ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kunsill |
|
|
|
2008/625/KE |
|
|
* |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2008/626/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2008 Għajnuna mill-Istat C 40/06 (ex NN 96/05) Skemi ta’ għajnuna f’forma ta’ self implimentati mir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1612) ( 1 ) |
|
|
|
2008/627/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 2008 li tikkonċerna perjodu ta’ tranżizzjoni għal attivitajiet ta’ verifika minn ċerti awdituri u entitajiet ta’ verifika ta’ pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3942) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 744/2008
ta’ l-24 ta’ Lulju 2008
li jistabbilixxi azzjoni temporanja speċifika maħsuba biex jitħeġġeġ ir-ristrutturar tal-flotot tas-sajd tal-Komunità Ewropea milqutin mill-kriżi ekonomika
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (2), jistabbilixxi r-regoli rigward l-għajnuna strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd. B’mod partikolari, il-Kapitolu I tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi t-termini li fuqhom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribut finanzjarju mill-Fond Ewropew tas-Sajd (FES) għall-miżuri għall-adattament tal-flotta Komunitarja tas-sajd. |
(2) |
L-għan tal-FES huwa li jikkontribwixxi għall-passi li ttieħdu mir-riforma li saret għall-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) fl-2002, bil-għan li titnaqqas il-pressjoni fuq l-istokkijiet filwaqt li jiġu żgurati kondizzjonijiet soċjali u ekonomiċi sostenibbli għas-settur ikkonċernat. |
(3) |
Fil-kuntest tal-qagħda ekonomika riċenti, partikolarment wara ż-żieda drastika fil-prezzijiet taż-żejt, teżisti ħtieġa urġenti biex jittieħdu miżuri addizzjonali li jimmiraw għall-adattament aktar rapidu tal-flotta tas-sajd Komunitarja għall-qagħda preżenti, u tiġi indirizzata l-ħtieġa biex jiġu żgurati kondizzjonijiet soċjali u ekonomiċi sostenibbli għas-settur ikkonċernat. Miżuri bħal dawn għandhom jikkontribwixxu biex jinkisbu l-għanijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat kif ukoll l-għanijiet tal-PKS kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (3). F’dan il-kuntest, dawn il-miżuri għandhom jindirizzaw kemm il-qagħda immedjata ta’ diffikultajiet ekonomiċi u soċjali filwaqt li jieħdu ħsieb il-kapaċità żejda sistemika. |
(4) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li dawn il-miżuri jkunu disponibbli b’mod ekwu għall-vantaġġ ta’ l-Istati Membri kollha, u li ma jwasslu għall-ebda distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri jew bejn il-flotot. Għalhekk huwa importanti li huma jkunu elaborati u kkoordinata fuq il-livell Komunitarju. |
(5) |
B’konsegwenza, teżisti l-ħtieġa għal inizjattiva Komunitarja li tikkomplementa ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 kif ukoll li tippermetti derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 1198/2006. Din l-inizjattiva għalhekk għandha tipprovdi għal miżuri speċifiċi ta’ natura ġenerali, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ Programmi għall-Adattament tal-Flotta fl-Istati Membri, li jindirizzaw effettivament id-diffikultajiet ekonomiċi attwali, filwaqt li jiżguraw il-vijabbiltà fit-tul tas-settur tas-sajd. |
(6) |
Fid-dawl tan-natura eċċezzjonali ta’ dawk il-miżuri u tad-diffikultajiet ekonomiċi li huma maħsuba biex jindirizzaw, dawn il-miżuri għandhom ikunu limitati fiż-żmien għall-iqsar perijodu suffiċjenti biex jiksbu l-għanijiet mistennija. |
(7) |
Dawn il-miżuri għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri fil-kuntest tal-programmi operattivi rilevanti tal-FES u ffinanzjati mill-fondi allokati lilhom f’dak il-qafas. |
(8) |
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jissupplementaw il-miżuri li jibbenefikaw minn dawn il-fondi billi jiffinanzjaw ċerti miżuri mill-fondi nazzjonali biss mingħajr finanzjament mill-istrumenti finanzjarji tal-Komunità. Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi indirizzata malajr il-qagħda serja li qed iħabbat wiċċu magħha s-settur tas-sajd, dawk il-miżuri, maħsuba biex isir titjib strutturali u s-settur isir ekonomikament vijabbli fil-medda t-twila, għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat. Sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni u effetti fuq is-suq intern, dawk il-miżuri għandhom ikunu soġġetti għal ċerti limitazzjonijiet. |
(9) |
Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal kontribut Komunitarju lejn miżuri biex isir waqfien permanenti jew temporanju mill-attivitajiet tas-sajd, għal investimenti abbord immirati biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-karburant mill-bastimenti tas-sajd, għall-kumpens soċjo-ekonomiku, kif ukoll għal ċerti azzjonijiet ta’ natura aktar kollettiva. Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja ta’ dawk il-miżuri, u biex l-Istati Membri jitħallew jagħmlu l-aqwa użu possibbli mill-fondi disponibbli, il-limiti għall-parteċipazzjoni privata fil-finanzjament tal-miżuri għandhom jitbaxxew. |
(10) |
Sabiex isir kontribut għar-ristrutturazzjoni, għandu jiġi previst il-waqfien temporanju ta’ l-attivitajiet tas-sajd. Il-waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd għandu jiġi mmirat b’mod partikolari lejn it-titjib tal-benefiċċji ekonomiċi permezz ta’ l-appoġġ għall-irkupru ta’ l-istokkijiet jew lejn il-promozzjoni ta’ kondizzjonijiet tas-suq aktar favorevoli. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jorbtu l-perijodu tal-waqfien temporanju ma’ konsiderazzjonijiet relatati mad-dinamika bijoloġika, ma’ l-staġjonalità u mas-suq. Fil-kuntest tal-kriżi ekonomika, huwa wkoll meħtieġ li jiġi ffaċilitat il-kumpens li jingħata lis-sajjieda li jkunu waqfu temporanjament mill-attivitajiet tagħhom qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(11) |
Bil-għan li s-settur tas-sajd jingħata għajnuna biex jadatta għal tekniki tas-sajd li jikkunsmaw inqas karburant, huwa adatt li tiġi ffaċilitata s-sostituzzjoni tat-tagħmir eżistenti abbord il-bastimenti tas-sajd biex ikunu jistgħu jiġu implimentati tekniki tas-sajd ġodda li jikkunsmaw inqas enerġija. F’dan ir-rigward għandhom isiru disponibbli possibbiltajiet addizzjonali għall-kontribuzzjonijiet għal investimenti abbord il-bastimenti tas-sajd. |
(12) |
Il-kontribut Komunitarju għandu jkun ipprovdut ukoll għal azzjonijiet kollettivi maħsuba biex iwasslu l-għarfien espert lis-sidien tal-bastimenti fir-rigward tal-verifiki ta’ l-enerġija tal-bastimenti, u l-parir espert dwar l-iżvilupp tal-pjani għar-ristrutturazzjoni u għall-immodernizzazzjoni, kif ukoll għall-Programmi għall-Adattament tal-Flotta. Barra minn hekk, il-finanzjament għandu jsir disponibbli għall-proġetti pilota mmirati lejn it-tnaqqis tal-konsum ta’ l-enerġija għall-bastimenti, il-magni, it-tagħmir jew l-irkaptu. |
(13) |
Bil-għan li s-settur tas-sajd isir vijabbli fil-medda t-twila, għandu jiġi introdott strument ġdid li jippermetti lill-Istati Membri biex inaqqsu l-kapaċità u jżidu l-profitti tal-flotot tagħhom. Dan għandu jieħu l-forma ta’ Programmi għall-Adattament tal-Flotta u jirrigwarda flotot fejn l-ispejjeż ta’ l-enerġija jirrappreżentaw medja ta’ mill-inqas 30 % ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni. Dawn il-Programmi għall-Adattament tal-Flotta għandhom għalhekk jirriżultaw fi tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % tal-kapaċità tal-flotot ikkonċernati, espressi f’TG u kW. |
(14) |
Meta l-Istati Membri jimplimentaw miżuri fil-kuntest tal-Programmi għall-Adattament tal-Flotta, bil-għan li tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta’ flotta waħda jew aktar tagħhom permezz tat-tnaqqis tal-kapaċità, għandhom japplikaw kondizzjonijiet aktar favorevoli. |
(15) |
Jeħtieġ li l-Istati Membri jkunu mħeġġa jestendu aktar ir-reġimi tagħhom għall-waqfien permanenti sabiex jaġġustaw il-flotot tagħhom għar-riżorsi disponibbli. B’konsegwenza, huwa adatt li jkunu permessi aktar possibbiltajiet għall-kontributi lejn il-waqfien permanenti. Sabiex tiġi ffaċilitata r-ristrutturazzjoni, għandhom ikunu permessi possibbiltajiet oħrajn għall-waqfien temporanju ta’ l-attivitajiet għas-sajjieda u s-sidien tal-bastimenti kkonċernati bil-Programmi ta’ l-Addattament tal-Flotta. |
(16) |
Barra minn hekk, l-Istati Membri li jkunu adottaw Programmi għall-Adattament tal-Flotta għandhom jitħallew ukoll jimplimentaw miżuri għall-irtirar parzjali li jassiguraw użu aktar ekonomiku tal-fondi disponibbli għat-tnaqqis tal-kapaċità u tal-konsum ta’ l-enerġija fil-flotta kkonċernata. Fil-kuntest ta’ miżuri ta’ rtirar parzjali bħal dawn, is-sidien tal-bastimenti li jirtiraw bastiment wieħed jew aktar tagħhom mill-flotta għandhom jitħallew jerġgħu jużaw parti mill-kapaċità rtirata għal bastiment ġdid iżgħar u li jaħli inqas enerġija. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jitħallew jallokaw ammont limitat tal-kapaċità totali rtirata taħt il-Programm għall-Adattament tal-Flotta għal bastimenti ġodda. F’każ bħal dan, il-fondi għandhom ikunu disponibbli biss għall-parti tal-kapaċità li tiġi rtirata definittivament. |
(17) |
Ikun adatt li l-obbligi ta’ l-Istati Membri fil-qasam tat-tmexxija u tal-kontroll, imsemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni previsti fl-Artikolu 97 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, japplikaw fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. |
(18) |
In-nuqqas ta’ tnaqqis tal-kapaċità minima ta’ 30 % previst fil-Programm għall-Adattament tal-Flotta jew in-nuqqas ta’ konformità mar-regoli rigward il-waqfien temporanju, il-waqfien definittiv jew l-irtirar parzjali huma kkunsidrati bħala irregolaritajiet skond l-Artikolu 97 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006. |
(19) |
Minħabba fl-urġenza tas-sitwazzjoni u l-ħtieġa ta’ azzjoni immedjata fl-Istati Membri kollha, huwa adatt li jiżdied il-perċentwal ta’ ko-finanzjament Komunitarju tal-FES għal 95 % fir-rigward tal-miżuri adottati fil-qafas ta’ din l-inizjattiva. Bl-istess mod, huwa importanti li dawn il-fondi jkunu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri fi żmien iqsar minn dak normalment applikabbli, u li l-infiq ikun eliġibbli sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(20) |
Minħabba fl-urġenza tas-sitwazzjoni, huwa essenzjali li tingħata deroga għall-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-Punt I.3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi azzjoni Komunitarja speċifika maħsuba biex tipprovdi appoġġ eċċezzjonali u temporanju għall-persuni u għall-impriżi fis-settur tas-sajd milqutin mill-kriżi ekonomika li rriżultat miż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt fl-2008. Din l-azzjoni għandha tieħu l-forma ta’ reġim speċjali fil-qafas tal-Fond Ewropew għas-Sajd (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “FES”).
2. Din l-azzjoni speċifika għandha tikkonsisti fi:
a) |
miżuri ġenerali li jissupplementaw jew jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006; |
b) |
miżuri speċjali li jissuplimentaw jew jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 1198/2006 li jiddependu fuq l-implimentazzjoni ta’ Programm għall-Adattament tal-Flotta, b’konformità ma’ l-Artikolu 12. |
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna pubblika li tkun soġġetta għal deċiżjoni amministrattiva mill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati sal-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 3
Qafas finanzjarju
1. Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jistgħu jirċievu appoġġ finanzjarju mill-FES, fil-limiti ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li bħalissa huma ddefiniti għall-perijodu 2007-2013.
2. L-għajnuna pubblika taħt din l-azzjoni speċifika ma tistax tiżdied ma’ għajnuna pubblika oħra li jkollha l-istess għan, u lanqas b’mod partikolari dik mogħtija mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni, strumenti finanzjarji oħra Komunitarji u fondi nazzjonali.
Artikolu 4
Applikazzjoni tar-Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m’għandhomx japplikaw għall-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, skond u f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 36 tat-Trattat.
2. L-għajnuna kollha mogħtija mill-Istati Membri mingħajr il-finanzjament mill-istrumenti finanzjarji Komunitarji u li teċċedi l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd (4), għandha tkun soġġetta għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat.
3. Fejn l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri mingħajr il-finanzjament mill-istrumenti finanzjarji Komunitarji, skond il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008, huwa għandu jippreżenta lill-Kummissjoni taqsira ta’ l-informazzjoni dwar l-għajnuna, u dan qabel l-implimentazzjoni tagħha. Barra minn hekk, kull sena, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-għajnuna mogħtija skond dan il-paragrafu.
KAPITOLU II
MIŻURI ĠENERALI
Artikolu 5
Miżuri ġenerali
L-għajnuna pubblika lill-persuni u lill-impriżi msemmija fl-Artikolu 1 tista’ tingħata sal-31 ta’ Diċembru 2010 skond ir-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
Artikolu 6
Waqfien temporanju ta’ l-attivitajiet tas-sajd
1. Minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, il-FES jista’ jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ għajnuna għall-waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd għas-sajjieda u s-sidien ta’ bastimenti tas-sajd implimentati għal perijodu massimu ta’ tliet xhur matul il-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2009, bil-kondizzjoni li:
a) |
il-waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd ikun beda qabel il-31 ta’ Diċembru 2008, u |
b) |
l-impriżi benefiċjarji jsiru soġġetti, sal-31 ta’ Jannar 2009, għal miżuri ta’ ristrutturazzjoni bħall-Programmi għall-Adattament tal-Flotta, pjanijiet għall-aġġustament ta’ l-isforzi tas-sajd, pjanijiet nazzjonali għall-irtirar ta’ flotta, pjanijiet ta’ qbid jew miżuri oħrajn ta’ ristrutturazzjoni/modernizzazzjoni. |
Il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għandhom ikunu koperti minn dan il-paragrafu, safejn dawn jikkonċernaw pjanijiet ta’ aġġustament ta’ l-isforz tas-sajd skond l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-ispejjeż li ġejjin:
a) |
parti mill-ispejjeż fissi mġarrba mis-sidien tal-bastimenti meta l-bastimenti jkunu fil-port, bħat-tariffi tal-port, l-ispiża ta’ l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tal-manutenzjoni, l-ispejjeż finanzjarji marbuta mas-self; |
b) |
parti mis-salarju bażiku tas-sajjieda. |
3. L-għajnuna pubblika totali għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1 m’għandhiex taqbeż, għal kull Stat Membru, l-ogħla wieħed minn dawn iż-żewġ limiti: EUR 6 miljun jew ammont ugwali għal 8 % ta’ l-assistenza finanzjarja tal-FES allokata għas-settur tas-sajd fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 7
Investimenti abbord bastimenti tas-sajd u selettività
B’deroga mill-punt (a) ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, il-parteċipazzjoni finanzjarja privata minima għal dik l-operazzjoni għandha tkun ta’ 40 % fil-każ ta’ għajnuniet mogħtija għall-finanzjament ta’ tagħmir, inklużi l-magni awżiljari, li jtejbu b’mod sinifikanti l-effiċjenza ta’ l-enerġija abbord il-bastimenti tas-sajd b’mod sinifikanti, inklużi l-bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira, kif ukoll inaqqsu l-emissjonijiet u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
Artikolu 8
Kumpens soċjo-ekonomiku
Minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, il-FES jista’ jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ miżuri għall-waqfien kmieni, inkluż l-irtirar kmieni, għall-ħaddiema fis-settur tas-sajd, bl-eċċezzjoni ta’ ħaddiema fis-settur ta’ l-akkwakultura u fis-settur ta’ l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura.
Artikolu 9
Azzjonijiet kollettivi
1. Minbarra l-azzjonijiet kollettivi previsti fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, il-FES jista’ jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ miżuri li jipprovdu l-għajnuna biex:
a) |
isiru verifiki ta’ l-enerġija għal gruppi ta’ bastimenti, u |
b) |
jinġabar għarfien espert dwar l-iżvilupp tal-pjanijiet ta’ ristrutturazzjoni u modernizzazzjoni, inklużi l-Programmi għall-Adattament tal-Flotta msemmija fl-Artikolu 12. |
2. B’deroga mill-punt (a) ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, meta tingħata kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ir-rata massima għall-kontribuzzjoni pubblika għandha tkun 100 %.
3. Il-FES jista’ jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ kumpens mogħti lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li m’għadhomx intitolati biex jibbenefikaw minn għajnuna skond it-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikoli 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (5), sabiex jilqa’ għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-obbligi imposti fuqhom skond l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament, u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 (2), (3) u (4) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 10
Proġetti pilota
Minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, il-FES jista’ jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ proġetti pilota għall-ittestjar ta’ tagħmir tekniku maħsub biex jitnaqqas il-konsum ta’ l-enerġija għall-bastimenti, il-magni, it-tagħmir jew l-irkaptu, kif ukoll biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
KAPITOLU III
MIŻURI SPEĊJALI APPLIKABBLI BISS GĦALL-FLOTOT INVOLUTI FI PROGRAMMI GĦALL-ADATTAMENT TAL-FLOTTA
Artikolu 11
Miżuri applikabbli biss għall-flotot involuti fi programm ta’ adattament
L-għajnuna pubblika lill-persuni u l-impriżi msemmija fl-Artikolu 1 tista’ tingħata sal-31 ta’ Diċembru 2010, skond ir-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu, bil-kondizzjoni li jkunu soġġetti għal Programm għall-Adattament tal-Flotta jew tas-Segmenti tal-Flotta kif imsemmija fl-Artikolu 12.
Artikolu 12
Programmi għall-Adattament tal-Flotta
1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw u jimplimentaw Programmi għall-Adattament tal-Flotta maħsuba għar-ristrutturazzjoni tal-flotot jew segmenti ta’ flotta tas-sajd milqutin mill-kriżi ekonomika.
2. Dawn il-Programmi għall-Adattament tal-Flotta jistgħu jinkludu l-miżuri previsti fil-Kapitolu I tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u dawk previsti f’dan ir-Regolament.
3. Il-Programmi għall-Adattament tal-Flotta jikkonċernaw biss il-flotot jew segmenti tal-flotta fejn l-ispejjeż ta’ l-enerġija bħala medja jirrappreżentaw mill-inqas 30 % ta’ l-ispejjeż totali tal-produzzjoni, abbażi tal-kont tat-tħaddim tat-12-il xahar ta’ qabel l-1 ta’ Lulju 2008 għall-flotta kkonċernata.
4. Il-Programm għall-Adattament tal-Flotta kollu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
a) |
għandha tirriżulta, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, fi tnaqqis definittiv ta’ mhux inqas minn 30 % tal-kapaċità tas-sajd tal-flotta jew ta’ segment tal-flotta kkonċernata. Dan il-limitu jista’ jitbaxxa għal minimu ta’ 20 %, soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni, fejn il-Programm għall-Adattament tal-Flotta jikkonċerna Stat Membru li l-flotta tiegħu tkun inqas minn 100 bastiment attiv, jew inqas minn 12 000 TG, jew fejn Programm għall-Adattament tal-Flotta ma jkoprix ħlief bastimenti ta’ inqas minn 12-il metru, u fejn tnaqqis ta’ 30 % jaffettwa b’mod sproporzjonat il-vijabbiltà ta’ l-attivitajiet marbuta mas-sajd li jiddependu minnha; u |
(b) |
għandha tinkludi l-lista tal-bastimenti koperti mill-iskema, identifikati b’isimhom u n-numri tagħhom tar-Reġistru Komunitarju tal-Flotta tas-Sajd. |
5. Kull bastiment tas-sajd jista’ jiġi inkluż fi Programm wieħed biss għall-Adattament tal-Flotta. Il-kondizzjonijiet biex bastiment tas-sajd ikun inkluż fi Programm għall-Adattament tal-Flotta għandhom ikunu kif ġej:
a) |
il-bastiment għandu kun wettaq attività tas-sajd ta’ mill-inqas 120 jum fuq il-baħar matul is-sentejn ta’ qabel id-data ta’ l-adozzjoni tal-Programm għall-Adattament tal-Flotta; u |
b) |
il-bastiment għandu jkun operattiv fil-31 ta’ Lulju 2008. |
6. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2009, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-Programmi għall-Adattament tal-Flotta li jkunu adottaw.
7. Meta Stat Membru jitlob reviżjoni tal-programm operattiv tiegħu biex jinkorpora l-Programmi għall-Adattament tal-Flotta, l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għandu japplika kif meħtieġ.
Artikolu 13
Konformità u verifika tal-Programmi għall-Adattament tal-Flotta
1. Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għandhom jinkludu r-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni tal-Programm għall-Adattament tal-Flotta.
