ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2008 tal-15 ta' Lulju 2008 li jemenda mit-II sal-V Anness tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru, fir-rigward ta’ metodi ta’ ħidma u proċeduri ta’ l-operat ( 1 ) |
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2008 tal-15 ta' Lulju 2008 dwar kif għandu jiġi kkompletat l-Anness IC tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1013/2006 dwar vjaġġi ta' skart ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kunsill |
|
|
|
2008/583/KE |
|
|
* |
||
|
|
2008/584/KE |
|
|
* |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2008/585/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Lulju 2008 li teżenta l-produzzjoni ta’ l-elettriku fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ l-akkwisti ta’ l-entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u tal-posta (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3382) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
|
|
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE |
|
|
|
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 666/2008
tal-15 ta' Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar- Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/369/PESK ta’ l-14 ta’ Mejju 2008 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 889/2005 (2) jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK tat-13 ta’ Ġunju 2005 rigward miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (3) u skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1596 (2005) u r-riżoluzzjonijiet rilevanti sussegwenti. |
(2) |
Permezz tar-Riżoluzzjoni 1807 (2008) tal-31 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda, inter alia, li jimmodifika l-ambitu tal-miżuri restrittivi fuq ċertu assistenza teknika sabiex jiġu limitati r-restrizzjonijiet lill-entitajiet kollha mhux governattivi u l-individwi li joperaw fit-territorju tar-RDK. Fl-14 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK, li tagħti effett lir-Riżoluzzjoni 1807 (2008) u tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK. |
(3) |
Huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 889/2005 f’dan is-sens, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 889/2005 huwa issa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 1. Għandu jiġi pprojbit:
2. Il-forniment ta’ assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja lil kwalunkwe persuna, entità jew korp governattiv jew ieħor fir-RDK, jew għall-użu fir-RDK, minbarra l-forniment ta’ tali assistenza lill-Missjoni ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUC) skond l-Artikolu 3(1)(a), għandu jkun notifikat bil-quddiem lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. Tali notifiki għandu jkun fihom l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq, l-utent aħħari, id-data proposta għall-kunsinna u l-itinerarju tal-vjeġġ.”; |
(2) |
L-Artikolu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness 1, fl-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz huwa stabbilit, jistgħu jawtorizzaw il-forniment ta’:
2. L-ebda awtorizzazzjoni m’għandha tingħata għal attivitajiet li diġà seħħew.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 127, 15.5.2008, p. 84.
(2) ĠU L 152, 15.6.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1377/2007 (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 1).
(3) ĠU L 152, 15.6.2005, p. 22.
16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 667/2008
tal-15 ta’ Lulju 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-16 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
37,7 |
MK |
23,8 |
|
TR |
79,4 |
|
ME |
17,1 |
|
ZZ |
39,5 |
|
0707 00 05 |
MK |
21,3 |
TR |
102,9 |
|
ZZ |
62,1 |
|
0709 90 70 |
TR |
92,6 |
ZZ |
92,6 |
|
0805 50 10 |
AR |
85,1 |
US |
67,4 |
|
UY |
56,8 |
|
ZA |
104,3 |
|
ZZ |
78,4 |
|
0808 10 80 |
AR |
85,0 |
BR |
95,8 |
|
CL |
101,4 |
|
CN |
69,1 |
|
NZ |
114,8 |
|
US |
118,0 |
|
UY |
81,3 |
|
ZA |
104,1 |
|
ZZ |
96,2 |
|
0808 20 50 |
AR |
90,1 |
CL |
113,1 |
|
NZ |
116,2 |
|
ZA |
120,6 |
|
ZZ |
110,0 |
|
0809 10 00 |
TR |
178,3 |
XS |
127,0 |
|
ZZ |
152,7 |
|
0809 20 95 |
TR |
336,9 |
US |
305,5 |
|
ZZ |
321,2 |
|
0809 30 |
TR |
166,2 |
ZZ |
166,2 |
|
0809 40 05 |
IL |
153,3 |
XS |
107,3 |
|
ZZ |
130,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 668/2008
tal-15 ta' Lulju 2008
li jemenda mit-II sal-V Anness tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru, fir-rigward ta’ metodi ta’ ħidma u proċeduri ta’ l-operat
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament dwar il-forniment tas-servizzi) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Annessi II, III, IV u V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru (2) jirreferi għal diversi annessi tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Minn meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005, dawk l-annessi ġew emendati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazjoni Ċivili kif indikat fl-ittri ta’ l-Istat 2001/74 ta’ l-10 ta’ Awwissu 2001; 2003/29 tat-28 ta’ Marzu 2003; 2004/16 tas-26 ta’ Marzu 2004; 2005/35 u 2005/39 ta’ l-24 ta’ Marzu 2005; 2006/38 ta’ l-24 ta’ Marzu 2006; 2006/64 tat-18 ta’ Awwissu 2006; 2007/11, 2007/13, 2007/19, 2007/20, 2007/23 u 2007/24 tat-30 ta’ Marzu 2007. Ir-referenzi fir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 għandhom jiġu aġġornati sabiex jilħqu l-obbligi ġuridiċi internazzjonali ta’ l-Istati Membri u jiżguraw koerenza mal-qafas regolatorju internazzjonali. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ajru (Sema) Uniku. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej: “4. METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI TA’ L-OPERAT Fornitur ta’ servizzi ta’ traffiku ta’ l-ajru għandu jkun kapaċi juri li l-metodi ta' ħidma u l-proċeduri ta' l-operat tiegħu huma konformi ma' l-istandards fl-annessi li ġejjin tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment tas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru fl-ispazju ta' l-ajru kkonċernat:
|
(2) |
Fl-Anness III, il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI TA’ L-OPERAT Fornitur ta’ servizzi metereoloġiċi għandu jkun kapaċi juri li l-metodi ta' ħidma u l-proċeduri ta' l-operat tiegħu huma konformi ma' l-istandards fl-annessi li ġejjin tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi metereoloġiċi ta' l-ajru fl-ispazju ta' l-ajru kkonċernat:
|
(3) |
Fl-Anness IV, il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI TA’ L-OPERAT Fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajronawtika għandu jkun kapaċi juri li l-metodi ta' ħidma u l-proċeduri ta' l-operat tiegħu huma konformi ma' l-istandards fl-annessi li ġejjin tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajronawtika fl-ispazju ta' l-ajru kkonċernat:
|
(4) |
Fl-Anness V, il-punt 3 huwa mibdul b'dan li ġej: “3. METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI TA’ L-OPERAT Fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza għandu jkun kapaċi juri li l-metodi ta' ħidma u l-proċeduri ta' l-operat tiegħu huma konformi ma' l-istandards ta' l-Anness 10 dwar it-telekomunikazzjonijiet ajronawtiċi tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fil-verżjonijiet li ġejjin sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza fl-ispazju ta' l-ajru kkonċernat:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.
(2) ĠU L 335, 21.12.2005, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 482/2008 (ĠU L 141, 31.5.2008, p. 5).
16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 669/2008
tal-15 ta' Lulju 2008
dwar kif għandu jiġi kkompletat l-Anness IC tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1013/2006 dwar vjaġġi ta' skart
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1013/2006 ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta' skart (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness IC rigward struzzjonijiet speċifiċi dwar kif għandhom jimtlew id-dokumenti ta' notifika u ta' moviment għandhom jiġu mimlija sa mhux aktar tard mid-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 fir-rigward ta' l-istruzzjonijiet ta' l-OECD. |
(2) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/12/KE tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IC għandu jimtela kif deskritt fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendent bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1379/2007 (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 7).
(2) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.
ANNESS
“ANNESS IĊ
ISTRUZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL–MILI TAD-DOKUMENTI TA’ NOTIFIKA U TA’ MOVIMENT
I. Introduzzjoni
1. Dawn l-istruzzjonijiet jipprovdu l-ispjega neċessarja dwar kif għandhom jimtlew id-dokumenti ta' notifika u ta' moviment. Iż-żewġ dokumenti huma kompatibbli mal-Konvenzjoni ta' Basel (1), id-Deċiżjoni ta' l-OECD (2) (li tkopri biss konsenji (vjaġġi) ta' skart iddestinati għal operazzjonijiet ta' rkupru fiż-żona ta' l-OECD) u dan ir-Regolament, peress li jqisu r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f’dawn it-tliet strumenti. Minħabba li l-ambitu tad-dokumenti huwa wiesgħa biżżejjed biex ikopri t-tliet strumenti kollha, madankollu mhux kull parti fid-dokument ser tkun tapplika għall-istrumenti kollha u għalhekk jista' ma jkunx neċessarju li jimtlew i-partijiet kollha f'xi każ partikolari. Kwalunkwe rekwiżiti speċifiċi li għandhom x'jaqsmu ma' sistema ta' kontroll waħda biss qegħdin indikati permezz ta' l-użu ta' footnotes. Jista' jagħti l-każ ukoll li l-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-implimentazzjoni tkun tuża terminoloġija li tvarja minn dik adottata fil-Konvenzjoni ta' Basel u fid-Deċiżjoni ta' l-OECD. Per eżempju, it-terminu ‘trasport’ jiġi użat minflok ‘moviment’ f'dan ir-Regolament u t-titoli tad-dokumenti ta' notifika u ta' moviment għalhekk ikunu jirriflettu din il-varjazzjoni billi jużaw it-terminu ‘moviment/trasport’.
2. Id-dokumenti jinkludu kemm it-terminu ‘rimi’ u ‘irkupru’, minħabba li t-termini ġew definiti mod ieħor fit-tliet strumenti. Ir-Regolament tal-Komunità Ewropea u d-Deċiżjoni ta' l-OECD jużaw it-terminu ‘rimi’ biex jirreferu għal operazzjonijiet ta' rimi elenkati fl-Anness IV.A tal-Konvenzjoni ta' Basel u l-Appendiċi 5.A tad-Deċiżjoni ta' l-OECD u ‘irkupru’ għal operazzjonijiet ta' rkupru elenkati fl-Anness IV.B tal-Konvenzjoni ta' Basel u l-Appendiċi 5.B tad-Deċiżjoni ta' l-OECD. Fil-Konvenzjoni ta' Basel innifisha, madankollu, it-terminu ‘rimi’ jintuża kemm għall-operazzjonijiet ta' rimi kif ukoll ta' rkupru.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta' spedizzjoni huma responsabbli għall-għotja u l-ħruġ tan-notifika tad-dokumenti ta' moviment (fil-verżjonijiet kemm tal-karta kif ukoll elettroniċi). Meta jagħmlu hekk, se jużaw sistema ta' numerazzjoni, li tippermetti li tiġi ttraċċjata konsenja partikolari ta' skart. Is-sistema ta' numerazzjoni għandha jkollha prefissi bil-kodiċi tal-pajjiż konsenjatur li jinstab fil-lista ta' l-abbrevjazzjonijiet fl-istandard 3166 ta' l-ISO. Fl-UE, il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ċifri għandu jiġi segwit minn spazju. Dan jista' jiġi segwit b'kodiċi mhux obbligatorju sa erba' ċifri speċifikati mill-awtorità kompetenti tal-konsenja, segwit minn spazju. Is-sistema ta' numerazzjoni għandha tintemm b'numru ta' sitt ċifri. Per eżempju, jekk il-kodiċi tal-pajjiż huwa XY u n-numru b'sitt ċifri huwa 123456, in-numru ta' notifkazzjoni għamdu jkun XY 123456 kemm-il darba l-ebda kodiċi fakultattiv ma jkun speċifikat. Meta kodiċi fakultattive, per eżempju 12, jiġi speċifikat, in-numru ta’ notifika jkun XY 12123456. Madakollu, fil-każ li dokument ta’ notifika jew ta’ moviment jiġi trasmess elettronikament u l-ebda kodiċi ma jkun ġie speċifikat, għandu jiddaħħal ‘0000’ minflok il-kodiċi fakultattiv (e.g. XY 0000 123456); fil-każ li jiġi speċifikat kodiċi fakultattiv ta’ anqas minn erba’ ċifri, per ezempju 12, in-numru ta’notifka jkun XY 0012 123456.
4. Jista' jagħti l-każ li l-pajjiżi jixtiequ joħorġu d-dokumenti f'format fid-daqs tal-karti li jikkonforma ma' l-istandards nazzjonali tagħhom (normalment ISO A4, kif irrakkommandat min-Nazzjonijiet Uniti). Madankollu, sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tagħhom madwar id-dinja kollha, u sabiex titqies id-differenza bejn l-ISO A4 u d-daqs tal-karti li jintuża fl-Amerika ta' Fuq, id-daqs tal-kwadru tal-formoli ma għandux ikun aktar minn 183 × 262 mm bil-marġnijiet allinejati fuq in-naħa ta' fuq u x-xellug tal-karta. Id-dokument ta' notifika (parti 1-parti 21 inklużi l-footnotes) għandu jkun fuq paġna waħda u l-lista ta' abbrevjazzjonijiet u kodiċijiet użati fid-dokument ta' notifika għandhom ikunu fuq paġna oħra. Fir-rigward tad-dokument ta' moviment, parti 1-parti 19 inkluż il-footnotes għandhom ikunu fuq paġna waħda filwaqt li partijiet 20-22 u l-lista ta' abbrevjazzjonijiet u kodiċijiet użati fid-dokument ta' moviment għandhom ikunu fuq it-tieni paġna.
II. L-iskop tad-dokumenti ta' notifika u ta' moviment
5. Id-dokument ta' notifika huwa maħsub biex jagħti lill-awtoritajiet kompetenti t-tagħrif li jeħtieġu biex jivvalutaw l-aċċettabbiltà ta' konsenji ta' skart proposti. Dan jinkludi fih ukoll spazju biex l-awtoritajiet kompetenti jagħtu rċevuta tan-notifika u, fejn meħtieġ, biex jagħtu kunsens bil-miktub għal konsenja proposta.
6. Id-dokument ta' moviment huwa maħsub sabiex jinġarr dejjem mal-konsenja ta' l-iskart mill-ħin tat-tluq tagħha mill-produttur ta' l-iskart sal-wasla fil-faċilità ta' rimi jew irkupru f'pajjiż ieħor. Kull persuna li tieħu responsabbiltà għal konsenja (trasportaturi u possibilment destinatarju (3) għandha tiffirma d-dokument ta' moviment jew mal-konsenja jew inkella mal-wasla ta' l-iskart ikkonċernat. Hemm ukoll spazji fid-dokument ta' moviment biex jinżammu d-dettalji tal-passaġġ tal-konsenja fl-uffiċċji doganali tal-pajjiżi kollha kkonċernati (kif meħtieġ skond dan ir-Regolament). Fl-aħħarnett, id-dokument għandu jintuża mill-faċilità ta' rimi jew ta' rkupru rilevanti sabiex jiġi ċċertifikat li l-iskart wasal u li l-operazzjoni ta' rkupru jew ta' rimi tlestiet.
III. Rekwiżiti ġenerali
7. Konsenja ppjanata li tkun soġġetta għall-proċedura ta' notifika u ta' kunsens minn qabel bil-miktub tista' sseħħ biss wara li d-dokumenti ta' notifika u ta' moviment ikunu mtlew skond dan ir-Regolament, wara li jiġu kkunsidrati l-Artikoli 16(a) u 16(b), u matul il-perjodu tal-validità tal-kunsens bil-miktub jew taċitu ta' l-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati.
8. Dawk li jimlew kopji stampati tad-dokumenti għandhom jużaw it-tajpjar jew ittri kbar b'inka permanenti. Il-firem għandhom ikunu dejjem miktubin b'inka permanenti u l-isem tar-rappreżentant awtorizzat għandu jidher b'ittri kbar ħdejn il-firma. Fil-każ li jkun hemm xi żball żgħir, per eżempju l-użu tal-kodiċi ħażin għall-iskart, dan għandu jittranġa bl-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti. It-test il-ġdid għandu jiġi mmarkat u ffirmat jew ittimbrat, u d-data tal-modifikazzjoni għandha tiġi mniżżla. Għal tibdiliet jew korrezzjonijiet kbar, għandha timtela formola ġdida.
9. Il-formoli ġew imfassla wkoll sabiex jimtlew faċilment b'mezzi elettroniċi. Fejn dan isir, għandhom jittieħdu miżuri xierqa ta' sikurezza kontra kull użu ħażin tal-formoli. Kwalunkwe bidla li ssir f'formola mimlija bl-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti għandha tkun viżibbli. L-użu ta' formoli elettroniċi trasmessi permezz tal-posta elettronika jeħtieġ firma diġitali.
10. Għas-simplifikazzjoni tat-traduzzjoni, jeħtieġ li d-dokumenti jkollhom kodiċi, aktar milli test, f'diversi partijiet li jridu jimtlew. Madankollu, meta jintalab test, dan għandu jkun fil-lingwa aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż destinatarju u, fejn meħtieġ, għall-awtoritajiet oħrajn ikkonċernati.
11. Għandu jintuża format b'sitt ċifri għall-indikazzjoni tad-data. Per eżempju, id-29 ta' Jannar 2006 għandu jidher bħala 29.01.06 (Jum.Xahar.Sena).
12. Fejn hemm il-ħtieġa li jiżdiedu l-annessi tad-dokumenti li jipprovdu tagħrif addizzjonali, kull anness għandu jinkludi n-numru ta' referenza tad-dokument rilevanti u għandu jsemmi l-parti li jirrelata magħha.
IV. Istruzzjonijiet speċifiċi għall-mili tad-dokument ta' notifika.
13. In-notifikant (4) għandu jimla l-partijiet 1-18 (ħlief in-numru ta' notifika f'parti 3) fil-ħin tan-notifika. F'ċerti pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi membri ta' l-OECD, l-awtorità kompetenti ta' l-ispedizzjoni tista' timla dawn il-partijiet. Meta n-notifikant ma jkunx l-istess persuna bħall-produttur oriġinali, dan il-produttur jew waħda mill-persuni indikati fil-punt 15(a)(ii) jew (iii) ta' l-Artikolu 2, għandha, fejn ikun prattiku, tiffirma wkoll il-parti 17 kif speċifikat fit-tieni subparagrafu, punt 1 ta' l-Artikolu 4, u l-Anness II, Taqsima 1, punt 26.
14. Partijiet 1 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punti 2 u 4) u 2 (Anness II, Taqsima 1, punt 6): Agħti t-tagħrif meħtieġ (daħħal in-numru ta’ reġistrazzjoni fejn japplika biss, l-indirizz inkluż l-isem tal-pajjiż, u n-numri tat-telefown u tal-faks, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż; il-persuna tal-kuntatt għandha tkun responsabbli mill-konsenja, inkluż għal inċidenti waqt il-vjaġġ tal-konsenja, jekk dawn jseħħu). F'xi pajjiżi terzi, jista' minflok jingħata tagħrif relatat ma' l-awtorità kompetenti għall-konsenja. In-notifikant jista' jkun kummerċjant jew broker fi qbil mal-punt 15 ta' l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament. F'dan il-każ, ipprovdi kopja tal-kuntratt jew evidenza tal-kuntratt (jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu) bejn il-produttur, il-produttur il-ġdid jew il-kollettur u l-broker jew kummerċjant f'anness (cf. Anness II Part 1 punt 23). In-numri tat-telefown u n-numri tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika għandhom jiffaċilitaw kuntatt mal-persuni kollha rilevanti fi kwalunkwe ħin fil-każ ta' inċident waqt il-konsenja.
15. Normalment, id-destinatarju jkun il-faċilità ta’ rimi jew ta’ rkupru mogħtija fil-parti 10. F'xi każijiet, madankollu, id-destinatarju jista’ jkun persuna oħra, per eżempju, kummerċjant, broker (5), jew entità korporattiva, bħall-kwartieri ġenerali jew l-indirizz postali tal-faċilità ta' rimi jew ta' rkupru fil-parti 10. Sabiex jaġixxi/taġixxi bħala destinatarju, kummerċjant, broker jew entità korporattiva għandu/ha jkun/tkun taħt il-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż destinatarju u jkollu/ha xi form’oħra ta’ kontroll legali fuq l-iskart fil-ħin meta l-konsenja tasal fil-pajjiż destinatarju. F'dawn il-każijiet, it-tagħrif relatat mal-kummerċjant, broker jew entità korporattiva għandu jimtela fil-parti 2.
16. Parti 3 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punti 1, 5, 11 u 19): Meta jinħareġ dokument ta' notifika, awtorità kompetenti, f'konformità mas-sistema tagħha stess, għandha tipprovdi numru ta' identifikazzjoni li jiġi ttimbrat f'din il-parti (ara l-paragraf 3 fuq). Taħt A, “konsenja individwali” tirreferi għal notifika unika u “konsenji multipli” għal notifika ġenerali. Taħt B, agħti t-tip ta’ operat li għalih huwa ddestinat l-iskart li qiegħed jiġi ttrasportat. Taħt C, il-kunsens minn qabel jirreferi għall-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament.
17. Partijiet 4 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punt 1), 5 (Ara Anness II, Taqsima 1, punt 17) u 6 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punt 12): Agħti l-għadd ta' konsenji fil-parti 4 u d-data ppjanata għal konsenja unika jew, għal kunsenji multipli, d-dati ta’ l-ewwel u l-aħħar konsenji, fil-parti 6. Fil-parti 5, agħti stima tal-piż minimu u massimu f’tunnellati (1 tunnellata = l megagram (Mg) jew 1 000 kg) ta’ l-iskart. F'ċerti pajjiżi terzi, li tagħti l-volum f'metri kubi (metru kubu huwa ugwali għal 1 000 litru) jew f'unità metrika oħra, bħal kilogrammi jew litri, jista' wkoll ikun aċċettabbli. Meta jintużaw unitajiet metriċi oħra, tista tiġi indikata l-unità tal-kejl u l-unità tad-dokument tista' tiġi ngassata. L-ammont totali trasportat ma jistax jaqbeż il-kwantità massima ddikjarata fil-parti 5. Il-perjodu ta' żmien maħsub għal konsenji fil-parti 6 ma jistax jaqbeż sena, minbarra għal konsenji multipli lejn faċilitajiet ta' rkupru bil-kunsens minn qabel skond l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament (ara l-paragrafu 16), li għalihom il-perjodu ta' żmien maħsub ma jistax ikun iżjed minn tliet snin. Il-konsenji kollha għandhom iseħħu fil-perjodu ta' validità tal-kunsens bil-miktub jew taċitu maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti kollha skond l-Artikolu 9(6) ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' konsenji multipli, xi pajjiżi terzi jistgħu, abbażi tal-Konvenzjoni ta' Basel, jirrikjedu li d-dati jew frekwenza mistennija u l-kwantità stmata ta' kull konsenja jiġu mniżżla fil-kaxex 5 u 6 jew inkella mehmużin f'anness. Meta jkun il-każ li awtorità kompetenti toħroġ kunsens bil-miktub għall-konsenja u l-perjodu ta' validità ta' dak il-kunsens fil-parti 20 ikun differenti mill-perjodu indikat fil-parti 6, id-deċiżjoni ta' l-awtorità kompetenti tirbaħ fuq it-tagħrif mogħti fil-parti 6.
18. Parti 7 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punt 18): Tipi ta' ppakkjar għandhom jiġu indikati permezz tal-kodiċijiet ipprovduti fil-lista ta' abbrevjazzjonijiet u kodiċijiet mehmużin mad-dokument ta' notifika. Jekk jenħtieġu prekawzjonijiet speċjali għall-ġarr, bħal dawk meħtieġa skond l-istruzzjonijiet ta' l-immaniġġjar tal-produttur għall-impjegati, tagħrif dwar is-saħħa u s-sikurezza, inkluż tagħrif dwar kif it-tixrid għandu jiġi mmaniġjat, u struzzjonijiet bil-miktub għat-trasport ta' merkanzija perikoluża, immarka l-kaxxa fejn jixraq u ehmeż it-tagħrif f'anness.
19. Parti 8 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punti 7 u 13): Agħti t-tagħrif meħtieġ (daħħal in-numru ta’ reġistrazzjoni fejn japplika biss, l-indirizz inkluż l-isem tal-pajjiż, u n-numri tat-telefown u tal-faks, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż; il-persuna tal-kuntatt għandha tkun responsabbli mill-konsenja). Jekk hemm imdaħħla aktar minn trasportatur wieħed, ehmeż mad-dokument ta' notifika lista sħiħa li tagħti t-tagħrif meħtieġ għal kull trasportatur. Fejn it-trasport jiġi organizzat permezz ta' aġent ta' l-ikkunsinnjar, id-dettalji ta' l-aġent u t-tagħrif rispettiv dwar it-trasportaturi attwali għandhom jingħataw f'anness. Agħti evidenza dwar ir-reġistrazzjoni tat-trasportatur(i) fir-rigward tat-trasporti ta' l-iskart (e.g. dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha) f'anness (cf. Anness IITaqsima 1 punt 15). Il-mezzi ta' trasport għandhom jiġu indikati permezz ta' abbrevjazzonijiet ipprovduti fil-lista ta' abbrevjazzjonijiet u kodiċijiet mehmużin mad-dokument ta' notifika.
20. Parti 9 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punti 3 u 16): Agħti t-tagħrif meħtieġ dwar il-produttur ta' l-iskart (6). In-numru ta' reġistrazzjoni tal-produttur għandu jingħata fejn japplika. Jekk in-notifikant ikun il-produttur ta' l-iskart, ikteb ‘L-istess bħall-parti 1’. Jekk l-iskart jiġi prodott minn aktar minn produttur wieħed, ikteb ‘Ara l-lista mehmuża’ u ehmeż lista li tipprovdi t-tagħrif meħtieġ dwar kull produttur. Meta l-produttur ma jkunx magħruf, agħti l-isem tal-persuna li għandha fil-pussess jew fil-kontroll tagħha t-tali (detentur ta') skart. Agħti wkoll it-tagħrif dwar il-proċess li permezz tiegħu l-iskart ġie prodott u l-post fejn saret il-produzzjoni.
