ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
29 ta' Lulju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 727/2008 ta’ l-24 ta’ Lulju 2008 li jtemm ir-reviżjoni ta’ esportatur ġdid tar-Regolament (KE) Nru 130/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ l-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 728/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2008 tat-28 Lulju 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru ta’ l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Czwórniak (STG), Dwójniak (STG), Półtorak (STG), Trójniak (STG)]

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2008 tat-28 ta' Lulju 2008 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carnalentejana (DPO)]

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 731/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1249/96 f'dak li jirrigwarda l-garanzija addizzjonali meħtieġa għall-importazzjoni tal-qamħ komuni ta’ kwalità għolja

10

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/79/KE tat-28 ta' Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-IPBC bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha ( 1 )

12

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/80/KE tat-28 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-melħ tal-potassju tas-cyclohexylhydroxydiazene 1-oxide (K-HDO) bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha ( 1 )

15

 

 

REGOLI INTERNI U TA' PROĊEDURA

 

*

Emendi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

18

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/621/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2008 li temenda r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tas-sistema lingwistika applikabbli għall-proċedura ta’ eżami mill-ġdid

20

 

 

2008/622/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2008 li tħassar id-Deċiżjoni 2005/183/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Polonja

22

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/623/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Lulju 2008 dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle fl-Estonja fl-2007 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3723)

24

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 727/2008

ta’ l-24 ta’ Lulju 2008

li jtemm ir-reviżjoni ta’ esportatur ġdid tar-Regolament (KE) Nru 130/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ l-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġetti ta’ dumping minn pajjiżi li m’humiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 130/2006 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ l-aċidu tartariku li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. (“RPĊ”) (“l-investigazzjoni oriġinali”) Il-miżuri fis-seħħ jikkonsistu f’rata tad-dazju ad valorem ta’ 34,9 %, bl-eċċezzjoni ta’ diversi kumpaniji msemmija espressament li huma soġġetti għal rati ta’ dazju individwali.

(2)

Bir-Regolament (KE) Nru 150/2008 (3), wara reviżjoni interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill emenda l-ambitu tal-miżuri.

2.   L-INVESTIGAZZJONI PREŻENTI

2.1.   Talba għal reviżjoni

(3)

Wara l-impożizzjonji tal-miżuri ta’ anti-dumping definittiv, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. It-talba kienet ibbażata fuq it-talba li l-produttur esportatur, Fuyang Genebest Chemical Industry Co. Ltd (“l-applikant”),

ma esportax aċidu tartariku qabel jew waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ l-investigazzjoni oriġinali,

ma kienx relatat ma’ ebda produtturi esportaturi soġġetti għall-miżuri imposti b’dan ir-Regolament (KE) 130/2006,

kien beda jesporta l-aċidu tartariku lill-Komunità wara t-tmiem tal-perjodu ta’ l-investigazzjoni ta’ l-investigazzjoni oriġinali,

jopera f’kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq kif definiti fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jew alternattivament jitlob trattament individwali konformi ma’ l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

2.2.   Il-bidu ta’ analiżi “esportatur ġdid”

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza prima facie mressqa mill-applikant u qesitha biżżejjed biex tiġġustifika li jingħata bidu għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-industrija Komunitarja kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni bdiet, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1406/2007 (4), reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 130/2006 rigward l-applikant.

(5)

Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2007, ġie revokat id-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 130/2006 fuq importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku prodotti mill-applikant. Fl-istess waqt, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tad-dwana ngħataw direttiva biex jieħdu passi adegwati biex jirreġistraw l-importazzjonijiet ta’ l-aċidu tartariku prodotti mill-applikant.

2.3.   Il-prodott ikkonċernat

(6)

Il-prodott ikkonċernat mir-reviżjoni kurrenti hu l-aċidu tartariku, l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, soġġett, madankollu, għal-limitazzjoni f’ambitu introdott mir-Regolament (KE) Nru 150/2008.

2.4.   Il-partijiet ikkonċernati

(7)

Il-Kummissjoni uffiċjalmenti avżat lill-industrija Komunitarja, l-applikant u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur li kien ingħata bidu ta’ din ir-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jinstemgħu.

(8)

Il-Kummissjoni bagħtet formola ta’ talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq flimkien ma’ kwestjonarju lill-applikant u rċeviet risposta fl-iskadenzi stabbiliti għal dan il-għan.

(9)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li tqis neċessarju għall-analiżi tagħha u wettqet żjara ta’ verifikazzjoni fl-istabbilimenti ta’ l-applikant

2.5.   Perjodu għall-investigazzjoni tar-reviżjoni

(10)

L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007 (“perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”).

3.   IR-RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI

3.1.   Riżultati

(11)

Ir-risposta tal-kwestjonarju indikat għadd ta’ tranżazzjonijiet ta’ bejgħ ta’ l-esportazzjoni li kienu identiċi għat-tagħrif imressaq fl-applikazzjoni għar-reviżjoni u li kienu allegatament maħsuba għall-Komunità.