2. Il-Kummissjoni tista’ twettaq verifiki dwar l-implimentazzjoni tal-Programmi għall-Adattament tal-Flotta. Għal dak l-għan, tista’ tiġi assistita minn esperti esterni ffinanzjati mill-FES skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.
Artikolu 14
Waqfien definittiv ta’ l-attivitajiet tas-sajd
1. Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, l-Iskemi ta l-Adattament tal-Flotta huma inkorporati fil-pjani għall-aġġustament ta’ l-isforzi tas-sajd imsemmija f’dak l-Artikolu.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 m’għandhomx japplikaw għall-miżuri tal-waqfien definittiv adottati fil-qafas ta’ Programm għall-Adattament tal-Flotta.
3. Fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta’ Programm għall-Adattament tal-Flotta, il-bastimenti elenkati għall-waqfien definittiv mill-attivitajiet tas-sajd skond din il-Programm għall-Adattament tal-Flotta għandhom jieqfu definittivament mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom.
Artikolu 15
Waqfien temporanju ta’ l-attivitajiet tas-sajd
1. Minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, il-FES jista’ jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ għajnuna għall-waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd għas-sajjieda u s-sidien ta’ bastimenti tas-sajd inklużi fi Programm għall-Adattament tal-Flotta, bil-kondizzjoni li jiġi implimentat il-waqfien temporanju matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, u jdum għal mhux aktar minn:
a) |
3 xhur qabel l-irtirar definittiv tal-bastiment jew matul il-perijodu ta’ sostituzzjoni tal-magni, b’massimu ta’ 3 xhur addizzjonali awtorizzati fejn il-proċess tas-sostituzzjoni tal-magni jkun għadu għaddej; |
b) |
sitt ġimgħat fil-każ ta’ bastimenti oħra inklużi fi Programm għall-Adattament tal-Flotta meta dawk il-bastimenti jkunu soġġetti għal miżura waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 12(2). |
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-ispejjeż li ġejjin:
a) |
l-ispejjeż fissi mġarrba mis-sidien tal-bastimenti meta l-bastimenti jkunu fil-port, bħat-tariffi tal-port, l-ispiża ta’ l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tal-manutenzjoni, l-ispejjeż finanzjarji marbuta mas-self; |
b) |
parti mis-salarju bażiku tas-sajjieda. |
3. L-għajnuna pubblika totali għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1 m’għandhiex taqbeż, għal kull Stat Membru, l-ogħla wieħed minn dawn iż-żewġ limiti: EUR 6 miljun jew ammont ugwali għal 8 % ta’ l-assistenza finanzjarja tal-FES allokata għas-settur tas-sajd fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 16
Investimenti abbord bastimenti tas-sajd u selettività
1. B’deroga mill-punt (a) ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, il-parteċipazzjoni privata minima għandha tkun ta’ 40 % mit-total ta’ l-ispejjeż eliġibbli għal kull operazzjoni fil-każ ta’ għajnuniet mogħtija għall-finanzjament ta’ tagħmir, ta’ rkaptu jew ta’ sostituzzjoni ta’ magni, bl-għan li jtejbu b’mod sinifikanti l-effiċjenza ta’ l-enerġija abbord il-bastimenti tas-sajd b’mod sinifikanti, inklużi l-bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira, kif ukoll li jnaqqsu l-emissjonijiet u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-parteċipazzjoni finanzjarja privata minima msemmija fil-paragrafu 1 abbażi ta’ kriterji oġġettivi bħall-età tal-bastiment, it-titjib fl-effiċjenza ta’ l-enerġija, jew l-ammont tal-kapaċità mnaqqsa inklużi fil-Programm għall-Adattament tal-Flotta.
3. Il-limitu fl-età msemmi fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 m’għandux japplika għal bastimenti li jirċievu għajnuna skond dan l-Artikolu għas-sostituzzjoni ta’ tagħmir jew irkaptu.
4. B’deroga mill-Artikolu 25(3)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, il-FES jista’ jikkontribwixxi għal sostituzzjoni waħda tal-magna ta’ bastiment ta’ aktar minn 24 metru tul totali inkluż fi Programm għall-Adattament tal-Flotta, bil-kondizzjoni li l-magna l-ġdida jkollha mill-inqas 20 % inqas qawwa mill-qadima u żżid l-effiċjenza ta’ l-enerġija.
5. B’deroga mill-Artikolu 25(7) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, sostituzzjoni addizzjonali waħda ta’ l-irkaptu għandha tkun permessa għal bastimenti inklużi fi Programm għall-Adattament tal-Flotta bil-kondizzjoni li l-irkaptu l-ġdid itejjeb b’mod sinifikanti l-effiċjenza ta’ l-enerġija. Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta’ dak il-paragrafu m’għandhomx japplikaw.
KAPITOLU IV
MIŻURI GĦALL-IRTIRAR PARZJALI FIL-QAFAS TA’ PROGRAMM GĦALL-ADATTAMENT TAL-FLOTTA
Artikolu 17
Rtirar parzjali
Għajnuna pubblika għal sidien tal-bastimenti li jirtiraw definittivament bastiment wieħed jew aktar inklużi fi Programm għall-Adattament tal-Flotta sabiex jibnu bastiment ġdid b’kapaċità tas-sajd iżgħar u konsum ta’ l-enerġija aktar baxx (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “irtirar parzjali”) hija awtorizzata sal-31 ta’ Diċembru 2010 skond ir-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu, u bil-kondizzjoni li l-Programm għall-Adattament tal-Flotta jissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
a) |
tinkludi bastimenti li jużaw kollha l-istess irkaptu ta’ sajd, u |
b) |
tinkludi bastimenti li jirrappreżentaw mill-inqas 70 % tal-kapaċità tal-flotta bl-użu ta’ dak l-irkaptu fl-Istat Membru. |
Artikolu 18
Għajnuna pubblika għal waqfien definittiv mis-sajd fil-każ ta’ rtirar parzjali
1. Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, sidien ta’ bastiment involuti fl-irtirar parzjali għandhom ikunu intitolati li jirċievu għajnuna pubblika għall-waqfien definittiv mis-sajd għad-differenza bejn il-kapaċità rtirata u l-kapaċità allokata mill-ġdid lil bastiment ġdid.
2. Il-kapaċità tas-sajd tal-bastiment il-ġdid m’għandhiex tkun ogħla minn 40 % tal-kapaċità rtirata mis-sidien tal-bastimenti.
3. Fejn adatt, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-liċenzja tagħhom tas-sajd kif meħtieġ.
Artikolu 19
Irtirar u allokazzjoni mill-ġdid tal-kapaċità tas-sajd
1. B’deroga mill-Artikolu 11 (3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, l-Istati Membri għandhom jitħallew jallokaw mill-ġdid sa 25 % tal-kapaċità rtirata definittivament fil-kuntest ta’ Programm għall-Adattament tal-Flotta għall-bastimenti ġodda imsemmija fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-livelli ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 huma stabbiliti abbażi tad-differenza bejn il-kapaċità rtirata definittivament u l-kapaċità allokata mill-ġdid.
3. Il-kapaċità allokata mill-ġdid skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhiex għalfejn titqies għall-istabbiliment tal-bilanċ tad-dħul u l-ħruġ minn Stati Membri skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
4. Fil-każ ta’ Programmi għall-Adattament tal-Flotta li jipprevedu l-applikazzjoni ta’ rtirar parzjali għal aktar minn 33 % tal-kapaċità inizjali tal-flotta, it-tnaqqis totali fil-kapaċità skond il-Programm għall-Adattament tal-Flotta għandu jkun ta’ mhux inqas minn 66 %.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 20
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. B’deroga mill-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, il-kontribuzzjoni mill-FES għall-operazzjonijiet iffinanzjati fil-qafas ta’ din l-azzjoni speċifika msemmija minn dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ 95 % tan-nefqa pubblika totali u m’għandhiex titqies għall-finijiet tal-limiti msemmija fl-Artikolu 53(3) minn dak ir-Regolament.
2. B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 55 (1) u (3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, id-data ta’ eliġibbiltà għall-infiq rigward il-miżuri finanzjarji għal din l-azzjoni speċifika hija l-31 ta’ Lulju 2008.
3. B’deroga mill-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, fuq talba mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tħallas għall-programm operattiv, fuq it-talba ta’ l-Istat Membru, it-tieni ammont ta’ prefinanzjament li jirrappreżenta 7 % tal-kontribuzzjoni mill-FES għall-perijodu 2007-2013. Għall-programmi operattivi adottati fl-2007, it-talba ta’ hawn fuq għandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008. Għal programmi operattivi adottati fl-2008, it-talba ta’ hawn fuq għandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2009. Skond il-baġit disponibbli tal-FES, il-ħlas jista’ jkun mifrux fuq sentejn finanzjarji.
4. B’deroga mill-Artikolu 81(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, fejn it-tieni ammont ta’ prefinanzjament jitħallas skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni mill-korp maħtur mill-Istat Membru jekk ma tintbagħat l-ebda applikazzjoni għall-ħlas skond il-programm operattiv fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ħallset l-ewwel pagament tat-tieni ammont ta’ prefinanzjament.
KAPITOLU VI
OBBLIGI TA’ L-ISTATI MEMBRI U TAL-KUMMISSJONI
Artikolu 21
Segwitu u korrezzjonijiet finanzjarji
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mogħtija skond il-Kapitoli II, III u IV ta’ dan ir-Regolament tirrispetta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji previsti fl-Artikolu 97 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 jekk l-Istati Membri ma jirrispettawx il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari:
(a) |
l-obbligu għall-persuni jew l-impriżi li bbenefikaw mill-għajnuna, jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri ta’ ristrutturazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, paragrafu 1, punt b). |
(b) |
l-obbligi previsti għat-tnaqqis tal-kapaċità għas-sajd, kif ukoll il-waqfien temporanju jew definit ta’ l-attivitajiet tas-sajd stabbiliti fi programm ta’ adattament tal-flotot skond il-Artikoli 12, 14 u 15; |
(c) |
it-tnaqqis tal-kapaċità għas-sajd effettwat fil-qafas ta’ l-irtirar parzjali rrealizzat skond l-Artikoli 17, 18 u 19. |
Il-kriterji għall-korrezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 97 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għandhom japplikaw kif meħtieġ.
Artikolu 22
Rapport
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 23
Regoli implimentattivi
Ir-regoli implimentattivi ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 101(3) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.
Artikolu 24
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
B. HORTEFEUX
(1) Opinjoni mogħtija fl-10 ta’ Lulju 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
(3) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
(4) ĠU L 201, 30.7.2008, p. 16.
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22). Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3).
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 745/2008
tat-30 ta’ Lulju 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
28,3 |
TR |
71,9 |
|
XS |
27,8 |
|
ZZ |
42,7 |
|
0707 00 05 |
TR |
106,2 |
ZZ |
106,2 |
|
0709 90 70 |
TR |
97,2 |
ZZ |
97,2 |
|
0805 50 10 |
AR |
91,4 |
US |
47,0 |
|
UY |
58,5 |
|
ZA |
88,6 |
|
ZZ |
71,4 |
|
0806 10 10 |
CL |
52,1 |
EG |
151,7 |
|
IL |
145,6 |
|
TR |
164,5 |
|
ZZ |
128,5 |
|
0808 10 80 |
AR |
101,8 |
BR |
100,9 |
|
CL |
102,7 |
|
CN |
87,4 |
|
NZ |
113,4 |
|
US |
107,1 |
|
ZA |
88,6 |
|
ZZ |
100,3 |
|
0808 20 50 |
AR |
69,0 |
CL |
78,1 |
|
NZ |
97,1 |
|
TR |
159,5 |
|
ZA |
91,6 |
|
ZZ |
99,1 |
|
0809 10 00 |
TR |
203,2 |
ZZ |
203,2 |
|
0809 20 95 |
CA |
324,1 |
TR |
417,7 |
|
US |
324,1 |
|
ZZ |
355,3 |
|
0809 30 |
TR |
147,8 |
ZZ |
147,8 |
|
0809 40 05 |
BA |
74,5 |
IL |
117,7 |
|
TR |
115,5 |
|
XS |
66,2 |
|
ZZ |
93,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 746/2008
tas-17 ta’ Ġunju 2008
li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula regoli għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli fl-annimali bovini, ovini u kaprini u għall-miżuri ta’ eradikazzjoni li għandhom jitwettqu wara konferma ta’ enċefalopatija sponġiformi trasmissibbli (TSE) fl-annimali ovini u kaprini. |
(2) |
L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi miżuri ta’ eradikazzjoni li għandhom jiġu implimentati wara tifqigħa ta’ TSE fl-annimali ovini u kaprini. |
(3) |
Minkejja li t-TSE magħrufa li hija preżenti fl-annimali ovinu u kaprini 'l fuq minn mitejn sena, ma teżistix evidenza dwar l-ebda relazzjoni bejn tifqigħat tat-TSE f'dawk l-annimali u t-tifqigħat tat-TSE fil-bnedmin. Minkejja dan, fl-2000 il-Kummissjoni introduċiet serje ta’ miżuri għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tat-TSE fl-annimali ovini u kaprini, fuq il-bażi ta’ l-għarfien xjentifiku limitat disponibbli dak iż-żmien, u sabiex tiżgura li l-materjali li jinkisbu mill-annimali ovinu u kaprini jkunu kemm jista’ jkun bla periklu. |
(4) |
Dawk il-miżuri huma mmirati lejn il-ġabra ta’ kemm jista’ jkun data dwar il-prevalenza tat-TSE minbarra l-enċefalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE) fl-annimali ovini u kaprini, u dwar konnessjonijiet possibbli mal-BSE u l-kapaċità ta’ tixrid lill-bnedmin. Il-miżuri huma mmirati wkoll lejn it-tnaqqis kemm jista’ jkun ta’ l-okkorrenza tat-TSE. Il-miżuri jinkludu t-tneħħija ta’ materjali speċifiċi ta’ riskju, programm attiv estensiv ta’ monitoraġġ, miżuri applikabbli għall-qatgħat infettati bit-TSE u skemi volontarji ta’ tagħmir sabiex tiżdied ir-reżistenza għat-TSE fil-popolazzjoni ovina. Minn mindu saret l-introduzzjoni ta’ miżuri bħal dawn u permezz ta’ l-informazzjoni li nkisbet minn programmi attivi ta’ sorveljanza mwettqa mill-Istati Membri, qatt ma ġiet stabbilita konnessjoni epidemjoloġika bejn it-TSE, apparti l-BSE, fl-annimali ovinu u kaprini u t-TSE fil-bnedmin. |
(5) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 179/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (2) jipprevedi li f'ċirkostanzi speċifiċi fejn, wara valutazzjoni ta’ l-informazzjoni disponibbli, tiġi identifikata l-possibilità ta’ effetti dannużi fuq is-saħħa iżda l-inċertezza xjentifika tippersisti, ista' tiġi adottata ġestjoni proviżorja tar-riskju, fl-istennija ta’ informazzjoni xjentifika ulterjuri għal valutazzjoni aktar komprensiva tar-riskju. Jistipula wkoll li miżuri bħal dawn iridu jkunu proporzjonati u ma jkunux aktar restrittivi għan-negozju milli meħtieġ biex jintlaħaq l-ogħla livell ta’ protezzjoni tas-saħħa mistenni, filwaqt li titqies il-fattibilità teknika u ekonomika u fatturi oħra meqjusa bħala legittimi fil-kwistjoni relevanti. Il-miżuri jridu jiġu analizzati fi żmien perjodu reġjonevoli ta’ żmien. |
(6) |
Fit-8 ta’ Marzu 2007 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) adottat opinjoni dwar ċerti aspetti relatati mar-riskju tat-TSE fl-annimali ovini u kaprini (3). F'dik l-opinjoni l-EFSA kkonkludiet li “ma hemm l-ebda evidenza għal konnessjoni epidemjoloġika jew molekolari bejn scarpie klassika u/jew atipika u t-TSEs fil-bnedmin. L-aġent tal-BSE huwa l-unika aġent tat-TSE identifikat bħala żoonotiku. Minkejja dan, fid-dawl tad-diversità tagħhom bħalissa mhuwiex possibbli li tiġi eskluża t-trażmissibilità tagħhom lill-bnedmin ta’ aġenti tat-TSE oħra ta’ l-annimali”. Hija kkonkludiet ukoll li “testijiet attwali diskriminatorji kif deskritti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità li għandhom jintużaw għad-diskriminazzjoni bejn l-iscarpie u l-BSE jidhru, sa issa, li huma attendibbli għad-differenzjar tal-BSE mill-iscarpie klassika u atipika. Minkejja dan, fl-istadju attwali ta’ għarfien xjentifiku, la s-sensittività dijanjostika tagħhom u l-anqas l-ispeċifiċità tagħhom ma jistgħu jiġu preżunti li huma perfetti”. |
(7) |
Wara dik l-opinjoni u fil-qafas tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – ir-Roadmap għat-TSE – tal-15 ta’ Lulju 2005 (4), u skond il-programm ta’ ħidma tas-SANCO 2006/2007 dwar it-TSEs tal-21 ta’ Novembru 2006 (5), ġie adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 tas-26 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi I, III, VII u X għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (6). L-emendi li saru għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 permezz tar-Regolament (KE) Nru 727/2007 kienu mmirati sabiex jirregolaw il-miżuri li ttieħdu inizjalment fir-rigward tat-TSE fl-annimali ovini u kaprini, sabiex jieħdu f'kunsiderazzjoni evidenza xjentifika aġġornata. Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 727/2007, issospenda l-obbligu tal-qatla tal-qatgħa sħiħa u ppreveda ċerti miżuri alternattivi għall-qatla fl-eventwalità ta’ konferma ta’ tifqigħa tat-TSE f'azjenda ta’ annimali ovini jew kaprini u fejn ġiet eskluża l-preżenza ta’ enċefalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE). B'mod partikolari, fid-dawl tal-fatt li s-settur għall-annimali ovini u kaprini huwa differenti madwar il-Komunità, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 727/2007, introduċa l-possibilità għall-Istati Membri sabiex japplikaw politiki differenti, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 727/2007, skond il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur f'kull Stat Membru. |
(8) |
Fis-17 ta’ Lulju 2007, fil-Każ T-257/07, Franza ressqet azzjoni kontra l-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, fejn applikat għall-annullament parzjali tal-punt 2.3 (b)(iii), il-punt 2.3 (d) u l-punt 4 tal-Kapitolu a ta’ l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 727/2007, b'mod partikolari fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu applikati għall-qatgħat milquta mit-TSE, jew b'mod alternattiv l-annullament sħiħ ta’ dak ir-Regolament. Fl-Ordni tagħha tat-28 ta’ Settembru 2007 (7), il-Qorti ssospendiet l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fl-istennija li tinqata' s-sentenza finali. |
(9) |
Fl-Ordni tat-28 ta’ Settembru 2007, saret riserva dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tad-data xjentifika disponibbli dwar riskji possibbli. Skond din, il-Kummissjoni sussegewentement talbet lill-EFSA sabiex tgħinha tiċċara ż-żewġ premessi ewlenin li fuqhom kien ibbażat ir-Regolament (KE) Nru 727/2007. L-ewwelnett, mhemm l-ebda evidenza xjentifika li turi li xi aġent tat-TSE, minbarra l-BSE, jista’ jitqies bħala aġent żoonotiku. It-tieni, il-possibilità li ssir distinzjoni permezz ta’ testijiet molekolari u bijoloġiċi bejn il-BSE u t-TSE l-oħra ta’ l-annimali fl-annimali ovini u kaprini. Fl-24 ta’ Jannar 2008, l-EFSA adottat kjarifika xjentifika u teknika (8), fir-rigward ta’ l-interpretazzjoni ta’ wħud mill-aspetti tal-konklużjonijiet ta’ l-Opinjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2007, li ttieħdet f'kunsiderazzjoni għall-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 727/2007. |
(10) |
F'dak li għandu x'jaqsam mat-trażmittibilità tat-TSE, l-EFSA kkonfermat li:
|
(11) |
Minkejja dan, l-EFSA ma tistax teskludi t-trażmissibilità għall-bnedmin ta’ aġenti oħra tat-TSE minbarra l-BSE minħabba li:
|
(12) |
Jidher mill-kjarifiki ta’ l-EFSA li l-bijodiversità ta’ l-aġenti tal-mard fl-annimali ovini u kaprini hija element importanti li ma jagħmilhiex possibli li tiġi eskluża t-trażmessibilità lill-bnedmin u li dik id-diversità tiżdied il-probabilità li wieħed mill-aġenti tat-TSE jkun trażmissibbli. Minkejja dan, l-EFSA tirrikonoxxi li ma hemm l-ebda evidenza xjentifika ta’ xi konnessjoni diretta bejn it-TSE fl-annimali ovini u kaprini, minbarra l-BSE, u t-TSE fil-bnedmin. Il-perspettiva ta’ l-EFS li t-trażmissibilità lill-bnedmin ta’ l-aġenti tat-TSE fl-annimali ovini u kaprini ma tistax tiġi eskluża hija bbażata fuq studji esperimentali fuq l-ostaklu ta’ l-ispeċi umana u mudelli ta’ annimali (primati u ġrieden). Minkejja dan, dawn il-mudelli ma jqisux il-karatteristiċi ġenetiċi tal-bnedmin li għandhom influwenza ewlenija fuq is-suxxettibbilità relattiva ta’ mard tal-prijoni. Għandhom ukoll limitazzjonijiet fl-estrapolazzjoni tar-riżultati għal kondizzjonijiet naturali, b'mod partikolari fir-rigward ta’ kemm jirrappreżentaw tajjeb l-ostaklu ta’ l-ispeċi umana u l-inċertezza ta’ kemm ir-rotta esperimentali ta’ tilqim li ntużat tirrappreżenta espożizzjoni f'kondizzjonijiet naturali. Fuq dik il-bażi, jista’ jitqies li minkejja li r-riskju ta’ trażmessibilità lill-bnedmin ta’ l-aġenti tat-TSE fl-annimali ovini u kaprini ma tistax tiġi eskluża, dak ir-riskju għandu jkun żgħir ħafna, fid-dawl tal-fatt li l-evidenza ta’ trażmessibilità hija bbażata fuq mudelli esperimentali li ma jirrappreżentawx il-kondizzjonijiet naturali relatati ma’ l-ostaklu reali ta’ l-ispeċi umana u r-rotot reali ta’ infezzjoni. |
(13) |
F'dak li għandu x'jaqsam mat-testijiet diskriminatorji, l-EFSA kkonfermat li:
|
(14) |
Wara talba mill-Kummissjoni għall-kjarifika f'dak li għandu x'jaqsam ma’ jekk in-nuqqas ta’ data statistikament suffiċjenti dwar il-prestazzjoni ta’ dawn it-testijiet huwiex ikkumpensat mill-proċedura stabbilita, li tinkludi prova interlaboratorja b'metodi ulterjuri ta’ ttestjar molekolari f'laboratorji differenti u valutazzjoni minn bord ta’ esperti ppresedut mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għat-TSEs, l-EFSA spjegat li:
|
(15) |
L-EFSA rrikonoxxiet li t-testijiet diskriminatorji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma għodda prattikabbli li jilħqu l-għan ta’ identifikazzjoni rapida u riproduċibbli tal-każijiet tat-TSE li għandhom karatteristiċi identifikabbli kompatibbli ma’ l-aġent klassiku tal-BSE. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ evidenza xjentifika ta’ infezzjoni konġunta tal-BSE u aġenti tat-TSE oħra fl-annimali ovini u kaprini f'kondizzjonijiet naturali, u fid-dawl tal-prevalenza tal-BSE fl-annimali ovini, jekk preżenti, jew kaprini hija baxxa ħafna u għalhekk il-possibilità ta’ l-infezzjoni konġunta tkun saħansitra iżgħar, in-numru ta’ każijiet tal-BSE li nqabżu fl-annimali ovini u kaprini għandu jkun estremament baxx. Għalhekk minkejja li t-testijiet diskriminatorji ma jistgħux jitqiesu li huma perfetti, huwa xieraq li jitqiesu bħala għodda adattata għall-finijiet ta’ l-għanijiet ta’ l-eradikazzjoni tat-TSE segwiti mir-Regolament (KE) Nru 999/2001. |
(16) |
Fl-Opinjoni tagħha tal-25 ta’ Jannar 2007 (9), l-EFSA tat stima tal-prevalenza probabbli tal-BSE fl-annimali ovini. L-Awtorità kkonkludiet li f'pajjiżi b'riskju għoli hemm rata ta’ inqas minn 0,3 sa 0,5 każijiet tal-BSE għal kull 10 000 annimali sani mbiċċra. L-EFSA tiddikjara wkoll li fl-Unjoni Ewropea “hemm fiduċja ta’ 95 % li n-numru ta’ każijiet huwa ta’ 4 każijiet għal kull miljun nagħġa jew inqas; fil-livell ta’ fiduċja ta’ 99 %, in-numru jsir 6 każijiet għal kull miljun jew inqas. Minħabba li sa issa ma kien ikkonfermat l-ebda każ ta’ BSE fin-nagħaġ, l-iktar prevalenza probabbli hija ta’ żero”. Minn mindu daħlet fl-2005 il-proċedura tat-testijiet diskriminatorji, kif stipulati fil-punt 3.2(c) tal-Kapitolu C ta’ l-Anness X għar-Regolament (KE) Nru 999/2001, 2 798 test diskriminatorju twettqu fl-annimali ovini milquta mit-TSE u twettqu 265 test diskriminatorju fl-annimali kaprini milquta mit-TSE u l-ebda annimal minnhom ma ġie kkonfermat bħala simili għall-BSE. |
(17) |
Livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem huwa żgurat fis-segwiment tal-politiki tal-Komunità. Il-miżuri tal-Komunità li jirregolaw l-ikel u l-għalf għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni xierqa tar-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u jridu, filwaqt li jqisu l-evidenza xjentifika eżistenti, jippreservaw jew, jekk ġustifikat xjentifikament, iżidu l-livell garantit ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali. Minkejja dan, huwa impossibbli li titqies l-eliminazzjoni sħiħa ta’ riskju bħala għan realistiku għal kwalunkwe deċiżjoni ta’ ġestjoni tar-riskju fi kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà ta’ l-ikel, fejn l-ispiża u l-benefiċċji tal-miżuri tat-tnaqqis tar-riskji jridu jintiżnu bir-reqqa sabiex jiżguraw proporzjonalità. Huwa r-rwol u r-responsabbiltà ta’ l-amministratur tar-riskju li jiddeċiedi dwar il-livell aċċettabbli ta’ riskju, filwaqt li jqis l-elementi kollha preżenti fil-valutazzjoni xjentifika tar-riskju. |
(18) |
Il-Kummissjoni, fir-rwol tagħha ta’ amministratur tar-riskju fil-livell ta’ l-UE, hija responsabbli milli twaqqaf il-livell aċċettabbli ta’ riskju u tadotta l-iktar miżuri xierqa għall-preservazzjoni ta’ protezzjoni ta’ livell għoli tas-saħħa pubblika. Hija rrevediet u vvalutat l-aktar informazzjoni riċenti fir-rigward tat-trażmissibilità tat-TSE lill-bnedmin. Hija vvalutat kwalunkwe riskju preżenti bħala li huwa baxx ħafna bħalissa. |
(19) |
Il-miżuri stipulati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom għalhekk jiġi vvalutati mill-ġdid sabiex jiżguraw li ma jimponux toqol fuq l-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi li mhuwiex xieraq għal-livell tar-riskju involut u li huwa sproporzjonat ma’ l-għan segwit. |
(20) |
Il-miżuri stipulati fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti lill-Istati Membri sabiex jieħdu dispensa mir-rekwiżit ta’ qatla totali jew parzjali jekk jiġi żvelat każ tat-TSE fl-annimali ovini jew kaprini. |
(21) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(22) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-sittin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 357/2008 (ĠU L 111, 23.4.2008, p. 3).
