ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
28 ta' Ġunju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 615/2008 tat-23 ta' Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura għall-benefiċċju tal-gżejjer minuri ta’ l-Eġew u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 618/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jaġġusta l-obbligi tal-konsenja għaz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat skond il-Protokoll ta' l-AKP u l-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2007/2008

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib

20

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jirrettifika r-Regolament (KE) Nru 386/2008 li jiffissa r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

27

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/64/KE tas-27 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Annessi I sa IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

31

 

*

Direttiva tal-kummissjoni 2008/65/KE tas-27 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Direttiva 91/439/KEE dwar il-liċenzji tas-sewqan

36

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/489/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu ta' l-injam ta' l-arżnu) fil-Portugall (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3312)

38

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2008/490/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUSEC/2/2008 ta’ l-24 ta’ Ġunju 2008 dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

41

 

*

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2008/491/PESK tas-26 ta' Ġunju 2008 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD CONGO)

42

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 615/2008

tat-23 ta' Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura għall-benefiċċju tal-gżejjer minuri ta’ l-Eġew u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (2), jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament u jagħti definizzjoni tal-gżejjer minuri. L-esperjenza mill-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament turi li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għandu jiġi emendat.

(2)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 jintroduċi arranġamenti speċifiċi ta’ forniment maħsuba biex itaffu d-diffikultajiet relatati mal-qagħda ġeografika partikolari ta’ xi wħud mill-gżejjer ta’ l-Eġew li timponi spejjeż addizzjonali tat-trasport fil-forniment tal-prodotti essenzjali għall-konsum mill-bniedem, għall-manifattura ta’ prodotti oħra jew bħala inputs agrikoli. Dawn il-prodotti essenzjali huma inklużi fl-Anness I tat-Trattat. Għalhekk, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 għandu jiġi emendat sabiex jinkludi referenza għall-Anness I ikkonċernat, u b’hekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu jiġi limitat għal dawn il-prodotti li jidhru f’dak l-anness biss.

(3)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 jistabbilixxi l-proċedura għall-adozzjoni tar-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Kapitolu II ta’ dak ir-Regolament. Peress li fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 teżisti dispożizzjoni simili li tirrigwarda l-implimentazzjoni tar-Regolament kollu kemm hu, l-Artikolu 6 għandu jitħassar.

(4)

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 jintroduċi miżuri ta’ għajnuna għall-prodotti agrikoli ġenerali, u b’hekk għandu kamp ta’ applikazzjoni usa’ mill-Artikolu 3. Għalhekk, l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi emendat biex jinkludi referenza għat-Titolu II tal-Parti Tlieta tat-Trattat biex b’hekk jiġu koperti prodotti tal-ħamrija, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd u l-prodotti ta’ l-ipproċessar fl-ewwel stadju, li jkunu relatati direttament ma’ dawn il-prodotti.

(5)

L-Artikolu 9(e) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 jirreferi, fost kwistjonijiet oħra li għandhom jiddaħħlu fil-programm ta’ appoġġ, għad-dispożizzjonijiet għall-kontrolli u l-penalitajiet amministrattivi. Madankollu, id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kontrolli u l-penalitajiet amministrattivi ma jistgħux ikunu soġġetti għall-approvazzjoni fil-kuntest tal-programm ta’ appoġġ Komunitarju għall-Gżejjer minuri ta’ l-Eġew. Dawn il-miżuri nazzjonali jistgħu jiġu kkomunikati biss lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, l-Artikolu 9(e) għandu jiġi emendat sabiex tiġi eskluża kwalunkwe dispożizzjoni għall-kontrolli u l-penalitajiet amministrattivi li għandhom jiġu inklużi fil-programm imressaq mill-awtoritajiet kompetenti tal-Greċja.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(7)

Il-biċċa l-kbira tal-miżuri msemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 jikkostitwixxu ħlasijiet diretti u għalhekk għandhom jingħataw referenza fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (3). Minħabba żball, l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ħassar erronjament l-annotazzjoni għall-Gżejjer ta’ l-Eġew mill-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1405/2006. Għalhekk, l-Anness I imsemmi għandu jiġi kkoreġut b’effett mid-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit bit-test li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi dwar l-agrikoltura biex jiġu rimedjati d-diffikultajiet ikkawżati min-natura remota u insulari tal-gżejjer minuri ta’ l-Eġew, minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘gżejjer minuri’.”.

(2)

L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit bit-test li ġej:

“1.   Arranġamenti speċifiċi ta’ forniment b’dan huma introdotti għall-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘l-prodotti agrikoli’), li huma essenzjali, fil-gżejjer minuri, għall-konsum mill-bniedem jew għall-manifattura ta’ prodotti oħra jew bħala inputs agrikoli.”.

(3)

L-Artikolu 6 huwa mħassar.

(4)

L-Artikolu 7(1) huwa sostitwit bit-test li ġej:

“1.   Il-programm ta’ apoġġ għandu jinkludi l-miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati l-kontinwità u l-iżvilupp ta’ linji lokali ta’ produzzjoni agrikola fil-gżejjer minuri, fl-ambitu tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tat-Trattat.”.

(5)

L-Artikolu 9(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

il-passi meħuda biex jiġi żgurat li l-programm jiġi implimentat effettivament u kif xieraq, inklużi l-arranġamenti għall-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;”.

Artikolu 2

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, hija mdaħħla l-annotazzjoni li ġejja wara POSEI:

“Gżejjer ta’ l-Eġew

Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 (*)

Ħlasijiet diretti fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2, skond miżuri stabbiliti fil-programmi

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  Opinjoni tal-5 ta’ Ġunju 2008 (għadha ma dehritx fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 479/2008 (ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1).

(*)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 3.”


28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 616/2008

tas-27 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

37,7

MK

32,3

TR

52,6

ZZ

40,9

0707 00 05

JO

156,8

MK

22,9

TR

104,0

ZZ

94,6

0709 90 70

JO

216,7

TR

96,9

ZZ

156,8

0805 50 10

AR

93,1

IL

116,0

TR

135,6

US

83,6

ZA

113,7

ZZ

108,4

0808 10 80

AR

85,5

BR

86,4

CL

99,8

CN

86,1

NZ

117,8

US

105,3

UY

88,5

ZA

88,5

ZZ

94,7

0809 10 00

IL

121,6

TR

197,2

ZZ

159,4

0809 20 95

TR

409,7

US

373,7

ZZ

391,7

0809 30 10 , 0809 30 90

CL

244,7

IL

144,8

US

245,1

ZZ

211,5

0809 40 05

IL

157,5

ZZ

157,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 617/2008

tas-27 ta’ Ġunju 2008

dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2007, rigward l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu u d-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dak li jikkonċerna ċerti prodotti ta’ dan is-settur (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment il-punt (f) ta’ l-Artikolu 121 tiegħu, b’rabta ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, ir-Regolament (KEE) Nru 2782/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ bajd għat-tfaqqis u flieles tat-tjur ta’ l-irziezet (2) ġie rrevokat mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)

Ċerti dispożizzjonijiet u obbligi previsti mir-Regolament (KEE) Nru 2782/75 ma ġewx inklużi fil-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Għalhekk, iridu jiġu adottati ċerti dispożizzjonijiet u obbligi adattati fil-qafas ta’ regolament dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 sabiex jippermettu l-kontinwità u l-amministrazzjoni tajba ta’ l-organizzazzjoni tas-suq u partikolarment in-normi tat-tqegħid fis-suq.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiffissa r-rekwiżiti minimi li jridu jissodisfaw il-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu kkumerċjalizzati fil-Komunità. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jaqbel li wieħed jiddefinixxi t-termini l-ġodda ta’ l-applikazzjoni relatati ma’ dawn ir-rekwiżiti. Għalhekk jaqbel li jiġi revokat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1868/77 (3), li stabbilixxa t-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2782/75, u li dan jiġi sostitwit minn regolament ġdid.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 stabbilixxa ċerti regoli li jikkonċernaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-bajd tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet. L-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli teżiġi l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni bil-ħsieb, fost l-oħrajn, li jiġi evitat li l-bajd imneħħi mill-inkubatur ikun jista’ jitqiegħed fis-suq mingħajr marka ta’ distinzjoni partikolari, li jiġu ffissati l-marki li jridu jitpoġġew fuq il-bajd u fuq l-ippakkjar li fih il-bajd tat-tifqis u l-flieles kif ukoll li jistipula l-komunikazzjonijiet meħtieġa.

(6)

Huwa neċessarju li kull stabbiliment jingħata numru ta’ reġistrazzjoni uniku, ibbażat fuq kodiċi stabbilit f’kull Stat Membru b’tali mod li jkun possibbli li wieħed jiddetermina s-settur ta’ l-attività ta’ l-istabbiliment.

(7)

Jaqbel li tinżamm is-sistema ta’ ġbir ta’ informazzjoni relatata mal-kummerċ intrakomunitarju u l-produzzjoni tal-flieles u tal-bajd tat-tifqis bl-attenzjoni indispensabbli sabiex tkun permessa l-preparazzjoni ta’ tbassir tal-produzzjoni għal żmien qasir. Kull Stat Membru għandu l-obbligu li jistipula s-sanzjonijiet applikabbi għal dawk li ma jimxux skond ir-regoli.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Fis-sens ta’ dan ir-Regolament wieħed jifhem bi:

(1)

“Bajd tat-tifqis” tfisser il-bajd ta’ tjur ta’ l-irziezet, tas-subintestaturi 0407 00 11 u 0407 00 19 tan-Nomenklatura Magħquda, maħsuba għall-produzzjoni ta’ flieles, iddifferenzjati skond l-ispeċi, il-kategorija u t-tip u identfikati skond dan ir-Regolament, prodotti fil-Komunità jew impurtati minn pajjiżi terzi.

(2)

“Flieles” tfisser it-tjur li jgħixu fl-irziezet li l-piż tagħhom ma jeċċedix il-185 gramma, tas-subintestaturi 0105 11 u 0105 19 tan-Nomenklatura Magħquda, prodotti fil-Komunità jew impurtati minn pajjiżi terzi, tal-kategoriji li ġejjin:

(a)

flieles ta’ utilità: il-flieles ta’ wieħed mit-tipi li ġejjin:

(i)

flieles għall-ikel: il-flieles maħsuba biex jissemmnu u jinqatlu qabel ma jilħqu l-maturazzjoni sesswali;

(ii)

flieles biex ibidu: il-flieles mħsuba biex jitkabbru bi skop ta’ produzzjoni tal-bajd għall-konsum;

(iii)

flieles ta’ użu doppju: il-flieles maħsuba jew biex ibidu jew għall-ikel;

(b)

flieles minn ħażna ġenituri: il-flieles maħsuba għall-produzzjoni ta’ flieles ta’ utilità;

(ċ)

flieles minn ħażna ta’ anzjani: flieles maħsuba għall-produzzjoni ta’ flieles għat-trobbija.