(12)

L-investigazzjoni uriet li l-applikant ma esportax il-prodott ikkonċernat direttament (definit fit-taqsima 2.3. hawn fuq) waqt il-PIR. It-transazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni kienu saru minn kumpanija indipendenti fil-RPĊ, li lilha l-applikant ħarġilha fattura domestika. L-applikant seta’ jipprovdi formoli ta’ dikjarazzjoni tad-dwana biss li urew li l-oġġetti kienu esportati mill-RPĊ iżda li ma indikawx id-destinazzjoni ta’ l-esportazzjoni. Twettqet aktar investigazzjoni fl-istabbilimenti ta’ din il-kumpanija sabiex tinkiseb u tkun verifikata l-evidenza neċessarja ta’ l-esportazzjonijiet allegati lill-Komunità.

(13)

Il-verifika tad-dokumentazzjoni ta’ l-esportazzjoni ma wrietx li l-oġġetti kienu meħlusa għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità. L-oġġetti kienu nħattu f’żewġ portijiet tal-Komunità, iżda l-fatturi kienu indirizzati lil klijent li joqgħod f’pajjiż terz barra l-Komunità. Il-kumpanija kkonfermat li d-destinazzjoni finali ta’ l-oġġetti kienet barra l-Komunità, fejn kien joqgħod il-klijent finali.

(14)

L-istatistika ta’ l-Eurostat ta’ l-importazzjoni ta’ aċidu tartariku ġiet analizzata wkoll. L-analiżi ta’ l-istatistika ta’ l-importazzjoni kkonfermat li l-oġġetti esportati mill-applikant ma kinux meħlusa għal ċirkolazzjoni libera fi ħdan il-Komunità.

3.2.   Konklużjoni

(15)

Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-applikant ma setax juri li ssodisfa l-kriterji minħabba li ġie kkunsidrat esportatur ġdid fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażi.

(16)

L-għan ta’ din ir-reviżjoni preżenti kien li jiġi ddeterminat il-marġni individwali tad-dumping ta’ l-applikant, li allegatament kien differenti mill-marġni residwu applikabbli fil-preżent fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. It-talba kienet l-aktar ibbażata fuq l-allegazzjoni li l-applikant kien beda jesporta l-aċidu tartariku lill-Komunità wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ l-investigazzjoni oriġinali u li kellha esportazzjonijiet tali lill-Komunità matul il-PIR.

(17)

L-investigazzjoni kkonkludiet li, fin-nuqqas ta’ esportazzjonijiet lill-Komunità matul il-PIR, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi li l-marġni individwali tad-dumping ta’ l-applikant kien fil-fatt differenti mill-marġni residwu tad-dumping stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Għaldaqstant, it-talba li ressaq l-applikant ma għandhiex tintlaqa’, u r-reviżjoni ta’ “esporatur ġdid” għandha tintemm. B’konsegwenza, għandu jinżamm id-dazju residwu ta’ l-anti-dumping stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri 34,9 %, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-applikant.

4.   IMPOSTA RETROATTIVA TAD-DAZJU ANTIDUMPING

(18)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta’ hawn fuq, id-dazju ta’ l-antidumping applikabbli għall-applikant għandu jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, li saru soġġetti għar-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2007.

5.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(19)

L-applikant, l-industrija tal-Komunità u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur kienu informati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li jwasslu għall-konklużjonijiet ta’ hawn fuq u ngħataw opportunità biex jikkummentaw. Ma kien hemm l-ebda kummenti li kienu ta’ natura li jwasslu għal tibdil fil-konklużjonijiet t’hawn fuq.

(20)

Din ir-reviżjoni ma taffettwax id-data li fiha l-miżuri imposti mir-Regolament (KE) Nru 130/2006, kif emendati mir-Regolament (KE) Nru 150/2008, sejrin jiskadu skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-reviżjoni ta’ l-esportatur ġdid li bdiet bir-Regolament (KE) 1406/2007 tiġi b’dan mitmuma u d-dazju anti-dumping, li skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 130/2006, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 150/2008, japplika għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina hu b’dan impost fuq l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2007.

2.   Id-dazju antidumping li, skond l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 130/2006, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 150/2008, japplika għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’dan huwa impost b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2007 fuq importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li ġew irreġistrati skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2007.

3.   L-awtoritajiet tad-dwana b’dan qed jingħataw id-direttiva li jwaqqfu r-reġistrazzjoni li twettqet skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2007.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)   ĠU L 23, 27.1.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 48, 22.2.2008, p. 1.

(4)   ĠU L 312, 30.11.2007, p. 12


29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 728/2008

tat-28 ta’ Lulju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

28,9

TR

80,1

XS

27,8

ZZ

45,6

0707 00 05

MK

27,4

TR

106,2

ZZ

66,8

0709 90 70

TR

90,4

ZZ

90,4

0805 50 10

AR

94,3

US

49,4

UY

77,3

ZA

88,7

ZZ

77,4

0806 10 10

CL

67,1

EG

130,7

IL

145,6

TR

124,0

ZZ

116,9

0808 10 80

AR

106,0

BR

94,7

CL

97,9

CN

87,9

NZ

117,1

US

112,4

ZA

94,6

ZZ

101,5

0808 20 50

AR

71,0

CL

65,5

NZ

97,1

ZA

104,5

ZZ

84,5

0809 10 00

TR

176,4

US

186,2

ZZ

181,3

0809 20 95

TR

450,3

US

225,7

ZZ

338,0

0809 30

TR

148,7

ZZ

148,7

0809 40 05

BA

95,0

IL

116,7

TR

115,5

XS

66,2

ZZ

98,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 729/2008

tat-28 Lulju 2008

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru ta’ l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Czwórniak (STG), Dwójniak (STG), Półtorak (STG), Trójniak (STG)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 509/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel li huma speċjalitajiet tradizzjonali garantiti [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talbiet imressqa mill-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Czwórniak”, “Dwójniak”, “Półtorak” u “Trójniak” kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati,

