|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 180 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
* |
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2008/556/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2008/557/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2008/558/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2008/559/KE |
|
|
|
* |
|
|
|
Corrigendum |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
9.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 180/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 645/2008
tat-8 ta’ Lulju 2008
li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 299(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew
Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 704/2002 (1) fost oħrajn fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni tal-kwoti awtonomi tat-tariffi tal-Komunità fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn il-Gżejjer Kanarji għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2006. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/2007 (2) introduċa skema ġdida bħala kumpens għall-ispejjeż addizzjonali magħmula fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd mir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta’ l-Azores, il-Madeira, il-Gżejjer Kanarji, il-Gujana Franċiża u r-Réunion. |
|
(3) |
Is-sitwazzjoni ġeografika eċċezzjonali tal-Gżejjer Kanarji rigward is-sorsi tal-provvista ta’ ċerti prodotti tas-sajd li huma essenzjali għall-konsum domestiku tinvolvi spejjeż addizzjonali għal dan is-settur. Dan l-iżvantaġġ naturali, kif rikonoxxut fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, li jirriżulta mill-insularità u mill-fatt li dawn il-gżejjer jinsabu ’l bogħod u mbiegħda jista’ jiġi rimedjat, inter alia, bis-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni tal-prodotti in kwistjoni minn pajjiżi terzi fil-limiti ta’ kwoti tariffarji Komunitarji ta’ volum xieraq. |
|
(4) |
L-awtoritajiet Spanjoli, fid-29 ta’ Lulju 2004 u d-19 ta’ Lulju 2006 ppreżentaw rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 704/2002 u talbu l-estensjoni ta’ dawk il-miżuri għall-perijodu 2007-2013. Il-Kummissjoni eżaminat, abbażi tar-rapporti msemmija qabel, l-impatt tal-miżuri adottati fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji. |
|
(5) |
Ir-rapporti pprovduti mill-awtoritajiet Spanjoli indikaw li l-kwoti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 704/2002 ma ġewx eżawriti. |
|
(6) |
Kwoti tariffarji simili għal dawk miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 704/2002 għal ċerti prodotti tas-sajd huma ġġustifikati peress li jkopru l-ħtiġijiet tas-suq domestiku tal-Gżejjer Kanarji, filwaqt li jiżguraw li l-flussi ta’ l-importazzjonijiet b’dazju mnaqqas fil-Komunità jibqgħu prevedibbli u identifikabbli b’mod ċar. |
|
(7) |
Peress li l-kwoti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 704/2002 ma ġewx eżawriti, jixraq li l-kwantitajiet tal-kwoti jiġu ffissati f’livell aktar baxx. |
|
(8) |
Sabiex jiġi evitat li tiġi mminata l-integrità u l-koerenza tas-suq intern, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-prodotti tas-sajd li għalihom tingħata sospensjoni jkunu maħsuba biss għas-suq domestiku tal-Gżejjer Kanarji. |
|
(9) |
Għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tinżamm infurmata regolarment bil-volum ta’ l-importazzjonijiet in kwistjoni sabiex, jekk ikun meħtieġ, tkun tista’ tieħu passi biex tipprevjeni ċaqliq spekulattiv jew żvijjar tal-kummerċ. |
|
(10) |
Il-miżuri meћtieġa gћall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament gћandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (3). |
|
(11) |
Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-koerenza ma’ l-iskema introdotta bir-Regolament (KE) Nru 791/2007, il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu għall-perijodu 2007-2013, u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità mal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 704/2002, jixraq li jiġu applikati l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2007, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Gżejjer Kanarji tal-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom ikunu sospiżi kompletament għall-kwantità indikata f’dak l-Anness.
2. Is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata esklussivament għall-prodotti maħsuba għas-suq domestiku tal-Gżejjer Kanarji. Din għandha tapplika biss għall-prodotti tas-sajd imniżżla minn bastiment jew inġenju ta’ l-ajru qabel ma d-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali fil-Gżejjer Kanarji.