21. Parti 10 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punt 5): Agħti t-tagħrif meħtieġ (agħti d-destinazzjoni tal-konsenja billi timmarka jew faċilità ta’ rimi jew ta’ rkupru, numru ta’ reġistrazzjoni meta japplika biss u s-sit proprju tar-rimi jew irkupru jekk huwa differenti mill-indirizz tal-faċilità). Jekk il-faċilità ta' rimi jew ta' rkupru tkun ukoll id-destinatarju, hawnhekk ikteb ‘L-istess bħall-parti 2’. Jekk l-operazzjoni ta' rimi jew ta' rkupru hija operazzjoni D13-D15 jew R12 jew R13 (skond l-Annessi IIA jew IIB tad-Direttiva 2006/12/KE dwar l-iskart), il-faċilità li twettaq l-operazzjoni għandha tissemma' fil-parti 10, flimkien mal-post fejn l-operazzjoni ser issir. F'dan il-każ, it-tagħrif korrispondenti dwar il-faċilità jew il-faċilitiajiet sussegwenti, fejn tista' sseħħ/jistgħu jseħħu kwalunkwe operazzjoni R12/R13 jew D13-D15 u operazzjoni/jiet D1–D12 jew R1–R11 sussegwenti għandu jingħata f'anness. Jekk il-faċilità ta' rkupru jew ta' rimi hija elenkata f'Anness I, Kategorija 5 tad-Direttiva 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, evidenza (e.g. dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha) ta' permess validu maħruġ skond l-Artikoli 4 u 5 ta' dik id-Direttiva għandha tingħata f'anness fil-każ li faċilità tinstab fil-Komunità Ewropea.
22. Parti 11 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punti 5, 19 u 20): Indika t-tip ta' operazzjoni ta' rkupru jew ta' rimi billi tuża kodiċijiet-R jew kodiċijiet-D ta' l-Anness IIA jew IIB tad-Direttiva 2006/12/KE dwar l-iskart (ara ukoll il-lista ta' abbrevjazzjonijiet u kodiċijiet mehmużin mad-dokument ta' notifika) (7). Jekk l-operazzjoni ta rimi jew ta' rkupru tkun operazzjoni D13–D15 jew R12 jew R13, tagħrif korrispondenti dwar l-operazzjonijiet li jsegwu (kwalunkwe R12/R13 jew D13–D15 kif ukoll D1–D12 jew R1–R11) għandu jingħata f'anness. Indika wkoll it-teknoloġija li ser tintuża. Jekk l-iskart huwa ddestinat għall-irkupru, agħti f'anness il-metodu ppjanat għar-rimi wara l-irkupru ta' dik il-frazzjoni li ma tistax tiġi rkuprata, l-ammont ta' materjal irkuprat relatat ma' l-iskart li ma jistax jiġi rkuprat, il-valur stmat tal-materjal irkuprat u l-ispiża ta' l-irkupru kif ukoll l-ispiża tar-rimi tal-frazzjoni li ma tistax tiġi rkuprata. Minbarra dan, fil-każijiet ta' importazzjonijiet fil-Komunità ta' skart iddestinat għar-rimi, indika talba motivata kif jixraq li tkun saret minn qabel mill-pajjiż ta' l-ispedizzjoni skond l-Artikolu 41(4) ta' dan ir-Regolament taħt “raġuni għal esportazzjoni” u ehmeż din it-talba ma' anness. Ċerti pajjiżi terzi li mhumiex qegħdin fl-OECD, jistgħu, abbażi tal-Konvenzjoni ta' Basel, jirrikjedu wkoll li r-raġuni għal esportazzjoni tkun speċifikata.
23. Parti 12 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punt 16): Agħti l-isem jew l-ismijiet li bih/bihom il-materjal huwa ġeneralment magħruf il-materjal jew inkella l-isem kummerċjali u l-ismijiet tal-kostitwenti ewlenin tiegħu (f'termini ta' kwantità u/jew ta' periklu) u l-konċentrazzjonijiet relattivi (espressi f'persentaġġ), jekk tafhom. Fil-każ ta' taħlita ta' skart, ipprovdi l-istess tagħrif għall-frazzjonijiet differenti u indika liema frazzjonijiet huma ddestinati għall-irkupru. Analiżi kimika tal-kompożizzjoni ta' l-iskart tista' tiġi mitluba skond l-Anness II Taqsima 3 punt 7 ta' dan ir-Regolament. Ehmeż aktar tagħrif f'anness jekk meħtieġ.
24. Parti 13 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punt 16). Indika l-karatteristiċi fiżiċi ta' l-iskart f'temperaturi u pressjonijiet normali.
25. Parti 14 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punt 16): Agħti l-kodiċi li jidentifika l-iskart skond l-Annessi III, IIIA, IIIB, IV jew IVA ta' dan ir-Regolament. Agħti l-kodiċi skond is-sistema adottata bil-Konvenzjoni ta' Basel (taħt is-subintestatura (i) fil-parti 14) u, fejn japplika, is-sistemi adottati fid-Deċiżjoni ta' l-OECD (taħt is-subintestatura (ii)) u sistemi oħra ta' klassifikazzjoni aċċettati (taħt subintestaturi (iii) sa (xii)). Skond it-tieni subparagarafu, punt 6 ta' l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, agħti kodiċi wieħed biss ta' skart (mill-Annessi III, IIIA, IIIB, IV jew IVA ta' dan ir-Regolament) minbarra ż-żewġ eċċezzjonijiet li ġejjin: Fil-każ ta' skart mhux ikklassifikat f'entrata waħdanija fl-Anness III, IIIB, IV jew IVA, agħti biss tip wieħed ta' skart. Fil-każ ta' taħlitiet ta' skart mhux ikklassifikati f'entrata waħdanija fl-Anness III, IIIB, IV jew IVA, sakemm mhux elenkati fl-Anness IIIA, agħti l-kodiċi ta' kull frazzjoni ta' l-iskart skond l-ordni ta' importanza (f'anness jekk meħtieġ).
(a) Subintestatura (i): Il-kodiċijiet fl-Anness VII tal-Konvenzjoni ta’ Basel għandhom jintużaw għal skart li huwa soġġett għall-proċedura ta’ notifika u kunses bil-miktub minn qabel (ara Taqsima I ta’ l-Anness IV ta' dan Regolament); il-kodiċijiet ta’ l-Anness IX ta’ Basel għandhom jintużaw għal skart li normalment mhux soġġett għall-proċedura ta' notifika u kunsens mil-miktub minn qabel, iżda minħabba xi raġuni speċifika per eżempju, kontaminazzjoni minn sostanzi perikolużi (cf paragrafu 1 ta' l-Anness III ta' dan ir-Regolament) jew klasssifikazzjoni differenti skond l-Artikolu 63 ta’ dan ir-Regolament jew regolamenti nazzjonali (8), huma soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel (ara Taqsima I ta’ l-Anness III ta’ dan ir-Regolament). L-Annessi VIII u IX ta' Basel jinsabu fl-Anness V ta' dan ir-Regolament, fit-test tal-Konvenzjoni ta' Basel kif ukoll fil-Gwida ta' Istruzzjonijiet disponibbli mis-Segretarjat għall-Konvenzjoni ta' Basel. Jekk xi skart ma jkunx elenkat fl-Annessi VIII jew IX tal-Konvenzjoni ta' Basel, daħħal “mhux elenkat”.
(b) Subintestatura (ii): Il-pajjiżi membri ta' l-OECD għandhom jużaw il-kodiċijiet ta' l-OECD għall-iskart elenkati fit-Taqsima II ta' l-Annessi II u IV ta' dan ir-Regolament, i.e., skart li ma għandux elenku ekwivalenti fl-Annessi tal-Konvenzjoni ta' Basel jew li għandu livell differenti ta' kontroll skond dan ir-Regolament minn dak kif meħtieġ fil-Konvenzjoni ta' Basel. Jekk skart ma jkunx elenkat fit-Taqsima II ta' l-Annessi III u IV ta' dan ir-Regolament, daħħal ‘mhux elenkat’.
(ċ) Subintestatur (iii): L-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jużaw il-kodiċijiet imdaħħla fil-lista ta' l-iskart tal-Komunità Ewropea (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE kif emendata) (9). Kodiċijiet bħal dawn jistgħu ukoll jiddaħħlu fl-Anness IIIB ta' dan ir-Regolament.
(d) Subintestaturi (iv) u (v): Fejn applikabbli, għandhom jintużaw il-kodiċijiet ta' identifikazzjoni nazzjonali minbarra dawk li qegħdin fil-lista ta' l-iskart tal-KE użata fil-pajjiż minn fejn issir l-ispedizzjoni u, jekk ikunu magħrufa, dawk tal-pajjiż destinatarju. Kodiċijiet bħal dawn jistgħu jiddaħħlu fl-Annessi IIIA, IIIB jew IVA ta' dan ir-Regolament.
(e) Subintestatura (vi): Jekk ikun utli jew meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, żid hawn kwalunkwe kodiċi oħra jew tagħrif addizzjonali li jista' jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' l-iskart.
(f) Subintestatura (vii): Niżżel il-kodiċi-Y jew il-kodiċijiet-Y kif jixraq skond il-‘Kategoriji ta' skart li għandhom jiġu kkontrollati’ skond il-Konvenzjoni ta' Basel (ara Anness I tal-Konvenzjoni ta' Basel u l-Appendiċi 1 tad-Deċiżjoni ta' l-OECD), jew skond il-‘Kategoriji ta' skart li jirrikjedu kunsiderazzjoni speċjali’ mogħtija fl-Anness II tal-Konvenzjoni ta' Basel (ara l-Anness IV Taqsima I ta' dan ir-Regolament jew l-Appendiċi 2 tal-Gwida ta' Istruzzjonijiet ta' Basel), jekk jeżisti(u). Il-kodiċijiet-Y mhumiex meħtieġa b'dan ir-Regolament u d-Deċiżjoni ta' l-OECD ħlief meta il-konsenja ta' l-iskart taqa' taħt waħda miż-żewġ ‘Kategoriji li jirrikjedu kunsiderazzjoni speċjali’ (Y46 u Y47 jew skart fl-Anness II), li f'dan il-każ il-kodiċi-Y ta' Basel għandu jiġi indikat. Madankollu, indika l-kodiċi-Y jew il-kodiċijiet-Y għal skart definit bħala perikoluż skond l-Artikolu 1(1)a tal-Konvenzjoni ta' Basel sabiex tissodisfa r-rekwiżiti ta' rapportaġġ skond il-Konvenzjoni ta' Basel.
(g) Subintestatura (viii): Jekk applikabbli, agħti hawnhekk il-kodiċi-H jew il-kodiċijiet-H kif jixraq, i.e., il-kodiċijiet li jindikaw il-karatteristiċi perikolużi li jesibixxi l-iskart (ara l-lista ta' abbrevjazzjonijiet u kodiċijiet mehmuża mad-dokument ta' notifika). Jekk ma jkunx hemm karatteristiċi perikolużi koperti bil-Konvenzjoni ta' Basel, iżda l-iskart huwa perikoluż skond l-Anness III tad-Direttiva 91/689/KEE dwar skart perikoluż, agħti l-kodiċi-H jew il-kodiċijiet-H skond dan l-Anness III u daħħal ‘KE’ wara l-kodiċi-H (e.g. H14 KE).
(h) Subintestatura (ix): Jekk applikabbli, agħti hawnhekk il-klassi jew klassijiet tan-Nazzjonijiet Uniti li jindikaw il-karatteristiċi perikolużi ta' l-iskart skond il-klassifikazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (ara l-lista ta' abbrevjazzjonijiet u kodiċijiet mehmuża mad-dokument ta' notifika) u li huma meħtieġa għall-konformità mar-regoli internazzjonali għat-trasport ta' merkanzija perikoluża (ara r-Rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża. Regolamenti Mudell (Ktieb Oranġjo), l-aħħar edizzjoni) (10).
(i) Subintestaturi (x u xi): Jekk applikabbli, agħti hawnhekk in-numru jew numri tan-Nazzjonijiet Uniti kif xieraq u l-isem jew ismijiet tal-kumpanija/i tat-trasport tan-Nazzjonijiet Uniti. Dawn jintużaw biex jiġi identifikat l-iskart skond is-sistema ta' klassifikazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u huma meħtieġa għall-konformità mar-regoli internazzjonali għat-trasport ta' materjali perikolużi (ara r-Rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża. Regolamenti Mudell (Ktieb Oranġjo), l-aħħar edizzjoni).
(j) Subintestatura (xii): Jekk applikabbli, niżżel hawnhekk il-kodiċi jew il-kodiċijiet li jippermettu l-identifikazzjoni ta' l-iskart mill-uffiċċji doganali (ara l-lista ta' kodiċijiet jew ta' merkanzija fid-‘Deskrizzjoni armonizzata ta’ komodità u sistema ta’ kodiċi’ ppublikata mill-Organizzazzjoni Doganali Dinjija).
26. Parti 15 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punti 8-10, u 14): Fil-linja (a) tal-Parti 15, agħti l-isem tal-pajjiżi (11) konsenjaturi, ta' tranżitu u ta' destinazzjoni jew il-kodiċijiet għal kull pajjiż billi tuża l-abbrevjazzjonijiet ta' l-istandard 3166 ta' l-ISO (12). Fil-linja (b), agħti fejn japplika, in-numru ta' kodiċi ta' l-awtorità kompetenti rispettiva għal kull pajjiż u fil-linja (ċ) daħħal l-isem tal-qsim tal-fruntiera jew il-port u, fejn japplika, in-numru tal-kodiċi ta' l-uffiċċju doganali bħala l-punt tad-dħul jew tal-ħruġ minn pajjiż partikolari. Għal pajjiżi ta' tranżitu agħti t-tagħrif fil-linja (ċ) għall-punti ta' dħul u ta' ħruġ. Jekk f'konsenja partikolari hemm involuti aktar minn tliet pajjiżi ta' tranżitu, ehmeż it-tagħrif xieraq f'anness. Agħti r-rotta intenzjonata bejn il-punti ta' ħruġ u ta' dħul, inklużi l-alternattivi possibbli, ukoll f'każijiet ta' ċirkostanzi mhux mistennija, f'anness.
27. Parti 16 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punt 14): Agħti t-tagħrif meħtieġ f’każ li xi konsenji jidħlu, jgħaddu minn jew iħallu l-Unjoni Ewropea.
28. Parti 17 (Ara l-Anness II, Taqsima 1, punti 21-22 u 24-26): Kull kopja tad- dokument ta’ notifika għandha tiġi ffirmata u datata min-notifikant (jew mill-kummerċjant jew broker jekk qed jaġixxi bħala notifikant) qabel ma jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi kkonċernati. F’ċerti pajjiżi terżi, l-awtorità kompetenti tal-konsenja tista’ tiffirma u tniżżel id-data. Meta n-notifikant ma jkunx l-istess persuna bħall-produttur oriġinali, dan il-produttur, il-produttur il-ġdid jew il-kollettur, għandu, fejn ikun prattiku, jiffirma u jniżżel id-data wkoll; ta’ min jinnota li dan jista' ma jkunx prattiku f'każijiet fejn hemm ħafna produtturi (definizzjonijiet dwar prattikabbiltà jistgħu jiddaħħlu f'leġiżlazzjoni nazzjonali). Barra minn hekk, meta l-produttur ma jkunx magħruf, il-persuna fil-pussess jew kontroll ta’ l-iskart (id-detentur) għandha tiffirma. Din id-dikjarazzjoni għandha tiċċertifika wkoll l-eżistenza ta’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà jew ħsara lil partijiiet terzi. Xi pajjiżi terzi jistgħu jitolbu prova ta’ assigurazzjoni jew ta’ garanziji finanzjarji oħra kif ukoll kuntratt għal mad-dokument ta’ notifika.
29. Parti 18: Indika n-numru ta' annessi mogħtija mad-dokument ta' notifika li fihom kwalunkwe tagħrif addizzjonali (13). Kull anness għandu jinkludi referenza għan-numru ta' notifika li għalih jirrelata, li jkun indikat fit-tarf tal-parti 3.
30. Parti 19: Skond il-Konvenzjoni ta' Basel, l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet tal-pajjiż jew pajjiżi destinatarju/i (fejn applikabbli) u ta' tranżitu għandha/għandhom toħrog/joħorġu riċevuta bħal din. Skond id-deċiżjoni ta' l-OECD, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż destinatarju għandha toħroġ ir-riċevuta. Ċerti pajjiżi terzi jistgħu, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, jitolbu li l-awtorità kompetenti għall-konsenja wkoll toħroġ riċevuta.
31. Partijiet 20 u 21: Il-Parti 20 qiegħda għall-użu mill-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe pajjiż ikkonċernat meta jipprovdu kunsens bil-miktub. Il-Konvenzjoni ta' Basel (ħlief jekk pajjiż iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub fir-rigward ta' tranżitu u nnotifika l-Partijiet l-oħra dwar dan f'konformità ma' l-Artikolu 6(4) tal-Konvenzjoni ta' Basel) u ċerti pajjiżi jirrikjedu dejjem kunsens bil-miktub (skond l-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament, awtorità kompetenti ta' tranżitu tista' tipprovdi kunsens taċitu) mentri d-Deċiżjoni ta' l-OECD ma tirrikjedix kunsens bil-miktub. Indika isem il-pajjiż (jew il-kodiċi tiegħu billi tuża l-abbrevjazzjonijiet ta' l-istandard 3166 ta' l-ISO). Meta konsenja tkun soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha timmarka l-kaxxa kif jixraq u tispeċifika l-kundizzjonijiet fil-parti 21 jew f'anness mad-dokument ta' notifika. Jekk awtorità kompetenti tkun tixiteq toġġezzjona għall-konsenja għandha tagħmel hekk billi tikteb ‘OĠĠEZZJONI’ fil-parti 20. Il-parti 21, jew inkella ittra separata, tista’ mbagħad tintuża biex tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjoni.
V. Istruzzjonijiet speċifiċi għall-mili tad-dokument ta' moviment
32. Fil-ħin tan-notifika, in-notifikant għandu jimla l-partijiet 3, 4 u 9-14. Wara li jkun irċieva l-kunsens mill-awtoritajiet kompetenti għall-konsenja, id-destinazzjoni u t-tranżitu jew, fir-rigward ta’ l-awtorità kompetenti ta’ tranżitu, kunsens taċitu jista’ jiġi assumat, u qabel il-bidu attwali tal-konsenja, in-notifikant għandu jimla partijiet 2, 5-8 (minbarra l-mezzi tat-trasport, id-data tat-trasferiment u l-firma), 15 u, jekk ikun xieraq, 16. F’ċerti pajjiżi terżi li mhumiex pajjiżi membri ta’ l-OECD, l-awtorità kompetenti għall-konsenja tista' timla dawn il-partijiet minflok in-notifikant. Fil-ħin li jieħu l-pussess tal-konsenja, it-trasportatur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jimla l-mezzi ta' trasport, id-data tat-trasferiment u l-firma, li jidhru fil-partijiet 8 (a) sa 8 (ċ) u, jekk ikun xieraq, 16. Id-destinatarju għandu jimla l-parti 17 fil-każ li ma jkunx hu l-persuna responsabbli għar-rimi jew għall-irkupru u meta jieħu l-pussess tal-konsenja ta' skart mal-wasla tagħha fil-pajjiż destinatarju kif ukoll, jekk ikun xieraq, parti 16.
33. Parti 1: L-awtorità kompetenti għall-konsenja għandha timla n-numru ta' identifikazzjoni (dan għandu jiġi kkupjat mill-parti 3 tad-dokument ta' notifika).
34. Parti 2 (Ara l-Anness II, Taqsima 2, punt 1): Għal notifika ġenerali ta' konsenji multipli, daħħal in-numru ta' serje tal-konsenja u l-għadd totali intenzjonat tal-konsenji indikati fil-parti 4 tad-dokument ta' notifika (per eżempju, ikteb ‘4/11’ għar-raba' konsenja minn ħdax-il konsenja intenzjonati fin-notifika ġenerali fi kwistjoni). Fil-każ ta' notifika unika, daħħal ‘1/1’.
35. Partijiet 3 u 4: Irriproduċi l-istess tagħrif dwar in-notifikant (14) u d-destinatarju kif mogħti fil-partijiet 1 u 2 tad-dokument ta' notifika.
36. Parti 5 (Ara l-Anness II, Taqsima 2, punt 6): Agħti l-piż reali f'tunnellati (tunnellata hija ugwali għal megagramma (Mg) jew 1 000 kg ta' skart). F'ċerti pajjiżi terzi, li tagħti l-volum f'metri kubi (metru kubu huwa ugwali għal 1 000 litru) jew f'unitajiet metriċi oħra, bħal kilogrammi jew litri, jista' wkoll ikun aċċettabbli. Meta jintużaw unitajiet metriċi oħra, tista tiġi indikata l-unità tal-kejl u l-unità tad-dokument tista' tiġi ngassata. Ehmeż, kull fejn ikun possibbli, kopji tal-biljetti ta' stasija.
37. Parti 6 (Ara l-Anness II, Taqsima 2, punt 2): Daħħal id-data meta attwalment tibda l-konsenja. (ara wkoll l-istruzzjonijiet fil-parti 6 tad-dokument ta’ notifika).
38. Parti 7 (Ara l-Anness II, Taqsima 2, punti 7 u 8): Tipi ta' ppakkjar għandhom jiġu indikati permezz tal-kodiċijiet ipprovduti fil-lista ta' abbrevjazzjonijiet u kodiċijiet mehmużin mad-dokument ta' moviment. Jekk ikunu meħtieġa prekawzjonijiet speċjali ta' trattament, bħal dawk preskritti skond l-istruzzjonijiet ta' trattament tal-produttur għall-impjegati, tagħrif dwar is-saħħa u s-sikurezza, inkluż tagħrif dwar kif it-tixrid għandu jiġi mmaniġjat, u karti ta' trasport għall-emerġenza, ittikkja l-kaxxa kif jixraq u ehmeż it-tagħrif f'anness. Daħħal ukoll in-numru ta' pakketti li jkollha l-konsenja.
39. Partijiet 8 (a), (b) u (ċ) (Ara l-Anness II, Taqsima 2, punti 3 u 4): Agħti t-tagħrif meħtieġ (daħħal in-numru ta’ reġistrazzjoni fejn japplika biss, l-indirizz inkluż l-isem tal-pajjiż, u n-numri tat-telefown u tal-faks, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż). Meta aktar minn tliet trasportaturi jkunu involuti, tagħrif xieraq dwar kull trasportatur għandu jiġi mehmuż mad-dokument ta' moviment. Il-mezzi ta' trasport, id-data ta' trasferiment u firma għandhom jiġu pprovduti mit-trasportatur jew ir-rappreżentant tat-trasportatur li jieħu l-pussess tal-konsenja. Kopja tad-dokument ta' moviment iffirmata għandha tinżamm min-notifikant. Ma' kull trasferiment suċċessiv tal-konsenja, it-trasportatur il-ġdid jew ir-rappreżentant tat-trasportatur li jieħu l-pussess tal-konsenja għandu jikkonforma ma' l-istess talba u għandu wkoll jiffirma d-dokument. Kopja tad-dokument iffirmata għandha tinżamm mit-trasportatur ta' qabel.
40. Parti 9: Irriproduċi t-tagħrif mogħti fil-parti 9 tad-dokument ta' notifika.
41. Partijiet 10 u 11: Irriproduċi t-tagħrif mogħti fil-partijiet 10 u 11 tad-dokument ta' notifika. Jekk il-faċilità ta' rimi jew ta' rkupru jkun ukoll id-destinatarju, ikteb fil-parti 10: ‘L-istess bħall-parti 4’. Jekk l-operazzjoni ta' rimi jew ta' rkupru hija operazzjoni D13–D15 jew R12 jew R13 (skond l-Annessi IIA jew IIB tad-Direttiva 2006/12/KE dwar l-iskart), it-tagħrif dwar il-faċilità li twettaq l-operazzjoni li jingħata fil-parti 10 huwa biżżejjed. Ebda tagħrif addizzjonali dwar il-faċilitiajiet sussegwenti li jwettqu operazzjonijiet R12/R13 jew D13–D15 u l-faċilità(jiet) sussegwenti li jwettqu l-operazzjoni/jiet D1–D12 jew R1–R11 ma għandu jiddaħħal fid-dokument ta' moviment.
42. Partijiet 12, 13 u 14: Irriproduċi t-tagħrif mogħti fil-partijiet 12, 13 u 14 tad-dokument ta' notifika.
43. Parti 15 (Ara l-Anness II, Taqsima 2, punt 9): Fil-ħin tal-konsenja, in-notifikant (jew il-kummerċjant jew broker jekk qed jaġixxi bħala n-notifikant) għandu jiffirma u jniżżel id-data fid-dokument ta' moviment. F'ċerti pajjiżi terzi, l-awtorità kompetenti għall-konsenja, jew il-ġeneratur ta' l-iskart, skond il-Konvenzjoni ta' Basel, tista' tiffirma u tniżżel id-data fid-dokument ta' moviment. Bi qbil ma' l-Artikolu 16(ċ) ta' dan ir-Regolament, ehmeż kopji tad-dokument ta' notifika li fihom il-kunsens bil-miktub, inkluż kwalunkwe kundizzjonijiet, mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati mad-dokument ta' moviment. Ċerti pajjiżi terzi jistgħu jitolbu li jiddaħħlu l-oriġinali.
44. Parti 16 (Ara l-Anness II, Taqsima 2, punt 5): Din il-parti tista' tintuża minn kwalunkwe persuna involuta fil-konsenja (in-notifikant jew l-awtorità kompetenti għall-konsenja, kif xieraq, id-destinatarju, kwalunkwe awtorità kompetenti, trasportatur) f'każijiet speċifiċi fejn tagħrif aktar iddettaljat li jikkonċerna ħaġa partikolari jkun meħtieġ skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali (per eżempju tagħrif dwar il-port fejn isir trasferiment għal mezz ieħor ta' trasport, l-għadd ta' kontejners u n-numru ta' identifikazzjoni tagħhom, jew provi addizzjonali jew timbri li jindikaw li l-konsenja għandha l-kunsens mill-awtoritajiet kompetenti). Agħti r-rotta (punt ta' ħruġ u ta' dħul minn u f'kull pajjiż ikkonċernat, inklużi l-uffiċċji doganali ta' dħul fi u/jew ta' ħruġ minn u/jew esportazzjoni mill-Komunità) u r-rotta (rotta bejn punti ta' dħul u ta' ħruġ), inklużi l-alternattivi possibbli, ukoll fil-każ ta' ċirkostanzi mhux previsti jew fil-parti 16 jew mehmużin f'anness.