(3)

Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)   ĠU C 266, 8.11.2007, p. 27, rettifikat fil-ĠU C 83, 2.4.2008, p. 10 (Czwórniak), ĠU C 268, 10.11.2007, p. 22, rettifikat fil-ĠU C 43, 16.2.2008, p. 37 (Dwójniak), ĠU C 267, 9.11.2007, p. 40, rettifikat fil-ĠU C 83, 2.4.2008, p. 10 (Półtorak), ĠU C 265, 7.11.2007, p. 29, rrettifikat fil-ĠU C 83, 2.4.2008, p. 10 (Trójniak).


ANNESS

Prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE maħsuba għall-ikel uman

Klassi 1.8.   Prodotti oħrajn ta' l-Anness I għat-Trattat tal-KE

Czwórniak (STG)

Dwójniak (STG)

Półtorak (STG)

Trójniak (STG)


29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 730/2008

tat-28 ta' Lulju 2008

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carnalentejana (DPO)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Portugall għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini “Carnalentejana”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (3), skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2156/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 54).

(3)   ĠU C 255, 27.10.2007, p. 58.


ANNESS

1. Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE

Klassi 1.1   Laħam (u l-interjuri) frisk(i)

IL-PORTUGALL

Carnalentejana (DPO)


29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 731/2008

tat-28 ta’ Lulju 2008

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1249/96 f'dak li jirrigwarda l-garanzija addizzjonali meħtieġa għall-importazzjoni tal-qamħ komuni ta’ kwalità għolja

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1), l-ewwel inċiż, il-punt b), tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2) jipprovdi, fil-każ ta' l-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità għolja, il-prinċipju ta' garanzija speċifika addizzjonali fuq il-garanziji pprovduti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (3). Din il-garanzija addizzjonali ta' EUR 95 t-tunnellata hija ġġustifikata mid-differenza bejn id-dazji doganali ta' l-importazzjoni fis-seħħ fuq il-kategoriji differenti tal-qamħ komuni, skond jekk ikunx qamħ ta' kwalità għolja jew ta' kwalità baxxa u medja.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2008 issuspenda d-dazji doganali ta' l-importazzjoni għal ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2008/2009 (4), li tintemm fit-30 ta' Ġunju 2009, filwaqt li jippermetti li jerġgħu jiddaħħlu qabel din id-data jekk dan ikunu jiġġustifikawh il-kundizzjonijiet tas-suq.

(3)

Is-suspensjoni temporanja tad-dazji doganali, li tapplika għall-importazzjonijiet magħmula abbażi ta' liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa mill-1 ta' Lulju 2008 skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 608/2008, provviżorjament warrbet iċ-ċirkustanzi partikolari li ġġustifikaw l-istabbiliment ta' sistema ta' garanziji speċifiċi addizzjonali fuq dawk inerenti fil-liċenzja ta' l-importazzjoni. Fid-dawl ta' dawn il-kundizzjonijiet ġodda applikabbli għall-importazzjoni tal-qamħ komuni wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 608/2008, il-garanzija addizzjonali ta' EUR 95 t-tunnellata pprovduta bl-Artikolu 5(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ma għadhiex ġustifikata, sa l-istabbiliment mill-ġdid tad-dazji doganali ta' l-importazzjoni.

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li ssir deroga mir-Regolament (KE) Nru 1249/96, u li ssir dispożizzjoni biex dan ir-Regolament japplika fl-istess data bħal dik stabbilita għas-suspensjoni tad-dazji doganali, jiġifieri l-1 ta’ Lulju 2008, bil-għan li jiġi evitat li l-operaturi jkollhom jipprovdu l-garanzija addizzjonali.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 5(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-garanzija addizzjonali li għaliha tirreferi d-dispożizzjoni msemmija ma għandhiex tkun rikjesta matul il-perjodu ta’ suspensjoni tad-dazji doganali ta' l-importazzjoni tal-qamħ komuni li ddaħħlet bir-Regolament (KE) Nru 608/2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)   ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).

(3)   ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).

(4)   ĠU L 166, 27.6.2008, p. 19.


DIRETTIVI

29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/12


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/79/KE

tat-28 ta' Lulju 2008

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-IPBC bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-IPBC.

(2)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, l-IPBC ġie evalwat skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 8, preservattivi ta’ l-injam, kif definit fl-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

Id-Danimarka nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fid-29 ta' Settembru 2006 skond l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-22 ta' Frar 2008, f’rapport ta’ evalwazzjoni.