(2) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).
(3) Il-Ġurnal EFSA (2007) 466, 1-10.
(4) COM(2005) 322 finali.
(5) SEC(2006) 1527.
(6) ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8.
(7) ĠU C 283, 24.11.2007, p. 28.
(8) Ir-Rapport Xjentifiku tal-Bord dwar Il-Perikli Bijoloġiċi fuq talba mill-Kummissjoni Ewopea dwar “Kjarifika xjentifika u teknika fl-interpretazzjoni u l-konsiderazzjoni ta’ wħud mill-aspetti tal-konklużjonijiet ta’ l-Opinjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2007 dwar ċerti aspetti relatati mar-riskju ta’ l-Enċefalopatija Sponġiformi li Tinxtered (TSEs) fl-annimali ovini u kaprini”. Il-Ġurnal EFSA (2008) 626, 1-11.
(9) Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Perikli Bijoloġiċi fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea relatata ma’ l-istima kwantitattiva ta’ l-impatt fuq ir-riskju residwu tal-BSE fil-laħam tan-nagħaġ u l-prodotti tal-laħam, Il-Ġurnal EFSA (2007) 442, 1-44.
ANNESS
Fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-Kapitolu A jinbidel b'dan li ġej:
“KAPITOLU A
Miżuri li jsegwu konferma tal-preżenza tat-TSE
1. |
L-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 13(1)(b) irid jidentifika:
|
2. |
Il-miżuri stipulati fl-Artikolu 13(1)(c) għandhom jinkludu mill-inqas:
|
3. |
Wara l-applikazzjoni fuq azjenda tal-miżuri msemmija fil-punt 2.3 (a) u (b)(i) u (ii):
|
4. |
Wara l-applikazzjoni f'azjenda tal-miżuri stipulati fil-punt 2.3 (b)(iii) u għall-perjodu ta’ sentejn ta’ tgħammir wara s-sejba ta’ l-aħħar każ tat-TSE:
|
5. |
Wara l-applikazzjoni tad-deroga prevista fil-punt 2.3 (c) għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:
|
6. |
L-Istati Membri li japplikaw il-miżuri stipulati fil-punt 2.3(b)(iii) jew id-derogi previsti fil-punti 2.3(c) u (d) għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni rendikont tal-kondizzjonijiet u l-kriterji użati li minħabba fihom ingħataw. Fejn jinstabu każijiet addizzjonali tat-TSE f'qatgħat fejn ġew applikati derogi, il-kondizzjonijiet għall-għotja ta’ derogi bħal dawn għandhom jiġu vverifikati mill-ġdid.” |
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 747/2008
tat-30 ta' Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin, rigward id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-implimentazzjoni tar-Rev. 2 tan-NACE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin. |
(2) |
Huwa neċessarju li wieħed jadatta d-definizzjonijiet għall-karatteristiċi dwar il-varjabbli tar-riċerka u ta' l-iżvilupp għall-modulu komuni għall-istatistiċi fuq l-affiljati barranin residenti fil-pajjiż (inward statistics). |
(3) |
Huwa neċessarju wkoll li wieħed jadatta l-livelli ta' l-analiżi ta' l-attività b'segwitu għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (2). |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f''dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 huwa emendat kif ġej:
1. |
It-Taqsima 2 ta' l-Anness I hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
2. |
It-tabella tal-livelli 1 u 2 ta' l-analiżi ta' attività li hemm referenza għaliha fl-Anness III hi sostitwita bit-tabella mniżżla fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
3. |
It-tabella tal-livell 3 ta' l-analiżi ta' attività li hemm referenza għaliha fl-Anness III hi sostitwita bit-tabella mniżżla fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 kif emendat b'dan ir-Regolament:
— |
rigward il-livelli 1 u 2, mill-1 ta' Jannar 2010 (għas-sena ta' referenza 2010 u s-snin ta' wara); |
— |
rigward il-livell 3, mill-1 ta' Jannar 2008 (għas-sena ta' referenza 2008 u s-snin ta' wara); |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17.
(2) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 295/2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13).
ANNESS I
“TAQSIMA 2
Karatteristiċi
Il-karatteristiċi li ġejjin, kif definiti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar id-definizzjonijiet ta' karatteristiċi għall-istatistika strutturali dwar il-kummerċ (1) għandhom jiġu kkumpilati:
Kodiċi |
Titolu |
11 11 0 |
In-numru ta' intrapriżi |
12 11 0 |
Il-fatturat |
12 12 0 |
Il-valur tal-produzzjoni |
12 15 0 |
Il-valur miżjud fl-ispiża tal-fattur |
13 11 0 |
Ix-xiri totali ta' beni u servizzi |
13 12 0 |
Ix-xiri ta' beni u servizzi mixtrija sabiex jerġu jinbiegħu fl-istess kundizzjoni li ġew irċevuti |
13 31 0 |
L-ispejjeż tal-persunal |
15 11 0 |
L-investiment gross f'beni tanġibbli |
16 11 0 |
In-numru ta' persuni li għandhom impjieg |
Il-karatteristiċi li ġejjin għandhom ikunu kkumpilati wkoll mill-Istati Membri għas-sena ta' referenza 2009 u għas-snin ta' wara:
Kodiċi |
Titolu u definizzjoni |
||||||||
22 11 0 |
In-nefqa totali ta' R&Ż (Riċerka u Żvilupp) intra-muros (*) Ir-riċerka u l-iżvilupp sperimentali jinvolvu xogħol kreattiv magħmul fuq bażi sistematika sabiex jiżdied l-għarfien, inkluż l-għarfien tal-bniedem, tal-kultura u tas-soċjetà, u l-użu ta' dan l-għarfien sabiex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda. In-nefqiet intra-muros huma dawk in-nefqiet kollha ta' R&Ż (Riċerka u Żvilupp) magħmula ġo l-unità stess, irrispettivament minn fejn ġejjin il-fondi. In-nefqiet ta' R&Ż għandhom jiġu distinti min-nefqiet ta' firxa vasta ta' attivitajiet relatati. Dawn li ġejjin huma għalhekk esklużi min-nefqa ta' R&Ż:
In-nefqa ta' riċerka u żvilupp tista', skond il-każ tal-liġijiet nazzjonali, tiġi rreġistrata f'waħda minn dawn it-tliet postijiet: ċaqliq fl-assi mhux tanġibbli, ċaqliq fl-assi tanġibbli jew fin-nefqa operattiva. Jekk, taħt il-liġi nazzjonali, in-nefqa tista' tiġi parzjalment jew kollha kemm hi kapitalizzata, din tiġi inkluża fiċ-ċaqliq ta' l-assi mhux tanġibbli inkluż fil-kontijiet tal-kumpanija taħt L-assi fissi – L-assi intanġibbli – spejjeż ta' riċerka u żvilupp. Jekk taħt il-liġi nazzjonali hija biss parzjalment kapitalizzata jew għal kollox mhux kapitalizzata, in-nefqa kurrenti hija parti mill-Materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati, tariffi oħrajn esterni, spejjeż tal-ħaddiema u spejjeż operattivi oħra u n-nefqa kapitali tiġi inkluża fiċ-ċaqliq ta' l-assi tanġibbli imsemmija fil-kontijiet tal-kumpanija taħt l-Assi Fissi – assi tanġibbli. |
||||||||
22 12 0 |
Numru totali ta' persunal tar-R&Ż (*) Ir-riċerka u l-iżvilupp sperimentali jinvolvu xogħol kreattiv magħmul fuq bażi sistematika sabiex jiżdied l-għarfien, inkluż l-għarfien tal-bniedem, tal-kultura u tas-soċjetà, u l-użu ta' dan l-għarfien sabiex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda. Għandhom jiġu magħduda l-persuni kollha impjegati direttament fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż), kif ukoll dawk illi jipprovdu servizzi diretti, bħal managers tar-R&Ż, amministraturi u staff klerikali. Dawk il-persuni li jipprovdu servizz indirett, bħall-ħaddiema tal-kantin jew tas-sigurtà, għandhom jiġu esklużi, avolja l-pagi u s-salarji tagħhom huma inklużi bħala spejjeż ġenerali fil-kalkolu tan-nefqa. Il-persunal tar-R&Ż għandu jiġi distint mill-persunal inkarigat minn firxa wiesgħa ta' attivitajiet relatati. Għalhekk, dawn li ġejjin ma jagħmlux mal-persunal tar-R&Ż:
Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija In-numru totali ta' persunal ta' riċerka u żvilupp ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Dan jagħmel parti min-numru ta' persuni impjegati li jitniżżel fin-noti fil-kontijiet tal-kumpanija (l-Artikolu 43(8)). Rabta ma' varjabbli oħra Parti min-numru ta' persuni impjegati (16 11 0 ). |
Jekk in-numru ta' persuni li għandom impjieg mhux disponibbli, minflok għandu jiġi kkumpilat in-numru ta' l-impjegati (kodiċi 16 13 0).
Il-karatteristiċi ‘infiq totali intra-muros tar-R&Ż’ (kodiċi 22 11 0) u ‘in-numru totali ta' persunal tar-R&Ż’ (kodiċi 22 12 0) iridu jiġu kkumpilati biss f'każi ta' attivitajiet fit-taqsimiet B, C, D, E u F tan-NACE. Sas-sena ta' referenza 2009, l-Istati Membri se jikkumpilaw dawn il-karatteristiċi kif definiti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998.
Għat-taqsima K tan-NACE, in-numru ta' intrapriżi, il-fatturat (2) u n-numru tal-persuni li għandhom impjieg (jew in-numru ta' l-impjegati) biss għandhom jiġu kkumpilati.
(1) ĠU L 344, 18.12.1998, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1670/2003 (ĠU L 244, 29.9.2003, p. 74).
(*) Il-fatturi varjabbli 22 11 0 u 22 12 0 għandhom ikunu rrappurtati kull sentejn. Jekk l-ammont totali ta’ fatturat jew in-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni tan-NACE Rev. 2 Taqsimiet B sa F, jirrapreżentaw, fi Stat Membru, anqas minn 1 % tat-total tal-Komunità, l-informazzjoni meħtieġa għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika li tirrigwarda l-karatteristiċi 22 11 0 u 22 12 0 m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.
