ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 165

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
26 ta' Ġunju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2008 tal-25 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 601/2008 tal-25 ta' Ġunju 2008 dwar miżuri protettivi li japplikaw għal ċerti prodotti tas-sajd importati minn Gabon u li huma intenzjonati għall-konsum uman ( 1 )

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 602/2008 tal-25 ta’ Ġunju 2008 dwar l-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 603/2008 tal-25 ta’ Ġunju 2008 dwar l-għoti ta’ drittijiet għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2009 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 412/2008 taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar

7

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/486/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2008 li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

8

 

 

FTEHIM

 

 

Kunsill

 

*

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati

10

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

 

*

Regolament Nru 12 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tax-xufier mill-mekkaniżmu ta’ l-istering f’każ ta’ impatt

11

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/487/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2008 b’appoġġ għall-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ l-1997 dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Użu, il-Kumulu ta’ Ħażna, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini ta’ l-Art Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni tagħhom, fil-qafas ta’ l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà

41

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

26.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 165/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 600/2008

tal-25 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

60,9

MK

34,1

TR

59,6

ZZ

51,5

0707 00 05

JO

156,8

MK

22,9

TR

83,4

ZZ

87,7

0709 90 70

JO

216,7

TR

100,0

ZZ

158,4

0805 50 10

AR

103,2

TR

135,6

US

85,8

ZA

154,5

ZZ

119,8

0808 10 80

AR

87,3

BR

79,0

CL

90,0

CN

73,8

NZ

121,7

US

94,9

UY

88,3

ZA

90,6

ZZ

90,7

0809 10 00

IL

121,6

TR

194,6

ZZ

158,1

0809 20 95

TR

365,3

US

353,8

ZZ

359,6

0809 30 10 , 0809 30 90

IL

144,8

US

245,1

ZZ

195,0

0809 40 05

IL

157,7

TR

131,9

ZZ

144,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


26.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 165/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 601/2008

tal-25 ta' Ġunju 2008

dwar miżuri protettivi li japplikaw għal ċerti prodotti tas-sajd importati minn Gabon u li huma intenzjonati għall-konsum uman

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel u li jistipula proċeduri fi kwistjonijiet tas-sikurezza ta' l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, fejn huwa evidenti li ikel importat minn pajjiż terz x'aktarx huwa ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa ta’ l-annimali jew għall-ambjent hemm bżonn li jittieħdu l-miżuri neċessarji, u dan ir-riskju ma jistax jitrażżan b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri meħuda mill-Istat Membru/Stati Membri kkonċernat/i.

(2)

Spezzjoni tal-Komunità li twettqet f'Gabon fl-2007 kixfet defiċjenzi serji fir-rigward ta' ċerti prodotti tas-sajd intenzjonati għall-esportazzjoni għall-Komunità Ewropea. Ġew identifikati nuqqasijiet serji, b'mod partikolari, dwar il-kapaċità ta' l-awtoritajiet ta' Gabon biex jieħdu azzjoni korretta meta jkun hemm livelli għoljin ta' metalli tqal u sulfiti.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1881/2006 (2) tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel jistipula livelli massimi ta’ metalli tqal għal ċerti prodotti tas-sajd.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew 95/2/KE (3) ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar addittivi ta' l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa tistabbilixxi livelli massimi ta' sulfiti f'ċerti prodotti tas-sajd.

(5)

L-Istati Membri għandhom għalhekk iwettqu verifiki xierqa dwar ċerti prodotti tas-sajd minn Gabon kif jaslu fil-fruntiera tal-Komunità biex jiżguraw konformità mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 u d-Direttiva 95/2/KE fir-rigward ta' metalli tqal u sulfiti, rispettivament.

(6)

L-Istati Membri għandhom jużaw pjanijiet ta' kampjunar u metodi analitiċi xierqa għal dawn il-verifiki. Għal kampjunar u analiżi ta' metalli tqal ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (4) għandu japplika.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi s-Sistema ta’ Allarm Rapida għall-Ikel u l-Għalf, li għandha tintuża biex tiġi implimentata l-kondizzjoni meħtieġa ta' informazzjoni reċiproka prevista fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (5). Flimkien ma’ dan l-Istati Membri se jżommu lill-Kummissjoni infurmata permezz ta’ rapporti perjodiċi tar-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali li twettqu fir-rigward ta’ konsenji ta’ dawk il-prodotti tas-sajd minn Gabon, koperti b'dan ir-Regolament.

(8)

Din id-Deċiżjoni għandha terġa' tiġi eżaminata wara sena fid-dawl tal-garanziji offruti mill-awtoritajiet kompetenti ta' Gabon u skond il-bażi tar-riżultati tat-testijiet imwettqa mill-Istati Membri. Spezzjoni ġdida mill-Kummissjoni tista' tkun meħtieġa biex tivverifika l-garanziji mogħtija.

(9)

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jitħallsu mill-kunsinnatur, mid-destinatarju jew mill-aġent tiegħu.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu japplika għal dawk il-prodotti tas-sajd li joriġinaw minn Gabon u intenzjonati għall-konsum tal-bniedem li huma koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward ta metalli tqal u bid-Direttiva tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew 95/2/KE fir-rigward tas-sulfiti.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom, billi jużaw pjanijiet ta’ kampjunar u metodi analitiċi xierqa, jiżguraw li kull konsenja ta’ prodotti li huma koperti minn Artikolu 1 jgħaddu minn testijet meħtieġa li jaċċertaw li l-prodotti kkonċernati jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) 1881/2006 fir-rigward ta' metalli tqal u fid-Direttiva 95/2/KE fir-rigward tas-sulfiti. Għandhom jitwettqu kampjunar u analiżi għall-metalli tqal skond ir-Regolament (KE) Nru 333/2007.

2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport tar-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali fuq konsenji ta’ prodotti koperti f’Art 1 lill-Kummissjoni kull tlett xhur. Dan ir-rapport għandu jitressaq matul ix-xahar ta’ wara kull kwart tas-sena (April, Lulju, Ottubru u Jannar).

3.   Għandu jintuża l-format komuni ta' rapport, stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament

Artikolu 3

L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw importazzjonijiet ta' prodotti kif imsemmi f'Artikolu 1 li nstabu li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija f'Artikolu 2(1)

Artikolu 4

In-nefqa kollha li tkun saret fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi mħallsa mill-kunsinnatur, mid-destinatarju jew mill-aġent ta’ wieħed minnhom.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut fid-dawl tal-garanziji offruti mill-awtoritajiet kompetenti ta' Gabon u fuq il-bażi tar-riżultati tat-testijiet imsemmija f'Artikolu 2. Spezzjoni ġdida mill-Kummissjoni tista' tkun meħtieġa biex tivverifika l-garanziji mogħtija.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).

(2)  ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 558. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 14).

(3)  ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).

(4)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29, Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 204.

(5)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).


ANNESS

Format komuni tar-rapport kif imsemmi f'artikolu 2.3

Riżultati ta' kontrolli ta' ċerti prodotti tas-sajd minn Gabon fir-rigward ta' metalli tqal u sulfiti

Pajjiż li qed jirraporta:

Sena:

Kwart:


Tip tal-prodott tas-sajd

Il-Kodiċi tal-kampjun

Data ta' l-analiżi

[ġġ/xx/ss]

Sustanza analizzata [eż. Pb, Cd, Hg, sulfit] (1)

Riżultat

[mg/kg] (2)

Inċertezza tal-kejl

(għal metalli tqal biss)

[x ± U] (3)

Konformi

[Iva/Le]

Limitu ta' osservanza

(għal metalli tqal biss)

[mg/kg]

Limitu ta' kwantifikazzjoni

(għal metalli tqal biss)

[mg/kg]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Jekk jogħġbok irrapporta kull analyte f'linja separata.

(2)  Għas-sulfiti r-riżultat għandu jkun irrapportat bħala SO2.

(3)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 333/2007.


26.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 165/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 602/2008

tal-25 ta’ Ġunju 2008

dwar l-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ laħam iffriżat ta’ l-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (3) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur taċ-ċanga.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet li għalihom saru l-applikazzjonijiet.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni relatati mal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4003 u mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 skond ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għandhom jingħataw b’koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 20,564162 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 130, 20.5.2007, p. 3.


26.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 165/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 603/2008

tal-25 ta’ Ġunju 2008

dwar l-għoti ta’ drittijiet għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2009 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 412/2008 taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għal amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-bovini.

(2)

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni magħmulin għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2009 għandhom x’jaqsmu mal-kwantitajiet żejda ta’ dawk disponibbli għad-drittijiet skond ilkwota 09.4057. Għalhekk għandu jiġi determinat sa fejn għandhom jingħataw id-drittijiet ta’ l-importazzjoni u jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjonijiet li japplikaw għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni magħmulin għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2009 skond ir-Regolament (KE) Nru 412/2008 għandhom jiġu evalwati permezz tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 9,748767 % għaddrittijiet skond il-kwota 09.4057.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 125, 9.5.2008, p. 7.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

26.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 165/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

(2008/486/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista ta' kandidati preżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra l-veduti espressi mill-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel. Il-kooperazzjoni ma' l-Istati Membri hija indispensabbli wkoll.

(2)

Nofs il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Awtorità ser itemmu l-mandat tagħhom fit-30 ta’ Ġunju 2008.

(3)

Il-kandidaturi ġew eżaminati bil-ħsieb li jinħatru seba' membri ġodda tal-Bord ta' Ġestjoni abbażi tad-dokumentazzjoni provduta mill-Kummissjoni u fid-dawl tal-veduti espressi mill-Parlament Ewropew. L-għan huwa li jiġu żgurati l-għola standard ta' kompetenza, firxa wiesgħa ta' ħila rilevanti, per eżempju fil-ġestjoni u fl-amministrazzjoni pubblika, u t-tqassim ġeografiku l-aktar wiesgħa possibbli fi ħdan l-Unjoni.

(4)

Tlieta minn dawk il-membri għandu jkollhom esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi u interessi oħra fil-katina ta' l-ikel.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin għandhom jinħatru membri tal-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2012:

Davies, Sue (*)

Facelli, Piergiuseppe

Horst, Matthias (*)

Pogačnik, Milan

Ruprich, Jiri

Turunen, Sinikka (*)

Url, Bernhard.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).

(*)  Esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-konsumaturi u interessi oħrajn fil-katina ta’ l-ikel.


FTEHIM

Kunsill

26.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 165/10


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati

Il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Kiribati nnotifikaw lil xulxin, fil-15 ta’ Novembru 2007 u d-29 ta’ April 2008 rispettivament, bit-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim (1).

Għaldaqstant il-Ftehim daħal fis-seħħ fid-29 ta' April 2008, skond l-Artikolu 18 tiegħu.


(1)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 3.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

26.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 165/11


 

It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali taħt il-liġi internazzjonali pubblika. L-istat u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ċċekkjata fl-aħħar verżjoni tad-dokument ta’ l-istat UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru 12 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tax-xufier mill-mekkaniżmu ta’ l-istering f’każ ta’ impatt

Jinkorpora it-test validu kollu sa:

Is-suppliment 3 tas-serje 03 ta’ emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: 23 ta’ Marzu 2000

1.   AMBITU

1.1.   Dan ir-Regolament japplika għall-imġiba tal-mekkaniżmu ta’ l-istering ta’ vetturi bil-mutur ta’ kategorija M1, u vetturi ta’ kategorija N1, b’piż massimu permissibbli ta’ anqas minn 1 500 kġ, b’kunsiderazzjoni tal-protezzjoni tax-xufier f’impatt frontali.

1.2.   Fuq talba ta’ fabbrikant, vetturi oħra minbarra dawk imsemmija f’paragrafu 1.1 hawn fuq, jistgħu jiġu approvati taħt dan ir-Regolament.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament,

2.1.

approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura b’kunsiderazzjoni għall-protezzjoni tax-xufier mill-mekkaniżmu ta’ l-istering f’każ ta’ impatt;

2.2.

“tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi bil-mutur li ma fihomx differenzi f’aspetti essenzjali bħal:

2.2.1.

Vettura b’qawwa minn magna ta’ kombustjoni interna:

2.2.1.1

l-istruttura, dimensjonijiet, linji u materjali kostituttivi ta’ dik il-parti tal-vettura ’l quddiem mill-kontroll ta’ l-istering;

2.2.1.2.

il-piż tal-vettura meta f’kundizzjoni li tiġi misjuqa, kif definit f’paragrafu 2.18 hawn taħt;

2.2.2.

Vettura b’qawwa minn mutur ta’ l-elettriku:

2.2.2.1.

Dimensjonijiet, piż, struttura tal-vettura, forom u materjali kostituttivi, post għall-komponenti fis-sistema ta’ propulsjoni, post għall-batterija jew tal-partijiet ta’ propulsjoni għall-batterija.

2.2.2.2.

Piż tal-vettura f’kundizzjoni li tiġi misjuqa, kif definit f’paragrafu 2.18 hawn taħt.

2.3.

approvazzjoni ta’ kontroll ta’ l-istering” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ kontroll ta’ l-istering b’kunsiderazzjoni għall-protezzjoni tax-xufier mill-mekkaniżmu ta’ l-istering f’każ ta’ impatt;

2.4.

tip ta’ kontroll ta’ l-istering” tfisser kategorija ta’ kontrolli ta’ l-istering li ma fihomx differenzi f’aspetti essenzjali bħal:

2.4.1.

l-istruttura, dimensjonijiet, linji u materjali kostituttivi;

2.5.

kontroll ta’ l-istering” tfisser mezz ta’ tidwir, ġeneralment ir-rota ta’ l-istering, li hija attwata mix-xufier;

2.6.

kontroll ġenerali ta’ l-istering” tfisser kontroll ta’ tidwir li jista’ jiġi iffittjat fuq aktar minn tip wieħed ta’ vettura approvata fejn id-differenzi fit-twaħħil tal-kontroll ta’ tidwir mal-kolonna ta’ l-istering ma jaffettwawx ir-rendiment fil-każ ta’ impatt tal-kontroll ta’ tidwir;

2.7.