(5)

Mill-eżamijiet li saru jidher li prodotti bijoċidali li jintużaw bħala preservattivi ta’ l-injam u li jkun fihom l-IPBC jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-IPBC jiġi inkluż fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali wżati bħala preservattivi ta’ l-injam u li fihom l-IPBC jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Fid-dawl tar-riżultati tar-rapport ta' valutazzjoni, huwa f'loku li jkun hemm l-esiġenza li jittieħdu miżuri ta' tnaqqis tar-riskju fil-livell ta' l-awtorizzazzjoni tal-prodott għall-prodotti li fihom l-IPBC u li jintużaw bħala preservattivi ta’ l-injam, biex jiġi żgurat li r-riskji jitnaqqsu għal livell aċċettabbli skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE u l-Anness VI għaliha. B’mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri f’lokhom sabiex iħarsu l-kompartimenti tal-ħamrija u akkwatiċi wara l-applikazzjoni tal-prodotti għaliex waqt l-evalwazzjoni ġew identifikati riskji li mhumiex aċċettabbli f’dawn il-kumpartimenti, u l-prodotti intenzjonati għall-użu industrijali u/jew professjonali għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv xieraq jekk ir-riskju identifkat għall-utenti industrijali u/jew professjonali ma jistax jitnaqqas b’xi mod ieħor.

(7)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva ta' l-IPBC u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali b'mod ġenerali.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skond l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE, jibda mid-data ta’ l-inklużjoni.

(9)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE u b’mod partikolari biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fi prodotti tat-tip 8 li fihom l-IPBC biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(10)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan.

(11)

Il-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2009. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tagħħa fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2008/31/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 57).

(2)   ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

L-entrata li ġejja “Nru 11” tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE:

Nru

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif imqiegħed fis-suq

Data ta’ l-inklużjoni

Skadenza sa meta għandha tiġi ddeterminata l-konformità ma’ l-Artikolu 16(3)

(ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza ta’ l-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*1)

“11

IPBC

3-iodo-2-propynyl butylcarbamate

Nru tal-KE: 259-627-5

Nru tal-CAS: 55406-53-6

980 g/kg

l-1 ta’ Lulju 2010

it-30 ta’ Ġunju 2012

it-30 ta’ Ġunju 2020

8

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Meta jitqiesu s-suppożizzjonijiet waqt il-valutazzjoni tar-riskju, il-prodotti awtorizzati għall-użu industrijali u/jew professjonali jeħtiġilhom jintużaw bit-tagħmir persunali protettiv xieraq, sakemm ma jistax jintwera fl-applikazzjoni għall-prodott li r-riskji għall-utenti industrijali u/jew professjonali jistgħu jitrażżnu għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra.

 

Meta jitqiesu r-riskji identifikati għall-kompartimenti tal-ħamrija u akkwatiċi, jeħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa għat-taffija tar-riskji sabiex jipproteġu dawk il-kompartimenti. B'mod partikolari, it-tikketti u/jew il-fuljetti tad-dejta tas-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għall-użu industrijali għandhom jindikaw li l-injam li jkun għadu kemm ġie ttrattat jeħtieġlu jinħażen wara t-trattament taħt għata jew fuq bażi iebsa impermeabbli biex ma jitħalliex li jkun hemm rilaxxi diretti fil-ħamrija jew fl-ilma, u li kwalunkwe materjal li jiskula mill-injam jeħtieġlu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.”


(*1)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni ta’ l-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/15


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/80/KE

tat-28 ta’ Lulju 2008

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-melħ tal-potassju tas-cyclohexylhydroxydiazene 1-oxide (K-HDO) bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-melħ tal-potassju tas-cyclohexylhydroxydiazene 1-oxide (K-HDO).

(2)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-K-HDO ġie evalwat skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 8, preservattivi ta’ l-injam, kif definit fl-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

L-Awstrija nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fit-22 ta’ Marzu 2006 skond l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti ġie rrivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-22 ta’ Frar 2008, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Minkejja li l-valutazzjoni tar-riskju kienet limitata għal sistemi ta’ applikazzjoni speċifiċi ħafna, mill-eżamijiet li saru jidher li prodotti bijoċidali li jintużaw bħala preservattivi ta’ l-injam u li jkun fihom il-K-HDO jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-K-HDO jiġi inkluż fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala preservattivi ta’ l-injam u li fihom il-K-HDO jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Ma ġewx evalwati l-użijiet potenzjali kollha fuq il-livell Komunitarju. Huwa għalhekk xieraq li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari tar-riskji lill-kompartimenti u lill-popolazzjonijiet li ma ġewx rappreżentattivament indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju fuq livell Komunitarju u, meta jingħataw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti, ikun żgurat li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jittaffew għal livelli aċċettabbli.

(7)

B’mod partikolari, meta jitqiesu r-riskji possibbli għall-ambjent u għall-ħaddiema, l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti li se jintużaw f’sistemi oħrajn ħlief għal dawk industrijali, totalment awtomatizzati u magħluqin, m’għandhomx jingħataw sakemm l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-prodott ma turix li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE u l-Anness VI għaliha.

(8)

Meta jitqiesu s-sejbiet tar-rapport ta’ valutazzjoni, huwa xieraq li jkun rikjest li prodotti li fihom il-K-HDO jintużaw b’tagħmir protettiv xieraq. Meta jitqiesu r-riskji identifikati għat-trabi, huwa wkoll xieraq li jkun rikjest li l-K-HDO ma jintużax fit-trattament ta’ njam li jista’ jiġi f’kuntatt dirett mat-trabi.

(9)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva K-HDO u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq ġenerali tal-prodotti bijoċidali.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-data, li skond l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE, jibda mid-data ta’ l-inklużjoni.

