ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
24 ta' Ġunju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 587/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 866/2004 dwar reġim skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll 10 ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni rigward ir-regoli dwar l-oġġetti, is-servizzi u l-persuni li jaqsmu l-Linja l-Ħadra f’Ċipru

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 588/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jidderoga minn dak ir-Regolament

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 591/2008 tat-23 ta' Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri

28

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/475/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2008 li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

29

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/476/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE biex tinkludi d-dipartimenti ta’ Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord, fi Franza, fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2387)  ( 1 )

34

 

 

2008/477/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2500-2690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2625)  ( 1 )

37

 

 

2008/478/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 1999/217/KE fir-rigward tar-reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir użati fi jew fuq oġġetti ta’ l-ikel (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2336)  ( 1 )

42

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/479/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

43

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/480/PESK tat-23 ta' Ġunju 2008 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

50

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/481/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/131/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/482/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2008/134/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

52

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/269/KE tad-19 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2001/618/KE biex tinkludi d-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord, fi Franza, fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky ( ĠU L 85, 27.3.2008 )

53

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 587/2008

tas-16 ta’ Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 866/2004 dwar reġim skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll 10 ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni rigward ir-regoli dwar l-oġġetti, is-servizzi u l-persuni li jaqsmu l-Linja l-Ħadra f’Ċipru

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 10 dwar Ċipru (1) għall-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 3 dwar l-Arei ta’ Bażi Sovrani tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’Ċipru (2) ta’ l-imsemmi Att ta’ Adeżjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 (3) jistabbilixxi regoli speċjali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ oġġetti, servizzi u persuni li jaqsmu l-linja bejn iż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv u dawk iż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru jeżerċita kontroll effettiv.

(2)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 866/2004 inklużi l-emendi preċedenti, jeħtieġ li titjieb l-interazzjoni ekonomika u kummerċjali fuq il-gżira.

(3)

Għal dak il-għan, id-dazji fuq il-prodotti agrikoli li joriġinaw miż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv ġeneralment għandhom jitneħħew. Biex dak ikun jista’ jsir, il-klawsola ta’ salvagwardja fir-Regolament (KE) Nru 866/2004 jeħtieġ li tissaħħaħ.

(4)

Għandu jiġi rregolat id-dħul temporanju ta’ oġġetti miż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv għaż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru jeżerċita kontroll effettiv, sabiex tkun inkoraġġita l-provvista ta’ servizzi minn kumpaniji stabbiliti fiż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv lil hinn mil-linja u sabiex tkun iffaċilitata l-parteċipazzjoni minn dawk il-kumpaniji f’fieri kummerċjali jew f’avvenimenti simili f’żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru jeżerċita kontroll effettiv. Barra dan, l-oġġetti maħsuba biex jissewwew fiż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru jeżerċita kontroll effettiv għandhom jitħallew jaqsmu l-linja.

(5)

Għandha tiġi pprovduta evidenza raġonevoli li d-dħul ta’ tali oġġetti ssir fuq bażi temporanja. L-awtoritajiet tad-dwana tar-Repubblika ta’ Ċipru jew l-awtoritajiet taż-Żona tal-Bażi Sovrana tal-Lvant jistgħu jitolbu garanzija biex ikopru kwalunkwe dejn tad-dwana jew fiskali potenzjali jekk ċerti oġġetti introdotti b’mod temporanju ma jerġgħux lura fiż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

(6)

B’konnessjoni ma’ persuni li jaqsmu l-linja miż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv għaż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn dak il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv, għandu jiġi ċċarat li l-oġġetti personali tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati li ġew idikkjarati għal-dħul temporanju. L-istess għandu japplika għall-mezzi tat-trasport.

(7)

Il-valur totali ta’ l-oġġetti li jinsabu fil-bagalji personali tal-persuni li jaqsmu l-linja miż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv għaż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn dak il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv jeħtieġ li jiżdied sostanzjalment biex ikun inkoraġġit l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru. 866/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 866/2004 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu soġġetti għal dikjarazzjoni tad-dwana. Huma m’għandhomx ikunu soġġetti għal dazji tad-dwana jew għal ħlasijiet b’effett ekwivalenti. Sabiex jiġu żgurati kontrolli effettivi, il-kwantitajiet li jaqsmu l-linja għandhom jiġu rreġistrati.”.

(2)

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 4a

Dħul temporanju ta’ oġġetti

1.   Bl-eċċezzjoni ta’ l-oġġetti li huma soġġetti għal ħtiġiet veterinarji u fitosanitarji, l-oġġetti li ġejjin jistgħu jiddaħħlu temporanjament miż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv fiż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipra jeżerċita kontroll effettiv:

(a)

L-oġġetti personali tal-persuni li jaqsmu l-linja meħtieġa b’mod raġonevoli għall-vjaġġ u l-oġġetti għal finijiet sportivi;

(b)

mezzi ta’ trasport;

(ċ)

tagħamir professjonali;

(d)

oġġetti destinati għat-tiswija;

(e)

oġġetti biex jiġu eżibiti jew użati f’avveniment pubbliku.

2.   L-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiddaħħlu għal perijodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

3.   L-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 ma jeħtiġux li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 4(1).

4.   Jekk l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 ma jerġgħux lura fiż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv wara l-iskadenza tal-perijodu tad-dħul temporanju previst fil-paragrafu 2, dawn għandhom ikunu soġġetti għal konfiska mill-awtoritajiet tad-dwana tar-Repubblika ta’ Ċipru.

