l-offerti jistgħu ikunu mitfugħa;

(e)

il-perjodu ta’ ħażna minimu u massimu;

(f)

il-kwantità globali koperta mis-sejħa għall-offerti, fejn hi neċessarja;

(g)

il-kwantità minima li kull offerta jeħtieġ li tkun tipprovdi dwarha;

(h)

l-ammont tal-garanzija għal kull unità;

(i)

il-perjodu tat-tqegħid fil-ħażna u ta’ tneħħija mill-ħażna;

(j)

l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jidhru fuq il-pakketti.

3.   Ta’ l-inqas sitt ijiem għandhom jgħaddu bejn li jidħol fis-seħħ ir-Regolament tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti u l-ewwel ġurnata li jistgħu ikunu mitfugħa l-offerti.

Artikolu 10

It-tressiq ta’ l-offerti

1.   L-offerti għadhom ikunu mitfugħa bil-metodu li l-Istat Membru kkonċernat jagħmel għad-dispożizzjoni ta’ l-operaturi.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-offerti elettroniċi jkunu akkompanjati minn firma elettronika minn qabel fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2, punt (2) tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jew b’firma elettronika li toffri assigurazzjonijiet ekwivalenti rigward il-funzjonalitajiet attribwiti lill-firma billi tapplika l-istess regoli u kundizzjonijet bħal dawk imfissra fid-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti elettroniċi u diġitalizzati, stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/563/KE, Euratom (15), u r-regoli ta’ l-implimentazzjoni tagħha.

2.   L-offerta għandha tkun valida jekk dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin jintleħqu.

(a)

tindika referenza għar-Regolament tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti u d-data ta’ skadenza għas-subperjodu tat-tressiq ta’ offerti;

(b)

tindika id-data ta’ identifikazzjoni ta’ l-offerent: l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni VAT;

(c)

jindikaw l-prodott bil-kodiċi CN relevanti tiegħu, fejn applikabbli;

(d)

tindika il-perjodu ta’ ħażna, fejn neċessarju;

(e)

tindika l-kwantità tal-prodotti koperti mill-offerta;

(f)

fejn il-prodotti huma diġà maħżuna, tindika l-isem u l-indirizz tal-post tal-ħażna, in-numru tal-lott/grupp/bettija/fossa tal-ħażna u fejn xieraq in-numru ta’ approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika;

(g)

tindika l-ammont ta’ għajnuna offerta għal kull unità u kull ġurnata f’Ewros u ċentesimi minbarra l-VAT;

(h)

l-offerent għamel garanzija qabel spiċċa is-subperjodu ta’ tressiq, skond id-dispożizzjonijiet tat-Titlu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, u pprovda prova tagħha fl-istess perjodu;

(i)

ma tinkludix kundizzjonijiet addizzjonali magħmula minn l-offerent ħlief dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti;

(j)

tkun fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn l-offerta tkun mitfugħa.

3.   L-offerti ma jistgħux ikunu irtirati jew emendati wara t-tressiq.

Artikolu 11

Eżaminazzjoni ta’ l-offerti

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-validità ta’ l-offerti fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artiklu 10(2).

2.   Il-persuni awtorizzati li jirċievu u jeżaminaw l-offerti għandhom ikunu obbligati li ma jiżvelaw ebda partikolaritajiet relatati magħhom lil xi persuna mhux awtorizzata.

3.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jiddeċiedu li offerta mhix valida, dawn għandhom jinfurmaw lill-offerent.

Artikolu 12

Notifika ta’ l-offerti lill-Kummissjoni

1.   L-offerti validi kollha għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

2.   In-notifiki għandhom ikollhom id-data msemmija fl-Artikolu 10(2)(b).

3.   In-notifiki għandhom isiru b’mezzi elettroniċi, bil-metodu indikat mill-Kummissjoni lill-Istati Membri, fil-perjodu speċifiku stabbilit mir-Regolament tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti fil-kwestjoni.

4.   Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom ikunu definiti fuq il-bażi tal-mudelli li l-Kummissjoni għamlet disponibbli lill-Istati Membri.

5.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifkaw il-prospetti nulli lill-Kummissjoni fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 13

Deċiżjoni fuq il-bażi ta’ l-offerti

1.   Fuq il-bażi ta’ l-offerti notfikati skond l-Artikolu 12(1), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

(a)

li ma tiffissax ammont massimu ta’ għajnuna, jew

(b)

li tiffissa ammont massimu ta’ għajnuna.

2.   Fejn japplika l-Artikolu 9(2)(f), il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tistabbilixxi koeffiċjent, applikabbli għall-offerti li saru fil-livell ta’ għajnuna massima, jekk l-għotja tal-kwantitajiet totali li għalihom kien offrut dak l-ammont iwassal li tinqabeż il-kwantità globali.

Bħala deroga mill-Artikolu 10(3), l-offerent, fil-każ li għalih japplika koeffiċjent bħal dan, jista’ jiddeċiedi li jirtira l-offerta tiegħu fi żmien għaxart ijiem mill-pubblikazzjoni tar-Regolament imsemmi hawn fuq li jistabbilixxi l-koeffiċjent.

3.   Deċiżjonijiet dwar l-għajnuna għall-ħażna privata msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Deċiżjonijiet individwali dwar l-offerti

1.   Fil-każ li ammont massimu ta’ għajnuna kien stabbilit skond l-Artikolu 13(1)(b), l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jaċċettaw offerti li huma daqs jew inqas mill-ammont massimu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(2). L-offerti l-oħra kollha għandhom ikunu rifjutati.

2.   Fil-każ li ma kienx stabbilit ammont massimu ta’ għajnuna, l-offerti kollha ghandhom ikunu rifjutati.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri m’għandhomx jaċċettaw offerti li ma kienux notifikati skond l-Artikolu 12(1)

3.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jaddottaw id-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 13(1) u għandhom jinnotifkaw lill-offerenti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fi żmien l-iskadenza ta’ tliet ijiem ta’ xoghol wara l-pubblikazzjoni.

4.   Id-drittijiet u l-obbligi ta’ min jirnexxilu jieħu offerta m’għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 15

Rekwiżiti primarji u garanziji

1.   Il-ħtiġiet primarji fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom ikunu:

(a)

li ma tkunx irtirata offerta,

(b)

li jitqiegħed u jinżamm fil-ħażna mill-anqas 99 %, rispettivament 90 % għall-prodotti tal-laħam, 98 % għaż-żejt taż-żebbuġa u 95 % għall-ġobon, tal-kwantità fil-kuntratt għall-perjodu ta’ ħażna miftiehem, bir-riskju għall-parti kontraenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament u taħt il-kondizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 22 (1) (a) ta’ dan ir-Regolament.

(c)

meta japplika l-Artikolu 28(3), li jiġu esportati l-prodotti skond waħda mit-tliet għażliet elenkati fih.

2.   Garanziji għandhom ikunu rilaxxati immedjatament fejn:

(a)

l-offerta mhix valida jew hija rifjutata, jew hija rtirata fil-każ ta’ l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2);

(b)

fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) l-ammont tal-garanzija rilaxxata għandha tikkorrispondi għall-kwantità mhux aċċettata.

3.   Garanziji għandhom ikunu rilaxxati fir-rigward ta’ kwantitajiet li għalihom intleħqu l-obbligi kuntrattwali.

4.   Meta jinqabeż il-limitu taż-żmien għat-tqegħid fil-ħażna, kif stabbilit fl-Artikolu 25(1) ta’ dan ir-Regolament, il-garanzija għandha tiġi ssekwestrata skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

KAPITOLU III

Għajnuna stabbilita minn qabel

Artikolu 16

L-iffissar ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna minn qabel

1.   L-ammont ta’ għajnuna għall-ħażna privata għandha tkun stabbilita minn qabel skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bħala Regolament, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Regolament li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna minn qabel”.

2.   Ir-Regolament li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna minn qabel jista’ jkun fiħ l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-prodotti koperti bil-kodiċi CN relevanti tagħhom, fejn applikabbli;

(b)

l-ammont ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal kull unità ta’ toqol għall-prodotti koperti;

(c)

l-unità ta’ miżura tal-kwantitajiet (lottijiet, gruppi, btieti, fosos);

(d)

il-kwantità minima għal kull applikazzjoni;

(e)

il-perjodu ta’ applikazzjoni għall-għajnuna għall-ħażna privata;

(f)

il-perjodu tat-tqegħid fil-ħażna u ta’ tneħħija mill-ħażna;

(g)

il-perjodu ta’ ħażna minimu u massimu;

(h)

l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jidhru fuq il-pakketti;

(i)

l-ammont tal-garanzija għal kull unità, fejn applikabbli.

Artikolu 17

Applikazzjonijiet għall-għajnuna

1.   L-applikazzjonijiet għadhom ikunu magħmula bil-metodu li l-Istat Membru kkonċernat jagħmel għad-dispożizzjoni ta’ l-operaturi.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-applikazzjonijiet elettroniċi jkunu akkompanjata minn firma elettronika minn qabel fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2, punt (2) tad-Direttiva 1999/93/KE jew b’firma elettronika li toffri assigurazzjonijiet ekwivalenti rigward il-funzjonalitajiet attribwiti lill-firma billi tapplika l-istess regoli u kundizzjonijet bħal dawk imfissra fid-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti elettroniċi u diġitalizzati, stabbiliti mid-Deċiżjoni 2004/563/KE, Euratom, u r-regoli ta’ l-implimentazzjoni tagħha.

2.   L-applikazzjonijiet jkunu validi jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jindikaw referenza għar-Regolament li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna minn qabel;

(b)

Jindikaw id-data ta’ identifikazzjoni ta’ l-applikanti, isem indirizz u numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT;

(c)

jindikaw l-prodott bil-kodiċi CN relevanti tiegħu, fejn applikabbli;

(d)

jindikaw il-kwantità tal-prodotti;

(e)

jindikaw il-perjodi ta’ ħazna, fejn applikabbli;

(f)

fejn il-prodotti huma diġà maħżuna, tindika l-isem u l-indirizz tal-post tal-ħażna, in-numru tal-lott/grupp/bettija/fossa tal-ħażna u fejn xieraq in-numru ta’ approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika.

(g)

ma jinkludux kundizzjonijiet addizzjonali magħmula mill-offerent ħlief dawk stabbilit f’dan ir-Regolament u fir-Regolament li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna minn qabel;

(h)

tkun fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn l-applikazzjoni tkun imressqa.

(i)

l-applikant għamel garanzija skond id-dispożizzjonijiet tat-Titlu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, u pprovda prova tagħha, fejn applikabbli.

3.   Il-kontenut ta’ l-applikazzjonijiet m’għandux ikun emendat wara l-preżentazzjoni tagħhom.

Artikolu 18

Rekwiżiti primarji u garanziji

1.   Meta japplika l-Artikolu 17(2)(i), il-ħtiġiet primarji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

li ma tkunx irtirata l-applikazzjoni miftiehma;

(b)

li jinżamm fil-ħażna mill-anqas 99 %, rispettivament 90 % għall-prodotti tal-laħam, 98 % għaż-żejt taż-żebbuġa u 95 % għall-ġobon, tal-kwantità fil-kuntratt għall-perjodu ta’ ħażna miftiehem, bir-riskju għall-parti kontraenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament u taħt il-kondizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 22(1)(a).