Artikolu 2
1. Sal-31 ta’ Mejju 2010, l-awtoritajiet kompetenti Spanjoli għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 1. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-impatt ta’ dawk il-miżuri u, abbażi ta’ dak ir-rapport, tipproponi lill-Kunsill, jekk meħtieġ, kwalunkwe emenda rilevanti għall-kwantitajiet li għandhom jiġu importati.
2. Sal-31 ta’ Mejju 2012, l-awtoritajiet kompetenti Spanjoli għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni, wara l-2010, tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-impatt ta’ dawk il-miżuri u, abbażi tas-sejbiet tagħha, tibgħat lill-Kunsill kwalunkwe proposta rilevanti għall-perijodu wara l-2013.
Artikolu 3
1. Meta l-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex temmen li s-sospensjoni prevista f’dan ir-Regolament tkun wasslet għal żvijjar tal-kummerċ għal prodott speċfiku, hija tista’, skond il-proċedura ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 4(2), tirrevoka proviżorjament is-sospensjoni għal perijodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar. Il-ħlas tad-dazji ta’ l-importazzjoni fuq prodotti li għalihom is-sospensjoni tkun ġiet irrevokata proviżorjament għandu jiġi żgurat permezz ta’ garanzija. Ir-rilaxx ta’ dawk il-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Gżejjer Kanarji għandu jiddependi mill-forniment ta’ tali garanzija.
2. Fil-perijodu ta’ 12-il xahar imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kunsill jista’, fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jirrevoka s-sospensjoni definittivament. F’dak il-każ l-ammonti ta’ dazji koperti mill-garanziji għandhom jinġabru definittivament.
3. Jekk ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni definittiva matul il-perijodu ta’ 12-il xahar skond il-paragrafu 2, il-garanziji għandhom ikunu rilaxxati.
Artikolu 4
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).
2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
C. LAGARDE
(1) ĠU L 111, 26.4.2002, p. 1.
(3) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(4) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
|
Nru ta’ l-Ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-kwota (f’tunnellati) |
Dazju fuq il-kwota (%) |
|
09.2997 |
0303 |
Ħut, iffriżat, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta’ titlu 0304 |
15 000 |
0 |
|
0304 |
Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew mhuwiex), frisk, imkessaħ jew iffriżat |
|||
|
09.2651 |
0306 |
Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ krustaċji, tajbin għal konsum uman |
15 000 |
0 |
|
0307 |
Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji u molluski, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji, tajbin għal konsum uman |
|
9.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 180/5 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 646/2008
tat-8 ta’ Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Belarus
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/276/PESK ta’ l-10 ta’ April 2006 dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2004/661/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Belarus (2) impona miżuri restrittivi skond il-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK. |
|
(2) |
Huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi armonizzat ma’ l-iżviluppi riċenti fil-prattika tas-sanzjonijiet fejn tidħol l-identifikazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbiltà għal ċertu ksur u l-avviżi għall-pubbliku dwar il-proċeduri għaż-żamma ta’ ċerti listi. Biex titħares iċ-ċarezza, dawk l-Artikoli li għalihom għandhom isiru emendi għandhom jerġgħu jiġu ppubblikati sħaħ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) m’għandha tagħti lok għall-ebda tip ta’ responsabbiltà min-naħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati, jekk dawn ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom ikunu jiksru din il-projbizzjoni.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikati fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skond dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skond il-paragrafu 1.”; |
|
(3) |
L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli rigward ir-rappurtaġġ, il-konfidenzjalità u s-segretezza professjonali, persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:
2. Kull informazzjoni mogħtija jew milqugħa skond dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ingħatat jew intlaqgħat.” |
|
(4) |
L-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 8 1. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter li:
2. Għandu jiġi ppubblikat avviż dwar il-proċeduri għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni b’rabta ma’ l-Anness I.”; |
|
(5) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9a 1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4(2) u 5 u jidentifikawhom fil-websajts elenkati fl-Anness II. 2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom sal-31 ta’ Lulju 2008 u għandhom jgħarrfuha bi kwalunkwe emenda sussegwenti mingħajr dewmien.” |
|
(6) |
L-Anness II għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
C. LAGARDE
(1) ĠU L 101, 11.4.2006, p. 5. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2008/288/PESK (ĠU L 95, 8.4.2008, p. 66).