Borża ta’ arja” (airbag) tfisser borża flessibbli li hija iddisinjata sabiex timtela b’gassi taħt pressjoni, u hija:

2.7.1.

disinjata sabiex tipproteġi x-xufier ta’ vettura f’impatt kontra l-kontroll ta’ l-istering;

2.7.2.

minfuħa b’mezz li jiġi attwat f’każ ta’ impatt tal-vettura;

2.8.

Rimm ta’ kontroll ta’ l-istering” tfisser ix-xifer estern kważi torojdiku fil-każ ta’ rota ta’ l-istering li ġeneralment tinqabad minn idejn ix-xufier waqt sewqan;

2.9.

Il-bastun” tfisser virga li tqabbad ir-rimm ta’ kontroll ta’ l-istering mal-pern;

2.10.

Il-pern” tfisser dik il-parti ta’ kontroll ta’ l-istering, ġeneralment fin-nofs, li:

2.10.1.

tgħaqqad il-kontroll ta’ l-istering max-xaft ta’ l-istering;

2.10.2.

tittrażmetti l-enerġija li tagħti l-magna mill-kontroll ta’ l-istering għax-xaft ta’ l-istering;

2.11.

Ċentru tal-pern ta’ kontroll ta’ l-istering” tfisser dak il-punt fuq il-wiċċ tal-pern li huwa bi dritt l-assi tax-xaft ta’ l-istering;

2.12.

Pjan ta’ kontroll ta’ l-istering” tfisser fil-każ tar-rota ta’ l-istering il-wiċc ċatt li jifred ir-rimm ta’ rota ta’ l-istering eżattament bejn ix-xufier u l-parti ta’ quddiem tal-karozza;

2.13.

Xaft ta’ l-istering” tfisser il-komponent li jittrażmetti t-torque lit-tagħmir ta’ tidwir li jiġi applikat fuq il-kontroll ta’ l-istering;

2.14.

kolonna ta’ l-istering” tfisser il-housing li fih ix-xaft ta’ l-istering;

2.15.

mekkaniżmu ta’ l-istering” tfisser il-kumpless li jikkomprendi l-kontroll ta’ l-istering, il-kolonna ta’ l-istering, l-aċcessorji ta’ assemblaġġ, ix-xaft ta’l-istering, il-housing tat-tagħmir ta’ l-istering, u l-komponenti l-oħra kollha bħal dawk desinjati sabiex jikkontribwixxu għall-assorbiment ta’ enerġija f'każ ta’ impatt kontra l-kontroll ta’ l-istering;

2.16.

kompartiment tal-passiġġieri” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni ta’ l-okkupanti mdawwar bis-saqaf, art, ħitan tal-ġenb, bibien, ħġieġ ta’ barra, il-massa ta’ quddiem, u l-pjan tal-massa tal-kompartiment ta’ wara jew il-pjan tas-sapport tas-sit ta’ wara, u jekk neċessarju xi partizjoni tat-trej(ijiet) li fiha l-monoblokki tal-batterija ta’ propulsjoni tal-vettura elettrika;

2.17.

Impattur” jikkonsisti f’forma ta’ ras emisferika riġida ta’ dijametru ta’ 165mm, skond Anness 5, paragrafu 3 ta’ dan ir-Regolament;

2.18.

Massa tal-vettura f’kundizzjoni li tiġi misjuqa” tfisser il-massa tal-vettura li ma tkunx okkupata u mgħobbija imma mimlija b’karburant, coolant, għodda lubrikanti u stepni, jekk provduti bħala tagħmir standard nill-fabbrikant tal-vettura, u t-trej(ijiet) tal-batterija ta’ propulsjoni li jinkludi l-monoblokki tal-batterija ta’ propulsjoni tal-vetturi ta’ l-elettriku.

2.19.

Monoblokka” tfisser l-iżgħar unità tas-sors ta’ propulsjoni ta’ enerġija elettrika;

2.20.

Batterija ta’ propulsjoni” tfisser l-ġemgħa tal-blokki li jikkostitwixxu s-sors ta’ l-enerġija elettrika;

2.21.

Trej tal-batterija ta’ propulsjoni” tfisser it-trej li jikkontjeni wieħed jew aktar monoblokki; vettura jista' ma jkollhiex trejijiet jew wieħed jew aktar trejijiet;

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   Tip ta’ vettura

3.1.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura b’kunsiderazzjoni għall-protezzjoni tax-xufier kontra l-mekkaniżmu ta’ l-istering fil-każ ta’ impatt għandha tiġi sottomessa mill-fabbrikant tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu debitament akkreditat.

3.1.2.   Għandha tiġi akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u mill-partikolari li ġejjin:

3.1.2.1.

deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura ta’ l-istruttura, dimensjonijiet, linji u materjali kostitutivi ta’ dik il-parti tal-vettura ’l quddiem mill-kontroll ta’ l-istering;

3.1.2.2.

disinji, fuq skala xierqa u b’dettall suffiċjenti, tal-mekkaniżmu ta’ l-istering u tat-twaħħil ta’ l-istess mal-qafas tal-vettura u mal-body;

3.1.2.3.

deskrizzjoni teknika ta’ dak il-mekkaniżmu;

3.1.2.4.

indikazzjoni tal-piż tal-vettura f’kundizzjoni li tiġi misjuqa;

3.1.2.5.

evidenza li l-kontroll ta’ l-istering ġie approvat skond paragrafu 5.2 tar-Regolament, jekk applikabbli.

3.1.2.6.

evidenza li l-mekkaniżmu ta’ l-istering jaqbel mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ paragrafu 5.2.2 ta’ Regolament Nru. 94, 01 serje ta’ emendi, jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni hija sottomess mill-applikant skond paragrafu 5.1.2 hawn taħt.

3.1.2.7.

evidenza li l-kontroll ta’ l-istering jaqbel mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ paragrafi 5.2.1.4 u 5.2.1.5 ta’ Regolament Nru. 94, 01 serje ta’ emendi jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni hija sottomessa mill-applikant skond paragrafu 5.2.1 hawn taħt.

3.1.3.   Dan li ġej għandu jiġi sottomess għas-servizz tekniku responsabbli li jikkonduċi t-testijiet ta’ approvazzjoni:

3.1.3.1.

vettura, rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata, għat-test li għalih hemm referenza f’paragrafu 5.1. hawn taħt;

3.1.3.2.

fid-diskrezzjoni tal-fabbrikant, bil-qbil tas-servizz tekniku, jew t-tieni vettura, jew dawk il-partijiet tal-vettura li huwa jqis bħala essenzjali għat-test li għalih issir referenza f’paragrafi 5.2 u 5.3 hawn taħt;

3.1.3.3.

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti sabiex jiġi żgurat kontroll effettiv tal-konformità ta’ produzzjoni qabel l-approvazzjoni tat-tip tiġi mogħtija.

3.2.   Tip ta’ kontroll ta’ l-istering

3.2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ kontroll ta’ l-istering b’kunsiderazzjoni għall-protezzjoni tax-xufier kontra l-mekkaniżmu ta’ l-istering fil-każ ta’ impatt għandha tiġi sottomessa mill-fabbrikant tal-kontroll ta’ l-istering jew mir-rappreżentant tiegħu debitament akkreditat.

3.2.2.   Għandha tiġi akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u l-partikolari li ġejjin:

3.2.2.1.

deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ kontroll ta’ l-istering b’rigward għall-istruttura, id-dimensjonijiet u l-materjali kostitutivi tal-kontroll ta’ l-istering;

3.2.2.2.

disinji, fuq skala xierqa u b’dettall suffiċjenti, tal-mekkaniżmu ta’ l-istering u tat-twaħħil ta’ l-istess mal-qafas tal-vettura u mal-body.

3.2.2.3.

evidenza li l-kontroll ta’ l-istering jaqbel mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ paragrafi 5.2.1.4. u 5.2.1.5. ta’ Regolament Nru. 94, 01 serje ta’ emendi, jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ġiet sottomessa mill-applikant skond paragrafu 5.2.1. hawn taħt.

3.2.3.   Rappreżentant ta’ kontroll ta’ l-istering tat-tip ta’ kontroll ta’ l-istering li għandu jiġi approvat flimkien, fid-diskrezzjoni tal-fabbrikant, mal-ftehim tas-servizz tekniku, dawk il-partijiet tal-vettura ikkunsidrata minnu bħala essenzjali għat-test, għandhom jiġu sottomessi mas-servizz tekniku responsabbli li jikkonduċi testijiet ta’ approvazzjoni għat-test li għalih issir referenza f’paragrafi 5.2. u 5.3. hawn taħt.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Ċertifikat li jaqbel mal-mudell speċifikat f’paragrafi 4.1.1. jew 4.1.2. għandu jiġi anness maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

4.1.1.

Anness 1A għall-applikazzjonijiet li għalihom issir riferenza f’paragrafu 3.1.;

4.1.2.

Anness 1B għall-applikazzjonijiet li għalihom issir riferenza f’paragrafu 3.2.

4.2.   Tip ta’ vettura

4.2.1.   Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skond dan ir-Regolament tilħaq ir-rekwiżiti ta’ paragrafi 5. u 6. hawn taħt u Annessi 4, 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ vettura għandha tingħata.

4.2.2.   Numru ta’ approvazzjoni għandu jiġi assenjat għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri ta’ l-istess (fil-preżent 03 jikkorrispondu għal serje ta’ emendi 03, dahlu fis-seħħ nhar l-24 ta’ Awissu 1993) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar reċenti li ġew magħmula għar-Regolament fil-ħin tal-ħruġ ta’ l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandux jassenja l-istess numru għall-istess tip ta’ vettura mgħammra b’tip ieħor ta’ mekkaniżmu ta’ l-istering, jew għal tip ieħor ta’ vettura, kif definit f’paragrafu 2.2 hawn fuq.

4.2.3.   Notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ċaħda ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament għandha tiġi ikkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplika dan ir-Regolament, permezz ta’ formula li taqbel mal-mudell f'Anness 1A ta’ dan ir-Regolament.

4.2.4.   Għandu jiġi anness, b’mod li jispikka u f’post li jkun aċcessibbli malajr speċifikat fuq il-formula ta’ approvazzjoni, ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvata taħt dan ir-Regolament marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

4.2.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” li jigi segwit bin-numru distintiv tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni (1);

4.2.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru ta’ approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt f’paragrafu 4.2.4.1.

4.2.5.   Jekk il-vettura taqbel ma’ tip ta’ vettura approvata, taħt wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi ma’ dan ir-Regolament, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt f’paragrafu 4.2.4.1. ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’tali każ ir-Regolament u numri ta’ approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha taħt liema l-approvazzjoni tkun ingħatat fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt f’paragrafu 4.2.4.1.

4.2.6.   Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun tali li tista’ kjarament tinqara u li ma titħassarx.

4.2.7.   Il-marka ta’ approvazzjoni għandha titqiegħed viċin għal jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura imwaħħla mill-fabbrikant.

4.3.   Tip ta’ kontroll ta’ l-istering

4.3.1.   Jekk il-kontroll ta’ l-istering sottomess għall-approvazzjoni separata skond dan ir-Regolament jilħaq ir-rekwiżiti applikabbli ta’ paragrafi 5. u 6. hawn taħt u Annessi 4, 5 u 6 għal dan ir-Regolament, approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ kontroll ta’ l-istering għandha tingħata. Dan huwa applikabbli biss għal kontrolli ta’ l-istering li ma jinkludux borża ta’ arja.

4.3.2.   Numru ta’ approvazzjoni għandu jiġi assenjat għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri (fil-preżent 03 li jikkorrispondu għas-serje ta’ emendi 03, daħlu fis-seħħ fl-24 ta’ Awissu 1993) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar reċenti għal dan ir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ ta’ l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru għal tip ieħor ta’ kontroll ta’ l-istering kif definit f’paragrafu 2.4. hawn fuq.

4.3.3.   Notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ċaħda ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ kontroll ta’ l-istering skond dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplika dan ir-Regolament, permezz ta’ formula li taqbel mal-mudell f'Anness 1B ta’ dan ir-Regolament.

4.3.4.   Għandu jiġi anness, b’mod li jispikka u f’post li jkun aċcessibbli malajr speċifikat fuq il-formula ta’ approvazzjoni, ma’ kull kontroll ta’ l-istering li jikkonforma ma’ tip ta’ kontroll ta’ l-istering approvat taħt dan ir-Regolament marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

4.3.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” li jigi segwit bin-numru distintiv tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

4.3.4.2.

in-numru ta’ approvazzjoni li għandu jitqiegħed taħt iċ-ċirku.

4.3.4.3.

is-simbolu R94-01 fil-każ ta’ approvazzjoni skond 5.2.1. hawn taħt.

4.3.5.   Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun tali li tista’ kjarament tinqara u li ma titħassarx.