(c)

meta japplika l-Artikolu 28(3), li jiġu esportati l-prodotti skond waħda mit-tliet għażliet elenkati fih.

2.   Il-garanziji għandhom jitneħħew immedjatament meta l-applikazzjonijiet għall-kuntratti ma jiġux aċċettati.

3.   Garanziji għandhom ikunu rilaxxati fir-rigward ta’ kwantitajiet li għalihom intleħqu l-obbligi kuntrattwali.

4.   Meta jinqabeż il-limitu taż-żmien għat-tqegħid fil-ħażna, kif stabbilit fl-Artikolu 25(1) ta’ dan ir-Regolament, il-garanzija għandha tiġi ssekwestrata skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

KAPITOLU IV

Kuntratti

Artikolu 19

L-iffirmar ta’ kuntratti

Il-kuntratti għandhom ikunu konklużi bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu huma jew se jkunu maħżuna l-prodotti u l-offerent jew l-applikant magħżul li jissodisfa l-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Parti Kontraenti”.

Artikolu 20

Informazzjoni relatata mal-post tal-ħażna

Wara li n-notifika tkun riċevuta mill-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 14(3) jew wara l-konkluzjoni tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 23(1) jew wara n-notifika jew il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet msemmija fl-Artikolu 23(2), l-offerent jew l-applikant magħżul għandu jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-post jew postijiet tal-ħażna u, għal kull post ta’ ħażna, dettalji dwar il-pożizzjoni eżatta tal-fosos jew lottijiet jew btieti jew gruppi bil-kwantitajiet korrispondenti;

(b)

notifika tad-data tad-dħul fil-ħażna għal kull lot li għadu mhux f’postu u l-qafas taż-żmien neċessarju biex titqiegħed il-kwantità miftiehma fil-ħażna; għal kull lot li jidħol fil-ħażna għandu jkun indikat il-kwantità u l-pożizzjoni preċisa tiegħu.

L-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ illi t-tagħrif msemmi hawn fuq jingħata mill-inqas jumejn qabel it-tqegħid fil-ħażna ta’ kull lott individwali;

Artikolu 21

Elementi tal-kuntratt

Il-kuntratt għandu jinkludi elementi stabbiliti mill-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament, u jew l-elementi stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti u fl-offerta, jew l-elementi stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna minn qabel u fl-applikazzjoni.

Artikolu 22

L-Obligazzjonijiet tal-Partijiet Kontraenti

1.   Il-kuntratti għandhom ipoġġu ta’ l-inqas l-obbligi segwenti fuq il-parti kontraenti:

(a)

li jpoġġu u jżommu l-kwantità miftiehma fil-ħażna, fiż-żmien tal-ħażna miftiehem, bir-riskju u l-ispiża tiegħu f’kundizzjonijiet li jiżguraw li jżommu l-karatteristiċi tal-prodotti msemmija fl-Anness I, mingħajr ma jkunu sostitwiti l-prodotti maħżuna jew trasferiti għal xi post ieħor. Madanakollu, għal ġobon fejn il-parti kontraenti tagħmel rikjesta raġunata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lokazzjoni mill-ġdid tal-prodotti maħżuna. Għall-prodotti oħra, fejn il-parti kontraenti tagħmel rikjesta raġunata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lokazzjoni mill-ġdid tal-prodotti maħżuna f’każi eċċezzjonali biss.

(b)

li jżommu d-dokumenti tat-toqol stabbiliti fil-ħin ta’ dħul fil-post tal-ħażna;

(c)

li jibgħatu d-dokumenti relatati mal-ħidmiet għat-tqegħid fil-ħażna lill-awtoritajiet kompetenti mhux aktar tard minn xahar wara d-data tat-tqegħid fil-ħażna msemmija fl-Artikolu 25(1);

(d)

li jippermettu lill-awtorità kompetenti li tivverifikaw f’kull ħin li l-obbligi kollha miftiehma fil-kuntratt ikunu qed jiġu osservati;

(e)

li l-prodotti maħżuna jkunu identifikabbli faċilment u individwalment: kull unità maħżuna individwalment għandha tkun immarkata sabiex in-numru tal-kuntratt, il-prodott u l-piż ikunu jidhru.

2.   Il-parti kontraenti għandha tagħmel possibli li l-awtorità responsabbli twettaq il-kontrolli fuq id-dokumentazzjoni kollha, għal kull kuntratt, li jippermettu partikolarment li l-informazzjoni segwenti dwar il-prodotti mpoġġija fil-ħażna privata tkun verifikata:

(a)

in-numru ta’ approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru ta’ produzzjoni, fejn neċessarju;

(b)

l-oriġini u d-data ta’ manifattura tal-prodotti jew għaz-zokkor, is-sena tas-suq tal-manifattura u fejn xieraq il-jum tal-qtil;

(c)

id-data tat-tqegħid fil-ħażna;

(d)

il-piż u n-numru ta’ biċċiet ippakjati;

(e)

il-preżenza fil-maħżen u l-indirizz tal-maħżen;

(f)

id-data mistennija ta’ meta jispiċċa l-perjodu tal-ħażna miftehma u kompletata mid-data attwali ta’ meta jitneħħew.

Fir-rigward ta’ punt (d) ta’ l-ewwel subparagrafu, fil-każ tal-laħam li tpoġġa fil-ħażna wara tqattigħ, iddissussar parzjali jew l-iddissussar, l-użin għandu jitwettaq fuq prodotti li effettivament tqegħdu fil-ħażna u jista’ jsir fil-post ta’ tqattigħ, tad-dissussar parzjali jew tad-dissussar. Id-determinazzjoni tal-piż ta’ prodotti li sejrin jitpoġġew fil-ħażna m’għandiex issir qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

3.   Il-parti kontraenti jew, fejn applikabbli, l-operatur tal-post tal-ħażna, għandu jżomm rendikont tal-ħażna disponibbli fil-maħżen li tkopri, bin-numru tal-kuntratt:

(a)

l-identifikazzjoni tal-prodotti mpoġġija fil-ħażna privata għal kull lott/grupp/bettija/fossa;

(b)

id-dati tad-dħul fil-ħażna jew tal-ħruġ minnha;

(c)

il-kwantità indikata għal kull ħażna għal kull lott/grupp/bettija/fossa;

(d)

il-pożizzjoni tal-prodotti fil-maħżen.

Artikolu 23

Konkluzjonijiet ta’ kuntratti għal għajnuna stabbilita minn qabel

1.   Għall-prodotti diġà fil-post tal-ħażna, il-kuntratti għandhom ikunu konklużi fi żmien 30 ġurnata mid-data ta’ meta waslet l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2)(f) suġġetta, fejn xieraq, għal konferma sussegwenti dwar l-eliġibilltà tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(2). Fil-każ li ma jkunx hemm konferma ta’ eliġibilltà, il-kuntratt ikkunċernat għandu jkun nulli u bla effett.

2.   Għall-prodotti li għadhom mhumiex maħżuna, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għandhom ikunu notifikati mill-awtoritajiet kompetenti lil kull applikant fil-ħames jum xogħol mill-jum li fih kienet ippreżentata l-applikazzjoni, sakemm il-Kummissjoni ma taddottax miżuri speċjali f’konformità mal-paragrafu 3 matul dan il-perjodu; il-kuntratt għandu jkun meqjuż bħala konkluż fil-jum li tintbagħat in-notifika tad-deċiżjoni msemmija f’dan il-paragrafu.

3.   Fil-każ ta’ għajnuna stabbilita minn qabel għall-laħam taċ-ċanga, tal-majjal, tal-mogħoż u tan-nagħaġ, meta eżami tas-sitwazzjoni turi li sar użu eċċessiv ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna stabbilita minn dan ir-Regolament, jew li hemm riskju ta’ użu eċċessiv, il-Kummissjoni tista’:

(a)

tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal mhux aktar minn ħamest ijiem xogħol; l-applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti ippreżentati matul dak il-perjodu m’għandhomx jiġu aċċettati,

(b)

tistabbillixxi persentaġġ waħdieni li permezz tiegħu il-kwantitajiet fl-applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti huma mnaqqsa, suġġetti għall-osservanza tal-kwantità minima miftiehma fejn xieraq,

(c)

tirrifjuta l-applikazzjonijiet magħmula qabel il-perjodu taż-żmien tas-sospensjoni li l-aċċettazzjoni tagħhom tkun ġiet deċiża matul il-perjodu taż-żmien tas-sospensjoni.

Artikolu 24

Konkluzjoni ta’ kuntratti għall-għajnuna mogħtija permezz ta’ sejħa għall-offerti

Wara t-trasmissjoni sħiħa ta’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tinnotifika lill-offerent magħżul li l-informazzjoni kollha neċessarja ingħatat u li minn dak il-mument huwa kkunsidrat li ġie konkluż kuntratt.

Id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt għandha tkun dik li fiha l-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri nnotifikaw il-partijiet kontraenti.

Artikolu 25

Tqegħid fil-ħażna ta’ prodotti li għadhom mhumiex maħżuna

1.   Għall-prodotti li t-tqegħid fil-ħażna tagħhom issir wara l-konklużjoni ta’ kuntratt, il-kwantità miftehma għandha tkun imqiegħda fil-ħażna fi żmien 28 jum wara d-data tal-konkluzjoni tal-kuntratt.

2.   Il-prodotti jistgħu jiġu mqiegħda fil-ħażna f’lottijiet/gruppi/btieti/fosos individwali, sakemm kull lott/grupp/bettija/fossa ikun jirrapreżenta l-kwantità mpoġġija fil-ħażna f’dik il-ġurnata skond il-kuntratt u skond il-post tal-ħażna.

3.   It-tqegħid fil-ħażna għandu jintemm fil-jum li fih jitqiegħed fil-ħażna l-aħħar lott/grupp/bettija/fossa individwali tal-kwantità miftiehma.

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tqegħid fil-ħażna ta’ prodotti tal-laħam

1.   Fil-każ taċ-ċanga, il-partijiet kontraenti jistgħu, permezz tas-superviżjoni permanenti tal-awtorità kompetenti u matul il-perjodu ta’ tpoġġija fil-ħażna, iqattgħu, parzjalment jiddissussaw jew jiddissussaw il-prodotti kollha jew parti minnhom, sakemm kwantità biżżejjed ta’ karkassi tkun użata biex tassigura li t-tunnaġġ li dwaru l-kuntratt ikun ġie konkjuż jkun maħżun u li l-laħam kollu li jirriżulta minn dik l-operazzjoni jitqiegħed fil-ħażna. Il-partijiet kontraenti li jixtiequ jagħmlu użu minn din il-possibiltà għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti sa mhux aktar tard mill-jum li fih jinbeda it-tqegħid fil-ħażna.

Madanakollu, l-awtorità kompetenti tista’ titlob li n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu issir għallinqas jumejn xogħol qabel it-tqegħid fil-ħażna ta’ kull lott indiviwali.

L-għeruq il-kbar, il-qrieqeċ, l-għadam, l-biċċiet tax-xaħam u l-bċejjeċ l-oħra mħollija mit-tqattigħ, id-dissussar parzjali jew id-dissussar ma jistgħux jiġu maħżuna.