(11)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE, u b’mod partikolari, biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fi prodotti tat-tip 8 li fihom il-K-HDO biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan.

(13)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2009. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/31/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 57).

(2)   ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

L-entrata li ġejja “Nru 10” tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE:

Nru

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif imqiegħed fis-suq

Data ta’ l-inklużjoni

Skadenza sa meta għandha tiġi ddeterminata l-konformità ma’ l-Artikolu 16(3)

(ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza ta’ l-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*1)

“10

K-HDO

Melħ tal-potassju tas-cyclohexylhydroxydiazene 1-oxide

Nru tal-KE: n/a

Nru tal-CAS: 66603-10-9

(Din l-entrata tkopri wkoll il-forom idratati tal-K-HDO)

977 g/kg

l-1 ta’ Lulju 2010

it-30 ta’ Ġunju 2012

it-30 ta’ Ġunju 2020

8

Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' prodott tiġi evalwata skond l-Artikolu 5 u l-Annes VI, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, meta rilevanti għall-prodott partikolari, il-popolazzjonijiet li jistgħu jkunu esposti għall-prodott, u l-użu jew ix-xenarji ta’ esponiment li ma ġewx indirizzati b'mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell Komunitarju.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Meta jitqiesu r-riskji possibbli għall-ambjent u għall-ħaddiema, il-prodotti ma għandhomx jintużaw f’sistemi oħrajn ħlief għal dawk industrijali, totalment awtomatizzati u magħluqin sakemm l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-prodott ma turix li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE u l-Anness VI għaliha.

(2)

Meta jitqiesu s-suppożizzjonijiet li saru waqt il-valutazzjoni tar-riskju, il-prodotti jeħtiġilhom jintużaw bit-tagħmir persunali protettiv xieraq, sakemm l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott ma turix li r-riskji għall-utenti jistgħu jitrażżnu għal livelli aċċettabbli b'mezzi oħra.

(3)

Meta jitqiesu r-riskji identifikati għat-trabi, il-prodotti ma għandhomx jintużaw fit-trattament ta’ njam li jista’ jiġi f’kuntatt dirett mat-trabi.”


(*1)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni ta’ l-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


REGOLI INTERNI U TA' PROĊEDURA

29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/18


EMENDI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,

Wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari s-sitt paragrafu ta’ l-Artikolu 223,

Wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b’mod partikolari s-sitt paragrafu ta’ l-Artikolu 139 tiegħu,

billi tqis li:

(1)

L-Artikoli 225(2) u (3) tat-Trattat KE, u l-Artikoli 140A (2) u (3) tat-Trattat KEFA, jipprevedu proċedura ta’ eżami mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prim Istanza meta din tiddeċiedi dwar appell minn deċiżjoni ta’ awla ġurisdizzjonali jew tiddeċiedi dwar domandi preliminari fuq suġġetti speċifiċi ddeterminati mill-Istatut;

(2)

Il-kundizzjonijiet u l-limiti tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid ġew iffissati fl-Artikoli 62 sa 62b tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja;

(3)

Għandu jiġi ppreċiżat fir-Regoli tal-Proċedura l-iżvolġiment tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid kif ukoll ċerti modalitajiet ta’ din il-proċedura.

Bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fit-23 ta’ Ġunju 2008.

TADOTTA L-EMENDI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA LI ĠEJJIN:

Artikolu 1

Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, adottati fid-19 ta’ Ġunju 1991 (ĠU L 176, 4.7.1991, p. 7, b’rettifika fil-ĠU L 383, 29.12.1992, p. 117), kif emendati fil-21 ta’ Frar 1995 (ĠU L 44, 28.2.1995, p. 61), fil-11 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 103, 19.4.1997, p. 1, b’rettifika fil-ĠU L 351, 23.12.1997, p. 72), fis-16 ta’ Mejju 2000 (ĠU L 122, l-24.5.2000, p. 43), fit-28 ta’ Novembru 2000 (ĠU L 322, 19.12.2000, p. 1), fit-3 ta’ April 2001 (ĠU L 119, 27.4.2001, p. 1), fis-17 ta’ Settembru 2002 (ĠU L 272, 10.10.2002, p. 24, b’rettifika fil-ĠU L 281, 19.10.2002, p. 24), fit-8 ta’ April 2003 (ĠU L 147, 14.6.2003, p. 17), fid-19 ta’ April 2004 (ĠU L 132, 29.4.2004, p. 2), fl-20 ta’ April 2004 (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 107), fit-12 ta’ Lulju 2005 (ĠU L 203, 4.8.2005, p. 19), fit-18 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 288, 29.10.2005, p. 51), fit-18 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 44) u fil-15 ta’ Jannar 2008 (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 39) huma emendati kif ġej:

1.

Minnufih wara l-Artikolu 123, għandu jidħol dan li ġej:

“TITOLU IVa

FUQ L-EŻAMI MILL-ĠDID TAD-DEĊIŻJONIJIET TAL-QORTI TAL-PRIM ISTANZA

Artikolu 123b

Għandha titwaqqaf awla speċjali sabiex jiġi deċiż, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 123d, jekk hemmx lok għal eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza skond l-Artikolu 62 ta’ l-Istatut.

Din l-awla għandha tkun komposta mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja u minn erbgħa mill-Presidenti ta’ awla b’ħames imħallfin maħtura skond l-ordni stabbilit fl-Artikolu 6 ta’ dawn ir-Regoli.