5.   Fl-eventwalità tad-dħul temporanju ta’ l-oġġetti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 229, 232, 579 u 581 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (*) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Fl-eventwalità tad-dħul temporanju ta’ l-oġġetti msemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandha tiġi segwita l-proċedura li ġejja:

(a)

l-oġġetti għandhom jiġu akkumpanjati minn dikjarazzjoni mill-persuna li tkun qed iddaħħalhom li ssemmi l-għan tad-dħul temporanju u billi tforni d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, kif xieraq, billi tagħti evidenza raġonevoli li l-oġġetti jaqgħu f’waħda mit-tliet kategoriji elenkati fil-punti (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

l-oġġetti għandhom jiġu rreġistrati mill-awtoritajiet tad-dwana tar-Repubblika ta’ Ċipru jew mill-awtoritajiet taż-Żona tal-Bażi Sovrana tal-Lvant meta jidħlu u joħorġu miż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru jeżerċita kontroll effettiv jew miż-Żona tal-Bażi Sovrana tal-Lvant;

(ċ)

l-awtoritajiet doganali tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-awtoritajiet taż-Żona tal-Bażi Sovrana tal-Lvant jistgħu jagħmlu d-dħul temporanju ta’ l-oġġetti fuq kondizzjoni li tingħata garanzija sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe dejn tad-dwana jew fiskali li jistgħu jkunu dovuti fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti jitħallsu.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli speċifiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(12).

(*)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).”."

(3)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE tat-28 ta’ Mejju 1969 fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b’Liġi, Regolament jew Azzjoni Amministrattiva relatata ma’ l-eżenzjoni minn taxxa fuq il-bejgħ u minn taxxa tas-sisa fuq l-importazzjoni fi vvjaġġar internazzjonali (**) u r-Regolament (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta’ Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali (***) m’għandhomx japplikaw, iżda l-oġġetti fil-bagalji personali ta’ persuni li jaqsmu l-linja għandhom jiġu eżentati mit-taxxa fuq il-bejgħ u mit-taxxa tas-sisa kif ukoll minn dazji oħra sakemm ma jkollhom l-ebda karattru kummerċjali u l-valur totali tagħhom ma jeċċedix l-EUR 260 għal kull persuna.

2.   Il-limiti kwantitattivi għall-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-bejgħ u mid-dazju tas-sisa kif ukoll minn dazji oħra għandhom ikunu ta’ 40 sigarett u ta’ litru ta’ spirti għall-konsum personali.

(**)  ĠU L 133, 4.6.1969, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/74/KE (ĠU L 346, 29.12.2007, p. 6)."

(***)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 274/2008 (ĠU L 85, 27.3.2008, p. 1).”."

(4)

Fl-Artikolu 11(4), it-tieni sentenza għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

“Fl-eventwalità ta’ emerġenzi oħra, b’mod partikolari dawk ikkawżati minn irregolaritajiet, distorzjonijiet kummerċjali jew frodi, jew fejn jinħolqu ċirkostanzi eċċezzjonali oħrajn li jirrikjedu azzjoni immedjata, il-Kummissjoni tista’, f’konsultazzjoni mal-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru, tapplika minnufih il-miżuri li jkunu strettament meħtieġa biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 955.

(2)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 940.

(3)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 128. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 206 tad-9.6.2004, p. 51. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1283/2005 (ĠU L 203, 4.8.2005, p. 8).


24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 588/2008

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-23 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

41,8

MK

34,1

TR

53,4

ZZ

43,1

0707 00 05

JO

151,2

MK

22,9

TR

104,5

ZZ

92,9

0709 90 70

TR

89,8

ZZ

89,8

0805 50 10

AR

104,9

EG

120,2

TR

135,6

US

93,5

ZA

108,3

ZZ

112,5

0808 10 80

AR

93,6

BR

89,4

CL

102,5

CN

87,2

NZ

115,8

US

103,6

UY

58,3

ZA

93,7

ZZ

93,0

0809 10 00

IL

89,8

TR

192,3

US

236,6

ZZ

172,9

0809 20 95

TR

372,0

US

368,8

ZZ

370,4

0809 30 10 , 0809 30 90

US

245,1

ZZ

245,1

0809 40 05

IL

121,3

TR

131,9

ZZ

126,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 589/2008

tat-23 ta’ Ġunju 2008

dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2007 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu u d-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dak li jikkonċerna ċerti prodotti ta’ dan is-settur (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment il-punt d) ta’ l-Artikolu 121 tiegħu, b’rabta ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

billi:

(1)

Mill-1 ta’ Lulju 2008, ir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd (2) huwa revokat bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)

Ċerti dispożizzjonijiet u obbligi previsti mir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 ma ġewx inklużi fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Għalhekk, ċerti dispożizzjonijiet u obbligi adattati għandhom jiġu adottati fil-qafas ta’ Regolament dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 sabiex jippermetti l-kontinwità u l-iffunzjonar tajjeb ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq u partikolarment in-normi għat-tqegħid fuq is-suq.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiffissa l-bżonnijiet minimi li jridu jissodisfaw il-bajd biex jistgħu jitpoġġew fuq is-suq fil-Komunità. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jaqbel li niddefinixxu t-termini l-ġodda għall-applikazzjoni relatati ma’ dawn il-bżonnijiet. Għalhekk jaqbel li jkun revokat ir-Regolament (KE) Nru 557/2007 (3), li stabbilixxa t-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, u li jiġi sostitwit minn regolament ġdid.

(5)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 rigward l-iġjene ta’ l-ikel (4) u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jiffissa r-regoli speċifiċi ta’ l-iġjene applikabbli għall-ikel ta’ l-oriġini annimali (5) għandhom japplikaw għall-bajd. Għalhekk, sakemm dan ikun possibbli, għandha ssir referenza għal dawn ir-regolamenti orizzontali.

(6)

Għandhom jiġu deċiżi l-karatteristiċi tal-kwalità tal-bajd tal-Klassi A sabiex tkun garantita l-kwalità superjuri tal-bajd ikkunsinjati direttament lill-konsumatur finali u li jiġu definiti l-kriterji għall-fini ta’ kontroll mis-servizzi ta’ l-ispezzjoni. Dawn il-karatteristiċi għandhom ikunu konformi man-norma Nru 42 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UN-ECE) li jikkonċernaw it-tqegħid fuq is-suq u l-kontroll tal-kwalità kummerċjali tal-bajd bil-qoxra fil-kummerċ internazzjonali bejn il-pajjiżi membri ta’ l-UN-ECE u li huma destinati għal dawn il-pajjiżi.

(7)

Il-bajd kiesaħ li jitħalla f’temperatura ta’ l-ambjent jista’ jinkesa bil-kondensazzjoni, li tiffaċilita t-trobbija tal-batterji fuq il-qoxra u probabbilment li dawn jidħlu fil-bajda. Għalhekk il-bajd għandu jkun maħżun u trasportat f’temperatura kostanti u, bħala regola ġenerali, dan m’għandux jinżamm fil-kesħa qabel ma jinbiegħ lill-konsumatur finali.