2.   Għall-prodotti tal-laħam, it-tqegħid fil-ħażna għandu jibda, għal kull lott individwali tal-kwantità miftiehma, fil-jum li fih jiġi taħt il-kontroll ta’ l-awtorità kompetenti. Dak il-jum għandu jkun il-jum li fih l-piż nett tal-prodott frisk u imkessaħ frisk ikun detterminat:

(a)

fil-post tal-ħażna, meta l-prodott huwa ffriżat fil-post;

(b)

fil-post tal-friża, meta l-prodott jiġi ffriżat f’faċilitajiet xierqa ‘il barra mill-post tal-ħażna;

(c)

fuq il-post fejn jitneħħa l-għadam jew isir il-qtugħ, meta l-laħam jitqiegħed fil-ħażna wara t-tneħħija ta’ l-għadam jew wara l-qtugħ.

Artikolu 27

Perjodu ta’ ħazna miftiehem

1.   Fejn il-prodotti jitqegħdu fil-ħażna wara l-konkluzjoni ta’ kuntratt, il-perjodu tal-ħażna miftiehem jibda fil-jum wara dak li fih tqiegħed l-aħħar lott/grupp/bettija/fossa għall-ħażna.

2.   Għall-prodotti diġà fil-ħażna, il-perjodu ta’ ħażna miftiehem għandu jibda fil-jum ta’ wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu rċevew l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 10(2)(f) u 17(2)(f).

3.   Għż-żejt taż-żebbuġa, il-perjodu ta’ ħażna miftiehem m’għandux jibda qabel ikunu ssiġillati l-btieti wara li jkunu ttieħdu l-kampjuni.

4.   L-aħħar ġurnata tal-perjodu tal-ħażna tista’ tkun stabbilita fir-Regolament tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti jew ir-Regolament li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna minn qabel, kif imsemmi fl-Artikolu 9(2)(i) u 16(2)(f).

Artikolu 28

Tneħħija mill-ħażna

1.   It-tneħħija mill-ħażna tista’ tibda fil-jum ta’ wara l-aħħar jum tal-perjodu ta’ ħażna miftiehem jew, skond il-każ, mid-data speċifikata fir-Regolament li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna minn qabel jew il-ftuħ tas-sejħa għall-offerti.

2.   Tneħħija mill-maħżen għandha tkun f’lottijiet sħaħ ta’ ħażna jew, jekk l-awtorità kompetenti hekk tawtorizza, fi kwantitajiet iżgħar.

Madanakollu, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 27(3) u fl-Artikolu 36(5)(a), kwantitajiet issiġillati biss jistgħu ikunu mneħħija mill-ħażna.

3.   Jista’ jkun ipprovdut li ma’ l-iskadenza ta’ xahrejn tal-perjodu ta’ ħażna, il-parti kontraenti tista’ tneħħi mill-ħażna parti mill-kwantità tal-prodotti jew il-kwantità kollha taħt kuntratt, suġġett għall-minimu ta’ 5 tunellati għal kull parti kontraenti u għal kull post tal-ħażna jew, jekk hemm anqas minn 5 tunnellati disponibbli, il-kwantità kollha taħt kuntratt ġol-post tal-ħażna, basta li, fi żmien 60 ġurnata mit-tneħħija tagħhom mill-ħażna, tintleħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-prodotti telqu mit-territorju doganali tal-Komunità mingħajr ipproċessar ulterjuri,

(b)

il-prodotti laħqu d-destinazzjoni tagħhom mingħajr aktar proċessar, fil-kazijiet riferiti fl-Artikolu 36(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (16), jew

(c)

il-prodotti tqiegħdu mingħajr iktar proċessar f’maħżen tal-forniment approvat skond l-Artikolu 40(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Il-perjodu miftiehem għal kull lott individwali għall-esportazzjoni għandu jispiċċa fil-ġurnata preċedenti:

(a)

id-data tal-ħruġ mill-maħżen; jew

(b)

Il-jum ta’ l-aċċetazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, meta l-prodott ma jkunx ġie mċaqlaq.

L-ammont ta’ l-għajnuna għandu jiġi mnaqqas fil-proporzjon tat-tnaqqis fil-perjodu taż-żmien tal-ħażna billi jiġu applikati ammonti ta’ kuljum stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, għandha tiġi fornita prova ta’ l-esportazzjoni skond l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 fil-każ ta’ prodotti li jikkwalifikaw għal rifużjoni.

Fil-każ ta’ prodotti li ma jikkwalifikawx għal rifużjoni, prova ta’ esportazzjoni għandha tkun fornita fil-każijiet li jipprovdi għalihom l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 billi tkun ipprovduta l-kopja ta’ kontroll T5 oriġinali, skond l-Artikoli 912a, 912b, 912c, 912e u 912g tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (17). Fil-kaxxa 107 tal-kopja tal-kontroll għandu jkun indikat in-numru ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 29

Notifikazzjoni tat-tneħħija

Il-parti kontraenti għandha tinnotifika l-awtorità kompetenti waqt bi ħsiebha tibda tneħħi l-prodotti mill-ħażna, skond id-dispożizzjonijet imsemmija fl-Artikolu 36(6).

Fil-każi fejn il-ħtiġijiet ta’ l-ewwel paragrafu ma ntlaħqux iżda l-awtorità kompetenti hija sodisfatta li biżżejjed evidenza ġiet fornita, sa 30 ġurnata wara t-tneħħija mill-ħażna, tad-data tat-tneħħija mill-ħażna u l-kwantitajiet ikkonċernati, l-għajnuna għandha tkun imnaqqsa bi 15 % u għandha tkun imħallsa biss għal dak il-perjodu li għalih il-parti kontraenti tagħti evidenza sodisfaċenti lill-awtorità kompetenti li l-prodotti kien miżmum fil-ħażna kif miftiehem.

Fil-każi fejn il-ħtiġijiet ta’ l-ewwel paragrafu ma ntlaħqux u l-awtorità kompetenti ma tkunx soddisfatta li biżżejjed evidenza ġiet fornita, sa 30 ġurnata wara t-tneħħija mill-ħażna, tad-data tat-tneħħija mill-ħażna u l-kwantitajiet ikkonċernati, m’għandha tingħata ebda għajnuna fir-rigward ta’ dak il-kuntratt, u meta applikabbli, il-garanzija kollha għandha tkun sekwestrata għal dak il-kuntratt ikkonċernat.

KAPITOLU V

Ħlas ta’ għajnuna

Artikolu 30

Applikazzjoni għal ħlas ta’ għajnuna

1.   L-għajnuna, jew, fil-każ li kien ingħata ħlas minn qabel skond l-Artikolu 31, il-bilanċ ta’ l-għajnuna, għandha tkun imħallsa fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għall-ħlas mressaq mill-parti kontraenti fi żmien tliet xhur minn meta jispiċċa il-perjodu ta’ ħażna miftiehem.

2.   Meta l-parti kontraenti ma kienetx kapaċi turi dokumenti ta’ appoġġ fil-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur għalkemm ħadmet immedjatament biex iġġibhom fil-ħin, din tista’ tingħata estenżjoni, li ma tistax tkun iktar minn total ta’ tliet xhur.

3.   Meta jiġi applikat l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 28(3) ta’ dan ir-Regolament, il-prova meħtieġa għandha tiġi prodotta fil-limitu taż-żmien speċifikati fl-Artikolu 49(2), (4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Artikolu 31

Il-ħlas ta’ l-għajnuna minn qabel

1.   Wara 60 jum ta’ ħażna, jista’ jsir ħlas wieħed bil-quddiem, fuq it-talba tal-parti kontraenti, sakemm jiddepożita garanzija ta’ l-istess ammont tal-ħlas bil-quddiem miżjud b’10 %.

2.   Il-pagament bil-quddiem m’għandux jeċċedi l-ammont ta’ l-għajnuna korrespondenti għall-perjodu ta’ ħażna ta’ 90 jum jew tliet xhur, fejn xieraq. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun meħlusa kif il-bilanċ ta’ l-għajnuna jkun mħallas.

Artikolu 32

Ħlas ta’ għajnuna

Il-ħlas ta’ l-għajnuna jew il-bilanċ ta’ l-għajnuna għandu jsir sa 120 jum wara d-data meta ġiet imressqa l-applikazzjoni għall-ħlas ta’ l-għajnuna sakemm intleħqu l-obbligi tal-kuntratt u saru l-kontrolli ta’ l-aħħar. Madanakollu, fil-każ li hemm xi inkejsta amminstrattiva, il-ħlas ma jsirx qabel ikun rikonxxut l-intitolament.

Artikolu 33

Ħlas ta’ għajnuna fil-każ ta’ iddissussar fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

1.   Fil-kaz tat-tneħħija ta’ l-għadam, jekk il-kwantità fil-fatt maħżuna ma taqbiżx is-67 kilogramma ta’ laħam mingħajr l-għadam għal kull 100 kilogramma tal-laħam bl-għadam użat, ma għandha titħallas l-ebda għajnuna.

2.   Jekk il-kwantità fil-fatt maħżuna taqbeż is-67 kilogramma imma hija inqas minn 75 kilogramma ta’ laħam mingħajr għadam għal kull 100 kilogramm tal-laħam bl-għadam użat, l-ammont ta’ l-għajnuna jiġi mnaqqas proporzjonalment.

3.   Ma għandhom japplikaw l-ebda tnaqqis jew żieda fl-ammont ta’ l-għajnuna meta l-kwantità fil-fatt maħżuna tkun ta’ 75 kilogramma jew aktar tal-laħam mingħajr l-għadam għal kull 100 kilogramma ta’ laħam bl-għadam użat.

Artikolu 34

Tnaqqis ta’ l-ammont jew esklużjoni mill-ħlas

1.   Minbarra f’każi ta’ force majeure, jekk il-kwantità fil-fatt maħżuna matul il-perjodu taż-żmien tal-ħażna miftiehem tkun inqas mill-kwantità miftiehma u mhux inqas minn 99 % ta’ din il-kwantità, l-għajnuna għandha titħallas għall-kwantità fil-fatt maħżuna. Madanakollu, jekk l-awtorità kompetenti jsibu li l-parti kontraenti aġixxit deliberatament u b’mod negliġenti, din tista’ tiddeċiedi biex tnaqqas l-għajnuna iktar jew ma tħallasx l-għajnuna.

Għall-majjal, ċanga, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, l-għajnuna għandha titħallas għall-kwantità maħżuna fil-fatt jekk din tirrapreżenta mhux inqas minn 90 % tal-kwantità miftiehma.

Għaż-żejt taż-żebbuġa, l-għajnuna għandha titħallas għall-kwantità maħżuna fil-fatt jekk din tirrapreżenta mhux inqas minn 98 % tal-kwantità miftiehma.

Għall-ġobon, l-għajnuna għandha titħallas għall-kwantità maħżuna fil-fatt jekk din tirrapreżenta mhux inqas minn 95 % tal-kwantità miftiehma.

2.   Minbarra f’każi ta’ force majeure, jekk il-kwantità fil-fatt maħżuna matul il-perjodu taż-żmien tal-ħażna miftiehem tkun inqas mill-perċentwali indikati fil-paragrafu 1, iżda mhux inqas minn 80 % tal-kwantità miftiehma, l-għajnuna għall-kwantità fil-fatt maħżuna għandha titnaqqas bin-nofs. Madanakollu, jekk l-awtorità kompetenti jsibu li l-parti kontraenti aġixxit deliberatament u b’mod negliġenti, din tista’ tiddeċiedi biex tnaqqas l-għajnuna iktar jew ma tħallasx l-għajnuna.