(3)

“Stabbiliment” tfisser l-istabbiliment jew il-parti minn stabbiliment għal kull wieħed mis-setturi ta’ attività li ġejjin:

(a)

stabbiliment għat-tkabbir tar-razza: l-istabbiliment li l-attività tiegħu tikkonsisti fil-produzzjoni tal-bajd tat-tifqis maħsuba għall-produzzjoni ta’ ħażna anzjani, ħażna ġenituri jew flieles ta’ utilità;

(b)

stabbiliment għat-trobbija: l-istabbiliment li l-attività tiegħu tikkonsisti fil-produzzjoni ta’ bajd tat-tifqis maħsuba għall-produzzjoni ta’ flieles ta’ utilità;

(ċ)

fejn isir it-tifqis: l-istabbiliment li l-attività tiegħu tikkonsisti fl-inkubazzjoni tal-bajd, għat-tifqis u għall-fornitura ta’ flieles.

(4)

“Il-limiti ta’ produzzjoni” tfisser in-numru massimu ta’ bajd tat-tifqis li jista’ jitqiegħed fl-istess ħin fl-inkubaturi minbarra l-postijiet fejn isir it-tifqis.

Artikolu 2

Ir-reġistrazzjoni ta’ l-istabbilimenti

1.   Kull stabbiliment huwa rreġistrat, wara li jagħmel talba, mill-organizzazzjoni kompetenti maħtur mill-Istat Membru u jirċievi numru ta’ identifikazzjoni.

In-numru ta’ identifikazzjoni jista’ jiġi rtirat lill-istabbilimenti li ma jissodisfawx id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   Kull talba ta’ reġistrazzjoni ta’ wieħed mill-istabbilimenti stipulati fil-paragrafu 1 tiġi indirizzata lill-organizzazzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru fuq it-territorju fejn jinstab l-istabbiliment. Din l-organizzazzjoni tagħti lill-istabbiliment irreġistrat numru ta’ identifikazzjoni magħmul minn wieħed mill-kodiċijiet li jidhru fl-Anness I u minn numru ta’ identifikazzjoni mogħti b’tali mod li jkun possibbli li wieħed jiddetermina s-settur ta’ l-attività ta’ l-istabbiliment.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni kull modifika fil-kodiċi wżata biex jingħataw in-numri ta’ identifikazzjoni li jippermettu li wieħed jiddetermina s-setturi ta’ l-attività ta’ l-istabbiliment.

Artikolu 3

L-immarkar tal-bajd tat-tifqis u ta’ l-ippakkjar tagħhom

1.   Il-bajd tat-tifqis utilizzat għall-produzzjoni ta’ flieles jiġi mmarkat b’mod individwali.

2.   L-immarkar individwali tal-bajd tat-tifqis utilizzat għall-produzzjoni ta’ flieles isir fl-istabbiliment tal-produzzjoni, li jistampa n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu fuq il-bajd. L-ittri u n-numri huma mmarkati b’linka sewda li ma titħassarx; dawn ikunu talanqas 2 millimetri għolja u millimetru wiesgħa.

3.   L-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ deroga, jawtorizzaw l-immarkar tal-bajd tat-tifqis skond termini differenti minn dawk stipulati fil-paragrafu 2, sakemm l-immarkar isir b’kulur iswed li ma jitħassarx, li jkun viżibbli b’mod ċar u li jkopri madwar 10 millimetri kwadri. Dan l-immarkar irid isir qabel ma jitpoġġew fl-inkubatur, kemm fi stabbiliment ta’ produzzjoni, kemm fil-post fejn isir it-tifqis. L-Istat Membru li jagħżel din il-possibilità għandu javża b’dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, billi jikkomunikalhom id-dispożizzjonijiet miġjuba fis-seħħ għal dan l-iskop.

4.   Il-bajd tat-tifqis għandu jiġi trasportat f’pakketti perfettament nodfa li jkun fihom biss bajd tat-tifqis ta’ l-istess speċi, ta’ l-istess kategorija u ta’ l-istess tip ta’ tjur li ġejjin minn stabbiliment wieħed u li jkollhom waħda mill-marki li jidhru fl-Anness II.

5.   Biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’ċerti pajjiżi terzi importaturi, il-bajd tat-tifqis maħsuba għall-esportazzjoni u l-ippakkjar tagħhom jista’ jkollhom indikazzjonjiet oħra minbarra dawk previsti minn dan ir-Regolament, sakemm dawn ma jirriskjawx li jiġu konfużi ma’ dawn ta’ l-aħħar kif ukoll ma’ dawk previsti mill-punt d) ta’ l-Artikolu 121, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u mir-regoli ta’ l-applikazzjoni tiegħu.

6.   L-ippakkjar jew kontenituri oħra ta’ kwalunkwe tip li fihom jiġu trasportati l-bajd għandu jkollhom in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-istabbiliment tal-produzzjoni.

7.   Huma biss il-bajd tat-tifqis immarkati skond dan l-Artikolu li jistgħu jiġu trasportati jew ikkumerċjalizzati bejn l-Istati Membri.

8.   Il-bajd tat-tifqis li ġej minn pajjiżi terzi jista’ jiġi impurtat biss jekk ikollu, b’ittri li talanqas ikunu għoljin 3 millimetri, l-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini u l-marka stampata “à couver”, “broedei”, “rugeaeg”, “Bruteie”, “προς εκκόλαψιν”, “para incubar”, “hatching”, “cova”, “para incubação”, “haudottavaksi”, “för kläckning”, “líhnutí”, “haue”, “inkubācija”, “perinimas”, “keltetésre”, “għat-tifqis”, “do wylęgu”, “valjenje”, “liahnutie”, “за люпене” jew “incubare”. L-ippakkjar tagħhom irid ikun fih biss il-bajd tat-tifqis ta’ l-istess speċi, ta’ l-istess kategorija u ta’ l-istess tip ta’ tjur, mill-istess pajjiż ta’ l-oriġini u mibgħuta mill-istess persuna u jkollhom talanqas l-indikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-indikazzjonijiet li jidhru fuq il-bajd;

(b)

l-ispeċi ta’ tjur li minnhom ġejjin il-bajd;

(ċ)

l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz ta’ min qed jibgħat il-pakkett.

Artikolu 4

L-immarkar tal-pakketti li jinkludu l-flieles

1.   Il-flieles jiġu ppakkjati skond l-ispeċi, it-tip u l-kategorija ta’ tajr.

2.   Il-kaxxi jkun fihom biss il-flieles mill-istess post ta’ tifqis u jkollhom talanqas l-indikazzjoni tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-post tat-tifqis.

3.   Il-flieles li ġejjin minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu impurtati biss jekk ikunu mqassmin skond il-paragrafu 1. Il-kaxxi jrid ikun fihom biss il-flieles mill-istess pajjiż ta’ l-oriġini u mingħand l-istess persuna u jkollhom talanqas l-indikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini;

(b)

l-ispeċi tat-tajr li jappartjenu għaliha l-flieles;

(ċ)

l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz ta’ min qed jibgħat il-pakkett.

Il-marki li jridu jitpoġġew fuq l-ippakkjar jridu jsiru b’linka sewda li ma titħassarx, b’ittri talanqas għoljin 20 millimetru u wisgħin 10 millimetri, u l-ħxuna tagħhom tkun ta’ millimetru.

Artikolu 5

Id-dokumenti ta’ akkumpanjament

1.   Dokument ta’ akkumpanjament jiġi ppreparat, li jinkludi għal kull grupp ta’ bajd tat-tifqis jew ta’ flieles mibgħuta, talanqas l-indikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz ta’ l-istabbiliment u n-numru ta’ identifikazzjoni;

(b)

in-numru ta’ bajd tat-tifqis jew ta’ flieles skond l-ispeċi, il-kategorija u t-tip ta’ tajr;

(ċ)

id-data li fiha ntbagħtu;

(d)

l-isem u l-indirizz tad-destinatarju.

2.   Għall-gruppi ta’ bajd tat-tifqis u ta’ flieles impurtati minn pajjiżi terzi, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-istabbiliment jista’ jiġi sostitwit mill-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini.

Artikolu 6

Ir-reġistrazzjonijiet

Kull post tat-tifqis jirreġistra għal kull speċi, għal kull kategorija (għażla, riproduzzjoni jew użu) u għal kull tip (għall-ikel, biex ibidu jew għall-użu doppju):

(a)

id-data li fiha tpoġġew għall-inkubazzjoni u n-numru ta’ bajd tat-tifqis impoġġi fl-inkubatur u n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-istabbiliment fejn il-bajd tat-tifqis ġie prodott;

(b)

id-data tat-tifqis u n-numru ta’ flieles imfaqqsa maħsuba biex fil-fatt jintużaw;

(ċ)

in-numru ta’ bajd tat-tifqis miġbura mill-inkubatur u l-identità tax-xerrej.

Artikolu 7

L-użu tal-bajd miġbura mill-inkubatur

Il-bajd inkubat miġbur mill-inkubatur ma jistax jintuża għall-konsum mill-bniedem. Dawn jistgħu jintużaw bħala bajd industrijali fis-sens tal-punt h) tat-tieni sentenza ta’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 (4)

Artikolu 8

Il-komunikazzjonijiet

1.   Kull post tat-tifqis irid jikkomunika kull xahar lill-organizzazzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru, għal kull speċi, għal kull kategorija u għal kull tip, in-numru ta’ bajd inkubat u n-numru ta’ flieles li faqqsu li fil-fatt ser jiġu utilizzati.

2.   Tintalab informazzjoni statistika relattiva għall-merħliet ta’ tjur ta’ skorta anzjana u ta’ skorta ġenituri, meta din tkun meħtieġa, lill-istabbilimenti apparti minn dawk stipulati fil-paragrafu 1 skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti skond il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   L-Istati Membri jikkomunikaw kull xahar lill-Kummissjoni, l-irċevuti u l-analiżi ta’ l-informazzjoni stipulata fil-paragrafi 1 u 2, sommarju bbażat fuq l-imsemmija informazzjoni għax-xahar ta’ qabel.

Is-sommarju ppreżentat mill-Istat Membru jindika wkoll in-numru ta’ flieles impurtati u esportati matul l-istess xahar, skond l-ispeċi, il-kategorija u t-tip ta’ tjur.

4.   Il-mudell tas-sommarju stipulat fil-paragrafu 3 huwa inkluż fl-Anness III. Dan is-sommarju jiġi kkomunikat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għal kull xahar tas-sena ċivili, fi żmien erba’ ġimgħat wara x-xahar ikkunsidrat l-aktar tard.