4.4.   Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki ta’ approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1.   Meta l-vettura mhux mgħobbija, f’kundizzjoni li tiġi misjuqa, bla manikin, hija ttestjata f’impatt kontra barriera b’veloċità ta’ 48.3 km/siegħa (30 mil fis-siegħa), l-parti ta’ fuq tal-kolonna ta’ l-istering u x-xaft ta’ l-istess ma għandhomx jiċċaqalqu lura, orizzontalment u f'direzzjoni parallela ma’ l-assi lonġitudinali tal-vettura, b’aktar minn 12.7 ċm kif ukoll mhux aktar minn 12.7 ċm vertikalment ’l fuq, iż-żewġ dimensjonijiet jiġu ikkunsidrati in relazzjoni ma’ punt tal-vettura mhux milqut mill-impatt (3).

5.1.1.   Fil-każ ta’ vettura b’mutur elettriku, it-test ta’ impatt deskritt f’paragrafu 5.1. għandu jsir bl-iswiċċ prinċipali tal-batterija ta’ propulsjoni fuq il-pożizzjoni “ON”. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jkunu sodisfatti matul u wara t-test.

5.1.1.1.   Il-monoblokki għandhom jibqgħu fissi fil-post tagħhom;

5.1.1.2.   L-ebda likwidu elettrolitiku ma għandu jnixxi fil-kompartiment tal-passiġġieri; tnixxija limitata hija permissibbli, però, fuq barra tal-vettura, dejjem jekk it-tnixxija ta’ matul l-ewwel siegħa wara t-test ma teċċedix 7 fil-mija tat-total tal-likwidu elettrolitiku fil-batterija ta’ propulsjoni.

5.1.2.   Speċifikazzjonijiet ta’ paragrafu 5.1. hawn fuq jitqiesu li intlaħqu jekk il-vettura mgħammra b’tali sistema ta’ l-istering taqbel ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ paragrafu 5.2.2. ta’ Regolament Nru. 94, 01 serje ta’ emendi.

5.2.   Meta l-kontroll ta’ l-istering jiġi milqut bi blokka tal-body rilaxxata kontra dan il-kontroll b’veloċità relattiva ta’ 24.1 Km/siegħa (15-il mil fis-siegħa), il-forza applikata mal-blokka tal-body mill-kontroll ta’ l-istering ma għandhiex teċċedi 1 111daN.

5.2.1.   Jekk il-kontroll ta’ l-istering huwa iffittjat b’borża ta’ arja tar-rota ta’ l-istering, speċifikazzjonijiet ta’ paragrafu 5.2. hawn fuq jitqiesu li ntlaħqu jekk il-vettura mgħammra b’tali sistema ta’ l-istering taqbel ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ paragrafi 5.2.1.4. u 5.2.1.5. ta’ Regolament Nru 94, 01 serje ta’ emendi.

5.3.   Meta l-kontroll ta’ l-istering jiġi milqut b’impattur rilaxxat kontra l-istess kontroll b’veloċità relattiva ta’ 24.1 km/siegħa, skond il-proċeduri ta’ Anness 5, id-deċelerazzjoni ta’ l-impattur ma għandhiex teċċedi 80g kumulattivament għal aktar minn tliet millisekondi. Id-deċelerazzjoni għandha tkun anqas minn 120 g b'C.F.C. 600 Hz.

5.4.   Il-kontroll ta’ l-istering għandu jkun disinjat, mibni u iffitjat b’tali mod li:

5.4.1.

Qabel it-test ta’ impatt preskritt f’paragrafi 5.2. u 5.3. hawn fuq l-ebda parti ta’ wiċc ta’ kontroll ta’ l-istering, diretta lejn ix-xufier, li tista’ tiġi tiġi f'kuntatt magħha sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm għandha tippreżenta ħruxija jew truf li jaqtgħu b’radius ta’ kurvatura ta’ anqas minn 2.5 mm.

5.4.1.1.

Wara test ta’ impatt preskritt f’paragrafi 5.2. u 5.3. il-parti ta’ wiċc ta’ kontroll ta’ l-istering diretta lejn ix-xufier ma għandhiex tippreżenta truf ħorox jew li jaqtgħu li jistgħu jżidu r-riskju jew il-ħsara lix-xufier. Qsim jew fissuri żgħar fil-wiċċ m'għandhomx jitqiesu.

5.4.1.1.1.

F’każ ta’ projezzjoni li tikkonsisti f’komponent magħmul minn materjali li ma humiex riġidi ta’ ebusija ta’ anqas minn 50 Shore A montati fuq sapport riġidu, ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.4.1.1. ma għandhomx japplikaw għas-sapport riġidu.

5.4.2.

Il-kontroll ta’ l-istering għandu jiġi disinjat, mibni u iffitjat b’mod tali li ma jinkorporax komponenti jew aċċessorji, li jinkludu l-kontroll ta’ ħorn u aċċessorji ta’ assemblaġg, kapaċi li jinqabdu fil-ħwejjeġ jew ornamenti personali tax-xufier f’movimenti normali waqt is-sewqan.

5.4.3.

F’każ ta’ kontrolli ta’ l-istering li ma humiex maħsuba li jagħmlu parti mit-tagħmir originali dawn għandhom jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet meta ttestjati skond Anness 4, paragrafi 2.1.3. u Anness 5, paragrafu 2.3.

5.4.4.

F’każ ta’ “kontrolli ġenerali ta’ l-istering”, ir-rekwiżiti għandhom jintlaħqu fuq:

5.4.4.1.

il-medda kollha ta’ angoli ta’ kolonni, mifhum illi t-testijiet għandhom jiġu magħmula ta’ l-anqas għall-angoli ta’ kolonni massimu u minimu għal medda ta’ tipi ta’ vetturi approvati għal-liema l-kontrolli huma maħsuba;

5.4.4.2.

il-medda kollha ta’ impatturi possibbli u pożizzjonijiet ta’ blokki tal-body f’relazzjoni ta’ kontroll ta’ l-istering, mifhum li t-test jiġi magħmul ta’ l-anqas għal pożizzjoni medjana għal medda ta’ tip ta’ vetturi għal-liema l-kontrolli huma maħsuba. Fejn kolonna ta’ l-istering hija użata, hija għandha tkun ta’ tip li tikkorrispondi għal kundizzjonijiet ta’ “l-agħar każ”.

5.4.5.

Fejn l-adatturi jiġu użati sabiex jadattaw tip singolu ta’ kontroll ta’ l-istering għal meda ta’ kolonni ta’ l-istering, u jista' jiġi muri li b’tali adatturi il-karatteristiċi ta’ assorbiment ta’ enerġija tas-sistema huma l-istess, it-testijiet kollha jistgħu jsiru b’tip ta’ adattur wieħed.

6.   TESTIJIET

6.1.   Konformità mar-rekwiżiti ta’ paragrafu 5. hawn fuq għandha tiġu ċcekkjata skond il-metodi li jidhru f’Annessi 3, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament. Il-kejliet kollha għandhom isiru fuq il-bażi ta’ ISO 6487:1987.

6.2.   Però, testijiet oħra jistgħu jiġu permessi fid-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità li tagħti l-Approvazzjoni jekk ekwivalenza tista’ tiġi murija. F’tali każ rapport għandu jiġi anness mad-dokumentazzjoni ta’ approvazzjoni li tiddeskrivi l-metodi wżati u r-riżultati ottenuti.

7.   MODIFIKAZZJONIJIET U ESTENSJONI ta’ APPROVAZZJONI TAT-TIP ta’ VETTURA JEW TIP ta’ KONTROLL ta’ L-ISTERING

7.1.   Kull modifikazzjoni tat-tip ta’ vettura jew tip ta’ kontroll ta’ l-istering għandhom jiġu notifikati lid-dipartiment amministrattiv li japprova t-tip ta’ vetturi jew it-tip ta’ kontroll ta’ l-istering. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

7.1.1.

jikkunsidra li l-modifikazzjonijiet magħmula ma humiex tali li jista’ jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-vettura għadha taqbel mar-rekwiżiti; jew

7.1.2.

jirrikjedi rapport ta’ test ulterjuri mis-servizz tekniku responsabbli sabiex iwettaq it-testijiet.

7.2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 7.1. hawn fuq, varjanti tal-vettura ta’ liema l-piż f’kundizzjoni li tiġi misjuqa huwa anqas minn dak tal-vettura sottomessa għat-test ta’ approvazzjoni ma għandhiex tiġi ikkunsidrata bħala modifikazzjoni tat-tip ta’ vettura.

7.3.   Konferma jew ċaħda ta’ approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjoni għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata f’paragrafi 4.2.3. jew 4.3.3. hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplika dan ir-Regolament.

7.4.   L-Awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ approvazzjoni għandha tassenja serje ta’ numri għal kull estensjoni u tinforma bl-istess lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim ta’ l-1958 li japplika dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell f’Anness 1A jew Anness 1B għal dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ ta’ PRODUZZJONI

8.1.   Kull vettura jew kontroll ta’ l-istering approvati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu fabbrikantati b’tali mod li jkunu konformi mat-tip approvat billi jilħaq ir-rekwiżiti ta’ paragrafi 5 u 6 hawn fuq

8.2.   Sabiex jiġi verifikat li r-rekwiżiti ta’ paragrafu 8.1. jintlaħqu, għandu jsir iċcekkjar xieraq tal-produzzjoni.

8.3.   Id-detentur ta’ l-approvazzjoni għandu, b’mod partikolari:

8.3.1.

jiżgura l-eżistenza ta’ proċeduri għal kontroll ta’ kwalità effettiv tal-vettura jew ta’ kontroll ta’ l-istering;

8.3.2.

jkollu aċċess għall-apparat ta’ ittestjar neċessarju sabiex jiċċekkja konformità ta’ kull tip approvat;

8.3.3.

jiżgura li data tar-riżultat tat-test tiġi reġistrata u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi determinat bi ftehim mad-dipartimenti amministrattiv;

8.3.4.

janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test, sabiex jivverifika u jiżgura l-konsistenza ta’ karatteristiċital-vettura jew ta’ kontroll ta’ l-istering, u jagħti lok għal varjazzjonijiet permissibbli f’industrija ta’ produzzjoni;

8.3.5.

jiżgura li għal kull tip ta’ vettura jew kontroll ta’ l-istering ta’ l-anqas it-testijiet li jikkonċernaw it-teħid ta’ miżurazzjonijiet isiru;

8.3.6.

jizgura li kull tip ta’ kampjun jew biċċiet tat-test li jagħtu evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità fit-tip ta’ test in kwistjoni għandhom jagħtu lok għal ikkampjunar u test ulterjuri. Il-passi kollha neċessarji għandhom jittieħdu sabiex tiġi ripristinata konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

8.4.   L-awtorità kompetenti li tat approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll ta’ konformità li japplikaw f’kull unità ta’ produzzjoni.

8.4.1.   F’kull ispezzjoni, ir-reġistru tat-test u r-reġistru tal-produzzjoni għandhom jiġu ippreżentati lill-ispettur viżitant.

8.4.2.   L-ispettur jista’ jagħżel kampjuni b’mod każwali jiġu ittestjati fil-laboratorju tal-fabbrikant. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat skond ir-riżultati ta’ l-iċċekkjar tal-fabbrikant stess.

8.4.3.   Fejn il-livell ta’ kwalità jidher li ma huwiex sodisfaċenti jew jidher neċessarju li jsiru verifiki dwar it-testijiet li saru skond paragrafu 8.4.2., l-ispettur għandu jagħżel kampjuni sabiex jintbagħtu lis-servizz tekniku li għamel it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

8.4.4.   L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel kull test preskritt f’dan ir-Regolament. Il-frekwenza normali ta’ l-ispezzjonijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti għandha tkun ta’ waħda fis-sena. F’każijiet fejn riżultati li ma humiex sodisfaċenti jinstabu matul waħda minn dawn l-ispezzjonijiet, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-passi meħtieġa kollha għandhom jittieħdu sabiex tiġi ripristinata l-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista’ jkun.

9.   PENALI GĦAL NUQQAS ta’ KONFORMITÀ ta’ PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija b’rispett għal tip ta’ vettura jew tip ta’ kontroll ta’ l-istering, taħt dan ir-Regolament, tista’ tiġi rtirata jekk ma jiġix osservat ir-rekwiżit imniżżel f’paragrafu 8.1. hawn fuq, jew jekk il-vettura(i) jew kontroll(i) ta’ l-istering magħżula ma jkunux għaddew mill-iċċekjar preskritt f’paragrafu 8.2. hawn fuq.

9.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li japplika dan ir-Regolament jirtira approvazzjoni li tkun inagħtat qabel, hija għandha minnufih tinnotifika dwar l-istess lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni li taqbel mal-mudell f’Anness 1A jew Anness 1B għal dan ir-Regolament (kif jixraq).

10.   ISTRUZZJONIJIET

Fil-każ li tip ta’ kontroll ta’ l-istering fornit separatament minn vettura, l-istruzzjonijiet dwar l-ippakkjar u l-istallazzjoni għandhom kjarament jgħidu t-tip(i) ta’ vettura għal-liema huma maħsuba.

11.   PRODUZZJONI DEFINITTIVAMENT IMWAQQFA

Jekk dak li għandu l-approvazzjoni jieqaf definittivament mill-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura jew tip ta’ kontroll ta’ l-istering skond dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma dwar l-istess lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Kif tirċievi l-komunikazzjoni relevanti dik l-awtorità għandha tinforma dwar l-istess lill-Partijiet l-oħrajn għall-Ftehim tal-1958 li japplika dan ir-Regolament permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni li taqbel mal-mudell f’Anness 1A jew Anness 1B a’ dan ir-Regolament (kif jixraq).