3.   Minbarra f’każi ta’ force majeure, jekk il-kwantità fil-fatt maħżuna matul il-perjodu ta’ ħażna miftiehma tkun anqas mit-80 % tal-kwantità miftiehma, ebda għajnuna m’għandha tkun imħallsa.

4.   Jekk il-limitu taż-żmien riferit fl-Artikolu 25(1) jinqabeż b’aktar minn għaxart ijiem, ma għandha tiġi konċessa l-ebda għajnuna.

5.   Jekk minn kontrolli matul il-perjodu tal-ħażna jew mat-tneħħija minna, jirriżultaw prodotti difettużi, ebda għajnuna m’għandha titħallas għal dawk il-kwantitajiet. Il-bqija tal-lott tal-ħażna li għadha eliġibbli għall-għajnuna għandha tkun mhux inqas mill-kwantità minima msemmija fir-Regolament tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti jew ir-Regolament li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna minn qabel. L-istess regola għandha tapplika meta parti mill-lott tal-ħażna huwa mneħħi għal dik ir-raġuni qabel il-perjodu ta’ ħażna minima jew, qabel l-ewwel data aċċettata għall-operazzjonijet ta’ tneħħija, meta din id-data hija prevista fir-Regolament tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti jew fir-Regolament li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna minn qabel.

Prodotti difettużi m’għandhomx ikunu inklużi fil-kalkolu tal-kwantità effettivament maħżuna msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3.

6.   Minbarra f’każi ta’ force majeure, meta l-parti kontraenti ma tirrispettax it-tmiem tal-perjodu tal-ħażna miftiehem, jekk kienet stabbilita din id-data skond l-Artikolu 27(4), jew il-limitu ta’ xagħrejn li hemm referenza dwaru fit-28(3) għat-totalità tal-kwantità maħżuna, kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità ikun tfisser tnaqqis ta’ 10 % fl-ammont ta’ l-għajnuna għall-kuntratt f’dak il-każ. Madanakollu, dan it-tnaqqis ma jaqbix il-100 % ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna.

KAPITOLU VI

Komunikazzjonijiet

Artikolu 35

Obbligi ta’ komunikazzjonijiet mill-Istati Membri lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa bil-prodotti u l-kwantitajiet li għalihom ġie konkluż kuntratt matul il-ġimgħa ta’ qabel, mqassma skond il-perjodu ta’ ħażna u meta applikabbli, il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ġew imressqa applikazzjonijiet biex ikunu konklużi kuntratti;

(b)

mhux iktar tard mill-aħħar tax-xahar, għax-xahar ta’ qabel:

(i)

il-kwantitajiet tal-prodotti mqiegħda jew mneħħija mill-ħażna matul ix-xahar kkonċernat u meta applikabbli, mqassma skond il-kategorija;

(ii)

il-kwantitajiet tal-prodotti fil-ħażna matul ix-xahar kkonċernat u meta applikabbli, mqassma skond il-kategorija;

(iii)

il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom spiċċa l-perjodu tal-ħażna miftiehem;

(iv)

jekk il-perjodu tal-ħażna jkun ġie mqassar jew estiż, skond l-Artikolu 43 (d) (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-prodotti u l-kwantitajiet li għalihom il-perjodu tal-ħażna jkun ġie rrivedut u x-xhur oriġinali u rriveduti għat-tneħħija mill-ħażna.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-mudell għan-notifiki kollha.

3.   Iktar informazzjoni dettaljata dwar in-notifiki għandha tkun stabbilita fir-Regolament tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti jew ir-Regolament li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna minn qabel.

KAPITOLU VII

Il-kontrolli u l-penali

Artikolu 36

Kontrolli

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji bil-ħsieb li jiżguraw l-konformita’ ma’ dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu kontrolli amministrattivi sħaħ ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, li għandhom ikunu ssuplimentati b’kontrolli fuq il-post kif speċifikat fil-paragrafi minn 2 sa 8.

2.   L-awtorità responsabbli għall-kontrolli għandha tagħmel kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fil-ħażna:

(a)

għall-prodotti tal-laħam, fil-mument li jitqiegħdu fil-ħażna;

(b)

għaż-żejt taż-żebbuġa, qabel ma jkun issiġillat fil-btieti;

(c)

għal prodotti oħra, fi żmien 30 ġurnata mid-data ta’ meta tqiegħdu fil-ħażna jew mid-data ta’ l-irċevuta ta’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2)(f) jew 17(2)(f) għall-prodotti diġà fil-ħażna.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 26, 27(3) u l-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, biex ikun żgurat li l-prodotti maħżuna huma eliġibbli għall-għajnuna, kampjun rappreżentattiv ta’ mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet mqegħdha fil-ħażna għandhom ikunu kkontrollati fiżikament biex ikun żgurat li, fir-rigward ta’ pereżempju, it-toqol, l-identifikazzjoni, in-natura u l-kompożizzjoni tal-prodotti, il-lottijiet maħżuna jikkonformaw mad-dettalji fl-applikazzjoni għall-konkluzjoni tal-kuntratt.

3.   Meta l-Istat Membur jista’ joffri raġuni valida, il-limitu ta’ 30 jum stabblit fil-paragrafu 2 jista’ jkun estiż bi 15-il jum.

4.   Fil-każi li l-kontrolli juru li l-prodotti maħżuna ma jaqblux mal-ħtiġijiet ta’ kwalità msemmija fl-Anness I, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 9(2)(h) u fl-Artikolu 16(2)(i), jekk imressqa, għandha tkun issekwestrata.

5.   L-awtorità responsabbli għall-kontrolli għandha:

(a)

tissiġilla l-prodotti b’kuntratt, lott ta’ ħażna jew kwantità iżgħar fiż-żmien tal-verifika prevista mill-paragrafu 2, jew

(b)

tagħmel kontroll mhux imħabbar biex tiżgura li l-kwantità miftiehma qiegħda fil-post tal-ħażna.

Il-kontroll imsemmi fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu għandu jaqbel ma’ ta’ l-inqas 10 % tal-kwantità totali fil-kuntratt u għandu jkun rappresentattiv. Kontrolli bħal dawn għandhom jinkludu eżami tar-reġistri tal-ħażna kif imsemmija fl-Artikolu 22(3) u dokumenti li jappoġġjawhom bħal ma huma biljetti tat-toqol u vawċers tal-kunsinja u, verifika tat-toqol, tip ta’ prodotti u l-identifkazzjoni tagħhom ta’ mill-inqas 5 % tal-kwantità suġġetta għall-kontroll mhux imħabbar.

6.   Fl-aħħar tal-perjodu ta’ ħażna miftiehem, l-awtorità responsabbli għal kontroll għandha, skond il-kuntratt, permezz ta’ kampjuni, tiċċekkja t-toqol u l-identifikazzjoni tal-prodotti fil-ħażna. Għall-iskopijiet ta’ dan il-kontroll, il-parti kontraenti għandha tinforma lill-korp kompetenti, b’indikazzjoni tal-lottijiet/gruppi/btieti/fosos maħżuna involuti, ta’ l-inqas ħamest ijiem qabel:

(a)

l-egħluq tal-perjodu massimu ta’ ħażna miftiehem; jew

(b)

il-bidu ta’ l-operazzjonijiet tat-tneħħija meta l-prodotti jkunu mneħħija qabel jiskadi l-perjodu massimu ta’ ħażna miftiehem.

L-Istati Membri jista’ jaċċetta limitu ta’ żmien iqsar minn ħamest ijiem tax-xogħol.

7.   Meta tapplika l-għażla tal-paragrafu 5(a), għandha tkun ikkontrollata l-preżenza u l-integrità tas-siġilli applikati fl-aħħar tal-perjodu ta’ ħażna miftiehem. L-ispejjeż tas-siġġillar u tat-tqandil għandhom jinġarru mill-parti kontraenti.

8.   Kull kampjun meħud għall-kontroll ta’ kwalità u l-kompożizzjoni tal-prodotti għandu jittieħed minn uffiċjali tal-awtorità responsabbli għall-kontrolli jew fil-preżenza tagħhom.

Kontroll fiżiku jew kontroll tat-toqol għandu jsir fil-preżenza ta’ dawn l-uffiċjali fil-proċedura ta’ l-użin.

Għall-iskopijiet tar-rekord tat-tranżazzjonijiet, kull reġistru u dokument tal-ħażna u finanzjarju kkontrollat min dawn l-uffiċjali għandu jkun ittimbrat u innizjalat waqt iż-żjara ta’ kontroll. Meta jkunu kontrollata r-rekords tal-kompjuter, kopja għandha tkun stampata u miżmuma fil-fajl ta’ ispezzjoni.

Artikolu 37

Ir-Rappurtar

1.   L-awtorità responsabbli għal kontroll għandha tagħmel rapport ta’ kontroll dwar kull kontroll fuq il-post. Ir-rapport għandu jiddeskrivi l-prodotti differenti kkontrollati preċiżament.

Ir-rapport għandu jistabbilixxi:

(a)

id-data u l-ħin tal-bidu tal-kontroll;

(b)

id-dettalji tan-notifika minn qabel mogħtija;

(c)

kemm dam il-kontroll;

(d)

il-persuni responsabbli preżenti;

(e)

in-natura u l-qies tal-kontrolli magħmula, partikolarment bid-dettalji tad-dokumenti u l-prodotti eżaminati;

(f)

ir-riżultati prinċipali u l-konklużjonijiet;

(g)

jekk hemmx bżonn segwitu.

Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-uffiċjal responsabbli u kkontroffirmat mill-parti kontrattanti jew, meta japplika, mill-operatur tal-maħżen u għandu jiġi inkluż fid-dokument tal-ħlas.

2.   Fil-każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti li jaffetwaw mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet tal-prodotti koperti b’kuntratt waħdieni suġġetti għall-kontrolli, il-verifika għandha tiġi estiża għal kampjun akbar li jrid jiġi stabbilit mill-awtorità responsabbli mill-kontrolli.

3.   L-awtorità responsabbli għall-kontroll għandha tirreġistra kull każ ta’ nuqqas ta’ konformità fuq il-bażi tal-kriterji tal-gravità, qies, tul u ripetizjoni li tista’ tirriżulta f’eskluzjoni skond l-Artiklu 38(1), u/jew fil-ħlas lura ta’ għajnuna li tħallset mingħajr ma kien mistħoqq, inkluż l-interessi fejn applikabbli, skond il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 38

Penali

1.   Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ssib li dokument ippreżentat minn offerent jew applikant għall-attribuzzjoni tad-drittijiet li joriġinaw minn dan ir-Regolament ikollu informazzjoni skorretta u meta din l-informazzjoni skorretta tkun deċiżiva għall-attribuzzjoni ta’ dawk id-drittijiet, l-awtoritàt kompetenti għandha teskludu lill-offerent jew applikant mill-proċedura ta’ għajnuna għall-ħażna privata għall-istess prodott li fuqu ingħatat informazzjoni skorretta għal perjodu ta’ sena minn meta ssir deċiżjoni amministrativa finali li tistabbilixxi l-irregolarità.

2.   L-esklużjoni prevista miIl-paragrafu 1 ma għandiex tapplika jekk l-offerent jew l-applikant jagħti prova, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, li s-sitwazzjoni msemmija f’dakil-paragrafu tkun minħabba force majeure jew żball ċar.