5.   L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mudell tas-sommarju (il-parti I) inkluż fl-Anness III biex tinġabar l-informazzjoni mill-imfaqas hekk kif stipulat fil-paragrafi 1 u 2.

6.   L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li d-dokument akkumpanjanti stipulat fl-Artikolu 5 jiġi redatt f’diversi kopji. F’dan il-każ, kopja ta’ dan id-dokument jintbagħat lill-organizzazzjoni kompetenti stipulata fl-Artikolu 9 kemm għall-importazzjoni u kemm għall-esportazzjoni, kif ukoll matul l-iskambji intrakomunitarji.

7.   L-Istati Membri li jirrikorru għall-proċedura stipulata fil-paragrafu 6 għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Artikolu 9

L-organizzazzjonijiet tal-kontroll

Il-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament isir mill-organizzazzjonijiet maħtura minn kull Stat Membru. Il-lista ta’ dawn l-organizzazzjonijiet tiġi kkomunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kull modifika ta’ din il-lista tiġi kkomunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar mill-modifika.

Artikolu 10

Is-sanzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex japplikaw sanzjonijiet għall-infrazzjonijiet għad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti li jikkonċernaw il-produzzjoni u tqegħid fuq is-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur li jiġru fl-irziezet.

Artikolu 11

Ir-rapporti

Qabel it-30 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapport statistiku li jinkludi l-istruttura u l-attività ta’ l-imfaqas, ippreparat skond il-mudell li jidher fl-Anness IV.

Artikolu 12

Ir-revoka

Ir-Regolament (KEE) Nru 1868/77 huwa rrevokat b’effett mill-1 ta’ Lulju 2008.

Ir-referenzi magħmula għar-Regolament irrevokat u għar-Regolament (KEE) Nru 2782/75 għandhom jitqiesu bħala referenza għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni li tidher fl-Anness V.

Artikolu 13

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 100. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 209, 17.8.1977, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 163, 24.6.2008, p. 6.


ANNESS I

Il-kodiċi stipulati fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 2

BE

għall-Belġju

BG

għall-Bulgarija

CZ

għar-Repubblika Ċeka

DK

għad-Danimarka

DE

għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

EE

għall-Estonja

IE

għall-Irlanda

EL

għall-Greċja

ES

għal Spanja

FR

għal Franza

IT

għall-Italja

CY

għal Ċipru

LV

għal-Latvja

LT

għal-Litwanja

LU

għal-Lussemburgu

HU

għall-Ungerija

MT

għal Malta

NL

għall-Olanda

AT

għall-Awstrija

PL

għall-Polonja

PT

għall-Portugall

RO

għar-Rumanija

SI

għas-Slovenja

SK

għas-Slovakkja

FI

għall-Finlandja

SE

għall-Iżvezja

UK

għar-Renju Unit


ANNESS II

Il-marki stipulati fil-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 3

:

bil-Bulgaru

:

яйца за люпене

:

bl-Ispanjol

:

huevos para incubar

:

biċ-Ċek

:

násadová vejce

:

bid-Daniż

:

Rugeæg

:

bil-Ġermaniż

:

Bruteier

:

bl-Estonjan

:

Haudemunad

:

bil-Grieg

:

αυγά προς εκκόλαψιν

:

bl-Imgliż

:

eggs for hatching

:

bil-Franċiż

:

œufs à couver

:

bit-Taljan

:

uova da cova

:

bil-Latvjan

:

inkubējamas olas

:

bil-Litwan

:

kiaušiniai perinimui

:

bl-Ungeriż

:

Keltetőtojás

:

bil-Malti

:

bajd tat-tifqis

:

bl-Olandiż

:

Broedeieren

:

bil-Pollakk

:

jaja wylęgowe

:

bil-Portuġiż

:

ovos para incubação

:

bir-Rumen

:

ouă puse la incubat

:

bl-Islovakk

:

násadové vajcia

:

bis-Sloven

:

valilna jajca

:

bil-Finlandiż

:

munia haudottavaksi

:

Bl-Iżvediż

:

Kläckägg


ANNESS III

SOMMARJU MENSILI LI JIKKONĊERNA L-PRODUZZJONI U T-TQEGĦID FIS-SUQ TAL-BAJD TAT-TIFQIS U L-FLIELES TAT-TJUR LI JIĠRU FL-IRZIEZET

PARTI I

Pajjiż:

Sena:

1 000 dokument


Deskrizzjoni

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

A.

Bajd tat-tifqis fl-inkubazzjoni

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Anzjani u ġenituri

biex ibidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Użu

biex ibidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Anzjani u ġenituri

għall-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Użu

għall-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

użu mħallat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Papri

Użu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Wiżż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dundjani

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Farawni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.

Użu tal-flieles

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Anzjani u ġenituri nisa

biex ibidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tjur nisa maħsuba biex ibidu

biex ibidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Anzjani u ġenituri nisa

għall-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irġiel u nisa għat-tħaxxin

għall-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

użu mħallat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Papri

Irġiel u nisa għat-tħaxxin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Wiżż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dundjani

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Farawni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Coquelet għall-għażla tas-sess

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

KUMMERĊ ESTERN TA’ FLIELES TA’ TJUR LI JIĠRU FL-IRZIEZET

PARTI II

Pajjiż:

Sena:

1 000 dokument


Kummerċ intrakomunitarju

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

IMPORTAZZJONI

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Flieles : anzjani u ġenituri nisa

biex ibidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flieles: destinazzjoni

biex ibidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

għall-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flieles: destinazzjoni

għall-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

użu mħallat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Papri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Wiżż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dundjani

Flieles: destinazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Farawni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ESPORTAZZJONI

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

biex ibidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flieles: destinazzjoni

biex ibidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

għall-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flieles : destinazzjoni

għall-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

użu mħallat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Papri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Wiżż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dundjani

Flieles: destinazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Farawni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Importazzjoni minn … u esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

IMPORTAZZJONI

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

Biex ibidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flieles: destinazzjoni

Biex ibidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

Għall-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flieles: destinazzjoni

Għall-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Użu mħallat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Papri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Wiżż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dundjani

Flieles: destinazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Farawni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ESPORTAZZJONI

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

Biex ibidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flieles: destinazzjoni

Biex ibidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

Għall-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flieles: destinazzjoni

Għall-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Użu mħallat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Papri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Wiżż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dundjani

Flieles: destinazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Farawni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Destinatarji

:

1.

Direction générale de l'agriculture, division des produits de l'aviculture, rue de la Loi 200, B-1049 Bruxelles.

2.

Office statistique des Communautés européennes, statistique agricole, Luxembourg 1 Centre européen, boîte postale 1907, Luxembourg.


ANNESS IV

L-ISTRUTTURA U L-UŻU TA’ L-IMFAQAS

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

It-tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament (KEE) Nru 2782/75

Ir-Regolament (KEE) Nru 1868/77

Dan ir-Regolament

L-ewwel Artikolu

L-ewwel Artikolu

L-Artikolu 3

L-Artikolu 2, il-paragrafu 1

L-ewwel Artikolu, il-paragrafu 1

L-Artikolu 2, il-paragrafu 2 u l-Anness I

L-ewwel Artikolu, il-paragrafu 2

L-Artikolu 2, il-paragrafu 3

L-Artikolu 5, il-paragrafu 1

L-Artikolu 3, il-paragrafu 1

L-Artikolu 2, il-paragrafu 1

L-Artikolu 3, il-paragrafu 2

L-Artikolu 2, il-paragrafu 2, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 3, il-paragrafu 3

L-Artikolu 2, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza

L-Artikolu 3, il-paragrafu 6

L-Artikolu 2, il-paragrafu 2, it-tielet sentenza

L-Artikolu 3, il-paragrafu 3

L-Artikolu 5, il-paragrafu 2

L-Artikolu 3, il-paragrafu 4 u l-Anness II

L-Artikolu 5, il-paragrafu 3

L-Artikolu 3, il-paragrafu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 3, il-paragrafu 8

L-Artikolu 2, il-paragrafu 3

L-Artikolu 3, il-paragrafu 7

L-Artikolu 11

L-Artikolu 4, il-paragrafi 1 u 2

L-Artikolu 12

L-Artikolu 4, il-paragrafu 3, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4, il-paragrafu 3, it-tieni sentenza

L-Artikolu 13

L-Artikolu 5

L-Artikolu 7

L-Artikolu 6

L-Artikolu 8

L-Artikolu 7

L-Artikolu 9

L-Artikolu 8, il-paragrafi 1 u 2

L-Artikolu 10, il-paragrafu 1

L-Artikolu 8, il-paragrafu 3

L-Artikolu 4, il-paragrafu 1

L-Artikolu 8, il-paragrafu 4

L-Artikolu 4, il-paragrafu 2

L-Artikolu 8, il-paragrafu 5

L-Artikolu 4, il-paragrafu 3

L-Artikolu 8, il-paragrafu 6

L-Artikolu 4, il-paragrafu 4

L-Artikolu 8, il-paragrafu 7

L-Artikolu 16

L-Artikolu 9

L-Artikolu 5

L-Artikolu 10

L-Artikolu 6

L-Artikolu 11

L-Artikolu 7

L-Artikolu 12, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 8

L-Artikolu 13

L-Anness I

L-Anness III

L-Anness II

L-Anness IV


28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 618/2008

tas-27 ta' Ġunju 2008

li jaġġusta l-obbligi tal-konsenja għaz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat skond il-Protokoll ta' l-AKP u l-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli ddettaljati ta' l-applikazzjoni għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008-2009 għall-importazzjoni u l-irfinar tal-prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2) jipprovdi għal regoli ddettaljati għall-iffissar ta' l-obbligi tal-konsenja bla dazju għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, espressi f'ekwivalenti ta' zokkor abjad, għall-importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiżi li huma firmatarji għall-Protokoll ta' l-AKP u għall-Ftehim ma' l-Indja.

(2)

Dawn il-kwantitajiet kienu ffissati, għall-perjodu 2007/2008, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 77/2008 tat-28 ta' Jannar 2008 li jiffissa l-obbligi għall-konsenja għaz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat taħt il-Protokoll ta' l-AKP u l-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2007/2008 (3).

(3)

L-Artikolu 7(1) u (2) tal-Protokoll ta' l-AKP jistipula r-regoli għall-każijiet fejn Stat mill-AKP jonqos milli jikkonsenja l-kwantità miftehma.

(4)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Barbados, tal-Kongo, tal-Kenja, tal-Madagaskar u tat-Trinidad u Tobago infurmaw lill-Kummissjoni li ma jistgħux jikkonsenjaw il-kwantitajiet kollha miftehma magħhom u li ma jixtiqux li jkollhom perjodu addizzjonali għall-konsenja.