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI ta’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET ta’ APPROVAZZJONI, U ta’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-partijiet għall-Ftehim li japplika dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli għall-kondotta tat-testijiet ta’ approvazzjoni u ta’ dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u għand liema formuli li jiċcertifikaw approvazzjoni jew estensjoni, ċaħda jew rtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra, għandhom jintbagħtu.

13.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

13.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03 dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti ma għandha tiċħad applikazzjoni għall-approvazzjoni sottomess skond dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.

13.2.   Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura

13.2.1.   Kif jiskadu l-perjodu ta’ 36 xhar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħh li għaliha ssir referenza f’paragrafu 13.1. hawn fuq, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagu approvazzjoni għal vetturi ta’ kontroll minn quddiem tal-kategorija M1 u vetturi ta’ kategorija N1 ta’ anqas minn 1.5 tunnellati biss jekk it-tip ta’ vettura jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet imniżżla f’paragrafu 5.1. ta’ dan ir-Regolament dwar l-ispostament vertikali massimu tal-kolonna ta’ l-istering, li għandu japplika għal approvazzjonijiet ġodda biss wara perjodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

13.2.2.   Kif jiskadi l-perjodu ta’ 48 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ li għaliha ssir riferenza f’paragrafu 13.1. hawn fuq, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagu approvazzjoni għal vetturi ta’ kategorija M1 li ma humiex vetturi ta’ kontroll minn quddiem biss jekk it-tip ta’ vettura jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.

13.2.3.   Kif jiskadi l-perjodu ta’ 60 xahar wara d-datauffiċjali tad-dħul fis-seħħ li għaliha ssir riferenza f'paragrafu 13.1. hawn fuq, Partijiet Kontraenti li jap’likaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu approvazzjonijiet ta’ tip ta’ vettura li ma ingħtawx skond is-serje ta’ emendi 03 għal dan ir-Regolament.

13.3.   Approvazzjonijiet ta’ tip ta’ kontroll ta’ l-istering

13.3.1.   Kif jiskadi l-perjodu ta’ 24 xhar wara d-data ufiċċjali tad-dħul fis-seħħ li għaliha ssir referenza f’paragrafu 13.1. hawn fuq, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni biss jekk it-tip ta’ kontroll ta’ l-istering jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.

13.3.2.   Kif jiskadi l-perjodu ta’ 36 xhar wara d-data uffiċċjali tad-dħul fis-seħħ li għaliha ssir riferenza f'paragrafu 13.1. hawn fuq, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu approvazzjonijiet ta’ tip ta’ kontroll ta’ l-istering li ma ingħatawx skond is-serje ta’ emendi 03 għal dan ir-Regolament.

13.3.3.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ ta’ Suppliment 2 għas-serje ta’ emendi 03, Partijiet Kontraenti ma ġhandhomx jagħtu approvazzjonijiet separati ta’ tip ta’ kontroll ta’ l-istering li jinkludu borża ta’ arja.

13.3.4.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ ta’ Suppliment 2 għas-serje ta’ emendi 03, Partijiet Kontraenti jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu approvazzjonijiet separati tat-tip ta’ kontroll ta’ l-istering li jinkludu borża ta’ arja.


(1)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugożlavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja u 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bożnja u Ħerżegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35-36 (vojta), 37 għat-Turkija, 38-39 (vojta), 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (Approvazzjonijiet jingħataw lill-Istati Membri bl-użu tas-simbolu ECE rispettiv), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja u 46 għall-Ukraina. Numri sussegwenti għandhom assenjati lill-pajjiżi l-oħra fl-ordni kronoloġiku li fih jirratifikaw jew jaċċedu għal Ftehim Dwar l-Addozjoni ta’ Regoli Tekniċi Uniformi Għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Użati ma’ Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għal Gharfien Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn ir-Regoli, u n-numri hekk assenjati għandhom jiġu mgħarrfa mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti ta' dan il-Ftehim.

(2)  See footnote to paragraph 4.2.4.1

(3)  See Annex 3, paragraph 3.1.


ANNESS 1A

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 mm x 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 1B

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TA’ MARKI TA’ APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara paragrafu 4.2.4. ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq affissa ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie, b’rigward għall-protezzjoni tax-xufier mill-mekkaniżmu ta’ tidwir f’każ ta’ impatt, approvat mill-Olanda (E4) skond ir-Regolament Nru 12. In-numru ta’ approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ġiet mogħtija skond ir-Rekwiżiti tar-Regolament Nru 12 kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.

MUDELL B

(Ara paragrafu 4.2.5 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq affissa ma’ vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolamenti Nru 12 u 39 (1). In-numri ta' approvazzjoni jindikaw li fid-dati rispettivi meta l-approvazzjonijiet ingħataw, ir-Regolament Nru 12 jinkludi is-serje ta’ emendi 03 u ir-Regolament Nru 39 is-serje ta’ emendi 04.

MUDELL C

(Ara paragrafu 4.3.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq affissa ma’ kontroll ta' l-istering turi li t-tip ta’ kontroll ta' l-istering kkonċernat ġie, b’rigward għall-protezzjoni tax-xufier mill-mekkaniżmu ta’ tidwir fil-każ ta’ impatt, approvat fl-Olanda (E4) skond il-parti rilevanti tar-Regolament Nru 12 kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.

MUDELL D

(Ara paragrafu 4.3.4.3 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq affissa ma' kontroll ta' l-istering turi li t-tip ta’ kontroll ta' l-istering kkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E4) b’rigward għall-protezzjoni tax-xufier mill-mekkaniżmu ta’ tidwir fil-każ ta’ impatt, skond id-dispożizzjonijiet ta’ paragrafi 5.2.1. u/jew 5.3.1. tar-Regolament Nru 12 kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.


(1)  It-tieni numru mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 3

TEST TA’ IMPATT FRONTALI KONTRA BARRIERA

1.   GĦAN

L-għan ta’ dan it-test huwa li jivverifika jekk il-vettura tissodisfax ir-rekwiżiti imniżżla f’paragrafu 5.1.

2.   STALLAZZJONIJIET, PROĊEDURA U STRUMENTI TA’ TKEJJIL

2.1.   Art ta’ ittestjar

L-arja tat-test għandha tkun kbira biżżejjed sabiex takkomoda it-trek tal-ġirja, barriera u stallazzjonijiet tekniċi neċessarji għat-test. L-aħħar biċċa tat-trek, għall-anqas 5 m qabel il-barriera, għandha tkun orizzontali (xaqliba anqas minn 3 % imkejla fuq tul ta’ metru), ċatta u lixxa.

2.2.   Barriera

Il-barriera għandha tikkonsisti fi blokka ta’ konkrit rinforzat mhux anqas minn 3 m wiesgħa’ fil-wiċċ u mhux anqas minn 1.5 m għolja. Il-barriera għandha tkun ta’ tali ħxuna li tiżen ta’ l-anqas 70 tunnellata metrika. Il-wiċċ tal-faċċata għandu jkun ċatt, vertikolari u perpendikolari għall-assi tat-trek tal-ġirja. Għandha tkun mgħottija b’folji tal-plajwood 19 ± 1 mm ħoxnin, f’kundizzjoni tajba. Struttura fuq pjanċa ta’ l-azzar bi ħxuna minn ta’ l-anqas ta’ 25 mm tista’ tiġi mqegħda bejn il-folja tal-plajwood u l-barriera. Barriera b’karatteristiċi differenti tista’ xorta tintuża, jekk il-wiċc ta' l-arja ta’ impatt huwa akbar mill-arja frontali ta’ ħabta tal-vettura li qeg tiġi ittestjata u jekk tagħti riżultati ekwivalenti.

2.3.   Propulsjoni ta’ vettura

Fil-mument ta’ impatt il-vettura ma għandhiex tkun aktar soġġetta għal azzjoni ta’ tidwir addizzjonali jew ta’ mezz ta’ propellazzjoni. Hija għandha tilħaq l-ostakolu fuq kors perpendikolari għall-ħajt ta’ kolliżjoni; il-miżallinjament laterali massimu tollerat bejn il-linja vertikali medjana tal-quddiem tal-vettura u l-linja vertikali medjana tal-ħajt ta’ kolliżjoni huwa ± 30 cm.

2.4.   Stat tal-vettura

2.4.1.   Għat-test, il-vettura għandha tkun iffitjata bil-komponenti normali u tagħmir inkluż fil-massa tagħha meta ma tkunx mgħobbija jew tkun f’kundizzjoni tali li tissodisfa dan ir-rekwiżit f’dak li jikkonċerna l-komponenti u tagħmir fil-kompartiment tal-passiġġier u d-distribuzzjoni tal-massa tal-vettura bħala ħaġa waħda, f’kundizzjoni li tiġi misjuqa.

Fuq rikjesta tal-fabbrikant, b’deroga minn paragrafu 5.1. ta’ dan ir-Regolament, it-test jista’ jsir b’manikini f’pożizzjoni, jekk huma ma jtellfux fl-ebda ħin il-moviment tal-mekkaniżmu ta' l-istering. Il-massa tal-manikini ma għandhiex tittieħed in konsiderazzjoni għall-għanijiet ta’ dan it-test.

2.4.2.   Jekk il-vettura tiġi misjuqa b’mezzi esterni, is-sistema ta’ tqassim ta’ karburant għandha tkun mimlija minn ta’ l-anqas sa 90 % tal-kapaċità tagħha b’likwidu li ma jaqbadx li għandu densità bejn 0,7 u 1. Is-sistemi l-oħra kollha (rivi ta’ fluwidu tal-brejk, radjatur, eċċ.) jistgħu jkunu vojta.

2.4.3.   Jekk il-vettura tiġi misjuqa mill-magna tagħħa stess, it-tank tal-karburant għandu jkun minn ta’ l-anqas 90 % mimli. Ir-riżervi l-oħra kollha għandhom jimtlew sal-kapaċità.

Jekk il-fabbrikant hekk jixtieq u s-servizz tekniku jaqbel, it-tqassim tal-karburant tal-magna jista’ jkun ipprovdut minn tank awżiljarju ta’ kapaċità żgħira. F’tali każ it-tank tal-karburant għandu jkun mimli sa mhux anqas minn 90 % tal-kapaċità ta' l-istess b’likwidu li ma jaqbadx ta’ densità bejn 0,7 u 1.

2.4.4.   Jekk il-fabbrikant hekk jirrikjedi, is-servizz tekniku responsabbli li jwettaq it-testijiet jista’ jħalli l-istess vettura li hija użata għal testijiet preskritti minn Regolamenti oħra (li jinkludu testijiet kapaċi li jaffettwaw l-istruttura tagħha) sabiex tiġi użata għat-testijiet preskritti minn dan ir-Regolament.

2.4.5.   Ir-rota ta' l-istering, jekk aġġustabbli, għandha tkun imqegħda f’pożizzjoni normali li hija indikata mill-fabbrikant jew, jekk dan ma jirnexxix, f'nofs triq bejn il-limiti tal-medda(iet) tagħha ta' aġġustament.

2.5.   Veloċità fl-impatt

Il-veloċità fl-impatt għandha tkun bejn 48,3 km/siegħa (30 mph) u 53,1 km/siegħa (33 mph). Però, jekk it-test isir b’veloċità ta’ impatt ogħla u l-vettura laħqet ir-rekwiżiti imniżżla, it-test għandu jkun ikkunsidrat sodisfaċenti.

2.6.   Strumenti ta’ tkejjil

L-istrument użat sabiex tiġi rreġistrata l-veloċità li għaliha ssir riferenza f’paragrafu 2.5. hawn fuq għandhu jkun akkurat sa 1 %.

3.   RIŻULTATI

3.1.   Sabiex jiġi determinat il-moviment lura u ‘l fuq tal-kontroll ta' l-istering, (1) għandha tiġi magħmula reġistrazzjoni, matul il-kolliżjoni, tal-varjazzjoni fid-distanza – mkejla orizzontalment (2) u parallela mal-assi lonġitudinali tal-vettura, u vertikali, fid-direzzjoni perpendikolari ta’ dak l-assi – bejn fuq tal-kolonna ta' l-istering (u xaft) u l-punt fuq il-vettura li ma hijiex affetwata mill-impatt. L-akbar valur ta’ din il-varjazzjoni, meħud mir-reġistrar, għandu jittieħed bħala l-moviment lura u ‘l fuq.

3.2.   Wara t-test, il-ħsara mġarrba mill-vettura għandha tkun deskritta f’rapport miktub, u għandu jittieħed mill-inqas ritratt wieħed ta’ kull waħda minn dawn il-veduti tal-vettura:

3.2.1.

ġnub (lemin u xellug),

3.2.2.

faċċata,

3.2.3.

taħt,

3.2.4.

l-arja affettwata fil-kumpartiment tal-passiġġieri.

4.   FATTURI TA’ KORREZZJONI

4.1.   Notazzjoni

V

Veloċità irreġistrata f’km/h;

m0

Massa tal-prototip fil-qagħda imfissra f’paragrafu 2.4 ta’ dan l-Anness;

m1

Massa tal-prototip b’tagħmir ta’ ittestjar;

D0

Varjazzzjoni fid-distanza imkejla waqt il-ħabta, kif imfisser f’paragrafu 3.1. ta’ dan l-Anness;

D1

Varjazzjoni fid-distanza użata biex tiddetermina r-riżultati tat-test;

K1 =

l-ikbar minn Formula u 0,83;

K2 =

l-ikbar minn m0/m1 u 0,8.