3.   Ħlas li ma kienx mistħoqq għandu jkun irkuprat, bl-interessi mingħand l-opertauri kkonċernati. Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (18) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

4.   Implimentazzjoni ta’ penaltajiet amministrattivi u rkupru ta’ ammonti imħallsa meta mhux mistħoqq, kif provdut f’dan l-Artikolu, huma mingħajr preġudizzju għall-kommunikazzjoni ta’ irregolaritajiet lill-Kummissjoni skond ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1848/2006 (19).

KAPITOLU VIII

Dispożizzjonijiet li jemendaw, li jirrevokaw u finali

Artikolu 39

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Il-Paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 1 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 562/2005 huma mħassra.

Artikolu 40

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 952/2006

Il-Kapitlu VIa tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 jitħassar.

Madanakollu, jibqa’ japplika għall-kuntratti konklużi fl-2008 skond il-Kapitlu mħassar.

Artikolu 41

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 105/2008

Il-Kapitlu III tar-Regolament (KE) Nru 105/2008 huwa mħassar.

Madanakollu, jibqa’ japplika għall-kuntratti konklużi fl-2008 skond il-Kapitlu mħassar.

Artikolu 42

Revoki

Ir-Regolament (KEE) Nru 3444/90, (KE) Nru 907/2000, (KE) Nru 2153/2005, (KE) Nru 6/2008 u (KE) Nru 85/2008 huma revokati. Madanakollu, għandhom jibqgħu japplikaw għall-kuntratti konklużi skond ir-Regolamenti revokati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolaament.

Ir-Regolament (KE) Nru 2659/94 hu mħassar. Madanakollu, jibqa’ japplika għall-kuntratti konklużi skond dak ir-Regolament revokat qabel l-1 ta’ Marzu 2009.

Ir-Regolament (KE) Nru 414/2008 hu mħassar. Madanakollu, jibqa’ japplika għall-kuntratti konklużi skond dak ir-Regolament revokat waqt is-sena tas-suq 2008/2009.

Artikolu 43

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(3)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 11.

(4)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 707/2008 (ĠU L 197, 25.7.2008, p. 4).

(5)  ĠU L 32, 6.2.2008, p. 3.

(6)  ĠU L 333, 30.11.1990, p. 22. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(7)  ĠU L 284, 1.11.1994, p. 26. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 588/2007 (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 16).

(8)  ĠU L 105, 3.5.2000, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(9)  ĠU L 342, 24.12.2005, p. 39.

(10)  ĠU L 3, 5.1.2008, p. 13.

(11)  ĠU L 27, 31.1.2008, p. 3.

(12)  ĠU L 125, 9.5.2008, p. 17. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 750/2008 (ĠU L 202, 31.7.2008, p. 44).

(13)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(14)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(15)  ĠU L 251, 27.7.2004, p. 9.

(16)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.

(17)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(18)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

(19)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56.


ANNESS I

ĦTIĠIET TAL-KWALITÀ

Għajnuna għandha tkun mogħtija biss għall-ħażna ta’ prodotti ta’ kwalità kummerċjabbli tajba u ġusta, ta’ oriġini Komunitarja u li għalihom kienu stabbiliti l-ħtiġijiet tal-kwalità.

Il-livelli ta’ radjuattività fil-prodotti eliġibbli għall-għajnuna għall-ħażna privata m’għandhomx jaqbżu l-livell massimu permess, meta applikabbli, skond ir-regoli Komunitarji. Il-livell ta’ kontaminazzjoni radjuattiva tal-prodotti għandu jiġi mmonitorjat biss jekk is-sitwazzjoni tkun hekk teħtieġ, u matul il-perjodu rekwiżit. Meta jkun hemm bżonn, it-tul u l-għan ta’ kontrolli jkunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

I.   Laħam

Għajnuna għall-ħażna privata għandha tingħata biss għal-laħam li jissodisfa il-kriterji li ġejjin:

(a)

ċanga kklassifkata skond l-iskala Komunitarja tal-karkassi stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 (1), u identifikata skond l-Artioklu 4(3)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2006 (2);

(b)

il-karkassi tal-ħrief ta’ inqas minn tnax-il xahar u biċċiet tagħhom li jiġu minn annimali identifkati skond ir-Regolament tal-Kunsill 21/2004 (3);

(ċ)

għandu jkun minn annimali mrobbija fil-Komunità mill-inqas fl-aħħar tliet xhur fil-każ ta’ ċanga, xahrejn fil-każ ta’ laħam tal-majjal u laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż u maqtula mhux iktar minn għaxart ijiem qabel id-data li fiha l-prodotti jkunu mqiegħda fil-ħażna;

(d)

għandu jkun idderivat minn bhejjem imrobbija skond il-ħtiġiet veterinarji prevalenti;

(e)

għandu jkun kiseb il-marka tas-saħħa kif msemmi fis-Sezzjoni I ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(f)

ma għandu jkollu l-ebda karatteristika li tagħmlu mhux tajjeb għall-ħażna jew għall-użu sussegwenti;

(g)

ma għandux jiġi minn bhejjem maqtula b’riżultat ta’ miżuri ta’ emerġenza;

(h)

għandu jitqiegħed fil-ħażna fl-istat frisk u maħżun fl-istat iffriżat.

II.   Ġobon

1.   Ġobon grana padano, parmigiano-reggiano u provolone

Għajnuna għall-ħażna privata għandha tingħata biss għall-ġobon:

(a)

ta’ l-età minima prevista fl-Artikolu 28 (b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fid-data meta bdiet il-ħażna skond il-kuntratt u li ma kienx soġġett għal kuntratt ta’ ħażna qabel;

(b)

li kull lott tiegħu jiżen ta’ l-anqas żewġ tunnellati;

(ċ)

ittimbrat b’mod li ma jitħassarx bi:

(i)

il-marka maħruġa mill-aġenzija maħtura mill-Istat Membru,

(ii)

in-numru li jidentifka l-fabbrika li immanifatturathom,

(iii)

ix-xahar tal-manifattura, li jista’ jkun f’kodiċi,

(iv)

marka speċjali tal-ħażna mqiegħda fuq l-ġobon meta jittieħed għall-ħażna sabiex tiddistingwihom minn dawk li mhumiex koperti b’kuntratt tal-ħażna;

2.   Ġobon li jżomm fit-tul, pecorino romano, kefalotyri u kasseri

Għajnuna għall-ħażna privata għandha tingħata biss ghal:

(a)

ġobon intier;

(b)

ġobon immanifatturat fil-Komunità u li:

(i)

huwa immarkat b’linka li ma titħassarx b’indikazzjoni ta’ l-impriża fejn ġie mmanifatturat u l-jum u x-xahar tal-produzzjoni; dawn ikunu indikati taħt forma ta’ kodiċi;

(ii)

għadda minn testijiet ta’ kwalià li stabbilixxew il-klassifikazzjoni tiegħu wara li mmatura.

III.   Butir

Għajnuna għall-ħażna privata għandha tkun mogħtija għall-butir li jkun ġie prodott f’impriża approvata skond l-Artikolu 4(1)(a), (b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 105/2008, matul it-28 jum li jiġu qabel il-jum tal-applikazzjoni jew il-jum tal-preżentazzjoni ta’ l-offerta.

Il-pakkett tal-butir għandu juri ta’ l-inqas id-dettalji li ġejjin, li jistgħu ikunu f’kodiċi meta xieraq:

(a)

in-numru li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru ta’ produzzjoni;

(b)

id-data ta’ produzzjoni;

(ċ)

id-data tad-dħul fil-ħażna;

(d)

in-numru ta’ grupp ta’ produzzjoni;

(e)

il-kelma “bil-melħ” fil-każ tal-butir imsemmi fl-Artikolu 28(a) (ii) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(f)

il-piż nett.

L-Istati Membri jistgħu iwarrbu l-obbligu li jindikaw id-data tad-dħul fil-ħażna fuq il-pakkett sakemm il-meniġer tal-maħżen jiddeċiedi li jżomm reġistru li fih jkunu miktuba d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu fid-data tad-dħul fil-ħażna.

IV.   Zokkor

Iz-zokkor li għalih tkun ippreżentata offerta jew applikazzjoni għandu jkun:

(a)

zokkor abjad f’forma kristallina fi kwantità kbira u/jew f’boroż kbar (800 kg jew iktar) u/jew f’boroz ta’ 50kg;

(b)

prodott fil-kwota matul is-sena tas-suq li fih saret l-offerta jew l-applikazzjoni bl-esklużjoni taz-zokkor abjad irtirat, mħolli ‘il quddiem jew offrut għal intervent pubbliku;

(ċ)

ta’ kwalità kummerċjabbli tajba u ġusta, ġieri, b’kontenut ta’ umdità mhux iktar minn 0,06 %.


(1)  ĠU L 214, 4.8.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 6.

(3)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.


ANNESS II

BUTIR MAĦŻUN FI STAT MEMBRU DIFFERENTI MINN DAK FEJN KIEN PRODOTT

Meta l-butir huwa maħżun fi Stat Membru differenti minn dak fejn kien prodott il-konklużjoni tal-kuntratt tal-ħażna għandu jkun suġġett għal preżentazzjoni ta’ ċertifkat.

Iċ-ċertifikat għandu jkollu numru li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru fejn kien prodott, id-data tal-produzzjoni u n-numru tal-grupp tal-produzzjoni u jikkonferma li l-butir kien prodott f’impriża approvata li hija soġġetta għal kontrolli li jiċċekkjaw li l-butir huwa prodott mill-krema jew mill-ħalib fit-tifsira tal-Artikolu 6(2)(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Iċ-ċertifikat għandu jkun fornit mill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn kien prodott sa 50 jum mid-data li fiha l-butir daħal fil-ħażna.

Fil-każ fejn il-butir huwa maħżun fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn kien prodott, il-kuntratti għandhom ikunu konklużi sa 60 jum mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni, fejn xieraq, soġġett għal konferma sussegwenti ta’ l-eliġibbiltà tal-butir kif imsemmi fl-Artikolu 36(2) it-tieni subparagrafu. Fil-każ li ma jkunx hemm konferma ta’ eliġibbiltà, il-kuntratt ikkonċernat għandu jkun null u bla effett.

Fejn l-Istat Membru ta’ produzzjoni jkun wettaq il-verifiki dwar in-natura u l-kompożizzjoni tal-butir, iċ-ċertifikat għandu jkun fih ukoll ir-riżultati ta’ dawk il-verifiki u konferma li l-prodott ikkonċernat huwa butir skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 28(a) (i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. F’dak il-każ, l-ippakkeġġjar għandu jkun issiġillat permezz ta’ tikketta nnumerata maħruġa mill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni. Iċ-ċertifkat għandu jkollu in-numru tat-tikketta.


ANNESS III

RAPPURTAĠĠ TAD-DATA

A.   Żejt taż-żebbuġa

(a)

Mhux iktar tard minn kull nhar ta’ Erbgħa, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni il-prezzijiet medji reġistrati fis-swieq rappreżentattivi tagħhom ewlenin il-ġimgħa ta’ qabel għall-kategoriji differenti ta’ żejt mniżżla fl-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(b)

Qabel il-31 ta’ Awwissu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni previżjoni tal-produzzjoni totali taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ għas-sena tas-suq attwali u stima finali tal-produzzjoni totali taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ għas-sena tas-suq ta’ qabel.