ANNESS II
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, it-tabella tal-livelli 1 u 2 ta' l-analiżi ta' l-attività hija sostitwita b'li ġej:
“Il-livelli 1 u 2 ta' l-analiżi ta' l-attività għall-istatistiċi ta' l-affiljati barranin residenti barra ’l pajjiż
Livell 1 |
Livell 2 |
Rev. 2 tan-NACE |
|
ATTIVITÀ TOTALI |
ATTIVITÀ TOTALI |
taqsima B sa S (eskluża l-O) |
|
MINJIERI U BARRIERI |
MINJIERI U BARRIERI |
taqsima B |
|
L-estrazzjoni ta' żejt mhux raffinat, gass naturali u attivitajiet ta' servizzi ta' sapport marbuta mal-minjieri |
div 06, 09 |
||
MANIFATTURA |
MANIFATTURA |
taqsima C |
|
Prodotti ta' l-ikel, xorb u tabakk |
div 10, 11, 12 |
||
TOTAL ta' attivitajiet ta' tessuti u ta' injam |
div 13, 14, 16, 17, 18 |
||
Tessuti u oġġetti li jintlibsu |
div 13, 14 |
||
Injam, karta, stampar u riproduzzjoni |
div 16, 17, 18 |
||
Żejt mhux raffinat, kimiċi, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tal-gomma u tal-plastik |
TOTAL ta' żejt mhux raffinat, kimiċi, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tal-gomma u tal-plastik |
div 19, 20, 21, 22 |
|
Prodotti mill-kokk u miż-żejt raffinat |
div 19 |
||
Kimiċi u prodotti kimiċi |
div 20 |
||
Prodotti mill-gomma u mill-plastik |
div 22 |
||
TOTAL ta' prodotti tal-metall u tal-makkinarju |
div 24, 25, 26, 28 |
||
Metalli bażiċi u prodotti ta' metall iffabbrikat |
div 24, 25 |
||
Prodotti tal-kompjuter, dawk elettroniċi u ottiċi |
Prodotti tal-kompjuter, dawk elettroniċi u ottiċi |
div 26 |
|
Makkinarju u tagħmir n.e.c. |
div 28 |
||
Vetturi, tagħmir ta' trasport ieħor |
TOTAL ta' vetturi & tagħmir ta' trasport ieħor |
div 29, 30 |
|
Vetturi bil-mutur, trejlers jew semi-trejlers |
div 29 |
||
Tagħmir ta' trasport ieħor |
div 30 |
||
TOTAL ta' manifattura oħra |
div 15, 23, 27, 31, 32, 33 |
||
PROVVISTA TA' ELETTRIKU, GASS, FWAR U ARJA KKUNDIZZJONATA |
PROVVISTA TA' ELETTRIKU, GASS, STIM U ARJA KKUNDIZZJONATA |
taqsima D |
|
PROVVISTA TA' L-ILMA; SISTEMA TA' DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART U ATTIVITAJIET TA' RIMEDJAZZJONI |
PROVVISTA TA' L-ILMA; SISTEMA TA' DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART U ATTIVITAJIET TA' RIMEDJAZZJONI |
taqsima E |
|
Il-ġbir, it-trattament u l-provvista ta' l-ilma |
div 36 |
||
Sistema ta' drenaġġi, immaniġġar ta' l-iskart u attivitajiet ta' rimedjazzjoni |
div 37, 38, 39 |
||
KOSTRUZZJONI |
KOSTRUZZJONI |
taqsima F |
|
TOTAL TA' SERVIZZI |
TOTAL TA' SERVIZZI |
taqsima G, H, I, J, K, L, M, N, P, Q, R, S |
|
KUMMERĊ BL-INGROSSA U BL-IMNUT TISWIJA TA' VETTURI BIL-MUTUR U TA' MUTURI |
KUMMERĊ BL-INGROSSA U BL-IMNUT; TISWIJA TA' VETTURI BIL-MUTUR U TA' MUTURI |
taqsima G |
|
Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut u tiswija ta' vetturi bil-mutur u ta' muturi |
div 45 |
||
Kummerċ bl-ingrossa, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi |
div 46 |
||
Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi |
div 47 |
||
TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA |
TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA |
taqsima H |
|
TOTAL ta' trasport u ħżin tal-merkanzija |
div 49, 50, 51, 52 |
||
Trasport minn fuq l-art u trasport minn ġol-katusi |
div 49 |
||
Trasport fuq l-ilma |
div 50 |
||
Trasport bl-ajru |
div 51 |
||
Il-ħżin tal-merkanzija u attivatijiet ta' sapport għat-trasportazzjoni |
div 52 |
||
Attivitajiet ta' posta u dawk ta' kurjer |
div 53 |
||
AKKOMODAZZJONI U ATTIVITAJIET TA' SERVIZZ TA' IKEL |
AKKOMODAZZJONI U ATTIVITAJIET TA' SERVIZZ TA' IKEL |
taqsima I |
|
INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI |
INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI |
taqsima J |
|
Attivitajiet ċinematografiċi, ta' vidjo, produzzjoni ta' programmi għat-televixin u attivitajiet ta' divertiment oħrajn |
div 59, 60 |
||
Telekomunikazzjoni |
div 61 |
||
Attivitajiet oħra ta' informazzjoni u komunikazzjoni |
div 58, 62, 63 |
||
ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TA' L-ASSIGURAZZJONI |
ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TA' L-ASSIGURAZZJONI |
taqsima K |
|
Intermedjazzjoni finanzjarja, ħlief il-fondi ġejjin mill-assigurazzjoni jew mill-pensjoni |
div 64 |
||
|
grupp 64.2 |
||
Assigurazzjoni, fondi ġejjin minn assigurazzjoni fuq oħra u minn pensjoni, ħlief għas-sigurtà soċjali obbligatorja |
div 65 |
||
Attivitajiet finanzjarji oħra |
div 66 |
||
ATTIVITAJIET TA' PROPJETÀ TA' BENI IMMOBBLI |
taqsima L |
||
ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI |
ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI |
taqsima M |
|
Attivitajiet legali u dawk marbuta mal-kontabilità |
div 69 |
||
|
grupp 69.1 |
||
|
grupp 69.2 |
||
Attivitajiet tal-kwartieri ġenerali; attivitajiet ta' konsulenza maniġerjali |
div 70 |
||
|
grupp 70.1 |
||
|
grupp 70.2 |
||
Attivitajiet ta' arkitettura u ta' inġinerija ittestjar u analiżi tekniċi |
div 71 |
||
Riċerka xjentifika u żvilupp |
Riċerka xjentifika u żvilupp |
div 72 |
|
Reklamar u analiżi tas-suq |
div 73 |
||
|
grupp 73.1 |
||
|
grupp 73.2 |
||
Attivitajiet oħra professjonali, kemm xjentifiċi kif ukoll tekniċi, u attivitajiet veterinarji |
div 74, 75 |
||
ATTIVITAJIET AMMINISTRATTIVI U DAWK MARBUTA MA' SERVIZZI TA' SAPPORT |
taqsima N |
||
Attivitajiet ta' kiri u ta' kiri fit-tul |
div 77 |
||
Attivitajiet amministrattivi oħra u dawk marbuta ma' servizzi ta' sapport |
div 78, 79, 80, 81, 82 |
||
EDUKAZZJONI |
taqsima P |
||
ATTIVITAJIET TA' SAĦĦA UMANA U TA' ĦIDMA SOĊJALI |
taqsima Q |
||
ARTI, DIVERTIMENT U RIKREAZZJONI |
ARTI, DIVERTIMENT U RIKREAZZJONI |
taqsima R |
|
Attivitajiet kreattivi, marbuta ma' l-arti u mad-divertiment |
div 90 |
||
Libreriji, arkivji, mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra |
div 91 |
||
Attivitajiet ta' sport u oħrajn marbuta ma' rikreazzjoni; attivitajiet tal-logħob tal-flus u l-imħatri |
div 92, 93 |
||
ATTIVITAJIET TA' SERVIZZI OĦRA |
taqsima S |
||
Attivitajiet ta' organizzazzjonijiet ta' sħubija |
div 94 |
||
Tiswija ta' kompjuters u ta' oġġetti personali u tad-dar, attivitajiet oħra ta' servizz personali |
div 95, 96 |
||
Mhux allokati” |
|
ANNESS III
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, it-tabella ta' l-analiżi ta' l-attività tal-livell 3 hi sostitwita b'li ġej:
“Analiżi ta' l-attività tal-livell 3 għall-affiljati barranin residenti fil-pajjiż
Livell 3 (Rev. 2 tan-NACE) |
|
Intestatura |
Il-livell ta' dettall mitlub |
Ekonomija tan-negozju |
Taqsimiet B sa N, ħlief il-K |
MINJIERI U BARRIERI |
Taqsima B |
MANIFATTURA |
Taqsima C |
Id-diviżjonijiet kollha minn 10 sa 33 |
|
PROVVISTA TA' ELETTRIKU, GASS, STIM U ARJA KKUNDIZZJONATA |
Taqsima D |
Diviżjoni 35 |
|
PROVVISTA TA' L-ILMA, SISTEMA TA’ DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR TA’ L-ISKART U ATTIVITAJIET TA’ RIMEDJAZZJONI |
Taqsima E |
Id-diviżjonijiet kollha minn 36 sa 39 |
|
KOSTRUZZJONI |
Taqsima F |
Id-diviżjonijiet kollha minn 41 sa 43 |
|
Il-gruppi 41.1 u 41.2, 42.1 sa 42.9, 43.1 sa 43.9 |
|
NEGOZJU BL-INGROSSA U BL-IMNUT; TISWIJA TA' VETTURI BIL-MUTUR U MUTURI |
Taqsima G |
Id-diviżjonijiet kollha minn 45 sa 47 |
|
Il-gruppi 45.1 u 45.2, 46.1 sa 46.9, 47.1 sa 47.9 |
|
TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA |
Taqsima H |
Id-diviżjonijiet kollha minn 49 sa 53 |
|
Gruppi 49.1 sa 49.5 |
|
ATTIVITAJIET TA' AKKOMODAZZJONI U TA' SERVIZZI TA' L-IKEL |
Taqsima I |
Id-diviżjonijiet kollha minn 55 sa 56 |
|
Il-gruppi 55.1 sa 55.9, 56.1 sa 56.3 |
|
INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI |
Taqsima J |
Id-diviżjonijiet kollha minn 58 sa 63 |
|
Gruppi 58.1, 58.2, 63.1, 63.9 |
|
ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TA' L-ASSIGURAZZJONI |
Taqsima K |
Id-diviżjonijiet kollha minn 64 sa 66 |
|
ATTIVITAJIET TA’ PROPRJETÀ TA’ BENI IMMOBBLI |
Taqsima L |
Diviżjoni 68 |
|
ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI |
Taqsima M |
Id-diviżjonijiet kollha minn 69 sa 75 |
|
ATTIVITAJIET AMMINISTRATTIVI U TA' SERVIZZI TA' SAPPORT |
Taqsima N |
Id-diviżjonijiet kollha minn 77 sa 82 |
|
Gruppi 77.1 sa 77.4” |
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 748/2008
tat-30 ta’ Lulju 2008
dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 0206 29 91
(Riformulazzjoni)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-Iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 996/97 tat-3 ta’ Ġunju 1997 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa ta’ importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (2) ġie emendat sostanzjalment bosta drabi (3). Ġaladarba jridu jsiru iktar emendi, għandu jiġi abbozzat mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
Skond l-Iskeda CXL, il-Komunità ftehmet li tiftaħ kwota ta’ tariffa annwali ta’ 1 500 tunnellata ta’ falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0206 29 91. Dik il-kwota għandha tinfetaħ fuq bażi multiannwali għal perjodi ta’ 12-il xahar li jibdew mill-1 ta’ Lulju u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni preskritti. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (4) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (5) jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni taċ-ċanga u l-vitella. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (6) titlu mhux uffiċjali japplika għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-perjodi tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2007. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti ta’ l-importazzjoni ta’ laħam li joriġina fi u li jiġi mill-Arġentina, dak il-pajjiż huwa mitlub joħroġ ċertifikati ta’ awtentiċità li jiggarantixxu l-oriġini tal-prodotti kkonċernati. Il-forma ta’ dawk iċ-ċertifikati u l-proċeduri għall-użu tagħhom għandhom ikunu speċifikati. |
(6) |
Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għandhom jinħarġu minn awtorità ta’ l-Arġentina. Dik l-awtorità għandha tagħti l-garanziji kollha meħtieġa biex tiżgura li l-arranġamenti in kwistjoni joperaw kif suppost. |
(7) |
Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti ta’ l-importazzjoni ta’ falda rqiqa ffriżata li toriġina u tiġi mill-Arġentina, għandu jiġi stabbilit li, fejn ikun xieraq, il-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandu jkun suġġett għall-verifika, fost affarijiet oħra, ta’ l-informazzjoni mogħtija fuq iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità. |
(8) |
Għal pajjiżi oħra, il-kwota jmissha tkun ġestita biss fuq bażi ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni tal-Komunità, b’derogi f’ċerti każijiet mir-regoli applikabbli. |
(9) |
Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex l-Istati Membri jgħaddu l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet ikkonċernati. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwota Komunitarja ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni għall-falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0206 29 91 hija hawnhekk miftuħa kull sena għal volum annwali ta’ 1 500 tunnellata għall-perjodi mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni”.
Din il-kwota ġġib in-numru ta’ l-ordni 09.4020.
2. Id-dazju tad-dwana ad valorem fuq il-kwota msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 4 %.
3. Il-kwota annwali għandha tkun allokata kif ġej:
(a) |
700 tunnellata li joriġinaw fi u ġejjin mill-Arġentina; |
(b) |
800 tunnellata li joriġinaw fi u ġejjin minn pajjiżi terzi oħrajn. |
4. Falda rqiqa sħiħa biss tista’ tiġi importata taħt il-kwota.
5. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, falda rqiqa li tkun iffriżata, b’temperatura interna ta’ mhux aktar minn –12 °C meta tidħol fit-territorju doganali tal-Komunità, għandha titqies li hi “falda rqiqa ffriżata”.
6. Għall-arranġamenti ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(a) ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u r-Regolament (KE) Nru 382/2008, għajr fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.
Għall-arranġamenti ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 376/2008, (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 382/2008, għajr fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.
Artikolu 2
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji nnifishom għandu jkun fihom l-annotazzjonijiet segwenti:
(a) |
fit-taqsima 8, il-pajjiż ta’ l-oriġini u, għall-importazzjoni tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3)(a), għandha tiġi mmarkata il-kaxxa “iva”; |
(b) |
fit-taqsima 20, talanqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness I. |
2. B’deroga mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi sa tmiem il-perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni.
Artikolu 3
1. Iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità maħruġ mill-Arġentina għandu jsir f’oriġinal wieħed u mill-inqas kopja waħda fuq formola li tikkorrispondi mal-kampjun mogħti fl-Anness II.
Il-formola għandu jkollha daqs ta’ bejn wieħed u ieħor 210 b’297 millimetru. Il-karta għandha tiżen mhux inqas minn 40 gramma għal kull metru kwadru.
2. Il-formoli għandhom jiġu stampati u kkompletati f’wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità kif ukoll, jekk hekk mixtieq, fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Arġentina.
3. Kull ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jkollu numru ta’ serje individwali mogħti mill-awtorità li toħorġu msemmija fl-Anness III (minn hawn ‘il quddiem “l-awtorità emittenti”). Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-serje bħall-oriġinal.
4. Id-dokument oriġinali u l-kopji tiegħu jistgħu jkunu ttajpjati jew miktuba bl-id. Fil-każ ta’ l-aħħar, għandhom jinkitbu b’linka sewda u b’ittri kbar.
Artikolu 4
1. Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għandhom ikunu validi biss jekk huma debitament ikkompletati u ffirmati mill-awtorità emittenti, skond l-istruzzjonijiet mogħtija fl-Anness II.
2. Ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jitqies li ġie debitament iffirmat jekk jispeċifika d-data u l-post tal-ħruġ u jekk ikollu t-timbru ta’ l-awtorità emittenti u l-firma tal-persuna jew persuni awtorizzati li jiffirmawh.
It-timbru jista’ jkun sostitwit fuq iċ-ċertifikat oriġinali ta’ awtentiċità u l-kopji tiegħu permezz ta’ siġill stampat.
Artikolu 5
1. Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għandhom ikunu validi għal tliet xhur mid-data tal-ħruġ.
Madankollu, iċ-ċertifikati ma jistgħux jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti nazzjonali wara t-30 ta’ Ġunju ta’ wara d-data tal-ħruġ.
2. L-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità mħejji skond l-Artikoli 3, 4 u 6 flimkien ma’ kopja tiegħu għandhom ikunu ppreżentati lill-awtorità kompetenti nazzjonali flimkien ma’ l-applikazzjoni għall-ewwel liċenzja ta’ l-importazzjoni li tirrigwarda ċ-ċertifikat ta’ awtentiċità.
Ċertifikat ta’ awtentiċità jista’ jintuża għall-ħruġ ta’ iktar minn liċenzja ta’ l-importazzjoni waħda għal kwantità totali li ma taqbiżx dik murija fuq iċ-ċertifikat. Meta tinħareġ iktar minn liċenzja waħda rigward ċertifikat, l-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tiffirma ċ-ċertifikat ta’ awtentiċità biex turi l-kwantità attribwita.
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu joħorġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni biss wara li jkunu sodisfatti li l-informazzjoni kollha fuq iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità tkun tikkorrispondi ma’ dik li tkun irċeviet kull ġimgħa mill-Kummissjoni fuq is-suġġett. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu immedjatament wara.
3. Minkejja t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u b’applikazzjoni debitament irraġunata, joħorġu liċenzji ta’ l-importazzjoni fuq bażi taċ-ċertifikati rilevanti ta’ awtentiċità qabel ma jkunu rċevew l-informazzjoni mill-Kummissjoni. F’każijiet bħal dawn, il-garanzija għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandha tkun ta’ EUR 50 għal kull 100 kg ta’ piż nett. Wara li jirċievu l-informazzjoni li għandha x’taqsam maċ-ċertifikat, l-Istati Membri għandhom jissostitwixxu l-garanzija b’dik ta’ EUR 12 għal kull 100 kg ta’ piż nett.
Artikolu 6
1. L-awtorità emittenti għandha:
(a) |
tkun irrikonoxxuta bħala hekk fl-Arġentina; |
(b) |
tobbliga ruħha li tiċċekkja l-partikolaritajiet fuq iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità; |
(ċ) |
timpenja ruħha li tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, bi kwalunkwe informazzjoni li tagħmilha possibbli li ssir valutazzjoni taċ-ċertifikati ta’ awtentiċità. |
2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness III jekk awtorità emittenti ma tibqax irrikonoxxuta jew tonqos milli twettaq xi wieħed mill-obbligi tagħha jew jekk tinħatar awtorità emittenti ġdida.
Artikolu 7
Sabiex applikant jikkwalifika għall-arranġamenti ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(3)(b), l-applikazzjoni għal-liċenzja mressqa minnu tista’ tkun relatata ma’ massimu ta’ 80 tunnellata.
Artikolu 8
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 7 jistgħu jitressqu biss matul l-ewwel għaxart ijiem ta’ kull perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni.
2. Sa mhux aktar tard mill-16:00, ħin ta’ Brussell, fis-seba’ ġurnata ta’ ħidma wara tmiem il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet għal kull pajjiż ta’ l-oriġini.
3. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu mis-seba’ u sa mhux aktar tard mis-sittax-il ġurnata tax-xogħol wara tmiem il-perjodu għan-notifiki msemmi fil-paragrafu 2.
Artikolu 9
1. B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi prospetti nulli, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni; |
(b) |
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi prospetti nulli, koperti b’liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu. |
2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ prodotti li jkunu ġew irrilaxxati effettivament għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni.
Madankollu, mill-perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni li jibda mill-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet ta’ prodotti li tpoġġew fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009 skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
3. Għan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi fil-piż tal-prodott f’kilogrammi u għal kull kategorija ta’ prodotti kif indikat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.
In-notifiki dwar il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta’ dan ir-Regolament għandhom isiru kif indikat fl-Annessi IV, V u VI ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Ir-Regolament (KE) Nru 996/97 huwa revokat.
Referenzi għar-Regolament revokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.
Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.
Ghall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.
(2) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 962/2007 (ĠU L 213, 15.8.2007, p. 6).
(3) Ara Anness VII
(4) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).
(5) ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 514/2008.
(6) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
ANNESS I
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b)
— |
: |
Bil-Bulgaru |
: |
Месести части от диафрагмата (Регламент (ЕО) № 748/2008), |
— |
: |
Bl-Ispanjol |
: |
Músculos del diafragma y delgados [Reglamento (CE) no 748/2008], |
— |
: |
Biċ-Ċek |
: |
Okruží a bránice (nařízení (ES) č. 748/2008), |
— |
: |
Bid-Daniż |
: |
Mellemgulv (forordning (EF) nr. 748/2008), |
— |
: |
Bil-Ġermaniż |
: |
Saumfleisch (Verordnung (EG) Nr. 748/2008), |
— |
: |
Bl-Estonjan |
: |
Vahelihase kõõluseline osa (määrus (EÜ) nr 748/2008), |
— |
: |
Bil-Grieg |
: |
Διάφραγμα [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 748/2008], |
— |
: |
Bl-Ingliż |
: |
Thin skirt (Regulation (EC) No 748/2008), |
— |
: |
Bil-Franċiż |
: |
Hampe [règlement (CE) no 748/2008], |
— |
: |
Bit-Taljan |
: |
Pezzi detti “hampes” [regolamento (CE) n. 748/2008], |
— |
: |
Bil-Latvjan |
: |
Liellopu diafragmas plānā daļa (Regula (EK) Nr. 748/2008), |
— |
: |
Bil-Litwan |
: |
Plonoji diafragma (Reglamentas (EB) Nr. 748/2008), |
— |
: |
Bl-Ungeriż |
: |
Sovány dagadó (748/2008/EK rendelet), |
— |
: |
Bil-Malti |
: |
Falda rqiqa (Regolament (KE) Nru 748/2008), |
— |
: |
Bl-Olandiż |
: |
Omloop (Verordening (EG) nr. 748/2008), |
— |
: |
Bil-Pollakk |
: |
Cienka przepona (Rozporządzenie (WE) nr 748/2008), |
— |
: |
Bil-Portugiż |
: |
Diafragma [Regulamento (CE) n.o 748/2008], |
— |
: |
Bir-Rumen |
: |
Fleică [Regulamentul (CE) nr. 748/2008], |
— |
: |
Bis-Slovakk |
: |
Bránica (Nariadenie (ES) č. 748/2008), |
— |
: |
Bis-Sloven |
: |
Vampi (Uredba (ES) št. 748/2008), |
— |
: |
Bil-Finlandiż |
: |
Kuveliha (asetus (EY) N:o 748/2008), |
— |
: |
Bl-Iżvediż |
: |
Mellangärde (förordning (EG) nr 748/2008), |
ANNESS III
LISTA TA’ L-AWTORITAJIET FL-ARĠENTINA AWTORIZZATI LI JOĦORĠU Ċ-ĊERTIFIKATI TA’ L-AWTENTIĊITÀ
Secretaría de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentos (SAGPyA):
għal falda rqiqa li toriġina fl-Arġentina kif speċifikat fl-Artikolu 1(3)(a).
ANNESS IV
Notifika dwar il-liċenzji ta’ l-importazzjoni (maħruġa) – Ir-Regolament (KE) Nru 748/2008
L-Istat Membru: …
Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 748/2008
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni
Minn: … sa: …
In-nru ta’ l-ordni |
Il-kategorija jew kategoriji ta’ prodotti (1) |
Il-kwantità (il-piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4020 |
|
|
(1) Il-kategorija jew kategoriji ta’ prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008
ANNESS V
Notifika dwar il-liċenzji ta’ l-importazzjoni (kwantitajiet li ma ntużawx) – Ir-Regolament (KE) Nru 748/2008
L-Istat Membru: …
Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 748/2008
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom il-liċenzji ta’ l-importazzjoni ma jkunux intużaw
Minn: … sa: …
In-nru ta’ l-ordni |
Il-kategorija jew kategoriji ta’ prodotti (1) |
Il-kwantità li ma ntużatx (il-piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4020 |
|
|
(1) Il-kategorija jew kategoriji ta’ prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008
ANNESS VI
Notifika dwar il-kwantitajiet ta’ prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa – Ir-Regolament (KE) Nru 748/2008
L-Istat Membru: …
Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 748/2008
Il-kwantitajiet ta’ prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa:
Minn: … sa: … (il-perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni).