45. Parti 17: Id-destinatarju għandu jimla din il-parti fil-każ li ma jkunx hu responsabbli għar-rimi (cf. paragrafu 15 fuq) u fil-każ li d-destinatarju jieħu l-pussess ta' l-iskart mal-wasla tal-konsenja fil-pajjiż destinatarju.
46. Parti 18: Din il-parti għandha timtela mir-rappreżentant awtorizzat għall-faċilità ta' rimi jew ta' rkupru mal-wasla tal-konsenja ta' l-iskart. Immarka l-kaxxa tat-tip ta' faċilità kif jixraq. Fir-rigward tal-kwantità li ġiet irċevuta, irreferi jekk jogħġbok għall-istruzzjonijiet speċifiċi fil-parti 5 (paragrafu 36). Kopja ffirmata tad-dokument ta' moviment għandha tingħata lill-aħħar trasportatur. Jekk għal kwalunkwe raġuni l-konsenja tiġi miċħuda, ir-rappreżentant tal-faċilità ta' rimi jew ta' rkupru għandu immedjatament jikkuntattja l-awtorità kompetenti tiegħu jew tagħha. Skond l-Artikolu 16(d) jew, jekk ikun xieraq, 15(ċ) ta' dan ir-Regolament u d-Deċiżjoni ta' l-OECD, kopji ffirmati tad-dokument ta' moviment għandhom jintbagħtu fi żmien tliet ġranet lin-notifikant u lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi kkonċernati (bl-eċċezzjoni ta' dawk il-pajjiżi ta' tranżitu ta' l-OECD li kienu infurmaw lis-Segretarjat ta' l-OECD li ma jixtiequx jirċievu kopji bħal dawn tad-dokument ta' moviment). Id-dokument ta' moviment oriġinali għandu jinżamm fil-faċilità ta' rimi jew ta' rkupru.
47. Il-wasla tal-konsenja ta' l-iskart għandha tiġi ċċertifikata minn kwalunkwe faċilità li twettaq kwalunkwe operazzjoni ta' rimi jew ta' rkupru, inkluż kwalunkwe operazzjoni D13–D15 jew R12 jew R13. Faċilità li twettaq kwalunkwe operazzjoni D13-D15 jew R12/R13 jew operazzjoni D1–D12 jew R1–11 wara operazzjoni D13–D15 jew R12 jew R13 li tkun saret fl-istess pajjiż, mhix, madankollu, marbuta li tiċċertifika l-wasla tal-konsenja mill-faċilità D13–D15 or R12 or R13. Għalhekk, f'każ bħal dan m'hemmx għalfejn tintuża l-parti 18 għall-irċevuta finali tal-konsenja. Indika t-tip ta' operazzjoni ta' rkupru jew ta' rimi billi tuża l-kodiċijiet-R jew il-kodiċijiet-D ta' l-Annessi IIA jew IIB tad-Direttiva 2006/12/KE dwar l-iskart u d-data bejn wieħed u ieħor ta' meta r-rimi jew l-irkupru ta' l-iskart ikun tlesta.
48. Parti 19: Din il-parti għandha timtela mill-persuna responsabbli għar-rimi jew l-irkupru biex tiċċertifika li jkun sar ir-rimi jew l-irkupru ta' l-iskart. Skond l-Artikolu 16(e) jew, fejn ikun xieraq, 15(d) ta' dan ir-Regolament u d-Deċiżjoni ta' l-OECD, kopji ffirmati tad-dokument ta' moviment bil-parti 19 mimlija għandhom jintbagħtu lin-notifikant u lill-awtorità kompetenti għall-konsenja, tranżitu (mhux mitluba bid-Deċiżjoni ta' l-OECD) u destinazzjoni malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara li jkun tlesta l-irkupru jew ir-rimi u mhux aktar tard minn sena kalendarja wara l-wasla tal-konsenja. Ċerti pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi membri ta' l-OECD bi qbil mal-Konvenzjoni ta' Basel jistgħu jitolbu li kopji ffirmati tad-dokument bil-parti 19 mimlija għandhom jintbagħtu lin-notifikant u lill-awtorità kompetenti għall-konsenja. Għal operazzjonijiet ta' rimi jew ta' rkupru D13–D15 jew R12 or R13, it-tagħrif dwar il-faċilità li twettaq operazzjoni bħal din ipprovdut fil-parti 10 huwa biżżejjed, u ebda tagħrif ieħor dwar faċilitajiet sussegwenti li jwettqu operazzjonijiet R12/R13 jew D13–D15 u l-faċilità(jiet) sussegwenti li jwettqu l-operazzjoni/jiet D1–D12 jew R1–R11 ma għandu jiddaħħal fid-dokument ta' moviment.
49. Ir-rimi jew l-irkupru ta' l-iskart għandu jiġi ċċertifikat minn kwalunkwe faċilità li twettaq kwalunkwe operazzjoni ta' rimi jew ta' rkupru, inkluż operazzjoni D13–D15 jew R12 jew R13. Għalhekk, faċilità li twettaq kwalunkwe operazzjoni D13–D15 jew R12/R13 jew operazzjoni D1–D12 jew R1–11, wara operazzjoni D13–D15 jew R12 jew R13 li tkun saret fl-istess pajjiż, ma għandhiex tuża l-parti 19 biex tiċċertifika l-irkupru ta' l-iskart, minħabba li din il-parti tkun diġà mtliet mill-faċilità D13–D15 jew R12 jew R13. Il-mod ta' ċertifikazzjoni tar-rimi jew ta' l-irkupru f'dan il-każ partikolari għandu jiġi determinat minn kull pajjiż.
50. Partijiet 20, 21 u 22: Il-partijiet għandhom jintużaw għall-kontroll mill-uffiċċji doganali fuq il-fruntieri tal-Komunità.”
(1) Il-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll ta’ Movimenti Bejn il-Fruntieri ta' l-Iskart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, it-22 ta' Marzu 1989. Ara www.basel.int.
(2) Id-Deċiżjoni C(2001) 107/FINALI tal-Kunsill ta' l-OECD rigward ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni (92) 39/FINALI dwar il-kontroll ta' movimenti bejn il-fruntieri ta' skart iddestinat għal operazzjonijiet ta' rkupru; id-deċiżjoni ta’ qabel hija konsolidazzjoni ta’ testi adottati mill-Kunsill fl-14 ta’ Ġunju 2001 u fit-28 ta’ Frar 2002 (bl-emendi).
Ara http://www.oecd.org/department/0,2688,en_2649_34397_1_1_1_1_1,00.html
(3) 'Il-barra mill-Komunità Ewropea, jista' jintuża t-terminu ‘importatur’ minflok ‘destinatarju’.
(4) 'Il-barra mill-Komunità Ewropea, jista' jintuża t-terminu ‘esportatur’ minflok ‘notifikant’.
(5) F'ċerti pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi membri ta' l-OECD, jista' jintuża t-terminu “negozjant rikonoxxut”, skond id-Deċiżjoni ta' l-OECD.
(6) 'Il-barra mill-Komunità Ewropea, jista' jintuża t-terminu ‘ġeneratur’ minflok ‘produttur’.
(7) Fil-Komunità Ewropea, id-definizzjoni ta' operazzjoni R1 fil-lista ta' abbrevjazzjonijiet hija differenti minn dik użata fil-Konvenzjoni ta' Basel u fid-Deċiżjoni ta' l-OECD, allura jingħataw iż-żewġ dettalji. Hemm differenzi oħrajn bejn it-terminoloġija użata fil-Komunità Ewropea u dik użata fil-Konvenzjoni ta' Basel u fid-Deċiżjoni ta' l-OECD, li mhumiex fil-lista ta' abbrevjazzjonijiet.
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad- 29 ta’ Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni ta’ l-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) ċerti pajjiżi fejn id-Deċiżjoni ta’ l-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ l-iskart ma tapplikax, (ĠU L 179, 7.7.2007, p. 6).
(9) Ara http://europa.eu.int/eur-lex/en/consleg/main/2000/en_2000D0532_index.html
(10) Ara http://www.unece.org/trans/danger/danger.htm.
(11) Fil-Konvenzjoni ta’ Basel, it terminu ‘stat’ jintuża flok ‘pajjiż’.
(12) 'Il barra mill-Komunità Ewropea, it-termini ‘esportazzjoni u importazzjoni’ jistgħu jintużaw flok ‘konsenja’ u ‘destinazzjoni’.
(13) Ara partijiet 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 20 jew 21 u, jekk it-tagħrif addizzjonali u d-dokumentazzjoni ġew mitluba mill-awtoritajiet kompetenti, ara l-punti fil-Parti 3 ta’ l-Anness II ta' dan ir-Regolament li mhumiex koperti minn l-ebda parti.
(14) F'xi pajjiżi terzi, jista' minflok jingħata tagħrif relatat ma' l-awtorità kompetenti għall-konsenja.
16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 670/2008
tal-15 ta' Lulju 2008
li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità ma’ l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Portugall għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas” kienet ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba lill-Kummisjsoni ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għaldaqstant għandha tiġi rreġistrata. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).
(2) ĠU C 258, 31.10.2007, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. |
Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati |
IL-PORTUGALL
Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas (IĠP).
16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 671/2008
tal-15 ta’ Lulju 2008
li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 [qamħ durum ta' kwalità għolja], 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni. |
(3) |
Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi. |
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji ta' l-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Lulju 2008, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda. |
(5) |
Madankollu, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2008 tas-26 ta' Ġunju 2008 li jwassal għal sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena finanzjarja ta’ bejgħ 2008/2009 (3), l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji ffissati b’dan ir-Regolament hija sospiża, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mis-16 ta’ Lulju 2008, id-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).
(3) ĠU L 166, 27.6.2008, p. 19.
ANNESS I
Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta' Lulju 2008
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju ta' l-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 (2) |
ta' kwalità medja |
0,00 (2) |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 (2) |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 (2) |
1002 00 00 |
SEGALA |
0,00 (2) |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
0,00 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (3) |
0,00 (2) |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
0,00 (2) |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) Skond ir-Regolament (KE) Nru 608/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.
(3) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
30.6.2008-14.7.2008
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Lulju 2008
li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868/KE
(2008/583/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2007 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/868/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), u li tistabbilixxi l-lista aġġornata ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-Kunsill ipprovda lil kull persuna, kull grupp u kull entità li għalihom dan kien possibbli fil-prattika b'dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet fejn fisser għaliex huma kienu elenkati fil-lista li tinsab fid-Deċiżjoni 2007/868/KE. Fil-każ ta’ grupp u ta’ tliet persuni, sommarju tar-raġunijiet immodifikat ngħata lilhom safejn dan kien possibbli f'April ta’ l-2008. |
(3) |
B'avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fit-22 ta’ Diċembru 2007 (3) il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fid-Deċiżjoni 2007/868/KE li hu ddeċida li jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati li kienet possibbli li tintalab id-dikjarazzjoni ta’ raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fuq il-lista (fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom). |
(4) |
Il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament. Meta għamel dan, huwa ħa kont ta’ osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill minn dawk ikkonċernati. |
(5) |
Fil-każ ta’ grupp, il-Kunsill ikkunsidra l-fatt li d-deċiżjoni minn awtorità kompetenti li serviet bħala ġustifikazzjoni għall-inklużjoni ta’ dan il-grupp fil-lista m'għadhiex fis-seħħ mill-24 ta’ Ġunju 2008. Madankollu, il-Kunsill ġie mgħarraf dwar elementi ġodda rigward dan il-grupp. Il-Kunsill kkunsidra li dawn l-elementi ġodda jiġġustifikaw l-inklużjoni ta’ dan il-grupp fil-lista. |
(6) |
Il-Kunsill iddetermina li persuna waħda għandha titneħħa mil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001. |
(7) |
Għalhekk il-Kunsill ikkonkluda li, bl-eċċezzjoni tal-persuna msemmija fis-sitt premessa l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK (4) kienu involuti f'atti terroristiċi fit-tifsira ta’ l-Artikoli 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l- applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu (5), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001. |
(8) |
Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2007/868/KE hija hawnhekk irrevokata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/868/KE (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 100).
(2) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 100. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/343/KE (ĠU L 116, 30.4.2008, p. 25).
(3) ĠU C 314, 22.12.2007, p. 42.
(4) Kif emendata bil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/346/PESK tad-29 ta’ April 2008 (ĠU L 116, 30.4.2008, p. 53).
(5) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.
ANNESS
Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
1. PERSUNI
1. |
ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
2. |
ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
3. |
AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija |
4. |
AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija |
5. |
AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija |
6. |
ARIOUA, Azzedine imwieled fl-20.11.1960 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
7. |
ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
8. |
ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
9. |
ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
10. |
ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu |
11. |
BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
12. |
DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
13. |
DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-1.6.1970 fl- Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
14. |
EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
15. |
EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il-11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija |
16. |
FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al- Takfir” u “al-Hijra”) |
17. |
IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu |
18. |
LASSASSI, Saber (magħruf ukoll bħala Mimiche) imwieled fit-30.11.1970 f’Konstantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
19. |
MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555 |
20. |
MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
21. |
NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
22. |
RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
23. |
SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
24. |
SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l- Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
25. |
SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
26. |
SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-“Partit Komunista tal-Filippini” inkluż l-“NPA”) imwieled fit-8.2.1939 f’Cabugao, il-Filippini |
27. |
TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil-21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
28. |
WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l- Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
2. GRUPPI U ENTITAJIIET
1. |
“L-Organizzazzjoni Abu Nidal” (ANO), (magħrufa ukoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, “il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l-Iswed”, u “l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”) |
2. |
“Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa” |
3. |
“Al-Aqsa e.V.” |
4. |
“al-Takfir” u “al-Hijra” |
5. |
“Aum Shinrikyo” (magħruf ukoll bħala “AUM”, magħruf ukoll bħala “Aum Verita Suprema”, magħruf ukoll bħala “Aleph”) |
6. |
“Babbar Khalsa” |
7. |
“Il-Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” – “l-NPA”, il- Filippini, marbuta ma’ SISON Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża l-“NPA”) |
8. |
“Gama'a al-Islamiyya” (“Grupp Islamiku”), (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”, “IG”) |
9. |
“Il-Front Kbir Islamiku tal-Ġellieda tal-Lvant” (“IBDA-C”) |
10. |
“Hamas” (inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”) |
11. |
“Hizbul Mujahideen” (“HM”) |
12. |
“Hofstadgroep” |
13. |
“Il-Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp” |
14. |
“Il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” (“ISYF”) |
15. |
“Kahane Chai” (“Kach”) |
16. |
“Il-Forza Khalisan Zindabad” (“KZF”) |
17. |
“Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” (“PKK”), (magħruf ukoll bħala “KADEK”; magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”) |
18. |
“Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam” (“LTTE”) |
19. |
“L-Organizzazzjoni Mujahedin-e Khalq” – “MEK” jew “MKO”, bl-esklużjoni tal-“Kunsill Nazzjonali tar-Resistenza ta' l-Iran” – “NCRI – National Council of Resistance of Iran” (magħrufa wkoll bħala “L-Armata Nazzjonali ta’ Liberazzjoni ta’ l-Iran” – “NLA – National Liberation Army of Iran” (il-fergħa militanti tal-“MEK”), magħrufa wkoll bħala l-“Mujahidin tal-Poplu ta’ l-Iran” – “PMOI – People's Mujahidin of Iran”, magħrufa wkoll bħala s-“Socjetà ta’ l-Istudenti Iranjani Musulmani”) |
20. |
“L-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” (“Ejército de Liberación Nacional”) |
21. |
“Il-Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PLF”) |
22. |
“Il-Jihad Islamika Palestinjana” (“PIJ”) |
23. |
“Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PFLP”) |
24. |
“Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP – Kmand Ġenerali”) |
25. |
“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja” (“FARC”) |
26. |
“L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu” (“DHKP/C”), (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), “Dev Sol”) |
27. |
“It-Triq li Tiddi” (“SL”) (“Sendero Luminoso”) |
28. |
“Stichting Al Aqsa” (magħruf ukoll bħala “Stichting Al Aqsa Nederland”, magħruf ukoll bħala “Al Aqsa Nederland”) |
29. |
“TAK” – “Teyrbazen Azadiya Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks” |
30. |
“Il-Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja” (“AUC”) (“Autodefensas Unidas de Colombia”) |
16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Lulju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2006/493/KE li tiddeteremina l-ammont ta’ l-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu, kif ukoll l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ “Konverġenza”
(2008/584/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE (2) tiddeteremina l-ammont ta’ l-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu, kif ukoll l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ “Konverġenza”. |
(2) |
Ġaladarba l-Awtorità tal-baġit iddeċidiet li tittrasferixxi ċerti approprijazzjonijiet ta’ impenn mill-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li ma kinux utilizzati fis-sena 2007, skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 48 tal-Ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3), jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2006/493/KE tkun emendata biex l-approprijazzjonijiet tallokahom mill-ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
(3) |
Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2006/493/KE għandha tiġi emendata skond dan, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/493/KE għandu jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 146/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 1).
(2) ĠU L 195, 15.7.2006, p. 22.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Il-Ftehim kif emendat l-aħħar bid-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/371/KE (ĠU L 128, 16.5.2008, p. 8).
ANNESS
“ANNESS
Ammont totali ta’ approprijazzjonijiet ta’ impenn għall-2007-2013, it-tqassim annwali u l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ ‘Konverġenza’ (*)
prezzijiet ta’ 2004 f’EUR (**) |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total |
Ammont totali għall-UE-25, u magħhom il-Bulgarija u r-Rumanija |
9 325 497 783 |
10 788 767 263 |
10 515 007 756 |
10 278 583 653 |
9 824 886 713 |
9 588 187 168 |
9 356 225 581 |
69 677 155 918 |
Ammont minimu rriservat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ ‘konverġenza’ |
27 676 975 284 |
Ammont totali ta’ approprijazzjonijiet ta’ impenn għall-2007-2013, it-tqassim annwali u l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ ‘konverġenza’ (***)
prezzijiet kurrenti f’EUR (****) |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total |
Ammont totali għall-UE-25, u magħhom il-Bulgarija u r-Rumanija |
9 896 292 851 |
11 678 108 653 |
11 609 418 209 |
11 575 354 634 |
11 285 706 554 |
11 234 089 442 |
11 181 555 662 |
78 460 526 005 |
Ammont minimu rriservat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ ‘konverġenza’ |
31 232 644 963 |
(*) Qabel il-modulazzjoni obbligatorja u trasferimenti oħra ta’ nfiq marbut mas-suq u ta’ pagamenti diretti tal-politika agrikola komuni lill-iżvilupp rurali.
(**) L-ammonti huma miġjuba għall-eqreb euro.
(***) Qabel il-modulazzjoni obbligatorja u trasferimenti oħra ta’ nfiq marbut mas-suq u ta’ pagamenti diretti tal-politika agrikola komuni lill-iżvilupp rurali.
(****) L-ammonti huma miġjuba għall-eqreb euro.”