Artikolu 123c

Minn meta tiġi ffissata d-data li fiha tingħata deċiżjoni skond l-Artikolu 225(2) jew (3) tat-Trattat KE, jew l-Artikolu 140A(2) jew (3) tat-Trattat KEFA, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim Istanza għandu jinforma b’dan lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa għandu jikkomunika lilu din id-deċiżjoni minn meta tingħata.

Artikolu 123d

Il-proposta ta’ l-Avukat Ġenerali li tiġi eżaminata mill-ġdid deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza għandha tiġi trażmessa lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja u, fl-istess ħin, ir-Reġistratur għandu jiġi informat b’din it-trażmissjoni. Hekk kif id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza tingħata skond l-Artikolu 225(3) tat-Trattat KE jew l-Artikolu 140A(3) tat-Trattat KEFA, ir-Reġistratur għandu jinforma minnufih lill-Qorti tal-Prim Istanza, lill-qorti nazzjonali, lill-partijiet fil-kawża quddiemha u lill-partijiet interessati l-oħra msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 62a ta’ l-Istatut, bil-proposta ta’ eżami mill-ġdid.

Hekk kif jirċievi l-proposta ta’ eżami mill-ġdid, il-President għandu jaħtar l-Imħallef Relatur minn fost l-imħallfin ta’ l-awla msemmija fl-Artikolu 123b.

Din l-awla għandha tiddeċiedi, fuq rapport ta’ l-Imħallef Relatur, jekk hemmx lok għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza. Id-deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza għandha tindika l-kwistjonijiet li għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid.

Hekk kif id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza tingħata skond l-Artikolu 225(2) tat-Trattat KE jew l-Artikolu 140A(2) tat-Trattat KEFA, il-Qorti tal-Prim Istanza, il-partijiet fil-kawża quddiemha u l-partijiet interessati l-oħra msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 62a ta’ l-Istatut, għandhom minnufih jiġu informati mir-Reġistratur bid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza.

Hekk kif id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza tingħata skond l-Artikolu 225(2) tat-Trattat KE jew l-Artikolu 140A(2) tat-Trattat KEFA, il-Qorti tal-Prim Istanza u l-qorti nazzjonali, il-partijiet fil-kawża quddiemha u l-partijiet interessati l-oħra msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 62a ta’ l-Istatut, għandhom jiġu minnufih informati mir-Reġistratur bid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li teżamina mill-ġdid jew le d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza. Id-deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza għandha tiġi ppubblikata permezz ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 123e

Id-deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza għandha tiġi nnotifikata lill-partijiet u lill-partijiet interessati oħra msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 62a ta’ l-Istatut. In-notifika lill-Istati Membri u lill-Istati li huma partijiet fil-Ftehim ŻEE, barra l-Istati Membri, kif ukoll l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA, għandha jkollha magħha traduzzjoni tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kundizzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ l-Artikolu 104(1) ta’ dawn ir-Regoli. Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha, barra minn hekk, tiġi kkomunikata lill-Qorti tal-Prim Istanza u, meta tkun deċiżjoni mogħtija minn din ta’ l-aħħar skond l-Artikolu 225(3) tat-Trattat KE jew l-Artikolu 140A(3) tat-Trattat KEFA, lill-qorti nazzjonali kkonċernata.

F’terminu ta’ xahar li jibda jiddekorri min-notifika msemmija fis-subparagrafu preċedenti, il-partijiet u l-partijiet interessati oħra li lilhom tkun ġiet innotifikata d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jippreżentaw noti jew osservazzjonijiet bil-miktub fuq il-kwistjonijiet li jkunu s-suġġett ta’ l-eżami mill-ġdid.

Minn meta tingħata d-deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza, l-Avukat Ġenerali Ewlieni għandu jassenja l-eżami mill-ġdid lil Avukat Ġenerali.

Wara li jkun innomina l-Imħallef Relatur, il-President jiffissa d-data li fiha dan ta’ l-aħħar ikollu jippreżenta rapport preliminari fil-laqgħa ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dan ir-rapport għandu jinkludi l-proposti ta’ l-Imħallef Relatur dwar l-implementazzjoni ta’ miżuri preparatorji eventwali, il-kulleġġ ġudikanti li lilu għandu jiġi assenjat l-eżami mill-ġdid u n-neċessità li tiġi prevista seduta għat-trattazzjoni, kif ukoll il-modalitajiet tat-teħid ta’ pożizzjoni ta’ l-Avukat Ġenerali. Il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li tisma’ l-Avukat Ġenerali, għandha tiddeċiedi fuq l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fuq il-proposti ta’ l-Imħallef Relatur.

Meta d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza li hija s-suġġett ta’ eżami mill-ġdid tkun ingħatat skond l-Artikolu 225(2) tat-Trattat KE, jew l-Artikolu 140A(2) tat-Trattat KEFA, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.”.

2.

L-Artikolu 123a jsir l-Artikolu 123f u l-Artikolu 123b isir l-Artikolu 123g.

Artikolu 2

Dawn l-emendi tar-Regoli tal-Proċedura, awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 29(1) tar-Regoli tal-Proċedura, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-pubblikazzjoni tagħhom.