In-nru ta’ l-ordni |
Il-kategorija jew kategoriji ta’ prodotti (1) |
Il-kwantità mqiegħda fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa (il-piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4020 |
|
|
(1) Il-kategorija jew kategoriji ta’ prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008
ANNESS VII
Ir-Regolament revokat bl-emendi suċċessivi tiegħu
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/97 |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2048/97 |
Dwar ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 996/97, l-Artikolu 1 biss |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 260/98 |
L-Artikolu 6 biss |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/98 |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 649/2003 |
L-Artikolu 3 biss |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1118/2004 |
L-Artikolu 3 biss |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1965/2006 |
L-Artikolu 3 u l-Anness III biss |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 568/2007 |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 962/2007 |
|
ANNESS VIII
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 996/97 |
Dan ir-Regolament |
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 2(2) |
L-Artikolu 2(1) |
L-Artikolu 2(3) |
L-Artikolu 2(2) |
L-Artikoli 3 sa 8 |
L-Artikoli 3 sa 8 |
— |
L-Artikolu 9 |
— |
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 12 |
L-Artikolu 11 |
L-Anness I |
L-Anness II |
L-Anness II |
L-Anness III |
L-Anness III |
L-Anness I |
— |
L-Anness IV |
— |
L-Anness V |
— |
L-Anness VI |
— |
L-Anness VII |
— |
L-Anness VIII |
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 749/2008
tat-30 ta’ Lulju 2008
li jemenda diversi regolamenti li jikkonċernaw il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2007 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu u d-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dak li jikkonċerna ċerti prodotti ta’ dan is-settur (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 144(1) tiegħu, b’rabta ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2) jipprovdi ċerti regoli rigward in-notifiki ta’ l-Istati Membri lill-Kummissjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 japplika mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet jew derogi addizzjonali li jistgħu jiġu stabbiliti mir-regolamenti settorjali. Huwa xieraq li jkunu pprovduti, fir-Regolamenti tal-Kummissjoni speċifiċi għal ċerti kwoti fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella, aktar regoli dettaljati dwar in-notifiki li jikkonċernaw il-liċenzji ta’ importazzjoni f’dak is-settur. B’mod partikolari, sabiex ikunu ċċarati l-obbligi relatati mad-data ta’ l-għeluq għan-notifiki relatati mal-kwantitajiet koperti mil-liċenzji ta’ importazzjoni, tali obbligi għandhom ikunu stabbiliti għal kull kwota tariffarja għall-importazzjoni kkonċernata u għalhekk fuq dak il-punt jeħtieġ li ssir deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. Ir-Regolamenti li ġejjin għandhom ikunu emendati skond dan:
|
(2) |
Il-kwota tariffarja għall-importazzjoni mifutħa mir-Regolament (KE) Nru 2092/2004 tiġi ġestita fuq il-bażi tad-dokumenti maħruġa mill-pajjiż terz ikkonċernat. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skond ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej: “Artikolu 9a 1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti, li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni. Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009. 3. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom isiru kif ġie indikat fl-Annessi IV, V u VI għal dan ir-Regolament u għandhom jintużaw il-kategoriji tal-prodotti indikati fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (*). |
(2) |
Għandhom jiġu miżjuda l-Annessi l-ġodda IV, V u VI, li t-test tagħhom jinsab fl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (**), il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (***) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (****), ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament. (**) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3." |
(2) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej: “Artikolu 7a 1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
2. Mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni. Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Jannar 2009. 3. In-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru kif ġie indikat fl-Annessi IV, V u VI għal dan ir-Regolament, u għandhom jintużaw il-kategoriji tal-prodotti kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.” |
(3) |
Għandhom jiġu miżjuda l-Annessi l-ġodda IV, V u VI, li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Fir-Regolament (KE) Nru 2172/2005, għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:
“Artikolu 8a
1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni; |
(b) |
mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom. |
2. Mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.
Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Jannar 2009.
3. Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi fi rjus u għal kull kategorija kif indikat fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (*****).
Artikolu 4
Fir-Regolament (KE) Nru 529/2007, għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:
“Artikolu 8a
1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mill-għaxar jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fix-xahar preċedenti; |
(b) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom. |
2. Mhux aktar tard mit-31 ta’ Ottubru 2008, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.
3. Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi f’piż tal-prodotti f’kilogrammi u għal kull kategorija tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (******).
Artikolu 5
Fir-Regolament (KE) Nru 545/2007, għandu jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej:
“Artikolu 11a
1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mill-għaxar jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fix-xahar preċedenti; |
(b) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom. |
2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.
3. Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi f’piż tal-prodotti f’kilogrammi għal kull numru ta’ l-ordni u għal kull kategorija tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (*******).
Artikolu 6
Fir-Regolament (KE) Nru 558/2007, għandu jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:
“Artikolu 9a
1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni; |
(b) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom. |
2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.
Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009.
3. Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi fi rjus u għal kull kategorija tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (********).
Artikolu 7
Fir-Regolament (KE) Nru 659/2007, għandu jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:
“Artikolu 10a
1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni. |
b) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom. |
2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.
Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009.
3. Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi fi rjus u għal kull kategorija tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (*********).
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (GU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 127).
(3) ĠU L 43, 18.2.2003, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 332/2008 (ĠU L 102, 12.4.2008, p. 17).
(4) ĠU L 362, 9.12.2004, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 47, 16.2.2006, p. 21).
(5) ĠU L 346, 29.12.2005, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 395).
(6) ĠU L 123, 12.5.2007, p. 26.
(7) ĠU L 129, 17.5.2007, p. 14. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 98/2008 (ĠU L 29, 2.2.2008, p. 5).
(8) ĠU L 132, 24.5.2007, p. 21.
(9) ĠU L 155, 15.6.2007, p. 20.
ANNESS I
ANNESS IV
In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (maħruġa) – Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 297/2003
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni
Minn: … lil: …
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (1) |
Il-kwantità (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4181 |
|
|
ANNESS V
In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (il-kwantitajiet li ma ntużawx) – Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 297/2003
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ma ntużawx il-liċenzji ta’ importazzjoni
Minn: … lil: …
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (2) |
Il-kwantità li ma ntużatx (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4181 |
|
|
ANNESS VI
In-notifika tal-kwantitajiet tal-prodotti imqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa – Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 297/2003
Il-kwantitajiet tal-prodotti imqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa:
Minn: … lil: … (il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni).
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (3) |
Il-kwantità mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4181 |
|
|
(1) Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008
(2) Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008
(3) Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008
ANNESS II
ANNESS IV
In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (maħruġa) – Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 2092/2004
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom inħarġu liċenzji ta’ importazzjoni
Minn: … sa: …
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (1) |
Il-kwantità (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4202 |
|
|
ANNESS V
In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (il-kwantitajiet li ma ntużawx) – Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 2092/2004
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ma ntużawx il-liċenzji ta’ importazzjoni
Minn: … sa: …
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (2) |
Il-kwantità li ma ntużatx (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4202 |
|
|
ANNESS VI
In-notifika tal-kwantitajiet tal-prodotti mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa – Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 2092/2004
Il-kwantitajiet ta’ prodotti mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa:
Minn: … sa: … (il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni).
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (3) |
Il-kwantità mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4202 |
|
|
(1) Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008
(2) Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008
(3) Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/44 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 750/2008
tat-30 ta' Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 414/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-ħażniet privati ta’ xi ġobnijiet fiż-żmien tal-ħażniet 2008/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien ma’ l-Artikolu 4,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2008 (2), fl-Anness tiegħu, jistipula l-lista tal-ġobnijiet eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja għall-ħżin privat fil-perjodu ta’ ħżin 2008/2009. |
(2) |
L-awtoritajiet tar-Rumanija talbu li jipparteċipaw fl-iskema ta’ ħżin privat għal ċerti ġobnijiet fil-perjodu ta’ ħżin 2008/2009. |
(3) |
Abbażi tat-talba tar-Rumanija u tal-qagħda attwali tas-suq tal-ġobnijiet li jinħażnu fit-tul, l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 414/2008 għandu jinkludi xi ġobnijiet Rumeni li jinħażnu fit-tul li l-qagħda tagħhom fis-suq tista’ tibbenifika mill-ħżin privat, għal kwantità li tista’ tistabbilizza s-suq tal-ġobon. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 414/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 414/2008 għandu jiġi mibdul bit-test imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 125, 9.5.2008, p. 17.
ANNESS
“ANNESS
Kategoriji ta’ ġobnijiet |
Kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna |
Staġjonatura minima għall-ġobnijiet |
Data tad-dħul fil-ħażna |
Data tat-tneħħija mill-ħażna |
||||||
Ġobnijiet Franċiżi li jinħażnu fit-tul:
|
16 000 t |
10 ijiem |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008 |
Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Ġobnijiet Ġermaniżi li jinħażnu fit-tul: Emmentaler/Bergkäse, “Markenkäse” jew “Klasse fein” |
1 000 t |
10 ijiem |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008 |
Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Ġobnijiet Irlandiżi li jinħażnu fit-tul:
|
900 t |
10 ijiem |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008 |
Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Ġobnijiet Awstrijaċi li jinħażnu fit-tul: 1. Güteklasse, Emmentaler/Bergkäse/Alpkäse |
1 700 t |
10 ijiem |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008 |
Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Ġobnijiet Finlandiżi li jinħażnu fit-tul: ‘I luokka’ |
1 700 t |
10 ijiem |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008 |
Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Ġobnijiet Żvediżi li jinħażnu fit-tul: ‘Västerbotten/Prästost/Svecia/Grevé’ |
1 700 t |
10 ijiem |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008 |
Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Ġobnijiet Pollakki li jinħażnu fit-tul: ‘Podlaski/Piwny/Ementalski/Ser Corregio/Bursztyn/Wielkopolski’ |
3 000 t |
10 ijiem |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008 |
Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Ġobnijiet Sloveni li jinħażnu fit-tul: ‘Ementalec/Zbrinc’ |
200 t |
10 ijiem |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008 |
Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Ġobnijiet Litwani li jinħażnu fit-tul: ‘Goja/Džiugas’ |
700 t |
10 ijiem |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008 |
Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Ġobnijiet Latvjani li jinħażnu fit-tul: ‘Rigamond, Ementāles tipa un Ekstra klases siers’ |
500 t |
10 ijiem |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008 |
Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Ġobnijiet Ungeriżi li jinħażnu fit-tul: ‘Hajdú’ |
300 t |
10 ijiem |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008 |
Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Pecorino Romano |
19 000 t |
90 ġurnata, u prodotti wara l-1 ta’ Ottubru 2007 |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 2008 |
Qabel il-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Kefalotyri u Kasseri magħmula minn ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż jew minn taħlita tat-tnejn |
2 500 t |
90 ġurnata, u prodotti wara t-30 ta’ Novembru 2007 |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Novembru 2008 |
Qabel il-31 ta’ Marzu 2009 |
||||||
Ġobnijiet Rumeni li jinħażnu fit-tul: Cașcaval Dobrogea, Cașcaval Rucăr, Cașcaval Dalia, Brânza Trapist, Brânza Cedar and Emmental |
500 t |
10 ijiem |
Mill-1 ta’ Awwissu sat-30 ta’ Settembru 2008 |
Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009” |
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/46 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 751/2008
tat-30 ta’ Lulju 2008
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62N minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).
(3) ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 697/2008 (ĠU L 195, 24.7.2008, p. 9).
ANNESS
Nru |
22/T&Q |
Stat Membru |
SWE |
Stokk |
POK/04-N. |
Speċi |
Pollakkju (Pollachius virens) |
Żona |
L-ilmijiet tan-Norveġja fin-Nofsinhar ta’ 62° N |
Data |
19.6.2008 |
DIRETTIVI
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/48 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/82/KE
tat-30 ta' Lulju 2008
li temenda d-Direttiva 2008/38/KE dwar għalf maħsub bħala għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza kronika tal-kliewi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 dwar l-għalf maħsub għal għanijiet ta' nutriment partikolari (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(c) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE tal-5 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta' użi maħsuba ta' l-għalf ta' l-annimali għal għanijiet ta' nutriment partikolari (2) tinkludi bħala għan ta' nutriment partikolari l-“għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza kronika tal-kliewi”. |
(2) |
Bir-Regolament (KE) Nru 163/2008 (3), il-Kummissjoni awtorizzat il-preparazzjoni ta' Lanthanum carbonate octahydrate bħala addittiv zootekniku fl-għalf għall-qtates. Din l-awtorizzazzjoni kienet ibbażata fuq opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza fl-Ikel tat-18 ta' Settembru 2007 (4). F'din l-opinjoni din l-Awtorità kkunsidrat li l-issupplimentar ta' dieti b'din il-preparazzjoni jwassal għal tnaqqis fl-eskrezzjoni tal-fosfru mill-awrina u żieda fl-eskrezzjoni mill-feċi, marbuta ma' tnaqqis fid-diġestibilità tal-fosfru apparenti. Hija kkonkludiet li din il-preparazzjoni tista' tnaqqas l-assorbiment ta' fosfru fil-qtates adulti. |
(3) |
Id-Direttiva 2008/38/KE diġà tinkludi għalf b'livell baxx ta' fosfru fil-linja “għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza kronika tal-kliewi”. L-istess effett pożittiv jista' jinkiseb jekk jitnaqqas l-assorbiment ta' fosfru li jinsab fl-għalf. Lanthanum carbonate octahydrate għandu għalhekk jiġi inkluż fil-linja “Għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza kronika tal-kliewi” fil-lista ta' użi maħsuba fil-Parti B ta' l-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE. |
(4) |
Id-Direttiva 2008/38/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE qed jiġi emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-20 ta' Frar 2009. Dawn għandhom jikkomunikaw mill-ewwel it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(4) Il-Ġurnal ta' l-EFSA (2007) 542, 1-15.
ANNESS
Fil-Parti B ta' l-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE, il-linja ta' l-għan ta' nutriment partikolari “Għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza” tinbidel b'li ġej:
Għan ta' nutriment partikolari |
Karatteristiċi nutrittivi essenzjali |
Speċi jew kategorija ta' l-annimal |
Dikjarazzjonijiet ta' l-ittekkettar |
Tul ta' ħin rakkomandat għall-użu |
Dispożizzjoni oħra |
|||||||||||||
‘Għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza tal-kliewi (*) |
Livell baxx ta' fosfru u livell ristrett ta' proteina iżda ta' kwalità għolja |
Klieb u qtates |
|
Inizjalment sa 6 xhur (**) |
Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: “Huwa rrakkommandat li tinkiseb l-opinjoni ta' veterinarju qabel l-użu jew qabel ma jiġi estiż il-perjodu ta’ l-użu.” Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: “L-ilma għandu jkun disponibbli l-ħin kollu.” |
|||||||||||||
jew |
|
|
|
|
||||||||||||||
Tnaqqis ta' assorbiment ta' fosfru permezz ta' l-inkorporazzjoni ta' Lanthanum carbonate octahydrate |
Qtates adulti |
|
Inizjalment sa 6 xhur (**) |
Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: “Huwa rrakkommandat li tinkiseb l-opinjoni ta' veterinarju qabel l-użu jew qabel ma jiġi estiż il-perjodu ta’ l-użu.” Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: “L-ilma għandu jkun disponibbli l-ħin kollu.” |
(*) Jekk xieraq il-manifattur jista’ wkoll jirrakkomanda l-użu għal insuffiċjenza tal-kliewi temporanja.
(**) Jekk il-materjal ta’ l-għalf jiġi rrakkomandat għal insuffiċjenza tal-kliewi temporanja il-perjodu rrakkomandat ta’ l-użu għandu jkun minn ġimagħtejn sa erba’ ġimgħat.’
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/50 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2007 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI KE-TURKIJA
tal-25 ta' Ġunju 2007
li temenda l-konċessjonijiet tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli pproċessati koperti mid-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali għall-Unjoni Doganali u mid-Deċiżjoni Nru 1/97 dwar l-arranġamenti applikabbli għal ċerti prodotti agrikoli pproċessati u li tħassar d-Deċiżjoni Nru 1/97
(2008/625/KE)
IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 22(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-Taqsima V tal-Kapitolu I tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali ta’ l-Unjoni Doganali (2) tistabbilixxi l-ftehimiet kummerċjali għall-prodotti agrikoli pproċessati. |
(2) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/97 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tad-29 ta’ April 1997 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati (3) tistabbilixxi l-kwoti annwali rigward ċerti merkanziji. |
(3) |
Titjibiet kummerċjali ġodda li ġew innegozjati dan l-aħħar jimmiraw sabiex jestendu u jagħmlu lill-unjoni doganali aktar profonda u jtejbu l-konverġenza ekonomika bħala riżultat tat-tkabbir tal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004. Dawn it-titjibiet jinkludu konċessjonijiet fis-sura ta’ kwoti tariffarji bla dazju (b’mod partikolari għall-merkanzija koperta mid-Deċiżjoni Nru 1/97). Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tiġi mħassra. |
(4) |
Għall-importazzjonijiet barra l-kwoti, id-dispożizzjonijiet tal-kummerċ preżenti stabbiliti fid-Deċiżjoni 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija għandhom ikomplu japplikaw. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness I u l-Anness II għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2007 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-snin ta’ wara, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fihom.
Artikolu 2
It-Taqsima V tal-Kapitolu I tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija għandha tkompli tapplika għall-importazzjonijiet li jaqbżu l-kwoti tariffarji bla dazju stabbiliti fl-Anness I u fl-Anness II.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 1/97 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Turkija-KE għandha tiġi mħassra.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni
Il-President
A. GÜL
(1) ĠU 217, 29,12.1964, p. 3687/64.
(3) ĠU L 126, 17.5.1997, p. 26.
ANNESS I
Kwoti tariffarji bla dazju applikabbli fuq l-importazzjoniji fl-UE ta’ prodotti agrikoli proċessati mit-Turkija
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Kwota Tariffarja bla Dazju Annwali (f’tunnellati għal piż nett) |
(1) |
(2) |
(3) |
1704 |
Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw: |
5 000 |
1704 10 |
– Chewing gum, kemm jekk ikun miksi biz-zokkor jew le: |
|
– – Li jkollu inqas minn 60 % sukrows, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrows): |
||
1704 10 11 |
– – – Chewing gum fi strixxi |
|
1704 10 19 |
– – – Oħrajn |
|
– – Li jkollha 60 % jew aktar, skond il-piż, ta’ sukrows (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrows): |
||
1704 10 91 |
– – – Chewing gum fi strixxi |
|
1704 10 99 |
– – – Oħrajn |
|
1704 90 |
– Oħrajn: |
10 000 (1) |
1704 90 30 |
– – Ċikkulata bajda |
|
– – Oħrajn: |
||
1704 90 51 |
– – – Pejsts, inkluż il-marżipan, f’pakketti diretti ta’ kontenut nett ta’ kilo jew aktar |
|
1704 90 55 |
– – – Mustardini tal-griżmejn u ħelu għas-sogħla |
|
1704 90 61 |
– – – Oġġetti miksija biz-zokkor (panned) |
|
– – – Oħrajn: |
||
1704 90 65 |
– – – – Ħelu tal-gomma u ħelu tal-ġèli, inklużi pejsts tal-frott f’forma ta’ ħelu taz-zokkor |
|
1704 90 71 |
– – – – Ħelu mgħolli, mimli jew le |
|
1704 90 75 |
– – – – Tofi, karamelli u ħelu simili |
|
– – – – Oħrajn: |
||
1704 90 81 |
– – – – – Pilloli kompressati |
|
1704 90 99 |
– – – – – Oħrajn |
|
1806 |
Ċikkulata u preparazzjonijiet ta’ l-ikel oħra li fihom il-kawkaw: |
5 000 (2) |
1806 10 |
– Trab tal-kawkaw, li fih zokkor jew xi sustanza oħra ta’ ħlewwa miżjuda: |
|
1806 10 20 |
– – B’5 % jew aktar, iżda anqas minn 65 %, bil-piż, ta’ sukrows (inkluż zokkor maqlub muri bħala sukrows) jew iżoglikożju muri bħala sukrows |
|
1806 20 |
– Preparazzjonijiet oħra fi blokok jew ċangaturi li jiżnu aktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulat jew xi forma oħra fil-kwantità f’kontenituri jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut ta’ aktar minn 2 kg: |
|
1806 20 10 |
– – Li jkun fihom 31 % jew aktar, bil-piż, ta’ butir tal-kawkaw jew ikun fihom piż kombinat ta’ 31 % jew aktar ta’ ħalib tal-kawkaw u xaħam tal-ħalib |
|
1806 20 30 |
– – Li fihom piż magħqud ta’ 25 % jew aktar, iżda inqas minn 31 % ta’ butir tal-kawkaw jew ta’ xaħam tal-ħalib |
|
– – Oħrajn: |
||
1806 20 50 |
– – – Bi 18 % jew aktar, bil-piż, ta’ butir tal-kawkaw |
|
1806 20 70 |
– – – Ċikkulata tal-ħalib imfarrka |
|
1806 20 80 |
– – – Kisi biċ-ċikkulata |
|
1806 20 95 |
– – – Oħrajn |
|
– Oħra, bħala blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ: |
||
1806 31 00 |
– – Mimlija |
|
1806 32 |
– – Mhux mimlija |
|
1806 32 10 |
– – – Biċ-ċereali, frott jew lewż miżjuda |
|
1806 32 90 |
– – – Oħrajn |
|
1806 90 |
– Oħrajn: |
|
– – Ċikkulata u prodotti taċ-ċikkulata: |
||
– – – Ċikkulatini, (inklużi pralines) mimlija u jew le: |
||
1806 90 11 |
– – – – Li jkun fihom l-alkoħol |
|
1806 90 19 |
– – – – Oħrajn |
|
– – – Oħrajn: |
||
1806 90 31 |
– – – – Mimlija |
|
1806 90 39 |
– – – – Mhux mimlija |
|
1806 90 50 |
– – Ħlewwiet taz-zokkor jew sostitut għaliha magħmula għalhekk minn prodotti ta’ sostituzzjoni taz-zokkor, li fihom il-kawkaw |
|
1806 90 60 |
– – Pejsts li jkun fihom il-kawkaw |
|
1806 90 70 |
– – Preparazzjonijiet li fihom il-kawkaw biex jinħadem ix-xorb |
|
1806 90 90 |
– – Oħrajn |
|
1901 |
Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta’ ikel mid-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, dqiq oħxon, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 40 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor; preparazzjonijiet ta’ l-ikel mill-prodotti ta’ l-intestaturi 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 5 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor: |
900 |
1901 20 00 |
– Taħlitiet u għaġina għall-preparazzjoni tal-prodotti tal-furnara li jidhru taħt l-intestatura 1905 |
|
1902 |
Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, njokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le: |
20 000 |
– Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli u mhux ippreparat b’xi mod ieħor |
||
1902 11 00 |
– – Li fih il-bajd |
|
1902 19 |
– – Oħrajn: |
|
1902 19 10 |
– – – Li ma fihx dqiq komuni tal-qamħ jew qamħ mitħun oħxon |
|
1902 19 90 |
– – – Oħrajn |
|
1902 20 |
– Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat b’xi mod ieħor: |
|
– – Oħrajn: |
||
1902 20 91 |
– – – Imsajjar |
|
1902 20 99 |
– – – Oħrajn |
|
1902 30 |
– Għaġin ieħor: |
|
1902 30 10 |
– – Imnixxef |
|
1902 30 90 |
– – Oħrajn |
|
1902 40 |
– Kuskus: |
|
1902 40 10 |
– – Mhux ippreparat |
|
1902 40 90 |
– – Oħrajn |
|
1904 |
Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (pereżempju, il-kornflejks); ċereali (li mhux qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ frak jew forma ta’ laqx jew frak ieħor maħduma (ħlief għad-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon u dqiq oħxon) imsajra minn qabel jew ippreparat mod ieħor, mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor: |
500 |
1904 10 |
– Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali: |
|
1904 10 10 |
– – Miskub mill-qamħirrun |
|
1904 10 30 |
– – Miksub mir-ross |
|
1904 10 90 |
– – Oħrajn |
|
1904 20 |
– Ikel ippreparat miksub mit-trofof mhux mixwija taċ-ċereali jew minn taħlitiet ta’ trofof mhux mixwija taċ-ċereali u trofof mixwija taċ-ċereali jew ċereali minfuħ: |
100 |
1904 20 10 |
– – Preparazzjoni tal-Musli bbażata fuq qxur taċ-ċereali mhux mixwija |
|
– – Oħrajn: |
||
1904 20 91 |
– – – Miskub mill-qamħirrun |
|
1904 20 95 |
– – – Miksub mir-ross |
|
1904 20 99 |
– – – Oħrajn |
|
1904 30 00 |
– Ċereali bulgur |
10 000 |
1904 90 |
– Oħrajn: |
2 500 |
1904 90 10 |
– – Ross |
|
1904 90 80 |
– – Oħrajn |
|
1905 |
Hobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, li fihom il-kakaw jew le ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili: |
10 000 |
– Gallettini ħelwin; waffles u wejfers: |
||
1905 31 |
– – Gallettini ħelwin: |
|
– – – Kompletament jew parzjalment miksijin biċ-ċikkulata jew xi preparazzjonijiet oħra li fihom il-kawkaw: |
||
1905 31 11 |
– – – – Ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 85 g |
|
1905 31 19 |
– – – – Oħrajn |
|
– – – Oħrajn: |
||
1905 31 30 |
– – – – Bi 8 % jew aktar, bil-piż, ta’ xaħam tal-ħalib |
|
– – – – Oħrajn: |
||
1905 31 91 |
– – – – – Gallettini forma ta’ sandwiċċ |
|
1905 31 99 |
– – – – – Oħrajn |
|
1905 32 |
– – Waffles u wejfers:: |
3 000 |
1905 32 05 |
– – – Li fihom aktar minn 10 % ilma bil-piż |
|
– – – Oħrajn |
||
– – – – Kompletament jew parzjalment miksija jew mgħottija biċ-ċikkulata jew xi preparazzjonijiet oħra li fihom il-kawkaw: |
||
1905 32 11 |
– – – – – Ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 85 g |
|
1905 32 19 |
– – – – – Oħrajn |
|
– – – – Oħrajn: |
||
1905 32 91 |
– – – – – Melħin, mimlija jew le |
|
1905 32 99 |
– – – – – Oħrajn |
|
1905 40 |
– Qarmeċ, ħobż mixwi u prodotti mixwija simili: |
120 |
1905 40 10 |
– – Qarmeċ |
|
1905 40 90 |
– – Oħrajn |
|
1905 90 |
– Oħrajn: |
10 000 |
1905 90 10 |
– – Matzos |
|
1905 90 20 |
– – Ostji tat-tqarbin, reċipjenti żgħar tat-tip addattati għall-użu farmaċewtiku, ostji għas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili |
|
– – Oħrajn: |
||
1905 90 30 |
– – – Ħobż li ma jkunx fih għasel, bajd, ġobon jew frott miżjuda u li jkun fih, bil-piż, fl-istat ta’ materjal xott, mhux aktar minn 5 % ta’ zokkor u mhux aktar minn 5 % ta’ xaħam |
|
1905 90 45 |
– – – Gallettini |
|
1905 90 55 |
– – – Prodotti estrużi jew espanduti, aromatizzati jew melħin |
|
– – – Oħrajn: |
||
1905 90 60 |
– – – – B’sustanza ta’ ħlewwa miżjud |
|
2105 00 |
Ġelati u silġ ieħor li jittiekel, kemm jekk ikun fih il-kawkaw u kemm jekk le: |
3 000 (3) |
2105 00 10 |
– Li ma jkunx fihom xaħam tal-ħalib jew li jkun fihom anqas minn 3 %, bil-piż, ta’ tali xaħmijiet. |
|
– Li fihom, bil-piż, xaħam tal-ħalib: |
||
2105 00 91 |
– – 3 % jew aktar iżda anqas minn 7 % |
|
2105 00 99 |
– – 7 % jew aktar |
|
2106 |
Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor: |
4 000 |
2106 10 |
– Konċentrati tal-proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġa: |
|
2106 10 80 |
– – Oħrajn |
|
2106 90 |
– Oħrajn: |
|
2106 90 98 |
– – – Oħrajn |
(1) Prodotti, li huma esklużi mill-Kwota Bla Dazju: 1704 90 99 9080, iżda li jinkludu l-Ħelwa tat-Tork u l-Lokoum
(2) Prodotti, li huma esklużi mill-Kwota Bla Dazju:1806 20 80 9080, 1806 20 95 9080, 1806 90 90 1980, 1806 90 90 9980.