Kummissjoni
16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Lulju 2008
li teżenta l-produzzjoni ta’ l-elettriku fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ l-akkwisti ta’ l-entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u tal-posta
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3382)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/585/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ l-akkwisti ta’ l-entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u tal-posta (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30(4) u (6) tagħha,
Wara li kkunsidrat it-talba sottomessa mir-Repubblika ta’ l-Awstrija permezz tal-posta elettronika fil-10 ta’ Jannar 2008,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,
Billi:
I. IL-FATTI
(1) |
Fl-10 ta’ Jannar 2008, l-Awstrija bagħtet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2004/17/KE lill-Kummissjoni bil-posta elettronika. Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kummissjoni talbet, permezz tal-posta elettronika, għal informazzjoni addizzjonali li, wara proroga ta’ l-iskadenza inizjali, intbagħtet bil-posta elettronika mill-awtoritajiet Awstrijaċi fid-29 ta’ Frar 2008. |
(2) |
It-talba sottomessa mir-Repubblika ta’ l-Awstrija tikkonċerna l-produzzjoni ta’ l-elettriku. |
(3) |
It-talba hija akkumpanjata b’ittra mingħand l-awtorità indipendenti nazzjonali, E-Control (Energie-Control GmbH, ir-regolatur tas-swieq Awstrijaċi ta’ l-elettriku u l-gass naturali, li tillimita lilha nnifisha għal dikjarazzjoni li “ma teżisti l-ebda oġġezzjoni kontra eżenzjoni mill-applikazzjoni tal-liġi dwar il-Kuntratti Pubbliċi fil-qasam tal-produzzjoni ta’ l-elettriku.” |
II. IL-QAFAS ĠURIDIKU
(4) |
L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE jistipula li l-kuntratti maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta’ waħda mill-attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva ma għandhomx ikunu suġġetti għad-Direttiva jekk, fl-Istat Membru li fih titwettaq, l-attività hija esposta direttament għal kompetizzjoni fuq swieq li għalihom l-aċċess m’huwiex ristrett. L-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni għandha tiġi vvalutat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, waqt li jitqiesu l-karatterisitiċi speċifiċi tas-settur ikkonċernat. L-aċċess jitqis mhux ristrett jekk l-Istat Membru jkun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti li tiftaħ settur partikolari jew parti minnu. Din il-leġiżlazzjoni hija elenkata fl-Anness XI għad-Direttiva 2004/17/KE, li, fil-qasam ta’ l-elettriku, tirreferi għad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern ta’ l-elettriku (2). Id-Direttiva 96/92/KE ġiet sostitwita bid-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta’ l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (3), li tirrikjedi grad saħansitra ogħla ta’ ftuħ tas-suq. |
(5) |
L-Awstrija implimentat u applikat mhux biss id-Direttiva 96/92/KE iżda wkoll id-Direttiva 2003/54/KE u għażlet is-separazzjoni ġuridika u funzjonali tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tan-netwerks għajr għall-iżgħar kumpaniji, li huma eżenti mir-rekwiżiti tas-separazzjoni funzjonali. Konsegwentement, u f’konformità ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 30(3), l-aċċess għas-suq għandu jiġi kkunsidrat li mhux ristrett. |
(6) |
L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni għandu jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ indikaturi varji, li l-ebda wieħed minnhom ma hu deċiżiv fih innifsu. Fir-rigward tas-swieq ikkonċernati b’din id-deċiżjoni, is-sehem tas-suq tal-parteċipanti ewlenin f’suq partikolari jikkostitwixxi kriterju li għandu jitqies. Kriterju ieħor huwa l-livell tal-konċentrazzjoni f’dawk is-swieq. Fid-dawl tal-karatteristiċi tas-swieq ikkonċernati, għandhom jitqiesu kriterji ulterjuri bħalma huma l-funzjonament tas-suq ta’ bilanċ, il-kompetizzjoni fuq il-prezz u l-grad ta’ konsumaturi li jibdlu l-fornituri. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni. |
III. VALUTAZZJONI
(8) |
It-talba sottomessa mill-Awstrija tikkonċerna l-produzzjoni ta’ l-elettriku fl-Awstrija. |
(9) |
L-Awstrija hija maqsuma fi tliet żoni ta’ bilanċ u waħda minnhom tesperjenza punti ta’ konġestjoni interna (iż-żona ta’ bilanċ APG fejn tista’ tinħoloq konġestjoni bejn iż-żoni ta’ Vjenna u Graz, interkonnessi bl-hekk imsejjaħ “Steirmarkleitung”). Għalhekk tista’ titqajjem il-mistoqsija jekk is-suq ġeografiku jkunx iżgħar minn dak nazzjonali (4). Madanakollu, skond l-informazzjoni disponibbli, fil-biċċa l-kbira tal-każi l-effett ta’ dawn il-punti ta’ konġestjoni interni jissolvew bl-applikazzjoni ta’ miżuri tekniċi bħall-applikazzjoni phase shifters biex jikkontrollaw il-kapaċità tat-trażmissjoni. Fi ftit każijiet jista’ jkun meħtieġ li jintużaw impjanti ta’ l-enerġija addizzjonali biex jistabbilizzaw in-netwerk. Meta dawn il-punti ta’ konġestjoni interni jkunu jeħtieġu li l-produtturi tat-Tramuntana ta’ l-Awstrija jnaqqsu l-ġenerazzjoni tal-kapaċità tagħhom, xi ħaġa li skond l-awtoritajiet Awstrijaċi isseħħ b’mod eċċezzjonali, dawn il-produtturi jitħallsu għall-ħsara mill-operatur tan-netwerk. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda punti ta’ konġestjoni bejn din iż-żona ta’ bilanċ u ż-żewġ żoni ta’ bilanċ l-oħrajn Awstrijaċi, l-anqas bejn iż-żona ta’ bilanċ APG u l-Ġermanja. L-effett tal-punti ta’ konġestjoni interni huma għalhekk, skond l-informazzjoni disponibbli, mhux sinifikanti f’termini ta’ forniment ta’ l-enerġija u l-kompetizzjoni. In-nuqqas ta’ konġestjoni fil-konnessjonijiet mal-Ġermanja qajmet il-mistoqsija jekk jistax jeżisti suq ġeografiku li jkopri dawn iż-żewġ pajjiżi, li l-Kummissjoni kkonkludiet li mhux il-każ (5). Konsegwentament, it-territorju tar-Repubblika ta’ l-Awstrija għandu jitqies li jikkosistwixxi suq rilevanti għall-għanijiet ta’ l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE, għalkemm ma jistax jitqies li huwa iżolat mill-pajjiżi ta’ madwaru. |
(10) |
Fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Ir-rapport dwar il-progress fil-ħolqien tas-suq intern tal-gass u l-elettriku (6), minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ir-“Rapport ta’ l-2005”, jistqarr li “ħafna swieq nazzjonali juru grad għoli ta’ konċentrazzjoni ta’ l-industrija, li jtellef l-iżvilupp ta’ kompetizzjoni effettiva” (7). Minħabba dan, huwa kkunsidrat li, fir-rigward tal-produzzjoni ta’ l-elettriku, “wieħed mill-indikaturi tal-grad tal-kompetizzjoni fis-swieq nazzjonali huwa s-sehem totali tas-suq ta’ l-ikbar tliet produtturi” (8). Għall-2006, is-sehem tat-tliet l-ikbar produtturi ġie indikat li huwa 52.2 fid-Dokument ta’ Ħidma għall-Istaff tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2008, SEC(2008) 460 (9). Madanakollu, l-Awstrija għandha esportazzjoni u importazzjoni ta’ l-elettriku sostanzjali, fl-2005 fi kwantitajiet ta’ iktar minn 17 500 GWh f’esportazzjoni u minn 20 000 GWh f’importazzjoni. Għalhekk hija pajjiż importatur nett u l-elettriku importat jgħodd bejn wieħed u ieħor għal kwart (10) tal-bżonnijiet kollha tagħha (11), b’mod partikulari għall-enerġija ta’ tagħbija bażi. Hemm għalhekk ċertu grad ta’ restrizzjoni fiċ-ċaqliq tal-prezzijiet minn naħa tal-produtturi ewlenien Awstrijaċi minħabba l-importazzjoni ta’ l-elettriku minn barra t-territorju Awstrijak u b’riżultat l-investiment fis-settru ta’ l-elettriku fit-territorju Awstrijak iqies il-produtturi l-oħrajn fil-pajjiżi tal-madwar, b’mod partikulari fil-Ġermanja. Dawn il-fatturi għandhom għalhekk jittieħdu bħala indikazzjoni ta’ ċertu grad ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni fejn tidħol il-produzzjoni ta’ l-elettriku. |
(11) |
Barra minn hekk, anke jekk tirrapreżenta parti żgħira mill-ammont totali ta’ l-elettriku prodott u/jew ikkunsmat fi Stat Membru, il-funzjoni tas-swieq ta’ bilanċ xorta għandha tkun meqjusa bħala indikatur ieħor. Fil-fatt, “kull parteċipant tas-suq li ma jsibhiex faċli li jqabbel il-portafoll tal-produzzjoni tiegħu mal-karatteristiċi tal-klijenti tiegħu jista’ jsib ruħu espost għad-differenza bejn il-prezz li bih l-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni [TSO - transmission system operator] ibigħ l-enerġija minħabba żbilanċ, u l-prezz li bih jixtri lura l-produzzjoni żejda. Dawn il-prezzijiet jistgħu jkunu imposti direttament mir-regolatur tat-TSO; jew inkella jintuża mekkaniżmu abbażi tas-suq, li fih il-prezz huwa ddeterminat minn offerti li jkunu għamlu produtturi oħra biex jirregolaw il-produzzjoni tagħhom ‘il fuq jew ‘l isfel […]. Diffikultà ewlenija għall-parteċipanti żgħar titfaċċa meta jkun hemm riskju ta’ differenza kbira bejn il-prezz tax-xiri mit-TSO u l-prezz tal-bejgħ. Dan jiġri f’għadd ta’ Stati Membri u x’aktarx ikun ta’ xkiel għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni. Differenza kbira tista’ tindika livell insuffiċjenti ta’ kompetizzjoni fis-suq ta’ bilanċ li jista’ jkun iddominat minn produttur wieħed jew tnejn biss.” (12) Is-suq ta’ bilanċ Awstrijak u l-karatteristiċi ewlenin tiegħu - b’mod partikulari l-ipprezzar abbażi tas-suq u d-differenza relattivament żgħira (13) bejn il-prezz tax-xiri mit-TSO u l-prezz tal-bejgħ – huma tali li għandhom jittieħdu bħala indikaturi oħrajn li l-produzzjoni ta’ l-elettriku hija esposta direttament għall-kompetizzjoni. |
(12) |
Minħabba l-karatteristiċi tal-prodott ikkonċernat (l-elettriku) u l-iskarsezza jew l-indisponibilità ta’ prodotti jew servizzi sostitwibbli adegwati, il-kompetizzjoni fil-prezzijiet u l-formazzjoni tal-prezzijiet jassumu importanza akbar fil-valutazzjoni tal-grad ta’ kompetizzjoni tas-swieq ta’ l-elettriku. Fir-rigward ta’ l-utenti industrijali kbar(finali), li huma l-aktar suġġetti li jixtru l-elettriku tagħhom direttament mingħand il-fornituri li huma wkoll produtturi, l-għadd ta’ konsumaturi li jibdlu l-fornitur jista’ sservi bħala indikatur għall-kompetizzjoni tal-prezz u b’hekk, indirettament, “indikatur naturali għall-effettività tal-kompetizzjoni. Jekk dan in-numru huwa baxx, x’aktarx li hemm problema ta’ funzjonament tas-suq, anki jekk il-benefiċċji mill-possibilità ta’ negozjar mill-ġdid mal-fornitur storiku ma għandhomx jiġu imwarrba” (14). Barra minn hekk, “l-eżistenza ta’ prezzijiet regolati għall-utenti finali hija bla dubju fattur determinanti ta’ l-imġiba ta’ l-klijenti[…]. Għalkemm iż-żamma tal-kontrolli tista’ tiġi ġġustifikata waqt perjodu ta’ tranżizzjoni, dawn ser jikkawżaw dejjem aktar tagħwiġ meta toqrob il-ħtieġa għall-investiment” (15). |
(13) |
Skond l-aħħar dejta disponibbli, r-rati ta’ bdil huma ta’ 41,5 % għall-klijenti industrijali kbar u kbar ħafna fl-Awstrija (16). Barra minn dan, fl-Awstrija ma jeżistix kontroll tal-prezzijiet għall-utenti finali (17), fi kliem ieħor, il-prezzijiet huma stabbiliti mill-operaturi ekonomiċi nfushom u ma huwa meħtieġ li jiġu approvati minn l-ebda awtorità qabel ma jiġu applikati. Is-sitwazzjoni fl-Awstrija hi għalhekk sodisfaċenti sa fejn jidħlu l-bdil tal-fornitur mill-utenti (finali) industrijali kbar u kbar ħafna u l-kontroll tal-prezz għall-utenti finali u għandha titqies bħala indikatur ta’ l-esponiment dirett għall-kompetizzjoni. |
IV. KONKLUŻJONIJIET
(14) |
Fid-dawl tal-fatturi eżaminati fil-premessi (9) sa (13), il-kundizzjoni ta’ l-esponiment dirett għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandha titqies li ntlaħqet fir-rigward tal-produzzjoni ta’ l-elettriku fl-Awstrija. |
(15) |
Barra minn hekk, ġaladarba l-kundizzjoni ta’ aċċess għas-suq mingħajr restrizzjonijiet titqies li ntlaħqet, id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika meta entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti maħsuba biex jippermettu l-produzzjoni ta’ l-elettriku fl-Awstrija, u lanqas meta jorganizzaw kompetizzjonijiet ta’ disinn sabiex jintlaħaq l-għan ta’ attività bħal din fl-Awstrija. |
(16) |
Din id-Deċiżjoni hi bbażata fuq is-sitwazzjoni tad-dritt u tal-fatt minn Jannar sa Frar 2008 kif tidher mill-informazzjoni sottomessa mir-Repubblika ta’ l-Awstrija, mir-Rapport ta’ l-2005 u mill-Anness Tekniku tiegħu, mill-Komunikazzjoni ta’ l-2007 u mid-Dokument ta’ l-Istaff ta’ l-2007 kif ukoll mir-Rapport Finali. Din tista’ tiġi riveduta jekk, wara tibdiliet sinifikanti tas-sitwazzjoni tad-dritt jew tal-fatt, il-kundizzjonijiet ta’ l-applikabilità ta’ l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma jibqgħux rispettati. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika għall-kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u maħsuba biex jippermettulhom jipproduċu l-elettriku fl-Awstrija.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.
Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 213/2008 (ĠU L 74, 15.3.2008, p. 1).
(2) ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20.
(3) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/3/KE (ĠU L 17, 22.1.2008, p. 6).
(4) Ara COM(2006) 851 finali ta’ 10.1.2007: Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Inkjesta skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fis-setturi Ewropej tal-gass u ta’ l-elettriku, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Rapport Finali”, Anness B, punt A1, 2).
(5) Ara r-Rapport Finali, Anness B, punt A2, 7
(6) COM(2005) 568 finali, 15.11.2005.
(7) Ir-Rapport ta’ l-2005, p. 2.
(8) Ara r-Rapport ta’ l-2005, p. 7.
(9) Tabella 6 “Pożizzjoni tas-Suq bl-Ingrossa 2006”, p 12 tad-“Dokument ta’ Ħidma għall-Istaff tal-Kummissjoni: Dokument li jakkompanja ir-Rapport dwar il-Progress fil-Ħolqien tas-Suq Intern tal-Gass u l-Elettriku”, COM(2008) 192 finali tal-15.4.2008.
(10) 23.5 % skond l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Awstrijaċi.
(11) jiġifieri l-kwantità ta’ l-elettriku meħtieġa għall-konsum intern u l-esportazzjoni.
(12) Dokument ta’ Ħidma għall-Istaff tal-Kummissjoni, Anness Teknilu għar-Rapport ta’ l-2005, SEC(2005)1448, minn hawn il-quddiem “l-Anness Tekniku”, p. 67–68.
(13) Skond ir-Rapport Finali, paragrafu 993, tabella 52, is-suq ta’ bilanċ Awstrijak jaħdem b’differenza ta’ 27, li tpoġġih fl-iżgħar nofs għax id-differenza fis-swieq ta’ bilanċ fl-UE tvarja bejn 0 u 79. Din l-analiżi tħares lejn l-effetti tal-funzjoni tas-suq ta’ bilanċ fuq il-produzzjoni ta’ l-elettriku u mhux lejn il-grad ta’ kompetizzjoni fis-suq ta’ bilanċ innifsu. Għalhekk, għal dan l-għan mhux importanti jekk differenza żgħira hija kkawżata mill-kompetizzjoni jew mit-trażżin tal-prezz impost mir-regolatur, l-istess kif il-konċentrazzjoni għolja fuq is-suq ta’ bilanċ mhix pertinenti għal din l-analiżi.
(14) Ir-Rapport ta’ l-2005, p. 9.
(15) L-Anness Tekniku, p. 17.
(16) Ara d-dokument bl-isem “Awstrija – Skeda informattiva dwar is-Suq Intern”, ippubblikat f’ http://ec.europa.eu/energy/energy_policy/doc/factsheets/market/market_at_en.pdf, li juża informazzjoni mingħand l-Energie-Control GmbH, 2007.
(17) L-Anness Tekniku, p. 107.
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI
16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/32 |
It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skond id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istat u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument ta’ l-istat UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Regolament Nru 21 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tat-tagħmir intern tagħhom
Li jinkorpora fih it-test validu kollu sa:
Is-Suppliment 3 għas-sensiela ta’ emendi 01 – Data ta’ dħul fis-seħħ: 31 ta’ Jannar 2003
1. AMBITU
Dan ir-regolament japplika għat-tagħmir intern ta’ karozzi tal-passiġġieri fir-rigward ta’:
1.1 |
il-partijiet interni tal-kumpartiment tal-passiġġieri minbarra l-mera jew mirja li turi/juru x’hemm wara: |
1.2 |
l-arranġament tal-kontrolli; |
1.3 |
is-saqaf jew is-saqaf li jinfetaħ, u |
1.4 |
id-dahar tas-sit u l-partijiet ta’ wara tas-sits. |
1.5 |
tħaddim motorizzat tat-twieqi, pannelli tas-saqaf u sistemi ta’ taqsim. |
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament
2.1. |
“approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir intern tagħha; |
2.2. |
“tip ta’ vettura” fir-rigward tat-tagħmir intern tal-kumpartiment tal-passiġġieri tfisser vetturi ta’ kategorija M1 li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:
|
2.3. |
“żona ta’ riferenza” hija ż-żona ta’ impatt tar-ras kif definita f’Anness I għal dan ir-Regolament jew, jekk il-manifattur hekk jixtieq, skond Anness VIII, minbarra l-erjas li ġejjin: (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafi 2.3. u 2.3.1.)
|
2.4. |
“livell tal-pannell ta’ l-istrumenti” tfisser il-linja definita mill-punti ta’ kuntatt ta’ tanġenti vertikali għall-pannell ta’ l-istrument; (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni; paragrafu 2.4.) |
2.5. |
“saqaf” tfisser il-parti ta’ fuq tal-vettura li tibda mit-tarf ta’ fuq tal-windskrin sat-tarf ta’ fuq tat-tieqa ta’ wara u konfinanti fuq il-ġnub bil-qafas ta’ fuq tal-ġnub; (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 2.5) |
2.6. |
“linja ta’ ċinga” tfisser il-linja magħmula mill-kontorn trasparenti t’isfel tat-twieqi tal-ġenb tal-vettura; |
2.7. |
“karozza b’saqaf li jista’ jitneħħa” tfisser vettura li, f’xi qagħdiet, ma jkun hemm l-ebda parti riġida tal-bòdi tal-vettura ’l-fuq mil-linja ta’ ċinga minbarra l-partijiet ta’ quddiem li jsostnu s-saqaf u/jew l-istruttura ta’ sigurtà għal meta tinqaleb il-vettura u/jew punti ta’ ankraġġ taċ-ċinturini tas-sit; (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafi 2.5. u 2.7.) |
2.8. |
“vettura b’saqaf li jinfetaħ” tfisser vettura li s-saqaf tagħha biss jew parti minnu jista’ jintena lura jew jinfetaħ, jew jista’ jiżżerżaq u jħalli l-elementi strutturali tal-vettura li jeżistu ’l fuq mill-linja ta’ ċinga (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafi 2.5.); |
2.9 |
“sit li jintena (tip-up)” tfisser sit awżiljarju maħsub għal użu mhux ta’ spiss u li normalment jintena biex ma jkunx fin-nofs. |
2.10. |
“Sistema protettiva” tfisser tagħmir intern u strumenti maħsuba biex irażżnu lill-okkupanti. |
2.11. |
“Tip ta’ sistema ta’ protezzjoni”, tfisser kategorija ta’ strumenti ta’ protezzjoni li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:
|
2.12. |
“Twieqi motorizzati” tfisser twieqi li jingħalqu permezz tal-provvista ta’ enerġija tal-vettura. |
2.13. |
“Sistemi ta’ pannelli tas-saqaf motorizzati” tfisser pannelli li jiċċaqalqu fis-saqaf tal-vettura li jingħalqu permezz ta’ provvista ta’ l-enerġija tal-vettura jew b’moviment ta’ żerżiq u/jew ta’ qlib, u li ma tinkludix sistemi ta’ saqaf li jinfetaħ. |
2.14. |
“Sistemi ta’ taqsim motorizzati” tfisser sistemi li jaqsmu lill-kumpartiment ta’ karozza privata f’almenu żewġ partijiet u li jingħalqu permezz tal-provvista ta’ l-enerġija tal-vettura. |
2.15. |
“Ftuħ” huwa l-ftuħ massimu mingħajr tfixkil bejn it-tarf ta’ fuq u t-tarf ta’ quddiem, li jiddependi fuq id-direzzjoni ta’ għeluq, ta’ tieqa motorizzata jew taqsima jew pannell ta’ saqaf u l-istruttura tal-vettura li tifforma l-konfini tat-tieqa, partizzjoni jew pannell tas-saqaf, meta jidher minn ġol-vettura jew, fil-każ ta’ sistema ta’ taqsim, mill-parti ta’ wara tal-kumpartiment tal-passiġġieri. Sabiex tkejjel ftuħ, virga ċilindrika ta’ test għandha (mingħajr ma ssir forza) titqiegħed minn ġo fih, normalment b’mod perpendikulari mat-tarf tat-tieqa, pannell tas-saqaf jew taqsima u b’mod perpendikulari mad-direzzjoni ta’ għeluq kif muri f’Figura 1 ta’ Anness IX, minn ġew sa barra tal-vettura jew, kif applikabbli, mill-parti ta’ wara tal-kumpartiment tal-passiġġieri. |
2.16. |
“Ċavetta”
|
2.17. |
“Airbag” tfisser strument stallat sabiex jikkumplimenta ċinturini ta’ sigurtà u sistemi ta’ trażżin f’vettura motorizzati, jiġifieri sistemi li f’każ ta’ impatt qawwi li jaffettwa l-vettura awtomatikament jiftħu struttura flessibbli maħsuba biex tnaqqas, permezz tal-kompressjoni tal-gass ta’ ġo fiha, is-severità tal-kuntatti ta’ parti jew iktar ta’ l-okkupant tal-vettura man-naħa ta’ ġewwa tal-kumpartiment tal-passiġġieri. |
2.18. |
“Tarf li jaqta’” hu tarf ta’ materjal riġidu li għandu radius ta’ kurvatura ta’ anqas minn 2,5 mm minbarra fil-każ ta’ projezzjonijiet ta’ inqas minn 3,2 mm, imkejla mill-pannell skond il-proċedura deskritta f’paragrafu 1 ta’ Anness VI. F’dan il-każ, ir-radius minimu ta’ kurvatura ma għandux japplika sakemm l-għoli tal-projezzjoni mhux aktar minn nofs il-wisa’ tagħha u t-truf tagħha ma jaqtgħux (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 2.18.) |
3. APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir intern tagħha għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu debitament akkreditat.
3.2. Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u mid-dettalji li ġejjin:
deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-oġġetti msemmija f’paragrafu 2.2 ta’ hawn fuq, akkumpanjata b’ritratt jew b’disinn ta’ l-elementi individwali tal-kumpartiment tal-passiġġieri. In-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip ta’ vettura għandhom jiġu speċifikati.
3.3. Dawn li ġejjin għandhom jiġu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni:
3.3.1. |
fid-diskrezzjoni tal-manifattur, jew vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata jew il-parti jew il-partijiet tal-vettura meqjusa essenzjali għal kontrolli jew testijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament; |
3.3.2. |
fuq talba tas-servizz tekniku msemmi hawn fuq, xi komponenti u xi kampjuni tal-materjali wżati. |
4. APPROVAZZJONI
4.1. Jekk il-vettura sottomessa għal approvazzjoni skond dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti ta’ paragrafu 5 ta’ hawn fuq, għandha tingħata approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ vettura.
4.2. Numru ta’ approvazzjoni għandu jiġi assenjat għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-preżent 01 li jikkorispondi għas-serje ta’ emendi 01 li daħlet fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 1986) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-iktar emendi tekniċi riċenti prinċipali magħmula lir-Regolament fil-waqt ta’ l-għoti ta’ l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.
4.3. Avviż ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ ċaħda jew ta’ rtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni definittivament imwaqqfa jew ta’ tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament għandu jiġi mgħarraf lill-Partijiet ta’ dan il-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula li taqbel mal-mudell f’Anness II ta’ dan ir-Regolament.
4.4. Għandu jitwaħħal, b’mod li jidher u f’post li jintlaħaq malajr u li jiġi speċifikat fuq il-formula ta’ approvazzjoni, lil kull vettura li taqbel ma’ tip ta’ vettura approvata taħt dan ir-Regolament, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:
4.4.1. |
ċirku madwar l-ittra “E” segwita bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (1); |
4.4.2. |
in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru ta’ approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku stabbilit f’paragrafu 4.4.1. ta’ hawn fuq |
4.5. Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, taħt Regolament ieħor jew Regolamenti oħrajn annessi ma’ dan il-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament, is-simbolu stabbilit f’paragrafu 4.4.1. ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan ir-Regolament u numri ta’ approvazzjoni u s-simboli l-oħrajn tar-Regolamenti kollha li taħthom ingħatat approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu stabbilit f’paragrafu 4.4.1. ta’ hawn fuq
4.6. Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u li ma titħassarx.
4.7. Il-marka ta’ approvazzjoni għandha titqiegħed qrib jew fuq il-pjanċa ta’ data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.
4.8 Anness III ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ pożizzjoni tal-marki ta’ approvazzjoni.
5. REKWIŻITI
5.1. Il-partijiet interni ta’ quddiem tal-kumpartiment tal-passiġġieri ’l fuq mill-livell tal-pannell ta’ l-istrumenti quddiem il-punti “H” tas-sit ta’ quddiem, li jeskludu l-bibien tal-ġnub
5.1.1. Iż-żona ta’ riferenza definita f’paragrafu 2.3 ta’ hawn fuq ma jistax ikun fiha xi partijiet ħarxa b’mod perikoluż jew truf li jaqtgħu li aktarx iżidu r-riskju ta’ korriment serju lill-okkupanti. Jekk l-erja ta’ l-impatt tar-ras tiġi determinata skond Anness I, il-partijiet li għalihom issir riferenza f’paragrafi 5.1.2. sa 5.1.6. ta’ hawn taħt għandhom jitqiesu sodisfaċenti jekk jaqblu mar-rekwiżiti ta’ dawn il-paragrafi. Jekk l-erja ta’ l-impatt tar-ras hija determinata skond Anness VIII, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.1.7. (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.1.1.).
5.1.2. Partijiet tal-vettura fiż-żona ta’ riferenza minbarra dawk li mhumiex parti mill-pannell ta’ l-istrumenti u li huma mqiegħda f’anqas minn 10 ċm mill-uċuħ miksija bil-ħġieġ għandhom ikunu b’mod li tintilef l-enerġija kif stabbilit f’Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-partijiet fiż-żona ta’ riferenza li jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx jiġu kkunsidrati jekk: (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.1.2.)
5.1.2.1. |
matul test skond ir-rekwiżiti ta’ Anness IV ta’ dan ir-Regolament, il-pendlu jagħmel kuntatt mal-partijiet li qegħdin barra ż-żona ta’ riferenza; u |
5.1.2.2. |
u l-partijiet li se jiġi ttestjati huma mqiegħda anqas minn 10 ċm ’il bogħod mill-partijiet li jintmissu barra miż-żona ta’ riferenza. Din id-distanza għandha titkejjel fuq il-wiċċ taż-żona ta’ riferenza; l-ebda tagħmir ta’ sostenn tal-metall ma għandu jkollu truf li joħorġu ’l barra. |
5.1.3. It-tarf ta’ isfel tal-pannell ta’ l-istrumenti għandu, sakemm ma jissodisfax ir-rekwiżi ta’ paragrafu 5.1.2 ta’ hawn taħt, jiġi ttundjat għal radius ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 19-il mm. (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.1.3.)
5.1.4. Swiċċijiet, pumijiet ta’ ġbid u oġġetti simili, magħmulin minn materjal riġidu, li, jekk imkejla skond il-metodu stabbilit f’Anness VI, huma minn 3,2 mm sa 9,5 mm ’il barra mill-pannell, għandu jkollhom erja trasversali ta’ mhux anqas minn 2 ċm2, 2,5 mm imkejla mill-punt li joħroġ l-aktar ’il barra, u għandu jkollhom t-truf ittundjati b’radius ta’ kurvatura ta’ mhux anqas minn 2,5 mm. (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.1.4.)
5.1.5. Jekk dawn il-komponenti joħorġu ’l barra b’aktar minn 9,5 mm mill-wiċċ tal-pannell ta’ l-istrumenti, għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’mod li jkunu kapaċi, taħt effett ta’ qawwa orizzontali lonġitudinali ta’ 37,8 daN imwassla b’pistun b’tarf ċatt ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 50 mm, jew biex jerġgħu jidħlu ġol-wiċċ tal-pannell sakemm ma joħorġux aktar ’il barra b’aktar minn 9,5 mm jew jinqalgħu; fil-każ ta’ dan ta’ l-aħħar, ma għandha tibqa’ l-ebda projezzjoni perikoluża ta’ aktar minn 9,5 mm; sezzjoni trasversali ta’ mhux aktar minn 6,5 mill-punt ta’ projezzjoni massima ma għandux ikollha erja ta’ inqas minn 6,5 ċm2. (ara Anness X, noti ta’mm spjegazzjoni, paragrafu 5.1.5.)
5.1.6. Fil-każ ta’ projezzjoni li tinkludi komponent magħmul minn materjal li mhux riġidu b’ebusija ta’ anqas minn 50 shore A mmuntat fuq sostenn riġidu, ir-rekwiżiti ta’ paragrafi 5.1.4. u 5.1.5. għandhom japplikaw biss għas-sostenn riġidu jew għandu jintwera permezz ta’ testijiet biżżejjed skond il-proċedura deskritta f’Anness IV li l-materjal artab b’ebusija ta’ anqas minn 50 shore A ma jinqatax biex jibqa’ imiss mas-sostenn matul it-test ta’ impatt speċifikat. F’dak il-każ ir-rekwiżiti tar-radius ma japplikawx (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafi 5.1.6.)