(2) ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
“ANNESS II
Websajts li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4(2) u 5, u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
BULGARIJA
http://www.mfa.government.bg
REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
DANIMARKA
http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/
ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html
ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id = 28519
GREĊJA
http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/
SPANJA
www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
ITALJA
http://www.esteri.it/UE/deroghe.html
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
LITWANJA
http://www.urm.lt
LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
OLANDA
http://www.minbuza.nl/sancties
AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
POLONJA
http://www.msz.gov.pl
PORTUGALL
http://www.min-nestrangeiros.pt
RUMANIJA
http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlink=1&cat=3
SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
SLOVAKKJA
http://www.foreign.gov.sk
FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
ŻVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
RENJU UNIT
http://www.fco.gov.uk/en/business-trade/export-controls-sanctions/
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
|
European Commission |
|
DG External Relations |
|
Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in Common Foreign and Security Policy |
|
Unit A2. Crisis Response and Peace Building |
|
CHAR 12/106 |
|
B-1049 Brussell (Belġju) |
|
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu |
|
Tel. (32 2) 295 55 85 |
|
Fax (32 2) 299 08 73” |
|
9.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 180/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 647/2008
tat-8 ta’ Lulju 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
ANNESS
tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
33,6 |
|
MK |
22,0 |
|
|
TR |
98,2 |
|
|
ZZ |
51,3 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
74,2 |
|
ZZ |
74,2 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
94,9 |
|
ZZ |
94,9 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
98,6 |
|
US |
85,3 |
|
|
ZA |
106,5 |
|
|
ZZ |
96,8 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
101,2 |
|
BR |
94,8 |
|
|
CL |
104,2 |
|
|
CN |
79,4 |
|
|
NZ |
118,0 |
|
|
US |
88,2 |
|
|
UY |
93,6 |
|
|
ZA |
94,2 |
|
|
ZZ |
96,7 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
95,3 |
|
CL |
96,3 |
|
|
CN |
113,9 |
|
|
NZ |
105,6 |
|
|
ZA |
120,5 |
|
|
ZZ |
106,3 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
182,1 |
|
US |
284,0 |
|
|
XS |
130,8 |
|
|
ZZ |
199,0 |
|
|
0809 20 95 |
TR |
363,5 |
|
US |
179,9 |
|
|
ZZ |
271,7 |
|
|
0809 30 |
TR |
313,4 |
|
ZZ |
313,4 |
|
|
0809 40 05 |
IL |
155,0 |
|
ZZ |
155,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
9.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 180/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 648/2008
ta’ l-4 ta’ Lulju 2008
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun tat-tbajja' fl-ilmijiet tal-KE taż-żona VIIh, VIIj u VIIk min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008. |
|
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p.1).
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.09.2007, p. 1).
(3) ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 446/2008 (ĠU L 134, 23.05.2008, p. 11.).