(5)

Għaldaqstant, wara konsultazzjoni ma' l-Istati mill-AKP ikkonċernati, għandha ssir allokazzjoni mill-ġdid tan-nuqqas għall-perjodu tal-konsenja 2007/2008.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 77/2008 għandu għalhekk jiġi rrevokat, u l-obbligi tal-konsenja għall-perjodu ta' konsenja 2007/2008 għandu jiġi aġġustat skond l-Artikolu 12(1) u (2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006.

(7)

Il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jistipula li l-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu ma għandux japplika għal kwantità allokata mill-ġdid skond l-Artikolu 7(1) jew (2) tal-Protokoll ta' l-AKP. Il-kwantità allokata mill-ġdid skond dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi importata qabel it-30 ta' Ġunju 2008. Madankollu, minħabba li d-deċiżjoni dwar din l-allokazzjoni mill-ġdid ittieħdet tard, u meta jitqies iż-żmien li jingħata għall-applikazzjoni tal-liċenzji ta' l-importazzjoni, ser ikun impossibbli li din l-iskadenza tkun irrispettata. Għalhekk l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu japplika wkoll għall-kwantità allokata mill-ġdid skond dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-obbligi għall-konsenji ta' l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll ta' l-AKP u għall-Ftehim ma' l-Indja fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' zokkor abjad, fil-perjodu ta' konsenja 2007/2008 għal kull pajjiż ikkonċernat li jesporta, huma b'dan aġġustati kif jidher fl-Anness.

Artikolu 2

B'deroga mill-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, l-Artikolu 14(1) ta' dak ir-Regolament għandu japplika għall-kwantità allokata mill-ġdid skond dan ir-Regolament u importata wara t-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 77/2008 huwa b'dan irrevokat.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 6.


ANNESS

L-obbligi għall-konsenji ta' l-importazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali li joriġinaw fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll ta' l-AKP u għall-Ftehim ma' l-Indja espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' zokkor abjad, għall-perjodu 2007/2008

Il-pajjiż firmatarju għall-Protokoll ta' l-AKP jew għall-Ftehim ma' l-Indja

L-obbligi tal-konsenja 2007/2008

Il-Barbados

27 464,3

Il-Beliże

69 615,98

Il-Kongo

0,00

Il-Kosta ta' l-Avorju

10 123,12

Il-Fiġi

162 656,25

Il-Gujana

191 368,87

L-Indja

9 999,83

Il-Ġamajka

148 003,16

Il-Kenja

2 045,07

Il-Madagaskar

6 249,50

Il-Malawi

24 367,72

Il-Mawrizju

476 789,70

Il-Możambik

5 965,92

L-Uganda

0,00

San Kristofru u Nevis

0,00

Is-Surinam

0,00

Is-Sważiland

126 027,92

It-Tanżanija

9 672,60

Trinidad u Tobago

0,00

Iż-Żambja

11 865,01

Iż-Żimbabwe

37 660,14

TOTAL

1 319 875,62


28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 619/2008

tas-27 ta’ Ġunju 2008

li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 164(2)(b) u l-Artikolu 170 flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fil-kummerċ dinji u fil-Komunità tista' tkun koperta għal ċerti prodotti tal-ħalib b'rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni safejn ikun meħtieġ ħalli jagħmluha possibbli li dawk il-prodotti jkunu esportati fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehimiet milħuqa skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 (2) stipula r-regoli għall-proċedura ta’ l-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat kopert bil-kodiċi ex ex 0402 10 19 9000, il-butir naturali fi blokki kopert bil-kodiċi ex ex 0405 10 19 9700, iż-żejt tal-butir fil-kontenituri kopert bil-kodiċi ex ex 0405 90 10 9000. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula r-regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta li tiffissa r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 580/2004 mill-1 ta’ Lulju 2008.

(3)

Skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007 għandha tinfetaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-prodotti koperti bl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament. Billi r-Regolament (KE) Nru 1454/2007 ma jelenkax ir-regoli speċifiċi kollha għas-settur tal-ħalib inklużi s'issa fir-Regolament (KE) Nru 580/2004, huwa meħtieġ li dawk ir-regoli jkunu stipulati mid-data tar-revoka ta’ dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta’ prattiċità u fl-interess taċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni, huwa xieraq li jiġi pprovdut Regolament uniku li jkun fih ukoll id-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ sejħa għall-offerti tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ sejħa għall-offerti tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna trab tal-ħalib xkumat (5).

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli speċjali ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [traduzzjoni mhux uffiċjali] (6) japplika għal-liċenzji kollha ta’ l-esportazzjoni u għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib. Ġaladarba l-liċenzji maħruġa fil-kuntest ta’ l-offerta li għandha tinfetaħ b'dan ir-Regolament huma għal prodotti speċifiċi, huwa xieraq li jkunu stabbiliti regoli speċifiċi ta’ deroga mir-regoli ġenerali tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1282/2006. L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007 jipprovdi li l-liċenzji għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet nazzjonali fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffissa r-rifużjoni massima u jistipula li l-liċenzja għandha ssir valida fl-istess jum li tinħareġ. Huwa xieraq għalhekk li jkun stipulat perjodu ta’ validità differenti minn dak li jipprovdi l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 biex ikun żgurat perjodu ugwali għal-liċenzji kollha maħruġa.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ambitu

Sejħa permanenti għall-offerti hija miftuħa sabiex tiddetermina r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal dawn il-prodotti tal-ħalib imsemmija fis-Sezzjoni 9 ta’ l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3864/87 (7), li tiżgura aċċess ugwali għall-persuni kollha stabbiliti fil-Komunità:

(a)

il-butir naturali fi blokki ta’ mhux anqas minn 20 kilogramma piż nett kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 10 19 9700;

(b)

iż-żejt tal-butir f'kontenituri ta’ mhux anqas minn 20 kilogramma piż nett kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 90 10 9000;

(c)

it-trab tal-ħalib xkumat fi xkejjer ta’ mhux anqas minn 25 kilogramma piż nett u li jkun fih mhux iktar minn 0.5 % tal-piż magħmul minn materjal mhux lattiku miżjud kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0402 10 19 9000.

Artikolu 2

Destinazzjonijiet

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 huma intenzjonati għall-esportazzjoni fid-destinazzjonijiet kollha bl-eċċezzjoni ta':

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, il-Liechtenstein, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u s-Santa Sede (L-Istat tal-Belt tal-Vatikan);

(b)

it-territorji ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta’ Livigno u Campione fl-Italja, u ż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

(c)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet barranin tagħhom huwa responsabbli Stat Membru u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

Artikolu 3

Regoli applikabbli

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (8), (KE) Nru 1282/2006 u (KE) Nru 1454/2007 għandhom japplikaw, għajr meta jipprovdi xort'oħra dan ir-Regolament.

Artikolu 4

It-tressiq ta’ l-offerti

1.   L-offerti jistgħu jitressqu biss matul il-perjodi ta’ l-offerti u għandhom ikunu validi biss għall-perjodu ta’ l-offerti li fih ikunu mressqa.

2.   Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

f’Awwissu għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet Tlieta;

(b)

f’Diċembru għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) ta’ l-ewwel Tlieta.

Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol li jkun imiss.

Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jagħlaq fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

f’Awwissu għandu jintemm fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tar-raba’ Tlieta;

(b)

f’Diċembru għandu jintemm fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tieni Tlieta.

Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jagħlaq fil-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol preċedenti.

3.   Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jkun innumerat f'serje li tibda bl-ewwel perjodu li hemm provvediment għalih.

4.   L-offerti għandhom jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness II.

5.   L-offerti għandhom jitressqu separatament, skond id-destinazzjoni, għal wieħed mill-kodiċi tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 1.

6.   Minbarra r-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 3(5)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007, offerta għandha tindika f'Sezzjoni 16 ta’ l-applikazzjoni tal-liċenzja l-kodiċi tal-prodott għar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni u qablu “ex” kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Kwantitajiet ta’ l-applikazzjoni

Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 kull offerta għandha tkopri kwantità minima ta’ mhux anqas minn 10 tunnellati.

Artikolu 6

Garanziji

Il-garanzija ta’ l-offerti għandha tkun ta’ 15 % ta’ l-ammont massimu l-iktar riċenti ta’ rifużjoni ta’ l-offerta stabbilit għall-istess kodiċi ta’ prodott u għall-istess destinazzjoni. Madankollu, il-garanzija ta’ l-offerta ma tistax tkun ta’ inqas minn EUR 5 għal kull 100 kg.

Artikolu 7

Notifika ta’ l-offerti lill-Kummissjoni

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fi żmien tliet sigħat mill-għeluq ta’ kull perjodu ta’ offerti kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament, separatament l-offerti validi kollha kif speċifikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni

1.   L-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 ma għandux japplika.

2.   B’deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 il-perjodu tal-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandu jibda fl-istess jum li jinħarġu u għandu jagħlaq fl-aħħar tar-raba' xahar li jiġi wara x-xahar li fih jagħlaq il-perjodu ta’ l-offerti skond it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 581/2004 u r-Regolament (KE) Nru 582/2004 huma revokati.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.

(4)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1543/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 62).

(5)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1543/2007.

(6)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).

(7)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.

(8)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.


ANNESS I

L-ISTAT MEMBRU:

Persuna ta' kuntatt:

Telefown:

Feks:

Posta elettronikal:

A.   82 % Butir

L-Istat Membru:

Jagħti rifużjoni għall-butir 82 % kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 10 19 9700 għall-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi terzi (ir-Regolament (KE) Nru 619/2008) In-Numru ta' l-Offerta: …/R/200. Id-data ta' l-għeluq tal-perjodu ta' l-offerti:


1

2

3

4

5

Offerta Nru

L-offerent Nru (1)

Il-kwantità (tunnellati)

Destinazzjoni

Ir-rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni (€/100 kg)

(f’ordni axxendenti)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


B.   Iż-żejt tal-butir:

L-Istat Membru:

Għotja ta' rifużjoni għaż-żejt tal-butir kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 90 10 9000 għall-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi terzi (ir-Regolament (KE) Nru 619/2008) In-Numru ta' l-Offerta: …/R/200. Id-data ta' l-għeluq tal-perjodu ta' l-offerti:


1

2

3

4

5

Offerta Nru

L-offerent Nru (2)

Il-kwantità (tunnellati)

Destinazzjoni

Ir-rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni (€/100 kg)

(f’ordni axxendenti)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


C.   It-trab tal-ħalib xkumat

L-Istat Membru:

Għotja ta' rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0402 10 19 9000 għall-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi terzi (Ir-Regolament (KE) Nru 619/2008) In-Numru ta' l-Offerta: …/R/200. Id-data ta' l-għeluq tal-perjodu ta' l-offerti:


1

2

3

4

5

Offerta Nru

L-offerent Nru (3)

Il-kwantità (tunnellati)

Destinazzjoni

Ir-rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni (€/100 kg)

(f’ordni axxendenti)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Kull offerent għandu jingħata numru għal kull perjodu ta' offerta.