(3) L-applikazzjoni ddewmet sakemm il-problemi rigward l-importazzjonijiet fl-UE tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mit-Turkija jiġu solvuti.
ANNESS II
Kwoti tariffarji bla dazju applikabbli fuq l-importazzjoniji fit-Turkija ta’ prodotti agrikoli proċessati mill-UE
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Kwota Tariffarja bla Dazju Annwali (f’tunnellati għal piż nett) |
(1) |
(2) |
(3) |
1704 |
Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw: |
1 000 |
1704 10 |
– Chewing gum, kemm jekk ikun miksi biz-zokkor jew le: |
|
– – Li jkollu inqas minn 60 % sukrows, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrows): |
||
1704 10 11 |
– – – Chewing gum fi strixxi |
|
1704 10 19 |
– – – Oħrajn |
|
– – Li jkollhom 60 % jew aktar, skond il-piż, ta’ sukrows (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrows): |
||
1704 10 91 |
– – – Chewing gum fi strixxi |
|
1704 10 99 |
– – – Oħrajn |
|
1704 90 |
– Oħrajn: |
2 500 |
1704 90 30 |
– – – Ċikkulata bajda |
|
– – Oħrajn: |
||
1704 90 51 |
– – – Pejsts, inkluż il-marżipan, f’pakketti diretti ta’ kontenut nett ta’ kilo jew aktar |
|
1704 90 55 |
– – – Mustardini tal-griżmejn u ħelu għas-sogħla |
|
1704 90 61 |
– – – Oġġetti miksija biz-zokkor (panned) |
|
– – – Oħrajn: |
||
1704 90 65 |
– – – – Ħelu tal-gomma u ħelu tal-ġèli, inklużi pejsts tal-frott f’forma ta’ ħelu taz-zokkor |
|
1704 90 71 |
– – – – Ħelu mgħolli, mimli jew le |
|
1704 90 75 |
– – – – Tofi, karamelli u ħelu simili |
|
– – – Oħrajn: |
||
1704 90 81 |
– – – – – Pilloli kompressati |
|
1704 90 99 |
– – – – – Oħrajn |
|
1806 |
Ċikkulata u preparazzjonijiet ta’ l-ikel oħra li fihom il-kawkaw: |
7 000 |
1806 10 |
– Trab tal-kawkaw, li fih zokkor jew xi sustanza oħra ta’ ħlewwa miżjuda: |
|
1806 10 20 |
– – B’5 % jew aktar, iżda anqas minn 65 %, bil-piż, ta’ sukrows (inkluż zokkor maqlub muri bħala sukrows) jew iżoglukożju muri bħala sukrows |
|
1806 10 30 |
– – B’65 % jew aktar, iżda anqas minn 80 %, bil-piż, ta’ sukrows (inkluż zokkor maqlub muri bħala sukrows) jew iżoglukożju muri bħala sukrows |
|
1806 10 90 |
– – Bi 80 % jew aktar, bħala piż, ta’ sukrows (inkluż zokkor invertit muri bħala sukrows) jew isoglukows muri bħala sukrows |
|
1806 20 |
– Preparazzjonijiet oħra fi blokok jew ċangaturi li jiżnu aktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulat jew xi forma oħra fil-kwantità f’kontenituri jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut ta’ aktar minn 2 kg: |
|
1806 20 10 |
– – Li jkun fihom 31 % jew aktar, bil-piż, ta’ butir tal-kawkaw jew ikun fihom piż kombinat ta’ 31 % jew aktar ta’ ħalib tal-kawkaw u xaħam tal-ħalib |
|
1806 20 30 |
– – Li fihom piż magħqud ta’ 25 % jew aktar, iżda inqas minn 31 % ta’ butir tal-kakaw jew ta’ xaħam tal-ħalib |
|
– – Oħrajn: |
||
1806 20 50 |
– – – Bi 18 % jew aktar, bil-piż, ta’ butir tal-kawkaw |
|
1806 20 70 |
– – – Ċikkulata tal-ħalib imfarrka |
|
1806 20 80 |
– – – Kisi biċ-ċikkulata |
|
1806 20 95 |
– – – Oħrajn |
|
– Oħrajn, bħala blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ: |
||
1806 31 00 |
– – Mimlija |
|
1806 32 |
– – Mhux mimlija |
|
1806 32 10 |
– – – Biċ-ċereali, frott jew lewż miżjuda |
|
1806 32 90 |
– – – Oħrajn |
|
1806 90 |
– Oħrajn: |
|
– – Ċikkulata u prodotti taċ-ċikkulata: |
||
– – – Ċikkulatini, (inklużi pralines) mimlija jew le: |
||
1806 90 11 |
– – – – Li jkun fihom l-alkoħol |
|
1806 90 19 |
– – – – Oħrajn |
|
– – – Oħrajn: |
||
1806 90 31 |
– – – – Mimlija |
|
1806 90 39 |
– – – – Mhux mimlija |
|
1806 90 50 |
– – Ħlewwiet taz-zokkor jew sostitut għalih magħmula għalhekk minn prodotti ta’ sostituzzjoni taz-zokkor, li fihom il-kawkaw |
|
1806 90 60 |
– – Pejsts li jkun fihom il-kawkaw |
|
1806 90 70 |
– – Preparazzjonijiet li fihom il-kawkaw biex jinħadem ix-xorb |
|
1806 90 90 |
– – Oħrajn |
|
1901 |
Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta’ ikel mid-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, dqiq oħxon, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 40 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor; preparazzjonijiet ta’ l-ikel mill-prodotti ta’ l-intestaturi 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 5 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor: |
500 |
1901 10 00 |
– Preparazzjonijiet għall-użu mit-trabi, imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut |
|
1901 20 |
– Taħlitiet u għaġina għall-preparazzjoni tal-prodotti tal-furnara li jidhru taħt l-intestatura 1905 |
300 |
1901 90 |
– Oħrajn: |
2 000 |
– – Estratt tax-xgħir: |
||
1901 90 11 |
– – – Li fih 90 % estratt niexef jew aktar bil-piż |
|
1901 90 19 |
– – – Oħrajn |
|
– – Oħrajn: |
||
1901 90 99 |
– – – Oħrajn |
|
1902 |
Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, njokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le: |
20 000 |
– Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli u mhux ippreparat b’xi mod ieħor |
||
1902 11 00 |
– – Li fih il-bajd |
|
1902 19 |
– – Oħrajn: |
|
1902 19 10 |
– – – Li ma fihx dqiq komuni tal-qamħ jew qamħ mitħun oħxon |
|
1902 19 90 |
– – – Oħrajn |
|
1902 20 |
– Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat b’xi mod ieħor: |
|
– – Oħrajn: |
||
1902 20 91 |
– – – Imsajjar |
|
1902 20 99 |
– – – Oħrajn |
|
1902 30 |
– Għaġin ieħor: |
|
1902 30 10 |
– – Imnixxef |
|
1902 30 90 |
– – Oħrajn |
|
1902 40 |
– Kuskus: |
|
1902 40 10 |
– – Mhux ippreparat |
|
1902 40 90 |
– – Oħrajn |
|
1904 |
Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (pereżempju, il-kornflejks); ċereali (li mhux qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ frak jew forma ta’ laqx jew frak ieħor maħduma (ħlief għad-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon u dqiq oħxon) imsajra minn qabel jew ippreparat mod ieħor, mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor: |
5 000 |
1904 10 |
– Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali: |
|
1904 10 10 |
– – Miskub mill-qamħirrun |
|
1904 10 30 |
– – Miksub mir-ross |
|
1904 10 90 |
– – Oħrajn |
|
1904 20 |
– Ikel ippreparat miksub mit-trofof mhux mixwija taċ-ċereali jew minn taħlitiet ta’ trofof mhux mixwija taċ-ċereali u trofof mixwija taċ-ċereali jew ċereali minfuħ: |
500 |
1904 20 10 |
– – Preparazzjoni tal-Muesli bbażata fuq qxur taċ-ċereali mhux mixwija |
|
– – Oħrajn: |
||
1904 20 91 |
– – – Miskub mill-qamħirrun |
|
1904 20 95 |
– – – Miksub mir-ross |
|
1904 20 99 |
– – – Oħrajn |
|
1904 90 |
– Oħrajn: |
300 |
1904 90 10 |
– – Ross |
|
1904 90 80 |
– – Oħrajn |
|
1905 |
Hobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, li fihom il-kawkaw jew le, ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili: |
1 000 |
– Gallettini ħelwin; waffles u wejfers: |
||
1905 31 |
– – Gallettini ħelwin: |
|
– – – Kompletament jew parzjalment miksijin biċ-ċikkulata jew xi preparazzjonijiet oħra li fihom il-kawkaw: |
||
1905 31 11 |
– – – – Ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 85 g |
|
1905 31 19 |
– – – – Oħrajn |
|
– – – Oħrajn: |
||
1905 31 30 |
– – – – Bi 8 % jew aktar, bil-piż, ta’ xaħam tal-ħalib |
|
– – – – Oħrajn: |
||
1905 31 91 |
– – – – – Gallettini forma ta’ sandwiċċ |
|
1905 31 99 |
– – – – – Oħrajn |
|
1905 32 |
– – Waffles u wejfers: |
600 |
1905 32 05 |
– – – Li fihom aktar minn 10 % ilma bil-piż |
|
– – – Oħrajn |
||
– – – – Kompletament jew parzjalment miksija jew mgħottija biċ-ċikkulata jew xi preparazzjonijiet oħra li fihom il-kawkaw: |
||
1905 32 11 |
– – – – – Ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 85 g |
|
1905 32 19 |
– – – – – Oħrajn |
|
– – – – Oħrajn: |
||
1905 32 91 |
– – – – – Melħin, mimlija jew le |
|
1905 32 99 |
– – – – – Oħrajn |
|
1905 40 |
– Qarmuċ, ħobż mixwi u prodotti mixwija simili: |
200 |
1905 40 10 |
– – Qarmuċ |
|
1905 40 90 |
– – Oħrajn |
|
1905 90 |
– Oħrajn: |
1 500 |
1905 90 10 |
– – Matzos |
|
1905 90 20 |
– – Ostji tat-tqarbin, reċipjenti żgħar tat-tip addattati għall-użu farmaċewtiku, ostji għas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili |
|
– – Oħrajn: |
||
1905 90 30 |
– – – Ħobż li ma jkunx fih għasel, bajd, ġobon jew frott miżjuda u li jkun fih, bil-piż, fl-istat ta’ materjal xott, mhux aktar minn 5 % ta’ zokkor u mhux aktar minn 5 % ta’ xaħam |
|
1905 90 45 |
– – – Gallettini |
|
1905 90 55 |
– – – Prodotti estrużi jew espanduti, aromatizzati jew melħin |
|
– – – Oħrajn: |
||
1905 90 60 |
– – – – B’sustanza ta’ ħlewwa miżjuda |
|
1905 90 90 |
– – – – Oħrajn |
|
2105 00 |
Ġelati u silġ ieħor li jittiekel, kemm jekk ikun fih il-kawkaw u kemm jekk le: |
3 000 (1) |
2105 00 10 |
– Li ma jkunx fihom xaħam tal-ħalib jew li jkun fihom anqas minn 3 %, bil-piż, ta’ tali xaħmijiet |
|
– Li fihom, bil-piż, xaħam tal-ħalib: |
||
2105 00 91 |
– – 3 % jew aktar iżda anqas minn 7 % |
|
2105 00 99 |
– – 7 % jew aktar |
|
2106 |
Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor: |
4 000 |
2106 10 |
– Konċentrati tal-proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġa: |
|
2106 10 80 |
– – Oħrajn |
|
2106 90 |
– Oħrajn: |
|
2106 90 98 |
– – – Oħrajn |
(1) L-applikazzjoni ttardjat sakemm jiġu solvuti l-problemi rigward l-importazzjonijiet fl-UE tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mit-Turkija.
