ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 194

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
23 ta' Lulju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 691/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/602/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-arkitettura fiżika u r-rekwiżiti ta’ l-Interfaces Nazzjonali u ta’ l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-Interfaces Nazzjonali għall-fażi ta’ l-iżvilupp (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2693)

3

 

 

2008/603/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2008 dwar deroga temporanja mir-regoli ta’ l-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tar-Repubblika tal-Mawrizju fir-rigward ta’ tonn ippreservat u flettijiet tat-tonn (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3568)

9

 

 

2008/604/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2008 dwar il-ħatra tal-membri tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin

12

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 34 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ riskji tan-nar

14

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/605/PESK tat-22 ta' Lulju 2008 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

34

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/582/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) ( ĠU L 186, 15.7.2008 )

37

 

*

Rettifika għall-Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati ( ĠU L 165, 26.6.2008 )

42

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

23.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 194/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 691/2008

tat-22 ta’ Lulju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

32,2

MK

28,0

TR

85,4

ME

25,6

XS

37,5

ZZ

41,7

0707 00 05

TR

115,0

ZZ

115,0

0709 90 70

TR

98,5

ZZ

98,5

0805 50 10

AR

90,6

US

70,6

UY

101,5

ZA

102,4

ZZ

91,3

0806 10 10

CL

79,7

EG

148,0

IL

129,9

TR

144,2

ZZ

125,5

0808 10 80

AR

115,7

BR

94,9

CL

100,6

CN

74,8

NZ

112,6

US

101,0

UY

80,0

ZA

85,0

ZZ

95,6

0808 20 50

AR

80,0

AU

143,2

CL

113,9

NZ

110,0

ZA

95,7

ZZ

108,6

0809 10 00

TR

170,1

ZZ

170,1

0809 20 95

TR

401,1

US

437,5

ZZ

419,3

0809 30

TR

164,5

ZZ

164,5

0809 40 05

IL

154,8

XS

95,0

ZZ

124,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

23.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 194/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ġunju 2008

li tistabbilixxi l-arkitettura fiżika u r-rekwiżiti ta’ l-Interfaces Nazzjonali u ta’ l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-Interfaces Nazzjonali għall-fażi ta’ l-iżvilupp

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2693)

(It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Olandiż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Germaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż biss huma awtentiċi)

(2008/602/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (1), u partikolarment l-Artikolu 4 (a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2004/512/KE tistabbilixxi l-VIS bħala sistema għall-iskambju tad-data tal-viża bejn l-Istati Membri u tat il-mandat lill-Kummissjoni biex tiżviluppa l-VIS.

(2)

Għandhom isiru l-arranġamenti xierqa bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, b’mod partikolari rigward l-elementi ta’ l-Interface Nazzjonali li jinsabu f’kull Stat Membru.

(3)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (2), ir-Renju Unit ma ħax sehem fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2004/512/KE u mhux marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha għaliex din tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen. Għaldaqstant, ir-Renju Unit mhux destinatarju ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(4)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (3), l-Irlanda ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2004/512/KE u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha għaliex din tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen. Għaldaqstant, l-Irlanda mhix destinatarju ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(5)

F’konformità ma’ l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-13 ta’ Awwissu 2004 id-Danimarka ddeċidiet li timplimenta d-Deċiżjoni 2004/512/KE fil-liġi Daniża. Id-Deċiżjoni 512/2004/KE għalhekk torbot lid-Danimarka taħt il-liġi internazzjonali. Għalhekk, id-Danimarka għandha obbligu taħt il-liġi internazzjonali biex timplimenta din id-Deċiżjoni.

(6)

Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fl-ambitu tat-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (4), li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE dwar ċertu arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (5).

(7)

Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, fl-ambitu tat-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE dwar il-konklużjoni ta’ dak il-Ftehim għan-nom tal-Komunità Ewropea (6).

(8)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen preċedenti fl-ambitu tat-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen li jaqa’ fiż-żona msemmija fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 li jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE tat-28 ta’ Frar 2008 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (7).

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) (8),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-arkitettura fiżika u r-rekwiżiti ta’ l-Interfaces Nazzjonali u ta’ l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-Interfaces Nazzjonali għall-fażi ta’ l-iżvilupp għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika ta’ l-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran-Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika ta’ l-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju ta’ l-Olanda, lir-Repubblika ta’ l-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju ta’ l-Iżvezja.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5.

(2)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(3)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(6)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3

(8)  ĠU L 328, 13.12.2001, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1988/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 1),


ANNESS

1.   Introduzzjoni

Dan id-dokument jiddeskrivi r-rekwiżiti tan-netwerk u d-disinn ta’ l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni u l-komponenti tagħha.

1.1.   Akronimi u abbrevjazzjonijiet

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

Spjegazzjoni

BCU

Backup Central Unit (Unità Ċentrali ta’ Riżerva)

BLNI

Backup Local National Interface (Interface Nazzjonali Lokali ta’ Riżerva)

CNI

Central National Interface (Interface Ċentrali Nazzjonali)

CS

Central System (Sistema Ċentrali)

CS-VIS

Visa Information System (Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża)

CU

Central Unit (Unità Ċentrali)

DNS

Domain Name Server (Server ta’ l-Isem tad-Domain)

FTP

File Transfer Protocol (Protokoll għat-Trażmissjoni tal-Fajls)

HTTP

Hypertext Transfer Protocol (Protokoll għat-Trażmissjoni ta’ Hyper Text)

IP

Internet Protocol (Protokoll ta’ l-Internet)

LAN

Local Area Network (Netwerk Lokali)

LNI

Local National Interface (Interface Nazzjonali Lokali)

NI-VIS

National Interface (Interface Nazzjonali)

NTP

Network Time Protocol (Protokoll għas-Sinkronizzazzjoni tan-Netwerk)

SAN

Storage Area Network (Netwerk għall-ħażna tad-data)

SDH

Synchronous Digital Hierarchy (Ġerarkija Diġitali Sinkrona)

SMTP

Simple Mail Transfer Protocol (Protokoll Sempliċi għat-Trażmissjoni ta’ Posta)

SNMP

Simple Network Management Protocol (Protokoll Sempliċi għall-Ġestjoni ta’ Netwerk)

sTESTA

Secure Trans-European Services for Telematics between Administrations (Servizzi Trans-Ewropej b’Sigurtà għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet), hija miżura tal-Programm IDABC (Il-forniment ta’ servizzi ta’ eGovernment madwar l-Ewropa lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2004/387/KE) (*)

TCP

Transmission Control Protocol (Protokoll għall-Kontroll tat-Trażmissjoni)

VIS

Visa Information System (Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża)

VPN

Virtual Private Network (Netwerk Privata Virtwali)

WAN

Netwerk b’żona wiesgħa

2.   Arkitettura fiżika ta’ l-interfaces nazzjonali u ta’ l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn il-VIS ċentrali u l-interfaces nazzjonali

L-NI-VIS, kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE, għandu jikkonsisti fi:

Interface Nazzjonali Lokali (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “LNI”) f’kull Stat Membru, li huwa l-interface li fiżikament iqabbad lill-Istat Membru man-netwerk ta’ komunikazzjoni b’sigurtà (secure communication network) u li fih mezzi ta’ kriptar dedikati għall-VIS. L-LNI jinsab fil-bini ta’ l-Istat Membru.

Interface Nazzjonali Lokali ta’ Riżerva (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “BLNI”), li għandu l-istess kontenut u funzjoni bħal-LNI.

Il-konfigurazzjoni speċifika ta’ l-LNI u l-BLNI ser ikunu speċifikati u miftiehma ma’ kull Stat Membru individwali.

L-LNI u l-BLNI għandhom jintużaw esklussivament għar-raġunijiet definiti mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli għall-VIS.

L-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni bejn is-CS-VIS u l-NI-VIS għandha tikkonsisti fi:

Is-Servizzi Trans-Ewropej b’Sigurtà għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (sTESTA) li jipprovdi netwerk kriptat, virtwali u privat (vis.stesta.eu) dedikat għad-data tal-VIS u għall-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità relatata mal-VIS bejn l-Istati Membri u l-awtorità responsabbli għall-ġestjoni operattiva għas-CS-VIS.

3.   Servizzi tan-netwerk

Fil-Kapitoli 3, 5 u 7, kull fejn jissemmew teknoloġiji jew protokolli, għandu jkun mifhum li t-teknoloġiji jew il-protokolli ekwivalenti jistgħu jintużaw. L-użu tan-netwerk għandu jieħu in kunsiderazzjoni t-tħejjija ta’ l-Istati Membri.

3.1.   Tqassim tan-netwerk

L-arkitettura tas-VIS tuża servizzi ċentralizzati li huma aċċessibbli mill-Istati Membri differenti. Għal skopijiet ta’ affidabilità, dawn is-servizzi ċentralizzati huma duplikati f’żewġ postijiet differenti, li huma Strasbourg fi Franza fejn tinsab is-CS-VIS, l-Unità Ċentrali (CU) u St Johann im Pongau fl-Awstrija fejn hemm is-CS-VIS ta’ riżerva, l-Unità Ċentrali ta’ Riżerva (BCU) skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5161 tat-3 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi s-siti għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża matul il-fażi ta’ l-iżvilupp (1).

L-Unitajiet Ċentrali prinċipali u ta’ riżerva, għandhom ikunu aċċessibbli mill-Istati Membri differenti permezz ta’ punti ta’ aċċess għan-netwerk – LNI u BLNI – li jinterkonnettjaw is-Sistema Nazzjonali tagħhom mas-CS-VIS.

Il-konnessjoni bejn is-CS-VIS ċentrali u s-CS-VIS ta’ riżerva għandha tkun miftuħa għal kwalunkwe arkitetturi u teknoloġiji futuri ġodda u għandhom jippermettu sinkronizzazzjoni kontinwa bejn is-CU u l-BCU.

3.2.   Bandwidth

Il-bandwidth meħtieġ għal-LNI u l-BLNI mhux obbligatorju jista’ jkun differenti minn Stat Membru għal ieħor.

L-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandha toffri konnessjonijiet ta’ bandwidths mas-sit adattati għat-traffiku mistenni. In-netwerk għandha tipprovdi biżżejjed veloċità minima garantita ta’ upload u download għal kull konnessjoni u għandha tkun ta’ daqs li tiflaħ id-daqs tal-bandwidth totali tal-punti ta’ aċċess għan-netwerk.

3.3.   Protokolli li jistgħu jintużaw

L-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandha tiflaħ protokolli ta’ netwerk użati mis-CS-VIS, partikolarment HTTP, FTP, NTP, SMTP, SNMP, DNS, tunnelling protocols, protokolli ta’ replikazzjoni SAN u protokolli ta’ konnessjoni Java-to-Java ta’ BEA WebLogic fuq IP.

3.4.   Speċifikazzjonijiet tekniċi

3.4.1.   Indirizzar IP

L-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandu jkollha firxa ta’ indirizzi IP riżervati li jkunu jistgħu jintużaw biss fi ħdan dak in-netwerk. Fi ħdan il-firxa ta’ indirizzi IP riżervati, is-CS-VIS ser juża sett ta’ indirizzi IP dedikati li ma jintużaw imkien aktar.

3.4.2.   L-użu ta’ Ipv6

In-netwerks lokali tal-biċċa l-kbira mis-siti ser jużaw IPv4 iżda wħud minnhom ser jużaw IPv6. Għalhekk il-punti ta’ aċċess għan-netwerk għandhom joffru l-possibbiltà li jaġixxu bħala portal ta’ IPv4/IPv6. Ser tkun meħtieġa koordinazzjoni ma’ l-Istati Membri li qed jimxu lejn IPv6, sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla problemi.

3.4.3.   Rata ta’ Fluss Sostenuta

Sakemm il-konnessjoni tas-CU jew il-BCU jkollha load rate ta’ anqas minn 90 %, Stat Membru partikolari għandu jkun jista’ jżomm b’mod kontinwu 100 % tal-bandwidth speċifikat.

3.4.4.   Speċifikazzjonijiet oħra

Biex tkun tiflaħ għas-CS-VIS, l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandha għall-anqas tkun konformi ma’ sett minimu ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi:

 

Id-dewmien fit-tranżitu għandu jkun (inkluż f’sigħat ta’ attività kbira) mhux aktar minn 150 ms f’95 % tal-pakketti u anqas minn 200 ms f’100 % tal-pakketti.

 

Il-probabilità ta’ telf ta’ pakketti għandha tkun (inkluż f’sigħat ta’ attività kbira) mhux aktar minn jew ugwali għal 10–4 f’95 % tal-pakketti u anqas minn 10–3 f’100 % tal-pakketti.

 

L-ispeċifikazzjonijiet imsemmija qabel għandhom japplikaw għal kull punt ta’ aċċess separatament.

 

Il-konnessjoni bejn is-CU u l-BCU għandu jkollha dewmien ta’ round trip ta’ mhux aktar minn 60 ms.