5.1.7. Il-paragrafi li ġejjin għandhom japplikaw:
5.1.7.1. |
Jekk is-sistema ta’ protezzjoni tat-tip ta’ vettura ma timpedixxix il-kuntatti tar-ras ta’ l-okkupanti definiti f’paragrafu 1.2.1. ta’ Anness VIII mal-pannell ta’ l-istrumenti, u żona dinamika ta’ riferenza skond Anness VIII hija determinata, ir-rekwiżiti ta’ paragrafi 5.1.2. sa 5.1.6. huma applikabbli biss għall-partijiet li jinsabu f’dik iż-żona. Partijiet ta’ erjas oħra tad-daxxbord fuq il-livell tal-pannell ta’ l-istrumenti, jekk jintmissu bi sfera ta’ 165 mm, għallinqas għandhom ikunu b’tali mod li ma jaqtgħux. |
5.1.7.2. |
Jekk is-sistema ta’ protezzjoni tat-tip ta’ vettura hija kapaċi timpedixxi l-kuntatti tar-ras ta’ l-okkupanti definiti f’paragrafu 1.2.1. ta’ Anness VIII mal-pannell ta’ l-istrumenti, u għalhekk ma tistax tiġi determinata ebda żona ta’ riferenza, ir-rekwiżiti ta’ paragrafi 5.1.2. sa 5.1.6. mhumiex applikabbli għal dan it-tip ta’ vettura. Partijiet tad-daxxbord fuq il-livell tal-pannell ta’ l-istrumenti, jekk jintmissu bi sfera ta’ 165 mm, għallinqas għandhom ikunu b’tali mod li ma jaqtgħux. |
5.2. Il-partijiet ta’ ġewwa ta’ quddiem tal-kumpartiment tal-passiġġieri taħt il-livell tal-pannell ta’ l-istrumenti quddiem il-punti “H” tas-sit ta’ quddiem, li jeskludu l-bibien tal-ġnub u l-pedali
5.2.1. Minbarra l-pedali u t-tagħmir tagħhom u dawk il-komponenti li ma jistgħux jintmissu bl-istrument deskritt f’Anness VII ta’ dan ir-Regolament u wżati skond il-proċedura deskritta hemmhekk, komponenti koperti b’paragrafu 5.2., bħal swiċċijiet, iċ-ċavetta ta’ startjar, eċċ għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ paragrafi 5.1.4 sa 5.1.6 ta’ hawn fuq.
5.2.2. Il-kontroll tal-ħendbrejk, jekk immuntat fuq jew taħt il-pannell ta’ l-istrumenti, għandu jkun imqiegħed b’mod li meta jkun f’pożizzjoni ta’ waqfien ma jkunx hemm possibbiltà li l-okkupanti tal-vettura jaħbtu miegħu bħala riżultat ta’ impatt frontali. Jekk din il-kundizzjoni ma tiġix sodisfatta, l-erja tal-wiċċ tal-kontroll għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.3.2.3 ta’ hawn taħt. (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.2.2.)
5.2.3. Xkafef u oġġetti oħra bħalhom għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’mod li l-partijiet ta’ sostenn fl-ebda każ ma jkollhom truf li joħorġu ’l barra, u jissodisfaw waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.2.3.)
5.2.3.1. |
Il-parti tal-faċċata fil-vettura għandu jkollha wiċċ ta’ mhux anqas minn 25 mm għoli bi truf ittundjati għal radius ta’ kurvatura ta’ mhux anqas minn 3,2 mm. Dan il-wiċċ għandu jikkonsisti minn jew jiġi mgħotti b’materjal li jitlef l-enerġija kif definit f’Anness IV ta’ dan ir-Regolament, u għandu jiġi ttestjat skond l-istess, u l-impatt jiġi applikat f’direzzjoni lonġitudinali orizzontali. (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.2.3.1.) |
5.2.3.2. |
Xkafef u oġġetti oħra bħalhom għandhom, taħt l-effett ta’ qawwa lonġitudinali orizzontali li tiġbed ’il quddiem ta’ 37,8 daN li toħroġ minn ċilindru ta’ djametru ta’ 110 mm bl-assi tiegħu vertikali, jinqalgħu, jinkisru, jitgħawġu ħafna jew jerġgħu jidħlu mingħajr ma jipproduċu fatturi perikolużi fuq ir-rimm ta’ l-ixkaffa. Il-qawwa għandha ssir fuq l-aktar parti b’saħħitha ta’ l-ixkafef jew oġġetti oħra simili. (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.2.3.2.) |
5.2.4. Jekk l-oġġetti in kwistjoni jkun fihom parti magħmula minn materjal artab b’ebusija ta’ aktar minn 50 shore A meta ffittjat ma’ sostenn riġidu, ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq, minbarra r-rekwiżiti li jaqgħu taħt Anness IV li għandhom x’jaqsmu ma’ l-assorbiment ta’ enerġija, għandhom japplikaw għas-sostenn riġidu biss jew jista’ jintwera permezz ta’ testijiet biżżejjed skond il-proċedura deskritta f’Anness IV li l-materjal artab b’ebusija ta’ anqas minn 50 shore A mhux se jinqata’ biex imiss is-sostenn matul it-test ta’ impatt speċifikat. F’dak il-każ ir-rekwiżiti tar-radius ma għandhomx japplikaw.
5.3. Tagħmir ieħor ta’ ġewwa fil-kumpartiment tal-passiġġieri tal-pjan trasversali li jgħaddi minn ġol-linja ta’ riferenza tat-torso tal-manikin imqiegħed fis-sits ta’ wara nett (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.3.)
5.3.1. Ambitu
Ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.3.2 ta’ hawn taħt japplikaw għal manku ta’ kontroll, livers u pumijiet u għal kwalunkwe oġġett ieħor li joħroġ ’il barra li għalih ma ssirx riferenza f’paragrafi 5.1 u 5.2 ta’ hawn fuq. (Ara wkoll paragrafu 5.3.2.2.)
5.3.2. Rekwiżiti
Jekk l-oġġetti li għalihom issir riferenza f’paragrafu 5.3.1. ta’ hawn fuq huma mqiegħda b’mod li l-okkupanti tal-vettura jistgħu jmissu magħhom, huma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ paragrafi 5.3.2.1 sa 5.3.4. Jekk huma jistgħu jintmissu minn sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm u huma ’l fuq mill-punt “H” l-aktar baxx (ara Anness V ta’ dan ir-Regolament) tas-sits ta’ quddiem u ’l quddiem mill-pjan trasversali tal-linja ta’ riferenza tat-torso tal-manikin fis-sit ta’ wara nett, u barra miż-żoni definiti f’paragrafi 2.3.1 u 2.3.2, dawn ir-rekwiżiti jitqiesu li ġew sodisfatti jekk: (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.3.2.)
5.3.2.1. |
il-wiċċ tagħhom tispiċċa bi trufijiet ittundjati, ir-radii tal-kurvatura jkunu ta’ mhux anqas minn 3,2 mm (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.3.2.1) |
5.3.2.2. |
livers ta’ kontroll u pumijiet għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’mod li, taħt l-effett ta’ qawwa orizzontali lonġitudinali li taġixxi ’l quddiem ta’ 37,8 daN il-projezzjoni fil-pożizzjoni l-aktar sfavorevoli tagħha titnaqqas sa mhux aktar minn 25 mm mill-wiċċ tal-pannell jew l-istess tagħmir jinqalgħu jew jitgħawġu: fl-aħħar żewġ każijiet ma għandha tibqa’ l-ebda projezzjoni perikoluża. L-istrumenti li bihom ittella’ u tniżżel it-twieqi jistgħu, madankollu, joħorġu ’l barra 35 mm mill-wiċċ tal-pannell; (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.3.2.2) |
5.3.2.3. |
il-kontroll tal-ħendbrejk meta mniżżel u l-gerliver meta fil-pożizzjoni ta’ xi gêr ta’ mixi ’l quddiem, għandhom, minn barra meta mqiegħda fiż-żoni definiti f’paragrafi 2.3.1 u 2.3.2 u fiż-żoni taħt il-pjan orizzontali li jgħaddu minn ġol-punt “H” tas-sits ta’ quddiem, erja tal-wiċċ ta’ mhux anqas minn 6 ċm2 li titkejjel f’sezzjoni trasversali normali mad-direzzjoni orizzontali lonġitudinali sa distanza ta’ 6,5 mm mill-parti li l-aktar toħroġ ’il barra, u r-radius tal-kurvatura ma jkunx anqas minn 3,2 mm (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.3.2.3) |
5.3.3. Ir-rekwiżiti f’paragrafu 5.3.2.3 ma għandhomx japplikaw għal kontroll ta’ ħendbrejk immuntat fuq il-qiegħa; għal dawn il-kontrolli, jekk l-għoli ta’ xi parti meta dan ikun imniżżel hija ’l fuq minn pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt “H” tas-sits ta’ quddiem (ara Anness V ta’ dan ir-Regolament) il-kontroll għandu jkollu erja ta’ sezzjoni trasversali ta’ mill-anqas 6,5 ċm2 imkejla fi pjan orizzontali ta’ mhux aktar minn 6,5 mm mill-parti li toħrog ’l barra l-aktar imbiegħda (imkejla f’direzzjoni vertikali). Ir-radius tal-kurvatura ma għandux ikun anqas minn 3,2 mm.
5.3.4. L-elementi l-oħra tat-tagħmir tal-vettura li ma humiex koperti bil-paragrafu ta’ hawn fuq, bħall-binarji li fuqhom jista’ jiċċaqlaq is-sit, strumenti biex jirregolaw il-parti orizzontali jew vertikali tas-sit, strumenti għal tkebbib ta’ ċinturini ta’ sigurtà, eċċ. Mhumiex suġġetti għall-ebda regolamentazzjoni jekk dawn jinsabu taħt il-linja orizzontali li tgħaddi mill-punt “H” ta’ kull sit, anki jekk l-okkupant x’aktarx se jiġi f’kuntatt ma’ dawn l-oġġetti. (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.3.4.)
5.3.4.1. Komponenti mmuntati fuq is-saqaf imma li mhumiex parti mill-istruttura tas-saqaf, bħal manki ma’ fejn tkun tista’ taqbad, lampi u lqugħ mix-xemx, eċċ għandu jkollhom radius ta’ kurvatura mhux anqas minn 3,2 mm. Barra minn hekk, il-wisa’ tal-partijiet li joħorġu ’l barra ma għandhiex tkun anqas mill-ammont tal-projezzjoni tagħhom li qegħda ’l isfel; inkella, dawn il-partijiet li joħorġu ’l barra għandhom jgħaddu mit-test tat-telf ta’ enerġija skond ir-rekwiżiti ta’ Anness IV. (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.3.4.1.)
5.3.5. Jekk l-oġġetti kkunsidrati hawn fuq jinkludu komponent magħmul minn materjal b’ebusija ta’ anqas minn 50 shore A, immuntat fuq sostenn riġidu, ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għandhom japplikaw biss għas-sostenn riġidu jew jista’ jintwera permezz ta’ testijiet biżżejjed skond il-proċedura deskritta f’Anness IV li l-materjal artab b’ebusija ta’ anqas minn 50 shore A mhux se jinqata’ biex imiss is-sostenn matul it-test ta’ impatt speċifikat. F’dak il-każ ir-rekwiżiti tar-radius ma għandhomx japplikaw.
5.3.6. Barra minn hekk, twieqi motorizzati u sistemi ta’ taqsim u l-kontrolli tagħhom għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.8 ta’ hawn taħt.
5.4. Saqaf (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.4.)
5.4.1. Ambitu
5.4.1.1. Ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.4.2 ta’ hawn taħt għandhom japplikaw għall-wiċċ ta’ ġewwa tas-saqaf.
5.4.1.2. Madankollu huma ma għandhomx japplikaw għal dawk il-partijiet tas-saqaf li ma jistgħux jintmissu minn sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm.
5.4.2. Rekwiżiti
5.4.2.1. Dik il-parti tal-wiċċ ta’ ġewwa tas-saqaf li qiegħda ’l fuq jew ’l quddiem mill-okkupanti ma għandhiex tippreżenta ħruxija perikoluża jew truf li jaqtgħu, diretti lura jew ’l isfel. Il-wisa’ tal-partijiet li joħorġu ’l barra ma għandhiex tkun anqas mill-ammont tal-projezzjoni tagħħom ’l isfel u t-trufijiet għandu jkollhom radius ta’ kurvatura ta’ mhux anqas minn 5 mm. B’mod partikolari, il-vireg jew il-qafas riġidi/u tas-saqaf, bl-eċċezzjoni tal-header rail ta’ l-uċuħ miksija bil-ħġieġ u l-qafas tal-bibien, ma għandhomx joħorġu ’l barra u ’l isfel aktar minn 19-il mm.(ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.4.2.1.)
5.4.2.2. Jekk il-vireg jew il-qafas tas-saqaf ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.4.2.1, huma għandhom jgħaddu mit-test tat-telf ta’ enerġija skond ir-rekwiżiti ta’ Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
5.4.2.3. Il-fili tal-metall li jġebbdu l-kisi tas-saqaf u l-qafas ta’ l-ilqugħ mix-xemx għandu jkollhom dijametru massimu ta’ 5 mm jew ikunu kapaċi li jassorbu l-enerġija, kif stabbilit f’Anness IV għal dan ir-Regolament. Elementi mhux riġidi ta’ twaħħil tal-qafas ta’ l-ilqugħ mix-xemx għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.3.4.1. ta’ hawn fuq.
5.5. Vetturi b’saqaf li jinfetaħ (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.5.)
5.5.1. Rekwiżiti
5.5.1.1. Ir-rekwiżiti li ġejjin u dawk ta’ paragrafu 5.4 ta’ hawn fuq għandhom japplikaw għal vetturi b’saqaf li jinfetaħ meta s-saqaf huwa fil-pożizzjoni ta’ għeluq.
5.5.1.2. Barra minn hekk, l-istrumenti ta’ ftuħ u tħaddim għandhom: (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafi 5.5.1.2., 5.5.1.2.1., u 5.5.1.2.2.):
5.5.1.2.1. |
jiġu ddisinjati u mibnija b’mod li, sa fejn huwa possibbli, jeskludu tħaddim aċċidentali jew mhux f’ħinu (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafi 5.5.1.2., 5.5.1.2.1., u 5.5.1.2.2.): |
5.5.1.2.2. |
il-wiċċ tagħhom għandhu jispiċċa bi trufijiet ittundjati, ir-radii tal-kurvatura jkunu ta’ mhux anqas minn 5 mm (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.5.1.2., 5.5.1.2.1., u 5.5.1.2.2.): |
5.5.1.2.3. |
jiġu rranġati, meta f’pożizzjoni ta’ waqfien, f’erjas li ma jistgħux jintmissu minn sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm. Jekk din il-kundizzjoni ma tistax tiġi sodisfatta, l-istrumenti ta’ ftuħ u tħaddim, għandhom, fil-pożizzjoni ta’ waqfien, jew jibqgħu lura jew ikunu ddisinjati u mibnija b’mod li, taħt l-effett ta’ forza ta’ 37,8 daN applikata fid-direzzjoni ta’ l-impatt imfisser f’Anness IV ta’ dan ir-Regolament bħala t-tanġent għal sonda tal-forma tar-ras, jew il-projezzjoni kif deskritta f’Anness VI ta’ dan ir-Regolament għandha titnaqqas ghal mhux aktar minn 25 mm ’l hemm mill-wiċċ li fuqu l-istrumenti huma mmuntati jew l-istrumenti għandhom jinqalgħu; fl-aħħar każ ma għandhomx jibqgħu projezzjonijiet perikolużi. (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.5.1.2.3.). |
5.5.2. Barra minn hekk, sistemi ta’ pannelli tas-saqaf motorizzati u l-kontrolli tagħhom għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.8. ta’ hawn taħt.
5.6. Vetturi b’saqaf li jista’ jitneħħa (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.6.)
5.6.1. Fil-każ ta’ vetturi b’saqaf li jista’ jitneħħa, il-parti ta’ taħt ta’ fuq tar-roll-bar u l-parti ta’ fuq tal-qafas tal-windskrin biss fil-pożizzjonijiet kollha normali ta’ użu għandhom jaqblu mar-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.4. Is-sistema tal-vireg li jintwew jew irbit użati sabiex isostnu saqaf mhux riġidu ma għandhomx, meta jitqiegħdu fuq u quddiem l-okkupanti, juru ħruxija perikoluża jew truf li jaqtgħu, iħarsu ’l isfel jew lura. (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.6.1.)
5.7. Il-partijiet ta’ wara tas-sits imwaħħla mal-vettura
5.7.1. Rekwiżiti
5.7.1.1. Il-wiċċ tal-partijiet ta’ wara tas-sit ma għandhom juru l-ebda ħruxija perikoluża u truf li jaqtgħu li aktarx iżidu r-riskju jew severità ta’ korriment lill-okkupanti. (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni, paragrafu 5.7.1.1.).
5.7.1.2. Minbarra kif provdut f’paragrafi 5.7.1.2.1, 5.7.1.2.2, u 5.7.1.2.3 ta’ hawn taħt, dik il-parti tad-dahar tas-sit ta’ quddiem li hija fiż-żona ta’ impatt tar-ras, deskritta f’Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun b’mod li tintilef l-enerġija, kif stabbilit f’Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Sabiex tiġi determinata ż-żona ta’ impatt tar-ras is-sits ta’ quddiem għandhom, jekk huma aġġustabbli, ikunu fl-aktar pożizzjoni lura ta’ sewqan bid-dhura tagħhom maqlubin ċirka 25 ° sakemm il-manifattur ma jindikax mod ieħor. (ara Anness X, noti spjegazzjoni, paragrafu 5.7.1.2.).
5.7.1.2.1. |
Fil-każ ta’ sits ta’ quddiem separati, iż-żona ta’ impatt tar-ras tal-passiġġieri ta’ wara għandha testendi għal 10 ċm fuq kull naħa tal-linja taċ-ċentru tas-sit, fil-parti ta’ fuq ta’ wara tad-dahar tas-sit.
|
5.7.1.2.2. |
Fil-każ ta’ sits tal-bank ta’ quddiem, iż-żona ta’ impatt għandha testendi bejn il-pjanijiet lonġitudinali vertikali 10 ċm ’il barra mil-linja ċentrali ta’ kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda fuq barra. Il-linja ċentrali ta’ kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda fuq barra tas-sit tal-bank għandha tkun speċifikata mill-manifattur. |
5.7.1.2.3. |
Fiż-żona ta’ impatt tar-ras ’il barra mil-limiti stabbiliti f’paragrafi 5.7.1.2.1 sa 5.7.1.2.2, inklużi, l-istruttura tal-qafas tas-sit għandha tkun ikkuttunata sabiex jiġi evitat kuntatt tar-ras magħha: u, dawn iż-żoni, għandu jkollhom radius ta’ kurvatura ta’ mill-inqas 5 mm. Dawn il-partijiet jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ telf ta’ enerġija speċifikati f’Anness IV ta’ dan ir-Regolament. (ara Anness X, noti spjegazzjoni, paragrafu 5.7.1.2.3.). |
5.7.2. Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw għas-sits ta’ wara nett, għal sits iħarsu lejn il-ġenb jew lura, għal sits dahar ma’ dahar jew għal sits li jintnew (tip-up). Jekk iż-żoni ta’ impatt tas-sits, sistemi tat-trażżin tar-ras u s-sistemi ta’ sostenn tagħhom jinkludu partijiet miksija b’materjal aktar artab minn ebusija ta’ 50 shore A, ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati ma’ telf ta’ enerġija deskritti f’Anness IV ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw biss għall-partijiet riġidi.
5.7.3. Ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5. 7. għandhom jiġu kkunsidrati li ġew sodisfatti fil-każ ta’ partijiet ta’ wara ta’ sits li huma parti minn ta’ vettura approvata skond ir-Regolament Nru 17 (03 serje ta’ emendi jew aktar tard).
5.8. It-tħaddim motorizzat tat-twieqi, pannelli tas-saqaf u sistemi ta’ taqsim
5.8.1. Ir-rekwiżiti ta’ hawn taħt japplikaw għat-tħaddim motorizzat ta’ twieqi/sistemi ta’ pannelli tas-saqaf/sistemi ta’ taqsim sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta’ korrimenti kkawżati minn tħaddim aċċidentali jew mhux korrett.
5.8.2. Rekwiżiti ta’ tħaddim normali
Minbarra kif ipprovdut f’paragrafu 5.8.3., twieqi bi tħaddim motorizzat/sistemi ta’ pannelli tas-saqaf/sistemi ta’ taqsim jistgħu jingħalqu f’waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
5.8.2.1. |
fejn iċ-ċavetta li tistartja magna tal-karozza hija mdaħħla fil-kontroll ta’ startjar f’kull pożizzjoni ta’ użu jew f’kundizzjoni ekwivalenti f’każ ta’ strument mhux mekkaniku; |
5.8.2.2. |
fejn iċ-ċavetta ta’ l-elettriku kienet intużat sabiex tattiva l-forniment ta’ l-elettriku lit-twieqi motorizzati, taqsim u sistemi ta’ pannelli tas-saqaf; |
5.8.2.3. |
b’qawwa muskolari li mhix megħjuna mill-forniment ta’ l-elettriku tal-vettura; |
5.8.2.4. |
meta jkun hemm attivazzjoni kontinwa ta’ sistema ta’ għeluq li tinsab fuq in-naħa ta’ barra tal-vettura; |
5.8.2.5. |
matul l-intervall ta’ żmien bejn il-mument li s-sistema ta’ startjar intfiet u ċ-ċavetta li tistartja l-karozza tneħħiet, jew seħħet kundizzjoni ekwivalenti f’każ ta’ strument mhux mekkaniku, u fil-mument li l-ebda waħda miż-żewġ bibien ta’ quddiem tinfetaħ biżejjed biex jippermetti l-ħruġ ta’ l-okkupanti; |
5.8.2.6. |
meta l-moviment ta’ għeluq ta’ tieqa motorizzata, pannell tas-saqaf jew sistema ta’ taqsim jibda fi ftuħ ta’ mhux iktar minn 4 mm; |
5.8.2.7. |
fejn tieqa motorizzata ta’ bieba ta’ vettura mingħajr qafas ta’ fuq tal-bieba tingħalaq awtomatikament kull meta l-bieba rilevanti hija magħluqa. F’dan il-każ il-ftuħ massimu, kif definit f’paragrafu 2.15, qabel ma tingħalaq it-tieqa, ma għandux jaqbeż it-12-il mm. |
5.8.2.8. |
Għeluq mill-bogħod għandu jkun permess permezz ta’ attivazzjoni kontinwa ta’ strument ta’ azzjonament mill-bogħod, sakemm waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin hija sodisfatta:
|
5.8.2.9. |
Għeluq one-touch għandu jiġi permess biss għat-tieqa motorizzata tal-bieba tax-xufier u tal-pannell tas-saqaf, u biss fil-waqt meta ċ-ċavetta ta’ startjar tal-karozza hija fil-pożizzjoni ta’ tħaddim tal-magna. Huwa permess ukoll meta l-magna ntfiet u ċ-ċavetta li tistartja l-karozza/ċavetta ta’ l-elettriku tneħħiet, jew seħħet kundizzjoni ekwivalenti f’każ ta’ strument mhux mekkaniku, sakemm l-ebda waħda miż-żewġ bibien ta’ quddiem tinfetaħ biżejjed biex tippermetti l-ħruġ ta’ okkupanti. |
5.8.3. Rekwiżiti ta’ treġġigħ awtomatiku
5.8.3.1. L-ebda waħda mir-rekwiżi ta’ paragrafu 5.8.2. ma tapplika, jekk tieqa motorizzata/sistema ta’ pannelli tas-saqaf/sistema ta’ taqsim hija mgħammra bi strument ta’ treġġigħ awtomatiku.
5.8.3.1.1. Dan l-istrument għandu jreġġa’ t-tieqa/pannell tas-saqaf/taqsima qabel ma toqros b’saħħa ta’ iktar minn 100 N fil-fetħa ta’ 200 mm sa 4 mm fuq it-tarf ta’ fuq ta’ tieqa motorizzata/taqsima jew quddiem it-tarf ta’ quddiem ta’ pannell tas-saqaf li jiżżerżaq u fit-tarf miġbud ta’ pannell tas-saqaf li jintena.
5.8.3.1.2. Wara treġġigħ awtomatiku bħal dak, it-tieqa jew pannell tas-saqaf jew taqsima għandha/u t/jinfetaħ f’waħda mill-pożizzjonijiet li ġejjin:
5.8.3.1.2.1. |
pożizzjoni li tippermetti virga ċilindrika semi-riġida b’dijametru ta’ 200 mm li għandu jitqiegħed minn ġol-fetħa fl-istess punt (i) ta’ kuntatt użati sabiex tiġi determinata l-imġiba ta’ treġġigħ f’paragrafu 5.8.3.1.1.; |
5.8.3.1.2.2. |
pożizzjoni li tirrapreżenti mill-inqas il-pożizzjoni tal-bidu qabel ma beda l-għeluq; |
5.8.3.1.2.3. |
pożizzjoni ta’ mill-inqas 50 mm iktar miftuħa mill-pożizzjoni fil-waqt li nbeda t-treġġigħ; |
5.8.3.1.2.4. |
fil-każ ta’ moviment ta’ tmejjil ta’ pannell tas-saqaf, l-akbar fetħa angulari. |
5.8.3.1.3. Sabiex tiċċekkja twieqi motorizzati/sistemi ta’ pannelli tas-saqaf/sistemi ta’ taqsim bi strumenti ta’ treġġigħ skond paragrafu 5.8.3.1.1., strument ta’ kejl/virga ta’ test għandu/ha j/titqiegħed minn ġol-fetħa minn naħa ta’ ġewwa san-naħa ta’ barra tal-vettura jew, fil-każ ta’ sistema ta’ taqsim, mill-parti ta’ wara tal-kumpartiment tal-passiġġieri b’mod li l-wiċċ ċilindriku tal-virga jmiss xi parti ta’ l-istruttura tal-vettura li tifforma l-bordura tal-fetħa tat-tieqa/taqsima tal-pannell tas-saqaf. Il-proporzjon tal-qawwa ta’ liwja ta’ l-istrument ta’ kejl għandha tkun 10 ± 0,5 N/mm. Il-pożizzjonijiet ta’ virga tat-test (normalment pependikulari mat-tarf tat-tieqa/panel tas-saqaf/taqsima u perpendikulari mad-direzzjoni ta’ għeluq) huma spjegati f’Figura 1 ta’ Anness ta’ dan ir-Regolament. Il-pożizzjoni tal-virga ta’ test relatata mat-tarf u d-direzzjoni ta’ għeluq għandha tinżamm matul it-test.
5.8.4. Pożizzjoni u tħaddim ta’ swiċċ
5.8.4.1. Swiċċijiet ta’ twieqi motorizzati/pannelli tas-saqaf/taqsimiet għandhom jitqiegħdu u mħaddma b’mod li jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ għeluq bi żball. Is-swiċċijiet jirrikjedu attivazzjoni kontinwa għall-għeluq minbarra fil-każ ta’ paragrafi 5.8.2.7., 5.8.2.9. jew 5.8.3.