ANNESS
|
Nru |
17/T&Q |
|
Stat Membru |
BEL |
|
Stokk |
PLE/7HJK. |
|
Speċi |
Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) |
|
Żona |
Iż-żoni VIIh, VIIj u VIIk ta’ l-ICES |
|
Data |
3.6.2008 |
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
|
9.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 180/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta' Ġunju 2008
dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fil-Portugall fl-2007
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2978)
(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)
(2008/556/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 3a(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skond l-Artikolu 3a ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri jistgħu jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-ispejjeż ta’ ċerti miżuri għall-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur. |
|
(2) |
L-Artikolu 3a(3) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistabbilixxi regoli dwar il-perċentwal ta’ l-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri li jistgħu jiġu koperti mill-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi regoli dwar il-finanzjament Komunitarju ta’ miżuri ta’ emerġenza u tal-kampanja għall-ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE, wara l-emenda tad-Deċiżjoni 90/424/KEE (2) mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/53/KE (3), ma għadux ikopri l-influwenza tat-tjur. Għalhekk jeħtieġ li jiġi espressament ipprovdut fid-Deċiżjoni attwali li l-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lill-Portugall ikun soġġett għal konformità ma’ ċerti regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Fl-2007 seħħew tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur fil-Portugall. Il-preżenza ta’ din il-marda tirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. Il-Portugall ħa l-miżuri, kif imsemmija fl-Artikolu 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, biex jiġġieled dawn it-tifqigħat. |
|
(5) |
Il-Portugall kienet konformi għal kollox ma’ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulati fl-Artikoli 3(3) u 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
|
(6) |
Il-Portugall ppreżentat lill-Kummissjoni tagħrif dwar l-ispejjeż imġarrba fis-7 ta’ Novembru 2007, u kompliet tipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ dwar spejjeż ta’ kumpens u nefqa operattiva. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità
1. Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tingħata lill-Portugall għall-ispejjeż imġarrba minn dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, fil-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fl-2007.
2. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-Artikoli 2 sa 5 u l-Artikolu 7 u l-Artikoli 9(2), (3) u (4) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
|
9.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 180/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta' Ġunju 2008
dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fil-Polonja fl-2007
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3047)
(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)
(2008/557/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 3a(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skond l-Artikolu 3a ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri jistgħu jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-ispejjeż ta’ ċerti miżuri għall-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur. |
|
(2) |
L-Artikolu 3a(3) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistabbilixxi regoli dwar il-perċentwal ta’ l-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri li jistgħu jiġu koperti mill-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja. |
|
(3) |
Fl-2007 seħħew tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur fil-Polonja. Il-preżenza ta’ din il-marda tirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. Il-Polonja ħadet il-miżuri, kif imsemmija fl-Artikolu 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, biex tiġġieled kontra dawn it-tifqigħat. |
|
(4) |
Il-Polonja kienet kompletament konformi ma’ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulati fl-Artikoli 3(3) u 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (2). |
|
(5) |
Il-Polonja ppreżentat lill-Kummissjoni tagħrif dwar l-ispejjeż imġarrba fl-4 ta’ Frar 2008 u fit-13 ta’ Marzu 2008, u kompliet tipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ dwar l-ispejjeż ta’ kumpens u n-nefqa operattiva. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 349/2005, wara l-emenda tad-Deċiżjoni 90/424/KEE bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/53/KE (3), m’ għadux ikopri l-influwenza tat-tjur. Għalhekk jeħtieġ li jiġi espressament ipprovdut f’din id-Deċiżjoni li l-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lill-Polonja jkun suġġett għal konformità ma’ ċerti regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Polonja
1. Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tingħata lill-Polonja għall-ispejjeż imġarrba minn dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE fil-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fl-2007.
2. Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-Artikoli 2 sa 5 u l-Artikoli 7 u 8 u l-Artikoli 9(2), (3) u (4) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 għandhom japplikaw mutatis muntandis.
Artikolu 2
Arranġamenti għall-ħlas
L-ewwel porzjon ta’ 845 000,00 EUR għanda titħallas bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja stipulata fl-Artikolu 1.
Artikolu 3
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
|
9.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 180/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta' Ġunju 2008
dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq taż-żejt Echium bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3049)
(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2008/558/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ta’ l-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-11 ta’ Awwissu 2006 l-kumpanija Croda Chemicals Ltd. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed iż-żejt Echium fis-suq bħala ingredjent ta’ l-ikel ġdid. |
|
(2) |
Fis-12 ta’ Lulju 2007 l-entità kompetenti ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-ikel tar-Renju Unit ħarġet ir-rapport inizjali tal-valutazzjoni tagħha. F’dan ir-rapport intlaħqet il-konklużjoni li ż-żejt Echium irfinat huwa tajjeb għal konsum mill-bniedem fl-użi proposti. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizzjali lill-Istati Membri kollha fil-1 ta’ Awwissu 2007. |
|
(4) |
Fi żmien il-perjodu ta’ sittin jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 issemmew oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skond din id-dispożizzjoni. |
|
(5) |
Fl-10 ta’ Jannar 2008 fit-tweġiba tiegħu għall-kummenti u l-oġġezzjonijiet, l-applikant qabel li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet taż-żejt Echium irfinat u biex jiġu ristretti l-użi tiegħu kif kien mitlub minn xi Stati Membri. |
|
(6) |
Iż-żejt Echium irfinat jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iż-żejt Echium irfinat kif speċifikat fl-Anness I, jista’ jitqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent ta’ l-ikel ġdid għall-użi u taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness II.