4.2.   Il-varjazzjoni D1 korretta użata biex tiċċekkja il-konformità tal-prototip mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ikkalkulata bil-formula li ġejja:

D1 = D0.K1.K2

4.3.   Test ta’ ħabta frontali ma’ barrikata m'huwiex neċessarju f’każ ta’ vettura li hija identika mal-prototip ikkunsidrat fir-rigward tal-karatteristiċi speċifikati f’paragrafu 2.2. ta’ dan ir-Regolament imma li l-massa m1 tiegħu hija ikbar mill-m0, jekk m1 m’huwiex iktar minn 1,25 m0 u jekk il-varjazzjoni D2 korretta miġjuba mill-varjazzjoni D1 permezz tal-formula D2 = (m1/m0).D1 għandha turi li l-vettura xorta għadha tissodisfa ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament.

5.   PROĊEDURI EKWIVALENTI

5.1.   Testijiet alternattivi jistgħu jiġu permessi fid-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità ta’ Approvazzjoni jekk l-ekwivalenza tista’ tiġi murija. Mad-dokumentazzjoni ta' approvazzjoni, għandu jiġi anness rapport li jiddeskrivi il-metodu użat u r-riżultati miksuba u r-raġuni għalfejn it-test ma sarx.

5.2.   Ir-responsabbiltà biex tiġi murija l-ekwivalenza tal-metodu alternattiv hija tal-fabbrikant jew ta’ l-aġent tiegħu li jixtieq juża dan il-metodu.


(1)  Dan l-irrekordjar jista’ jinbidel ma’ kejl massimu.

(2)  “Orizzontalment” tfisser b’referenza għall-kompartiment tal-passiġġier meta l-vettura tkun wieqfa qabel it-test, mhux fi spazju waqt moviment tal-vettura f’relazzjoni ma’ l-art, u “vertikalment” tkun perpendikulari għal orizzontali u ’l fuq.


ANNESS 4

TEST TAL-BODY BLOCK

1.   GĦAN

L-għan ta’ dan it-test huwa li jiġi ivverifikat jekk il-vettura tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’paragrafu 5.2 ta’ dan ir-Regolament.

2.   INSTALLAZZJONIJIET, PROĊEDURI U GĦODDA ta’ KEJL

2.1.   Twaħħil ta’ sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità

2.1.1.   Il-kontroll għandu jkun imwaħħal fuq in-naħa ta’ quddiem tal-vettur miksuba billi taqta’ il-karrozzerija orizzontalment minn fejn is-sits ta’ quddiem, u possibilment billi telimina s-saqaf, paraventu u bibien. Din il-parti għandha tkun imwaħħla b’mod sod mal-bank tat-test, ħalli ma tiċċaqlaqx mal-ħabta tal-body block.

L-angolu ta’ twaħħil tas-sistema ta’ kontroll m'għandux ivarja b’iktar minn ± 2 gradi mill-angolu muri fid-disinn.

2.1.2.   Madankollu, is-sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità tista’ tiġi imwaħħla fuq qafas li jixbaħ it-twaħħil tal-mekkaniżmu ta’ manovrabilità, jekk hekk jintalab mill-fabbrikant u hekk jaqbel is-servizz tekniku, sakemm, meta mqabbel mat-tqegħid tal-“parti ta’ quddiem tal-karozzerija/mekkaniżmu ta’ manovrabilità” vera, it-tqegħid tal-“qafas/mekkaniżmu ta’ manovrabilità” għandu:

2.1.2.1.

l-istess tqassim ġeometriku,

2.1.2.2.

iktar saħħa.

2.1.3.   It-tqegħid tas-sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità meta tkun se ssir approvazzjoni tas-sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità biss. Is-sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità għandha tkun ittestjata bit-tapizzerija inkluża. Is-sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità għandha jkollha spażju li jaqa’ ta’ 100 mm bejn is-sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità u l-bank tat-test. Ix-xaft ta’ manovrabilità għandu jkun imwaħħal mal-bank tat-test sabiex ix-xaft ta’ manovrabilità ma jiċċaqlaqx mal-ħabta (ara fig. 2).

2.2.   Issettjar tal-mekkaniżmu ta’ manovrabilità għat-testijiet

2.2.1.   Matul l-ewwel test, il-kontroll tal-manovrabilità għandu jkun imdawwar b’mod illi l-iktar krikk iebes tiegħu jkun f’pożizzjoni perpendikulari mal-punt ta’ kuntatt mal-body block; jekk il-kontroll ta’ manovrabilità huwa steering wheel, it-test għandu jiġi ripetut bl-iktar parti flessibbli ta’ l-isteering wheel perpendikulari ma’ dak il-punt ta’ kuntatt. F’każ ta’ kontroll ta’ manovrabilità aġġustabbli, iż-żewġ testijiet għandhom isiru bl-isteering wheel aġġustata fil-pożizzjoni normali hekk kif indikata mill-fabbrikant jew, fin-nuqqas, fin-nofs bejn il-limiti tal-firxa/iet tagħha ta’ aġġustament.

2.2.2.   Jekk il-vettura hija mgħammra b’dispożittiv li jaġġusta l-inklinazzjoni u l-pożizzjoni ta’ l-isteering wheel, it-test għandu jsir b’dan ta’ l-aħħar fil-pożizzjoni normali ta’ użu indikata mill-fabbrikant u li, skond il-laboratorju, hija rappreżentattiva mill-punt ta’ assorbiment ta’ enerġija.

2.2.3.   Jekk il-kontroll ta’ manovrabilità huwa mgħammar b’borża ta’ arja ta’ steering wheel, it-test isir bil-borża ta’ arja minfuħa. Jekk ikun hemm rikjesta mill-fabbrikant u il-kunsens tas-servizz tekniku it-test jista’ jsir bil-borża ta’ arja mhux minfuħa.

2.3.   Body block

Il-body block għandu jkollu l-forma, id-daqs, il-massa u l-karatteristiċi murija fl-appendiċi ta’ dan l-Anness.

2.4.   Kejl tal-forzi

2.4.1.   Il-kejl għandu jsir tal-forza massima, taħdem orizzontalment u f’pożizzjoni parallelama’ l-assi lonġitudinali tal-vettura, applikata mal-body block bħala riżultat tal-ħabta mal-kontroll ta’ manovrabilità.

2.4.2.   Din il-forza għandha tkun imkejla direttament jew indirettament jew tista’ tiġi ikkalkulata minn valuri reġistrati matul it-test.

2.5.   Propulsjoni tal-body block

2.5.1.   Kull metodu ta’ propulsjoni jista’ jiġi użat, sakemm meta l-body block jolqot il-kontroll ta’ manovrabilità jkun ħieles minn kull rabta mad-dispożittiv ta’ propulsjoni. Il-body block għandu jolqot dan il-kontroll wara trajjettorja ftit jew wisq dritta, parallela ma’ l-assi lonġitudinali tal-vettura.

2.5.2.   Il-punt H tal-body block, indikat b'marka speċjali, għandu jkun aġġustat b'mod li qabel l-impatt ikun fi pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt R kif indikat mill-fabbrikant tal-vettura.

2.6.   Veloċità

Il-body block għandu jolqot il-kontroll ta’ manovrabilità b’veloċità ta’ 24,1 km/h + 1,2 (15 mph + 0,8). Madankollu, jekk it-test sar b’veloċità ta’ ħabta ikbar u l-kontroll issodisfa r-rekwiżiti stipulati, dan it-test jiġi ikkunsidrat tajjeb.

2.7.   Għodda ta’ kejl

2.7.1.   It-tagħmir użat biex jiġu irreġistrati il-parametri msemmija f’paragrafu 5.2. ta’ dan ir-Regolament għandhom iwasslu biex il-kejl isir bil-preċiżjoni li ġejja:

2.7.1.1.

Veloċità tal-body block: ġo 2 %

2.7.1.2.

Teħid ta’ ħin: ġo 1/1 000 ta’ sekonda;

2.7.1.3.

Il-bidu tal-ħabta (punt żero) fil-mument ta’ l-ewwel kuntatt tal-body block mal-kontroll ta’ manovrabilità għandu jkun identifikat fuq ir-reġistrazzjonijiet u l-filmati wżati biex jiġu analizzati ir-riżultati tat-test.

2.7.1.4.

Kejl ta’ forza

It-tagħmir użat irid ikun konformi ma’ ISO 6487:1987 sakemm ma jingħadx il-kuntrarju f’dan ir-Regolament.

2.7.1.4.1.

Bit-trasdutturi ta’ piż imdaħħlin fis-sistema ta’ manovrabilità:

Il-klassi ta’ kanal ta’ ampjezza għandha tkun 1 960 daN (2 000 kg) u l-klassi ta’ kanal ta’ frekwenza 600.

2.7.1.4.2.

Bl-aċċelerometri u trasdutturi ta’ piż imdaħħal fuq il-body block: Żewġ aċċelerometri unidirezzjonali għandhom jitpoġġew simettrikament fil-pjan trasvers taċ-ċentru ta’ gravità tal-body block. Il-klassi ta’ kanal ta’ ampjezza għandha tkun 60 g u l-klassi ta’ kanal ta’ frekwenza 180. Metodi oħrajn rigward in-numru u l-pożizzjoni ta’ l-aċċelerometri ta’ kejl għandhom jiġu permessi, per eżempju billi taqsam l-apparat tat-test f’partijiet separati fiċ-ċentru ta’ gravità li l-aċċelerazzjoni tiegħu tkun qed tiġi mkejla permezz ta’ l-aċċelerometri.

Il-forza riżultanti għandha tkun il-forza li tikkorispondi mal-massimu ta’ l-għadd ta’ forzi ikkalkulati jew imkejla direttament għal kull parti tal-body block.

2.8.   Temperatura ambjentali: stabilizzata f’ 20 °C ± 5 °C.

3.   RIŻULTATI

3.1.   Wara t-test, d-dannu mġarrab mill-mekkaniżmu ta’ manovrabilità għandu jiġi ċċekjat u deskritt f’rapport miktub; għandu jittieħed mill-inqas ritratt wieħed tal-ġenb u wieħed tal-faċċata ta’ l-arja “kontroll ta’ manovrabilità/kolonna ta’ manovrabilità/pannell ta’ strument”

3.2.   Il-valur massimu tal-forza għandu jiġi mkejjel u ikkalkulat kif indikat f’paragrafu 2.4.

Appendiċi

(Massa: 34–36 kg. 50 punt perċentwali body block b’forma toraċika)

Image

Image

Image


ANNESS 5

Test tal-forma tar-ras

1.   GĦAN

L-għan ta’ dan it-test huwa li jiġi ivverifikat jekk il-kontroll tal-manovrabilità jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’paragrafu 5.3 ta’ dan ir-Regolament.

2.   INSTALLAZZJONIJIET, PROĊEDURI U GĦODDA TA’ KEJL

2.1.   Ġenerali

2.1.1.   Is-sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità għandha tkun ittestjata bit-tapizzerija inkluża.

2.1.2.   Jekk il-kontroll ta’ manovrabilità huwa mgħammar b’borża ta’ arja ta’ steering wheel, it-test isir bil-borża ta’ arja minfuħa. Jekk ikun hemm rikjesta mill-fabbrikant u il-kunsens tas-servizz tekniku it-test jista' jsir bil-borża ta’ arja mhux minfuħa.

2.2.   It-tqegħid tas-sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità meta tkun se ssir approvazzjoni tas-sistema ta' kontroll relatata ma’ approvazzjoni ta’ vettura

2.2.1.   Il-kontroll għandu jkun imwaħħal fuq in-naħa ta’ quddiem tal-vettur miksuba billi taqta’ il-karrozzerija orizzontalment minn fejn is-sits ta’ quddiem, u possibilment billi telimina s-saqaf, paraventu u bibien.

Din il-parti għandha tkun imwaħħla b’mod sod mal-bank tat-test, ħalli ma tiċċaqlaqx mal-ħabta tal-forma tar-ras.

L-angolu ta’ twaħħil tas-sistema ta’ kontroll m'għandux ivarja b’iktar minn ± 2 gradi mill-angolu muri fid-diżinn.

2.2.2.   Madankollu, is-sistema ta' kontroll ta' manovrabilità tista' tiġi imwaħħla fuq qafas li jixbaħ it-twaħħil tal-mekkaniżmu ta’ manovrabilità, jekk hekk jintalab mill-fabbrikant u hekk jaqbel is-servizz tekniku, sakemm, meta mqabbel mat-tqegħid tal-“parti ta’ quddiem tal-karozzerija/mekkaniżmu ta’ manovrabilità” vera, it-tqegħid tal-“qafas/mekkaniżmu ta’ manovrabilità” għandu:

2.2.2.1.

l-istess tqassim ġeometriku,

2.2.2.2.

iktar saħħa.

2.3.   It-tqegħid tas-sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità meta tkun se ssir approvazzjoni tas-sistema ta' kontroll ta' manovrabilità biss

Is-sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità għandha tkun ittestjata bit-tapizzerija inkluża. Is-sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità għandha jkollha spazju li jaqa’ ta’ 100 mm bejn is-sistema ta’ kontroll ta’ manovrabilità u l-bank tat-test. Ix-xaft ta’ manovrabilità għandu jkun imwaħħal mal-bank tat-test sabiex ix-xaft ta’ manovrabilità ma jiċċaqlaqx mal-ħabta (ara fig. 1).

2.3.1.   Madankollu, jekk hekk jintalab mill-fabbrikant, it-test jista’ jsir bil-kundizzjonijiet speċifikati f’paragrafu 2.2. t’hawn fuq. F’dan il-każ, l-approvazzjoni tkun valida biss għat-tip(i) ta' vettura/i speċifikati.