(8)

Fil-prinċipju il-bajd m’għandux jinħasel jew jitnaddaf, minħabba li dan jista’ jagħmel ħsara lill-qoxra, li, permezz tal-karatteristiċi antimikrobiċi tagħha, taġixxi bħala barriera effikaċi kontra l-kontaminazzjoni mill-batterji. Madankollu, ma jistgħux jitqiesu ċerti metodi, bħal pereżempju t-trattament tal-bajd bir-raġġi ultravjola, bħala proċessi ta’ tindif. Barra minn dan, il-bajd tal-Klassi A m’għandux jinħasel minħabba ħsara li tista’ tiġi kkawżata lill-barrieri fiżiċi, bħall-epiderma, matul jew wara t-tindif. Din il-ħsara tista’ tiffavorixxi l-kontaminazzjoni li tgħaddi mill-qoxra permezz tal-batterji jew it-telf ta’ l-umidità mill-qoxra, li jkabbar ir-riskju għall-konsumaturi, partikolarment jekk il-kundizzjonijiet tat-tnixxif u tal-ħżin ma jkunx ottimali.

(9)

Madankollu, f’ċerti Stati Membri, l-użu ta’ sistemi ta’ ħasil tal-bajd suġġetti għal awtorizzazzjoni u applikati taħt kundizzjonijiet ta’ sorveljanza stretta jagħtu riżultati tajba. Skond l-opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel, rigward ir-riskji mikrobijoloġiċi assoċjati mal-ħasil tal-bajd għall-ikel, mogħtija fuq talba tal-Kummissjoni u adottata fis-7 ta’ Settembru 2005 (6), il-metodi tal-ħasil tal-bajd użati f’ċerti ċentri ta’ l-ippakkjar ma jippreżentaw l-ebda problema fuq il-pjan ta’ l-iġjene u għalhekk jistgħu jinżammu, partikolarment sakemm ma tiġi elaborata kodiċi ta’ prattika.

(10)

Il-bajd ta’ Klassi A għandu jiġi klassifikat skond il-piż tiegħu. F’dan ir-rigward jinħtieġ li jiġi definit numru limitat ta’ kategoriji ta’ piż sabiex ir-regoli ppreċiżati fir-rigward tal-bżonnijiet minimi fil-qasam ta’ l-ittikkettjar, u dan ma jeskludix ittikkettjar supplementari fuq bażi volontarja, sakemm jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/13/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (7).

(11)

Huma biss l-intrapriżi li għandhom bini u tagħmir tekniku adattat għat-tip u għall-importanza ta’ l-attivitajiet tagħhom u li għalhekk jippermettu l-manipulazzjoni tal-bajd f’kundizzjonijiet sodisfaċenti li jkunu awtorizzati, bħala ċentri ta’ l-ippakkjar, li jikklassifikaw il-bajd għal kull Klassi ta’ kwalità u ta’ piż.

(12)

Għandhom jiġu ffisati ż-żminijiet massimi fil-qasam tal-klassifikazzjoni, ta’ l-immarkar u ta’ l-ippakkjar tal-bajd kif ukoll l-immarkar tal-pakketti.

(13)

Minbarra l-obbligu ġenerali biex tiġi stabbilita t-traċċabilità ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel, ta’ l-għalf, ta’ l-annimali li jipproduċu l-ikel jew ta’ sustanzi maħsuba biex ikunu, jew mistennija li jkunu inkorporati f’ikel jew f’għalf fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-dsitribuzzjoni, previst fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (8), għall-fini tat-twettiq tal-kontrolli, għandha tkun stabbilita ċerta informazzjoni li trid titpoġġa fuq il-pakketti għat-trasport li jikkontjenu l-bajd, kif ukoll fuq id-dokumenti ta’ akkompanjament relatati magħhom.

(14)

Meta l-bajd jiġi kkunsinjat fi Stat Membru ieħor, il-kodiċi tal-produttur għandu jitpoġġa fuq il-bajd fuq is-sit tal-produzzjoni. B’mod aktar partikolari, fir-rigward tal-bajd tal-Klassi B, jekk il-kodiċi tal-produttur ma jippermettix li bih biss isir distinzjoni tal-Klassi tal-kwalità, għandha titpoġġa indikazzjoni oħra fuq il-bajd tal-Klassi B.

(15)

Il-kompożizzjoni tal-kodiċi tal-produttur għandha tiġi ffissata kif stipulat fil-punt 1, ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Barra dan, għandu jkun iċċarat li tista’ ssir eċċezzjoni għar-rekwiżit ta’ l-immarkar bil-kodiċi tal-produttur jekk l-istallazzjonijiet tekniċi ma jippermettux l-immarkar tal-bajd maqsum jew maħmuġ.

(16)

Għandhom jiġu definiti l-karatteristiċi ta’ indikazzjonijiet l-oħra li jista’ jkun hemm fuq il-bajd tal-Klassi B, skond it-tieni sentenza tal-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(17)

Meta l-bajd jiġi trasportat direttament lil intrapriżi ta’ l-industrija ta’ l-ikel għall-ipproċessar, u biex ikun hemm garanziji suffiċjenti fir-rigward tad-destinazzjoni finali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi għall-bżonn ta’ l-immarkar lil operaturi li jitolbu dan.

(18)

Id-Direttiva 2000/13/KE tiddefinixxi r-regoli ġenerali applikabbli għall-oġġetti ta’ l-ikel kollha li jitpoġġew fuq is-suq. Madankollu għandhom ikunu previsti ċerti rekwiżiti speċifiċi ta’ mmarkar għall-pakketti.

(19)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/13/KE jiddefinixxi li d-data minima ta’ kemm iservi l-prodott ta’ l-ikel tkun id-data sakemm dan il-prodott ta’ l-ikel jikkonserva l-propjetajiet speċifiċi tiegħu meta jinħażen kif suppost. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, din id-data għandha tiġi ffissata sa mhux aktar minn tmienja u għoxrin jum wara li jkun inbied.