3.5.   Reżiljenza

L-Infrastruttura ta’ Komnuikazzjoni għandha toffri disponibilità għolja, partikolarment tal-komponenti li ġejjin:

In-netwerk ewlieni (backbone network)

Il-mezzi ta’ routing

Il-Points of Presence

Il-konnessjonijiet mal-loop lokali (inklużi l-kejbils fiżikament żejda)

Il-mezzi tas-sigurtà (mezzi ta’ kriptar, firewalls, eċċ.),

Is-servizzi ġeneriċi kollha (DNS, eċċ.),

LNI u BLNI mhux obbligatorja

Meta meħtieġ, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ sostituzzjoni tan-netwerk (network failover), koordinati bil-livell ta’ applikazzjoni biex tkun żgurata disponibilità massima tal-VIS b’mod ġenerali.

4.   Il-monitoraġġ

Biex ikun faċilitat il-monitoraġġ, l-istrumenti ta’ monitoraġġ ta’ l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandu jkollhom il-kapaċità li jiġu integrati mal-faċilitajiet ta’ monitoraġġ għall-ġestjoni operattiva tas-CS-VIS.

5.   Servizzi ġeneriċi

L-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandha tkun tista’ toffri s-servizzi ġeneriċi mhux obbligatorji li ġejjin: DNS, mail relay u NTP.

6.   Disponibilità

Id-disponibilità tal-punti ta’ konnessjoni sal-LAN ta’ l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandha tkun ta’ 99,99 % fuq perjodu dejjem għaddej ta’ 28-il ġurnata.

7.   Servizzi ta’ sigurtà

7.1.   Kriptar tan-netwerk

L-ebda informazzjoni relatata mal-VIS m’għandha tiċċirkola fuq l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni mingħajr ma tkun kriptata.

Biex jinżamm livell ta’ sigurtà għoli, l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandha tippermetti l-ġestjoni taċ-ċertifikati/keys użati mis-soluzzjoni ta’ kriptar tan-netwerk. Għandhom ikunu possibbli amministrazzjoni remota u monitoraġġ remot ta’ l-encryption boxes.

Algoritmi ta’ kriptar simetriċi (3DES 128 bits jew aħjar) u algoritmi ta’ kriptar asimetriċi (RSA 1 024 bit modulus jew aħjar) għandhom jintużaw skond l-ogħla livell ta’ żvilupp.

7.2.   Karatteristiċi oħrajn tas-sigurtà

Minbarra l-protezzjoni tal-punti ta’ l-aċċess għan-netwerk tal-VIS (LNI u BLNI), l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandha tipproteġi wkoll is-servizzi ġeneriċi mhux obbligatorji. Fil-każ li tali servizzi jsiru disponibbli, għandhom jilħqu miżuri ta’ protezzjoni kumparabbli ma’ dawk fis-CS-VIS. Barra dan, il-mezzi ta’ servizzi ġeneriċi u l-miżuri ta’ protezzjoni tagħhom għandhom ikunu taħt sorveljanza ta’ sigurtà kontinwa.

Biex jinżamm livell għoli ta’ sigurtà, l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandha tippermetti li jiġu rrappurtati l-inċidenti kollha ta’ sigurtà bla dewmien. Ir-rapporti dwar l-inċidenti kollha ta’ sigurtà għandhom jingħataw fuq bażi regolari, ngħidu aħna b’rappurtaġġ ta’ kull xahar u ad hoc.

8.   Helpdesk u struttura ta’ appoġġ

Għandha tiġi stabbilita helpdesk u struttura ta’ appoġġ u din trid tkun tista’ tinteraġixxi mas-CS-VIS.

9.   Interazzjoni ma’ sistemi oħrajn

L-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandha tiżgura li t-tixrid ta’ data lejn sistemi oħrajn jew netwerks oħrajn ma jseħħux fuq in-netwerk.


(*)  ĠU L 181, 18.5.2004, p. 25.

(1)  ĠU L 305, 4.11.2006, p. 13.


23.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 194/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Lulju 2008

dwar deroga temporanja mir-regoli ta’ l-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tar-Repubblika tal-Mawrizju fir-rigward ta’ tonn ippreservat u flettijiet tat-tonn

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3568)

(2008/603/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (ACP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) ta’ l-Anness II tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Frar 2008, ir-Repubblika tal-Mawrizju talbet deroga mir-regoli ta’ l-oriġini stipulati f’dak l-Anness għal perjodu ta’ ħames snin, skond l-Artikolu 36 ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007. Il-Mawrizju ssottometta tagħrif addizzjonali għat-talba li għamel fl-10 ta’ Marzu 2008. It-talba tinvolvi kwantità annwali globali ta’ 5 000 tunnellata ta’ tonn fil-landa u 2 000 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn ta’ l-intestatura tas-Sistema Armonizzata (HS) 1604. It-talba saret billi l-qabdiet u l-provvista ta’ tonn nej ta’ oriġini naqsu fl-Oċean Indjan tal-Lbiċ.

(2)

Skond it-tagħrif ipprovdut mill-Mawrizju l-qabdiet ta’ tonn nej fl-aħħar ta’ l-2007 u fil-bidu ta’ l-2008 kienu baxxi aktar mis-soltu, anke meta mqabbla mal-varjazzjonijiet staġjonali normali. Din is-sitwazzjoni anormali twassal biex ikun impossibbli li l-Mawrizju jikkonforma mar-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 matul ċertu perjodu.

(3)

Deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 ma għandhiex twassal għal ħsara serja fl-industrija Komunitarja stabbilita, meta jitqiesu l-importazzjonijiet ikkonċernati, sakemm jitħarsu ċerti kundizzjonijiet relatati ma’ kwantitajiet, superviżjoni u tul ta’ żmien.

(4)

Huwa għalhekk ġustifikat li tingħata deroga temporanja skond l-Artikolu 36(1)(a) ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007.

(5)

Il-Mawrizju se jibbenefika minn deroga awtomatika mir-regoli ta’ oriġini għal tonn fil-landa u flettijiet tat-tonn ta’ l-intestatura HS 1604 skond l-Artikolu 42(8) tal-Protokoll ta’ Orġini annessa mal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u l-Punent fuq naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-UE), meta dak il-Ftehim jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament.

(6)

Skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 ir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament u d-derogi minnhom għandhom jiġu sostitwiti bir-regoli tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-UE li jkun previst li se jidħol fis-seħħ jew li se japplika proviżorjament fl-2008. Għalhekk id-deroga ma għandhiex tingħata għall-perjodu mitlub ta’ ħames snin, iżda għandha tingħata għall-perjodu minn Jannar sa Diċembru 2008.

(7)

Skond l-Artikolu 42(8) tal-Protokoll ta’ Oriġini mehmuż mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-UE, id-deroga awtomatika mir-regoli ta’ oriġini hija limitata għal kwota annwali ta’ 8 000 tunnellata ta’ tonn fil-landa u 2 000 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għall-pajjiżi li inizjalaw il-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-EU (il-Komoros, il-Mawrizju, il-Madagaskar, is-Seychelles u ż-Żimbabwe). Huma mistennija talbiet għal deroga temporanja skond l-Artikolu 36 ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 minn pajjiżi oħra tar-reġjun ESA, l-aktar mill-Madagaskar u s-Seychelles. Ma jkunx adattat li jingħataw derogi skond l-Artikolu 36 ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 li jaqbżu l-kwota annwali mogħtija lir-reġjun ESA skond il-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-UE. Għalhekk id-deroga ma għandhiex tingħata għall-kwantitajiet mitluba, iżda għandha tingħata għal 3 000 tunnellata ta’ tonn preservat u 600 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn.

(8)

Għalhekk għandha tingħata deroga lill-Mawrizju għal 3 000 tunnellata ta’ tonn fil-landa u 600 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għal perjodu ta’ sena.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), jistabbilixxi r-regoli għall-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti mwettqa b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Mawrizju, l-awtoritajiet doganali tal-Komunità u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skond id-deroga mogħtija b’din id-Deċiżjoni.

(10)

Sabiex tkun tista’ ssir sorveljanza aktar effiċjenti ta’ l-operazzjoni tad-deroga, l-awtoritajiet tal-Mawrizju għandhom jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji taċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 maħruġa.

(11)

Il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skond l-Artikolu 36(1)(a) ta’ dak l-Anness, tonn ippreservat u flettijiet tat-tonn ta’ l-Intestatura HS 1604 manifatturati minn materjali li mhumiex ta’ oriġini għandhom jitqiesu bħala li oriġinaw mill-Mawrizju skond it-termini stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mill-Mawrizju matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati f’dan l-Anness għandhom jiġu ġestiti skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

L-awtoritajiet doganali tal-Mawrizju għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jitwettqu l-kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Għal dak il-għan iċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 kollha li joħorġu għal dawk il-prodotti għandhom juru referenza għal din id-Deċiżjoni. Kull tliet xhur l-awtoritajiet kompetenti tal-Mawrizju għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom inħarġu ċertifikati ta’ moviment EUR.1 skond din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Il-kaxxa 7 ta’ ċertifikati ta’ moviment EUR.1 maħruġa skond din id-Deċiżjoni għandu jkun fiha dan li ġej:

“Derogation – Decision C(2008)3568”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Għandha tapplika sakemm ir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jiġu sostitwiti b’dawk annessi ma’ kwalunkwe ftehim mal-Mawrizju, kemm meta dak il-ftehim ikun applikat proviżorjament, kif ukoll meta jidħol fis-seħħ, skond liema jseħħ l-ewwel, u fi kwalunkwe każ din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika wara l-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS

Il-Mawrizju

Nru ta’ l-Ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti

Perjodu

Kwantitajiet

09.1668

1604 14 11 , 1604 14 18 , 1604 20 70

Tonn ippreservat (1)

1.1.2008–31.12.2008

3 000 tunnellata

09.1669

1604 14 16

Flettijiet tat-tonn

1.1.2008–31.12.2008

600 tunnellata


(1)  Fi kwalunkwe tip ta’ ppakkjar fejn il-prodott hu kkunsidrat li hu ppreservat fis-sens tat-titlu HS 1604.


23.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 194/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Lulju 2008

dwar il-ħatra tal-membri tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin

(2008/604/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE tas-17 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Il-grupp ta' esperti għandu jkun kompost minn 21 membru.

(2)

Il-membri tal-grupp ta' esperti għandhom jinħatru minn fost speċjalisti li jkollhom kompetenza u esperjenza fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, li tinkludi d-dimensjoni tat-traffikar tal-bnedmin fejn jidħol ix-xogħol.

(3)

Sa 11-il membru mill-amministraturi ta' l-Istati Membri għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq proposta ta' l-Istati Membri.

(4)

Sa ħames membri mill-organizzazzjonijiet inter-governattivi, internazzjonali u non-governattivi attivi fuq livell Ewropew, sa erba' membri mill-imsieħba soċjali u l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem li joperaw fuq livell Ewropew, u sa żewġ membri minn individwi b'esperjenża minn riċerka akkademika għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn dawk li jkunu rrispondew għas-sejħa għall-applikazzjoni.

(5)

Għalhekk il-Kummissjoni għamlet s-sejħa għall-applikazzjonijiet bl-iskop li jkollha lista ta’ kandidati biex tgħaqqad dan il-grupp ta' esperti fid-19.1.2008 (2).

(6)

Il-Kummissjoni wettqet proċedura ta' selezzjoni fuq l-applikazzjonijiet li rċeviet. Meta ivvalutat l-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kriterji msemmija fis-sejħa għall-applikazzjoni, u partikolarment taħt il-punt 2 tagħha.

(7)

Huwa xieraq li l-grupp ta' esperti għandu jinkludi erba' membri żejda mill-organizzazzjonijiet inter-governattivi, internazzjonali u non-governattivi attivi fuq livell Ewropew, biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta' applikazzjonijiet mill-imsieħba soċjali u l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem li joperaw fuq livell Ewropew, biex ikun żgurat rappreżentanza tas-suġġett u ġeografika bilanċjata u biex it-total tal-membri jilħaq il-21 kif maħsub oriġinarjament.

(8)

Membru wieħed ta' dan il-grupp kien maħtur mill-Europol,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/675/KE hija emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 ittra (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

organizzazzjonijiet inter-governattivi, internazzjonali u mhux governattivi attivi fuq livell Ewropew b'esperjenza u kompetenza dokumentata tajjeb fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin (sa disa' membri)”.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni taħtar il-membri tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin li ġejjin:

1.

Membri maħtura skond l-Artikolu 3 paragrafu 2, ittra (a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE:

 

Is-Sur Jan AUSTAD

 

Is-Sur Sandi ČURIN

 

Is-Sinjura Rita THEODOROU SUPERMAN

 

Is-Sur Luís GOUVEIA

 

Is-Sinjura Jelena KAMINSKA

 

Is-Sur Glynn RANKIN

 

Is-Sinjura Bärbel Heide UHL

 

Is-Sur Floris VAN DIJK

 

Is-Sinjura Kajsa WAHLBERG

2.

Membri maħtura skond l-Artikolu 3 paragrafu 2, ittra (b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE:, kif emendata bid-Deċiżjoni preżenti:

 

Is-Sinjura Antonia BALKANSKA LAVINE

 

Is-Sur Stana BUCHOWSKA

 

Is-Sur Marco BUFO

 

Is-Sinjura Muireann O BRIAIN

 

Is-Sur Martijn PLUIM

 

Is-Sinjura Evelyn PROBST

 

Is-Sinjura Klara SKRIVANKOVA

 

Is-Sinjura Patsy SÖRENSEN

 

Is-Sinjura Liliana SORRENTINO

3.