Adottati fil-Lussemburgu fit-8 ta’ Lulju 2008.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Ġunju 2008

li temenda r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tas-sistema lingwistika applikabbli għall-proċedura ta’ eżami mill-ġdid

(2008/621/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li ra l-Artikolu 64 tal-Protokoll fuq l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Skond il-proċedura prevista fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 245 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 160 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,

Wara li ra t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-4 ta' Frar 2008,

Wara li ra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008,

Wara li ra l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Marzu 2008,

Billi għandhom jiġu ppreċiżati fir-Regoli tal-Proċedura ċerti modalitajiet tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid prevista fl-Artikolu 225(2) u (3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 140 A (2) u (3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u organizzati fil-prinċipji tiegħu permezz ta’ l-Artikoli 62 sa 62b tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u b’mod partikolari l-modalitajiet dwar is-sistema lingwistika applikabbli għal din il-proċedura,

JIDDEĊIEDI:

Artikolu 1

Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, adottati fid-19 ta’ Ġunju 1991 (ĠU L 176, 4.7.1991, p. 7, b’rettifika fil-ĠU L 383, 29.12.1992, p. 117), kif emendati fil-21 ta’ Frar 1995 (ĠU L 44, 28.2.1995, p. 61), fil-11 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 103, 19.4.1997, p. 1, b’rettifika fil-ĠU L 351, 23.12.1997, p. 72), fis-16 ta’ Mejju 2000 (ĠU L 122, 24.5.2000, p. 43), fit-28 ta’ Novembru 2000 (ĠU L 322, 19.12.2000, p. 1), fit-3 ta’ April 2001 (ĠU L 119, 27.4.2001, p. 1), fis-17 ta’ Settembru 2002 (ĠU L 272, 10.10.2002, p. 24, b’rettifika fil-ĠU L 281, 19.10.2002, p. 24), fit-8 ta’ April 2003 (ĠU L 147, 14.6.2003, p. 17), fid-19 ta’ April 2004 (ĠU L 132, 29.4.2004, p. 2), fl-20 ta’ April 2004 (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 107), fit-12 ta’ Lulju 2005 (ĠU L 203, 4.8.2005, p. 19), fit-18 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 288, 29.10.2005, p. 51) u fit-18 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 44) huma emendati kif ġej:

Minnufih wara l-Artikolu 123, fit-“Titolu IV: Fuq l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza”, għandu jidħol Artikolu 123(a), li jgħid dan li ġej:

“Artikolu 123a

Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 62 ta’ l-Istatut, li teżamina mill-ġdid deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, il-lingwa tal-kawża għandha tkun dik tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza li għandha tiġi eżaminata mill-ġdid, bla ħsara għall-Artikolu 29(2)(b) u (c) u għar-raba’ u għall-ħames subparagrafi tal-paragrafu (3) ta’ dawn ir-Regoli.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Lulju 2008

li tħassar id-Deċiżjoni 2005/183/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Polonja

(2008/622/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 104(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/183/KE (1) fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 104(6) tat-Trattat, kien ġie deċiż li fil-Polonja kien jeżisti żbilanċ eċċessiv. Il-Kunsill innota li l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern kien ta’ 4.1 % tal-PGD fl-2003, li kien ogħla mit-3% tal-valur ta' referenza tal-PGD skond it-Trattat, filwaqt li d-dejn gross ġenerali tal-gvern kien ta’ 45.4% tal-PGD, taħt is-60% tal-valur ta' referenza tal-PGD skond it-Trattat. Id-deċiżjoni tal-Kunsill sostniet li ċ-ċifri tad-dejn u ta' l-iżbilanċ ikollhom jiġu aġġustati 'l fuq jekk l-iskemi ta' pensjonijiet iffinanzjati kienu esklużi mis-settur tal-gvern ġenerali wara d-deċiżjoni ta' l-Eurostat dwar il-klassifikazzjoni ta' l-iskemi tal-pensjonijiet iffinanzjati (2).

(2)

Fil-5 ta' Lulju 2004, skond l-Artikolu 104(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (3), il-Kunsill, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għamel rakkomandazzjoni indirizzata lill-Polonja bil-għan li s-sitwazzjoni ta' l-iżbilanċ eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2007. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata.

(3)

Fit-28 ta' Novembru 2006, il-Kunsill iddeċieda skond l-Artikolu 104(8), fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li l-azzjoni meħuda sa dak il-punt mill-awtoritajiet Pollakki kienet inadegwata (4). Fis-27 ta' Frar 2007, il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni ġdida taħt l-Artikolu 104(7), dwar rakkomandazzjoni mill-Kumissjoni, li tikkonferma l-iskadenza fl-2007 għall-korrezzjoni. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata.

(4)

Skond l-Artikolu 104(12) tat-Trattat, id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv għandha titħassar meta l-iżbilanċ eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat, fil-fehma tal-Kunsill, ikun ġie kkoreġut.

(5)

Skond il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw id-data dwar l-iżbilanċi u d-dejn tal-gvern u fatturi varjabbli assoċjati oħrajn darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta’ Ottubru, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (5).