(20)

Il-bajd jista’ jinbiegħ b’indikazzjoni li turi partikolarment kemm tkun friska l-bajda. Għalhekk għandu jkun definit limitu ta’ żmien massimu li matulu tista’ tintuża din l-indikazzjoni.

(21)

Il-bajd jista’ jinbiegħ b’indikazzjoni li tenfasizza l-kompożizzjoni speċifika ta’ l-għalf mogħti lit-tiġieġ tal-bajd. Jaqbel li jiġu definiti rekwiżiti minimi applikabbli għall-użu ta’ dawn l-indikazzjonijiet.

(22)

Meta l-bajd jinbiegħ farrad, ċerta informazzjoni li normalment tidher fuq l-ippakkjar għandha tkun aċċessibbli għall-konsumatur.

(23)

Minbarra r-rekwiżiti ġenerali fil-qasam ta’ l-iġjene applikabbli għall-ippakkjar u għall-preparazzjoni tal-prodotti ta’ l-ikel, għandhom jiġu definiti ċerti rekwiżiti supplementari sabiex ikun minimizzat ir-riskju ta’ tħassir jew ta’ kontaminazzjoni tal-bajd matul il-ħażna jew it-trasport. Dawn in-normi għandhom ikunu bbażati fuq in-norma ta’ l-UN/ECE Nru 42.

(24)

Il-bajd industrijali mhuwiex tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk huwa neċessarju li jitpoġġew xi strixxi jew tikketti li jippermettu l-identifikazzjoni faċli tal-pakketti li jkun fihom dan it-tip ta’ bajd.

(25)

Huma biss iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li għandhom bini u t-tagħmir tekniku neċessarju għall-ippakkjar mill-ġdid tal-bajd. Għalhekk tajjeb li jiġu limitati l-attivitajiet ta’ l-ippakkjar mill-ġdid għal dawn iċ-ċentri biss.

(26)

L-operaturi tas-settur ta’ l-ikel iridu jistabbilixxu t-traċċabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Il-produtturi, il-kolletturi u ċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom ikunu obbligati li jżommu reġistri supplementari speċifiċi bil-ħsieb li jippermettu lis-servizzi ta’ l-ispezzjoni li jikkontrollaw ir-rispett tan-normi tat-tqegħid fuq is-suq.

(27)

Għandhom jiġu definiti l-metodi u l-kriterji applikabbli fil-qasam tal-kontroll.

(28)

Jaqbel li tkun ikkontrollata l-konformità man-normi tat-tqegħid fuq is-suq għal-lott bħala ħaġa waħda, u t-tqegħid fuq is-suq ta’ lott li jkun meqjus bħala mhux konformi għandu jiġi projbit, sakemm ma tkunx tista’ tiġi stabbilita l-konformità tiegħu.

(29)

Għandhom ikunu previsti ċerti tolleranzi fil-qasam tal-kontroll tar-rispett tan-normi tat-tqegħid fuq is-suq. Dawn it-tolleranzi għandhom ivarjaw skond ir-rekwiżiti u l-istadji tat-tqegħid fuq is-suq.

(30)

Huwa possibbli li l-pajjiżi terzi japplikaw rekwiżiti differenti minn dawk definiti mill-Komunità fil-qasam tat-tqegħid tal-bajd fuq is-suq. Għal fini ta’ esportazzjoni, jaqbel li jkun żgurat li l-bajd intenzjonat għall-esportazzjoni u ppakkjat b’dan il-mod jista’ jissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

(31)

Għandhom jiġu ffissati termini preċiżi għall-evalwazzjoni ta’ l-ekwivalenza tan-normi tat-tqegħid fuq is-suq f’pajjiżi terzi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, li għandha ssir mill-Kummissjoni fuq talba tal-pajjiżi terzi. Għandhom jiġu definiti ċerti rekwiżiti għall-immarkar u l-ittikkettjar, applikabbli għall-bajd impurtat minn pajjiżi terzi.

(32)

Il-Kummissjoni għandu jkollha informazzjoni relattiva għan-numru ta’ postijiet irreġistrati għat-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd.

(33)

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull ksur tan-normi ta’ tqegħid fuq is-suq, sabiex l-Istati Membri l-oħra li jistgħu jkunu effetwati jistgħu jkunu mgħarrfa b’mod adattat.

(34)

Il-provvista tal-bajd għan-negozju bl-imnut fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra tiddependi min-naħa fuq il-forniment ta’ bajd mill-kontinent Ewropew. B’kunsiderazzjoni għat-tul taż-żmien għat-trasport u l-kundizzjonijiet tal-klima, jinħtieġ li jiġu rispettati t-termini ta’ forniment speċifiċi għall-ħarsien tal-bajd trasportat lejn dawn id-dipartimenti, inkluż partikolarment il-possibilità li dan il-bajd jitbagħat imkessaħ. Dawn it-termini speċifiċi jistgħu jiġu ġustifikati minħabba n-nuqqas attwali ta’ kapaċitajiet lokali għall-produzzjoni. Dawn it-termini eċċezzjonali għandhom jinżammu għal żmien raġonevoli, sakemm il-kapaċitajiet lokali ta’ produzzjoni jkunu suffiċjenti.

(35)

Il-punt 2 ta’ l-Anness XIV, A, I, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jawtorizza lill-Istati Membri li jeżentaw mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-bajd mibjugħ direttament lill-konsumatur finali mill-produttur. Biex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet partikolari tat-tqegħid fuq is-suq tal-bajd f’ċerti reġjuni tal-Finlandja, il-bejgħ mingħand il-produtturi lill-bejjiegħa bl-imnut f’dawn ir-reġjuni għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(36)

Skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5, tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (9), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trobbija f’gaġeġ mhux modernizzati jitwaqqaf mill-1 ta’ Jannar 2012. Għalhekk, qabel din id-data, il-Kummissjoni għandha tipproċedi għal evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relattivi għall-ittikkettjar volontarju previsti fir-rigward ta’ gaġeġ mhux modernizzati sabiex jiġi determinat il-bżonn jekk dan l-ittikkettjar isir obbligatorju.