5.8.4.2. Is-swiċċijiet kollha tat-twieqi ta’ wara, pannelli tas-saqaf u partizzjonijiet maħsuba għal użu mill-okkupanti fin-naħa ta’ wara tal-vettura għandhom ikunu jistgħu jintfew permezz ta’ swiċċ ikkontrollat mix-xufier li jkun imqiegħed ’il quddiem minn pjan vertikali trasversali li jgħaddi minn ġol-punti R tas-sits ta’ quddiem. L-iswiċċ kontrollat mix-xufier mhux meħtieġ jekk tieqa ta’ wara, pannell tas-saqaf u taqsima hija/huwa mgħammar/ra bi strument ta’ treġġigħ awtomatiku. Jekk, madankollu, hemm swiċċ ikkontrollat mix-xufier, ma għandux ikun kapaċi jwaqqaf b’mod awtomatiku l-istrument ta’ treġġigħ awtomatiku jew jimpedixxi s-sistema ta’ taqsim milli titniżżel.
Is-swiċċ ikkontrollat mix-xufier għandu jitqiegħed b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun il-possibbiltà li jintmiss bi żball. Għandu jiġi identifikat permezz tas-simbolu muri f’Figura 2 ta’ Anness IX ta’ dan ir-Regolament jew simbolu ekwivalenti, per eżempju skond ISO 2575:1998 riprodott f’figura 3 ta’ Anness IX ta’ dan ir-Regolament.
5.8.5. Strumenti ta’ protezzjoni
L-istrumenti kollha ta’ protezzjoni li huma wżati biex jimpedixxu li ssir ħsara lis-sors ta’ elettriku f’każ ta’ tagħbija żejda jew waqfien għandhom jirrisettjaw lilhom innifishom wara t-tagħbija żejda jew il-waqfien awtomatiku. Wara li jiġu rrisettjati l-istrumenti ta’ protezzjoni, il-moviment fid-direzzjoni ta’ għeluq ma għandux ikompli mingħajr ma jkun hemm azzjoni apposta fuq l-istrument ta’ kontroll.
5.8.6. Struzzjonijiet tal-manwal
5.8.6.1. Il-manwal tas-sid tal-vettura għandu jinkludi struzzjonijiet ċari relatati mat-tieqa motorizzata/pannell tas-saqaf/taqsima, li jinkludu:
5.8.6.1.1. |
spjegazzjoni ta’ konsegwenzi possibbli (qbid), |
5.8.6.1.2. |
użu ta’ l-iswiċċ kontrollat mix-xufier, |
5.8.6.1.3. |
messaġġ “WARNING” li jindika l-periklu, partikolarment lil tfal f’każ ta’ użu/attivazzjoni mhux korrett/a tas-sistemi ta’ twieqi motorizzati/sistemi ta’ pannelli tas-saqaf/taqsim Din l-informazzjoni għandha tindika d-dmirijiet tax-xufier, u tinkludi struzzjonijiet għal okkupanti oħra u r-rakkomandazzjoni li titlaq mill-vettura biss jekk iċ-ċavetta ta’ startjar ta’ l-elettriku tkun ġiet imneħħija, jew kundizzjoni ekwivalenti seħħet f’każ ta’ strument mhux mekkaniku, |
5.8.6.1.4. |
messaġġ “WARNING” li jindika li għandha tingħata attenzjoni speċjali meta tuża sistemi ta’ għeluq mill-bogħod (ara paragrafu 5.8.2.8), per eżempju biex tattivaha biss meta l-operatur ikollu veduta ċara tal-vettura sabiex ikun ċert li ħadd ma jista’ jinqabad minn tagħmir ta’ twieqi motorizzati/pannell tas-saqaf/taqsim. |
5.8.7. Jekk tieqa motorizzata, fetħa tas-saqaf u/ jew sistema ta’ taqsim hija stallata f’vettura li ma tistax tiġi ttestjata skond il-proċeduri tat-test imsemmija hawn fuq l-approvazzjoni tista’ tingħata jekk il-manifattur jista’ juri effett ta’ protezzjoni ugwali jew aħjar għall-okkupanti.
5.9. Tagħmir ieħor mhux speċifikat
5.9.1. Ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5, għandhom japplikaw għal dak it-tagħmir mhux imsemmi fil-paragrafi preċedenti li, fis-sens tar-rekwiżiti varji f’paragrafi 5.1. sa 5.7. u skond il-pożizzjoni tagħhom fil-vettura, jistgħu jintmissu mill-okkupanti. Jekk dawn il-partijiet huma magħmula minn materjal b’ebusija ta’ anqas minn 50 shore A, immuntati fuq sostenn riġidu, ir-rekwiżiti in kwistjoni għandhom japplikaw biss għas-sostenn riġidu, jew jista’ jintwera permezz ta’ testijiet suffiċjenti skond il-proċedura deskritta f’Anness IV li l-materjal artab b’ebusija ta’ anqas minn 50 shore A ma jinqatgħax matul it-test ta’ impatt speċifiku. F’dak il-każ, ir-radius rikjest għandu japplika għall-wiċċ l-artab biss.
5.9.2. Għal partijiet bħal panil ta’ kontroll elettroniku ċentrali, per eżempju, jew komponenti oħra tal-vettura li jappartjenu għal 5.9.1., mhux neċessarju li twettaq test ta’ telf ta’ enerġija skond Anness IV fuq kull komponent li jista’ jintlaqat mill-istrument u proċedura speċifikata f’Anness I jekk:
|
fl-opinjoni tas-Servizz Tekniku r-ras ta’ l-okkupant aktarx ma tmissx mal-komponent mibħabba s-sistema(i) ta’ trażżin stallata fil-vettura, jew, |
|
minħabba li l-manifattur jista’ jipprova n-nuqqas ta’ kuntatt bħal dak billi juża, per eżempju, il-metodu deskritt f’Anness VIII, jew metodu ekwivalenti. |
6. MODIFIKAZZJONIJIET U ESTENSJONI TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA
6.1. Kull modifikazzjoni tat-tip ta’ vettura għandha tkun mgħarrfa lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura. Id-dipartiment jista’ imbagħad jew:
6.1.1. |
jikkunsidra li mhuwiex probabbli li l-modifikazzjonijiet li saru jista’ jkollhom effett ħazin apprezzabbli, u li f’kull każ il-vettura għadha konformi mar-rekwiżiti; jew |
6.1.2. |
jirrikjedi rapport tat-test ulterjuri mis-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijet. |
6.2. Konferma jew ċaħda ta’ approvazzjoni, li tispeċifika l-bidliet, għandha tiġi mgħarrfa permezz tal-proċedura speċifikata f’paragrafu 4.3. t’hawn fuq lill-Partijiet ta’ dan il-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
6.3. L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ l-approvazjoni għandha tagħti numru ta’ serje lil dik l-estensjoni u tinforma lill-Partijiet tal-Ftehim ta’ l-1958 l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell f’Anness II għal dan ir-Regolament.
7. KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI
7.1. Kull vettura li turi marka ta’ approvazzjoni kif stabbilit taħt dan ir-Regolament għandha tkun konformi mat-tip approvat ta’ vettura.
7.2. Sabiex tkun ikkontrollata l-konformità stabbilita f’paragrafu 7.1. ta’ hawn fuq, vettura li turi l-marka ta’ approvazzjoni rikjesta minn dan ir-Regolament għandha tittieħed mis-serje.
7.3. Produzzjoni tintqies bħala konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jekk ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5 ta’ hawn jiġu sodisfatti.
8. PIENI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI
8.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament, tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbilti f’paragrafu 7.1. ta’ hawn fuq ma jiġux sodisfatti, jew jekk il-vettura ma tgħaddix mill-kontrolli stabbiliti f’paragrafu 7. ta’ hawn fuq.
8.2. Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hi għandha tavża lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell f’Anness II ta’ dan ir-Regolament.
9. PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTAVAMENT
Jekk id-detentur ta’ l-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament, hu għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. X’ħin tirċievi l-komunikazzjoni relevanti dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħrajn tal-Ftehim li jappikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell f’Anness II għal dan ir-Regolament.
10. ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TMEXXIJA TA’ TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI, U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jgħarrfu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-tmexxija ta’ testijiet ta’ approvazzjoni u ta’ dipartiment amministrattivi li jagħtu approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formuli, li jinħarġu f’pajjiżi oħra, li jiċċertifikaw approvazzjoni jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni.
(1) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugożlavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja u 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bożnja u Ħerżegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35-36 (vojta), 37 għat-Turkija, 38-39 (vojta), 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (Approvazzjonijiet jingħataw lill-Istati Membri bl-użu tas-simbolu ECE rispettiv), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja u 46 għall-Ukraina. Numri sussegwenti għandhom assenjati lill-pajjiżi l-oħra fl-ordni kronoloġiku li fih jirratifikaw jew jaċċedu għal Ftehim Dwar l-Addozjoni ta’ Regoli Tekniċi Uniformi Għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Użati ma’ Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għal Gharfien Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn ir-Regoli, u n-numri hekk assenjati għandhom jiġu mgħarrfa mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti ta’ dan il-Ftehim.
ANNESS I
Determinazzjoni taż-żona ta’ impatt tar-ras
1. |
Iż-żona ta’ impatt tar-ras tinkludi l-uċuħ mhux miksija bil-ħġieġ tan-naħa ta’ ġew tal-vettura li kapaċi tagħmel kuntatt statiku ma’ ras sferika b’dijametru ta’ 165 mm li tkun parti integrali minn apparat ta’ kejl li d-daqs tiegħu bejn il-punt tal-pern tal-ġenb sal-parti ta’fuq tar-ras tista’ tiġi aġġustata kontinwament bejn 736 mm u 840 mm. |
2. |
Iż-żona msemmija għandha tiġi determinata bil-proċedura li ġejja jew l-ekwivalenti grafika tagħha:
|
3. |
“Punt ta’ kuntatt” huwa punt li fih ir-ras ta’ l-apparat tmiss parti min-naħa ta’ ġewwa tal-vettura. L-akbar moviment ’l isfel għandu jkun moviment ’l isfel għal pożizzjoni fejn ir-ras hija tanġenzjali għal pjan orizzontali li jinsab 25.4 mm ’il fuq mill-punt “H”. |
ANNESS III
ARRANĠAMENTI TA’ MARKI TA’ APPROVAZZJONI
MUDELL A
(Ara paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernata, fir-rigward tat-tagħmir intern tagħha, ġiet approvata fl-Olanda (E4) taħt in-numru 012349. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 21 kif emendat permezz ta’ 01 serje ta’ emendi.
MUDELL B
(Ara paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernata kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolamenti Nri. 21 u 33 (1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri ta’ approvazzjoni jindikaw li, fid-data li ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, Regolament Nru 21 inkluż fis-serjiet 01 ta’ emendi u Regolament Nru 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.
(1) It-tieni numru huwa mogħti biss bħala eżempju
ANNESS IV
Proċedura għall-ittestjar ta’ materjali li jitilfu l-enerġija
1. PREPARAZZJONI; APPARAT TA’ TEST; PROĊEDURA
1.1. Preparazzjoni
1.1.1. |
Il-komponent magħmul minn materjali li jitilfu l-enerġija għandu jkun immuntat u ttestjat fuq l-element ta’ sostenn strutturali li fuqu jkun se jiġi stallat fil-vettura. Preferibbilment it-test għandu jsir, fejn hu possibbli, direttament fuq il-bòdi. L-element strutturali, jew il-bòdi, għandu jitwaħħal b’mod sod mal-bank tat-test sabiex ma jiċċaqlaqx jekk jintlaqat. |
1.1.2. |
Madankollu, jekk ikun hemm talba tal-manifattur f’dan is-sens, l-oġġett jista’ jiġi mmuntat fuq tagħmir qisu stallazzjoni, bil-kundizzjoni li l-immuntar li jinkludi l-komponent u t-tagħmir ikollu l-istess arranġament ġeometriku bħal, u grad ta’ riġidità mhux anqas u ħila ta’ telf ta’ enerġija mhux akbar minn dawk ta’ l-immuntar propja li jinkludi l-komponent u l-element ta’ sostenn strutturali. |
1.2. Apparat tat-test
1.2.1. |
Fiċ-ċentru tiegħu ta’ perkussjoni (1) huwa 6.8 kg. It-tarf ta’ isfel tal-pendlu jikkonsisti f’forma tar-ras riġida b’dijametru ta’ 165 mm li ċ-ċentru tagħha huwa identiku bħaċ-ċentru ta’ perkussjoni tal-pendlu. |
1.2.2. |
Il-forma tar-ras għandha tkun mgħammra b’żewġ aċċelerometri u apparat ta’ veloċità li jibdel sinjal li mhux elettriku f’sinjal elettriku, li jkunu kollha kapaċi li jkejlu valuri fid-direzzjoni ta’ l-impatt. |
1.3. Strumenti ta’ reġistrazzjoni
L-istrumenti ta’ reġistrazzjoni użati għandhom ikunu b’mod li l-kejl jista’ jsir b’dawn il-gradi ta’ eżattezza li ġejjin:
1.3.1. |
Aċċelerazzjoni:
|
1.3.2. |
Veloċità:
|
1.3.3. |
Reġistrazzjoni ta’ ħin:
|
1.4. Proċedura tat-test (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni għal paragrafu 1.4. ta’ Anness IV)
1.4.1. |
F’kull punt ta’ impatt fuq il-wiċċ li jkun se jiġi ttestjat, id-direzzjoni ta’ impatt hija t-tanġent għat-trajettorja tal-forma tar-ras ta’ l-apparat ta’ kejl deskritt f’Anness I.
|
1.4.2. |
Fejn l-angolu bejn id-direzzjoni ta’ impatt u l-perpendikolari għall-wiċċ fil-punt ta’ impatt huwa ta’ 5 ° jew anqas, it-test għandu jsir b’mod li t-tanġent għat-trajettorja taċ-ċentru ta’ perkussjoni tal-pendlu jaqbel mad-direzzjoni ta’ impatt. Il-forma tar-ras għandha tolqot il-komponent tat-test b’veloċità ta’ 24.1 km/siegħa jew, f’każ ta’ komponenti li tgħatti airbag imniżżla, b’veloċità ta’ 19.3 km/siegħa; din il-veloċità għandha tintlaħaq jew bl-enerġija ta’ propulsjoni biss jew billi tuża strument ieħor li jimbotta ’l quddiem. |
1.4.3. |
Fejn l-angolu bejn id-direzzjoni ta’ impatt u l-perpendikolari għall-wiċċ fil-punt ta’ impatt huwa ta’ iktar minn 5 °, it-test għandu jsir b’mod li t-tanġent għat-trajettorja taċ-ċentru ta’ perkussjoni tal-pendlu jaqbel mal-perpendikolari għall-punt ta’ impatt. Il-veloċità tat-test għandha mbagħad titnaqqas għall-valur tal-komponent normali tal-veloċità stabbilit f’paragrafu 1.4.2. |
2. RIŻULTATI
2.1. F’testijiet li jsiru skond il-proċeduri ta’ hawn fuq, it-tnaqqis tal-veloċità tal-forma tar-ras ma għandux jaqbeż 80 g kontinwament għal aktar minn 3 millisekondi. Ir-rata ta’ tnaqqis tal-veloċità li titkejjel għandha tkun il-medja tal-qari taċ-ċifri taż-żewġ miters tat-tnaqqis tal-veloċità.
3. PROĊEDURI EKWIVALENTI
3.1. Proċeduri ekwivalenti ta’ test għandhom jiġu permessi, bil-kundizzjoni li r-riżultati rikjesti f’paragrafu 2 ta’ hawn fuq jistgħu jinkisbu.
3.2. Ir-responsabilità sabiex tintwera l-ekwivalenza ta’ metodu differenti minn dak deskritt f’paragrafu 1 hija tal-persuna li tuża dak il-metodu.
(1) Ir-relazzjoni tal-massa mnaqqsa “mr” tal-pendlu mal-massa totali “m” tal-pendlu f’distanza “a” bejn iċ-ċentru ta’ perkussjoni u l-assi ta’ rotazzjoni u f’distanza “1” bejn iċ-ċentru ta’ gravità u l-assi ta’ rotazzjoni tingħata mill-formula:Mr = (m.l)/a
ANNESS V
Proċedura sabiex tiddetermina l-punt “H” U L-Angolu attwali tat-torsi għal pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda f’vetturi bil-mutur.
1. AMBITU
Il-proċedura deskritta f’dan l-Anness hija wżata biex tistabbilixxi l-post tal-punt “H” u l-angolu ta’ torso attwali għal-pożizzjoni jew iktar ta’ bilqiegħda f’vettura bil-mutur u biex tivverifika r-relazzjoni bejn id-data mkejla u l-ispeċifikazzjonijiet ipprovduti mill-manifattur tal-vettura (1)
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament
2.1. |
“Data ta’ riferenza” tfisser waħda jew iktar minn dawn il-karatteristiċi ta’ pożizzjoni ta’ bilqiegħda li ġejjin:
|
2.2. |
“Magna tridimensjonali ta’ punt ‘H’” (magna 3-D H) tfisser l-istrument użat għad-determinazzjoni ta’ punti “H” u l-angli ta’ torso attwali. Dan l-istrument huwa deskritt f’Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness; |
2.3. |
“Punt ‘H’” tfisser il-pern ċentrali tat-torso u l-koxxa tal-magna 3-D H stallata fis-sit tal-vettura skond il-paragrafu 4 ta’ hawn taħt. Il-punt “H” jinsab fiċ-ċentru tal-linja tan-nofs ta’ l-istrument li hija bejn il-buttuni ta’ veduta ta’ punt “H” fuq kull naħa tal-magna 3-D H. Il-punt “H” jikkorrispondi teoretikament ma’ punt “R” (għal tolleranzi ara paragrafu 3.2.2. ta’ hawn taħt). Ġaladarba jiġi determinat skond il-proċedura deskritta f’paragrafu 4, il-punt “H” huwa kkunsidrat fiss fir-rigward ta’ l-istruttura tal-kuxin tas-sit u li jiċċaqlaq magħha meta s-sit jiġi aġġustat; |
2.4. |
“Punt ‘R’” jew “punt ta’ riferenza ta’ bilqiegħda” jfisser punt ta’ disinn definit mill-manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda u stabbilit fir-rigward tas-sistema ta’ riferenza tridimensjonali; |
2.5. |
“Linja tat-torso” tfisser il-linja tan-nofs tas-sonda tal-magna 3-D H bis-sonda kompletament tħares lura; |
2.6. |
“Angolu ta’ torso attwali” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali li tgħaddi minn punt “H” u l-linja tat-torso billi tuża kwadrant ta’ l-angolu ta’ wara fuq magna 3-D H. L-angolu attwali tat-torso jikkorispondi teoretikament ma’ l-angolu tad-disinn tat-torso (għal tolleranzi ara paragrafu 3.2.2. ta’ hawn taħt); |
2.7. |
“Angolu tad-disinn tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali li tgħaddi minn punt “R” u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorispondi mal-pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sit stabbilita mill-manifattur tal-vettura; |
2.8. |
“Pjan ċentrali ta’ l-okkupant” (C/LO) tfisser il-pjan medjan tal-magna 3-D H imqiegħed f’kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda stabbilita; hu rappreżentat bil-koordinat tal-punt “H” fuq l-assi “Y”. Għal sits individwali, il-pjan ċentrali tas-sit jaqbel mal-pjan ċentrali ta’ l-okkupant. Għal sits oħra, il-pjan ċentrali ta’ l-okkupant huwa indikat mill-manifattur; |
2.9. |
“Sistema ta’ riferenza tridimensjonali” tfisser sistema kif deskritta f’Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness; |
2.10. |
“Marki fiduċjali” huma punti fiżiċi (toqob, uċuħ, marki jew għafsiet) fuq il-bòdi tal-vettura kif definiti mill-manifattur; |
2.11. |
“Attitudni ta’ kejl ta’ vettura” tfisser il-pożizzjoni tal-vettura kif definita bil-koordinati tal-marki fiduċjali fis-sistema ta’ riferenza tridimensjonali. |
3. REKWIŻITI
3.1. Preżentazzjoni tad-data
Għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda fejn data ta’ riferenza hija meħtieġa sabiex turi li ġew sodisfatti l-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, id-data kollha jew għażla xierqa minnha għandha tiġi ppreżentata fil-formula indikata f’Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness:
3.1.1. |
il-koordinati tal-punt “R” relattivi għas-sistema ta’ riferenza tridimensjonali; |
3.1.2. |
l-angolu tat-torso tad-disinn; |
3.1.3. |
l-indikazzjonijiet neċessarji kollha sabiex jiġi aġġustat is-sit (jekk hu aġġustabbli) mal-pożizzjoni ta’ kejl imfissra fil-paragrafu 4.3. ta’ hawn taħt. |
3.2. Ir-relazzjoni bejn id-data mkejla u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn
3.2.1. |
Il-koordinati ta’ punt “H” u l-valur ta’ l-angolu tat-torso attwali miksub bil-proċedura mfissra f’paragrafu 4 ta’ hawn taħt għandhom jiġu mqabbla, rispettivament, mal-koordinati tal-punt “R” u l-valur ta’ l-angolu tad-disinn tat-torso indikat mill-manifattur tal-vettura. |
3.2.2. |
Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punti “R” u “H” u r-relazzjoni bejn l-angolu tad-disinn tat-torso u l-angolu attwali tat-torso għandhom jitqiesu sodisfaċenti għall-pożizzjoni ta’ bilqiegħda in kwistjoni jekk il-punt “H”, kif definit permezz tal-koordinati tiegħu, jinsab ġo kaxxa b’tul ta’ 50 mm u li d-djagonali tal-ġnub orizzontali u vertikali jiltaqgħu fil-punt “R”, u jekk l-angolu attwali tat-torso jinsab f’5 ° ta’ l-angolu tad-disinn tat-torso. |
3.2.3. |
Jekk dawn il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti, il-punt “R” u l-angolu tad-disinn tat-torso, għandhom jintużaw sabiex juru li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ġew sodisfatti. |
3.2.4. |
Jekk il-punt “H” jew l-angolu attwali tat-torso ma jossodisfawx ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 3.2.2. ta’ hawn fuq, il-punt “H” u l-angolu attwali tat-torso għandhom jiġu determinati għal darbtejn oħra (tliet darbiet b’kollox). Jekk ir-riżultati ta’ tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-kundizzjonijiet ta’ paragrafu 3.2.3. ta’ hawn fuq għandhom japplikaw. |
3.2.5. |
Jekk ir-riżultati ta’ mill-inqas tnejn mit-tliet operazzjonijiet deskritti f'paragrafu 3.2.4 ta’ hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 3.2.2. ta’ hawn fuq, jew jekk il-verifikazzjoni ma tistax isseħħ minħabba li l-manifattur tal-vettura ma pprovdiex informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-punt “R” jew dwar l-angolu tad-disinn tat-torso, iċ-ċentru tal-massa tat-tliet punti mkejla jew il-medja tat-tliet angli mkejla għandu/ha j/tiġi wżat/a u meqjus/a bħala applikabbli fil-każijiet kollha fejn f’dan ir-Regolament issir riferenza għal-punt “R” jew għall-angolu tad-disinn tat-torso. |
4. PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI ta’ PUNT “H” U L-ANGOLU TAT-TORSO ATTWALI (ara Anness X, noti ta’ spjegazzjoni ta’ paragrafu 4. ta’ Anness V)
4.1. |
Il-vettura għandha tiġi kkondizzjonata minn qabel fid-diskrezzjoni tal-manifattur, f’temperatura ta’ 20 ± 10 °C sabiex jiġi żgurat li l-materjal tas-sit ikun laħaq it-temperatura tal-kamra. Jekk is-sit li se jiġi ċċekkjat qatt ma jkun poġġa ħadd fuqu, persuna jew strument ta’ bejn 70 sa 80 kg għandu jpoġġi/jitpoġġa fuqu darbtejn għal minuta sabiex tilwi l-kuxin u d-dahar. Jekk il-manifattur jagħmel talba f’dan is-sens, l-assemblaġġi kollha tas-sits għandhom jibqgħu mingħajr tagħbija għal-perjodu ta’ mhux inqas minn 30 minuta qabel l-istallazzjoni tal-magna 3-D H. |
4.2. |
Il-vettura għandha tkun fl-attitudni ta’ kejl definita f’paragrafu 2.11. ta’ hawn fuq. |
4.3. |
Is-sit, jekk aġġustabbli, għandu jiġu aġġustat l-ewwel skond l-iktar pożizzjoni lura ta’ sewqan jew ta’ rkib normali, kif indikat mill-manifattur tal-vettura, billi tikkunsidra biss l-aġġustament lonġitudinali tas-sit, u tħalli barra vjaġġar bis-sit użat għal-skopijiet li ma jinkludux pożizzjonijiet ta’ sewqan jew irkib normali. Fejn jeżistu modi oħra ta’aġġustament tas-sit (vertikali, angulari, aġġustament tad-dahar tas-sit, eċċ.) dawn jiġu mbagħad aġġustati skond il-pożizzjoni ndikata mill-manifattur tal-vettura. Għal-sits bis-sospensjoni, il-pożizzjoni vertikali għandha tiġi ffissata b’mod riġidu ħalli tikkorrispondi mal-pożizzjoni ta’ sewqan normali kif indikata mill-manifattur. |
4.4. |
L-erja tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda li tintmiss mill-magna 3-D H għandha tiġi miksija b’musulina tal-qotton, ta’ daqs u nisġa xierqa, deskritt bħala drapp tal-qoton sempliċi li jkollu 18.9 ħajta kull ċm u jiżen 0.228 kg/m2 jew drapp innittjat jew mhux minsuġ b’karatteristiċi ekwivalenti. Jekk it-test isir fuq sit barra mill-vettura, il-qiegħa li fuqha jiġi mqiegħed is-sit għandu jkollha l-istess karatteristiċi (2) bħall-qiegħa tal-vettura li fiha huwa intenzjonat li jintuża s-sit. |
4.5. |
Qiegħed l-assemblaġġ tas-sit u d-dahar tal-magna 3-D H b’mod li l-pjan ċentrali ta’ l-okkupant (C/LO) jaqbel mal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H. Jekk il-manifattur jagħmel rikjesta f’dan is-sens, il-magna 3-D H tista’ tiċċaqlaq ’il ġewwa mis-C/LO jekk il-magna 3-D H tinsab tant ’il barra li t-tarf tas-sit ma jippermettix livellar tal-magna 3-D H. |
4.6. |
Għaqqad l-assemblaġġ tas-sieq u tal-parti ta’ isfel tar-riġel ma’ l-assemblaġġ tal-bażi tas-sit, individwalment jew billi tuża T-bar u assemblaġġ tal-parti ta’ isfel tar-riġel. Linja minn ġol-buttuni tal-veduta tal-punt “H” għandhom ikunu paralleli ma’ l-art u perpendikolari għal-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit. |
4.7. |
Aġġusta l-pożizzjonijiet tas-sieq u r-riġel tal-magna 3-D H kif ġej:
|
4.8. |
Applika l-piżijiet tas-sieq u l-koxxa u llivella l-magna 3-D H. |
4.9. |
Mejjel il-bażi tad-dahar ’il quddiem lejn l-istrument li jwaqqaf il-moviment ’il quddiem u iġbed il-magna 3-D H ’l hinn mid-dahar tas-sit permezz ta’ T-bar. Erġa’ qiegħed il-magna 3-D H fuq is-sit permezz ta’ wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin:
|
4.10. |
Applika piż ta’ 100 ± 10 N ma’ l-assemblaġġ tad-dahar u l-bażi ta’ magna 3-D H fejn jiltaqgħu l-kwadrant ta’ l-angolu tal-ġenba u l-kisi tat-T-bar. Id-direzzjoni ta’ l-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tinżamm matul linja li tgħaddi minn fejn l-intersezzjoni msemmija hawn fuq, kemm kemm ’il fuq mill-kisi tal-virga tal-koxxa (ara figura 2 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness). Imbagħad, b’attenzjoni, erġa’ qiegħed il-bażi tad-dahar mad-dahar tas-sit. Il-bqija tal-proċedura għandha ssir b’attenzjoni sabiex il-magna 3-D H ma tiżżerżaqx ’il quddiem. |
4.11. |
Stalla l-piżijiet tan-natki tal-lemin u tax-xellug u mbagħad, waħda waħda, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-livell tal-magna 3-D H. |
4.12. |
Mejjel il-bażi tad-dahar ’il quddiem sabiex tnaqqas it-tensjoni minn fuq id-dahar tas-sit. Bandal il-magna 3-D H minn naħa għall-oħra minn ġo ark ta’10 ° (5 ° fuq kull naħa tal-pjan ċentrali vertikali) għal tliet ċikli sħaħ sabiex titneħħa kull frizzjoni miġbura bejn il-magna 3-D H u s-sit. Matul l-azzjoni tat-tbandil, it-T-bar tal-magna 3-D H aktarx tvarja mill-allinjament orizzontali u vertikali speċifikat. It-T-bar għalhekk għandha tiġi mrażżna permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ tagħbija laterali xierqa matul il-movimenti ta’ tbandil. Għandha tingħata attenzjoni meta tkun qed tiġi miżmuma t-T-bar u mbandla l-magna 3-D H sabiex jiġi żgurat li l-ebda tagħbija esterna ma tiġi applikata bi żball f’direzzjoni vertikali, lura jew ’il quddiem. Is-saqajn tal-magna 3-D H ma għandhomx jitrażżnu f’dan l-istadju. Jekk is-saqajn ibiddlu l-pożizzjoni, għandhom jitħallew joqgħodu f’dik il-poża għal dak il-waqt. B’attenzjoni, erġa’ ħu l-bażi tad-dahar mad-dahar tas-sit u ċċekkja ż-żewġ invelli għall-pożizzjoni żero. Jekk ikun seħħ xi moviment tas-saqajn matul l-operazzjoni ta’ tbandil tal-magna 3-D H, għandhom jerġgħu jitqiegħdu kif ġej: Darba waħda u darba l-oħra, erfa’ kull sieq minn mal-qiegħa fl-ammont minimu neċessarju sakemm ma jinkiseb l-ebda moviment addizzjonali tas-saqajn. Matul dan l-irfigħ, is-saqajn għandhom ikunu ħielsa li jduru; u ebda tagħbijiet ’il quddiem jew laterali ma għandhom jiġu applikati. Meta kull sieq hija mqegħda f’pożizzjoni ’l isfel, l-għarqub għandu jkun imiss ma’ l-istruttura maħsuba għal dan. Iċċekkja l-invell laterali għall-pożizzjoni żero; jekk neċessarju, applika tagħbija laterali fuq il-wiċċ tal-bażi tad-dahar, suffiċjenti biex tillivella l-bażi tas-sit tal-magna 3-D H fuq is-sit. |
4.13. |
Waqt li żżomm it-T-bar biex ma tħallix il-magna 3-D H tiżżerżaq ’il quddiem fuq il-kuxin tas-sit, kompli kif ġej:
|
4.14. |
Ħu l-kejl kollu:
|
4.15. |
Jekk ikun mixtieq tħaddim mill-ġdid ta’ l-istallazzjoni tal-magna 3 D H, l-assemblaġġ tas-sit għandu jibqa’ bla tagħbija għal perjodu minimu ta’ 30 min. qabel it-tieni tħaddim. Il-magna 3 D H ma għandhiex titħalla mgħobbija fuq l-assemblaġġ tas-sit għal aktar ħin minn dak meħtieġ sabiex isir it-test. |
4.16. |
Jekk is-sits fl-istess filliera jistgħu jitqiesu bħala simili (sit ta’ bank, sits identiċi, eċċ.) punt “H” wieħed biss u “anglu tat-torso attwali” wieħed għandhoim jiġu determinati għal kull filliera ta’ sits, u l-magna 3 D H deskritta f’Appendiċi 1 għal dan l-Anness titqiegħed f’post meqjus bħala rappreżentattiv għall-filliera. Dan il-post għandu jkun:
|
(1) F’kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda minbarra s-sits ta’ quddiem fejn il-punt “H” ma jistax jiġi determinat bl-użu tal-“magna tridimensjonali tal-punt ‘H’” jew proċeduri, il-punt “R” indikat mill-manifattur jista’ jittieħed bħala riferenza fid-diskrezzjoni ta’ l-awtorità kompetenti.