Membri maħtura skond l-Artikolu 3 paragrafu 2, ittra (e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE:

 

Is-Sur Ryszard PIOTROWICZ

 

Is-Sinjura Georgina VAZ CABRAL

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ħatra ta' s-Sur Steve HARVEY mill-Europol bħala membru tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin skond l-Artikolu 3 paragrafu 2, ittra (d) u paragrafu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2007/675/EC).

Artikolu 4

Il-Membri tal-Grupp ta' Esperti huma maħtura fil-kapaċità personali tagħhom għal perjodu rinovabbli ta' 3 snin.

Artikolu 5

Wara l-proċedura ta' selezzjoni, l-applikanti li tqiesu bħala kandidati eliġibbli bħala membri fil-grupp, iżda li ma ġewx maħtura bħala membri tal-Grupp ta' Esperti għandhom jitqegħdu fl-lista ta' riservi bil-kunsens tagħhom.

Artikolu 6

L-ismijiet tal-membri maħtura għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropej.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ jum wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 277, 20.10.2007, p. 29.

(2)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 27.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

23.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 194/14


 

It-testijiet oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali taħt il-liġi pubblika internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi kkontrollat fl-aktar verżjoni riċenti tad-dokument ta’ status tan – NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 34 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ riskji tan-nar

Addendum 33: Ir-Regolament Nru. 34

Reviżjoni 1

Li tinkorpora t-test validu kollu sa:

Supplement 2 għas-serje ta’ emendi 02 – Data tad-dħul fis-seħħ: 11 ta’ Ġunju 2007

WERREJ

IR-REGOLAMENT

1.

L-Ambitu

2.

L-Applikazzjoni għall-approvazzjoni

3.

L-Approvazzjoni

4.

Id-Definizzjonijiet

5.

Ir-rekwiżiti għat-tankijiet tal-karburant likwidu

6.

It-test tat-tankijiet tal-karburant likwidu

7.

Id-Definizzjonijiet

8.

Ir-rekwiżiti għall-istallazzjoni ta’ tank tal-karburant likwidu li jkun approvat

9.

It-testijiet fuq il-vettura

10.

Il-modifiki tat-tip ta’ vettura

11.

Il-konformità tal-produzzjoni

12.

Il-pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

13.

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

14.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet ta’ l-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi

L-ANNESSI

L-Anness I –

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni definittivament imwaqqfa ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tank għall-karburant likwidu u dwar il-prevenzjoni tar-riskji tan-nar fil-każ ta’ kolliżjoni mill-quddiem/mill-ġenb/minn wara skond ir-Regolament Nru. 34

L-Anness II –

L-arranġamenti tal-marki ta’ l-approvazzjoni

L-Anness III –

Test tal-kolliżjoni minn quddiem kontra ostakolu

L-Anness IV –

Il-proċedura tat-test tal-kolliżjoni minn wara

L-Anness V –

L-ittestjar tat-tankijiet tal-karburant magħmula minn materjal tal-plastik

Appendiċi 1 –

It-test tar-reżistenza għan-nar

Appendiċi 2 –

Id-dimensjonijiet u d-data teknika tal-briks li jirreżistu n-nar

1.   L-AMBITU

Dan ir-Regolament japplika:

1.1.

IL-PARTI I: għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategoriji M, N u O (1) fir-rigward tat-tank(ijiet) għall-karburant likwidu.

1.2.

IL-PARTI II: fuq talba tal-manifattur għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategoriji M, N u O approvati skond il-Parti I ta’ dan ir-Regolament mgħammra b’tank(ijiet) għall-karburant likwidu fir-rigward tal-prevenzjoni tar-riskji tan-nar fil-każ ta’ kolliżjoni minn quddiem/mill-ġenb/minn wara.

1.3.

Fuq talba tal-manifattur, il-vetturi minbarra dawk imsemmija aktar ‘il fuq fil-paragrafu 1.2 jistgħu jiġi approvati skond dan ir-Regolament.

2.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura għal parti ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu kif xieraq.

2.2.   Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u minn dawn id-dettalji li ġejjin:

2.2.1.

deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-oġġetti speċifikati fil-paragrafu 4.2 u/jew 7.2. In-numri u/jew simboli li jidentifikaw it-tip ta’ magna u t-tip ta’ vettura għandhom ikunu speċifikati;

2.2.2.

tpinġija/ijiet li turi/juru l-karatteristiċi tat-tank tal-karburant u li tispeċifika/jispeċifikaw il-materjal li huwa/huma magħmul/in minnu;

2.2.3.

tpinġija tas-sistemi sħaħ tal-proviżjon tal-karburant, li turi l-post ta’ kull komponent fil-vettura; u

2.2.4.

għall-applikazzjoni skond il-Parti II ta’ dan ir-Regolament, disinn ta’ l-istallazzjoni elettrika li turi l-post tagħha u kif inhi mwaħħla mal-vettura.

2.3.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

2.3.1.

Rappreżentant tal-vettura għat-tip ta’ vettura li se tkun approvata jew il-partijiet tal-vettura li s-servizz tekniku jqis li huma neċessarji għat-testijiet ta’ l-approvazzjoni;

2.3.2.

Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’tank magħmul mill-materjal tal-plastik: seba’ tankijiet addizzjonali, bl-aċċessorji tagħhom;

2.3.3.

Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’tank magħmul minn materjal ieħor: żewġ tankijiet addizzjonali, bl-aċċessorji tagħhom.

3.   L-APPROVAZZJONI

3.1.   Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skond dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-Parti I u/jew tal-Parti II hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

3.2.   Kull tip approvat għandu jingħata numru ta’ l-approvazzjoni li l-ewwel żewġ ċifri tiegħu għandhom jikkostitwixxu n-numru tas-serje l-aktar reċenti ta’ emendi inkorporati fir-Regolament fid-data tal-ħruġ ta’ l-approvazzjoni. Parti Kuntraenti tista’ madankollu tassenja l-istess numru ta’ l-approvazzjoni lil bosta tipi ta’ vettura kif definit fil-paragrafu 4.2 u/jew 7.2 jekk it-tipi ikunu varjanti ta’ l-istess mudell bażiku bil-kondizzjoni li kull tip ikun ittestjat separatament u jinstab li jħares il-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.3.   L-avviż ta’ l-approvazzjoni jew taċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u permezz ta’ tpinġijiet, li jagħtu d-dettalji msemmija fil-paragrafi 2.2.2, 2.2.3 u 2.2.4 hawn fuq (provduti mill-applikant għall-approvazzjoni) f’format mhux akbar minn A 4 (210 × 297 mm) jew mitwija f’dak il-format u fuq skala xierqa.

3.4.   F’post speċifikat fuq il-formola ta’ l-approvazzjoni għandha titwaħħal għal kull vettura li tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvata skond dan ir-Regolament, b’mod li jidher ħafna u f’post li jkun aċċessibbli b’mod faċli, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f’:

3.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwita bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);

3.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit b’ “RI”, jekk il-vettura tkun approvata skond il-parti I tar-Regolament, jew b’“RII” jekk il-vettura tkun approvata skond il-partijiet I u II tar-Regolament, sing u n-numru ta’ l-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 3.4.1.

3.5.   Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvata, taħt Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 3.4.1 m’għandux għalfejn ikun ripetut; f’dan il-każ in-numri addizzjonali, in-numri ta’ l-approvazzjoni u s-simboli tar-Regolamenti kollha li taħthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament għandhom jinkitbu fil-kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 3.4.1.

3.6.   Il-marka ta’ l-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

3.7.   Il-marka ta’ l-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin jew ‘il fuq mid-data tal-vettura li jwaħħal il-manifattur.

3.8.   L-Anness II ta’ dan ir-Regolament jipprovdi eżempji ta’ l-arranġamenti tal-marka ta’ l-approvazzjoni.

IL-PARTI I –   L-APPROVAZZJONI TAL-VETTURA FIR-RIGWARD TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT TAGĦHA

4.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta’ din il-Parti tar-Regolament:

4.1.

“approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tankijiet tal-karburant likwidu tagħha;

4.2.

“tip ta’ vettura” tfisser vetturi li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:

4.2.1.

l-istruttura, il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali (metall/plastik) tat-tank(ijiet);

4.2.2.

fil-vetturi tal-kategorija M1 (1) il-pożizzjoni tat-tank(ijiet) fil-vettura bil-kondizzjoni li din ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.10;

4.3.

“kompartiment tal-passiġġier” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni ta’ l-okkupant magħluq minn saqaf, art, ħitan tal-ġenb, bibien, glejżing ta’ barra, paratija ta’ quddiem, u l-pjanura tal-paratija tal-kompartiment ta’ wara jew il-pjanura ta’ l-appoġġ tad-dahar tas-sedil ta’ wara;

4.4.

“tank” tfisser it-tank(ijiet) diżinjat biex jikkontjeni l-karburant likwidu, kif definit fil-paragrafu 4.6, użat primarjament għat-tmexxija tal-vettura bl-esklużjoni ta’ l-aċċessorji tiegħu (pajp tal-mili, jekk dan ikun element separat, toqba tal-mili, għatu, l-istrument tal-kejl, konnessjonijiet mal-magna jew biex isir kumpens għall-pressa interjuri żejda, eċċ.;

4.5.

“kapaċità tat-tank tal-karburant” tfisser il-kapaċità tat-tank tal-karburant kif speċifikata mill-manifattur; u

4.6.

“karburant likwidu” tfisser karburant li huwa likwidu f’kondizzjonijiet normali ta’ temperatura u pressa.

5.   IR-REKWIŻITI GĦAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT LIKWIDU

5.1.   It-tankijiet għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jirreżistu l-korrożjoni.

5.2.   It-tankijiet għandhom jissodisfaw, meta jkunu mgħammra bl-aċċessorji kollha, li normalment ikunu mwaħħla magħhom, it-testijiet taċ-ċarċir imwettqa skond il-paragrafu 6.1 bi pressa interna relattiva daqs id-doppju tas-sovrapressa tal-ħidma, iżda f’kull każ mhux inqas minn sovrapressa ta’ 0,3 bar.

It-tankijiet għall-vetturi magħmula minn materjal tal-plastik jitqiesu li jissodisfaw dan ir-rekwiżit jekk ikunu għaddew mit-test deskritt fl-Anness V, paragrafu 2.

5.3.   Kull pressa żejda jew kwalunkwe pressa li hija aktar mill-pressa tal-ħidma għandha tkun kumpensata awtomatikament minn tagħmir xieraq (toqob ta’ l-arja, valvoli tas-sigurtà, eċċ.).

5.4.   It-toqob ta’ l-arja għandhom ikunu diżinjati b’tali mod li jipprevjenu kwalunkwe riskju tan-nar. B’mod partikolari, kwalunkwe karburant, li jista’ jċarċar meta t-tank(ijiet) ikun(u) qed jimtela(jimtlew) m’għandux ikun jista’ jaqa’ fuq is-sistema ta’ l-egżost. Għandu jiġi mmexxi lejn l-art.

5.5.   It-tank(ijiet) m’għandux(mgħandhomx) ikun(u) pożizzjonat(i) fi, jew minn, superfiċje (art, ħajt, paratija) tal-kompartiment tal-passiġġier jew kompartiment ieħor li jkun integrat miegħu(magħhom).

5.6.   Għandha tkun provduta taqsima biex tissepara l-kompartiment ta’ l-okkupant mit-tank(ijiet). It-taqsima jista’ jkun fiha aperturi separati (eż., biex takkomoda l-fili) kemm-il darba dawn jiġu rranġati sabiex, matul il-kondizzjonijiet normali ta’ l-użu, il-karburant ma jkunx jista’ jimxi liberament mit-tank(ijiet) lejn il-kompartiment ta’ l-okkupanti jew kompartiment ieħor li jkun integrat miegħu.

5.7.   Kull tank għandu jkun imwaħħal tajjeb u mqiegħed b’tali mod li jiżgura li kwalunkwe karburant li jċarċar mit-tank jew mill-aċċessorji tiegħu jaqa’ ma’ l-art u mhux fil-kompartiment ta’ l-okkupanti matul il-kondizzjonijiet normali ta’ l-użu.

5.8.   Il-fetħa tal-mili m’għandhiex tkun tinsab fil-kompartiment ta’ l-okkupanti, fil-kompartiment tal-bagolli jew fil-kompartiment tal-magna.

5.9.   Il-karburant m’għandux jaħrab mill-għatu tat-tank jew mit-tagħmir provdut biex jikkumpensa għall-pressa żejda matul il-kors prevedibbli tal-ħidma tal-vettura. Fil-każ li l-vettura tinqaleb, jista’ jkun tollerat it-taqtir kemm-il darba dan ma jaqbiżx it-30 g/min; dan ir-rekwiżit għandu jkun verifikat fit-test preskritt fil-paragrafu 6.2.

5.9.1.   L-għatu tal-mili tal-karburant għandu jitwaħħal mal-pajp tal-mili.

5.9.1.1.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.9.1 jitqiesu bħala sodisfatti jekk jittieħdu passi għall-prevenzjoni ta’ l-emissjonijiet evaporattivi eċċessivi u għaċ-ċarċir tal-karburant kkawżat minn għatu tal-mili nieqes.

Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

5.9.1.1.1.

għatu tal-mili tal-karburant li jinfetaħ u jingħalaq awtomatikament, li ma jistax jitneħħa,

5.9.1.1.2.

karatteristiċi tad-diżinn li jevitaw l-emissjonijiet evaporattivi eċċessivi u ċ-ċarċir tal-karburant fil-każ ta’ għatu tal-mili nieqes,

5.9.1.1.3.

kwalunkwe provvediment ieħor li għandu l-istess effett. Eżempji jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, għatu tal-mili bir-rabta, għatu tal-mili bil-katina jew wieħed li juża l-istess ċavetta biex jissakkar l-għatu tal-mili u biex tinxtegħel il-magna. F’dan il-każ iċ-ċavetta għandha tkun tista’ titneħħa mill-għatu tal-mili biss meta jkun imsakkar. Iżda, l-użu ta’ għatu tal-mili marbut jew ta’ dak marbut bil-katina waħdu mhux biżżejjed għall-vetturi l-oħra li mhumiex tal-kategoriji M1 u N1.

5.9.2.   is-siġill bejn l-għatu tal-mili u l-pajp tal-mili għandu jinżamm f’postu sew. Meta jingħalaq, l-għatu għandu jintrabat sew f’postu mas-siġill u l-pajp tal-mili.

5.10.   It-tankijiet għandhom jiġu istallati b’tali mod li jiġu protetti kontra l-konsegwenzi ta’ kolliżjoni fuq quddiem jew wara tal-vettura; m’għandu jkun hemm l-ebda parti li tisporġi ‘l barra, truf ippuntati, eċċ ħdejn it-tank.

5.11.   It-tank tal-karburant u l-partijiet tiegħu ta’ aċċessorji għandhom ikunu diżinjati u armati fil-vettura b’tali mod li jiġi evitat kwalukwe periklu li jieħu n-nar minħabba l-eletriku statiku. Jekk meħtieġ, jistgħu jiġu pprovduti miużra/miżuri għad-dissipar tal-karika. Il-manifattur għandu juri lis-servizz tekniku l-miżura/miżuri li tiggarantixxi/jiggarantixxu li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti.

5.12.   It-tank(ijiet) tal-karburant għandu(għandhom) ikun(u) magħmul(in) minn materjal metalliku li jirreżisti n-nar. jista’ (Jistgħu) ikun(u) magħmul(in) minn materjal tal-plastik bil-kondizzjoni li r-rekwiżiti ta’ l-Anness V jkunu mħarsa.

6.   IT-TESTIJIET TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT LIKWIDU

6.1.   It-test idrawliku

It-tank għandu jkun suġġett għal test idrawliku tal-pressa interna li għandu jitwettaq fuq unità iżolata li tkun mgħammra bl-aċċessorji kollha tagħha. It-tank għandu jimtela kollu b’likwidu mhux fjammabbli (per eżempju bl-ilma). Wara li tinqata’ l-komunikazzjoni kollha ma’ barra, il-pressa għandha tiżdied bil-mod, permezz tal-pajp li minnu l-karburant jidħol fil-magna, sakemm tilħaq pressa interna relattiva daqs id-doppju tal-pressa għall-ħidma u f’kull każ mhux inqas minn pressa żejda ta’ 0,3 bar, li għandha tinżamm għal minuta waħda. Matul dan il-ħin il-qoxra tat-tank m’għandhiex tinqasam jew iċċarċar; iżda tista’ tkun deformata b’mod permanenti.

6.2.   It-test tal-qlib

6.2.1.   It-tank u l-aċċessorji kollha tiegħu għandhom jintramaw fuq armatura għat-test b’mod li jikkorrispondi mal-mod ta’ l-istallazjoni fil-vettura li għaliha huwa maħsub it-tank: dan japplika wkoll għas-sistemi għall-kumpens tal-pressa żejda interna.

6.2.2.   L-armatura għat-test għandha ddur fuq assi li jkunu paralleli ma’ l-assi lonġitudinali tal-vettura.

6.2.3.   It-test jitwettaq bit-tank mimli sa 90 fil-mija tal-kapaċità tiegħu u wkoll 30 fil-mija tal-kapaċità tiegħu b’likwidu li ma jaqbadx b’densità u viskożità qrib dawk tal-karburant użat normalment (l-ilma jista’ jkun aċċettat).

6.2.4.   It-tank għandu jinqaleb mill-pożizzjoni installata tiegħu b’90° lejn il-lemin. It-tank għandu jibqa’ f’din il-pożizzjoni għal mill-inqas ħames minuti. Imbagħad it-tank għandu jinqaleb b’90° oħra fl-istess direzzjoni. It-tank għandu jinżamm f’din il-pożizzjoni, fejn ikun għal kollox ta’ taħt fuq, għal mill-inqas ħames minuti oħra. It-tank għandu jiddawwar lura fil-pożizzjoni normali tiegħu. Il-likwidu tat-test li ma jkunx mar lura mis-sistema ta’ l-arja għat-tank għandu jitneħħa u jekk hemm bżonn jerġa’ jimtela. It-tank għandu jinqaleb b’90° fid-direzzjoni opposta u jitħalla għal mill-inqas ħames minuti f’din il-pożizzjoni.

It-tank għandu jinqaleb b’90° oħra fl-istess direzzjoni. Din il-pożizzjoni għal kollox ta’ taħt fuq għandha tinżamm għal mill-inqas ħames minuti. Wara dan, it-tank għandu jiddawwar lura fil-pożizzjoni normali tiegħu.

Ir-rata ta’ rotazzjoni għal kull inkrement suċċessiv ta’ 90 għandha sseħħ fi kwalunkwe interval ta’ żmien minn minuta sa 3 minuti.

IL-PARTI II –   L-APPROVAZZJONI TAL-VETTURA FIR-RIGWARD TAL-PREVENZJONI TAR-RISKJI TAN-NAR FIL-KAŻ TA’ KOLLIŻJONI

7.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ din il-Parti tar-Regolament:

7.1.

“approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-prevenzjoni tar-riskji tan-nar;

7.2.

“tip ta’ vettura” tfisser vetturi li mhumiex differenti fl-aspetti essenzjali bħal:

7.2.1.

l-istruttura, il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali (metall/plastik) tat-tank(ijiet);

7.2.2.

Fil-vetturi tal-kategorija M1 (1) il-pożizzjoni tat-tank(ijiet) fil-vettura kemm-il darba din ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.10;

7.2.3.

il-karatteristiċi u l-pożizzjoni tas-sistema tal-proviżjon tal-karburant (pompa, filtri, eċċ.); u

7.2.4.

il-karatteristiċi u l-pożizzjoni ta’ l-istallazzjoni elettrika kemm-il darba dawn ma jkollhom l-ebda effett fuq ir-riżultati tat-testijiet tal-kolliżjoni preskritti f’dan ir-Regolament;

7.3.

“il-pjan trasversali” tfisser il-pjan trasversali vertikali li huwa perpendikolari għall-pjan lonġitudinali medju tal-vettura;

7.4.

“massa mingħajr tagħbija” tfisser il-piż tal-vettura miexja, mhux okkupata u mhux mgħobbija iżda mimlija bil-karburant, bil-likwidu għat-tkessiħ tal-magna, bil-lubrikanti, bl-għodda u b’rota żejda (jekk provduta bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura);

8.   IR-REKWIŻITI GĦALL-INSTALLAZZJONI TA’ TANK APPROVAT TAL-KARBURANT LIKWIDU

8.1.   L-installazzjoni tal-karburant

8.1.1.   it-tankijiet għall-karburant likwidu għandhom ikunu approvati skond il-Parti I (ta’ dan ir-Regolament.

8.1.2.   Il-komponenti għall-istallazzjoni tal-karburant għandhom ikunu mħarsa b’mod xieraq minn partijiet tal-qafas jew tal-bodi tal-vettura kontra l-kuntatt ma’ l-ostakoli possibbli fl-art. Din il-protezzjoni mhix meħtieġa jekk il-komponenti taħt il-vettura ikunu aktar ‘il bogħod mill-art mill-parti tal-qafas jew tal-bodi quddiemhom.

8.1.3.   Il-pajpijiet u l-partijiet kollha l-oħrajn ta’ l-installazzjoni tal-karburant għandhom ikunu akkomodati fil-vettura f’postijiet protetti bl-aħjar mod possibbli. Il-movimenti ta’ tagħwiġ, u vibrazzjonijiet ta’ l-istruttura jew ta’ l-unità tat-tmexxija tal-vettura, m’għandhomx jissoġġettaw il-komponenti ta’ l-installazzjoni tal-karburant għall-frizzjoni, kompressjoni jew forza oħra mhux normali.

8.1.4.   Il-konnessjonijiet ta’ pajpjijet li jitgħawġu jew ta’ pajpijiet flessibbli b’partijiet riġidi ta’ l-istallazzjoni tal-karburant għandhom ikunu diżinjati u mibnija b’tali mod li ma jippermettux ċarċir taħt il-kondizzjonijiet varji ta’ l-użu tal-vettura, minkejja l-movimenti ta’ tagħwiġ u minkejja l-vibrazzjonijiiet ta’ l-istruttura jew ta’ l-unità tat-tmexxija tal-vettura.

8.1.5.   Jekk il-fetħa tal-mili tkun tinstab fuq il-ġenb tal-vettura, l-għatu tal-mili m’għandux, meta jkun magħluq, jisporġi lilhinn mis-superfiċji tal-bodi li huma ħdejh.

8.2.   L-Installazzjoni Elettrika

8.2.1.   Il-wajers elettriċi minbarra l-wajers akkomodati fil-komponenti li huma vojta minn ġewwa għandhom jitwaħħlu ma’ l-istruttura tal-vettura jew mal-ħitan jew mal-partizzjonijiet qrib fejn iwasslu. Il-punti fejn jgħaddu mill-ħitan jew mill-partizzjonijiet għandhom ikunu protetti b’mod sodisfaċenti sabiex jitrażżan il-qtugħ ta’ l-insulazzjoni.

8.2.2.   L-istallazzjoni elettrika għandha tkun diżinjata, mibnija u armata b’tali mod li l-komponenti tagħha jkunu jistgħu jirreżistu l-fenomeni tal-korrożjoni li jkunu esposti għalihom.

9.   IT-TESTIJIET FUQ IL-VETTURA

Fit-test ta’ l-impatt minn quddiem kontra ostakolu mwettaq bil-proċedura speċifikata fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, fit-test ta’ l-impatt laterali mwettaq bil-proċedura speċifikata fl-Anness IV tar-Regolament Nru. 95, is-serje ta’ emendi 01, u fit-test ta’ l-impatt minn wara mwettaq bil-proċedura speċifikata fl-Anness IV ta’ dan,

9.1.

m’għandux ikun hemm aktar minn ċarċira ħafifa ta’ likwidu fl-installazzjoni tal-karburant fil-kolliżjoni;

9.2.

jekk ikun hemm ċarċir kontinwu fl-istallazzjoni tal-karburant wara l-kolliżjoni, ir-rata taċ-ċarċir m’għandhiex taqbeż it-30 g/min; jekk il-likwidu mill-installazzjoni tal-karburant jitħallat ma’ likwidi mis-sistemi l-oħrajn, u jekk id-diversi likwidi ma jkunux jistgħu jiġu separati u identifikati faċilment, iċ-ċarċir kontinwu għandu jkun evalwat mill-fluwidi kollha miġbura;

9.3.

m’għandu jseħħ l-ebda nar miżmum mill-karburant.

9.4.

Matul u wara l-impatti deskritti fil-paragrafu 9 ta’ hawn fuq, il-batterija għandha tinżamm f’postha permezz tat-tagħmir li jsakkarha.

9.5.

Fuq talba tal-manifattur, it-test tal-kolliżjoni minn quddiem stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi sostitwit mill-proċedura tat-test deskritta fl-Anness III tar-Regolament Nru. 94, is-serje ta’ emendi 01.

10.   MODIFIKI TAT-TIP TA’ VETTURA

10.1.   Kull modifika tat-tip ta’ vettura għandha tkun notifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura. Id-dipartiment imbagħad ikun jista’ jew:

10.1.1.

iqis li l-modifiki magħmula x’aktarx li mhux se jkollhom effetti kuntrarji apprezzabbli u li f’kwalunkwe każ il-vettura xorta tissodisfa r-rekwiżiti; jew

10.1.2.

jitlob rapport ulterjuri dwar it-test mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

10.2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 10.1 ta’ hawn fuq, varjant tal-vettura li l-massa mhux mgħobbija tagħha mhijiex differenti b’aktar minn ± 20 fil-mija minn dik tal-vettura ttestjata għall-approvazzjoni m’għandux jitqies bħala modifika tat-tip ta’ vettura.

10.3.   L-avviż tal-konferma ta’ l-approvazzjoni jew taċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni, li jispeċifika l-modifiki għandu jkun komunikat bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 3.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

11.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-Konformità tal-Produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), flimkien ma’ dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

11.1.