(37)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għal Ġestjoni ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2, tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u fil-punti 5 u 7.3 ta’ l-Anness I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplikaw kif jixraq.

Barra dan, id-definizzjonijiet ta’ l-espressjonijiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli għall-għan ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“pakkett”, pakkett li jikkontjeni l-bajd tal-Klassi A jew B, ħlief il-pakketti ta’ trasport u l-kontenituri tal-bajd industrijali;

(b)

“bejgħ farrad”, il-bejgħ bl-imnut tal-bajd lill-konsumatur finali, li mhux f’pakketti;

(ċ)

“kollettur”, kull stabbiliment irreġistrat skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 awtorizzat li jiġbor il-bajd mingħand produttur bil-ħsieb li jintbagħtu f’ċentru ta’ l-ippakkjar, għal suq li jbiegħ esklussivament lill-bejjiegħa bl-ingrossa li l-impriżi tagħhom huma approvati bħala ċentri ta’ l-ippakkjar, jew għal industrija ta’ l-ikel u dik li mhijiex ta’ l-ikel;

(d)

“data sa meta għandu jinbiegħ”, il-limitu massimu ta’ żmien li fih il-bajda għandha tasal għand il-konsumatur finali skond il-punt 3 tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni X ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(e)

“l-industrija ta’ l-ikel”, kull stabbiliment li jipproduċi prodotti b’bażi ta’ bajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem, li jeskludi l-kejterers bil-massa;

(f)

“l-industrija li mhux ta’ l-ikel”, kull intrapriża li tipproduċi prodotti li jikkontjenu l-bajd, mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem;

(g)

“kejterers”, l-entitajiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 1, tad-Direttiva 2000/13/KE;

(h)

“bajd industrijali”, il-bajd mhux maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(i)

“lott”, il-bajd ippakkjat jew farrad, li ġej mill-istess sit tal-produzzjoni jew ċentru ta’ l-ippakkjar, li jinstabu f’post wieħed, fl-istess pakketti jew farrada fl-istess kontenitur, immarkati bl-istess data meta jkun inbied il-bajd jew id-data minima ta’ kemm iservi prodott ta’ l-ikel jew id-data ta’ l-ippakkjar, l-istess metodu ta’ trobbija u, f’każ ta’ bajd klassifikat, li jaqgħu taħt l-istess kategoriji ta’ kwalità u piż;

(j)

“ippakkjar mill-ġdid”, it-trasferiment fiżiku tal-bajd f’pakkett ieħor jew l-immarkar mill-ġdid ta’ pakkett li diġà fih il-bajd;

(k)

“bajd”, il-bajd fil-qoxra — ħlief il-bajd imkisser, mill-inkubatur jew insajjar — li hu prodott minn tiġieġ ta’ l-ispeċi Gallus gallus u huma adattati għall-konsum mill-bniedem jew għall-preparazzjoni ta’ prodotti b’bażi ta’ bajd;

(l)

“bajd imkisser”, il-bajd li għandu difetti fil-qoxra u fil-membrana li jwassal biex il-kontenut tagħhom ikun espost;

(m)

“bajd mill-inkubatur”, il-bajd minn meta jitpoġġew fl-inkubatur;

(n)

“tqegħid fuq is-suq”, il-bajd li jinżamm bi ħsieb li jinbiegħ, inkluż il-bejgħ, il-ħażna, l-ippakkjar, l-ittikkettjar, it-tqassim jew kull tip ieħor ta’ trasferiment, kemm mingħajr ħlas jew le;

(o)

“operatur”, produttur jew kull persuna fiżika jew morali oħra li tintervjeni fit-tqegħid tal-bajd fuq is-suq;

(p)

“sit tal-produzzjoni”, stabbiliment li jkabbar it-tiġieġ tal-bajd, irreġistrat skond id-Direttiva 2002/4/KE tal-Kummissjoni (10);

(q)

“ċentru ta’ l-ippakkjar”, ċentru ta’ l-ippakkjar fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li huwa awtorizzat skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5, ta’ dan ir-Regolment, u fejn il-bajd huwa klassifikat skond il-kawlità u l-piż tiegħu;

(r)

“konsumatur finali”, l-aħħar xerrej ta’ oġġett ta’ l-ikel, li mhux ser juża dan l-oġġett fil-qafas ta’ operazzjoni jew ta’ attività tas-settur ta’ l-ikel;

(s)

“kodiċi tal-produttur”, in-numru ta’ distinzjoni tas-sit tal-produzzjoni skond il-punt 2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE.

Artikolu 2

Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-bajd

1.   Il-bajd tal-Klassi A jippreżentaw il-karatteristiċi ta’ kwalità li ġejjin:

(a)

il-qoxra u l-epiderma: nodfa, sħaħ, b’forma normali;

(b)

il-kobor ta’ l-arja: għoli li ma jaqbiżx is-6 millimetri, li ma jiċċaqlaqx; madankollu, għall-bajd li jitpoġġa fuq is-suq bil-marka “extra”, din m’għandhiex taqbeż l-4 millimetri;

(ċ)

l-isfar tal-bajd: jidher bħala dell biss meta jsirlu l-eżami fid-dawl tax-xemgħa, mingħajr kontorn li jidher b’mod ċar, jiċċaqlaq kemm kemm meta tiġi mdawra l-bajda, u jirritorna għall-pożizzjoni ċentrali;

(d)

l-abjad: trasparenza ċara;

(e)

mikrobu: żvilupp imperċepibbli;

(f)

materja estranja: mhux permessibbli;

(g)

riħa estranja: mhux permessibbli.

2.   Il-bajd tal-Klassi A m’għandux jinħasel jew jitnaddaf, la qabel u l-anqas wara l-klassifikazzjoni, ħlief skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3.

3.   Il-bajd tal-Klassi A m’għandux ikun trattat għal preservazzjoni jew imkessaħ f’bini jew fl-impjanti li fihom it-temperatura tinżamm b’mod artifiċjali aktar għolja minn + 5 °C. Madankollu, il-bajd li jinżamm f’temperatura anqas minn 5 °C matul it-trasport għal mhux aktar minn 24 siegħa, jew f’post tal-bejgħ, għal mhux aktar minn 72 siegħa, m’għandux jitqies bħala mkessaħ.