(2)  Kull offerent għandu jingħata numru għal kull perjodu ta' offerta.

(3)  Kull offerent għandu jingħata numru għal kull perjodu ta' offerta.


ANNESS II

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1454/2007 u fir-Regolament preżenti fejn għandhom jitressqu l-offerti:

BE

Bureau d'intervention et de restitution belge

Belgisch Interventie- en Restitutiebureau

Rue de Trèves 82/Trierstraat 82

B-1040 Bruxelles/Brussel

Tél./Tel. (32-2) 287 24 11

Télécopieur/Fax (32-2) 287 25 24

BG

State fund „Agriculture“ — Paying Agency

136, Tsar Boris III Blvd.

1618 Sofia

Bulgaria

Tel.: + 359 2 81 87 100

Tel./fax: + 359 2 81 87 167

CZ

Státní zemědělský intervenční fond (SZIF)

Ve Smečkách 33

110 00, Praha 1

Czech Republic

Tel: (420) 222 871 431

Fax: (420) 0 222 871 769

E-mail: licence@szif.cz

DK

Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri

Direktoratet for FødevareErhverv

Eksportstøttekontoret

Nyropsgade 30

DK-1780 København V

Tlf. (45) 33 95 80 00

Fax (45) 33 95 80 18

DE

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (BLE)

D-53168 Bonn

oder

Deichmanns Aue 29

D-53179 Bonn

Tel. (0049 228) 6845-3732, 3718, 3884

Fax (0049 228) 6845-3874, 3792

EE

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)

Narva mnt 3

Tartu 51009

Eesti

Tel: (+ 372) 737 1200

Fax: (+ 372) 737 1201

EL

ΟΠΕΚΕΠΕ — Διεύθυνση μηχανισμών αγοράς

Αχαρνών 364 & Γλαράκη 10β

GR-111 45 Αθήνα

Tηλ.: (30-210) 212 48 93

Φαξ: (30-210) 202 06 08

ES

Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino

Fondo Español de Garantía Agraria

Subdireccion General de Regulación de Mercados

Almagro, 33

E-28010

Tel. (34) 913 47 49 17-18

Fax (34) 913 47 47 07

FR

Office de l’élevage

12, rue Henri-Rol-Tanguy

TSA 30003

F-93555 Montreuil-sous-Bois

Tél. (33-1) 73 30 30 00

Fax (33-1) 73 30 30 38

IE

Department of Agriculture, Fisheries and Food

Johnstown Castle Estate

Wexford

Ireland

Tel. (353) 53 63 400

Fax (353) 53 42 843

IT

Ministero del commercio internazionale

Direzione generale per la politica commerciale

DIV. II

Viale Boston 25

I-00142 Roma

Tel: + 39 06 59 93 22 04

Fax: + 39 06 59 93 21 41

CY

Ministry of Commerce, Industry and Tourism

Import & Export Licensing Unit

1421 Lefkosia (Nicosia)

Cyprus

Tel: + 357 22867 100

Fax: + 357 22375 120

LV

Lauku atbalsta dienests (LAD)

Republikas laukums 2

Rīga, LV-1981

Latvija

Tālr.: (371) 702 75 42

Fakss: (371) 702 71 20

LT

Nacionalinė mokėjimo agentūra prie Žemės ūkio ministerijos

Blindžių g. 17

08111 Vilnius

Lietuva

Tel. + 370 5 25 26 703

Faksas + 370 5 25 26 945

LU

Office des licences

21, Rue Philippe II

L-2011 Luxembourg

Tél.: 352 24782370

Télécopieur: 352 466138

HU

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal (MVH)

Soroksári út 22–24.

H-1095 Budapest

Hungary

Tel.: (36-1) 37 43 603

Fax: (36-1) 47 52 114

MT

Ministry for Rural Affairs and Environment

Barriera Wharf

Valletta — CMR 02

Tel: + 356 2295 2228

NL

Productschap zuivel

Louis Braillelaan 80

NL-2719 EK Zoetermeer

Nederland

Tel.: (31-79) 368 1534

Fax: (31-79) 368 1955

E-mail: mr@pz.agro.nl

AT

Agrarmarkt Austria

Dresdner Straße 70

A-1200 Wien

Tel.: (43-1) 331 51 0

Fax: (43-1) 331 51 303

E-Mail: lizenzen@ama.gv.at

PL

Agencja Rynku Rolnego

Nowy Świat 6/12

00-400 Warszawa

Poland

Tel. (48) 22 661-75-90

Faks (48) 22 661-76-04

PT

Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo

Direcção de Serviços de Licenciamento

Rua Terreiro do Trigo — Edifício da Alfândega

P-1149-060 Lisboa

Tel.: (351) 218 81 42 62

Fax.: (351) 218 81 42 61

RO

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură

Bd. Carol I nr. 17, sector 2

030161 București

România

Tel.: (40-21) 305 48 02

Tel.: (40-21) 305 48 42

Fax: (40-21) 305 48 03

SL

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja

Dunajska cesta 160

1000 Ljubljana

Slovenija

Telefon: + 386 1 478 9228

Telefaks: + 386 1 478 9297

SK

Pôdohospodárska platobná agentúra (Agricultural Paying Agency)

Dobrovičova 12

815 26 Bratislava

Slovenská republika

Tel.: (421-2) 57 51 26 13

Fax: (421-2) 53 41 21 80

FI

Maaseutuvirasto, Markkinatukiosasto

P.O. Box 256

FI-00101 Helsinki

Puhelin: (358-20) 772 007

Faksi (358-20) 772 55 09

SV

Statens jordbruksverk

Vallgatan 8

S-511 82 Jönköping

Tfn (46-36) 15 50 00

Fax (46-36) 19 05 46

UK

Rural Payments Agency (RPA)

Lancaster House, Hampshire Court

UK — Newcastle upon Tyne NE4 7YE

Tel. 44 0 191 226 5262

Fax 44 0 191 226 5101


28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 620/2008

tas-27 ta’ Ġunju 2008

li jirrettifika r-Regolament (KE) Nru 386/2008 li jiffissa r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2008 (2) ffissa r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

(2)

Jeħtieġ li jittieħed kont ta’ l-emendi fin-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni rigward il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, introdotta bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1499/2007 li ppubblika, għall-2008, in-nomenklatura ta' prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni introdotti bir-Regolament (KEE) Nru 3846/87 (3). B’konsegwenza ta’ dan, jeħtieġ li l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 386/2008 ikun irrettifikat skond dan. Għal finijiet ta’ ċarezza, dawk ir-rettifiki għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 386/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 386/2008, l-Anness għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 386/2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 se jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) b'seħħ mill-1 ta’ Lulju 2008.

(2)  ĠU L 116, 30.4.2008, p. 17.

(3)  ĠU L 333, 19.12.2007, p. 10.


ANNESS

“ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib mis-27 ta’ Ġunju 2008

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

0401 30 31 9100

L20

EUR/100 kg

0401 30 31 9400

L20

EUR/100 kg

0401 30 31 9700

L20

EUR/100 kg

0401 30 39 9100

L20

EUR/100 kg

0401 30 39 9400

L20

EUR/100 kg

0401 30 39 9700

L20

EUR/100 kg

0401 30 91 9100

L20

EUR/100 kg

0401 30 99 9100

L20

EUR/100 kg

0401 30 99 9500

L20

EUR/100 kg

0402 10 11 9000

L20  (1)

EUR/100 kg

0402 10 19 9000

L20  (1)

EUR/100 kg

0402 10 99 9000

L20

EUR/100 kg

0402 21 11 9200

L20

EUR/100 kg

0402 21 11 9300

L20

EUR/100 kg

0402 21 11 9500

L20

EUR/100 kg

0402 21 11 9900

L20  (1)

EUR/100 kg

0402 21 17 9000

L20

EUR/100 kg

0402 21 19 9300

L20

EUR/100 kg

0402 21 19 9500

L20

EUR/100 kg

0402 21 19 9900

L20  (1)

EUR/100 kg

0402 21 91 9100

L20

EUR/100 kg

0402 21 91 9200

L20  (1)

EUR/100 kg

0402 21 91 9350

L20

EUR/100 kg

0402 21 99 9100

L20

EUR/100 kg

0402 21 99 9200

L20  (1)

EUR/100 kg

0402 21 99 9300

L20

EUR/100 kg

0402 21 99 9400

L20

EUR/100 kg

0402 21 99 9500

L20

EUR/100 kg

0402 21 99 9600

L20

EUR/100 kg

0402 21 99 9700

L20

EUR/100 kg

0402 29 15 9200

L20

EUR/100 kg

0402 29 15 9300

L20

EUR/100 kg

0402 29 15 9500

L20

EUR/100 kg

0402 29 19 9300

L20

EUR/100 kg

0402 29 19 9500

L20

EUR/100 kg

0402 29 19 9900

L20

EUR/100 kg

0402 29 99 9100

L20

EUR/100 kg

0402 29 99 9500

L20

EUR/100 kg

0402 91 10 9370

L20

EUR/100 kg

0402 91 30 9300

L20

EUR/100 kg

0402 91 99 9000

L20

EUR/100 kg

0402 99 10 9350

L20

EUR/100 kg

0402 99 31 9300

L20

EUR/100 kg

0403 90 11 9000

L20

EUR/100 kg

0403 90 13 9200

L20

EUR/100 kg

0403 90 13 9300

L20

EUR/100 kg

0403 90 13 9500

L20

EUR/100 kg

0403 90 13 9900

L20

EUR/100 kg

0403 90 33 9400

L20

EUR/100 kg

0403 90 59 9310

L20

EUR/100 kg

0403 90 59 9340

L20

EUR/100 kg

0403 90 59 9370

L20

EUR/100 kg

0404 90 21 9120

L20

EUR/100 kg

0404 90 21 9160

L20

EUR/100 kg

0404 90 23 9120

L20

EUR/100 kg

0404 90 23 9130

L20

EUR/100 kg

0404 90 23 9140

L20

EUR/100 kg

0404 90 23 9150

L20

EUR/100 kg

0404 90 81 9100

L20

EUR/100 kg

0404 90 83 9110

L20

EUR/100 kg

0404 90 83 9130

L20

EUR/100 kg

0404 90 83 9150

L20

EUR/100 kg

0404 90 83 9170

L20

EUR/100 kg

0405 10 11 9500

L20

EUR/100 kg

0405 10 11 9700

L20

EUR/100 kg

0405 10 19 9500

L20

EUR/100 kg

0405 10 19 9700

L20

EUR/100 kg

0405 10 30 9100

L20

EUR/100 kg

0405 10 30 9300

L20

EUR/100 kg

0405 10 30 9700

L20

EUR/100 kg

0405 10 50 9500

L20

EUR/100 kg

0405 10 50 9700

L20

EUR/100 kg

0405 10 90 9000

L20

EUR/100 kg

0405 20 90 9500

L20

EUR/100 kg

0405 20 90 9700

L20

EUR/100 kg

0405 90 10 9000

L20

EUR/100 kg

0405 90 90 9000

L20

EUR/100 kg

0406 10 20 9640

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 10 20 9650

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 10 20 9830

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 10 20 9850

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 20 90 9913

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 20 90 9915

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 20 90 9917

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 20 90 9919

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 31 9730

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 31 9930

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 31 9950

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 39 9500

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 39 9700

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 39 9930

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 39 9950

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 40 50 9000

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 40 90 9000

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 13 9000

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 15 9100

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 17 9100

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 21 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 23 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 25 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 27 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 32 9119