Artikolu 2
L-isem ta’ l-ingredjent il-ġdid ta’ l-ikel awtorizzat b’din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li jkun fihom għandu jkun ‘Żejt Echium irfinat’.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Croda Chemicals Europe Ltd, Oak Road, Clough Road, Hull, East Yorkshire, HU6 7PH, ir-Renju Unit.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS I
Speċifikazzjonijiet taż-żejt Echium irfinat
Deskrizzjoni
Iż-żejt Echium irfinat hu l-prodott isfar ċar miksub permezz ta’ rfinar taż-żejt estratt minn żrieragħ ta’ l-Echium plantagineum.
Speċifikazzjonijiet
|
Test |
L-Ispeċifikazzjoni |
|
Kontenut ta’ aċidu Stearidonic |
Mhux inqas minn 10 % w/w ta’ l-aċidi grassi totali |
|
Aċidi grassi trans |
Mhux aktar minn 2 % (w/w ta’ l-aċidi grassi totali) |
|
Valur ta’ l-aċidu |
Mhux iktar minn 0.6 mg KOH/g |
|
Valur ta’ perossidu |
Mhux iktar minn 5 meq O2/kg |
|
Kontenut ta’ sustanza li ma jistax jinbidel f’sapun |
Mhux iktar minn 2 % |
|
Kontenut ta’ proteina (nitroġenu totali) |
Mhux aktar minn 20μg/mL |
|
Pyrrolizidine alkaloids |
Ma jistax jiġi żvelat b’limitu ta’ l-għarfien 4 μg/kg |
ANNESS II
Użu taż-żejt Echium irfinat
|
Grupp ta’ Użu |
Livell Massimu ta’ aċidu Stearidonic (STA) |
|
Prodotti b’bażi ta’ ħalib u prodotti ta’ jogurt tax-xorb mogħtija f’doża waħda |
250 mg/100 g, 75 mg/100 g għax-xorb |
|
Preparazzjonijiet tal-ġobon |
750 mg/100 g |
|
Xaħam li jiddellek u ħwawar |
750 mg/100 g |
|
Ċereali għall-kolazzjon |
625 mg/100 g |
|
Supplimenti ta’ l-ikel |
Doża ta’ 500 mg/kuljum kif irrakkomandat mill-manifattur |
|
Ikel ta’ dieta għal skopijiet mediċi speċjali |
Skond ir-rekwiżiti ta’ nutrizzjoni partikolari tal-persuni li għalihom il-prodotti huma intenzjonati |
|
Ikel maħsub għall-użu f’dieti ta’ enerġija ristretta għat-tnaqqis tal-piż |
250 mg/sostitut ta’ l-ikel |
|
9.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 180/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta' Ġunju 2008
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żejt taż-żerriegħa Allanblackia bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3081)
(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)
(2008/559/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti ġodda ta' l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ Awwissu 2004 il-kumpanija Unilever Deutschland GmbH għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ġermanja biex tqiegħed fis-suq bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel iż-żejt taż-żerriegħa Allanblackia għall-użu fi prodotti maħsuba biex jindilku miżjuda b’esteri tal-fitosteroli u dawk ibbażati fuq il-krema. |
|
(2) |
Fit-3 ta’ April 2006 l-istituzzjoni kompetenti għall-valutazzjoni ta’ l-ikel fil-Ġermanja ħarġet ir-rapport inizjali tagħha ta’ valutazzjoni. F’dan ir-rapport intlaħqet il-konklużjoni li ż-żejt taż-żerriegħa Allanblackia jista’ jittiekel mill-bniedem mingħajr periklu. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha fit-8 ta’ Ġunju 2006. |
|
(4) |