(c)

Minn Settembru sa Mejju ta’ kull sena tas-suq, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, mhux iktar tard mill-15 ta’ kull xahar, stima xahar b’xahar taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ prodotti minn meta bdiet is-sena tas-suq ikkonċernata, kif ukoll aġġornament tal-previzjoni msemmija fil-punt (b).

(d)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ kollezzjoni ta’ data li huma jiddeċiedu li hija l-iktar xierqa biex jiġbru u jippreparaw in-notifiki msemmija fil-punti (b) u (c) u għandhom jispeċifikaw, fejn xieraq, l-obbligi ta’ komunikazzjoni tad-data ta’ l-operaturi fis-settur taż-żebbuġ.

(e)

Id-data msemmija fil-punti (a), (b) and (c) għandhom ikunu mibgħuta fuq il-formoli li tipprovdi l-Kummissjoni.

(f)

Il-Kummissjoni tista’ tuża sorsi ta’ informazzjoni oħra.

B.   Ċanga

Kalkolu tal-prezz tas-suq Komunitarju medju għall-karkassi tal-bhejjem ta’ l-ifrat, espressi bħala grad R3

(a)

Il-prezz medju tas-suq nazzjonali tal-kategorija A, espress bħala tal-grad R3, ikkalkolat skond it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 1669/2006.

(b)

Il-prezz medju tas-suq nazzjonali tal-kategorija Ċ, espress bħala tal-grad R3, ikkalkolat skond it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 1669/2006.

(c)

Il-prezz medju tas-suq nazzjonali tal-kategorija A/Ċ = il-piż medju ppeżat ta’ l-(a) u l-(b) bil-piż irid jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-qatliet f’kull kategorija għat-total tal-qtil kollu nazzjonali tal-kategorija A/Ċ.

(d)

Il-prezz medju tas-suq Komunitarju tal-kategorija A/Ċ = il-piż medju taċ-(ċ) bil-peżament ibbażat fuq il-proporzjon tal-qtil totali tal-kategorija A/Ċ f’kull Stat Membru mal-qtil totali tal-kategorija A/Ċ fil-Komunità.


ANNESS IV

KUNDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-OPERATURI FIS-SETTUR TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

L-operaturi taż-żejt taż-żebbuġa jaqgħu f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)

Organizzazzjoni ta’ produtturi li fiha ta’ l-inqas 700 produtturi taż-żebbuġ jekk din taġixxi bħala organizzazzjoni għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa;

(b)

Organizzazzjoni ta’ produtturi li tirrapreżenta ta’ l-inqas 25 % tal-produtturi taż-żebbuġ jew tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fir-reġjun li qiegħda fih;

(c)

Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi minn żoni ekonomiċi differenti u magħmula minn ta’ l-anqas għaxar organizzazzjonijiet ta’ produtturi kif imsemmi f’(a) u (b) hawn fuq jew numru ta’ organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw ta’ l-anqas 5 % tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fl-Istat Membru kkonċernat;

(d)

Mitħna b’faċilitajiet li jistgħu jagħsru ta’ l-anqas żewġ tunnellati f’jum ta’ xogħol ta’ tmien sigħat u li pproduċiet total ta’ mill-inqas 500 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa verġni fis-sentejn tas-suq preċedenti;

(e)

Ditta ta’ l-ippakkjar b’kapaċità, fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, ugwali ta’ l-anqas għal 6 tunnellati ta’ żejt ippakkjat għal kull ġurnata ta’ xogħol ta’ tmien sigħat, u li ppakkjat matul is-sentejn tas-suq preċedenti total ta’ l-anqas ta’ 500 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa.

Jekk waħda jew iktar mill-organizzazzjonijiet li jipproduċu jew jikkummerċjalizzaw iż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa hija/huma membru jew membri ta’ l-organizzazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu, il-produtturi taż-żebbuġ involuti fi grupp bħal dan għandhom ikunu kkunsidrati individwalment meta jkun ikkalkulat in-numru minimu ta’ 700 produttur.

L-operaturi taż-żejt taż-żebbuġa mhumiex eliġibbli jekk huma:

(a)

suġġetti għall-proċeduri ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 865/2004 u Nru 1234/2007;

(b)

kienu ppenalizzati minħabba ksur fl-iskema għall-għajnuna għall-produzzjoni stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE (1) fis-snin tas-suq 2002/03, 2003/04 u 2004/05;

(c)

kienu ppenalizzati minħabba ksur fl-iskema li tiffinanzja attivitajiet ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ operaturi taż-żejt stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98/ (2) fis-snin tas-suq 2002/03, 2003/04 u 2004/05.


(1)  ĠU 172, 30.9.1966, p. 3025/66.

(2)  ĠU L 210, 28.7.1998, p. 32.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 827/2008

ta’ l-20 ta’ Awwissu 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 816/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 220, 15.8.2008, p. 14.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mill-21 ta’ Awwissu 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

24,91

3,84

1701 11 90  (1)

24,91

9,08

1701 12 10  (1)

24,91

3,68

1701 12 90  (1)

24,91

8,65

1701 91 00  (2)

26,80

11,83

1701 99 10  (2)

26,80

7,31

1701 99 90  (2)

26,80

7,31

1702 90 95  (3)

0,27

0,38


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/25


IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI

ID-DEĊIŻJONI Nru 208

tal-11 ta’ Marzu 2008

Rigward it-tqawwif ta' qafas komuni għall-ġabra tad-data dwar il-ħlas tal-klejms tal-pensjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/683/KE)

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 81(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (1), skond liema l-Kummissjoni Amministrattiva se tkabbar u tiżviluppa l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri billi timmodernizza l-proċedura għall-iskambju ta' tagħrif, b'mod partikolari bl-addattament tal-fluss ta' tagħrif bejn l-istituzzjonijiet għall-għan ta' l-iskambju telematiku, b'kunsiderazzjoni għall-iżvilupp ta' l-ipproċessar tad-data f'kull Stat Membru. L-għan ta' tali modernizzazzjoni se tkun li jitħaffef l-għoti tal-benefiċċji,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 117 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (2), skond liema l-Kummissjoni Amministrattiva, fuq riċerka u proposti tal-Kummissjoni Teknika msemmija fl-Artikolu 117c tar-Regolament ta' implimentazzjoni, se taddatta għat-tekniki l-ġodda ta' l-ipproċessar tad-data l-mudelli tad-dokumenti kif ukoll ir-rotot li jintużaw u l-proċeduri tat-trasmissjoni tad-data meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni,

Billi:

(1)

Biex tgħin lill-Kummissjoni Amministrattiva tevalwa l-estent sa fejn ix-xogħol tal-Kummissjoni Teknika qiegħed jikkontribwixxi għat-tħaffif ta' l-għoti tal-benefiċċji, jeħtieġ li jingħata xi tagħrif bażiku kwantifikat, kif ukoll kwalitattiv.

(2)

Id-diverġenzi bejn it-tagħrif disponibbli fl-Istati Membri varji jtaqqal ix-xogħol tat-tqabbil u l-ġabra tad-data statistika ma għandhiex tirrappreżenta piż tqil u żejjed fuq l-Istati Membri.

(3)

Għalhekk l-intenzjoni hi li tinġabar data bażika ewlenija dwar l-ipproċessar u l-ħlas tal-klejms tal-pensjoni tax-xjuħija sabiex jitjieb l-għarfien rigward il-qagħda f'kull Stat Membru, b'mod partikolari rigward fejn jinsab il-ħnuq ewlieni fis-sistema u l-proċeduri ta' kull Stat Membru; biex jinqasam it-tagħrif fuq l-aħjar prassi u jiġu ġġenerati ideat dwar kif il-ħinijiet ta' l-ipproċessar jistgħu jitnaqqsu u biex jiġu stabbiliti punti ta' referenza ċari ħalli jkun possibbli għal kull Stat Membru li jkollu punt ta' referenza ma' liema jista' jqabbel ir-rendiment tiegħu.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit qafas komuni wiesa’ għall-ġabra tad-data fuq il-ħlas tal-klejms tal-pensjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu linji ta' gwida preċiżi lill-istituzzjonijiet nazzjonali għal dan il-għan,

(5)

L-istituzzjonijiet kompetenti għandhom iżommu f'moħħhom l-iżvilupp u l-introduzzjoni imminenti ta' l-Iskambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (EESSI) fit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistemi nazzjonali interni tagħhom għall-ksib u l-ġabra tad-data dwar l-ipproċessar u l-ħlas tal-klejms tal-pensjoni.

(6)

Id-Deċiżjoni 182 li pprovdiet għat-twaqqif ta' qafas komuni ta' din ix-xorta skadiet fl-1 ta’ Jannar 2006.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

(1)   L-istituzzjonijiet kompetenti ta' l-Istati Membri (jew istituzzjonijiet kompetenti maħtura fejn hemm bosta fi ħdan Stat Membru) għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-data identifikata taħt il-punt 5 tista' tinġabar u tiġi pprovduta.

(2)   Din id-data għandha tiġi fornuta f'Jannar ta' kull sena, rigward is-sena ta' qabel lill-Kummissjoni Teknika, stipulata fl-Artikolu 117c tar-Regolament (KEE) Nru 574/72.

(3)   Is-Segretarjat tal-Kummissjoni Teknika se jiġi inkarigat bil-koordinazzjoni tal-ġabra ta' din id-data u, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni Teknika, iħejji taqsira annwali għall-Kummissjoni Amministrattiva.

(4)   Id-data miġbura għandha tikkonċerna biss pensjonijiet tax-xjuħija li jinvolvu persuna li tikklejmja li hi residenti fi Stat Membru ieħor u għandha turi dan li ġej:

(a)

Il-ħin ta' reazzjoni ta' l-istituzzjoni li tinvestiga fl-Istat Membru ta' residenza (jiġifieri l-ħin meħud mill-istituzzjoni li tinvestiga biex tgħarraf lill-istituzzjoni kompetenti li saret klejm għal pensjoni lil din l-aħħar istituzzjoni). Għall- għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, “istituzzjoni li tinvestiga” se tfisser l-organizzazzjoni fl-Istat Membru ta' residenza tal-persuna li tikklejmja responsabbli mit-tlestija tal-formola E 202 filwaqt li “istituzzjoni kompetenti” tfisser l-organizzazzjoni fl-Istat Membru li tirċievi l-E 202 mimlija u hi responsabbli mill-ipproċessar tal-klejm kif xieraq;

(b)

il-ħin meħud mill-istituzzjoni kompetenti biex tipproċessa l-klejm (jiġifieri l-ħin meħud mill-Istituzzjoni Kompetenti biex toħroġ deċiżjoni finali);

(ċ)

il-ħin ta' l-ipproċessar totali meħud miż-żewġ Stati Membri involuti (jiġifieri l-ħin, li min jagħmel il-klejm ikollu jistenna, sakemm toħroġ id-deċiżjoni finali mid-data meta tressqet għall-ewwel darba l-klejm lill-istituzzjoni li tinvestiga).

Nota: Ir-referenza għall-“Formola E 202” se tapplika mutatis mutandis lid-Dokument Elettroniku Strutturat xieraq (DES) meta l-iskambji elettroniċi skond il-proġett EESSI jibdew.