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 35 9190

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 35 9990

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 37 9000

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 61 9000

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 63 9100

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 63 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 69 9910

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 73 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 75 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 76 9300

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 76 9400

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 76 9500

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 78 9100

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 78 9300

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 79 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 81 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 85 9930

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 85 9970

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 86 9200

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 86 9400

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 86 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9300

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9400

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9951

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9971

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9973

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9974

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9975

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9979

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 88 9300

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 88 9500

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg


(1)  F'dak li jirrigwarda l-prodotti rilevanti maħsubin għall-esportazzjoni lejn ir-Repubblika Dominikana skond il-kwota għall-2008/2009 msemmija fid-Deċiżjoni 98/486/KE, u fil-ħarsien tal-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu III, Sezzjoni 3, tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006, għandhom japplikaw ir-rati li ġejjin:

(a)

għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0402 10 11 9000 u 0402 10 19 9000

0,00 EUR/100 kg

(b)

għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0402 21 11 9900 , 0402 21 19 9900 , 0402 21 91 9200 u 0402 21 99 9200

0,00 EUR/100 kg

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma ddefiniti kif ġej:

L20

:

Id-destinazzjonijiet kollha għajr:

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

(b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta' Livigno u Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv

ċ)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jagħmilx parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

L04

:

l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, is-Serbja (*), il-Montenegro u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

L40

:

Id-destinazzjonijiet kollha għajr:

(a)

pajjiżi terzi: L04, Andorra, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Kroazja, it-Turkija, l-Awstralja, il-Kanada, in-New Zealand u l-Afrika t'Isfel;

(b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta' Livigno u Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

ċ)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jagħmilx parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

(*)  Inkluż il-Kosovo, taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Uniti, skond ir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.”


DIRETTIVI

28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/31


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/64/KE

tas-27 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Annessi I sa IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punti (ċ) u (d) tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 14 tagħha,

Wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri kkonċernati,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/29/KE tipprevedi ċerti miżuri kontra l-introduzzjoni fl-Istati Membri minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti. Din tipprevedi wkoll ċerti żoni li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti.

(2)

Minn tagħrif mogħti mill-Istati Membri, ġie stabbilit li ċerti pjanti biss għat-tħawwil ta’ Dendranthema (DC.) Des Moul, Dianthus L., Pelargonium l'Hérit. ex Ait. u Solanaceae jippreżentaw riskju għat-tixrid ta’ Heliothis armigera Hübner. Billi r-riskju ta’ tixrid ta’ dan l-organiżmu huwa limitat għal dawk il-pjanti, dan l-organiżmu għandu jitħassar mill-Anness I għad-Direttiva 2000/29/KE, li jimponi projbizzjoni ġenerali, u minflok jiġi inkluż fl-Anness II għal din id-Direttiva, li jimponi projbizzjoni biss fir-rigward ta’ pjanti speċifiċi li jippreżentaw riskju. Barra minn hekk, l-isem ta’ Heliothis armigera Hübner għandu jinbidel għal Helicoverpa armigera (Hübner), konformi mad-denominazzjoni xjentifika tagħha riveduta dan l-aħħar.

(3)

Minn tagħrif mogħti mill-Istati Membri, jidher ċar li l-Colletotrichum acutatum Simmonds huwa mifrux fil-Komunità. Għaldaqstant, dan l-organiżmu ma għandux jibqa’ mniżżel bħala organiżmu ta’ ħsara skond id-Direttiva 2000/29/KE u l-ebda miżura protettiva skond id-Direttiva ma għandha tittieħed fir-rigward ta’ dan l-organiżmu. Għalhekk l-Anness II għad-Direttiva 2000/29/KE għandu jiġi emendat skond dan.

(4)

Minn tagħrif mogħti mill-Portugall, jidher li l-virus Citrus tristeza (iżolati Ewropej) issa huwa stabbilit f’Madeira. Din il-parti tat-territorju Portugiż għaldaqstant ma għandhiex tibqa’ rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu ta' ħsara u l-Annessi II u IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġi emendati skond dan.

(5)

Minn tagħrif mogħti minn Spanja, jidher li t-Thaumetopoea pityocampa (Den. u Schiff.) issa hi stabbilita f’Ibiza. Din il-parti tat-territorju Spanjol għaldaqstant ma għandhiex tibqa’ rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu ta' ħsara u l-Annessi II u IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġi emendati skond dan.

(6)

Minn informazzjoni pprovduta mis-Slovenja, jidher li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa hi stabbilita fir-reġjuni ta’ Koroška u Notranjska. Dawn ir-reġjuni għaldaqstant ma għandhomx jibqgħu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. u l-Annessi II, III u IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skond dan.

(7)

It-tagħrif mogħti mill-Italja juri li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa hi stabbilita f’xi partijiet tar-reġjuni tagħha ta’ l-Emilia-Romagna, il-Lombardija u l-Veneto. Dawn il-partijiet tat-territorju Taljan għaldaqstant ma għandhomx jibqgħu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. u l-Annessi II, III u IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skond dan.

(8)

Mil-leġiżlazzjoni Żvizzera dwar il-ħarsien tal-pjanti, jidher li l-Cantons ta’ Berne u Grisons ma għadhomx rikonoxxuti bħala żona protetta għal Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. fl-Iżvizzera. Id-deroga li tippermetti ċerti importazzjonijiet minn dawk ir-reġjuni lejn ċerti żoni protetti skond rekwiżiti speċjali għandha għalhekk titħassar u l-Parti B ta’ l-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(9)

L-Annessi I sa IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I sa IV għad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).


ANNESS

L-Annessi I sa IV għad-Direttiva 2000/29/KE qed jiġu emendati kif ġej:

(1)

Fil-punt (a) tat-Taqsima II tal-Parti A ta’ l-Anness I, il-punt 3 qiegħed jitħassar.

(2)

L-Anness II qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima II tal-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

Fl-intestatura (a), il-punt 6.2 li ġej qed jiddaħħal wara l-punt 6.1:

“6.2.

Helicoverpa armigera (Hübner)

Pjanti ta’ Dendranthema (DC.) Des Moul, Dianthus L., Pelargonium l'Hérit. ex Ait. u tal-familja Solanaceae, maħsuba għat-tħawwil, ħlief iż-żrieragħ”

(ii)

Fl-intestatura (ċ), il-punt 2 qiegħed jitħassar.

(b)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

Fl-intestatura (a), il-punt 10 qiegħed jitħassar.

(ii)

Fil-punt 2 ta’ l-intestatura (b), it-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“E, EE, F (Corsica), IRL, I (Abruzzo, Puglia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta’ Parma u Piacenza); Friuli-Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Lombardija (ħlief il-provinċja ta’ Mantova), Marche, Molise, Piemonte, Sardinja, Sqallija, Toscana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (ħlief il-provinċja ta’ Rovigo, il-lokalitajiet ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar ta’ l-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona)), LV, LT, A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija ta’ Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria u Vjenna), P, SI (ħlief ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Notranjska u Maribor), SK (ħlief il-lokalitajiet ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man u Channel Islands).”

(iii)

Fil-punt 1 ta’ l-intestatura (d), it-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“EL, F (Corsica), M, P (ħlief Madeira)”

(3)

Il-Parti B ta' l-Anness III qed tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 1, it-test fit-tieni kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“E, EE, F (Corsica), IRL, I (Abruzzo, Puglia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta’ Parma u Piacenza), Friuli-Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Lombardija (ħlief il-provinċja ta’ Mantova), Marche, Molise, Piemonte, Sardinja, Sqallija, Toscana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (ħlief il-provinċja ta’ Rovigo, il-lokalitajiet ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona)), LV, LT, A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija ta’ Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria u Vjenna), P, SI (ħlief ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Notranjska u Maribor), SK (ħlief il-lokalitajiet ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta’ Levice), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man u Channel Islands).”

(b)

Fil-punt 2, it-test fit-tieni kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“E, EE, F (Corsica), IRL, I (Abruzzo, Puglia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta’ Parma u Piacenza), Friuli-Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Lombardija (ħlief il-provinċja ta’ Mantova), Marche, Molise, Piemonte, Sardinja, Sqallija, Toscana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (ħlief il-provinċja ta’ Rovigo, il-lokalitajiet ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona)), LV, LT, A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija ta’ Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria u Vjenna), P, SI (ħlief ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Notranjska u Maribor), SK (ħlief il-lokalitajiet ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta’ Levice), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man u Channel Islands).”

(4)

L-Anness IV qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

Fil-punt 27.1 tat-Taqsima I, fit-tieni kolonna, rekwiżiti speċjali, il-kliem “Heliothis armigera Hübner” qed jinbidlu b'“Helicoverpa armigera (Hübner)”.

(ii)

Fil-punt 20 tat-Taqsima II, fit-tieni kolonna, rekwiżiti speċjali, il-kliem “Heliothis armigera Hübner” qed jinbidlu b'“Helicoverpa armigera (Hübner)”.

(b)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

Il-punt 17 qiegħed jitħassar.

(ii)

Il-punt 21 qed jiġi emendat kif ġej:

Fit-tieni kolonna, rekwiżiti speċjali, il-punt (ċ) qed jinbidel b’dan li ġej:

“ċ)

il-pjanti joriġinaw f’wieħed mill-Cantons ta’ l-Iżvizzera li ġejjin: Fribourg, Vaud, Valais, jew”.