Fi żmien il-perjodu ta’ sittin jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tqajmu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skond dik id-dispożizzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà Alimentari (EFSA) ġiet ikkonsultata fis-7 ta’ Frar 2007. |
|
(6) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2007, l-EFSA adottat l-“Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti tad-dieta, in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji fuq talba tal-Kummissjoni marbuta mas-sigurtà taż-żejt taż-żerriegħa Allanblackia għall-użu fi prodotti maħsuba biex jindilku miżjuda b’esteri tal-fitosteroli u dawk ibbażati fuq il-krema”. |
|
(7) |
Fl-opinjoni tiegħu l-bord wasal għall-konklużjoni li ż-żejt taż-żerriegħa Allanblackia jista’ jittiekel mill-bniedem mingħajr periklu fil-kundizzjonijiet speċifikati għall-użu. |
|
(8) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li ż-żejt taż-żerriegħa Allanblackia huwa konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iż-żejt taż-żerriegħa Allanblackia kif speċifikat fl-Anness jista’ jitqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel għall-użu fi prodotti miżjuda b’esteri tal-fitosteroli u dawk ibbażati fuq il-krema, maħsuba biex jindilku.
Artikolu 2
L-ispeċifikazzjoni ta’ l-ingredjent ġdid ta’ l-ikel awtorizzata b’din id-Deċiżjoni li trid tidher fuq it-tikketta tal-prodott għandha tkun ‘żejt taż-żerriegħa Allanblackia’.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Unilever Deutschland GmbH, Dammtorwall 15, D-20355 Hamburg.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS
Speċifikazzjonijiet taż-żejt taż-żerriegħa Allanblackia
Deskrizzjoni
Iż-żejt raffinat taż-żerriegħa Allanblackia jinkiseb miż-żerriegħa ta’ l-ispeċi Allanblackia: A. floribunda (sinonima ma’ A. parviflora) u A. stuhlmannii.
Kompożizzjoni ta’ l-aċidi grassi
|
Aċidu lawriku (C12:0) |
< 1 % |
|
Aċidu miristiku (C14:0) |
< 1 % |
|
Aċidu palmitiku (C16:0) |
< 2 % |
|
Aċidu palmitolejku (C16:1) |
< 1 % |
|
Aċidu steariku (C18:0) |
45 – 58 % |
|
Aċidu olejku (C18:1) |
40 – 51 % |
|
Aċidu linolejku (C18:2) |
< 1 % |
|
Aċidu γ-linolejku (C18:3) |
< 1 % |
|
Aċidu arakidiku (C20:0) |
< 1 % |
|
Aċidi grassi ħielsa |
mass. 0.1 % |
Karatteristiċi
|
Aċidi grassi trans |
mass. 0.5 % |
|
Valur tal-perossidu |
mass. 0.8 meq/kg |
|
Valur tal-jodju |
< 46 g/100 g |
|
Sustanzi insaponifikabbli |
mass. 0.1 % |
|
Valur ta’ saponifikazzjoni |
185 – 198 mg KOH/g |
Corrigendum
|
9.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 180/22 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/3/2008 (2008/412/PESK) tat-28 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/1/2008 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/2/2008 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 144, ta' l-4 ta' Ġunju 2008 )
Fit-titolu tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà kemm fil-paġna kopertina kif ukoll fil-paġna 82:
minflok:
“tat-28 ta’ Mejju 2008 ”,
aqra:
“ta' l-14 ta’ Mejju 2008 ”.
F'paġna 83, fil-formula finali:
minflok:
“ 28 ta’ Mejju 2008 ”,
aqra:
“ 14 ta’ Mejju 2008 ”.