Kull vettura li jkollha marka ta’ approvazzjoni kif preskritt skond dan ir-Regolament għandha tħares it-tip ta’ vettura approvata u tissodisfa r-rekwiżiti tal-Parti I u/jew tal-Parti II hawn fuq.

11.2.

Sabiex il-konformità tkun verifikata kif preskritt fil-paragrafu 11.1 hawn fuq, numru suffiċjenti ta’ vetturi prodotti serjalment li għandhom il-marka ta’ approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal verifiki għall-għarrieda.

11.3.

Bħala regola ġenerali, il-konformità tal-vettura mat-tip approvat għandha tkun verifikata fuq il-bażi tad-deskrizzjoni mogħtija fil-formola ta’ l-approvazzjoni u fl-Annessi tagħha. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, il-vettura għandha tkun soġġetta għall-verifiki preskritti fil-paragrafu 6 ta’ hawn fuq.

12.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

12.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 11.1 hawn fuq ma jkunux imħarsa jew jekk il-vettura tkun naqset milli tgħaddi mill-verifiki preskritti fil-paragrafu 9 ta’ hawn fuq.

12.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħrajn għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopja tal-formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Annessi I jew II ta’ dan ir-Regolament.

13.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

13.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-ebda Parti Kuntraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni ta’ l-ECE skond dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

13.2.   Sa minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi, il-Partijiet Kuntraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet ta’ l-ECE biss jekk it-tip ta’ vettura li se tkun approvata tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

13.3.   Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kuntraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta approvazzjoni nazzjonali dwar it-tip għal tip ta’ vettura approvata fis-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

13.4.   Minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kuntraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament.

14.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU T-TESTIJIET TA’ L-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet ta’ l-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ l-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.


(1)  Kif definit fl-anness VII tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emend.2).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u l-Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenija, 27 għas-Slovakkja, 28 għal Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għal Bożnija u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għal Azerbaijan, 40 għal dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha bl-użu tas-simbolu ta’ l-ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel u 48 għal New Zealand. In-numri ta’ wara għandhom ikunu assenjati lil pajjiżi oħrajn fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim dwar l-Adozzjuoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kondizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri hekk mogħtija għandhom ikunu komunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kuntraenti tal-Ftehim.


L-ANNESS I

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

L-ANNESS II

L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TA’ L-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(ara l-paragrafu 3.4. ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ikkonċernat kien approvat fl-Olanda (E4) skond il-Parti I tar-Regolament Nru. 34 bin-numru ta’ l-approvazzjoni 021234. L-ewwel żewġ figuri (02) tan-numru ta’ l-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru. 34 kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

MUDELL B

(ara l-paragrafu 3.5. ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ikkonċernat kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolamenti Nru. 34, Partijiet I u II u 33 (1). In-numri ta’ l-approvazzjoni indikaw li, fid-data meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru. 34 kien jinkludi s-serje ta’ emendi 02 u r-Regolament Nru. 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.


(1)  It-tieni numru ngħata biss bħala eżempju.


L-ANNESS III

It-test tal-kolliżjoni frontali kontra ostaklu

1.   L-GĦAN U L-AMBITU

L-għan ta’ dan it-test huwa li jkun jixbah il-kondizzjonijiet ta’ kolliżjoni frontali kontra ostaklu fiss jew minn vettura oħra li riesqa mid-direzzjoni opposta.

2.   L-INSTALLAZZJONIJIET, IL-PROĊEDURI U L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

2.1.   Il-post tat-test

Iż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda l-korsa li twassal għall-ostakolu, l-ostaklu u l-istallazzjonijiet tekniċi meħtieġa għat-test. L-aħħar parti tal-korsa, għal mill-inqas 5m qabel l-ostakolu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

2.2.   L-ostaklu

L-ostaklu jikkonsisti fi blokka tal-konkrit rinforzat wiesgħa mill-inqas 3m minn quddiem, u għolja mill-inqas 1.5 m. L-ostaklu għandu jkun ta’ ħxuna tali li tiżen mill-inqas 70 tunnellata. Il-wiċċ ta’ quddiem għandu jkun vertikali, perpendikolari ma’ l-assi tal-korsa, u mgħotti minn strixxi tal-plajwud ħoxnin 2 ċm f’kondizzjoni tajba. L-ostaklu għandu jkun jew ankrat fl-art jew imqiegħed fl-art, jekk meħtieġ, b’tagħmir addizzjonali li jżommu biex ikun limitat iċ-ċaqliq tiegħu. Jista’ wkoll jintuża ostaklu b’karatteristiċi differenti, iżda li jagħti riżultati li jkunu għall-inqas konklużivi bl-istess mod.

2.3.   Il-propulsjoni tal-vettura

Fil-mument tal-kolliżjoni, il-vettura ma tridx tkun għadha soġġetta għall-azzjoni ta’ tagħmir addizzjonali li jiggwida jew imexxi. Għandha tilħaq l-ostaklu fi triq perpendikolari għall-ħajt tal-kolliżjoni; l-allinjament ħażin massimu tollerat bejn il-linja medja vertikali ta’ quddiem tal-vettura u l-linja medja vertikali tal-ħajt tal-kolliżjoni huwa ta’ ± 30 cm.

2.4.   L-istat tal-vettura

2.4.1.   Il-vettura li tkun qed tiġi ttestjata għandha jew tkun armata bil-komponenti u t-tagħmir kollu normali inkluż fil-massa tagħha wieqfa mhux mgħobbija jew tkun f’tali kondizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fejn jikkonċerna l-komponenti u t-tagħmir li jaffettwaw ir-riskji tan-nar.

2.4.2.   Jekk il-vettura tkun misjuqa minn mezzi esterni, l-installazzjoni tal-karburant għandha tkun mimlija sa mill-inqas 90 fil-mija tal-kapaċità tagħha jew bil-karburant jew b’likwidu li ma jaqbadx u li jkollu densità u viskożità qrib dawk tal-karburant użat normalment. Is-sistemi l-oħrajn kollha (tankijiet tar-ras tal-likwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ) jistgħu jkunu vojta.

2.4.3.   Jekk il-vettura tkun immexxija mill-magna tagħha stess, it-tank tal-karburant għandu jkun mimli sa mill-inqas 90 fil-mija. It-tankijiet l-oħrajn kollha li jżommu l-likwidu jistgħu jimtlew kollha.

2.4.4.   Jekk jitlob il-manifattur, is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet jista’ jippermetti li l-istess vettura li tintuża għal testijiet preskritti minn Regolamenti oħrajn (inklużi t-testijiet li jistgħu jaffettwaw l-istruttura tagħha) tintuża għat-testijiet preskritti minn dan ir-Regolament.

2.5.   Il-veloċità meta sseħħ il-kolliżjoni

Il-veloċità meta sseħħ il-kolliżjoni għandha tkun bejn 48.3 km/s u 53.1 km/s. Iżda, jekk it-test ikun twettaq b’veloċità akbar meta sseħħ il-kolliżjoni u l-vettura tkun issodisfat il-kondizzjonijiet preskritti, it-test għandu jitqies sodisfaċenti.

2.6.   L-istrumenti tal-kejl

L-istrument użat biex tiġi rreġistrata l-veloċità msemmija fil-paragrafu 2.5. ta’ hawn fuq għandu jkun preċiż sa inqas minn wieħed fil-mija.

3.   METODI EKWIVALENTI TAT-TEST

3.1.   Huma permessi metodi ekwivalenti tat-test kemm-il darba l-kondizzjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu osservati għal kollox permezz ta’ test sostitut jew permezz ta’ kalkolu mir-riżultati tat-test sostitut.

3.2.   Jekk jintuża metodu minbarra dak deskritt fil-paragrafu 2. ta’ hawn fuq, l-ekwivalenza tiegħu għandha tiġi evidenzjata.


L-ANNESS IV

Il-proċedura għat-test tal-kolliżjoni minn wara

1.   L-GĦAN U L-AMBITU

1.1.

L-għan tat-test huwa li jkun jixbah il-kondizzjonijiet ta’ kolliżjoni minn wara minn vettura oħra li tkun miexja.

2.   L-INSTALLAZZJONIJIET, IL-PROĊEDURI U L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

2.1.   Il-post tat-test

Iż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkommoda s-sistema ta’ propulsjoni ta’ l-apparat ta’ l-impatt (l-oġġett li jwettaq l-impatt) u biex tippermetti ċaqliq wara l-kolliżjoni tal-vettura milquta u l-installazzjoni tat-tagħmir tat-test. Il-parti li fiha jseħħu l-kolliżjoni u ċ-ċaqliq tal-vettura għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa u għandu jkollha koeffiċjent ta’ frizzjoni ta’ mhux inqas minn 0,5.

2.2.   L-apparat ta’ l-impatt (l-oġġett li jwettaq l-impatt)

2.2.1.

L-apparat ta’ l-impatt għandu jkun ta’ l-azzar u ta’ kostruzzjoni riġida.

2.2.2.

Il-wiċċ ta’ l-impatt għandu jkun ċatt, wiesgħa mhux inqas minn 2 500 mm, għoli mhux inqas minn 800 mm, u t-truf tiegħu għandhom ikunu ttundjati b’radju tal-kurvatura ta’ bejn 40 u 50 mm. Għandu jkun mgħotti b’saff tal-plajwud ħoxna 20 mm.

2.2.3.

Fil-mument tal-kolliżjoni għandhom jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti:

2.2.3.1.

is-superfiċje ta’ l-impatt għandha tkun vertikali u perpendikolari għall-pjan medju lonġitudinali tal-vettura milquta;

2.2.3.2.

id-direzzjoni tal-moviment ta’ l-apparat ta’ l-impatt għandha tkun sostanzjalment orizzontali u parallela mal-pjan medju lonġitudinali tal-vettura milquta;

2.2.3.3.

id-devjazzjoni massima laterali tollerata bejn il-linja medja vertikali tas-superfiċje ta’ l-apparat ta’ l-impatt u l-pjan medju lonġitudinali tal-vettura milquta għandha tkun ta’ 300 mm. Barra minn hekk, is-superfiċje ta’ l-impatt għandha testendi tul il-wisa’ kollha tal-vettura milquta;

2.2.3.4.

l-ispazju fl-art tat-tarf tal-qiegħ tas-superfiċje ta’ l-impatt għandu jkun ta’ 175 ± 25 mm.

2.3.   Il-propulsjoni ta’ l-apparat ta’ l-impatt

L-apparat ta’ l-impatt jista’ jew ikun imwaħħal ma’ carriage (ostaklu li jiċċaqlaq) jew jifforma parti minn pendlu.

2.4.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fejn jintuża ostaklu li jiċċaqlaq

2.4.1.

Jekk l-apparat ta’ l-impatt ikun imwaħħal ma’ carriage (ostaklu li jiċċaqlaq) minn element li jirrestrinġih, dan ta’ l-aħħar għandu jkun riġidu u m’għandux ikun jista’ jiġi deformat mill-kolliżjoni; fil-mument tal-kolliżjoni, il-carriage għandu jkun kapaċi li jiċċaqlaq liberament u ma jkunx għadu soġġett għat-tagħmir li jmexxih.

2.4.2.

Il-veloċità tal-kolliżjoni għandha tkun ta’ bejn 35 u 38 km/s.

2.4.3.

Il-piż totali (massa) tal-carriage u ta’ l-apparat ta’ l-impatt għandu jkun ta’ 1 100 ± 20 kg

2.5.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fejn jintuża pendlu

2.5.1.

Id-distanza bejn iċ-ċentru tal-wiċċ ta’ l-impatt u l-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu għandha tkun ta’ mhux inqas minn 5 m.

2.5.2.

L-apparat ta’ l-impatt għandu jkun sospiż liberament minn idejn riġidi marbuta sod miegħu. Il-pendlu mgħammar b’dan il-mod għandu jkun sostanzjalment inkapaċi li jkun deformat mill-kolliżjoni.

2.5.3.

It-tagħmir li jżommu għandu jkun inkorporat fil-pendlu sabiex jipprevjeni kwalunkwe kolliżjoni sekondarja mill-apparat ta’ l-impatt fuq il-vettura tat-test.

2.5.4.

Fil-mument tal-kolliżjoni il-veloċità taċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandha tkun ta’ bejn 35 u 38 km/s.

2.5.5.

Il-massa mnaqqsa “mr” fiċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu hija definita bħala funzjoni tal-massa totali “m”, tad-distanza “a” (1) bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu u l-assi tar-rotazzjoni, u tad-distanza “l” bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-assi tar-rotazzjoni, permezz ta’ din l-ekwazzjoni li ġejja:

mr = m (1/a)

2.5.6.

Il-massa mnaqqsa mr għandha tkun ta’ 1 100 ± 20 kg.

2.6.   Id-dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom x’jaqsmu mal-massa u l-veloċità ta’ l-apparat ta’ l-impatt

Jekk it-test ikun twettaq b’veloċità tal-kolliżjoni ogħla minn dawk preskritti fil-paragrafi 2.4.2. u 2.5.4. u/jew b’massa akbar minn dawk preskritti fil-paragrafi 2.4.3. u 2.5.6., u l-vettura tkun issodisfat ir-rekwiżiti preskritti, it-test għandu jitqies sodisfaċenti.