It-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“E, EE, F (Corsica), IRL, I (Abruzzo, Puglia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta’ Parma u Piacenza), Friuli-Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Lombardija (ħlief il-provinċja ta’ Mantova), Marche, Molise, Piemonte, Sardinja, Sqallija, Toscana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (ħlief il-provinċja ta’ Rovigo, il-lokalitajiet ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona)), LV, LT, A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija ta’ Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria u Vjenna), P, SI (ħlief ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Notranjska u Maribor), SK (ħlief il-lokalitajiet ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta’ Levice), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man u Channel Islands).”

(iii)

Il-punt 21.3 qed jiġi emendat kif ġej:

Fit-tieni kolonna, rekwiżiti speċjali, il-punt (b) qed jinbidel b’dan li ġej:

“b)

joriġinaw f’wieħed mill-Cantons ta’ l-Iżvizzera li ġejjin: Fribourg, Vaud, Valais, jew”.

It-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“E, EE, F (Corsica), IRL, I (Abruzzo, Puglia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta’ Parma u Piacenza), Friuli-Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Lombardija (ħlief il-provinċja ta’ Mantova), Marche, Molise, Piemonte, Sardinja, Sqallija, Toscana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (ħlief il-provinċja ta’ Rovigo, il-lokalitajiet ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona)), LV, LT, A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija ta’ Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria u Vjenna), P, SI (ħlief ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Notranjska u Maribor), SK (ħlief il-lokalitajiet ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta’ Levice), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man u Channel Islands).”

(iv)

Il-punt 31. qed jiġi emendat kif ġej:

It-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“EL, F (Corsica), M, P (ħlief Madeira)”.


28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/36


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/65/KE

tas-27 ta’ Ġunju 2008

li temenda d-Direttiva 91/439/KEE dwar il-liċenzji tas-sewqan

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7a(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-lista tal-kodiċijiet kif deskritti fl-Anness I u Ia tad-Direttiva 91/439/KEE jeħtieġ li tiġi adattata.

(2)

Il-kodiċi Komunitarju 78, li jirristrinġi d-dritt li jinsaqu vetturi fi ħdan il-kategorija tal-liċenzja tas-sewqan għal vetturi bi trażmissjoni awtomatika biss, għandu jiġi emendat fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku fil-qasam.

(3)

Ir-rekwiżiti minimi għal vetturi ta' l-eżami tas-sewqan kif stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/439/KEE jeħtieġu li jiġu kkonformati mal-bidla fid-definizzjoni tal-kodiċi Komunitarja 78.

(4)

Ir-rekwiżiti minimi għat-testijiet tat-teorija u tal-prattika kif stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/439/KEE għandhom jiġu rreveduti sabiex ir-rekwiżiti għat-testijiet jiġu jaqblu mad-domandi tat-traffiku ta' kuljum fir-rigward ta' l-użu tal-mini sabiex jittejjeb il-livell ta' sikurezza fit-toroq ta' dan l-element partikolari ta' l-infrastruttura tat-toroq.

(5)

Il-perjodi stabbiliti fil-punti 5.2 u 6.2.5 ta' l-Anness II tad-Direttiva 91/439/KEE rriżultaw inadegwati għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-miżuri meħtieġa. Għandu jingħata perjodu supplimentari.

(6)

Id-Direttiva 91/439/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri provduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 91/439/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, punt (2), fir-rigward tal-paġna 4 tal-liċenzja u fl-Anness I a, punt (2), fir-rigward tal-paġna 2 tal-liċenzja, punt (a) (12), il-kliem tal-kodiċi Komunitarju 10.02 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“10.02.

Vetturi mingħajr pedala tal-klaċċ (jew, għall-kategoriji A jew A1, lieva ta’ l-ingranaġġ operata bl-idejn)”

(2)

Fl-Anness I, punt (2), fir-rigward tal-paġna 4 tal-liċenzja u fl-Anness I a, punt (2), fir-rigward tal-paġna 2 tal-liċenzja, punt (a) (12), il-kliem tal-kodiċi Komunitarju 78 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

78.   Validu biss għal vetturi mingħajr pedala tal-klaċċ (jew, għall-kategoriji A jew A1, lieva ta’ l-ingranaġġ operata bl-idejn)”

(3)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Għandu jiżdied l-inċiż li ġej fil-punt 2.1.3:

“—

sewqan sikur fil-mini tat-triq”;

(b)

Fil-punt 5.1, it-tieni u t-tielet paragrafi għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“Jekk l-applikant jagħmel it-test tal-ħiliet u ta' l-imġiba fuq vettura mingħajr pedala tal-klaċċ (jew, għall-kategoriji A u A1, lieva ta’ l-ingranaġġ operata bl-idejn) dan għandu jiġi rreġistrat fuq kull liċenzja li tinħareġ fuq il-bażi ta' test bħal dan. Il-liċenzji b'din l-indikazzjoni għandhom ikunu validi biss għal vetturi mingħajr pedala tal-klaċċ (jew, għall-kategoriji A jew A1, lieva ta’ l-ingranaġġ operata bl-idejn).

“Vettura bi trażmissjoni awtomatika” tfisser vettura li ma għandhiex pedala tal-klaċċ (jew, għall-kategoriji A jew A1, lieva ta’ l-ingranaġġ operata bl-idejn).”

(ċ)

Fil-punt 5.2, l-aħħar paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-vetturi għat-testjiet tal-kategoriji B+E, C, C+E, C1, C1+E, D, D+E, D1 u D1+E li mhumiex konformi mal-kriterji minimi msemmija hawn fuq iżda li kienu jintużaw fid-data jew qabel id-data speċifikata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/65/KE (*) jistgħu jibqgħu jintużaw sat-30 ta’ Settembru 2013. Ir-rekwiżiti marbuta mat-tagħbija li trid tinġarr minn dawn il-vetturi jistgħu jiġu implimentati mill-Istati Membri sat-30 ta’ Settembru 2013.

(*)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 36.”"

(d)

Fit-tieni paragrafu tal-punt 6.2.5, il-kliem “ħames snin wara li din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ” għandu jinbidel b’“sat-30 ta’ Settembru 2008”.

(e)

Fil-punti 6.3.8, 7.4.8 u 8.3.8 il-kelma “mini” għandha tiżdied mal-lista ta' karatteristiċi speċjali tat-toroq koperti.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex titħares din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2008. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/103/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 344).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Ġunju 2008

li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu ta' l-injam ta' l-arżnu) fil-Portugall

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3312)

(2008/489/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri ta’ ħarsien kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE tat-13 ta’ Frar 2006 li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu ta' l-injam ta' l-arżnu - PWN) f'dak li jikkonċerna żoni fil-Portugall, għajr dawk li fihom huwa magħruf li ma jeżistix (2), il-Portugall qed jimplimenta pjan ta’ qerda kontra t-tixrid tan-nematodu ta' l-injam ta' l-arżnu.

(2)

Il-Portugall adotta ordni ministerjali (Portaria Nru°358/2008 tat-12 ta’ Mejju 2008) li tipprojbixxi l-moviment ta’ injam u pjanti suxxettibbli barra l-Portugall kontinentali sakemm l-injam ma jkunx ġie ttrattat u l-pjanti spezzjonati kif xieraq.

(3)

Il-Portugall ressaq proposta lill-Kummissjoni għal pjan ta’ stħarriġ, kif stipulat fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2006/133/KE, għat-territorju kollu Portugiż. Il-proposta ġiet diskussa fil-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fis-26-27 ta’ Mejju 2008. Madankollu, il-Kummissjoni, msejsa fuq konklużjonijiet tal-Kumitat, m’approvatx il-pjan minħabba fin-nuqqas ta' intensità fis-sorveljanza.

(4)

Il-Portugall għarraf lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ġunju 2008 dwar is-sejba ta’ tifqigħat ġodda tal-PWN, wara investigazzjoni straordinarja mill-awtoritajiet Portugiżi flimkien ma' l-istħarriġ annwali, fil-parti tal-Portugall fejn s'issa kien magħruf li l-PWN ma jinstabx.

(5)

Il-missjoni ta’ spezzjoni mill-Uffiċċju Veterinarju u ta’ l-Ikel mit-2 sas-6 ta’ Ġunju 2008 wriet li d-dejta disponibbli mhijiex biżżejjed biex tikkonferma li hemm xi żoni fil-Portugall li huma ħielsa mill-PWN. Barra minn hekk, il-Komunità u l-miżuri nazzjonali mhumiex implimentati bis-sħiħ.

(6)

Għalhekk, il-miżuri li ttieħdu s’issa qed jitqiesu bħala inadegwati u r-riskju immedjat tat-tixrid tal-PWN barra l-Portugall minħabba fil-moviment ta' injam, tal-qoxra tas-siġar u ta’ pjanti suxxettibbli ma jistax jiġi eskluż aktar. Barra minn hekk, attwalment, l-Istati Membri għajr għall-Portugall għandhom mill-aktar fis jitħallew jikkontrollaw il-moviment fit-territorju tagħhom ta’ injam, qoxra tas-siġar u ta’ pjanti li joriġinaw mill-partijiet kollha tal-Portugall.

(7)

Minħabba fiż-żieda dan l-aħħar fit-tifqigħat tal-PWN fil-Portugall, għandhom jittieħdu miżuri malajr kemm jista’ jkun biex jissalvagwardjaw it-territorju ta’ Stati Membri oħra kontra l-PWN u għall-ħarsien ta' l-interessi kummerċjali tal-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam mal-pajjiżi terzi. Il-movimenti ta' injam, qoxra tas-sigar u ta' pjanti suxxettibbli mill-Portugall lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu pprojbiti sakemm dan il-materjal ma jkunx għadda minn trattament xieraq, jew, għall-pjanti, spezzjoni adegwata. Għalhekk, ir-rekwiżiti għall-moviment ta’ injam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli miż-żoni demarkati fil-Portugall, għajr għaż-żoni demarkati, jew lejn Stati Membri oħra għandhom jiġu estiżi għall-moviment kollu mill-Portugall lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi. It-traċċabilità għandha tkun żgurata billi jiġi mehmuż il-passaport tal-pjanti jew il-marka ta’ kull unità fi ħdan kunsinna. L-ambitu ta’ l-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa mill-Istati Membri għandu jitwessa’ biex jippermetti l-kontroll ta’ injam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli mill-Portugall lejn it-territorju tagħhom.

(8)

Sakemm issir il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, għandhom jittieħdu miżuri interim ta’ ħarsien biex iwaqqfu t-tixrid ta’ PWN mill-Portugall lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni għandhom jiġu revisti mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Portugall għandu jiżgura li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-injam, il-qoxra tas-siġar u l-pjanti suxxettibbli li għandhom jiġu spostati mit-territorju tiegħu lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi.

2.   L-Istati Membri ta’ destinazzjoni għajr il-Portugall jistgħu jissottomettu l-kunsinni ta' injam, tal-qoxra tas-siġar u ta’ pjanti suxxettibbli, li ġejjin mill-Portugall u li ġew spostati fit-territorju tagħhom, għat-test għall-preżenza tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu ta' l-injam ta' l-arżnu – PWN).