4.   Il-bajd tal-Klassi B huwa l-bajd li ma jippreżentax il-karatteristiċi ta’ kwalità li jidhru fil-paragrafu 1. Il-bajd tal-Klassi A li ma jippreżentax aktar il-karatteristiċi msemmija jista’ jitniżżel għall-Klassi B.

Artikolu 3

Il-bajd maħsul

1.   L-Istati Membri li, fl-1 ta’ Ġunju 2003, awtorizzaw iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar biex jaħslu l-bajd jistgħu jżommu din l-awtorizzazzjoni, sakemm dawn iċ-ċentri jikkonformaw mal-gwidi nazzjonali relattivi għas-sistemi tal-ħasil tal-bajd. Il-bajd maħsul jista jitpoġġa fuq is-suq biss fuq l-Istati Membri li jagħtu din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

2.   L-Istati Membri stipulati fil-paragrafu 1 jinkoraġġixxu t-twessiħ tal-gwidi nazzjonali tal-prattika tajba fil-qasam tas-sistemi maħsuba għall-ħasil tal-bajd mill-operaturi ta’ l-industrija ta’ l-ikel, skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Artikolu 4

Il-klassifikazzjoni tal-bajd tal-Klassi A skond il-piż

1.   Il-bajd tal-Klassi A huwa klassifikat skond il-kategoriji tal-piż li ġejjin:

(a)

XL — kbir ħafna: piż superjuri jew ugwali għal 73 g;

(b)

L — kbir: piż superjuri jew ugwali għal 63 g u anqas minn 73 g;

(ċ)

M — medju: piż superjuri jew ugwali għal 53 g u anqas minn 63 g;

(d)

S — żgħir: piż inferjuri għal 53 g.

2.   Il-klassifika tal-piż hija indikata permezz ta’ ittri jew marki korrispondenti definiti fil-paragrafu 1, jew minn kumbinazzjoni tat-tnejn, li tista’ tiġi miżjuda minn varjazzjonijiet ta’ piż korrispondenti. Jistgħu jintużaw marki oħra supplementari, sakemm dawn ma jikkaġunawx tfixkil ma’ l-ittri jew il-marki definiti fil-paragrafu 1 u jkunu konformi mad-Direttiva 2000/13/KE.

3.   Bħala deroga għall-paragrafu 1, meta l-bajd tal-Klassi A ta’ qisien differenti jiġi ppakkjat flimkien fl-istess pakkett, il-piż nett minimu tal-bajd għandu jkun indikat fi grammi u l-marka “Bajd ta’ qisien differenti”, jew marka simili, għandha titpoġġa fuq il-faċċata ta’ barra tal-pakkett.

Artikolu 5

Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar

1.   Huma biss iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jikklassifikaw u jippakkjaw il-bajd u jpoġġu t-tikketti fuq il-pakketti tagħhom.

Huma biss l-intrapriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti f’dan l-Artikolu li huma approvati bħala ċentri ta’ l-ippakkjar.

2.   L-awtorità kompetenti tawtorizza liċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jikklassifikaw il-bajd u tagħti numru taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar lil kull operatur li jkollu lokali u tagħmir tekniku adattat li jippermetti l-klassifikazzjoni tal-bajd għal kull Klassi ta’ kwalità u ta’ piż. Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jaħdmu biss għall-industrija ta’ l-ikel u mhux ta’ l-ikel m’għandhomx ikollhom it-tagħmir tekniku għall-klassifikazzjoni tal-bajd bil-piż.

L-awtorità kompetenti tagħti liċ-ċentru ta’ l-ippakkjar kodiċi ta’ ċentru ta’ l-ippakkjar li jibda mill-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-Istat Membri konċernat, li jidher fil-punt 2.2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE.

3.   Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom ikollhom tagħmir tekniku neċessarju għal manipulazzjoni adegwata tal-bajd. Dan jinkludu, skond il-każ:

(a)

tagħmir tad-dawl adattat, awtomatiku jew sorveljat il-ħin kollu minn impjegati, li jippermetti l-eżaminazzjoni separata tal-kwalità ta’ kull bajda, jew tagħmir ieħor adattat;

(b)

apparat biex ikejjel l-ispazju ta’ l-arja;

(ċ)

tagħmir għall-klassifikazzjoni tal-bajd skond il-piż;

(d)

miżien approvat jew diversi mwieżen approvati biex jintiżen il-bajd;

(e)

sistema ta’ mmarkar tal-bajd.

4.   L-awtorizzazzjoni stipulata fil-paragrafi 1 u 2 tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe mument jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti.

Artikolu 6

Żmien applikabbli għall-klassifikazzjoni, għall-immarkar u għall-ippakkjar tal-bajd kif ukoll għall-immarkar tal-pakketti

1.   Il-bajd huwa kklassifikat, immarkat u ppakkjat fi żmien għaxart jiem wara d-data li jkun inbied.

2.   Il-bajd impoġġi fuq is-suq skond l-Artikolu 14 huwa kklassifikat, immarkat u ppakkjat fi żmen erbat ijiem wara d-data li jinbied.

3.   Id-data minima ta’ kemm iservi prodott ta’ l-ikel stipulata fil-punt d) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 12, għandha tkun immarkata fil-mument ta’ l-ippakkjar skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 9, tad-Direttiva 2000/13/KE.

Artikolu 7

Informazzjoni li tidher fuq il-pakketti tat-trasport

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolment (KE) Nru 178/2002, fuq is-sit tal-produzzjoni, il-produttur ipoġġi l-informazzjoni li ġejja fuq kull pakkett ta’ trasport li jikkonċerna l-bajd:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-produttur;

(b)

il-kodiċi tal-produttur;

(ċ)

in-numru ta’ bajd u/jew il-piż tagħhom;

(d)

il-jum jew il-perjodu li fih ikun inbied;

(e)

id-data li fiha ntbagħtu.

Meta ċ-ċentri ta’ l-ippakkjar ikunu pprovduti b’bajd mhux ippakkjat li ġejjin mill-unitajiet ta’ produzzjoni tagħhom stess, li jkunu jinstabu fuq l-istess sit, l-informazzjoni tista’ titpoġġa fuq il-pakketti tat-trasport, fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar.