2.7.   L-istat tal-vettura li qed tiġi ttestjata

2.7.1.

Il-vettura li qed tiġi ttestjata għandha jew tkun armata bil-komponenti u t-tagħmir kollu normali inkluż fil-piż tagħha mal-ġenb mhux mgħobbi jew tkun f’tali kondizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fejn jikkonċerna l-komponenti u t-tagħmir li jaffettwaw ir-riskji tan-nar.

2.7.2.

It-tank tal-karburant għandu jkun mimli sa mill-inqas 90 fil-mija tal-kapaċità tiegħu jew bil-karburant jew b’likwidu li ma jaqbadx li għandu densità u viskożità qrib dawk tal-karburant użat normalment. Is-sistemi l-oħrajn kollha (tankijiet tar-ras tal-likwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ) jistgħu jkunu vojta.

2.7.3.

Jista’ jkun imdaħħal ger u jistgħu jkun applikati l-brejkijiet.

2.7.4.

Jekk jitlob il-manifattur, tista’ tkun permessa din id-deroga li ġejja:

2.7.4.1.

is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet jista’ jippermetti li l-istess vettura li tintuża għal testijiet oħrajn preskritti minn Regolamenti oħrajn (inklużi t-testijiet li jistgħu jaffettwaw l-istruttura tagħha) tintuża wkoll għat-testijiet preskritti minn dan ir-Regolament; u

2.7.4.2.

il-vettura jista’ jkollha piż tali ta’ mhux aktar minn 10 fil-mija tal-piż normali mhux mgħobbi tagħha b’piżijiet addizzjonali mwaħħla sod ma’ l-istruttura b’tali mod li dawn ma jaffettwawx l-imġiba ta’ l-istruttura tal-kompartiment tal-passiġġiera matul it-test.

2.8.   L-istrumenti tal-kejl

L-istrumenti użati biex tiġi rreġistrata l-veloċità msemmija fil-paragrafi 2.4.2. u 2.5.4. ta’ hawn fuq għandhom ikunu preċiżi sa inqas minn wieħed fil-mija.

3.   METODI EKWIVALENTI TAT-TEST

3.1.

Huma permessi metodi ekwivalenti tat-test kemm-il darba l-kondizzjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu osservati għal kollox permezz ta’ test sostitut jew permezz ta’ kalkolu mir-riżultati tat-test sostitut.

3.2.

Jekk jintuża metodu minbarra dak deskritt fil-paragrafu 2. hawn fuq, l-ekwivalenza tiegħu għandha tiġi evidenzjata.


(1)  Huwa mfakkar li d-distanza “a” hija daqs it-tul tal-pendlu sinkroniku li qed jiġi kkunsidrat.


L-ANNESS V

L-ITTESTJAR TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT MAGĦMULA MINN MATERJAL TAL-PLASTIK

1.   IR-REŻISTENZA GĦALL-KOLLIŻJONI

1.1.

It-tank għandu jimtela kollu b’taħlita ta’ ilma u glikol jew b’likwidu ieħor b’punt ta’ l-iffriżar baxx, li ma jibdilx il-karatteristiċi tal-materjal tat-tank, u mbagħad għandu jkun soġġett għal test ta’ perforazzjoni.

1.2.

Matul dan it-test it-temperatura tat-tank għandha tkun ta’ 233 K ± 2 K (– 40 °C ± 2 °C).

1.3.

Għat-test għandha tintuża armatura ta’ l-ittestjar tal-kolliżjoni bil-pendlu. L-oġġett tal-kolliżjoni għandu jkun ta’ l-azzar u jkollu l-għamla ta’ piramida b’uċuħ ta’ triangolu ekwilaterali u bażi kwadra, u t-tarf ta’ fuq u t-truf ikunu ttundjati għal radju ta’ 3 mm. Iċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandu jikkoinċidi maċ-ċentru tal-gravità tal-piramida; id-distanza tiegħu mill-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu għandha tkun ta’ 1 m. Il-massa totali tal-pendlu għandha tkun ta’ 15 kg. L-enerija tal-pendlu fil-mument tal-kolliżjoni għandha tkun ta’ mhux inqas minn 30 Nm u qrib kemm jista’ jkun għal dak il-valur.

1.4.

It-testijiet għandhom isiru fuq il-punti tat-tank li jitqiesu vulnerabbli għall-kolliżjonijiet minn quddiem jew minn wara. Il-punti meqjusa bħala vulnerabbli huma dawk li l-aktar huma esposti jew li huma l-aktar dgħajfa meta wieħed iqis il-forma tat-tank jew il-mod kif inhuwa armat fuq il-vettura. Il-punti magħżula mil-laboratorji għandhom ikunu indikati fir-rapport tat-test.

1.5.

Waqt it-test, it-tank għandu jinżamm f’postu mill-armar fuq il-ġenb jew il-ġnub opposti tan-naħa tal-kolliżjoni. Ma għandha tirriżulta l-ebda ċarċira mit-test.

1.6.

Fuq l-għażla tal-manifattur, it-testijiet kollha ta’ l-impatt jistgħu jitwettqu fuq tank wieħed jew kull wieħed jista’ jitwettaq fuq tankijiet differenti.

2.   IS-SAĦĦA MEKKANIKA

It-tank għandu jkun ittestjat taħt il-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 6.1. ta’ dan ir-Regolament għaċ-ċarċir u għar-riġidità tal-forma. It-tank u l-aċċessorji kollha tiegħu għandhom ikunu armati fuq armatura tat-test b’mod li jikkorrispondi għall-mod ta’ l-installazzjoni fuq il-vettura li għaliha huwa maħsub it-tank jew immuntat fil-vettura nnfisha jew immuntat f'tagħmir ta' ttestjar magħmul minn taqsima tal-vettura. Fuq talba tal-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku t-tank jitsa' jiġi ttestjat mingħajr ma jintuża l-ebda tagħmir ta' l-ittestjar. Għandu jintuża ilma b’temperatura ta’ 326 K (53 °C) bħala l-likwidu ta’ l-ittestjar u dan għandu jimla t-tank kollu. It-tank għandu jkun soġġett għal pressa interna relattiva daqs id-doppju tal-pressa tal-ħidma u f’kull każ għal mhux inqas minn 30 kPa b’temperatura 326 K ± 2 K (53 °C ± 2°C) għal perjodu ta’ ħames sigħat. Matul it-test, it-tank u l-aċċessorji tiegħu m’għandhomx jinqasmu jew iċarċru; iżda jista’ jkun deformat b’mod permanenti.

3.   IL-PERMEABILITÀ TAL-KARBURANT

3.1.

Il-karburant użat għat-test tal-permeabilità għandu jkun jew il-karburant ta’ referenza speċifikat fir-Regolament Nru. 83, l-Anness IX jew likwidu kummerċjali ta’ l-ogħla grad. Jekk it-tank ikun maħsub biss għall-installazzjoni fuq vetturi b’magna compression-ignition, it-tank għandu jimtela bil-karburant diżil.

3.2.

Qabel it-test, it-tank għandu jimtela sa 50 fil-mija tal-kapaċità tiegħu bil-karburant tat-test u jinħażen, mingħajr ma jkun issiġillat, f’temperatura ambjentali ta’ 313 K ± 2 K (40 °C ± 2 °C) sakemm it-telf ta’ piż għal kull unità tal-ħin isir kostanti, iżda għal mhux aktar minn erba' ġimgħat (żmien preliminari ta' ħażna).

3.3.

Imbagħad it-tank għandu jkun żvujtat u jerġa’ jimtela sa 50 fil-mija tal-kapaċità tiegħu bil-karburant tat-test, u wara dan għandu jkun issiġillat b’mod ermetiku u jinħażen f’temperatura ta’ 313 K ± 2 K (40 °C ± 2 °C). Il-pressa għandha tkun aġġustata meta l-kontenut tat-tank ikun laħaq it-temperatura tat-test. Matul il-perjodu ta’ tmien ġimgħat ta’ wara tat-test, it-telf tal-piż dovut għad-diffużjoni matul il-perjodu tat-test għandu jkun determinat. Il-medja massima permissibbli tat-telf tal-piż hija ta’ 20 g għal kull 24 siegħa ta’ ħin ta’ ittestjar.

3.4.

Jekk it-telf dovut għad-diffużjoni jaqbeż il-valur indikat fil-paragrafu 3.3., it-test deskritt hemm għandu jerġa’ jsir, fuq l-istess tank, sabiex ikun determinat it-telf bid-diffużjoni f’temperatura 296 K ± 2 K (23 °C ± 2 °C) iżda għall-bqija taħt l-istess kondizzjonijiet. It-telf imkejjel b’dan il-mod m’għandux jaqbeż l-10 g għal kull 24 siegħa.

4.   IR-REŻISTENZA GĦALL-KARBURANT

Wara t-test imsemmi fil-paragrafu 3., it-tank xorta għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1. u 2.

5.   IR-REŻISTENZA GĦAN-NAR

It-tank għandu jkun soġġett għal dawn it-testijiet li ġejjin:

5.1.

Għal żewġ minuti, it-tank, imwaħħal bħal fuq il-vettura, għandu jkun espost għall-fjammi. M’għandu jkun hemm l-ebda ċarċir ta’ karburant likwidu mit-tank.

5.2.

Għandhom isiru tliet testijiet fuq tankijiet differenti mimlija bil-karburant kif ġej:

5.2.1.

Jekk it-tank ikun diżinjat għall-installazzjoni fuq vetturi mgħammra b’magna jew positive ignition jew b’magna compression ignition, għandhom isiru tliet testijiet fuq tankijiet mimlija bil-gażolina ta’ l-ogħla grad;

5.2.2.

Jekk it-tank ikun diżinjat għall-istallazzjoni fuq vetturi mgħammra b’magna compression-ignition, għandhom isiru tliet testijiet fuq tankijiet mimlija bil-karburant diżil;

5.2.3.

Għal kull test it-tank u l-aċċessorji tiegħu għandhom ikunu installati fuq armatura tat-test li tkun tixbah bl-aħjar mod possibbli l-kondizzjonijiet attwali ta’ l-istallazzjoni. Il-metodu li bih it-tank jitwaħħal fuq l-armatura għandu jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjonijiet rilevanti għall-vettura. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-partijiet tal-vettura li jipproteġu t-tank u l-aċċessorji tiegħu mill-espożizzjoni għall-fjammi jew li jaffettwaw il-mixja tan-nar bi kwalunkwe mod, kif ukoll il-komponenti speċifikati installati fuq it-tank u l-plakek. Il-fetħiet kollha għandhom jingħalqu matul it-test, iżda s-sistemi ta’ l-arja għandhom jibqgħu jaħdmu. Immedjatament qabel it-test it-tank għandu jimtela bil-karburant speċifikat sa 50 fil-mija tal-kapaċità tiegħu.

5.3.

Il-fjamma li għaliha jkun espost it-tank għandha tinkiseb billi jinħaraq karburant kummerċjali għall-magni positive ignition (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “karburant”) f’taġen. Il-kwantità ta’ karburant mferra’ fit-taġen għandha tkun biżżejjed biex tippermetti li l-fjamma, taħt kondizzjonijiet ta’ ħruq liberu, taħraq għall-proċedura kollha tat-test.

5.4.

Id-dimensjonijiet tat-taġen għandhom jingħażlu b’tali mod li jkun żgurat li l-ġnub tat-tank tal-karburant ikunu esposti għall-fjamma. It-taġen għalhekk għandu jaqbeż l-isporġiment orizzontali tat-tank b’mhux inqas minn 20 cm, iżda b’mhux aktar minn 50 cm. Il-ħitan tal-ġenb tat-taġen m’għandhomx jisporġu aktar minn 8 ċm ’l fuq mil-livell tal-karburant fil-bidu tat-test.

5.5.

It-taġen mimli bil-karburant għandu jitqiegħed taħt it-tank b’tali mod li d-distanza bejn il-livell tal-karburant fit-taġen u l-qiegħ tat-tank tkun tikkorrispondi għall-għoli tad-diżinn fuq il-wiċċ tat-triq tal-massa mhux mgħobbija (ara l-paragrafu 7.4.). It-taġen, jew l-armatura ta’ l-ittestjar, jew it-tnejn, għandhom ikunu jistgħu jiċċaqalqu liberament.

5.6.

Matul il-fażi Ċ tat-test, it-taġen għandu jkun kopert minn skrin imqiegħed 3 ċm ± 1 ċm ’l fuq mil-livell tal-karburant. L-iskrin għandu jkun ta’ materjal refrattarju, kif preskritt fl-appendiċi 2. M’għandux ikun hemm vojt bejn il-briks u dawn għandhom ikunu appoġġjati fuq it-taġen tal-karburant b’tali mod li t-toqob fil-briks ma jkunux ostakolati. It-tul u l-wisa’ tal-qafas għandhom ikunu ta’ 2 ċm sa 4 ċm iżgħar mid-dimensjonijiet interni tat-taġen sabiex ikun jeżisti spazju vojt ta’ 1 ċm sa 2 ċm bejn il-qafas ul-ħajt tat-taġen biex ikun hemm ventilazzjoni.

5.7.