(6)

Fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skond l-Artikolu 8g(1) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93 wara n-notifka mill-Polonja qabel l-1 ta’ April 2008 u fuq it-tbassir tar-Rebbiegħa 2008 mis-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:

l-iżbilanċ pubbliku ġenerali tnaqqas minn 3,8 % tal-PGD fl-2006 għal 2,0 % tal-PGD fl-2007, li hu taħt il-valur ta' referenza ta’ l-iżbilanċ, jiġifieri 3 % tal-PGD. Dan jaqbel mal-mira ta’ 3,4 % tal-PGD fil-programm ta’ konverġenza ta’ Novembru 2006;

ir-riżultat ta' l-iżbilanċ ta' l-2007 ferm aħjar meta mqabbel mal-mira kien sostnut minn tkabbir reali fil-PGD ferm ogħla minn dak preżunt fil-programm ta' konverġenza ta' Novembru 2006. Barra minn hekk, meta mqabbel mal-PGD, il-gvern nefaq inqas fuq trasferimenti soċjali (minħabba nuqqas ta' indiċi fl-2007), sussidji, investiment u kumpens għall-impjegati. Fuq kollox, l-infiq totali kien iktar baxx b'1,5 punti perċentwali milli kien ippjanat fil-programm ta' konverġenza ta' Novembru 2006. It-titjib fil-bilanċ strutturali (jiġifieri l-bilanċ nett aġġustat ċiklikament wara l-miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn) huwa stmat li kien 1½ punti perċentwali tal-PGD fl-2007,

bi tkabbir fil-PGD iktar baxx minn fl-2007, it-tbassir tar-Rebbiegħa 2008 jipprevedi li l-iżbilanċ fl-2008 jiżdied għal 2,5 % tal-PGD, imma jibqa' taħt il-valur ta' referenza, li huwa mmexxi l-iktar minn tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet soċjali, eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul u żieda ta' trasferimenti soċjali flimkien ma' investiment ogħla. Dan hu l-istess bħall-mira uffiċjali ta' l-iżbilanċ stabbilita fl-aġġornament tal-programm ta' konverġenza ta' Marzu 2008. Għall-2009, it-tbassir tar-rebbiegħa jipprevedi li l-iżbilanċ fil-parti l-kbira jistabbilizza ruħu fuq bażi ta' l-ebda bidla fil-linja politika. Dan jindika li l-iżbilanċ tniżżel għal taħt il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PGD b'mod kredibbli u sostenibbli,

madankollu, il-bilanċ strutturali huwa stmat li se jonqos b'madwar

Formula
ta' punt perċentwali tal-PGD fl-2008 u, fuq bażi ta' l-ebda bidla fil-linja politika, jitjieb b'madwar
Formula
ta' punt perċentwali fl-2009. Wieħed irid jara dan fl-isfond tal-ħtieġa li jsir progress lejn l-għan għall-medda taż-żmien medja (MTO) għall-qagħda tal-baġit, li għall-Polonja hija ta' żbilanċ strutturali ta' 1 % tal-PGD.

id-dejn tal-gvern niżel minn 47,6 % tal-PGD fl-2006 għal 45,2 % fl-2007. Skond it-tbassir tar-Rebbiegħa 2008, il-proporzjon tad-dejn huwa mistenni jibqa' ħafna taħt il-limitu ta' 60 % tal-PGD u jkompli jinżel għal madwar 44 % sa tmiem l-2009.

(7)

Fil-fehma tal-Kunsill, l-iżbilanċ eċċessiv fil-Polonja ġie kkoreġut u d-Deċiżjoni 2005/183/KE għaldaqstant għandha tiġi mħassra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' żbilanċ eċċessiv fil-Polonja tranġat.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2005/183/KE hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)   ĠU L 62, 9.3.2005, p. 18.

(2)  Stqarrijiet ta' l-Aħbarijiet Eurostat Nru 30/2004 tat-2 ta' Marzu 2004 u Nru 117/2004 tat-23 ta' Settembru 2004.

(3)   ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1056/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).

(4)   ĠU L 414, 30.12.2006, p. 81.

(5)   ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).


Kummissjoni

29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-24 ta' Lulju 2008

dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle fl-Estonja fl-2007

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3723)

(It-test bl-Estonjan biss huwa awtentiku)

(2008/623/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skond l-Artikolu 4(2) ta' dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiksbu kontribut finanzjarju lejn l-ispejjeż ta' ċerti miżuri għall-qerda tal-marda ta' Newcastle.

(2)

L-Artikoli 3(5) u 4(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistabbilixxu regoli dwar il-perċentwali tan-nefqa mġarrba mill-Istat Membru li jista’ jkun kopert mill-kontribut finanzjarju tal-Komunità.

(3)

Il-ħlas ta’ kontribut finanzjarju tal-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza għall-qerda tal-marda ta' Newcastle huwa soġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2).

(4)

Tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle feġġew fl-Estonja fl-2007. Il-preżenza ta’ din il-marda tirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. L-Estonja ħadet miżuri, skond l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, biex jiġu miġġielda dawk it-tifqigħat.

(5)

L-Estonja kienet konformi għal kollox ma’ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(6)

Fis-6 ta’ Ottubru 2007, l-Estonja ppreżentat stima ta’ l-ispejjeż li ġġarrbu biex ittieħdu l-miżuri għall-qerda tal-marda ta' Newcastle.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribut finanzjarju mill-Komunità lill-Estonja

Kontribut finanzjarju mill-Komunità tista' tingħata lill-Estonja għan-nefqa li ġarrab dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri skond l-Artikolu 3(2) u 4(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle fl-2007.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Estonja.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.