2.   L-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 titpoġġa fuq il-pakkett tat-trasport u tidher fid-dokumenti ta’ l-akkompanjament. Kopja ta’ dawn id-dokumenti tinżamm minn kull operatur li jrid jirċievi l-bajd. Id-dokumenti oriġinali jinżammu miċ-ċentru ta’ l-ippakkjar li jkompli bil-klassifikazzjoni tal-bajd.

Meta l-lotts li jirċievi kollettur jinqasmu mil-ġdid biex jintagħtu lil aktar minn operatur wieħed, id-dokumenti li jakkompanjaw jistgħu jiġu sostitwiti minn tikketti adattati mwaħħla fuq il-kontenituri tat-trasport, sakemm dawn jinkludu l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1.

3.   L-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 imwaħħla fuq il-pakkett tat-trasport mhumiex emendati u jibqgħu fuq il-pakkett imsemmi sakemm il-bajd ma jiġix irtirat minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu, l-immarkar, l-ippakkjar immedjat jew trasformazzjoni oħra.

Artikolu 8

L-immarkar tal-bajd maħsub għal tqassim bejn il-fruntieri

1.   Il-bajd li jitqassam minn sit ta’ produzzjoni lil kollettur, ċentru ta’ l-ippakkjar jew industrija mhux ta’ l-ikel li jinstabu fi Stat Membru ieħor għandu jkun immarkat bil-kodiċi tal-produttur qabel ma joħroġ mill-post tal-produzzjoni.

2.   Stat Membru li fuq it-territorju tiegħu jkun hemm sit tal-produzzjoni jista’ jagħti deroga mir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 meta l-produttur ikun iffirma kuntratt ta’ konsenja ma’ ċentru ta’ l-ippakkjar li jinstab fi Stat Membru ieħor li jkun jinħtieġ l-immarkar skond dan ir-Regolament. Din id-deroga tingħata biss fuq talba taż-żewġ operaturi kkonċernati u permezz ta’ ftehim bil-miktub approvat minn qabel mill-Istat Membru fejn jinstab iċ-ċentru ta’ l-ippakkjar. F’każ bħal dan, kopja tal-kuntratt tal-konsenja għandha tintbagħat mal-konsenja.

3.   Iż-żmien minimu tal-kuntratt tal-konsenja stipulat fil-paragrafu 2 ma jistax ikun anqas minn xahar.

4.   Is-servizzi ta’ l-ispezzjoni stipulati fl-Artikolu 24, ta’ l-Istat Membru konċernat u ta’ kull Stat Membru ta’ tranżitu, għandhom ikunu infurmati qabel l-għotja tad-deroga prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Il-bajd tal-Klassi B li jitpoġġa fuq is-suq fi Stat Membru ieħor huwa mmarkat skond it-tieni sentenza tal-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u, jekk ikun il-każ, għandu jkollu indikazzjoni skond l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li wieħed jista’ jiddistingwih faċilment mill-bajd tal-Klassi A.

Artikolu 9

Il-kodiċi tal-produttur

1.   Il-kodiċi tal-produttur hija magħmula minn ċifra u ittri previsti fil-punt 2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE. Dan irid ikun jidher faċilment u jinqara b’mod ċar u jrid ikun ta’ l-anqas għoli 2 mm.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, meta ma jkunx possibbli, għal raġunijiet tekniċi, li jkun immarkat il-bajd maqsum jew maħmuġ, l-immarkar tal-kodiċi tal-produttur mhux obbligatorju.

Artikolu 10

Indikazzjonijiet fuq il-bajd tal-Klassi B

L-indikazzjoni stipulata fil-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 hija ċirku b’dijametru minimu ta’ 12-il mm madwar l-ittra “B” li l-għoli minimu tagħha huwa ta’ 5 mm, jew ponta ta; kulur li jidher sew b’dijametru minimu ta’ 5 mm.

Artikolu 11

L-immarkar tal-bajd li jintbagħat direttament lill-industrija ta’ l-ikel

L-Istati Membri jistgħu jagħtu deroga mill-obbligi ta’ l-immarkar stabbiliti fil-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 lill-operaturi li jitolbuha, meta l-bajd jntbagħat direttament mis-sit tal-produzzjoni lill-industrija ta’ l-ikel.

Artikolu 12

L-immarkar tal-pakketti

1.   Il-pakketti li jikkontjenu l-bajd tal-Klassi A għandu jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’mod li jista’ jidher faċilment u li jinqara b’mod ċar:

(a)

il-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar;

(b)

il-Klassi tal-kwalità; il-pakketti huma identifikati bil-marka “Klassi A” jew bl-ittra “A” kemm flimkien u kemm mingħajr in-nota “frisk”;

(ċ)

il-Klassi tal-piż skond il-pargrafu 2 ta’ l-Artikolu 4, ta’ dan ir-Regolament;

(d)

id-data minima ta’ kemm iservi prodott skond l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament;

(e)

in-nota “bajd maħsul” għall-bajd maħsul skond l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(f)

bħala kundizzjoni partikolari ta’ konservazzjoni skond il-punt 6) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3, tad-Direttiva 2000/13/KE, indikazzjoni li tirrakkomanda lill-konsumaturi li jikkonservaw il-bajd fil-friġġ wara li jixtruhom.

2.   Minbarra l-ħtiġijiet iffissati fil-paragrafu 1, il-pakketti li jkun fihom il-bajd tal-Klassi A għandu jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’mod li jidher faċilment u li jinqara b’mod ċar, indikazzjoni tal-metodu tat-trobbija.

Għall-identifikazzjoni tal-metodu ta’ trobbija, jintużaw il-marki:

(a)

għat-trobbija tradizzjonali u biss jekk il-kundizzjonijiet korrispondenti ffissati fl-Anness II ikunu sodisfatti, il-marki stabbiliti fil-parti A ta’ l-Anness I;

(b)

għall-metodu tal-produzzjoni bijoloġiku, il-marki stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tal-Kunsill (11).

It-tifsira tal-kodiċi tal-produttur hija spjegata fuq il-faċċata ta’ barra jew ta’ ġewwa tal-pakkett.