Meta t-testijiet jitwettqu barra, għandha tkun provduta protezzjoni biżżejjed mir-riħ u l-veloċità tar-riħ fil-livell tat-taġen tal-karburant m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 2,5 km/s. Qabel it-test l-iskrin għandu jissaħħan sa 308 K ± 5 K (35 °C ± 5°C). Il-briks li jirreżistu n-nar jistgħu jixxarrbu sabiex ikunu garantiti l-istess kondizzjonijiet tat-test għal kull test suċċessiv.

5.8.

It-test għandu jinkludi erba’ fażijiet (ara l-appendiċi 1).

5.8.1.

Il-Fażi A: Is-sħana minn qabel (figura 1)

Il-karburant fit-taġen għandu jitqabbad f’distanza ta’ mill-inqas 3 m mit-tank li jkun qed jiġi ttestjat. Wara 60 sekonda ta’ sħana minn qabel, it-taġen għandu jitqiegħed taħt it-tank.

5.8.2.

Il-Fażi B: Espożizzjoni diretta għall-fjamma (figura 2)

Għal 60 sekonda it-tank għandu jkun espost għall-fjamma mill-karburant li jkun qed jinħaraq liberament.

5.8.3.

Il-Fażi Ċ: L-espożizzjoni indiretta għall-fjamma (figura 3)

Malli titlesta l-fażi B, l-iskrin għandu jitqiegħed bejn it-taġen li jkun qed jinħaraq u t-tank. It-tank għandu jkun espost għal din il-fjamma mnaqqsa għal 60 sekonda oħra.

5.8.4.

Il-Fażi D: It-tmiem tat-test (figura 4)

It-taġen li jkun qed jinħaraq mgħotti bl-iskrin għandu jiġi mċaqlaq lura għall-pożizzjoni oriġinali tiegħu (il-fażi A). Jekk, fl-aħħar tat-test, it-tank ikun qed jinħaraq, in-nar għandu jintefa minnufih.

5.9.

Ir-riżultati tat-test għandhom jitqiesu sodisfaċenti jekk l-ebda karburant likwidu ma jkun qed iċarċar mit-tank.

6.   IR-REŻISTENZA GĦAT-TEMPERATURA GĦOLJA

6.1.

L-armatura użata għat-test għandha taqbel mal-mod ta’ l-installazzjoni tat-tank fuq il-vettura, inkluż il-mod li bih taħdem it-toqba ta’ l-arja tat-tank.

6.2.

It-tank mimli sa 50 fil-mija tal-kapaċità tiegħu bl-ilma f’temperatura ta’ 293 K (20 °C) għandu jkun soġġett għal siegħa f’temperatura ambjentali ta’ 368 K ± 2 K (95 °C ± 2 °C).

6.3.

Ir-riżultati tat-test għandhom jitqiesu sodisfaċenti jekk, wara t-test, it-tank ma jkunx qed iċarċar u ma jkunx deformat b’mod gravi.

7.   IL-MARKI FUQ IT-TANK TAL-KARBURANT

L-isem jew marka kummerċjali għandha titwaħħal fuq it-tank; għandha tkun b’tali mod li ma’ titħassarx u għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar meta din titwaħħal fuq il-vettura.

Appendiċi 1

It-test tar-reżistenza għan-nar

Figura 1

Il-fażi A: Is-sħana minn qabel

Image

Figura 2

Il-fażi B: L-espożizzjoni diretta għall-fjamma

Image

Figura 3

Il-fażi Ċ: L-espożizzjoni indiretta għall-fjamma

Image

Figura 4

Il-fażi D: It-tmiem tat-test

Image

Appendiċi 2

Id-dimensjonjiet u d-data teknika għall-briks li jirreżistu n-nar

Image

IR-REŻISTENZA GĦAN-NAR (Seger-Kegel)

SK 30

KONTENUT TA’ Al2O3

30-33 fil-mija

POROŻITÀ MIFTUĦA (Po)

20-22 fil-mija vol.

DENSITÀ

1 900-2 000 kg/m3

ŻONA EFFETTIVA BIT-TOQOB

44,18 fil-mija


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

23.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 194/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/605/PESK

tat-22 ta' Lulju 2008

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK l-Kunsill adotta miżuri, inter alia, biex jipprevjeni d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji ta' l-Istati Membri ta' individwi li jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet li jheddu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt fiż-Żimbabwe u biex jiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-gvern taż-Żimbabwe u ta' kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew organiżmu assoċjati magħhom, u li jinsabu fil-lista fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK.

(2)

B'segwitu għall-vjolenzi organizzati u mwettqa mill-awtoritajiet taż-Żimbabwe waqt il-kampanja għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2008, li wasslu biex dan l-iskrutinju jkun fil-fatt ċaħda tad-demokrazija, għandhom jiżdiedu ċerti persuni u entitajiet mal-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK. Minbarra l-attivitajiet tagħhom li jheddu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt fiż-Żimbabwe, dawn il-persuni u entitajiet li huma assoċjati mar-reġim permezz tal-funzjonijiet tagħhom jew, bil-parteċipazzjoni tagħhom jew bl-inċitament tagħhom għall-vjolenza organizzata u mwettqa mill-awtoritajiet taż-Żimbabwe, għandhom jitqiesu bħala assoċjati mar-reġim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66. Pożizzjoni Komuni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2007/455/PESK (ĠU L 172, 30.6.2007, p.89).


ANNESS

Persuni u entitajiet imsemmijin fl-ewwel Artikolu

132.

Gono, Gideon

Gvernatur tal-Bank Ċentrali

133.

Kazembe, Joyce

Viċi-President taż-Zimbabwe Electoral Commission

134.

Patel, Bharat

Prokuratur Ġenerali a.i.

135.

Chiwenga, Jocelyn

Negozjanta, il-mara tal-Ġeneral Chiwenga, Kmandant Maġġur ta' l-Armata

136.

Dube, Tshingo

Kap Uffiċjal Eżekuttiv (PDG/CEO) ta' l-industriji tad-difiża taż-Żimbabwe u kandidat għal Zanu-PF fl-elezzjonijiet parlamentari

137.

Huni, Munyaradzi

Ġurnalista tal-ġurnal uffiċjali u pro-governattiv “The Herald”, involut fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

138.

Kereke, Munyaradzi

Konsulent Kap tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali

139.

Chiremba, Mirirai

Uffiċjal responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Intelligence Finanzjarja fil-Bank Ċentrali

140.

Zvayi, Caesar

Ġurnalista tal-ġurnal uffiċjali u pro-governattiv “The Herald”, involut fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

141.

Chingoka, Peter

Kap tal-Federazzjoni tal-Cricket taż-Żimbabwe, li appoġġa pubblikament il-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

142.

Chimedza, Paul Dr.

President ta' l-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Mediċina għall-kapitolu taż-Żimbabwe, li ċaħad l-għajnuna fir-rigward tal-vittmi ta' l-MDC (l-Oppożizzjoni)

143.

Ġeneral tal-Korpi ta' l-Ajru Karakadzai

Provinċja Metropolitana ta' Harare, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

144.

Kurunell C. Sibanda

Provinċja ta' Bulawayo, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

145.

Ġeneral tal-Brigata Tarumbwa

Manicaland u Mutare tan-Nofsinhar, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

146.

Kurunell M. Mzilikazi (MID)

Buhera Ċentrali, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

147.

Kurunell Mutsvunguma

Headlands, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

148.

Ġeneral tal-Brigata Shungu

Mashonaland Ċentrali, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

149.

Kurunell Chipwere

Bindura tan-Nofsinhar, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

150.

Kurunell F. Mhonda

Rushinga, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

151.

Ġeneral tal-Korpi ta' l-Ajru Muchena

Midlands, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

152.

Ġeneral tal-Korpi ta' l-Ajru Abu Basutu

Matebeleland tan-Nofsinhar, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

153.

Ġeneral tal-Brigata Khumalo

Matebeleland tat-Tramuntana, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

154.

Ġeneral tal-Korp ta' l-Armata E.A. Rugeje

Provinċja ta' Masvingo, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

155.

Kurunell G. Mashava

Chiredzi Ċentrali, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

156.

Kurunell Logotenent Muchono

Mwenezi tal-Punent, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

157.

Kurunell Logotenent Mpabanga

Mwenezi tal-Lvant, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

158.

Kmandant R. Kwenda

Zaka tal-Lvant, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

159.

Ġeneral tal-Brigata Sigauke

Provinċja tal-Punent Mash, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

160.

Kurunell Gwekwerere

Chinhoyi, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

161.

Kurunell C. T. Gurira

Mhondoro Mubaira, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

162.

Ġeneral tal-Brigata D. Nyikayaramba

Mashonaland tal-Lvant, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

163.

Ġeneral tal-Brigata Rungani

Ġeneral irtirat tal-Brigata, persuna implikata direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet

164.

Chinotimba, Joseph

Viċi-President ta' l-Assoċjazzjoni Nazzjonali taż- Żimbabwe tal-Veterani tal-Gwerra tal-Liberazzjoni, li jidderiġi l-milizja ta' Zanu-PF

165.

Moyo, Gilbert

“Veteran tal-Gwerra” implikat f'diversi atti kriminali f'Mashonaland tal-Punent (Chegutu), li jidderiġi l-milizja ta' Zanu-PF

166.

Rangwani, Dani

Spettur tal-Pulizija implikat fit-tortura u fiż-żamma ta' membri ta' l-MDC, persuna implikata direttament fl-atti ta' vjolenza mwettqin f'Marzu 2007

167.

Jangara, Thomsen

Deputat Kap tal-Pulizija, Kap tal-Forzi tal-Pulizija, ibbażat f'Southerton, responsabbli għaż-żona ta' Harare Sud, persuna implikata direttament fl-atti ta' vjolenza mwettqin f'Marzu 2007

168.

Tonderai Matibiri, Innocent

Deputat Direttur Ġenerali tal-Pulizija; neputi jew “prim kuġin” afrikan ta' Mugabe, mogħti ħatra għolja biex isir id-Direttur Ġenerali tal-Pulizija li jmiss, persuna implikata direttament fl-atti ta' vjolenza mwettqin f'Marzu 2007

169.

Zidco Holdings

Kumpanija finanzjarja ta' Zanu-PF (alias Zidco Holdings (PVT) Ltd)

PO Box 1275, Harare, Zimbabwe

170.

Jongwe Printing and Publishing Company (PVT) Ltd

Sezzjoni editorjali ta' Zanu-PF (magħrufa bħala Jongwe printing and publishing co, alias Jongwe printing and publishing company)

14 Austin Road, Coventry road, Workington, Harare, Zimbabwe. PO box 5988, Harare, Zimbabwe

171.

Cold Comfort Farm Trust Co-operative

Tappartjeni lil Didymus Mutasa, Grace Mugabe implikata ugwalment

7 Cowie Road, Tynwald, Harare, Żimbabwe

172.

Zimbabwe Defence Industries

Tappartjeni kompletament lill-Gvern taż-Żimbabwe. Fost id-diretturi wieħed isib lil Leo Mugabe u Solomon Mujuru.

10th Floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Harare, Żimbabwe


Corrigendum

23.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 194/37


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/582/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG)

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 186 tal-15 ta' Lulju 2008 )

F'paġna 40, żid dan l-Anness li ġej:

“ANNESS

Linja tal-baġit 6701

SM

Miżura

Għassena

Raġuni għal korrezzjoni

Tip

%

Valuta

Ammont

Tnaqqisiet li diġà saru

Impatt finanzjarju

DE

Garanzija ta' l-Iżvilupp Rurali (ŻR)

2003

Għadd kbir ta' żbalji formali u amministrattivi

rata fissa

10,00  %

EUR

– 867 397,00

0,00

– 867 397,00

DE

Garanzija ŻR

2004

Għadd kbir ta' żbalji formali u amministrattivi

rata fissa

10,00  %

EUR

– 922 307,00

0,00

– 922 307,00

DE

Garanzija ŻR

2005

Għadd kbir ta' żbalji formali u amministrattivi

rata fissa

5,00  %

EUR

– 182 680,00

0,00

– 182 680,00

DE

Garanzija ŻR

2005

Għadd kbir ta' żbalji formali u amministrattivi

rata fissa

10,00  %

EUR

– 999 506,00

0,00

– 999 506,00

Total DE

–2 971 890,00

0,00

–2 971 890,00

ES

Primjums ta' l-annimali w uċuħ ta' raba' li jinħadem

 

Rimborż wara annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/457/KE skond is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ T-266/04

 

 

 

823 834,00

0,00

823 834,00

ES

Primjums tal-ħalib

2004

Qbiż tal-limitu kwantitattiv

ta' darba

 

EUR

–52 361,34

0,00

–52 361,34

ES

Frott u Ħxejjex - Għalf

2005

Pagamenti tard għal benefiċjarji ta' l-iskema ta' l-għajnuna

ta' darba

 

EUR

–14 397 498,21

0,00

–14 397 498,21

ES

Frott u Ħxejjex - Għalf

2006

Pagamenti tard għal benefiċjarji ta' l-iskema ta' l-għajnuna

ta' darba

 

EUR

–1 009 945,97

0,00

–1 009 945,97

ES

Frott u Ħxejjex - Tneħħija

2004

Nuqqas ta' rispett għall-kundizzjonijiet ambjentali

ta' darba

 