(2) Angolu ta’ qlib, differenza fl-għoli b’immuntar tas-sit, tessut tal-wiċċ eċċ.
Appendiċi 1
Deskrizzjoni tal-magna tal-punt “H” tridimensjonali (1)
(magna 3-D H)
1. Bażijiet tad-dahar u tas-sit
Il-bażijiet tad-dahar u tas-sit huma mibnija minn plastik imsaħħaħ u metal; huma jissimulaw it-torso u l-koxxa tal-bniedem u huma mekkanikament imdendla fil-punt “H”. Kwadrant jiġi mwaħħal mas-sonda mdendla mal-punt “H” sabiex tkejjel l-angolu attwali tat-torso. Virga tal-ġenb li tista’ tiġi aġġustata, imwaħħla mal-bażi tas-sit, tistabbilixxi l-linja tan-nofs tal-ġenb u sservi bħala l-linja ta’ bażi għall-kwadrant ta’ angolu tal-ġenb.
2. Elementi tal-ġisem u sieq
Is-segmenti tal-parti t’isfel tas-sieq huma mwaħħla ma’ l-assemblaġġ tal-bażi tas-sit mat-T-bar li ġġonġi l-irkopptejn, li hija estensjoni laterali tal-virga tal-ġenb li tista' tiġi aġġustata. Kwadranti jiġu inklużi fis-segmenti tal-parti t’isfel tas-sieq sabiex jitkejlu l-angoli ta’ l-irkopptejn. Assemblaġgi taż-żarbun u tas-saqajn huma kkalibrati sabiex ikejlu l-angolu tas-sieq. Żewġ invelli jorjentaw l-istrument fl-ispazju. Piżijiet ta’ elementi tal-ġisem jitqiegħdu fiċ-ċentri ta’ gravità korrispondenti sabiex jipprovdu penetrazzjoni tas-sit li hija ekwivalenti għal raġel li jiżen 76 kg. Il-ġonot kollha tal-magna 3-D H għandhom jiġu ċċekkjati għal moviment liberu mingħajr ma jiltaqgħu ma’ frizzjoni li tiġi kkunsidrata.
Figura 1
Elementi ta’ desinjazzjoni ta’ magna 3-D H
Figura 2
Dimensjonijiet ta’ l-elementi tal-magna 3-DH u distribuzzjoni tat-tagħbija
(1) Għal dettalji dwar il-kostruzzjoni tal-magna 3-D H ikkuntattja lis-Society of Automobile Engineers (SAE), 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, Stati Uniti ta’ l-Amerika.
Il-magna tikkorispondi għal dik deskritta fl-Istandard ISO 6549-1980.
Appendiċi 2
Sistema ta’ referenza tridimensjonali
1. |
Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali hija definita minn tliet pjanijiet rettangolari stabbiliti mill-manifattur tal-vettura (ara figura). (1). |
2. |
L-attitudni tal-kejl tal-vettura hija stabbilita billi tiġi mqiegħda l-vettura fuq il-wiċċ ta’ sostenn b’mod li l-koordinati tal-marki fiduċjali jikkorrispondu mal-valuri indikati mill-manifattur. |
3. |
Il-koordinati tal-punt “R” u l-punt “H” huma stabbiliti fir-rigward tal-marki fiduċjali definiti mill-manifattur tal-vettura. |
Figura
Sistema ta’ referenza tridimensjonali
(1) Is-sistema ta’ referenza tikkorispondi għall-Istandard ISO 4130, 1978.
Appendiċi 3
Data ta’ riferenza dwar il-pożizzjoni ta’ bil-qiegħda
1. Il-qlib f’kodiċi tad-data ta’ riferenza
Data ta’ riferenza hija mniżżla b’mod konsekuttiv għal kull pożizzjoni ta’ bil-qiegħda. Pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda jiġu identifikati b’kodiċi b’żewġ ċifri. L-ewwel ċifra hija numru Għarbi li jindika l-filliera tas-sits, meta dawn jingħaddu minn quddiem għal wara tal-vettura. It-tieni ċifra hija ittra kapitali li tindika l-post tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda f’filliera, kif tidher fid-direzzjoni ta’ mixi ’l quddiem tal-vettura; għandhom jintużaw l-ittri li ġejjin:
L |
= |
xellug |
C |
= |
nofs |
R |
= |
lemin |
2. Deskrizzjoni ta’ l-attitudni ta’ kejl tal-vettura:
2.1. |
Koordinati tal-marki fiduċjali
|
3. Lista ta’ data ta’ riferenza:
3.1. |
Pożizzjoni ta’ bilqiegħda: …
|
Nota: Lista ta’ data ta' riferenza għal aktar pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda taħt 3.2, 3.3, eċċ.
(1) Aqta’ fejn ma japplikax.
ANNESS VI
Metodu ta’ kejl ta’ projezzjonijiet
1. Sabiex jiġi determinat l-ammont ta’ projezzjoni ta’ oġġett fir-rigward tal-pannell li fuqu huwa mmuntat, sfera ta’ 165 mm għandha titmexxa fuq u tinżamm f’kuntatt mal-komponent ikkunsidrat, u dan għandu jibda mill-pożizzjoni tal-bidu ta’ kuntatt mal-komponent li qiegħed jiġi kkunsidrat. Il-valur tal-projezzjonijiet huwa l-akbar mill-varjazzjonijiet kollha possibli ta’ “y”, u l-varjazzjoni għandha titkejjel min-nofs ta’ l-isfera b’mod perpendikolari mal-pannell.
1.1. Jekk il-pannelli u komponenti, eċċ, jiġu mgħottija b’materjali aktar rotob minn ebusija ta’ 50 shore A, il-proċedura sabiex jitkejlu l-projezzjonijiet deskritti hawn fuq għandha tapplika biss wara t-tneħħija ta’ dawn il-materjali.
2. Il-projezzjoni ta’ swiċċijiet, pumijiet ta’ tiġbid, eċċ, li jinsabu fl-erja ta’ riferenza għandhom jitkejlu billi jintuża apparat ta’ test u l-proċedura deskritta hawn taħt:
2.1. Apparat
2.1.1. |
L-apparat sabiex jitkejlu projezzjonijiet għandu jikkonsisti f’forma tar-ras emisferika ta’ dijametru ta’ 165 mm, fejn hemm pistun ta’ żerżiq ta’ dijametru ta’ 50 mm. |
2.1.2. |
Pożizzjonijiet relattivi għan-naħa ċatta tal-pistun tal-forma tar-ras għandhom jintwerew fuq skala bi gradi, fuq liema indiċi mobbli għandu jirreġistra l-kejl massimu miksub meta l-apparat jittieħed ’il bogħod mill-oġġett ittestjat. Distanza minima ta’ 30 mm għandha tkun tista’ titkejjel; l-iskala ta’ kejl għandha tkun bi skali ta’ nofs millimetru sabiex tagħmel possibli indikazzjoni tad-daqs tal-projezzjonijiet in kwistjoni. |
2.1.3. |
Proċedura ta’ kejl:
|
2.1.4. |
L-apparat sabiex jitkejlu l-projezzjonijiet jidher fil-figura ta’ l-Appendiċi għal dan l-Anness. |
2.2. Proċedura ta’ Test
2.2.1. |
Għandha tiġi ffurmata ħofra fil-forma tar-ras billi jinġibed lura l-pistun u l-indiċi mobbli għandu jitqiegħed mal-pistun. |
2.2.2. |
L-apparat għandu jiġi applikat għall-projezzjoni li għandha titkejjel sabiex il-forma tar-ras tmiss l-erja tal-wiċċ ta’ mad-dawra massima, b’forza li ma taqbiżx 2 daN. |
2.2.3. |
Il-pistun għandu jiġi mbuttat ’il quddiem sakemm jagħmel kuntatt mal-projezzjoni li għandha titkejjel u l-ammont tal-projezzjoni għandu jiġi osservat fuq l-iskala. |
2.2.4. |
Il-forma tar-ras għandha tiġi aġġustata sabiex tinkiseb protezzjoni massima. L-ammont ta’ projezzjoni għandu jiġi reġistrat. |
2.2.5. |
Jekk żewġ kontrolli jew aktar jinsabu viċin biżżejjed li l-pistun jew il-forma tar-ras imissu magħhom fl-istess ħin, huma għandhom jiġu trattati kif ġej:
|
Appendiċi
Figura
Apparat għal kejl ta’ projezzjonijiet
ANNESS VII
Apparat u proċedura għal applikazzjoni ta’ paragrafu 5.2.1 ta’ dan ir-regolament I
Dawk il-partijiet (swiċċijiet, pumijiet ta’ tiġbid eċċ.) li jistgħu jintmissu permezz ta’ l-użu ta’ apparat u proċedura deskritta hawn taħt għandhom ikunu kkunsidrati li aktarx jintlaqtu mill-irkopptejn ta’ l-okkupant. Kontrolli li jitħaddmu bis-sieq jiġu ffittjati bħala pedali tas-saqajn.
1. Apparat
1.1. Disinn ta’ l-apparat
2. Proċedura
L-apparat jista’ jitqiegħed f’kull pożizzjoni taħt il-pannell ta’ l-istrumenti sabiex:
2.1. |
il-pjan XX’ jibqa paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; |
2.2. |
l-assi X jista’ jiddawwar fuq u taħt il-linja orizzontali minn ġo angoli sa 30°. |
3. Meta jsir it-test ta' hawn fuq, il-materjali kollha b’ebusija ta’ anqas minn 50 shore A għandhom jitneħħew.
ANNESS VIII
Determinazzjoni ta’ żona ta’ impatt tar-ras determinata b’mod dinamiku
1. Determinazzjoni ta’ żona ta’ impatt tar-ras determinata b’mod dinamiku fir-rigward ta’ sistema ta’ protezzjoni
1.1. |
Għal kuntrarju tal-proċedura deskritta f’Anness 1 l-applikant jista’ jipprova, permezz ta’ proċedura aċċettata mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet, li żona ta’ impatt tar-ras determinata b’mod dinamiku hija rilevanti għal dan it-tip ta’ vettura. |
1.2. |
Metodu xieraq sabiex tiġi ppruvata żona ta’ impatt tar-ras determinata b’mod dinamiku jista’ jkun jew:
|
2. Iż-żona ta’ impatt tar-ras determinata b’mod dinamiku tinkludi l-erjas kollha tal-pannell ta’ l-istrumenti li jistgħu jintlaqtu mir-ras ta’ l-okkupanti mrażżna permezz ta’ sistema ta’ protezzjoni stallata fit-tip ta’ vettura.
3. Jekk it-tip ta’ vettura jista’ jiġi ffitjat b’sistemi ta’ protezzjoni differenti huwa biżżejjed li tinvestiga s-sistema ta’ protezzjoni bir-rendiment minimu. Madankollu, is-sistemi ta’ protezzjoni li jistgħu jintfew mix-xufier jew l-okkupant ghandhom jiġu ssetjati kif irrikmandat u indikat mill-manifattur fil-manwal.
Jekk il-manifattur jipprovdi l-possibbiltà ta’ tifi permanenti ta’ parti tas-sistema ta’ protezzjoni, din il-parti għandha tiġi ssetjata mal-konfigurazzjoni mitfija.
4. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu jista’ jippreżenta kalkoli, simulazzjonijiet, data ta’ test jew riżultati ta’ test li jippruvaw biżżejjed iż-żona ta’ impatt tar-ras determinata b’mod dinamiku.
ANNESS IX
Pożizzjoni tipika ta’ virga tat-test ċilindrika fis-saqaf li jinfetaħ u ftuħ ta’ twieqi
Eżempji ta’ simboli għal swiċċijiet ikkontrollati mix-xufier
Figura 2
Figura 3
(ISO 2575:1998)
ANNESS X
Noti ta’ spjegazzjoni
Paragrafu 2.3.
Iż-żona ta’ riferenza hija mmarkata mingħajr mera li turi x’hemm ġej warajk. It-test ta’ telf ta’ enerġija jsir mingħajr mera li turi x’hemm ġej warajk. Il-pendulu ma għandux jolqot l-immuntar tal-mera.
Paragrafi 2.3 u 2.3.1.
L-erja eżenti wara r-rota ta’ l-istering kif definita minn dawn il-paragrafi hija wkoll valida għaż-zona ta’ impatt tar-ras tal-passiġġieri ta’ quddiem.
Fil-każ ta’ roti ta’ l-istering aġġustabbli ż-żona li fl-aħħar tkun eżenti hija mnaqqsa għall-erja komuni taż-żoni eżenti ghal kull pożizzjoni tas-sewqan li r-rota ta’ l-istering tista’ tassumi.
Fil-każ fejn huwa possbbli li tagħżel bejn roti ta’ l-istering differenti ż-żona eżenti hija determinata mill-użu tar-rota ta’ l-istering l-anqas favorevoli li għandha l-iżgħar dijametru.
Paragrafu 2.4.
Il-livell tal-pannell ta’ l-istrumenti jestendi fuq il-wisa’ kollu tal-kumpartiment tal-passiġġieri u huwa definit mill-punti ta’ wara nett tal-kuntatt ta’ linja vertikali mal-wiċċ tal-pannell ta’ l-istrumenti meta l-linja hija mċaqalqa min-nofs il-wisa’ tal-vettura. Fejn żewġ punti ta’ kuntatt jew aktar jiġru fl-istess ħin, l-aktar punt baxx għandu jiġi użat sabiex jistabbilixxi l-livell tal-pannell ta' l-istrumenti. Fil-każ ta’ panils ta’ kontroll elettroniku, jekk mhuwiex possibli li jiġi determinat l-livell tal-pannell ta’ l-istrumenti permezz ta’ riferenza għall-punti ta’ kuntatt ta’ linja vertikali l-livell tal-pannell ta’ l-istrumenti għandu jkun fejn linja orizzontali 25,4 mm ’l fuq mill-punt “H” tas-sits ta’ quddiem tiltaqa’ mal-panil ta’ kontroll elettroniku.
Paragrafu 2.5.
Fil-ġnub tal-vettura s-saqaf għandu jibda fit-tarf ta’ fuq ta’ l-apertura tal-bieba. Fil-każ normali, il-limiti laterali tas-saqaf jiġu rappreżentati mill-kontorn iffurmat mix-xifer tal-qiegħ (veduta laterali) tal-bòdi li jibqa’ meta tinfetaħ l-bieba. Fil-każ ta’ twieqi, il-limitazzjoni laterali tas-saqaf għandha tkun il-linja kontinwa trasparenti (punt ta’ penetrazzjoni tal-ħġieġ laterali). Fir-rigward tal-pilastri, il-limitazzjoni laterali tas-saqaf tgħaddi minn ġol-linja li tgħaqqad bejn iż-żewġ linji trasparenti. Id-definizzjoni ta’ paragrafu 2.5. hija wkoll valida għal kwalunkwe ftuħ fis-saqaf, fil-pożizzjoni ta’ għeluq, ta’ vettura kif definita f’paragrafi 2.7. jew 2.8. Għal għanijiet ta’ kejl, flanġijiet imqabbża li jħarsu ’l isfel ma għandhomx jiġu kkunsidrati. Dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala jagħmlu parti mill-ġnub tal-vettura.
Paragrafu 2.7.
Tieqa ta’ wara li ma tistax titneħha tinftiehem li hija element strutturali riġidu.
Karozzi bi twieqi ta’ wara li ma jistgħux jitneħhew u ta’ materjal riġidu huma kkunsidrati bħala karozzi b’soqfa li jinfetħu kif definiti taħt paragrafu 2.8.
Paragrafu 2.18.
Fil-każ ta’ spazju bejn ix-xifer tal-materjal riġidu u l-pannell, dan ix-xifer għandu jiġi ttundjat għal radius ta’ kurvatura minimu li jiddependi fuq ix-xifer muri fuq it-tabella fin-nota ta’ spjegazzjoni għal paragrafu 1. ta’ Anness 5.1.1. Dan japplika ukoll, jekk l-għoli tal-projezzjoni, determinat skond il-proċedura deskritta f’paragrafu 1. ta’ Anness VI, huwa daqs jew anqas minn 3,2 mm.
Jekk l-ispazju jinsab f’żona fejn it-test ta’ impatt tar-ras għandu jsir, ix-xfar li jistgħu jintmissu waqt it-test(ijiet) u li jiriżultaw minħabba ċaqliq tal-partijiet għandhom jiġu protetti minn radius minimu ta’ 2,5 mm.
Paragrafu 5.1.1.
Xifer li jaqta’ huwa xifer ta’ materjal riġidu li għandu radius ta' kurvatura ta’ anqas minn 2,5 mm minbarra fil-każ ta’ projezzjonijiet ta’ anqas minn 3,2 mm, mkejla mill-pannell. F’dan il-każ, ir-radius ta’ kurvatura minimu ma għandux japplika jekk l-għoli tal-projezzjoni mhuwiex aktar minn nofs il-wisa’ tiegħu u t-truf tiegħu ma jaqtgħux.
Gradilji huma kkunsidrati li jaqblu mar-regolamenti jekk huma jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tat-tabella li ġejja:
Spazju bejn elementi [mm] |
Elementi ċatti |
Elementi ttundjati min. radius [mm] |
|
e/min. [mm] |
min. radius [mm] |
||
0-10 |
1,5 |
0,25 |
0,5 |
10-15 |
2,0 |
0,33 |
0,75 |
15-20 |
3,0 |
0,50 |
1,25 |
Paragrafu 5.1.2.
Matul it-test, jiġi determinat jekk il-partijiet ġewwa ż-żona ta' impatt użati għar-rinforzament jistgħux jiċċaqalqu jew joħorġu 'l barra b’mod li jiżdiedu l-perikli għall-passiġġieri jew is-severità tal-korrimenti.
Paragrafu 5.1.3.
Dawn iż-żewġ kunċetti (tarf livell u baxx tal-pannell ta’ l-istrumenti) jistgħu jkunu distinti. Madankollu, dan il-punt huwa inkluż f’paragrafu 5.1. (… fuq il-livell tal-pannell ta' l-istrumenti …) u, għalhekk huwa applikabbli biss fejn dawn iż-żewġ kunċetti jiġu magħquda. Fil-każ fejn iż-żewġ kunċetti mhumiex magħquda, jiġifieri fejn it-tarf tal-qiegħ tal-pannell ta’ l-istrumenti jinsab taħt il-livell tal-pannell ta’ l-istrumenti, għandu jiġi kkunsidrat taħt paragrafu 5.3.2.1. b’riferenza għal paragrafu 5.8.
Paragrafu 5.1.4.
Jekk manku jew pum li jiġġebbed għandu dimensjoni ta’ wisa’ daqs jew aktar minn 50 mm u jinsab f’żona daqs li kieku kien anqas minn 50 mm fil-wisa’, l-projezzjoni massima tiġi determinata permezz ta’ l-apparat tal-kejl tal-forma tar-ras ta’ Anness VI, paragrafu 2. Il-projezzjoni massima għandha tiġi determinata skond Anness VI, paragrafu 1., jiġifieri permezz ta’ l-użu ta’ sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm u determinazzjoni tal-varjazzjoni massima fl-għoli ta’ l-assi “y”. L-erja trasversali għandha tiġi mkejla fi pjan parallel mal-wiċc fejn il-komponent huwa mmuntat.
Paragrafu 5.1.5.