3.   L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/133/KE hu emendat skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).

(2)  ĠU L 52, 23.2.2006, p. 34. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2008/378/KE (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 22).


ANNESS

Fil-każ ta' movimenti mill-Portugall lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, ta’:

(a)

pjanti suxxettibbli, dawn il-pjanti għandu jkollhom mehmuż magħhom passaport għall-pjanti mħejji u maħruġ skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE, (1) wara li:

il-pjanti jkunu ġew uffiċjalment spezzjonati u misjuba ħielsa minn sinjali jew sintomi tal-PWN, u

l-ebda sintomu tal-PWN ma jkun ġie osservat fil-post ta' produzzjoni jew fil-viċinanzi immedjati mill-bidu ta' l-aħħar ċiklu komplut tal-veġetazzjoni;

(b)

injam suxxetibbli u l-qoxra tas-siġar iżolata, għajr l-injam fl-għamla ta':

laqx, partiċelli, skart ta' l-injam jew skart miksub fi sħiħ jew f'parti minn dawn il-koniferi,

kaxxi ta' l-ippakkjar, qratel jew tankijiet,

palletta, palletti tal-kaxxa jew load boards oħra,

serratura, spacers u rfid,

iżda li jinkludi dak li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, dak l-injam u dik il-qoxra iżolata għandu jkollhom mehmuż magħhom il-passaport għall-pjanti msemmi fil-punt (a), wara li l-injam jew il-qoxra tas-siġar iżolata jkun/tkun għadda/għaddiet minn trattament xieraq ta' sħana biex jilħaq/tilħaq temperatura minima fil-qalba ta' l-injam ta' 56°C għal 30 minuta biex ikun assigurat il-ħelsien minn PWNs ħajjin;

(ċ)

injam suxxettibbli, fl-għamla ta' laqx, partiċelli, skart ta' l-injam jew skart miksub sħiħ jew f'parti minn dawn il-koniferi għandu jkollu l-imsemmi passaport għall-pjanti mehmuż miegħu imsemmi fil-punt (a) wara li jkun għadda minn trattament xieraq ta' tidħin biex ikun assigurat il-ħelsien minn PWNs ħajjin;

(d)

injam suxxettibbli, fil-forma ta’ serratura, spacers u rfid, inkluż dak li ma żammx il-wiċċ naturali tond tiegħu, kif ukoll fil-forma ta' kisi ta’ l-ippakkjar, kaxxi, kannestri, tankijiet u ppakkjar simili, pjattaformi għall-ħżin, pjattaformi għall-ħżin f’forma ta’ kaxex u twavel tat-tagħbija oħra, kullari tal-pjattaformi għall-ħżin, kemm jekk qed jintużaw attwalment u kemm jekk le fit-trasport ta’ l-oġġetti ta’ kull tip, għandhom ikunu suġġetti għall-waħda mill-miżuri approvati kif speċifikat fl-Anness I ta’ l-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 dwar il-Linji ta’ Gwida għar-regolamentazzjoni ta’ materjal għall-ippakkjar magħmul mill-injam fil-kummerċ internazzjonali. Fuq l-injam għandu jkun hemm marka li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ fejn u ta’ min ikun għamel it-trattament jew inkella jkollu miegħu il-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (a) li jiċċertifika l-miżuri li jkunu twettqu.

Il-Portugall għandu jiżgura li l-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (a) jew il-marka skond l-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 huwa mehmuż/hija mehmuża ma’ kull unità ta’ injam, qoxra tas-siġar u ta’ pjanti suxxettibbli li jiġu spostati.


(1)  ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUSEC/2/2008

ta’ l-24 ta’ Ġunju 2008

dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

(2008/490/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/406/PESK tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Marzu 2008 Michel SIDO nħatar Kap tal-Missjoni għall-missjoni ta' konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“EUSEC RD Congo”).

(2)

Fit-23 ta' Ġunju 2008, Michel SIDO ppreżenta r-riżenja tiegħu minn Kap tal-Missjoni.

(3)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ippropona l-ħatra ta' Jean-Paul MICHEL bħala Kap tal-Missjoni ġdid għall-EUSEC RD Congo,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Jean-Paul MICHEL huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni għall-EUSEC RD Congo.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fl-1 ta’ Lulju 2008.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

M. IPAVIC


(1)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 52.


28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/42


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/491/PESK

tas-26 ta' Ġunju 2008

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD CONGO)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea sa mit-2 ta' Mejju 2005 wettqet missjoni ta' konsulenza u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) (EUSEC RD Congo). Il-mandat attwali tal-missjoni huwa speċifikat fl-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK (1) u jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2008.

(2)

Il-mandat tal-missjoni għandu jiġi estiż għal perijodu ta' 12-il xahar li jibda mill-1 ta' Lulju 2008.

(3)

L-appoġġ ta' l-Unjoni Ewropea għall-awtoritajiet Kongoliżi fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-RDK issa għandu jiġi dirett ukoll lejn it-tfassil ta' arranġamenti għall-organizzazzjoni tal-Forza ta' Reazzjoni Rapida futura kif speċifikata mill-gvern tar-RDK bħala parti mill-pjan ta' direzzjoni ġenerali għar-riforma ta' l-armata. Il-funzjoni tar-“riżorsi umani” għandha tiġi enfasizzata b'mod partikolari.

(4)

Id-dikjarazzjonijiet ta' impenn iffirmati f'Goma fit-23 ta' Jannar 2008 bejn il-Gvern tar-RDK u l-gruppi armati li joperaw fil-Kivu, bdew proċess ta' paċifikazzjoni tal-Kivu. Dan il-proċess jibbenefika mill-appoġġ tal-komunità internazzjonali inkluża l-Unjoni Ewropea permezz tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-UE (RSUE) għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani. Il-missjoni EUSEC RD Congo għandha tikkontribwixxi għall-isforzi magħmula mir-RSUE fil-ħidma li qed titwettaq biex jiġu implimentati d-dikjarazzjonijiet ta' impenn għall-Kivu.

(5)

Għandu jiġi previst ammont finanzjarju ta' referenza ġdid sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għal perijodu ta' bejn l-1 ta' Lulju 2008 u t-30 ta' Ġunju 2009.

(6)

Is-sitwazzjoni attwali f'materja ta' sigurta' fir-RDK tista' tiddeġenera, u b'hekk tipproduċi konsegwenzi potenzjalment serji għall-proċess tat-tisħiħ tad-demokrazija, ta' l-istat tad-dritt, u s-sigurta' f'livell internazzjonali u reġjonali. Impenn kontinwu ta’ l-UE f’dak li hu sforz politiku u riżorsi jgħin sabiex tiġi msaħħa l-istabbiltà fir-reġjun.

(7)

L-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 2, il-punti (a) sa (e) għandhom jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“a)

li tipprovdi konsulenza u assistenza lill-awtoritajiet Kongoliżi fil-ħidma tagħhom immirata lejn l-integrazzjoni, ir-ristrutturazzjoni u r-rikostruzzjoni ta' l-armata Kongoliża, b'mod partikolari:

li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' pjanijiet u linji politiċi nazzjonali differenti, inkluża l-ħidma fuq kwistjonijiet orizzontali li jkopru l-oqsma kollha involuti fir-riforma tas-settur tas-sigurtà tar-RDK;

li tagħti appoġġ lill-kumitati u l-korpi involuti f'din il-ħidma, u tikkontribwixxi għad-definizzjoni tal-prijoritajiet u l-bżonnijiet prattiċi tal-Kongoliżi;

li tikkontribwixxi, inkluż billi tipprovdi l-parir espert tagħha dwar l-għażla, it-taħriġ u l-edukazzjoni tal-persunal u l-evalwazzjoni tar-rekwiżiti ta' l-infrastruttura u l-materjal, għat-tfassil ta' arranġamenti għall-organizzazzjoni u l-istabbiliment gradwali tal-Forza ta' Reazzjoni Rapida bħala parti mill-pjan ta' direzzjoni ġenerali għar-riforma ta' l-armata b'rispett lejn il-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, tal-liġi umanitarja internazzjonali, tal-kwistjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll ta' dawk relatati mat-tfal affettwati mill-konflitti armati;

b)

li tmexxi u tlesti b'suċċess il-proġett ta' assistenza teknika fir-rigward ta' l-immodernizzar tal-katina ta' ħlas tal-Ministeru tad-Difiża fir-RDK, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-proġett ta' katina ta' ħlas”, sabiex jitwettqu l-kompiti speċifikati fil-Kunċett ġenerali dwar dan il-proġett;

c)

li, abbażi tal-proġett tal-katina ta' ħlas, tipprovdi appoġġ għall-funzjoni tar-riżorsi umani u għall-iżvilupp ta' politika ġenerali dwar ir-riżorsi umani;

d)

li tidentifika u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' diversi proġetti u għażliet li l-UE jew l-Istati Membri tagħha jistgħu jiddeċiedu li jappoġġaw relatati mar-riforma tas-settur tas-sigurtà;

e)

li tissorvelja u tiżgura l-implimentazzjoni ta' proġetti speċifiċi ffinanzjati jew mibdija mill-Istati Membri bil-għan li jinkisbu l-għanijiet tal-missjoni, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni;

f)

li tipprovdi, kif u meta jkun meħtieġ, appoġġ lir-RSUE fil-qasam tal-ħidma mwettqa mill-kumitati għall-proċess ta' paċifikazzjoni tal-Kivu;

u

g)

li tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-konsistenza ta' l-isforzi kollha mwettqa fil-qasam tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (SSR).”.

2)

Fl-Artikolu 3(a), it-tieni inċiż għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

ċellola ta' appoġġ, u”;

3)

Fl-Artikolu 3(c), it-tieni inċiż, il-kliem “grupp mobbli” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “gruppi mobbli”;

4)

L-Artikolu 5(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“1.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu f'idejh il-ġestjoni ta’ kuljum tal-missjoni u għandu jkun responsabbli għall-persunal u għall-kwistjonijiet dixxiplinari.”;

b)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita bit-test li ġej:

“2.   Fil-qafas tal-mandat tal-missjoni hekk kif imniżżel fl-Artikolu 2(e), il-Kap tal-Missjoni għandu jkun awtorizzat jirrikorri għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' l-Istati Membri.”;

5)

L-Artikolu 9(1), il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2007 sat-30 ta' Ġunju 2008 għandu jkun ta' EUR 9 700 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009 għandu jkun ta' EUR 8 450 000.”.

6)

L-Artikolu 15 għandu jitħassar.

7)

Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“Għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2009.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2008.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 52.