EUR

– 634 839,09

0,00

– 634 839,09

ES

Frott u Ħxejjex - Tneħħija

2005

Nuqqas ta' rispett għall-kundizzjonijiet ambjentali

ta' darba

 

EUR

– 410 503,12

0,00

– 410 503,12

ES

Frott u Ħxejjex - Tneħħija

2006

Nuqqas ta' rispett għall-kundizzjonijiet ambjentali

ta' darba

 

EUR

– 546 120,92

0,00

– 546 120,92

ES

Primjums tal-Laħam - Bovini

2003

Nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fuq il-post

ta' darba

2,00  %

EUR

– 373 751,67

0,00

– 373 751,67

ES

Primjums tal-Laħam - Bovini

2004

Nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fuq il-post

ta' darba

2,00  %

EUR

– 361 340,41

0,00

– 361 340,41

ES

Primjums tal-Laħam - Bovini

2005

Nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fuq il-post

ta' darba

2,00  %

EUR

– 354 082,79

0,00

– 354 082,79

ES

Primjums tal-Laħam - Bovini

2006

Nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fuq il-post

ta' darba

2,00  %

EUR

– 150,72

0,00

– 150,72

Total ES

–17 316 760,25

0,00

–17 316 760,25

FR

Trab tal-Ħalib għall-Kaseina

2003

Nuqqas fil-konformità tal-proċess taċ-ċertifikazzjoni

ta' darba

2,00  %

EUR

–1 069 944,66

0,00

–1 069 944,66

FR

Trab tal-Ħalib għall-Kaseina

2004

Nuqqas fil-konformità tal-proċess taċ-ċertifikazzjoni

ta' darba

2,00  %

EUR

–1 988 080,56

0,00

–1 988 080,56

FR

Trab tal-Ħalib għall-Kaseina

2005

Nuqqas fil-konformità tal-proċess taċ-ċertifikazzjoni

ta' darba

2,00  %

EUR

– 490 222,38

0,00

– 490 222,38

FR

Miżuri li jiġu mal-Garanzija ŻR (miżuri relati ma' l-erja)

2003

Lakuni fil-kontrolli prinċiplai

ta' darba

5,00  %

EUR

–3 242 982,00

0,00

–3 242 982,00

FR

Miżuri li jiġu mal-Garanzija ŻR (miżuri relati ma' l-erja)

2004

Lakuni fil-kontrolli prinċiplai

ta' darba

5,00  %

EUR

– 432 112,00

0,00

– 432 112,00

FR

Miżuri li jiġu mal-Garanzija ŻR (miżuri relati ma' l-erja)

2005

Lakuni fil-kontrolli prinċiplai

ta' darba

5,00  %

EUR

–68 795,00

0,00

–68 795,00

Total FR

–7 292 136,60

0,00

–7 292 136,60

GB

Uċuħ ta' Raba' li Jinħadem

2004

Waqt mhux adattat tal-verifiki ta' segwitu fuq il-post (follow-up rapid field visits), kunsiderazzjoni mhiex eżatta ta' l-erja eliġibbli għal pagament

rata fissa

5,00  %

GBP

–39 302 426,21

0,00

–39 302 426,21

GB

Uċuħ ta' Raba' li Jinħadem

2005

Waqt mhux adattat tal-verifiki ta' segwitu fuq il-post (follow-up rapid field visits), kunsiderazzjoni mhiex eżatta ta' l-erja eliġibbli għal pagament

rata fissa

5,00  %

GBP

–15 577 901,94

0,00

–15 577 901,94

GB

Primjums tal-Laħam - Bovini

2003

Kalkoli ta' erja ta' art komuni għall-mergħa inkluża fl-iskemi ta' l-għajnuna

ta' darba

 

GBP

–5 924,49

0,00

–5 924,49

GB

Primjums tal-Laħam - Bovini

2004

Kalkoli ta' erja ta' art komuni għall-mergħa inkluża fl-iskemi ta' l-għajnuna

ta' darba

 

GBP

–24 360,32

0,00

–24 360,32

GB

Primjums tal-Laħam - Ovini

2003

Kalkoli ta' erja ta' art komuni għall-mergħa inkluża fl-iskemi ta' l-għajnuna

ta' darba

 

GBP

–14 109,69

0,00

–14 109,69

GB

Primjums tal-Laħam - Ovini

2004

Kalkoli ta' erja ta' art komuni għall-mergħa inkluża fl-iskemi ta' l-għajnuna

ta' darba

 

GBP

–13 785,20

0,00

–13 785,20

Total GB

–54 938 507,85

0,00

–54 938 507,85

GR

Għalf

2005

L-LPIS/GIS ma joperax b'mod komplet, spezzjonijiet fuq il-post insuffiċjenti

rata fissa

2,00  %

EUR

–71 794,60

0,00

–71 794,60

GR

Pagamenti Diretti

2005

L-LPIS/GIS ma joperax b'mod komplet, spezzjonijiet fuq il-post insuffiċjenti

rata fissa

10,00  %

EUR

–2 833 706,98

0,00

–2 833 706,98

GR

Pagamenti Diretti

2005

L-LPIS/GIS ma joperax b'mod komplet, spezzjonijiet fuq il-post insuffiċjenti

rata fissa

15,00  %

EUR

–32 073 291,47

0,00

–32 073 291,47

GR

Pagamenti Diretti

2005

L-LPIS/GIS ma joperax b'mod komplet, spezzjonijiet fuq il-post insuffiċjenti

rata fissa

10,00  %

EUR

–28 846 753,54

0,00

–28 846 753,54

GR

Għalf

2006

L-LPIS/GIS ma joperax b'mod komplet, spezzjonijiet fuq il-post insuffiċjenti

rata fissa

2,00  %

EUR

–86 496,35

0,00

–86 496,35

GR

Pagamenti Diretti

2006

L-LPIS/GIS ma joperax b'mod komplet, spezzjonijiet fuq il-post insuffiċjenti

rata fissa

10,00  %

EUR

–34 745 488,98

0,00

–34 745 488,98

GR

Pagamenti Diretti

2006

L-LPIS/GIS ma joperax b'mod komplet, spezzjonijiet fuq il-post insuffiċjenti

rata fissa

15,00  %

EUR

–29 056 988,80

0,00

–29 056 988,80

Total GR

– 127 714 520,73

0,00

– 127 714 520,73

IT

Uċuħ ta' Raba' li Jinħadem

2004

Nuqqasijiet fil-proċedura ta' verifika abbażi ta' immaġini tas-sinin ta' qabel

ta' darba

5,00  %

EUR

–27 847 155,97

0,00

–27 847 155,97

IT

Uċuħ ta' Raba' li Jinħadem

2004

Nuqqasijiet fl-interpretazzjoni ta' immaġini orto-fotografiċi

ta' darba

2,00  %

EUR

–27 434 620,36

0,00

–27 434 620,36

IT

Uċuħ ta' Raba' li Jinħadem

2005

Nuqqasijiet fil-proċedura ta' verifika abbażi ta' immaġini tas-sinin ta' qabel

ta' darba

5,00  %

EUR

–21 206 744,69

0,00

–21 206 744,69

IT

Uċuħ ta' Raba' li Jinħadem

2005

Nuqqasijiet fl-interpretazzjoni ta' immaġini orto-fotografiċi

rata fissa

2,00  %

EUR

–33 645 298,99

0,00

–33 645 298,99

IT

Uċuħ ta' Raba' li Jinħadem

2006

Nuqqasijiet fil-proċedura ta' verifika abbażi ta' immaġini tas-sinin ta' qabel

rata fissa

5,00  %

EUR

–7 433 776,26

0,00

–7 433 776,26

IT

Għajnuniet skond l-Erja

2006

Nuqqasijiet fl-interpretazzjoni ta' immaġini orto-fotografiċi

rata fissa

2,00  %

EUR

–27 590 205,43

0,00

–27 590 205,43

IT

Rifużjonijiet fuq Esportazzjoni

2001

Implimentazzjoni mhux adegwata ta' verifika ewlenija

rata fissa

5,00  %

EUR

–67 271,33

0,00

–67 271,33

IT

Rifużjonijiet fuq Esportazzjoni

2002

Implimentazzjoni mhux adegwata ta' verifika ewlenija

rata fissa

5,00  %

EUR

– 361 362,50

0,00

– 361 362,50

IT

Rifużjonijiet fuq Esportazzjoni

2003

Implimentazzjoni mhux adegwata ta' verifika ewlenija

rata fissa

5,00  %

EUR

–79 763,99

0,00

–79 763,99

IT

Frott u Ħxejjex - Ipproċessar ta' Ċitru

2004

Nuqqas ta' implimentazzjoni, parzjali jew sħih, ta' verifiki ewlenin, prova ta' frodi li jeffettwa l-iskema ta' pproċessar ta-ċitru.

rata fissa

25,00  %

EUR

–14 993 038,39

0,00

–14 993 038,39

IT

Frott u Ħxejjex - Ipproċessar ta' Ċitru

2005

Nuqqas ta' implimentazzjoni, parzjali jew sħih, ta' verifiki ewlenin, prova ta' frodi li jeffettwa l-iskema ta' pproċessar ta-ċitru.

rata fissa

25,00  %

EUR

– 355 653,75

0,00

– 355 653,75

IT

Frott u Ħxejjex - fondi ta' l-operar

2005

Nefqa ineliġibbli fi programm operattiv wieħed

ta' darba

 

EUR

–13 200,00

0,00

–13 200,00

IT

Kwota tal-Ħalib

2003

Verifiki defiċjenti fuq konsenji u bejgħ dirett

rata fissa

2,00  %

EUR

–5 001 671,00

0,00

–5 001 671,00

IT

Kwota tal-Ħalib

2003

Verifiki defiċjenti fuq konsenji u bejgħ dirett

rata fissa

5,00  %

EUR

–8 675 150,00

0,00

–8 675 150,00

Total IT

– 174 704 912,66

0,00

– 174 704 912,66

NL

Ħalib tat-Trab għall-Kaseina

2003

Nuqqasijiet fil-proċedura ta' verifika - kontrolli ma sarux ta' sikwit kif meħtieġ, proċedura ta' teħid ta' kampjuni mhux oġġettiva

rata fissa

5,00  %

EUR

–3 451 612,54

0,00

–3 451 612,54

NL

Ħalib tat-Trab għall-Kaseina

2004

Nuqqasijiet fil-proċedura ta' verifika - kontrolli ma sarux ta' sikwit kif meħtieġ, proċedura ta' teħid ta' kampjuni mhux oġġettiva

rata fissa

5,00  %

EUR

–3 672 868,18

0,00

–3 672 868,18

NL

Ħalib tat-Trab għall-Kaseina

2005

Nuqqqasijiet fil-proċedura ta' verifika - kontrolli ma sarux ta' sikwit jew fil-fond kif meħtieġ, proċedura ta' teħid ta' kampjuni mhux oġġettiva.

rata fissa

5,00  %

EUR

– 192 151,14

0,00

– 192 151,14

Total NL

–7 316 631,86

0,00

–7 316 631,86

PL

Għajnuniet skond l-Erja

2005

Nuqqas ewlieni fil-verifika - kontroll ta' kwalità insuffiċjenti jew inadegwat.

rata fissa

5,00  %

PLN

–10 950 597,00

0,00

–10 950 597,00

Total PL

–10 950 597,00

0,00

–10 950 597,00

SE

Primjums tal-Laħam - Ovini

2003

Ħlas ta' għajnuna lil bdiewa b'anqas minn 10 drittijet tal-kwota

ta' darba

 

SEK

– 251 958,00

0,00

– 251 958,00

SE

Primjums tal-Laħam - Ovini

2003

Nuqqqasijiet fl-ispezzjonijiet ta' fuq il-post

rata fissa

2,00  %

SEK

– 813 863,38

0,00

– 813 863,38

SE

Primjums tal-Laħam- Ovini

2004

Ħlas ta' għajnuna lil bdiewa b'anqas minn 10 drittijet tal-kwota

ta' darba

 

SEK

– 491 987,00

0,00

– 491 987,00

SE

Primjums tal-Laħam - Ovini

2004

Nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fuq il-post

rata fissa

2,00  %

SEK

– 791 216,00

0,00

– 791 216,00

SE

Primjums tal-Laħam - Ovini

2005

Ħlas ta' għajnuna lil bdiewa b'anqas minn 10 drittijet tal-kwota

ta' darba

 

SEK

– 661 305,00

0,00

– 661 305,00

SE

Primjums tal-laħam - Ovini

2005

Nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fuq il-post

rata fissa

2,00  %

SEK

– 788 339,00

0,00

– 788 339,00

SE

Primjums tal-laħam -Ovini

2006

Nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fuq il-post

rata fissa

2,00  %

SEK

– 454,86

0,00

– 454,86

Total SE

–3 799 123,24

0,00

–3 799 123,24 ”


23.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 194/42


Rettifika għall-Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 165 tas-26 ta' Ġunju 2008 )

F'paġna 10, It-tieni paragrafu:

minflok:

“Għaldaqstant il-Ftehim daħal fis-seħħ fid-29 ta' April 2008,”;

aqra:

“Għaldaqstant il-Ftehim daħal fis-seħħ fit-30 ta' April 2008,”.