Paragrafi 5.1.4. u 5.1.5. jikkomplimentaw lil xulxin; l-ewwel sentenza ta’ paragrafu 5.1.1 (jiġifieri forza ta’ 37,8 daN għal treġġigħ jew stakkar) hija applikata u mbagħad paragrafu 5.1.4. fil-każ ta’ treġġigħ sa ħruġ ’il barra bejn 3,2 u 9,5 mm jew fil-każ ta’ stakkar, l-aħħar żewġ sentenzi ta’ paragrafu 5.1.5. (l-erja trasversali hija mkejla qabel l-applikazzjoni tal-forza). Madankollu, jekk f’ċirkustanzi prattiċi paragrafu 5.1.4. għandu jiġi applikat (treġġigħ għal anqas minn 9,5 mm u aktar minn 3,2 m) jista’ jkun aktar konvenjenti li l-manifattur, fid-diskrezzjoni tiegħu, jivverifika l-ispeċifikazzjonijiet ta’ paragrafu 5.1.4. qabel japplika l-forza ta’ 37,8 daN speċifikata f’paragrafu 5.1.5.
Paragrafu 5.1.6.
Billi, fil-preżenza ta’ materjali rotob, ir-rekwiżiti japplikaw biss għas-sostenn riġidu, il-projezzjoni hija mkejla għas-support riġidu biss.
Il-kejl ta’ l-ebusija shore huwa magħmul fuq kampjuni tas-suġġett tat-test innifsu. Fejn, minħabba l-kundizzjonijiet tal-materjal, huwa impossibli li jsir kejl ta’ l-ebusija bil-proċedura shore A, kejl li jista’ jitqabbel għandu jintuża għall-evalwazzjoni.
Paragrafu 5.2.1.
Pedali tas-saqajn, id-dirgħajn tagħhom u l-mekkaniżmu immedjat tal-pern, imma mhux il-metall ta’ sostenn tal-burdura, ma għandux jiġi kkunsidrat.
Ċavetta ta’ startjar titqies li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu jekk il-parti rqiqa tal-manku li toħroġ ’il barra tikkonsisti f’materjal ta’ ebusija bejn 60 u 80 shore A u ħxuna ta’ mill-anqas 5 mm, jew miksija b’materjal simili ta’ ħxuna minima ta’ 2 mm fuq l-uċuħ kollha.
Paragrafu 5.2.2.
Il-kriterju sabiex tiddetermina jekk il-kontroll ta’ brejk ta’ ipparkjar jistax jintmiss huwa l-użu ta’:
|
ir-ras simulata speċifikata f’Anness 1, jekk il-kontroll jinsab ’il fuq minn jew fil-livell tal-pannell ta' l-istrumenti (sabiex jiġi ttestjat skond paragrafu 5.1. u ġewwa ż-żona ta' impatt); |
|
l-irkoppa speċifikata f’Anness 7 jekk l-element ta’ kontroll jinsab taħt il-livell tal-pannell ta’ l-istrumenti (f’dan il-każ il-liver ta’ kontroll hiwa ttestjat skond paragrafu 5.3.2.3.). |
Paragrafu 5.2.3.
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mniżżla f’paragrafu 5.2.3. japplikaw ukoll għall-ixkafef u dawk il-partijiet tal-panils ta’ kontroll elettroniku taħt il-livell tal-pannell ta’ l-istrumenti li jinsab bejn is-sits ta’ quddiem, jekk dawn jinsabu quddiem il-punt “H”. Jekk spazju jingħalaq dan jiġi meqjus bħala glove compartment u ma jkunx suġġett għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet.
Paragrafu 5.2.3.1.
Id-dimensjonijiet speċifikati jirreferu għall-wiċċ qabel iż-żieda ta’ materjal b’ebusija ta' anqas minn 50 shore A (ara paragrafu 5.2.4.). Testijiet ta’ telf ta’ enerġija għandhom jitwettqu fl-ispirtu ta’ Anness IV.
Paragrafu 5.2.3.2.
Jekk xkaffa tinqala’ jew tinkiser, ma għandhom jirriżultaw l-ebda karatteristiċi perikolużi; dan japplika mhux biss għar-rimm imma wkoll għat-truf l-oħra faċċata tal-kumpartiment tal-passiġġieri bħala riżultat tal-forza applikata.
L-aktar parti b’saħħitha ta’ l-ixkaffa għandha tiġi kkunsidrata li hija ma’ ġenb komponent fiss. Barra minn hekk, “mgħawġa b’mod sostanzjali” għandha tfisser li, taħt l-effett tal-forza applikata, it-tagħwiġa ta’ l-ixkaffa, mkejla mill-punt ta’ kuntatt tal-bidu maċ-ċilindru tat-test, trid tkun tinja jew deformazzjoni li tidher permezz ta’ l-użu ta’ l-għajnejn biss. Deformazzjoni elastika għandha tkun permessa.
It-tul taċ-ċilindru tat-test għandu jkun minn ta’ l-anqas 50 mm.
Paragrafu 5.3.
“Partijiet oħra” għandhom jinkludu partijiet bħal pumijiet tat-twieqi, ankraġġi ta’ fuq taċ-ċinturini ta’ sigurtà u partijiet oħra li jinsabu fl-ispazju tas-saqajn u mal-ġnub tal-bibien, sakemm dawn il-partijiet ma' ġewx ittrattati qabel jew huma eżenti mit-test.
Paragrafu 5.3.2.
L-ispazju ta’ bejn il-paratija ta’ quddiem u l-pannell ta’ l-istrumenti li jinsab ogħla mix-xifer tal-qiegħ tal-pannell ta’ l-istrumenti mhuwiex suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ paragrafu 5.3.
Paragrafu 5.3.2.1.
Ir-radius ta’ 3,2 mm japplika għall-komponenti kollha li jistgħu jintmissu koperti minn paragrafu 5.3. meta jiġi kkunsidrat fil-pożizzjonijiet kollha ta’ użu.
Bħala eċċezzjonijiet, glove compartments għandhom jiġu kkunsidrati biss fil-pożizzjoni ta’ għeluq; ċinturini ta’ sigurtà normalment jiġu kkunsidrati fil-pożizzjoni ta’ rbit biss, imma kwalunkwe parti li għandha pożizzjoni fissa ta’ stiva għandha taqbel mar-rekwiżit ta’ radius ta' 3,2 mm f’dik il-pożizzjoni ta’ stiva.
Paragrafu 5.3.2.2.
Il-wiċċ ta’ riferenza jinsab permezz ta’ applikazzjoni ta’ l-istrument deskritt f’Anness VI, paragrafu 2., b’forza ta’ 2 daN. Fejn dan mhuwiex possibli, il-metodu deskritt f’Anness VI, paragrafu 1., għandu jintuża b’forza ta’ 2 daN.
L-evalwazzjoni ta’ projezzjonijiet perikolużi hija suġġetta għad-diskrezzjoni ta’ l-awtorità responsabbli għat-testijiet.
Il-forza ta’ 37,8 daN hija applikata anki jekk il-pożizzjoni oriġinali hija anqas minn 35 jew 25 mm, kif applikabbli. Il-projezzjoni hija mkejla taħt il-piż applikat.
Il-forza orizzontali, lonġitudinali ta’ 37,8 daN hija normalment applikata permezz ta' pistun b’tarf ċatt b’dijametru ta’ mhux aktar minn 50 mm imma, fejn dan mhuwiex possibli, metodu ekwivalenti jista’ jintuża; per eżempju, billi jitneħħew l-ostakli.
B’disinni tal-bibien ġodda u moderni, il-manku li bih ittella’ u tniżżel it-twieqi huwa xi drabi mdawwar bil-forma tal-pannell tal-bieba. Ħafna drabi huwa diffiċli jew impossibbli għal okkupant li jmiss il-manku b'irkopptejh. Is-Servizz Tekniku għandu jiddeċiedi f’dan il-każ bil-kunsens tal-manifattur jekk jagħmilx it-test ta’ imbuttar kif deskritt jew le.
Paragrafu 5.3.2.3.
Il-parti li toħroġ l-aktar ’il barra, fil-każ ta’ gerliver, hija dik il-parti minn fejn iżżomm jew pum li t/jintmiss l-ewwel minn pjan trasversali vertikali li jitmexxa f’direzzjoni lonġitudinali, orizzontali. Jekk xi parti ta’ gerliver jew ħendbrejk tinsab ’il fuq mil-livell tal-punt “H”, il-liver għandu jkun ikkunsidrat bħala li huwa kollu kemm hu 'l fuq mil-livell tal-punt “H”.
Paragrafu 5.3.4.
Fejn il-pjan(ijiet) orizzontali li jgħaddu minn ġol-punt “H” ta’ quddiem l-aktar baxx u s-sits ta’ wara ma jaqblux, pjan vertikali perpendikolari ma’ l-assi lonġitudinali tal-vettura għandu jiġi determinat, li jgħaddi mill-punt “H” tas-sit ta’ quddiem. Iż-żona eżenta għandha mbagħad tiġi kkunsidrata separatament kemm għall-kumpartimenti tal-passiġġieri ta’ wara u ta’ quddiem, relattivi għal punt “H” rispettiv tagħhom u sal-pjan vertikali msemmi deskritt fuq.
Paragrafu 5.3.4.1.
Strumenti ta’ lqugħ mix-xemx li jiċċaqalqu għandom jiġu kkunsidrati fil-pożizzjonijiet kollha ta’ użu. Il-frejms ta’ l-istrumenti ta’ lqugħ mix-xemx ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala sostenni riġidi (ara para. 5.3.5.).
Paragrafu 5.4.
Meta s-saqaf jiġi ttestjat sabiex jitkejlu dawk il-partijiet li joħorġu ’l barra u partijiet li jistgħu jintmissu b’ballun b’dijametru ta’ 165 mm, il-kisi tas-saqaf għandu jitneħħa. Meta ssir evalwazzjoni tar-radii speċifikati l-proporzjonijiet u l-karatteristiċi attribwiti lill-materjali tal-kisi tas-saqaf għandhom jiġu kkunsidrati. L-erja ta’ ittestjar tas-saqaf għandha tiġi estiża quddiem u ’l fuq mill-pjan trasversali limitat mil-linja ta’ riferenza tat-torso tal-manikin imqiegħed fuq is-sit ta’ wara nett.
Paragrafu 5.4.2.1.
(Ara para. 5.1.1. għal definizzjoni ta’ “truf li jaqtgħu”).
Il-projezzjoni ’l isfel għandha titkejjel b’mod perpendikulari għas-saqaf skond Anness VI, paragrafu 1.
Il-wisa’ tal-parti li toħroġ ’il barra għandha titkejjel f’angoli ta’ 90° mal-linja ta’ projezzjoni. B’mod partikolari l-vireg riġidi tas-saqaf jew il-qafas ma għandhomx joħorġu ’l barra mill-wiċċ ta’ ġewwa tas-saqaf b’aktar minn 19-il mm.
Paragrafu 5.5.
Xi partijiet mill-qafas ta’ soqfa li jinfetħu għandhom jissodisfaw paragrafu 5.4. jekk jistgħu jintmissu minn sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm;
Paragrafi 5.5.1.2., 5.5.1.2.1., 5.5.1.2.2.
L-istrumenti ta’ ftuħ u tħaddim meta f’pożizzjoni ta’ waqfien u bis-saqaf magħluq iridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati kollha.
Paragrafu 5.5.1.2.3.
Il-forza ta’ 37,8 daN hija applikata anki jekk il-projezzjoni oriġinali hija ta' 25 mm jew inqas. Il-projezzjoni hija mkejla taħt il-piż applikat.
Il-forza ta’ 37,8 daN applikata fid-direzzjoni ta’ impatt definita f’Anness IV bħala t-tanġent għat-trajettorja tal-forma tar-ras hija normalment applikata permezz ta’ pistun b’tarf ċatt ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 50 mm, imma fejn dan mhux possibli metodu ekwivalenti jista’ jintuża; per eżempju, billi jitneħħew ostakoli.
Il-“pożizzjoni ta’ waqfien” tfisser il-pożizzjoni ta’ l-istrument ta’ tħaddim meta fil-pożizzjoni msakkra.
Paragrafu 5.6.
Is-sistema tal-virga ta’ soqfa li jistgħu jinkixfu ma tirrappreżentax partijiet li jsostnu s-saqaf u/jew l-istruttura ta’ sigurtà għal meta tinqaleb il-vettura.
Paragrafu 5.6.1.
Il-parti ta’ fuq tal-frejm tal-windskrin tibda fuq il-kontorn trasparenti tal-windskrin .
Paragrafu 5.7.1.1.
(Ara paragrafu 5.1.1. għal definizzjoni ta’ “truf li jaqtgħu”).
Paragrafu 5.7.1.2.
Fid-definizzjoni taż-żona ta’ impatt tar-ras mad-dahar tas-sits ta’ quddiem kull struttura neċessarja sabiex issostni d-dahar tas-sit għandha tiġi kkunsidrata bħala komponent ta’ dan id-dahar tas-sit.
Paragrafu 5.7.1.2.3.
L-ikkuttunar ta’ l-istruttura tal-qafas tas-sit għandha tevita ħruxija perikoluża u truf li jaqtgħu li x’aktarx iżidu r-riskju ta’ korrimenti serji lill-okkupanti.
ANNESS I
Determinazzjoni taż-żona ta’ impatt tar-ras
Paragrafu 2.1.1.2.
L-għażla bejn iż-żewġ proċeduri għad-determinazzjoni ta’ l-għoli għandha titħalla lill-manifattur.
Paragrafu 2.2.
Meta ssir id-determinazzjoni tal-punti ta’ kuntatt, it-tul ta’ l-id ta’ l-apparat ta’ kejl ma tinbidilx matul operazzjoni partikolari. Kull operazzjoni tibda mill-pożizzjoni vertikali.
Paragrafu 3.
Id-dimensjoni ta’ 25,4 mm tfisser il-kejl minn pjan orizzontali li jgħaddi minn ġol-punt “H” sat-tanġent orizzontali għal forma tar-ras ta’ profil baxx.
ANNESS IV
Proċedura għall-ittestjar ta’ materjali li jitilfu l-enerġija
Paragrafu 1.4.
Il-ksur ta’ xi komponent matul test ta’ telf ta’ enerġija, ara Nota fuq paragrafu 5.1.2.
ANNESS V
Proċedura sabiex jiġi determinat il-punt “H” u l-angolu attwali tat-torso għal pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda f’vetturi bil-mutur
Paragrafu 4.
Għad-determinazzjoni tal-punt “H” ta’ xi sit, sits oħra jistgħu jitneħħew jekk neċessarju.
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE
16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/71 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/586 /PESK
tal-15 ta' Lulju 2008
li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 34 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1). |
(2) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2). |
(3) |
Bi qbil mal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK. |
(4) |
Fil-każ ta' grupp il-Kunsill ħa kont tal-fatt li hu kien mgħarraf b'elementi ġodda, li jiġġustifikaw l-inklużjoni ta' dan il-grupp fil-lista. |
(5) |
Il-Kunsill iddetermina li persuna kellha titneħħa mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/KE. |
(6) |
Wara dik ir-reviżjoni, il-Kunsill ikkonkluda li, bl-eċċezzjoni tal-persuna msemmija fil-ħames premessa, l-persuni, gruppi u entitajiet l-oħrajn elenkati fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK (3) kienu involuti f'atti terroristiċi fit-tifsira ta' l-Artikoli 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu s-suġġett tal-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha. |
(7) |
Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha għalhekk tkun aġġornata, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandhom jitniżżlu fl-Anness għal din il-Pożizzjoni Komuni.
Artikolu 2
Il-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.
(2) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 109. Il-Pożizzjoni komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjonijiet Komuni 2008/347/PESK (ĠU L 116, 30.4.2008, p. 55).
(3) Kif emendata bil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/346/PESK tad-29 ta' April 2008 (ĠU L 116, 30.4.2008, p. 53).
ANNESS
Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 (1)
1. PERSUNI
1. |
ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
2. |
ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
3. |
*ALBERDI URANGA, Itziar (Attivist ta' l-“E.T.A.”) imwieled fis-7.10.1963 f'Durango Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 78.865.693 |
4. |
*ALBISU IRIARTE, Miguel (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru tal-“Gestoras Pro- amnistía”) imwieled fis-7.6.1961 f’San Sebastián Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru 15.954.596 |
5. |
AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija |
6. |
AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija |
7. |
AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija |
8. |
*APAOLAZA SANCHO, Iván (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ “K. Madrid”) imwieled fl-10.11.1971 f'Beasain f’ Guipúzcoa (Spanja); karta ta’ l-identità Nru 44.129.178 |
9. |
ARIOUA, Azzedine imwieled fl-20.11.1960 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
10. |
ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
11. |
ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
12. |
ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
13. |
*ARZALLUS TAPIA, Eusebio (Attivist ta' l-“E.T.A.”) imwieled fit-8.11.1957 f’Regil Guipúzcoa (Spanja); karta ta’ l-identità Nru 15.927.207 |
14. |
ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu |
15. |
BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
16. |
DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
17. |
DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-1.6.1970 fl- Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
18. |
*ECHEBERRIA SIMARRO, Leire (Attivist ta' l-“E.T.A.”) imwieled fl-20.12.1977 f'Basauri Biscay, karta ta' l-identità Nru 45.625.646 |
19. |
*ECHEGARAY ACHIRICA, Alfonso (Attivist ta' l-“E.T.A.”) imwieled fl-10.1.1958 fi Plencia, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 16.027.051 |
20. |
EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
21. |
EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il- 11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija |
22. |
FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al- Takfir” u “al-Hijra”) |
23. |
*GOGEASCOECHEA ARRONATEGUI, Eneko (Attivist ta' l-“E.T.A.”), imwieled fid- 29.4.1967 fi Guernica, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 44.556.097 |
24. |
*IPARRAGUIRRE GUENECHEA, Ma Soledad (Attivista ta' l-“E.T.A.”) imwielda fil- 25.4.1961 f'Escoriaza (Navarra), karta ta' l-identità Nru 16.255.819 |
25. |
IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu |
26. |
LASSASSI, Saber (magħruf ukoll bħala Mimiche) imwieled fit-30.11.1970 f’Konstantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
27. |
MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555 |
28. |
MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
29. |
*MORCILLO TORRES, Gracia (Attivista ta' l-“E.T.A.”; Membru ta' Kas/Ekin) imwielda fil-15.3.1967 f'San Sebastián, Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru 72.439.052 |
30. |
*NARVÁEZ GOÑI, Juan Jesús (Attivist ta' l-“E.T.A.”) imwieled fit-23.2.1961 f'Pamplona, Navarra (Spanja), karta ta' l-identità Nru 15.841.101 |
31. |
NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
32. |
*ORBE SEVILLANO, Zigor (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru ta' Jarrai/Haika/Segi) imwieled fit-22.9.1975 f'Basauri, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 45.622.851 |
33. |
*PALACIOS ALDAY, Gorka (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru ta’ K. Madrid imwieled fis-17.10.1974 f'Baracaldo, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 30.654.356 |
34. |
*PEREZ ARAMBURU, Jon Iñaki (Attivist ta' l-“E.T.A.”.; Membru ta' “Jarrai/Haika/Segi”) imwieled fit-18.9.1964 f'San Sebastián, Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru 15.976.521 |
35. |
*QUINTANA ZORROZUA, Asier (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru ta’ “K. Madrid”) imwieled fis-27.2.1968 f'Bilbao Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 30.609.430 |
36. |
RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
37. |
*RUBENACH ROIG, Juan Luis (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fit-18.9.1963 f'Bilbao, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 18.197.545 |
38. |
SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
39. |
SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l- Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
40. |
SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
41. |
SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-“Partit Komunista tal-Filippini” inkluż l-“NPA”) imwieled fit-8.2.1939 f’Cabugao, il-Filippini |
42. |
TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil-21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
43. |
*URANGA ARTOLA, Kemen (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru ta’ Herri Batasuna/E.H/Batasuna) imwieled fil-25.5.1969 f’Ondarroa (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 30.627.290 |
44. |
*VALLEJO FRANCO, Iñigo (Attivist ta' l-“E.T.A.”) imwieled fil-21.5.1976 f’Bilbao, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 29.036.694 |
45. |
*VILA MICHELENA, Fermín (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru ta' Kas/Ekin) imwieled fit-12.3.1970 f'Irún, Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru 15.254.214 |
46. |
WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l- Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
2. GRUPPI U ENTITAJIIET
1. |
“L-Organizzazzjoni Abu Nidal” (ANO), (magħrufa ukoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, “il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l-Iswed”, u “l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”) |
2. |
“Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa” |
3. |
“Al-Aqsa e.V.” |
4. |
“al-Takfir” u “al-Hijra” |
5. |
*“Cooperativa Artigiana Fuoco ed Affini – Occasionalmente Spettacolare” (“Il- Kooperattiva Artiġjana Nar u Simili – Okkażjonalment Spettakulari”) |
6. |
*“Nuclei Armati per il Comunismo” (“Nukleji Armati għall-Komuniżmu”) |
7. |
“Aum Shinrikyo” (magħruf ukoll bħala “AUM”, magħruf ukoll bħala “Aum Verita Suprema”, magħruf ukoll bħala “Aleph”) |
8. |
“Babbar Khalsa” |
9. |
*“CCCCC” – “Cellula Contro Capitale, Carcere i suoi Carcerieri e le sue Celle” (“Iċ- Ċellula Kontra l-Kapital, il-Ħabs, il-Gwardjani tal-Ħabs u ċ-Ċelel tal-Ħabs”) |
10. |
“Il-Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” – “l-NPA”, il- Filippini, marbuta ma’ SISON Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża l-“NPA”) |
11. |
* “L-Armata Repubblikana Irlandiża tal-Kontinwità” (“CIRA”) |
12. |
* “EPANASTATIKOS AGONAS” – “Lotta Rivoluzzjonarja” |
13. |
*“Euskadi Ta Askatasuna”/“Tierra Vasca y Libertad”/“Patrija Baska u Libertà” (“E.T.A.”) (L-organizzazzjonijiet li ġejjin huma parti mill-grupp terroristiku “E.T.A.”: “K.a.s.”, “Xaki”, “Ekin”, “Jarrai-Haika-Segi”, “Gestoras pro-amnistía”, “Askatasuna”, “Batasuna” (magħruf ukoll bħala “Herri Batasuna”, magħruf ukoll bħala “Euskal Herritarrok”) |
14. |
“Gama'a al-Islamiyya” (“Grupp Islamiku”), (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”, “IG”) |
15. |
“Il-Front Kbir Islamiku tal-Ġellieda tal-Lvant” (“IBDA-C”) |
16. |
*“Grupos de Resistencia Antifascista Primero de Octubre”/“Il-Gruppi ta’ Reżistenza Antifaxxista ta’ l-Ewwel ta’ Ottubru” (“G.R.A.P.O.”) |
17. |
“Hamas” (inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”) |
18. |
“Hizbul Mujahideen” (“HM”) |
19. |
“Hofstadgroep” |
20. |
“Il-Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp” |
21. |
“Il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” (“ISYF”) |
22. |
*“Solidarietà Internazionale” (“Is-Solidarjetà Internazzjonali”) |
23. |
“Kahane Chai” (“Kach”) |
24. |
“Il-Forza Khalisan Zindabad” (“KZF”) |
25. |
“Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” (“PKK”), (magħruf ukoll bħala “KADEK”; magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”) |
26. |
“Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam” (“LTTE”) |
27. |
* “Il-Forza tal-Voluntiera Lealista” (“LVF”) |
28. |
“L-Organizzazzjoni Mujahedin-e Khalq” – “MEK” jew “MKO”, bl-esklużjoni tal-“Kunsill Nazzjonali tar-Resistenza ta' l-Iran” – “NCRI – National Council of Resistance of Iran” (magħrufa wkoll bħala “L-Armata Nazzjonali ta’ Liberazzjoni ta’ l-Iran” – “NLA – National Liberation Army of Iran” (il-fergħa militanti tal-“MEK”), magħrufa wkoll bħala l-“Mujahidin tal-Poplu ta’ l-Iran” – “PMOI – People's Mujahidin of Iran”, magħrufa wkoll bħala s-“Socjetà ta’ l-Istudenti Iranjani Musulmani”) |
29. |
“L-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” (“Ejército de Liberación Nacional”) |
30. |
* “Il-Voluntiera Oranġjo” (“OV”) |
31. |
“Il-Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PLF”) |
32. |
“Il-Jihad Islamika Palestinjana” (“PIJ”) |
33. |
“Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PFLP”) |
34. |
“Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP – Kmand Ġenerali”) |
35. |
* “L-IRA Reali” |
36. |
* “Brigate Rosse per la Costruzione del Partito Comunista Combattente” (“Il-Brigati Ħomor għall-Kostruzzjoni tal-Partit Komunista Kombattenti”) |
37. |
* “Id-Difensuri ta’ l-Id Ħamra” (“RHD”) |
38. |
“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja” (“FARC”) |
39. |
* “In-Nuklei Rivoluzzjonarji”/“Epanastatiki Pirines” |
40. |
* “L-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tas-17 ta' Novembru”/“Dekati Evdomi Noemvri” |
41. |
“L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu” (“DHKP/C”), (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), “Dev Sol”) |
42. |
“It-Triq li Tiddi” (“SL”) (“Sendero Luminoso”) |
43. |
“Stichting Al Aqsa” (magħruf ukoll bħala “Stichting Al Aqsa Nederland”, magħruf ukoll bħala “Al Aqsa Nederland”) |
44. |
“TAK” – “Teyrbazen Azadiya Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks” |
45. |
* “Brigata XX Luglio” (“Il-Brigata ta’ l-20 ta’ Lulju”) |
46. |
* “L-Assoċjazzjoni għad-Difiża ta’ Ulster/Il-Ġellieda għall-Ħelsien ta’ Ulster” (“UDA/UFF”) |
47. |
“Il-Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja” (“AUC”) (“Autodefensas Unidas de Colombia”) |
48. |
*“F.A.I.” – “Federazione Anarchica Informale” (“Il-Federazzjoni Anarkika Mhux Uffiċjali”) |
(1) Il-persuni, gruppi jew entitajiet immarkati b’asterisk għandhom ikunu s-suġġett ta’ l-Artikolu 4 tal-Posizzjoni Komuni 2001/931/PESK.