(5)   Id-data attwali miġbura għandu jkun fiha li ġej:

(a)

l-aqsar ħin, l-itwal ħin u l-ħin mezzan meħud tul it-tnax-il xahar ta' qabel sabiex il-klejms tal-pensjoni tax-xjuħija jintbagħtu mill-istituzzjoni li tinvestiga lill-Istituzzjoni Kompetenti;

(b)

l-iqsar ħin, l-itwal ħin u l-ħin mezzan meħud tul it-tnax-il xahar ta' qabel għall-ħruġ tad-deċiżjoni finali mill-istituzzjoni kompetenti dwar pensjoni għax-xjuħija fejn il-persuna li tikklejmja qiegħda tgħix fi Stat Membru ieħor;

(ċ)

kummentarju qasir mill-istituzzjoni kompetenti biex tqiegħed id-data f'kuntest u tiċċara l-fatturi involuti fil-ħlas ta' l-iqsar u l-itwal klejms;

(d)

spjegazzjoni qasira mill-istituzzjoni kompetenti tal-metodoloġija użata, jekk kienx hemm kampjun jew le, id-daqs tal-kampjun, il-perjodu kopert, l-għadd totali tal-fajls eżaminati, eċċ.

(6)   Fejn possibbli, il-ġabra tad-data tibda f'Jannar 2008 bil-ħsieb ta' l-ewwel preżentazzjoni lill-Kummissjoni Teknika f'Jannar 2009.

(7)   Kull Stat Membru se jippreżenta d-data tiegħu lill-Kummissjoni Teknika sabiex iħeġġeġ l-iskambju ta' l-esperjenza u t-tixrid ta' l-aħjar prassi.

(8)   Is-sistema tal-ġabra u l-użu tad-data tiġi riveduta fl-aħħar ta' kull sena u fejn jeħtieġ isiru r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa għat-titjib.

(9)   Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Din għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Jana LOVŠIN


(1)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 392, 30.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 101/2008 (ĠU L 31, 5.2.2008, p. 15).


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 40/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2008 ta’ l-1 ta’ Frar 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/399/KE tal-11 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li r-Rumanija hija uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li s-Slovenja hija ħielsa mill-bruċellożi bovina (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/522/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/802/KE fir-rigward ta’ laħam tal-majjal minn ħnieżer li tlaqqmu b’tilqima ħajja attenwata konvenzjonalment fir-Rumanija (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/559/KE tat-2 ta’ Awissu 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li xi reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi enzotika tal-bovini (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/584/KE tal-21 ta’ Awissu 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward tal-garanziji addizzjonali tal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini relatati mar-rhinotracheitis tal-bovini infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda minn ċertu Stati Membri (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2007/590/KE tas-27 ta’ Awissu 2007 dwar l-introduzzjoni ta’ tilqim preventiv kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u dispożizzjonijiet relatati għall-movimenti fl-Olanda (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2007/598/KE tat-28 ta’ Awissu 2007 dwar il-miżuri biex jiġi evitat it-tixrid ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja fost għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati fl-Istati Membri (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/603/KE tas-7 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2001/618/KE li għandha tinkludi lis-Slovakkja fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u r-reġjuni ta’ Spanja fil-lista tar-reġjuni fejn programmi għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky ġew approvati u huma f’posthom (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein u għall-Iżlanda,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta’ Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/399/KE, 2007/522/KE, 2007/559/KE, 2007/584/KE, 2007/590/KE, 2007/598/KE u 2007/603/KE, fil-lingwa Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 150, 12.6.2007, p. 11.

(3)  ĠU L 193, 25.7.2007, p. 23.

(4)  ĠU L 212, 14.8.2007, p. 20.

(5)  ĠU L 219, 24.8.2007, p. 37.

(6)  ĠU L 222, 28.8.2007, p. 16.

(7)  ĠU L 230, 1.9.2007, p. 20.

(8)  ĠU L 236, 8.9.2007, p. 7.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m’huma indikati.


ANNESS

Kapitolu I ta’ Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 38 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/268/KE) tat-Taqsima 3.2:

“39.

32007 D 0598: Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2007/598/KE tat-28 ta’ Awwissu 2007 dwar il-miżuri biex jiġi evitat it-tixrid ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja fost għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati fl-Istati Membri (ĠU L 230, 1.9.2007, p. 20).

Dan l-att ma japplikax għall-Iżlanda.”

2)

Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” dan li ġej għandu jiġi miżjud f’punt 37 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/802/KE) f’Taqsima 3.2:

“, kif emendat minn:

32007 D 0522: Ir-Regolament tal-Kummissjoni 2007/522/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 23).”

3)

Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” dan li ġej għandu jiġi miżjud f’punt 40 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/24/KE) f’Taqsima 3.2:

“41.

32007 D 0590: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/590/KE tas-27 ta’ Awwissu 2007 dwar l-introduzzjoni ta’ tilqim preventiv kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u dispożizzjonijiet relatati għall-movimenti fl-Olanda (ĠU L 222, 28.8.2007, p. 16).

Dan l-att ma japplikax għall-Iżlanda.”

4)

Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 14 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE) tat-Taqsima 4.2:

“—

32007 D 0399: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/399/KE tal-11 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 150, 12.6.2007, p. 11).”

5)

Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 64 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KEE) tat-Taqsima 4.2:

“—

32007 D 0603: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/603/KE tas-7 ta’ Settembru 2007 (ĠU L 236, 8.9.2007, p. 7).”

6)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda f’punt 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) f’Taqsima 4.2:

“—

32007 D 0399: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/399/KE tal-11 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 150, 12.6.2007, p. 11).

32007 D 0559: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/559/KE tat-2 ta’ Awwissu 2007 (ĠU L 212, 14.8.2007, p. 20).”

7)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud wara punt 80 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KEE) tat-Taqsima 4.2:

“, kif emendat minn:

32007 D 0584: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/584/KE tal-21 ta’ Awwissu 2007 (ĠU L 219, 24.8.2007, p. 37).”


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 41/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2008 ta’ l-1 ta’ Frar 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, ta’ l-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/393/KE (3), li tinsab inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt dan il-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta’ l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/598/KE) fil-Parti 3.2:

“40.

32007 R 1266: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, ta’ l-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet tal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Iżlanda.”

(2)

It-test tal-punt 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE) tal-Parti 3.2 għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fl-ilsien Norveġiż, li għandu jiġi ippubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.

(3)  ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 42/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2008 ta’ l-1 ta’ Frar 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira Komunitarja biex titnaqqas il-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u tas-Salmonella typhimurium fil-brojlers u jitneħħa r-Regolament (KE) Nru 1091/2005 (2) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/407/KE tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar il-monitoraġġ armonizzat tar-reżistenza antimikrobika tas-Salmonella fit-tjur u l-ħnieżer (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/411/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jiġu minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 għal kwalunkwe skop u li teżenta lil dawn l-annimali minn ċerti miżuri ta’ kontroll u qerda stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/598/KE (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istat tal-BSE fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skond ir-riskju tagħhom tal-BSE (5) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/570/KE tal-20 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/634/KE li tapprova l-programmi bil-għan li jinkiseb status ta’ żoni u rziezet approvati f’ żoni li mhumiex approvati, b’rabta mas-settiċemija emorraġika virali (VHS) u tan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) fil-ħut (6) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 646/2007 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1091/2005 (7), li jinsab inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni 2007/411/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/598/KE (8) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim.

(9)

Bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 l-Iżlanda ħadet l-atti msemmija fil-Kapitolu I ta’ l-Anness I, ħlief għal dawk id-dispożizzjonijiet dwar l-annimali ħajjin, barra mill-ħut u annimali ta’ l-akkwakultura, u prodotti ta’ l-annimali bħal ma huma l-bajd għat-tnissil, l-embrijuni, u ż-żerriegħa tar-raġel.

(10)

L-atti msemmija fil-Kapitolu I ta’ l-Anness I għandhom japplikaw għall-Iżlanda sakemm ma jkunx stabbilit fl-att speċifiku li dan ma jkunx japplika għall-Iżlanda. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit li numru ta’ atti inkorporati fil-Ftehim ma japplikawx għall-Iżlanda.

(11)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda b’perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttiva tal-Kapitolu I ta’ l-Anness I għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Iżlanda qabel ir-reviżjoni ta’ dan il-Kapitolu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-Żee Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007.

(12)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta’ l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TA’ L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 55 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/634/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32007 D 0570: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/570/KE tal-20 ta’ Awwissu 2007 (ĠU L 217, 22.8.2007, p. 36).”

(2)

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 46 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/182/KE) fil-Parti 7.2:

“47.

32007 R 0646: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda mira Komunitarja biex titnaqqas il-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u tas-Salmonella typhimurium fil-brojlers u jitneħħa r-Regolament (KE) Nru 1091/2005 (ĠU L 151, 13.6.2007, p. 21).

48.

32007 D 0407: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/407/KE tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar il-monitoraġġ armonizzat tar-resistenza antimikrobijali tas-Salmonella fit-tjur u l-ħnieżer (ĠU L 153, 14.6.2007, p. 26).

49.

32007 D 0453: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istat tal-BSE ta’ l-Istati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skond ir-riskju tal-BSE tagħhom (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).”

(3)

It-test tal-punt 26 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 1091/2005) fil-Parti 7.2 għandu jitħassar.

(4)

Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TA’ L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTHOQQ”, it-test tal-punt 41 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/598/KE) fil-Parti 7.2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

32007 D 0411: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/411/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jiġu minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 għal kwalunkwe skop u li teżenta dawn l-annimali minn ċerti kontrolli u miżuri ta’ qerda stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/598/KE (ĠU L 155, 15,6,2007, p. 74).”

(5)

Is-sentenza “Dan it-test ma japplikax għall-Iżlanda” għandha tidħol fil-punt 133 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/16/KE) fil-Parti 1.2.

(6)

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TA’ L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTHOQQ” is-sentenza “Dan it-test ma japplikax għall-Iżlanda” għandu jidħol fil-punt 35 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/123/KE), 36 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/800/KE), 37 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/802/KE), 38 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/18/KE), 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/19/KE) u 40 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/24/KE) fil-Parti 3.2.

(7)

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TA’ L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” is-sentenza “Dan it-test ma japplikax għall-Iżlanda” għandħa tidħol fil-punt 58 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/17/KE) fil-Parti 4.2.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 646/2007 u d-Deċiżjonijiet 2007/407/KE, 2007/411/KE, 2007/453/KE u 2007/570/KE fil-lingwi Iżlandiżi u Norveġiżi, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE ta’ miegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 21.

(3)  ĠU L 153, 14.6.2007, p. 26.

(4)  ĠU L 155, 15.6.2007, p. 74.

(5)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.

(6)  ĠU L 217, 22.8.2007, p. 36.

(7)  ĠU L 182, 13.7.2005, p. 3.

(8)  ĠU L 204, 5.8.2005, p. 22.

(*)  Indikata l-eżistenza ta’ ħtiġijiet kostituzzjonali.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 43/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1380/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase (Natugrain Wheat TS) bħala addittiv fl-għalf (2), kif korrett mill-ĠU L 310, 28.11.2007, p. 22, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1zzzzd (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2007) tal-Kapitolu II ta’ l-Anness I tal-Ftehim:

“1zzzze.