Kummissjoni
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ April 2008
Għajnuna mill-Istat C 40/06 (ex NN 96/05)
Skemi ta’ għajnuna f’forma ta’ self implimentati mir-Renju Unit
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1612)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/626/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) u (3) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (2),
Billi:
I PROĊEDURA
(1) |
Permezz ta’ ittra datata l-15 ta’ Ġunju 2004, il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa minn ċittadin tar-Renju Unit dwar għajnuna mogħtija mill-Kunsill tal-Gżejjer Shetland, l-awtorità pubblika fil-Gżejjer Shetland tar-Renju Unit, lis-settur tas-sajd, li setgħet ikkonċernat għajnuna illegali mill-Istat. Permezz ta’ ittri datati 24 t’Awissu 2004, l-4 ta’ Frar 2005, il-11 ta’ Mejju 2005 u s-16 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni talbet lir-Renju Unit biex jipprovdi informazzjoni dwar tali għajnuna. Ir-Renju Unit ipprovda lill-Kummissjoni b’aktar informazzjoni permezz ta’ ittri datati l-10 ta’ Diċembru 2004, is-6 ta’ April 2005, it-8 ta’ Settembru 2005 u l-31 ta’ Jannar 2006. |
(2) |
Permezz ta’ ittra datata t-13 ta’ Settembru 2006, il-Kummissjoni informat lir-Renju Unit dwar id-deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward ta’ l-għajnuna. Ir-Renju Unit ta l-kummenti tiegħu dwar l-għajnuna permezz ta’ ittra datata 16 t’Ottubru 2006. Wara t-talbiet mill-Kummissjoni datati l-31 ta’ Jannar 2007 u l-5 ta’ Frar 2008, aktar informazzjoni ngħatat permezz ta’ ittri datati l-4 ta’ Settembru 2007 u s-27 ta’ Frar 2008. |
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinbeda l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Novembru 2006 (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet interessati. |
II DESKRIZZJONI DETTALJATA
(4) |
Il-Kunsill tal-Gżejjer Shetland għamel ħlasijiet lis-settur tas-sajd fl-ambitu ta’ żewġ miżuri ta’ għajnuna ġenerali imsejjħa “Ġħajnuna lill-Industrija tal-Qbid u ta’ l-Ipproċessar tal-Ħut” u “Ġħajnuna lill-Industrija tat-Trobbija tal-Ħut”, li fil-fatt kienu jikkonsistu f’diversi tipi differenti ta’ skemi ta’ għajnuna. Fost dawn l-iskemi kien hemm dawk li jissejjħu skemi ta’ għajnuna f’forma ta’ Self (“l-iskema”). |
(5) |
Għajnuna ingħatat lil persuni li jrabbu s-salamun, permezz ta’ għajnuna f’forma ta’ self mogħtija permezz ta’ l-Assoċjazzjoni tat-Trobbija tal-Ħut u lil persuni li jipproċessaw il-ħut, permezz ta’ għajnuna f’forma ta’ self mogħtija permezz ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Proċessuri tal-Ħut. |
Għajnuna f’Forma ta’ Self għat-Trobbija tas-Salamun
(6) |
L-Għajnuna f’Forma ta’ Self għat-Trobbija tas-Salamun ġiet stabbilita fis-sena 2000 biex tipprovdi self għal kapital għall-operat lil kumpaniji individwali li jrabbu s-salamun biex ikomplu jkabbru l-ħut sa daqs li jkun xieraq għall-qbid. Is-self mogħti skond l-iskema jvarja minn GBP 87 000 għal GBP 250 000, dawk l-ammonti jirrappreżentaw massimu ta’ 75 % ta’ l-ispejjeż għax-xiri ta’ frieħ tas-salamun. L-ammont totali tas-self mogħti huwa GBP 3 477 130. |
(7) |
Is-self ingħata lil kumpaniji li setgħu juru vijabbiltà billi pproduċew pjan tan-negozju u previżjonijiet finanzjarji aċċettabbli għal perjodu li jkopri mill-inqas tliet snin. Is-self kien soġġett għal imgħax b’rati li ġeneralment jikkorrispondu ma’ 2 % aktar mir-rata bażi applikabbli fir-Renju Unit. Sabiex is-self ikun garantit, ingħata bil-kundizzjoni li min ikun silef jieħu “id-dritt tat-titolu” fuq il-frieħ tas-salamun, u b’hekk is-self ikun garantit fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ tal-ħut meta jikber. |
Skema ta’ self għall-ipproċessar tal-ħut
(8) |
Skond l-iskema ta’ Self għall-ipproċessar tal-ħut, ingħataw self lil ħames kumpaniji waqt il-perjodu bejn l-1996 u l-2002. Is-self varja minn GBP 73 000 għal GBP 200 000, b’total ta’ GBP 698 300. Is-self ingħata lil kumpaniji li waqt il-perjodu tas-self intrabtu li jipprovdu rendikonti ivverifikati b’mod professjonali, li jaħdmu skond l-istandards rilevanti nazzjonali u tal-Komunità ta’ l-iġjene, tas-saħħa u tas-sigurtà, u li jkunu membri ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Proċessuri tal-Ħut ta’ Shetland. |
Raġunijiet biex tinbeda l-proċedura
(9) |
Il-Kummissjoni qieset li ma setax jiġi stabbilit mill-informazzjoni disponibbli jekk is-self skond l-iskemi ngħatax skond kundizzjonijiet aċċettabbli għal selliefa privati normali fis-suq. Billi s-self kien jidher li ngħata f’ċirkostanzi aktar favorevoli jew b’kundizzjonijiet aktar favorevoli milli jkunu aċċettabbli għal sellief privat normali, il-benefiċjarji dehru li ngħataw benefiċċju li ma kienux jirċevu f’ċirkostanzi ekonomiċi normali. Billi, barra dan, il-kumpaniji konċernati ġew meqjusa li kienu f’kompetizzjoni diretta ma’ kumpaniji oħra fis-settur tas-sajd, is-self kien jidher li hu għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE. |
(10) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà tas-self, bħala għajnuna mill-Istat, mal-Linji Gwida għall-verifika ta’ għajnuna mill-Istat lis-sajd u lill-akkwakultura applikabbli fiż-żmien li ngħatat l-għajnuna, il-Kummissjoni kellha dubbju li s-self seta’ jkun meqjus bħala self kummerċjali u għalhekk qisietu bħala għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tal-kompatibbiltà tas-self mas-suq komuni, il-Kummissjoni barra dan kellha dubbju li, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, setgħu jiġu meqjusa li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-Linji Gwida rispettivi għall-verifika ta’ l-għajnuna mill-Istat lis-sajd u lill-akkwakultura, applikabbli fiż-żminijiet rispettivi li ngħatat l-għajnuna. |
III KUMMENTI MIR-RENJU UNIT
(11) |
Fl-ittri tiegħu datati s-16 ta’ Ottubru 2006, l-4 ta’ Settembru 2007 u s-27 ta’ Frar 2008, ir-Renju Unit ipprovda aktar informazzjoni dwar is-self mogħti skond l-iskemi. |
(12) |
Ir-Renju Unit qal li s-self kien ingħata skond ċirkostanzi aċċettabbli għal sellief privat normali u li, għalhekk, is-self ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
(13) |
F’dan ir-rigward, ir-Renju Unit ipprovda deskrizzjoni tal-politika dwar ir-rati ta’ imgħax applikata fir-rigward ta’ l-għoti ta’ dan is-self. Ir-rati ta’ imgħax kienu ġew stabbiliti b’referenza għall-kisba ta’ qligħ fuq il-kapital konsistenti mar-rata bażi tal-KE (Renju Unit) u wara valutazzjoni tar-riskju. Dan irriżulta f’politika dwar ir-rati ta’ imgħax li tagħti rati ta’ imgħax indikattivi ta’ 2 % fuq ir-rata bażi tar-Renju Unit għal self b’riskju baxx, 3 % fuq ir-rata bażi tar-Renju Unit għal self b’riskju medju u 4 % fuq ir-rata bażi tar-Renju Unit għal self b’riskju għoli. Ir-Renju Unit jidhirlu li din il-politika hija skond il-prinċipju ta’ l-investitur f’ekonomija tas-suq. |
Għajnuna f’Forma ta’ Self għat-Trobbija tas-Salamun
(14) |
Fir-rigward ta’ self mogħti lil min irabbi s-salamun skond l-Għajnuna f’Forma ta’ Self għat-Trobbija tas-Salamun, ingħata self lil ħmistax-il kumpanija matul il-perjodu minn Settembru 2000 sa Jannar 2003. Il-kundizzjonijiet u r-rati ta’ imgħax tas-self varjaw kif ġej:
|
(15) |
Ir-Renju Unit qal li l-biċċa l-kbira ta’ dan is-self kien ingħata bl-applikazzjoni tar-rata bażi tal-Bank of England miżjuda bi 2 %, xi drabi miżjuda bi 3 %. Il-kundizzjonijiet għal-ħlas lura kienu ġew imfassla biex jirriflettu iċ-ċiklu ta’ tkabbir tal-frieħ tas-salamun. B’mod tipiku il-perjodu ta’ żmien kien bejn wieħed u ieħor sentejn bl-imgħax jitħallas kull xahar u l-kapital jitħallas fl-għeluq tal-perjodu tas-self, li ġie strutturat biex jaħbat mal-ħsad. Il-proporzjon ta’ self mal-valur ivarja minn 24 % sa 75 %. |
(16) |
Sabiex is-self ikun garantit, ingħata bil-kundizzjoni li s-sellief jieħu “d-dritt tat-titolu” fuq il-frieħ tas-salamun, u b’hekk is-self ikun garantit fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ tal-ħut meta jikber. Ir-Renju Unit afferma li, f’suq normali, ikun mistenni li l-valur tal-frieħ tas-salamun jgħola matul il-perjodu li jkunu qed jikbru, u għalhekk il-proporzjon tas-self mal-valur jitjieb matul l-istess perjodu. Barra dan, għas-self mogħti kienet ingħatat garanzija permezz ta’ floating charges, li jipprovdu garanzija mhux biss permezz tal-valur tal-ħut, iżda anki permezz ta’ l-assi tanġibbli tal-kumpanija, per eżempju, gaġeġ tal-ħut, liċenzji, eċċ. |
(17) |
Ir-Renju Unit fl-aħħarnett ipprovda dettalji ta’ l-impriżi li ngħataw is-self, tal-kapital reġistrat tagħhom, il-perċentwali ta’ kapital mitluf fiż-żmien ta’ l-investimenti u fit-tnax-il xahar qabel l-investimenti, informazzjoni li turi li ebda waħda mill-impriżi ma kienet soġġetta għal proċeduri ta’ falliment fiż-żminijiet rispettivi ta’ l-għotja, u l-previżjonijiet finanzjarji preżentati mill-impriżi li juru l-vijabbiltà finanzjarja tagħhom fil-mument ta’ l-applikazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar il-titoli speċifiċi u arranġamenti ta’ klassifikazzjoni ta’ kull self. |
Skema ta’ self għall-ipproċessar tal-ħut
(18) |
Fir-rigward tas-self mogħti lil proċessuri tal-ħut skond l-iskema ta’ Self għall-ipproċessar tal-ħut, is-self kien kif ġej:
|
(19) |
Ir-Renju Unit qal li s-self kollu, ħlief wieħed, kien ingħata b’rati ta’ imgħax ogħla kemm mir-rata bażi tal-Bank of England u kemm mir-rata ta’ referenza tal-KE (Renju Unit); li s-self kien tipikament għal tagħmir u ġeneralment għal perjodi ta’ 10 snin; il-kundizzjonijiet kienu meqjusa li huma skond il-kundizzjonijiet li jiġu offruti minn selliefa kummerċjali normali u li, fil-każijiet kollha, ir-rata tal-valur tas-self ma kenitx akbar minn 40 %. Is-self kien soġġett għal garanziji fil-forma ta’ titoli u floating charges standard. |
(20) |
Ir-Renju Unit ipprovda dettalji ta’ l-impriżi li ngħataw self, tal-kapital reġistrat tagħhom, tal-perċentwali ta’ kapital mitluf fiż-żmien ta’ l-investimenti u fit-tnax-il xahar qabel l-investimenti, informazzjoni li turi li ebda waħda mill-impriżi ma kienet soġġetta għal proċeduri ta’ falliment fiż-żminijiet rispettivi ta’ l-għotja, u l-previżjonijiet finanzjarji preżentati mill-impriżi li juru l-vijabbiltà finanzjarja tagħhom fil-mument ta’ l-applikazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar it-titoli speċifiċi u arranġamenti ta’ klassifikazzjoni ta’ kull self. |
(21) |
Fl-aħħarnett, fir-rigward tas-self mogħti lil D Watt (Shetland) Ltd fl-1998, ir-Renju Unit qal li għalkemm ir-rata ta’ imgħax oriġinali ta’ dan is-self kienet 8 %, kienet ġiet imnaqqsa għal 5 % permezz ta’ għotja ta’ tnaqqis ta’ imgħax ta’ GBP 20 000 imħallsa direttament mill-Kunsill tal-Gżejjer Shetland. Ir-Renju Unit innota li l-element ta’ l-għotja seta’ tħallas direttament lil min issellef, billi min issellef kien eliġibbli għal għajnuna f’forma ta’ għotja. Madankollu, biex l-affarijiet ikunu aktar faċli biex jiġu amministrati, l-għotja kienet tħallset lis-sellief u tnaqqas l-imgħax fuq is-self. |
Il-kompatibbiltà u l-irkupru
(22) |
Ir-Renju Unit qal li, kieku l-Kummissjoni kellha tqis is-self bħala mhux kummerċjali, kien kompatibbli mar-regoli rilevanti ta’ l-għajnuna mill-Istat. |
(23) |
Fl-aħħarnett, ir-Renju Unit indika li jekk il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni negattiva, l-irkupru ta’ għajnuna mogħtija qabel it-3 ta’ Ġunju 2003 ma għandux ikun meħtieġ billi dak ikun kuntrarju għall-prinċipju tal-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi. F’dan ir-rigward, ir-Renju Unit għamel referenza għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/612/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar self għax-xiri ta’ kwoti tas-sajd fil-Gżejjer Shetland (Renju Unit) (5) kif ukoll għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/226/KE tas-7 ta’ Diċembru 2005 dwar investimenti ta’ Shetland Leasing and Property Developments fil-Gżejjer Shetland (Renju Unit) (6), u qal li sat-3 ta’ Ġunju 2003 il-Kunsill tal-Gżejjer Shetland b’mod leġittimu qies il-fondi użati bħala li kienu privati u mhux pubbliċi. |
IV VALUTAZZJONI
(24) |
Għandu jkun stabbilit l-ewwelnett jekk il-miżura tistax titqies bħala għajnuna mill-Istat u jekk dan hu l-każ, jekk l-għajnuna hix kompatibbli mas-suq komuni. |
Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
(25) |
Skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE,“bla ħsara ta’ kull deroga kontemplata f’dan it-Trattat, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni”. |
(26) |
Skond il-ġurisprudenza stabbilita (7) l-għoti ta’ self mill-Istat jew minn entitajiet kontrollati mill-Istat lil ditta jista’ jiffavorixxi lil dik id-ditta fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE jekk min jissellef jingħata kundizzjonijiet li jkunu aktar favorevoli minn dawk li kien jikseb fis-suq tal-kapital. |
(27) |
Mod xieraq biex jiġi stabbilit jekk self ikunx għajnuna mill-Istat, huwa li jiġi applikat il-kriterju li jiġi stabbilit sa liema punt l-impriża kien jirnexxielha tikseb l-ammonti in kwistjoni fis-swieq tal-kapital privati b’kundizzjonijiet simili. |
(28) |
Il-fatturi rilevanti għall-valutazzjoni tas-self imqabbla mas-swieq tal-kapital privati huma b’mod partikolari l-perjodu ta’ żmien u l-ammont tas-self, ir-riskju ta’ nuqqas minn min jissellef, ir-rata ta’ imgħax, in-natura tal-garanzija mogħtija u l-arranġament dwar il-klassifikazzjoni. |
(29) |
Fir-rigward tar-rati ta’ imgħax ta’ tali self, ir-rata tas-suq li għandha tintuża bħala punt ta’ referenza għall-paragun hija r-rata ta’ referenza stabbilita mill-Kummissjoni skond l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu biex jiġu ffissati r-rati ta’ referenza u ta’ skont (8). Ir-rata ta’ referenza li tiġi stabbilita b’dan il-mod hija rata minima li tista’ tiġi miżjuda f’sitwazzjonijiet li jinvolvu riskju partikolari (per eżempju, fejn impriża tkun f’diffikultà jew fejn il-garanzija meħtieġa normalment mill-banek ma tingħatax). F’każijiet bħal dawn, il-primjum jista’ jkun ta’ 400 punt bażi jew aktar jekk ebda bank privat ma jkun aċċetta li jagħti s-self rilevanti, |
(30) |
It-tabella t’hawn taħt tqabbel ir-rati ta’ imgħax applikati skond l-iskemi mar-rata ta’ referenza tal-Komunità applikabbli fiż-żminijiet rispettivi meta ingħataw.
|
(31) |
Fil-każ tas-self mogħti lil tliet kumpaniji skond l-iskema ta’ Self għall-ipproċessar tal-ħut f’Mejju 1996 lil Lerwick Fish Traders Ltd, f’Ottubru 1996 lil Shetland Seafood Specialities Ltd u f’Awissu 1997 lil Whalsay Fish Processing Ltd, ir-rati ta’ imgħax applikati kienu inqas mir-rata ta’ referenza tal-Komunità. Barra dan, ir-rata ta’ imgħax tas-self mogħti lil D Watt (Shetland) Ltd fl-1998, għalkemm oriġinarjament ġiet stabbilita f’livell ogħla mir-rata ta’ referenza tal-Komunità, tnaqqset permezz ta’ għotja ta’ għajnuna għall-imgħax għal livell inqas mir-rata ta’ referenza tal-Komunità. Dan is-self għalhekk għandu jiġi meqjus bħala li ingħata b’kundizzjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk fis-suq tal-kapital u b’hekk jiffavorixxi l-impriżi konċernati. |
(32) |
Madankollu, jista’ jiġi stabbilit li r-rati ta’ imgħax għas-self l-ieħor kollu, mogħti minn Settembru 2000 ’il quddiem skond l-Iskema ta’ Self għall-Ipproċessar tal-Ħut u l-iskema ta’ Għajnuna f’Forma ta’ Self għat-Trobbija tas-Salamun, kienu kollha ogħla mir-rata ta’ referenza tal-Komunità applikabbli fiż-żmien meta ingħata s-self rispettiv u seta’ għalhekk ingħata skond kundizzjonijiet normali tas-suq tal-kapital. B’konsegwenza ta’ dan, huwa rilevanti li jiġi stabbilit kif l-aspetti l-oħra kollha ta’ dak is-self jipparagunaw ma’ self mogħti skond kundizzjonijiet normali tas-suq. |
(33) |
L-informazzjoni preżentata mir-Renju Unit, li tagħti s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ kull impriża, turi li s-self ingħata skond il-politika dwar ir-rati ta’ imgħax imsemmija fi premessa 13 u kien soġġett każ b’każ għal valutazzjoni tar-riskju, li tippermetti li l-awtorità li qed tislef tiffissa l-perjodu ta’ żmien, ir-rata ta’ imgħax u t-titoli u l-arranġamenti dwar il-klassifikazzjoni, każ b’każ għal kull self skond ir-riskju attwali ta’ kull self u skond il-kundizzjonijiet kummerċjali normali. |
(34) |
F’dan ir-rigward, huwa nnotat b’mod partikolari li l-ebda waħda mill-impriżi ma kienet, fiż-żmien li ingħata s-self rispettiv, ditta li kienet f’diffikultà fit-tifsira tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat biex jiġu salvati u ristrutturati ditti li jkunu f’diffikultà (10). Minħabba dan, fir-rigward tar-riskju ta’ nuqqas minn min jissellef, jiġi nnotat ukoll li, għalkemm xi impriżi wrew riskju akbar li jonqsu minn oħrajn, dak ir-riskju tpatta f’tali każijiet b’rata ta’ imgħax ogħla flimkien ma’ garanzija żejda b’mod li jista’ jitqabbel ma’ kundizzjonijiet normali fis-suq privat ta’ self lil dan is-settur. |
(35) |
Konsegwentement, jista’ jiġi konkluż li s-self mogħti minn Settembru 2000 “il quddiem jista” jiġi meqjus bħala li jitqabbel ma’ dak li sellief privat, li jaġixxi f’ekonomija tas-suq, kien ikun lest li jsellef bl-istess kundizzjonijiet u li dak is-self għalhekk ingħata b’kundizzjonijiet li ma kienux aktar favorevoli minn kundizzjonijiet normali tas-suq. |
(36) |
Self mogħti b’kundizzjonijiet li jirriflettu l-kundizzjonijiet normali tas-suq ma jagħtix vantaġġ lill-benefiċjarji tas-self meta mqabbel ma’ operaturi oħra fis-suq u, fin-nuqqas ta’ vantaġġ lill-impriżi konċernati, ma għandux għalhekk jiġi meqjus bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
(37) |
L-impriżi in kwistjoni huma f’kompetizzjoni diretta ma’ kumpaniji oħra fis-settur tas-sajd, b’mod partikolari fis-settur ta’ l-ipproċessar tal-ħut, kemm fir-Renju Unit u kemm fi Stati Membri oħra, liema kompetizzjoni tiġi mgħawwġa jew jista’ jkollha theddida ta’ distorsjoni mis-self. Konsegwentement, dan is-self għandu jiġi meqjus bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
Kompatibbiltà
(38) |
L-għajnuna mill-Istat tista’ tiġi dikjarata kompatibbli mas-suq komuni jew tkun konformi ma’ waħda mill-eċċezzjonijiet imsemmija fit-Trattat tal-KE. Fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat lis-settur tas-sajd, miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jitqiesu kompatibbli mas-suq komuni jekk ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-Linji Gwida applikabbli għall-eżami ta’ għajnuna mill-Istat lis-sajd u lill-akkwakultura. |
(39) |
Skond it-tieni paragrafu tal-punt 5.3 tal-Linji Gwida attwali għall-eżami ta’ għajnuna mill-Istat lis-sajd u lill-akkwakultura (11)“għajnuna illegali” fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(f) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tiġi ivvalutata skond il-linji gwida applikabbli fiż-żmien meta l-att amministrattiv li jistabbilixxi l-għajnuna jkun daħal fil-seħħ. Billi din il-valutazzjoni tikkonċerna self lil erba’ kumpaniji mogħti fl-1996, fl-1997 u fl-1998, l-għajnuna għandha tiġi ivvalutata fuq il-kompatibbiltà mal-Linji Gwida għall-eżami ta’ għajnuna mill-Istat lis-sajd u lill-akkwakultura ta’ l-1994 (“il-Linji Gwida ta’ l-1994”) u dawk ta’ l-1997 (12) (“il-Linji Gwida ta’ l-1997”) (13) |
Is-self għall-ipproċessar tal-ħut mogħti f’Mejju u f’Ottubru 1996
(40) |
Il-punt 2.3 tal-Linji Gwida ta’ l-1994 jistipula li għajnuna għal investimenti fl-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd tista’ titqies li tkun kompatibbli mas-suq komuni sakemm il-kundizzjonijiet għall-għoti tagħha jkunu komparabbli ma’ dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) 3699/93 tal-21 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-kriterji u l-arranġamenti dwar għajnuna strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd u ta’ l-akkwakultura u l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tiegħu (14) jkunu għallinqas stretti daqshom u sakemm il-livell ta’ l-għajnuna ma jeċċedix, f’ekwivalenti ta’ sussidju, il-livell totali tas-sussidji nazzjonali u Komunitarji permessi skond l-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. |
(41) |
Skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 3699/93 u l-punt 2.4 ta’ l-Anness III tiegħu, investimenti eliġibbli għandhom ikollhom x’jaqsmu b’mod partikolari mal-kostruzzjoni u l-akkwist ta’ bini u l-installazzjoni, ma’ l-akkwist ta’ tagħmir u installazzjonijiet ġodda meħtieġa għall-ipproċessar u għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura minn meta jittellgħu l-art sa l-istadju finali tal-prodott u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda maħsuba b’mod partikolari biex itejjbu l-kompetittività. L-investimenti ma għandhomx ikunu eliġibbli għal għajnuna meta jikkonċernaw prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura maħsuba biex jintużaw u jiġu ipproċessati għal skopijiet oħra ħlief għall-konsum mill-bniedem, bl-eċċezzjoni ta’ investimenti esklussivament għall-kontroll, għall-ipproċessar u għat-tqegħid fis-suq ta’ skart tas-sajd u ta’ l-akkwakultura. |