3.   APPARAT TAT-TEST

3.1.   Dan l-apparat jikkonsisti f'impattur lineari kompletament iggwidat, riġidu, b’massa ta’ 6.8 kg. Il-wiċċ tal-ħabta tiegħu huwa emisferikali b’dijametru ta’ 165 mm.

3.2.   Il-forma tar-ras għandha tkun mgħammra b’żewġ aċċelerometri u dispożittiv li jkejjel il-veloċità, li jkunu kollha kapaċi li jkejlu valuri fid-direzzjoni tal-ħabta.

3.3.   Għodda ta’ kejl

3.3.1.   L-għodda tal-kejl użati għandhom ikunu konformi ma’ l-ISO 6487:1987. Għandu jkollhom ukoll dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

3.3.2.   Aċċelerazzjoni

Kanal ta’ klassi ta’ amplitudni 150 g CAC

Kanal ta’ klassi ta’ frekwenza 600 Hz CFC.

3.3.3.   Veloċità

Eżattezza f’ ± 1%

3.3.4.   Teħid ta’ ħin:

L-istrumentazzjoni għandha twassal sabiex l-azzjoni tiġi irreġistrata sakemm iddum u sabiex il-qari tal-valuri jsir bl-eżattezza ta’ parti minn elf ta’ sekonda. Il-bidu tal-ħabta fil-mument ta’ l-ewwel kuntatt bejn l-impattur u l-kontroll ta’ manovrabilità għandu jiġi indikat fuq is-sejbiet użati sabiex jiġi analizzat it-test.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

4.1.   Il-pjan tal-kontroll ta’ manovrabilità għandu jitwaħħal b’mod perpendikolari mad-direzzjoni tal-ħabta.

4.2.   Massimu ta’ erbgħa u minimu ta’ tliet pożizzjonijiet fuq kull kontroll ta’ manovrabilità għandhom jiġu maħbuta. Kontroll ta’ manovrabilità ġdid għandu jiġi użat għal kull ħabta. Wara ħabtiet suċċessivi l-assi assjali ta’ l-impattur għandu jkun f’linja dritta ma' dawn il-punti li ġejjin:

4.2.1.

Iċ-ċentru tal-pin tal-kontroll ta’ manovrabilità;

4.2.2.

Il-ġok ta’ l-iktar krikk iebes jew l-iktar wieħed sostnut mat-tarf ta’ ġew tax-xifer tal-kontroll ta' manovrabilità;

4.2.3.

Il-punt tan-nofs ta’ l-iqsar arja mhux sostnuta tax-xifer tal-kontroll ta’ manovrabilità li ma jinkudix krikk meta jintlaqat mill-forma tar-ras;

4.2.4.

Fid-diskrezzjoni ta’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip, il-pożizzjoni ta’ l-“agħar każ” fuq il-kontroll tal-manovrabilità.

4.3.   L-impattur għandu jaħbat fuq il-kontroll tal-manovrabilità b’veloċità ta’ 24,1 km/h; din il-veloċità għandha tintlaħaq jew bl-enerġija tal-propulsjoni biss jew billi jintuża dispożittiv ta’ propulsjoni addizjonali.

5.   RIŻULTATI

5.1.   Fit-testijiet magħmulin skond il-proċeduri t’hawn fuq, ir-rata ta’ deċelerazzjoni ta’ l-impattur għandha tittieħed bħala l-medja simultanja tal-qari taż-żewġ deċelerometri.

6.   PROĊEDURI EKWIVALENTI

6.1.   Testijiet alternattivi jistgħu jiġu permess fid-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità ta’ Approvazzjoni jekk l-ekwivalenza tista’ tiġi murija. Għandu jiġi anness rapport mad-dokumentazzjoni ta’ l-approvzazzjoni li jiddeskrivi l-metodu użat u r-riżultati miksuba.

6.2.   Ir-responsabbiltà biex tiġi murija l-ekwivalenza tal-metodu alternattiv hija tal-fabbrikant jew ta’ l-aġent tiegħu li jixtieq juża dan il-metodu.

Figura 1a

Tqegħid tat-test

Image

Fig. 1b

Kejl tar-riġidità tat-tqegħid tat-test

Image


ANNESS 6

PROĊEDURA SABIEX TIDDETERMINA IL-PUNT “H” U L-ANGOLU ATTWALI TAT-TORSO GĦALL-POŻIZZJONIJIET ta’ BILQIEGĦDA F’VETTURI BIL-MUTUR

1.   GĦAN

Il-proċedura deskritta f’dan l-Anness hija wżata biex tistabbilixxi l-post tal-punt “H” u l-angolu torso attwali għal-pożizzjoni jew iktar ta’ bilqiegħda f’vettura bil-mutur u biex tivverifika ir-relazzjoni bejn id-data mkejla u l-ispeċifikazzjonijiet ipprovduti mill-fabbrikant tal-vettura (1).

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament

2.1.

“Data ta’ referenza” tfisser waħda jew iktar minn dawn il-karatteristiċi ta’ pożizzjoni ta’ bilqiegħda li ġejjin:

2.1.1.

il-punt “H” u l-punt “R” u r-relazzjoni tagħhom,

2.1.2.

l-angolu torso attwali u l-angolu torso tad-disinn u r-relazzjoni tagħhom.

2.2.

“Magna ta’ punt ‘H’ bi tliet dimensjonijiet” (magna 3-D H) tfisser id-dipożittiv użat għad-determinazzjoni ta’ punti “H” u l-angoli torso attwali. Dan id-dispożittiv huwa deskritt f’Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness;

2.3.

“Punt ‘H’” tfisser il-pern ċentrali tat-torso u l-koxxa tal-magna 3-D H stallata fis-sit tal-vettura skond il-paragrafu 4 t’hawn taħt. Il-punt “H” jinsab fiċ-ċentru tal-linja tan-nofs tad-dispożittiv li hija bejn il-buttuni ta’ vista ta’ punt “H” fuq kull naħa tal-magna 3-D H. Il-punt “H” jikkorispondi teoretikament ma’ punt “R” (għal tolleranzi ara paragrafu 3.2.2. t’hawn taħt). Ġaladarba jiġi determinat skond il-proċedura deskritta f’paragrafu 4, il-punt “H” huwa ikkunsidrat fiss fir-rigward ta’ l-istruttura tal-kuxin tas-sit u li jiċċaqlaq magħha meta s-sit jiġi aġġustat;

2.4.

“Punt ‘R’” jew “punt ta’ referenza ta’ bilqiegħda” jfisser punt ta’ disinn definit mill-fabbrikant tal-vettura għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda u stabbilit fir-rigward tas-sistema ta’ referenza bi tliet dimensjonijiet;

2.5.

“Linja-torso” tfisser il-linja tan-nofs tas-sonda tal-magna 3-D H bis-sonda kompletament tħares ’l isfel;

2.6.

“Angolu ta’ torso attwali” jfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali li tgħaddi minn punt “H” u l-linja tat-torso billi tuża kwadrant ta’ l-angolu posterjuri fuq magna 3-D H. L-angolu attwali tat-torso jikkorispondi teoretikament ma’ l-angolu tad-disinn tat-torso (għal tolleranzi ara paragrafu 3.2.2. t’hawn taħt);

2.7.

“Angolu tad-disinn tat-torso” jfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali li tgħaddi minn punt “R” u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorispondi mal-pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sit stabbilita mill-fabbrikant tal-vettura;

2.8.

“Pjan ċentrali tal-passiġġier” (C/LO) tfisser il-pjan medjan tal-magna 3-D H imqiegħed f’kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda stabbilita; Hu rappreżentat bil-koordinat tal-punt “H” fuq l-assi “Y”. Għal sits individwali, il-pjan ċentrali tas-sit jaqbel mal-pjan ċentrali tal-passiġġier. Għal sits oħra, il-pjan ċentrali tal-passiġġier huwa indikat mill-fabbrikant;

2.9.

“Sistema ta’ riferenza bi tliet dimensjonijiet” tfisser sistema kif deskritt f’Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness;

2.10.

“Marki fiduċjali” huma punti fiżiċi (toqob, uċuħ, marki jew għafsiet) fuq il-karrozzerija tal-vettura kif definiti mill-fabbrikant;

2.11.

“Attitudni ta’ kejl ta’ vettura” tfisser il-pożizzjoni tal-vettura kif definita bill-koordinati tal-marki fiduċjali fis-sistema ta’ referenza bi tliet dimensjonijiet.

3.   REKWIŻITI

3.1.   Preżentazzjoni tad-data

Għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda fejn data ta’ referenza hija meħtieġa sabiex turi li ġew sodisfatti il-provvedimenti ta’ dan ir-Regolament, id-data kollha jew għażla xierqa minnha għandha tiġi ippreżentata fil-formula indikata f’Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness:

3.1.1.

il-koordinati tal-punt “R” relattivi ghas-sistema ta’ referenza bi tliet dimensjonijiet;

3.1.2.

l-angolu tad-disinn tat-torso;

3.1.3.

l-indikazzjonijiet neċessarji kollha sabiex jiġi aġġustat is-sit (jekk hu aġġustabbli) mal-pożizzjoni ta’ kejl imfissra fil-paragrafu 4.3. t’hawn taħt.

3.2.   Ir-relazzjoni bejn id-data imkejla u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn

3.2.1.   Il-koordinati ta’ punt “H” u l-valur ta’ l-angolu tat-torso attwali miksub bil-proċedura imfissra f’paragrafu 4 t’hawn taħt għandhom jiġu mqabbla, rispettivament, mal-koordinati tal-punt “R” u l-valur ta’ l-angolu tad-disinn tat-torso indikat mill-fabbrikant tal-vettura.

3.2.2.   Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punti “R” u “H” u r-relazzjoni bejn l-angolu tad-disinn tat-torso u l-angolu attwali tat-torso għandhom jitqiesu sodisfaċenti għall-pożizzjoni ta’ bilqiegħda in kwistjoni jekk il-punt “H”, kif definit permezz tal-koordinati tiegħu, jinstab ġo kaxxa b’ tul ta’ 50 mm u li d-djagonali tal-ġnub orizzontali u vertikali jiltaqgħu fil-punt “R”, u jekk l-angolu attwali tat-torso jinstab f’5 ° ta’ l-angolu tad-disinn tat-torso.

3.2.3.   Jekk dawn il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti, il-punt “R” u l-angolu tad-disinn tat-torso, għandhom jintużaw sabiex juru li l-provvediment ta’ dan ir-Regolament ġew sodisfatti.

3.2.4.   Jekk il-punt “H” jew l-angolu attwali tat-torso ma jossodisfawx ir-rekwiżi ta’ paragrafu 3.2.2. t’hawn fuq, il-punt “H” u l-angolu attwali tat-torso għandhom jiġu determinati għal darbtejn oħra (tliet darbiet b’kollox). Jekk ir-riżultati ta’ tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-kundizzjonijiet ta’ paragrafu 3.2.3. t'hawn fuq għandhom japplikaw.

3.2.5.   Jekk ir-riżultati ta’ mill-inqas tnejn mit-tliet operazzjonijiet deskritti f'paragrafu 3.2.4 t'hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 3.2.2. t'hawn fuq, jew jekk il-verifikazzjoni ma tistax isseħħ minħabba li l-fabbrikant tal-vettura ma ipprovdiex informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-punt “R” jew dwar l-angolu tad-disinn tat-torso, iċ-ċentru tal-massa tal-tliet punti mkejla jew il-medja tat-tliet angoli mkejla għandu/ha j/tiġi wżat/a u meqjus/a bħala applikabbli fil-każijiet kollha fejn f'dan ir-Regolament issir referenza għall-punt “R” jew għall-angolu tad-disinn tat-torso.

4.   PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT “H” U ta’ L-ANGOLU ATTWALI TAT-TORSO

4.1.   Il-vettura għandha tiġi ippreparata fid-diskrezzjoni tal-fabbrikant, f’temperatura ta’ 20 ± 10 °C sabiex jiġi żgurat li l-materjal tas-sit ikun laħaq it-temperatura ambjentali. Jekk is-sit li se jiġi iċċekjat qatt ma jkun poġġa ħadd fuqu, persuna jew dispożittiv ta’ bejn 70 sa 80 kg għandu jpoġġi/jitpoġġa fuqu darbtejn għal minuta sabiex tgħawweġ il-kuxin u d-dahar. Jekk il-fabbrikant jagħmel talba f’dan is-sens, l-assemblaġġi kollha tas-sits għandhom jibqgħu mingħajr piż għal-perjodu ta’ mhux inqas minn 30 minuta qabel l-istallazzjoni tal-magna 3-D H.

4.2.   Il-vettura għandha tkun fl-attitudni ta’ kejl definita f’paragrafu 2.11. t’hawn fuq.

4.3.   Is-sit, jekk aġġustabbli, għandu jiġi aġġustat l-ewwel skond l-iktar pożizzjoni lura ta’ sewqan jew ta’ rkib normali, kif indikat mill-fabbrikant tal-vettura, billi tikkunsidra biss l-aġġustament lonġitudinali tas-sit, u tħalli barra vjaġġar użat għal-skopijiet li ma jinkludux pożizzjonijiet ta’ sewqan jew irkib normali. Fejn jeżistu modi oħra ta’ aġġustament tas-sit (vertikali, angulari, aġġustament tad-dahar tas-sit, eċċ.) dawn jiġu aġġustati skond il-pożizzjoni indikata mill-fabbrikant tal-vettura. Għal-sits bis-sospensjoni, il-pożizzjoni vertikali għandha tiġi iffissata riġidament b’mod li tikkorrispondi mal-pożizzjoni ta’ sewqan normali kif indikata mill-fabbrikant.