32007 R 1380: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1380/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase (Natugrain Wheat TS) bħala addittiv fl-għalf, kif korrett mill-ĠU L 310, 28.11.2007, p. 22.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1380/2007, kif korrett mill-ĠU L 310, 28.11.2007, p. 22, fil-lingwa Iżlandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 21.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 44/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2008 ta’ l-1 ta’ Frar 2008 (1).

(2)

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/72/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ l-ispeċi Galega orientalis Lam (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud f’punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE) f’Parti 1 tal-Kapitolu III ta’ l-Anness I tal-Ftehim:

“—

32007 L 0072: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/72/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 37).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/72/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta’, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 4.

(2)  ĠU L 329, 14.12.2007, p. 37.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 45/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/2007 ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim,

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2007 tad-9 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward ta’ l-għalf minn pakketti fl-ewwel sena tagħhom ta’ konverżjoni għall-biedja organika (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu f’punt 54b (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 2092/91 tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness II tal-Ftehim:

“—

32007 R 0807: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/2007 ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 181, 11.7.2007, p. 10),

32007 R 1319: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2007 tad-9 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 293, 10.11.2007, p. 3).”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 807/2007 u (KE) Nru 1319/2007 fl-ilsien Iżlandiz u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 7.

(2)  ĠU L 181, 11.7.2007, p. 10.

(3)  ĠU L 293, 10.11.2007, p. 3.

(*)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 46/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (2), korrett permezz tal-ĠU L 12, 18.1.2007, p.3, għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(3)

Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (3) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(4)

Direttiva tal-Kunsill 2007/61/KE tas-26 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippriżervat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem (4) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII ta’ l-Anness II għall-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

1.

L-inċiż illi ġej għandu jiżdied fil-punt 54zs (id-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE):

“—

32007 L 0061: Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/61/KE tas-26 ta’ Settembru 2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 27).”

2.

Il-punti li ġejjin għandhom jidħlu wara l-punt 54zzzs (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/42/KE):

“54zzzt.

32006 R 1924: Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9), korrett permezz tal-ĠU L 12, 18.1.2007, p. 3.

54zzzu.

32006 R 1925: Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, korretti permezz tal-ĠU L 12, 18.1.2007, p. 3 u 1925/2006, u d-Direttiva 2007/61/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 7.

(2)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(3)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(4)  ĠU L 258, 4.10.2007, p. 27.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 47/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, l-standards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1064/2007 tas-17 ta' Settembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel li joriġina mill-annimali, fir-rigward ta’ Avilamycin (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jinżied f'punt 14 (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“—

32007 R 1064: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1064/2007 tas-17 ta’ Settembru 2007 (ĠU L 243, 18.9.2007, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1064/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiza, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 124, 8.5.2008, p. 17.

(2)  ĠU L 243, 18.9.2007, p. 3.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 48/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/69/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tinkludi id-dichlofluanid bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/70/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tinkludi id-dichlofluanid bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/794/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kapitolu XV ta’ l-Anness II tal-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32007 L 0069: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/69/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 23),

32007 L 0070: Id-Direttiva 2007/70/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 26)”

(2)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“12zd.

32007 D 0794: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/794/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 35).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2007/69/KE u 2007/70/KE u d-Deċiżjoni 2007/794/KE, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 11.

(2)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 23.

(3)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 26.

(4)  ĠU L 320, 6.12.2007, p. 35.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 49/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/53/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 76/68/KEE dwar il-prodotti kożmetiċi għall-iskop li tadatta l-Anness III għall-progress tekniku (2), korretta mill-ĠU L 22, 25.1.2008, p. 21, għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/54/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 76/68/KEE dwar il-prodotti kosmetiċi għall-iskop li tadatta l-Annessi II u III għall-progress tekniku (3), korretta mill-ĠU L 258, 4.10.2007, p. 44, għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI ta’ l-Anness II tal-Ftehim.

“—

32007 L 0053: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/53/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 (ĠU L 226, tat-30.8.2007, p. 19), korretta bil-ĠU L 22, 25.1.2008, p. 21,

32007 L 0054: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/54/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 (ĠU L 226, tat-30.8.2007, p. 21), korretta bil-ĠU L 258, 4.10.2007, p. 44,”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/53/KE u 2007/54/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ser ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 124, 8.5.2008, p. 19.

(2)  ĠU L 226, 30.8.2007, p. 19.

(3)  ĠU L 226, 30.8.2007, p. 21.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 50/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Annessi II u III tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim.

(3)

It-titlu “Master of Science fl-Arkitettura (MScArch)”, li skond il-Komunikazzjoni 2008/C 27/09 ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA (3) jissodisfa l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 85/384/KEE (4), għandu jiżdied skond l-adozzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE li tikkonċerna lil-Liechtenstein.

(4)

Awtorità ġdida “Landlæknir” (id-Direttur Mediku għas-Saħħa) hi kompetenti li toħroġ liċenzji lill-persunal tas-saħħa fl-Iżlanda.

(5)

L-Anness VII mal-Ftehim għandu jiġi simplifikat billi jitneħħew l-intestaturi u l-punti vojta u billi jiġu nnumerati mill-ġdid il-punti li baqa’,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness VII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud:

“—

32007 R 1430: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 3).”

(ii)

L-adozzjoni (D) għandha tkun emendata skond kif ġej:

(a)

Fir-rigward tal-Liechtenstein l-annotazzjonijiet segwenti għandhom jiżdiedu fit-tabella taħt il-paragrafu (g)(i):

 

“—

Master of Science fl-Arkitettura (MScArch)

Hochschule Liechtenstein

 

2002/2003”

(b)

Fir-rigward ta’ l-Iżlanda, il-kliem “Heilbrigðis- og tryggingamálaráðuneytinu” fit-tabella taħt il-paragrafu (a)(i) għandhom jiġi sostitwiti bil-kelma “Landlækni”.

(c)

Fir-rigward ta’ l-Iżlanda, il-kliem “Heilbrigðis- og tryggingamálaráðuneytinu” fit-tabella taħt il-paragrafu (a)(ii) għandhom jiġi sostitwiti bil-kelma “Landlækni”.

(2)

Għandhom jitneħħew l-intestaturi C (l-Attivitajiet mediċi u paramediċi), D (l-Arkitettura) u K (Oħrajn), inklużi s-sotto-intestaturi u l-punti relatati.

(3)

Għandhom jitneħħew il-punti 59 sa 65 u 67 sa 74, inklużi l-intestaturi.

(4)

Għandhom jitneħħew il-punti 1a sa 1c, 20 sa 26, 29 u 31 sa 57.

(5)

Għandhom jiġi nnumerati mill-ġdid bħala punti 1a, 3, 4, 5 u 6 il-punti 1d, 27, 28, 30 u 66.

(6)

L-intestatura E (il-Kummerċ u l-intermedjarji) għandha tkun innumerata mill-ġdida bħala l-intestatura C.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1430/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta‘ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 70

(2)  ĠU L 320, 6.12.2007, p. 3.

(3)  ĠU C 27, 31.1.2008, p. 30.

(4)  ĠU L 223, 21.8.1985, p. 15.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 51/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2008 ta’ l-1 ta’ Frar 2008 (1).

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/657/KE tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar in-netwerk elettroniku tal-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment għall-ħażna ċentrali ta’ l-informazzjoni regolata msemmija fid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 42 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/384/KE) ta’ l-Anness IX tal-Ftehim:

“43.

32007 H 0657: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/657/KE tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar in-netwerk elettroniku tal-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment għall-ħażna ċentrali ta’ l-informazzjoni regolata msemmija fid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 12.10.2007, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2007/657/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 20.

(2)  ĠU L 267, 12.10.2007, p. 16.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 52/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE tal-11 ta’ Awwissu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata mas-subsistema “l-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali transewropea (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37j (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/860/KE) ta’ l-Anness XIII mal-Ftehim:

“37k.

32006 D 0920: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE tal-11 ta’ Awissu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata mas-subsistema ‘l-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali transewropea (ĠU L 359, 18.12.2006, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/920/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 26.

(2)  GU L 359, 18.12.2006, p. 1.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 53/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness XVI (l-Akkwist) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva 2007/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 71/304/KEE dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvista tas-servizzi dwar kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi lill-kuntratturi li jaġixxu permezz ta’ aġenziji jew fergħat (2) tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 71/304/KEE (3) li hi inkorporata mal-Ftehim u konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 71/304/KEE) fl-Anness XVI għall-Ftehim għandu jiġi mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 28.

(2)  ĠU L 154, 14.6.2007, p. 22.

(3)  ĠU L 185, 16.8.1971, p. 1.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 54/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/531/KE tas-26 ta’ Lulju 2007 rigward kwestjonarju għar-rapporti ta’ l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjoni ta’ likwidi organiċi volatili dovuta għall-użu ta’ solventi organiċi f’diversi attivitajiet u installazzjonijiet bejn l-2008 u l-2010 (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 21abc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/534/KE) ta’ l-Anness XX tal-Ftehim:

“21abd.

32007 D 0531: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/531/KE tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar il-kwestjonarju għar-rapporti ta’ l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjoni ta’ likwidi organiċi volatili dovuta għall-użu ta’ solventi organiċi f’diversi attivitajiet u installazzjonijiet bejn l-2008 u l-2010 (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 47).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/531/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 195, 27.7.2007, p. 47.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 55/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 21am (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE) fl-Anness XX għall-Ftehim għandu jinbidel b’li ġej:

32007 D 0589: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2007/589/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 56/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 916/2007 tal-31 ta’ Lulju 2007 li temenda r-Regolament (KE) Nru 2216/2004 għal sistema standardizzata u sikura tar-registri skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tkun inkorporata mal-ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar il-mekkaniżmu għal monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Komunità u għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta’ Kyoto (3) ma kenitx inkorporata mal-Ftehim u għalhekk ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ rapportaġġ previsti f’dik id-Deċiżjoni, ma tapplikax għall-Istati ta’ l-EFTA,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 21an (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004) fl-Anness XX għall-Ftehim:

“, kif emendat b’li ġej:

32007 R 0916: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 916/2007 tal-31 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 200, 1.8.2007, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 916/2007 fil-lingwa Iżlandiża u u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 200, 1.8.2007, p. 5.

(3)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 57/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta’ informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa ta’ l-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 19x (ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI għall-Ftehim:

“19y.

32007 R 1445: Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta’ informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa ta’ l-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom (ĠU L 336, 20.12.2007, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Dan ir-Regolament m’għandux ikun applikabbli għal-Liechtenstein.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1445/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 40.

(2)  ĠU L 336, 20.12.2007, p. 1.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 58/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 171/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ amalgamazzjoni jew diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 3 (it-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE):

“—

32007 L 0063: Id-Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 300, 17.11.2007, p. 47).”

(2)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 5 (is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE):

“, kif emendat b’li ġej:

32007 L 0063: Id-Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 300, 17.11.2007, p. 47).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/63/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 124, 8.5.2008, p. 39.

(2)  ĠU L 300, 17.11.2007, p. 47.

(*)  L-ebda obbligu kostituzzjonali ma huwa indikat.


21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 59/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 171/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet ta’ l-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 10f (id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta’ l-Anness XXII għall-Ftehim:

“10g.

32007 L 0036: Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet ta’ l-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/36/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 124, 8.5.2008, p. 39.

(2)  ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17.

(*)  L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hija indikata.