(42) |
Is-self ta’ GBP 200 000, mogħti f’Mejju 1996 lil Lerwick Fish Traders Ltd, serva biex jgħin fil-finanzjament ta’ l-istabbiliment ta’ fabbrika ta’ l-ippakkjar u l-ipproċessar tas-salamun. Proġett bħal dan jaqa’ fl-ambitu tar-rekwiżiti msemmija fil-premessi 40 u 41. B’mod partikolari, jikkonċerna għajnuna lil investiment għall-kostruzzjoni ta’ bini u installazzjoni u l-akkwist ta’ tagħmir ġdid. Barra dan, l-investimenti ma kienux jikkonċernaw prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura maħsuba biex jintużaw u jiġu ipproċessati għal skopijiet oħra ħlief għall-konsum mill-bniedem. |
(43) |
Is-self ta’ GBP 73 000, mogħti f’Ottubru 1996 lil Shetland Seafood Specialities Ltd, serva biex jgħin fix-xiri u l-installazzjoni u l-ikkummissjonar ta’ linja tal-produzzjoni tas-soppa. Proġett bħal dan jaqa’ fl-ambitu tar-rekwiżiti msemmija fil-premessi 40 u 41. B’mod partikolari, jikkonċerna għajnuna lil investiment għall-akkwist ta’ tagħmir ġdid u installazzjonijiet meħtieġa għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura minn meta jittellgħu l-art sa l-istadju finali tal-prodott. Barra dan, l-investimenti ma kienux jikkonċernaw prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura maħsuba biex jintużaw u jiġu ipproċessati għal skopijiet oħra ħlief għall-konsum mill-bniedem. |
Is-self għall-ipproċessar tal-ħut mogħti f’Awissu 1997 u f’Diċembru 1998
(44) |
Fir-rigward tas-self mogħti fl-1997 u fl-1998, il-punt 2.3 tal-Linji Gwida ta’ l-1997 jirrepeti l-kundizzjonijiet li kienu ġew stabbiliti qabel fil-Linji Gwida ta’ l-1994, imsemmija fil-premessa 39. B’hekk l-għajnuna għandha tiġi ivvalutata skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 3699/93. |
(45) |
Is-self ta’ GBP 173 000, mogħti f’Awissu 1997 lil Whalsay Fish Processors Ltd, kien jikkonċerna proġett biex jiġu installati linja ta’ l-ipproċessar tal-ħut u faċilità tal-friża ġol-fabbrika eżistenti. Proġett bħal dan jaqa’ fl-ambitu tar-rekwiżiti msemmija fil-premessi 40 u 41. B’mod partikolari, jikkonċerna għajnuna għal investiment biex jiġi akkwistat tagħmir u installazzjonijiet ġodda meħtieġa għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura minn meta jittellgħu l-art sa l-istadju finali tal-prodott. Barra dan, l-investimenti ma kienux jikkonċernaw prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura maħsuba li jintużaw u jiġu ipproċessati għal skopijiet oħra ħlief għall-konsum mill-bniedem. |
(46) |
Fir-rigward ta’ l-għajnuna mogħtija lil D Watt (Shetland) Ltd f’Diċembru 1998, ir-Regolament (KE) Nru 3699/93 ġie sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2468/1998 tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi l-kriterji u l-arranġamenti dwar għajnuna strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd u ta’ l-akkwakultura u l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tiegħu (15). Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2468/1998, ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 3699/93 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-Regolament il-ġdid. Id-dispożizzjonijiet dwar għajnuna għall-investiment fl-ipproċessar u fit-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd huma stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2468/1998 u fil-punt 2.4 ta’ l-Anness II tiegħu. |
(47) |
Skond l-Artikolu 11 u l-Punt 2.4 tar-Regolament (KE) Nru 2468/1998 u l-Anness II tiegħu, investimenti eliġibbli għandhom ikollhom x’jaqsmu b’mod partikolari mal-kostruzzjoni u l-akkwist ta’ bini u installazzjonijiet, l-akkwist ta’ tagħmir u installazzjonijiet ġodda meħtieġa għall-ipproċessar u għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura minn meta jittellgħu l-art sa l-istadju finali tal-prodott (inklużi b’mod partikolari tagħmir ta’ l-ipproċessar tad-data u tat-trażmissjoni tad-data). L-investimenti ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna meta jikkonċernaw prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura maħsuba biex jintużaw u jiġu ipproċessati għal skopijiet oħra ħlief għall-konsum mill-bniedem, bl-eżenzjoni ta’ investimenti esklussivament għall-kontroll, għall-ipproċessar u għat-tqegħid fis-suq ta’ skart tas-sajd u ta’ l-akkwakultura. |
(48) |
Is-self ta’ GBP 110 000, mogħti f’Diċembru 1998 lil D Watt (Shetland) Ltd, ingħata għall-bini u l-attrezzament ta’ fabbrika ġdida għall-ipproċessar tal-frott tal-baħar. Proġett bħal dan jaqa’ fl-ambitu tar-rekwiżiti msemmija fil-premessa 47. B’mod partikolari, jikkonċerna għajnuna lil investiment għall-akkwist ta’ tagħmir u installazzjonijiet ġodda meħtieġa għall-ipproċessar u għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura minn meta jittellgħu l-art sa l-istadju tal-prodott finali. Barra dan, l-investimenti ma kienux jikkonċernaw prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura maħsuba biex jintużaw u jiġu ipproċessati għal skopijiet oħra ħlief għall-konsum mill-bniedem. |
Ir-rata ta’ l-għajnuna
(49) |
Skond l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 3699/93 u l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2468/1998, l-għajnuna tista’ tingħata sa 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli. |
(50) |
Is-self ta’ GBP 200 000 lil Lerwick Fish Traders Ltd ingħata għal proġett bi spiża totali ta’ GBP 819 672, li b’hekk kien ikopri bejn wieħed u ieħor 24,4 % ta’ l-ispiża attwali tal-proġett. Is-self kellu jitħallas lura f’108 pagament ugwali ta’ GBP 2 784,94 kull xahar. Ir-rata t’imgħax applikata kienet ta’ 7,75 %, imqabbla ma’ rata ta’ referenza Komunitarja ta’ 11,18 %. |
(51) |
Is-self ta’ GBP 73 000 lil Shetland Seafood Specialities Ltd ingħatat għal proġett bi spiża totali ta’ GBP 186 000, li b’hekk kien ikopri bejn wieħed u ieħor 39,2 % ta’ l-ispiża attwali tal-proġett. Is-self kellu jitħallas lura f’120 pagament ugwali ta’ kull xahar. Ir-rata t’imgħax applikata kienet 9 %, imqabbla ma’ rata ta’ referenza Komunitarja ta’ 10,26 %. |
(52) |
Is-self ta’ GBP 173 000 lil Whalsay Fish Processors Ltd ingħata għal proġett bi spiża totali ta’ GBP 473 150, li b’hekk kien ikopri bejn wieħed u ieħor 36,6 % ta’ l-ispiża attwali tal-proġett. Is-self kellu jitħallas lura f’96 pagament ugwali ta’ kull xahar li jibdew 24 xahar wara li jingħata s-self jew l-ewwel rata tiegħu. Ir-rata ta’ imgħax applikata kienet ta’ 8 %, imqabbla ma’ rata ta’ referenza Komunitarja ta’ 8,15 %. |
(53) |
Is-self ta’ GBP 110 000 lil D Watt (Shetland) Ltd ingħata għal proġett bi spiża totali ta’ GBP 510 000, li b’hekk kien ikopri bejn wieħed u ieħor 21,6 % ta’ l-ispiża attwali tal-proġett. Is-self kellu jitħallas lura f’120 pagament ugwali ta’ kull xahar. Ir-rata ta’ imgħax applikata kienet ta’ 5 %, imqabbla ma’ rata ta’ referenza Komunitarja ta’ 7,77 %. |
(54) |
Biex tiġi ikkalkolata r-rata ta’ l-għajnuna huwa meħtieġ li jsir paragun bejn l-ispejjeż tal-proġett li għandhom x’jaqsmu ma’ kull self u l-għotja totali ekwivalenti ta’ dak is-self. Fid-dawl tal-figuri msemmija fil-premessi 50 sa 53, kull self, anki qabel tiġi ikkalkolata l-għotja totali ekwivalenti, kien jammonta għal inqas minn 50 % ta’ l-ispiża totali tal-proġett. |
(55) |
Għalhekk, ir-rata ta’ l-għajnuna għas-self tista’ tiġi meqjusa bħala konformi mal-kundizzjonijiet ta’ l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 3699/1993 u l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2468/1998, kif imsemmija fil-premessa 49. |
V KONKLUŻJONI
(56) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni ssib illi l-għajnuna mogħtija skond l-Iskema ta’ Għajnuna f’Forma ta’ Self għat-Trobbija tas-Salamun kif ukoll l-għajnuna mogħtija fl-2002 lil D Watt (Shetland) Ltd skond l-Iskema ta’ Self għall-Ipproċessar tal-Ħut mhix għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
(57) |
Il-Kummissjoni ssib illi l-għajnuna mogħtija skond l-Iskema ta’ Self għall-Ipproċessar tal-Ħut f’Mejju 1996 lil Lerwick Fish Traders Ltd, f’Ottubru 1996 lil Shetland Seafood Specialities Ltd, u f’Awissu 1997 lil Whalsay Fish Processors Ltd u f’Diċembru 1998 lil D Watt (Shetland) Ltd hija għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Madankollu, dik l-għajnuna hi konformi mal-kundizzjonijiet tal-Linji Gwida għall-eżami ta’ għajnuna mill-Istat lis-sajd u lill-akkwakultura u għalhekk hija meqjusa bħala kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-għajnuna li r-Renju Unit ta fil-perjodu mis-sena 2000 sa l-2002 skond l-iskema ta’ Għajnuna f’Forma ta’ Self għat-Trobbija tas-Salamun mhix għajnuna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat.
2. L-għajnuna li r-Renju Unit ta fl-2002 lil D Watt (Shetland) Ltd skond l-Iskema ta’ Self għall-Ipproċessar tal-Ħut mhix għajnuna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat.
3. L-għajnuna li r-Renju Unit ta skond l-Iskema ta’ Self għall-Ipproċessar tal-Ħut fil-perjodu mill-1996 sa l-1998 lil Lerwick Fish Traders Ltd, Shetland Seafood Specialities Ltd, Whalsay Fish Processors Ltd u D Watt (Shetland) Ltd hija kompatibbli mas-suq komuni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittannja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU C 292, 1.12.2006, p. 6.
(3) ĠU C 292, 1.12.2006, p. 6.
(4) Il-benefiċjarju ta’ dan is-self ingħata għotja ta’ għajnuna għall-imgħax ta’ GBP 20 000, biex b’hekk rata ta’ imgħax ta’ 5 % biss kellha titħallas mill-impriża konċernata.
(5) ĠU L 211 of 21.8.2003, p. 63.
(6) ĠU L 81 of 18.3.2006, p. 36.
(7) Każ C-142/87 Il-Belġju v Il-Kummissjoni [1986] ECR 231.
(9) Il-benefiċjarju ta’ dan is-self ingħata għotja ta’ għajnuna għall-imgħax ta’ GBP 20 000, b’hekk seta’ jsir tnaqqis fir-rata ta’ l-imgħax għal 5 %.
(10) ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.
(11) ĠU C 84, 3.4.2008, p. 10.
(12) ĠU C 260, 17.9.1994, p. 3.
(13) ĠU C 100, 27.3.1997, p. 12.
(14) ĠU L 346, 31.12.1993, p. 1.
(15) ĠU L 312, 20.11.1998, p. 19.
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/70 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Lulju 2008
li tikkonċerna perjodu ta’ tranżizzjoni għal attivitajiet ta’ verifika minn ċerti awdituri u entitajiet ta’ verifika ta’ pajjiżi terzi
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3942)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/627/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2006/43/KE l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jirreġistraw lill-awdituri u l-entitajiet tal-verifika kollha minn pajjiż terz li jipprovdu rapport ta’ verifika rigward ċerti kumpaniji inkorporati [kostitwiti] barra l-Komunità u li t-titoli trasferibbli tagħhom ikunu ammessi għan-negozju f’suq regolat fil-Komunità. L-Artikolu 45(3) tad-Direttiva 2006/43/KE jitlob li l-Istati Membri għandhom iżommu l-entitajiet tal-verifika u l-awdituri, minn pajjiżi terzi, rreġistrati taħt is-sistema ta’ sorveljanza tagħhom, is-sistema ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità tagħhom u s-sistema ta’ investigazzjonijiet u pieni tagħhom. |
(2) |
Skond l-Artikolu 46(2) tad-Direttiva 2006/43/KE l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ekwivalenza tas-sistemi ta’ sorveljanza pubblika, ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità u ta’ investigazzjonijiet u pieni tal-pajjiżi terzi, f’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri u għandha tieħu deċiżjoni fuqha. Jekk dawn is-sistemi jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-awdituri u lill-entitajiet tal-verifika ta’ pajjiżi terzi mir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 45 tad-Direttiva abbażi tar-reċiproċità. |
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni preliminarja tar-regolamentazzjoni tal-verifika rilevanti għal pajjiżi terzi flimkien mal-Grupp Ewropew ta’ Entitajiet ta’ Sorveljanza ta’ l-Awdituri. Madankollu, il-valutazzjonijiet ma ppermettewx li jittieħdu deċiżjonijiet finali dwar l-ekwivalenza iżda pprovdew stampa inizjali tal-qagħda ta’ regolamentazzjoni ta’ verifika fil-pajjiżi terzi kkonċernati. Ċerti pajjiżi terzi għandhom sistema ta’ sorveljanza pubblika f’postha, għalkemm għalissa t-tagħrif dwar is-sistemi mhuwiex suffiċjenti biex jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza finali. Oħrajn ma għandhomx sistemi ta’ sorveljanza pubblika bħal dawn iżda stabbilixxew qafas regolatorju ta’ verifika li jipprometti ċaqliq lejn sistemi bħal dawn. |
(4) |
Minħabba l-ħtieġa għal valutazzjonijiet oħra bil-għan li jittieħdu deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza finali dwar ir-regolamentazzjoni tal-verifika fis-seħħ f’pajjiżi terzi, huwa xieraq li tittieħed deċiżjoni li tipprovdi għal perjodu ta’ tranżizzjoni għal awdituri u entitajiet ta’ verifika minn pajjiżi terzi kkonċernati sabiex ikunu jistgħu jitwettqu tali valutazzjonijiet. Għalhekk matul dan il-perjodu, deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza m’għandhomx jittieħdu mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali. |
(5) |
Peress li jenħtieġ li jiġu protetti l-investituri, matul il-perjodu tranżitorju l-awdituri u l-entitajiet tal-verifika mill-pajjiżi terzi kkonċernati għandhom ikunu jistgħu jkomplu bl-attivitajiet tagħhom ta’ verifika mingħajr ma jiġu rreġistrati skond l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE sakemm qed jipprovdu tagħrif dwarhom infushom, dwar l-istandards ta’ verifika u r-rekwiżiti ta’ indipendenza applikati meta jitwettqu verifiki. Għal fini ta’ dan ikun utli wkoll tagħrif dwar ir-riżultat tar-reviżjonijiet individwali dwar l-assigurazzjoni ta’ kwalità. |
(6) |
Skond dawn il-kundizzjonijiet, l-awdituri u l-entitajiet ta’ verifika mill-pajjiżi terzi kkonċernati għandhom ikunu jistgħu jkomplu bl-attivitajiet tagħhom fir-rigward tar-rapporti ta’ verifika li jikkonċernaw il-kontijiet annwali jew konsolidati għas-snin finanzjarji li jibdew matul il-perjodu mid-29 ta’ Ġunju 2008 sa l-1 ta’ Lulju 2010. Skond dan, matul dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE għandhom ikunu jistgħu jirreġistraw dawk l-awdituri u l-entitajiet ta’ verifika. Madankollu, din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa d-drittijiet ta’ l-Istati Membri li japplikaw is-sistemi ta’ l-investigazzjonijiet u l-pieni tagħhom. |
(7) |
Il-fatt li l-awdituri u l-entitajiet tal-verifika ta’ pajjiżi terzi, jistgħu b’din id-Deċiżjoni, ikomplu bl-attivitajiet tal-verifika fir-rigward tal-kumpaniji msemmiji fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE ma għandux iżomm lill-Istati Membri milli jistabbilixxu arranġamenti kooperattivi dwar ir-reviżjonijiet ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità fil-livell individwali bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz. |
(8) |
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-operat ta’ l-arranġamenti tranżitorji fi żmien xieraq. Jekk il-pajjiżi terzi kkonċernati sa dak iż-żmien ma jkollhomx sistema ta’ sorveljanza pubblika fis-seħħ, għandu jiġi aċċertat jekk l-awtoritajiet kompetenti tat-tali pajjiżi jkunux ħadu l-impenn pubbliku quddiem il-Kummissjoni biex jikkonformaw mal-kriterji ta’ l-ekwivalenza bbażati fuq l-Artikoli 29, 30 u 32 tad-Direttiva 2006/43/KE u jekk ikunx hemm il-ħtieġa għal perjodu ta’ tranżizzjoni addizzjonali. Fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tar-regolamentazzjoni tal-verifika tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tirrevedi jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ltaqgħux ma’ diffikultajiet li t-tali pajjiżi terzi għandhom jirrikonoxxu. Imbagħad, hija r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri li jiddeċiedu skond l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2006/43/KE abbażi tar-reċiproċità jekk għandhomx ma japplikawx jew inkella jimmodifikaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 45(1) u (3) tad-Direttiva fir-rigward ta’ l-awdituri u l-entitajiet ta’ verifika minn pajjiżi terzi rikonoxxuti li huma ekwivalenti. |
(9) |
Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Verifiki, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE fir-rigward tar-rapporti ta’ verifika li jikkonċernaw il-kontijiet annwali jew il-kontijiet konsolidati, kif imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta’ din id-Direttiva, għas-snin finanzjarji li jibdew matul il-perjodu mid-29 ta’ Ġunju 2008 sa l-1 ta’ Lulju 2010, li jinħarġu mill-awdituri jew mill-entitajiet tal-verifka ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, f’każijiet fejn l-awditur jew l-entità tal-verifika ikkonċernat/a tal-pajjiż terz jipprovdi/tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru b’dan li ġej:
(a) |
l-isem u l-indirizz ta’ l-entità tal-verifika jew ta’ l-awditur ikkonċernat/a u t-tagħrif dwar l-istruttura legali tiegħu/tagħha; |
(b) |
meta l-entità tal-verifika jew l-awditur ikun jappartjeni għal netwerk, deskrizzjoni tan-netwerk; |
(c) |
l-istandards tal-verifika u r-rekwiżiti ta’ l-indipendenza li ġew applikati għall-verifika kkonċernata; |
(d) |
deskrizzjoni tas-sistema interna ta’ kontroll tal-kwalità ta’ l-entità tal-verifka; |
(e) |
indikazzjoni ta’ jekk u meta saret l-aħħar reviżjoni ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità ta’ l-awditur jew ta’ l-entità tal-verifika u t-tagħrif kollu dwar ir-riżultat tar-reviżjoni. Meta t-tagħrif dwar ir-riżultat ta’ l-aħħar reviżjoni dwar l-assigurazzjoni ta’ kwalità ma jkunx miftuħ għall-pubbliku u t-tali tagħrif ma jistax jingħata b’mod dirett mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jittrattaw it-tali tagħrif fuq bażi kunfidenzjali. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jinżamm infurmat dwar l-isem u l-indirizz ta’ l-awdituri u ta’ l-entitajiet tal-verifika tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u dwar il-fatt li għall-finijiet tad-Direttiva 2006/43/KE dawk il-pajjiżi terzi għadhom ma ġewx rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Għal dawn l-għanijiet, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 45 tad-Direttiva jistgħu jirreġistraw ukoll lill-awdituri u l-entitajiet ta’ verifika mill-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness.
3. Minkejja l-paragrafu 1, Stati Membri jistgħu japplikaw is-sistemi ta’ l-investigazzjonijiet u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet ta’ verifika mill-pajjiżi msemmija fl-Anness.
4. Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għal arranġamenti kooperattivi dwar reviżjonijiet ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz imsemmi fl-Anness sakemm tali arranġament ikun jilħaq dawn il-kriterji kollha li ġejjin:
(a) |
l-arranġament jinkludi t-twettiq ta’ reviżjonijiet ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità abbażi tat-trattament ugwali; |
(b) |
ġie kkomunikat lill-Kummissjoni minn qabel; |
(c) |
ma jippreġudikax l-ebda deċiżjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/43/KE. |
Artikolu 2
Sa mhux aktar tard minn sentejn wara, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ dawk il-pajjiżi terzi, msemmija fl-Anness li għalihom l-ebda deċiżjoni dwar ekwivalenza ma ttieħdet mill-Kummissjoni, ħadux impenn pubbliku quddiem il-Kummissjoni li jistabbilixxu sistemi ta’ sorveljanza pubblika u ta’ kwalità ta’ l-assigurazzjoni fuq il-bażi ta’ dawn il-prinċipji:
(a) |
is-sistemi huma indipendenti mill-professjoni tal-verifika; |
(b) |
jiżguraw sorveljanza adegwata għal verifiki ta’ kumpaniji elenkati; |
(c) |
l-operat tagħhom huwa trasparenti u jiżgura l-affidabbiltà tar-riżultat tar-reviżjonijiet ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità; |
(d) |
huma appoġġjati minn investigazzjonijiet u penali b’mod effettiv. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2008/30/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 53).
ANNESS
LISTA TA’ PAJJIŻI TERZI
|
L-Arġentina |
|
L-Awstralja |
|
Il-Baħamas |
|
Il-Bermudas |
|
Il-Brażil |
|
Il-Kanada |
|
[Il-Gżejjer Cayman] |
|
Iċ-Ċilì |
|
Iċ-Ċina |
|
Il-Kroazja |
|
Guernsey, Jersey, il-Gżira ta’ Man |
|
Ħong Kong |
|
L-Indja |
|
L-Indoneżja |
|
L-Iżrael |
|
Il-Ġappun |
|
Il-Każakstan |
|
[Il-Malasja] |
|
Il-Mawrizju |
|
Il-Messiku |
|
Il-Marokk |
|
New Zealand |
|
Il-Pakistan |
|
Ir-Russja |
|
Singapor |
|
L-Afrika t’Isfel |
|
Il-Korea t’Isfel |
|
L-Iżvizzera |
|
It-Tajwan |
|
It-Tajlandja |
|
It-Turkija |
|
L-Ukraina |
|
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
L-Istati Uniti ta’ l-Amerika |