4.4.   L-arja tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda li tkun f’kuntatt mal-magna 3-D H għandha tiġi mgħottija bi drapp tat-tajjar, ta’ daqs u tessut xieraq, deskritt bħala drapp tal-qoton sempliċi li jkollu 18.9-il ħajta kull ċm u li jiżen 0.228 kg/m2 jew drapp immaljat jew mhux minsuġ b’karatteristiċi ekwivalenti. Jekk it-test isir fuq sit mhux fil-vettura, il-qiegħa li fuq jiġi mqiegħed is-sit għandu jkollha l-istess karatteristiċi (2) bħall-qiegħa tal-vettura li fiha huwa intenzjonat li jintuża s-sit.

4.5   Qiegħed is-sit u l-assemblaġġ tad-dahar tal-magna 3-D H b’mod illi il-pjan ċentrali ta’ l-okkupant (C/LO) jiġi jaqbel mal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H.

Jekk il-fabbrikant jagħmel rikjesta f’dan is-sens, il-magna 3-D H tista’ tiċċaqlaq ’il ġewwa misC/LO jekk il-magna 3-D H tinsab tant ’il barra illi t-tarf tas-sit ma jippermettix livellar tal-magna 3-D H.

4.6.   Għaqqad l-assemblaġġ tas-sieq ma’ l-assemblaġġ tal-bażi tas-sit, individwalment jew billi tuża T-bar u assemblaġġ tas-sieq. Linja minn ġol-buttuni tal-veduta tal-punt “H” għandha tkun paralleli ma’ l-art u perpendikolari għal-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit.

4.7.   Aġġusta il-pożizzjonijiet tas-saqajn tal-magna 3-D H kif ġej:

4.7.1.   Pożizzjoni ta’ bilqiegħda magħzula: xufier u passiġġier ta’ quddiem ta’ barra

4.7.1.1.   L-assemblaġġi tas-saqajn kollha għandhom jitmexxew ’il quddiem b’mod li s-saqajn ikunu f’pożizzjoni naturali fuq il-qiegħa, bejn il-pedali ta’ operazzjoni jekk ikun hemm bżoon. Fejn hu possibli s-sieq tax-xelleg għandha tkun imqiegħda f’ċirka l-istess distanza lejn ix-xellug tal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H bħalma s-sieq tal-lemin hija lejn il-lemin. L-invell użat sabiex jivverifika l-orjentazzjoni trasversali tal-magna 3-D H jinġieb b’pożizzjoni orizzontali bl-aġġustament mil-ġdid tal-bażi tas-sit jekk neċessarju, jew bl-aġġustament ta’ l-assemblaġġi tas-saqajn ta’ wara. Il-linja li tgħaddi minn ġol-buttuni ta’ veduta tal-punt “H” għandhom jinżammu perpendikolari għall-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit.

4.7.1.2.   Jekk is-sieq tax-xellug ma tistax tinżamm b’mod paralleli mas-sieq tal-lemin u s-sieq tax-xellug ma tistax tiġi mwieżna mill-istruttura, mexxi s-sieq tax-xelluq sakemm tiġi mwieżna. L-allinjament tal-buttuni tal-veduta għandu jinżamm.

4.7.2.   Pożizzjoni ta’ bilqiegħda magħzula: fuq in-naħa ta’ wara ’il barra

Għas-sits ta’ wara jew sits awżiljarji, is-saqajn għandhom jitqiegħdu kif indikat mill-fabbrikant. Jekk is-saqajn imbagħad jistrieħu fuq partijiet tal-qiegħa li huma f’livelli differenti, l-ewwel sieq li tagħmel kuntatt mas-sit ta’ quddiem għandha sservi ta’ referenza u s-sieq l-oħra għandha tiġi rranġata b’mod li l-invell li jagħti l-orjentazzjoni trasversa tas-sit tad-dispożittiv jindika l-pożizzjoni orizzontali.

4.7.3.   Pożizzjonijiet oħra ta’ bilqiegħda magħżula:

Il-proċedura ġenerali indikata f’paragrafu 4.7.1. t’hawn fuqu għandha tiġi segwita minbarra l-fatt li s-saqajn għandhom jitqiegħdu kif indikat mill-fabbrikant tal-vettura.

4.8.   Applika l-piżijiet tas-sieq u koxxa u illivella l-magna 3-D H.

4.9.   Mejjel il-bażi tad-dahar ’il quddiem lejn id-dispożittiv ta’ blokkaġġ u iġbed il-magna 3-D H mid-dahar tas-sit permezz ta’ T-bar. Erġa’ qiegħed il-magna 3-D H fuq is-sit permezz ta’ wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin:

4.9.1.

Jekk il-magna 3-D H aktarx tiżżerżaq lura, uża l-proċedura li ġejja. Ħalli l-magna 3-D H tiżżerzaq lura sakemm ma jibqax neċessasrju li jkun hemm piż fuq it-T-bar li jżomm il-magna milli tmur ’il quddiem i.e. sakemm il-bażi tas-sit tmiss mad-dahar tas-sit. Jekk neċessarju, erġa’ qiegħed is-sieq t’isfel.

4.9.2.

Jekk il-magna 3-D H ma tiżżerżaqx lura, uża l-proċedura li ġejja. Żerżaq il-magna 3-D H lura billi tapplika piż li jiġbed lura orizzontalment mat-T-bar sakemm il-bażi tas-sit imiss id-dahar tas-sit (ara figura 2 ta’ Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness).

4.10.   Applika piż ta’ 100 ± 10 N ma’ l-assemblaġġ tad-dahar u l-bażi ta’ magna 3-D H fejn jiltaqgħu il-kwadrant ta’ l-angoli tal-ġenba u l-kontenitur tat-T-bar. Id-direzzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-piż għandha tinżamm matul il-linja li tgħaddi minn fejn l-intersezzjoni t’hawn fuq, kemm kemm ’il-fuq mill-kontenitur tal-virga tal-koxxa (ara figura 2 ta’ l-appendiċi 1 ta’ dan l-Anness). Imbagħad, b’attenzjoni, erġa qiegħed il-bażi tad-dahar mad-dahar tas-sit. Il-bqija tal-proċedura għandha ssir b’attenzjoni sabiex il-magna 3-D H ma tiżżerżaqx ’il quddiem.

4.11.   Stalla il-piżijiet tal-lemin u x-xellug tal-warrani u imbagħad, waħda waħda, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-livell tal-magna 3-D H.

4.12.   Mejjel il-bażi tad-dahar ’il quddiem sabiex tnaqqas it-tensjoni minn fuq id-dahar tas-sit. Bandal il-magna 3-D H minn naħa għall-oħra minn ġo arku ta’ 10 ° (5 ° fuq kull naħa tal-pjan ċentrali vertikali) għal tliet ċikli sħaħ sabiex titneħħa kull frizzjoni miġbura bejn il-magna 3-D H u s-sit.

Matul l-azzjoni tat-tbandil, it-T-bar tal-magna 3-D H aktarx ivarjaw mill-allinjament orizzontali u vertikali speċifikat. It-T-bar għalhekk għandha tiġi miżmuma permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ piż xieraq laterali matul il-movimenti ta’ tbandil. Għandha tingħata attenzjoni meta tkun qed tiġi miżmuma t-T-bar u mbandla il-magna 3-D H sabeix jiġi żgurat li l-ebda piż esterjuri ma jiġi applikat bi żball f’direzzjoni vertikali, lura jew ’il quddiem.

Is-saqajn tal-magna 3-D H m’għandhom jiġu mrażżna jew miżmuma f’dan l-istadju. Jekk is-saqajn ibiddlu l-pożizzjoni, għandhom jitħallew joqgħodu f’dik l-attitudni għal dak il-mument.

B’attenzjoni, erġa’ ħu il-bażi tad-dahar mad-dahar tas-sit u ċċekkja ż-żewġ invelli għall-pożizzjoni żero. Jekk ikun seħħ xi moviment tas-saqajn matul l-operazzjoni ta’ tbandil tal-magna 3-D H, għandhom jerġgħu jitqiegħdu kif ġej:

 

Darba waħda u darba l-oħra, erfa’ kull sieq minn mal-qiegħa fl-ammont minimu neċessarju sakemm ma jinkiseb l-ebda moviment addizzjonali tas-saqajn. Matul l-irfigħ, is-saqajn għandhom ikunu ħielsa li jduru; u ebda piżijiet ’il quddiem jew laterali m’għandhom jiġu applikati. Meta kull sieq hija mqiegħda mill-ġdid fil-pożizzjoni ’l isfel, l-għarqub għandu jkun imiss ma’ l-istruttura iddisinjata għal dan.

 

Iċċekja l-invell laterali għall-pożizzjoni żero; jekk neċessarju, applika piż laterali fuq il-wiċċ tal-bażi tad-dahar, suffiċjenti biex jillivella l-bażi tas-sit tal-magna 3-D H fuq is-sit.

4.13.   Waqt li żżomm it-T-bar biex ma tħallix il-magna 3-D H tiżżerżaq ’il quddiem fuq il-kuxin tas-sit, kompli kif ġej:

(a)

erġa’ qiegħed il-bażi tad-dahar mad-dahar tas-sit;

(b)

applika u erħi piż orizzontali lura, li ma jeċċedix 25 N, lill-virga ta’ l-angolu ta’ wara f’għoli ċirka taċ-ċentru tal-piż tat-torso sakemm il-kwadrant ta’ l-angolu tal-ġenba jindika li ntlaħqet pożizzjoni stabbli wara li jintreħa l-piż. Għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li ebda piżijiet ’l isfel jew laterali huma applikati lill-magna 3-D H. Jekk ikun hemm bżonn li jsir aġġustament ieħor tal-livell tal-magna 3-D H, dawwar il-bażi tad-dahar il-quddiem, erġa illivella, u rrepeti l-proċedura minn paragrafu 4.12.

4.14.   Ħu l-kejl kollu:

4.14.1.

il-koordinati tal-punt “H” huma mkejla relattivament ghas-sistema ta’ referenza bi tliet dimensjonijiet;

4.14.2.

L-angolu attwali tat-torso jinqara fil-kwadrat ta’ l-angolu ta’ wara tal-magna 3-D H bis-sonda fil-pożizzjoni kompletament lura tagħha.

4.15.   Jekk ikun mixtieq li l-istallazzjoni tal-magna 3-D H terġa’ titħaddem, l-assemblaġġ tas-sit għandu jibqa’ mingħajr piż għal perjodu ta’ mill-inqas 30 min. qabel ma terġa’ titħaddem. Il-magna 3-D H m’għandiex titħalla mgħobbija bil-piż fuq l-assemblaġġ tas-sit iktar mill-ħin li hemm bżonn biex isir it-test.

4.16.   Jekk is-sits fl-istess ringiela jistgħu jitqiesu bħala simili (sit f’forma ta’ bank, sits identiċi, eċċ.) punt wieħed “H” u “angolu attwali tat-torso” wieħed għandhom jiġu determinati għal kull ringiela ta’ sits, bil-magna 3-D H deskritta f’Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness impoġġija f’post meqjus bħala rappreżentattiv tar-ringiela. Dan il-post għandu jkun:

4.16.1.

fil-każ tar-ringiela tal-quddiem, is-sit tax-xufier;

4.16.2.

fil-każ tar-ringiela jew ringieli ta’ wara, sit estern.


(1)  Fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ bil-qiegħda barra dik tas-sedili ta’ quddiem fejn il-punt “H” ma jistax jiġi ddeterminat bl-użu tal-magna tal-punt “H” tri-dimensjonali jew proċeduri, il-punt “R” indikat mill-manifattur jista’ jittieħed bħala referenza skond il-fehma ta’ l-awtorità kompetenti.

(2)  L-angolu mxeqleb tad-differenza ta’ l-ogħli b’immuntar fuq is-sedil, texture fil-wiċċ, eċċ.

Appendiċi 1

Deskrizzjoni tal-magna tal-punt “H” bi tliet dimensjonijiet (1) (Magna 3-D H)

1.   Bażijiet tad-dahar u s-sit

Il-bażijiet tad-dahar u s-sit huma magħmula bi plastik u metall rinforzat; jissimulaw s-sider u l-koxxa tal-bniedem u huma mekkanikament imdendla fil-punt “H”. Il-kwadrant huwa mwaħħal mas-sonda mdendla fil-punt “H” biex jitkejjel l-angolu attwali tat-torso. Virga aġġustabbli tal-koxxa, imwaħħla mal-bażi tas-sit, tistabbilixxi il-linja ċentrali tal-koxxa u sservi bħala linja bażi għall-kwadrant ta’ l-angolu tal-ġenba.

2.   Elementi tal-ġisem u s-sieq

Partijiet tan-naħa t’isfel tas-sieq huma mwaħħla mal-assemblaġġ tal-bażi tas-sit fit-T-bar li tgħaqqad l-irkopptejn, li hija estensjoni laterali tal-virga aġġustabbli tal-koxxa. Kwadranti huma inkorporati fil-partijiet t’isfel tas-sieq biex ikejlu l-angoli ta’ l-irkoppa. Assemblaġġi taż-żarbun u s-sieq huma ikkalibrati biex jitkejjel l-angolu tas-sieq. Żewġ invelli jorjentaw id-dispożittiv fl-ispazju. Piżijiet ta’ elementi tal-ġisem huma mqiegħda fiċ-ċentri ta’ gravitá rispettivi sabiex jipprovdu penetrazzjoni tas-sit ekwivalenti għal raġel ta’ 76 kg. Il-ġogi kollha tal-magna 3-D H għandhom jiġu ċċekkjati għal moviment ħieles mingħajr frizzjoni notevoli.

Figura 1

Għażla ta' l-elementi tal-magna 3-D H

Image

Figura 2

Dimensjonijiet ta’ l-elementi tal-magna 3-D H u distribuzzjoni tal-piż

Image


(1)  Għal dettalji dwar il-bini ta’ magna 3-D H irreferi għas-Soċjetà ta’ l-Inġiniera tal-Karozzi (SAE — Society of Automobile Engineers), 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, l-Istati Uniti ta’ l-Amerka.

Il-magna tikkorrispondi għal dik deskritta fl-Istandard ISO 6549:1980.

Appendiċi 2

Sistema ta’ referenza bi tliet dimensjonijiet

1.

Is-sistema ta’ referenza bi tliet dimensjonijiet hija definita minn tliet pjani ortogonali stabbiliti mill-fabbrikant tal-vettura (ara figura) (1).

2.

L-attitudni ta’ kejl tal-vettura hija stabbilita bit-tqegħid tal-vettura fuq il-wiċċ ta’ sostenn b’mod illi il-koordinati tal-marki fiduċjali jikkorrispondu mal-valuri indikati mill-fabbrikant.

3.

Il-koordinati tal-punt “R” u l-punt “H” huma stabbiliti relativvament għall-marki fiduċjali definiti mill-fabbrikant tal-vettura.

Figura

Sistema ta’ referenza bi tliet dimensjonijiet

Image


(1)  Is-sistema ta’ referenza tikkorrispondi mal- livelli ISO 4130, 1978.

Appendiċi 3

Data ta’ referenza dwar pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda

1.   Kodifikazzjoni tad-data ta’ referenza

Id-data ta’ referenza hija tinsab f'sensiela konsekuttiva għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda. Pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda huma identifikati b’kodiċi ta’ żewġ ċifri. L-ewwel ċifra hija numru Għarbi u jindika ir-ringiela tas-sits, u jingħadd minn quddiem għal wara tal-vettura. It-tieni ċifra hija ittra kbira li tindika il-post tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda f’ringiela kif tidher fid-direzzjoni ’il quddiem tal-vettura; l-ittri li ġejjin għandhom jiġu wżati:

L

=

xellug

C

=

ċentru

R

=

lemin

2.   Deskrizzjoni ta’ l-attitudni ta’ kejl tal-vettura:

2.1.

Koordinati tal-marki fiduċjali

X

Y

Z

3.   Lista tad-data ta’ referenza

3.1.

Pożizzjoni ta’ bilqiegħda: …

3.1.1.

Koordinati tal-punt “R”

X

Y

Z

3.1.2.

Angolu ta’ disinn tat-torso: …

3.1.3.

Speċifikazzjonijiet għall-aġġustament tas-sit (1)

orizzontali

:

vertikali

:

angulari

:

angolu tat-torso

:

Nota: Lista ta’ data ta’ referenza għal-pożizzjonijiet oħra ta’ bilqiegħda taħt 3.2., 3.3., eċċ.


(1)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

26.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 165/41


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/487/PESK

tat-23 ta’ Ġunju 2008

b’appoġġ għall-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ l-1997 dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Użu, il-Kumulu ta’ Ħażna, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini ta’ l-Art Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni tagħhom, fil-qafas ta’ l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà, li tappella għal ordni internazzjonali bbażat fuq multilateraliżmu effettiv. L-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà tirrikonoxxi l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti bħala l-qafas fundamentali għar-relazzjonijiet internazzjonali. Hija prijorità ta’ l-Unjoni Ewropea li ssaħħaħ lin-Nazzjonijiet Uniti u tgħin biex jingħatawlha l-mezzi meħtiġin biex hija tkun tista’ tassumi r-responsabbiltajiet tagħha u biex taġixxi b’mod effettiv.

(2)

Ir-Riżoluzzjoni 51/45 ta’ l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-10 ta’ Diċembru 1996 ħeġġet lill-Istati kollha biex isegwu vigorożament ftehim effettiv internazzjonali li jorbot legalment biex ikunu pprojbiti l-użu, il-kumulu ta’ ħażna, il-produzzjoni u t-trasferiment ta’ mini ta’ l-art kontra l-persunal.

(3)

Il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Użu, il-Kumulu ta’ Ħażna, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini ta’ l-Art Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni Tagħhom (“il-Konvenzjoni”) infetħet għall-iffirmar fit-3 ta’ Diċembru 1997 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1999. Hija tikkostitwixxi strument komprensiv internazzjonali biex jittratta l-materji kollha relatati mal-mini ta’ l-art kontra l-persunal, inkluż l-użu, il-produzzjoni u l-kummerċ tagħhom, l-assistenza lill-vittmi, it-tneħħija tal-mini u d-distruzzjoni tal-ħażniet.

(4)

F’Diċembru 2004, l-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni adottaw il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Najrobi 2005-2009 u qablu dwar bosta intendimenti rigward l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fl-aspetti kollha tagħha.

(5)

F’Diċembru 2007, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżoluzzjoni 62/41 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, waqt li stiednet lill-Istati kollha li għadhom ma ffirmawhiex biex jaderixxu mingħajr dewmien, ħeġġet lill-Istati kollha li ffirmaw iżda għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni biex jirratifikawha mingħajr dewmien kif ukoll ħeġġet lill-Istati kollha li huma f’pożizzjoni li jagħmlu dan, biex jippromwovu l-aderenza għall-Konvenzjoni permezz ta’ kuntatti bilaterali, sub-reġjonali, reġjonali u multilaterali, sensibilizzazzjoni, seminars u mezzi oħrajn,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

1.   Bil-ħsieb ta’ appoġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Użu, il-Kumulu ta’ Ħażna, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini ta’ l-Art Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni Tagħhom (“il-Konvenzjoni”) f’konformità mar-Riżoluzzjoni 62/41 ta’ l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea (“UE”) għandha ssegwi l-objettivi li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni ta’ l-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni u l-appoġġ għall-preparazzjoni tat-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Konvenzjoni fl-2009;

(b)

l-appoġġ għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni mill-Istati Partijiet.

2.   Biex jinkisbu l-objettivi msemmijin fil-paragrafu 1, l-UE għandha twettaq il-proġetti li ġejjin:

(a)

l-organizzazzjoni sa massimu ta’ sitt seminars reġjonali jew sub-reġjonali bil-għan li titjieb l-adeżjoni għal u r-ratifika tal-Konvenzjoni u titħejja t-tieni Konferenza ta’ Reviżjoni fl-2009;

(b)

l-għoti ta’ parir tekniku kontinwu u sa 25 żjara ta’ assistenza teknika mmirati lill-Istati Partijiet bil-ħsieb li jsiru rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni.

Deskrizzjoni dettaljata ta’ dawn il-proġetti tidher fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Il-Presidenza, assistita mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli tal-PESK (SĠ/RGħ), għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b’mod sħiħ.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-Unità ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Ġinevra għat-Tneħħija Umanitarja tal-Mini (ISU/GICHD). Hija għandha twettaq din il-ħidma taħt il-kontroll tas-SĠ/RGħ, li jassisti lill-Presidenza. Għal din il-fini, is-SĠ/RGħ għandu jikkonkludi l-arranġamenti meħtiġin ma’ l-ISDU/GICHD.

3.   Il-Presidenza, is-SĠ/RGħ u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin regolarment informati dwar il-proġetti, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 1 070 000, li għandu jkun iffinanzjat mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun ġestit skond il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel superviżjoni tal-ġestjoni adatta ta’ l-infiq imsemmi fil-paragrafu 2, li għandu jieħu l-forma ta’ għotja. Għal dan l-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-GICHD. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li l-ISU/GICHD għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni ta’ l-UE, adatta għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel dak li tista’ sabiex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

Il-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta abbażi ta’ rapporti regolari ippreparati mill-ISU/GICHD. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b’mod sħiħ. Hija għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji ta’ l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta.

Artikolu 5

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 21 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) jew sitt xhur wara d-data ta’ l-adozzjoni tagħha jekk l-ebda ftehim ta’ finanzjament ma jkun ġie konkluż f’dak il-perijodu.

Artikolu 6

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


ANNESS

1.   Objettivi

L-objettivi ġenerali ta’ din l-Azzjoni Konġunta huma l-promozzjoni ta’ l-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni, l-appoġġ għal implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni mill-Istati Partijiet u l-appoġġ għall-preparazzjonijiet għat-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni li ser issir fl-2009. Ser tkun assigurata sinerġija massima ma’ strumenti finanzjarji rilevanti oħrajn ta’ l-UE.

2.   Proġetti

2.1.   Il-promozzjoni ta’ l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Użu, il-Kumulu ta’ Ħażna, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni tagħhom u l-preparazzjoni tal-Konferenza ta’ Reviżjoni ta’ l-2009.

2.1.1.   Objettiv tal-proġett

Li tkun promossa l-aderenza mal-Konvenzjoni permezz ta’ seminars reġjonali u sub-reġjonali u li jkunu appoġġjati l-preparazzjonijiet għat-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni.

2.1.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Sa massimu ta’ sitt workshops reġjonali jew sub-reġjonali ser ikunu organizzati biex issir preparazzjoni għat-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni u biex tkun inkoraġġuta aktar universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni.

2.1.3.   Riżultati tal-proġett

Sħubija miżjuda fil-Konvenzjoni u interess globali mġedded fl-importanza ta’ l-objettivi ta’ u l-obbligi li jirriżultaw minn ratifika tal-Konvenzjoni, kif ukoll għal intendiment aħjar tal-ħtiġijiet ta’ l-Istati Partijiet futuri rigward programmi kontra l-mini ta’ l-art kontra l-persunal.

Preparazzjoni aħjar tat-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni li ser issir fl-2009, permezz ta’ input u netwerking reġjonali msaħħin.

2.1.4.   Postijiet tas-seminars

L-ISU/GICHD ser tippreżenta lista ta’ postijiet possibbli għas-seminars reġjonali li mbagħad ser tkun endorsjata mill-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.

Il-kriterji wżati biex jintagħżlu l-postijiet għas-seminars ser jinkludu r-rieda u l-impenn ta’ Stat rilevanti f’reġjun partikolari li jospita seminar, il-livell ta’ impenn għall-Konvenzjoni mill-Istati fir-reġjun u, jekk rilevanti, l-impenn ta’ organizzazzjoni reġjonali jew sub-reġjonali rilevanti.

2.1.5.   Benefiċjarji tal-proġett

L-Istati partijiet u mhux partijiet għall-Konvenzjoni fir-reġjuni fejn is-seminars ser ikunu organizzati.

2.2.   Appoġġ għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni

2.2.1.   Objettiv tal-proġett

Li jassisti lil Stati Partijiet fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni.

2.2.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Li jassisti lill-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni li huma fil-proċess li jaqdu l-obbligi tagħhom li jirriżultaw minnha.

Ser ikunu organizzati żjarat ta’ assistenza teknika fl-Istati Partijiet bil-ħsieb li jkun ivvalutat ir-rispons nazzjonali għall-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni u li jingħata appoġġ f’konformità ma’ programmi u/jew attivitajiet oħrajn rilevanti li għaddejjin, is-sejbiet tas-Summit ta’ Najrobi u s-sejbiet tar-rapporti annwali ta’ progress.

2.2.3.   Riżultati tal-proġett

Għarfien imsaħħaħ ta’ l-isforzi ta’ implimentazzjoni magħmulin fil-livell nazzjonali li jistgħu jwasslu għal aktar azzjoni mill-UE.

Għoti ta’ konsulenza u rakkomandazzjonijiet dwar ħtiġiet tekniċi meħtiġin biex jintlaħqu l-obbligi skond il-Konvenzjoni.

Żvilupp tal-pjani nazzjonali rilevanti f’konformità ma’ l-obbligi skond il-Konvenzjoni.

2.2.4.   Benefiċjarji tal-proġett

L-Istati Partijiet ser ikunu mistednin biex jitolbu assistenza. Ser tittieħed deċiżjoni abbażi tal-grad li fih l-Istati Partijiet rikjedenti kkompilaw l-informazzjoni ta’ sfond meħtieġa qabel l-impenn, ta’ kemm ħadu passi sinifikanti biex jappoġġjaw żjara minn esperti tekniċi u kemm urew li kienu lesti li jagħmlu użu sħiħ mill-informazzjoni akkwistata bħala riżultat ta’ l-eżerċizzju.

L-għażla ta’ benefiċjarji ser tikkunsidra r-rispett għall-impenji magħmulin mill-benefiċjarji potenzjali fil-qasam tat-tneħħija u d-distruzzjoni tal-mini u tal-kumulu ta’ ħażna fil-qafas ta’ l-iskadenzi stabbiliti fil-laqgħat tal-Konvenzjoni.

L-ISU/GICHD ser tippreżenta lista finali ta’ benefiċjarji li mbagħad ser tkun endorsjata mill-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.

3.   Durata

Id-durata totali għall-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta hija ta’ 21 xahar.

4.   Entità ta’ implementazzjoni

Il-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, hija responsabbli għall-implimentazzjoni u għas-superviżjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Il-Presidenza ser tafda l-implimentazzjoni teknika lill-ISU/GICHD.

L-ISU/GICHD ser tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni ta’ l-UE, adatta għad-daqs tagħha.

5.   Rapportar

L-ISU/GICHD ser tħejji rapporti dettaljati wara kull seminar ippjanat u wara kull żjara ta’ assistenza teknika.