Meta t-tiġieġ tal-bajd ikunu trabbew f’istallazzjonijiet ta’ produzzjoni konformi għall-ħtiġijiet iffissati fil-Kapitolu III tad-Direttiva 1999/74/KE, l-identifikazzjoni tal-metodu tat-trobbija tista’ tkun kompletata minn waħda mill-indikazzjonijiet elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-paragrafu 2 japplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri tekniċi nazzjonali li jmorru lil hinn mill-ħtiġijiet minimi stabbiliti għall-Anness II u japplikaw biss għall-produtturi ta’ l-Istat Membru konċernat, sakemm dawn ikunu kompatibbli mad-dritt Komunitarju.

4.   Il-pakketti li jkun fihom il-bajd tal-Klassi B jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’mod li jidher faċilment u li jinqara b’mod ċar:

(a)

il-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar;

(b)

il-Klassi tal-kwalità; il-pakketti huma identifikati kemm bil-marka “Klassi B”, kemm bl-ittra “B”;

(ċ)

id-data ta’ l-ippakkjar.

5.   F’dak li jikkonċerna l-pakketti tal-bajd prodotti fuq it-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li t-tikketti jitwaħħlu b’tali mod li dawn jitqattgħu meta jinfetaħ il-pakkett.

Artikolu 13

L-indikazzjoni tad-data minima kemm iservi l-prodott

Id-data minima ta’ kemm iservi l-prodott stipulata fil-punt 5) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3, tad-Direttiva 2000/13/KE hija ffissata għal mhux aktar tard minn tmienja w għoxrin jum wara li jkun inbied il-bajd. Meta jkun indikat perjodu li fih inbied, id-data minima ta’ kemm iservi l-prodott hija determinata mill-ewwel jum ta’ dan il-perjodu.

Artikolu 14

Pakkett li jkollu l-marka “extra”

1.   Il-marka “extra” jew “extra fresh” tista’ tintuża bħala indikazzjoni supplementari ta’ kwalità fuq il-pakketti tal-bajd tal-Klassi A sad-disa’ jum wara li jkun inbied il-bajd.

2.   Meta jintużaw il-marki stipulati fil-paragrafu 1, id-data li fih inbied u d-data limitu ta’ disat ijiem jitpoġġew fuq il-pakkett b’mod li jidhru faċilment u li jinqraw b’mod ċar.

Artikolu 15

L-indikazzjoni tal-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ tal-bajd

Meta tintuża indikazzjoni tal-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ tal-bajd, japplikaw r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a)

tista’ ssir referenza għaċ-ċereali li huma parti mill-għalf meta dawn jikkostitwixxu ta’ l-anqas 60 % mill-piż tar-riċetta ta’ l-għalf awtorizzat, li massimu ta’ 15 % minnhom ikunu prodotti li joħorġu miċ-ċereali;

(b)

mingħajr preġudizzju għal-livell minimu ta’ 60 % stipulat fil-punt a), meta ssir referenza għal ċereal speċifiku, dan għandu jikkostitwixxi ta’ l-anqas 30 % tar-riċetta ta’ l-għalf li tintuża. Meta ssir referenza għal diversi ċereali, kull wieħed minnhom għandu jikkostitwixxi ta’ l-anqas 5 % mir-riċetta ta’ l-għalf utilizzata.

Artikolu 16

L-informazzjoni li għandha tintwera għal bejgħ ta’ bajd farrad

Meta l-bajd jinbiegħ farrad, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata b’mod li jidher faċilment u jinqara b’mod ċar lill-konsumaturi finali:

(a)

il-klassi ta’ kwalità;

(b)

il-klassi tal-piż skond l-Artikolu 4;

(ċ)

indikazzjoni tal-metodu tat-trobbija bl-istess mod kif stipulat fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12;

(d)

spjegazzjoni relattiva għat-tifsira tal-kodiċi tal-produttur;

(e)

id-data minima ta’ kemm iservi l-prodott.

Artikolu 17

Il-kwalità tal-pakketti

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu X ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-pakketti għandhom ikunu tali li jipproteġu mill-iskossi, xotti, nodfa u fi stat tajjeb, u magħmula b’materjal li jipproteġi lill-bajd mill-irwejjaħ barranin u minn riskji ta’ deterjorazzjoni fil-kwalità.

Artikolu 18

Il-bajd industrijali

Il-bajd industrijali għandu jitpoġġa fuq is-suq f’kotenituri li jkollhom strixxa jew tikketta ħamra.

L-istrixxa jew it-tikketta għandu jkollhom:

(a)

l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur li ser jirċievi l-bajd;

(b)

l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur li jkun bagħat il-bajd;

(ċ)

in-nota “bajd industrijali” b’ittri kbar li jkunu għoljin 2mm, kif ukoll il-kliem “mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem” b’ittri li jkunu ta’ l-anqas għoljin 8 mm.

Artikolu 19

L-ippakkjar mill-ġdid

Il-bajd tal-Klassi A li jkun ġie ppakkjat jista’ jerġa’ jiġi ppakkjat mill-ġdid biss miċ-ċentri ta’ l-ippakkjar. Il-bajd li jkun f’kull pakkett irid ikun ġej mill-istess lott.

Artikolu 20

Ir-reġistri li jinżammu mill-produtturi

1.   Il-produtturi jirreġistraw l-informazzjoni dwar il-metodi tat-trobbija, billi jippreċiżaw għal kull metodu wżat:

(a)

id-data ta’ l-istallazzjoni, l-età fil-mument ta’ l-istallazzjoni u n-numru ta’ tiġieġ tal-bajd;

(b)

id-data tal-qatla u n-numru ta’ tiġieġ maqtula;

(ċ)

il-produzzjoni tal-bajd ta’ kull jum;

(d)

in-numru u/jew il-piż tal-bajd mibjugħ jew mibgħut ta’ kull jum b’metodi oħra;

(e)

l-isem u l-indirizz tax-xerrejja.

2.   Meta l-metodu ta’ l-ikel huwa indikat skond l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A.III ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-produtturi jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja billi jippreċiżaw għal kull metodu ta’ ikel utilizzat:

(a)

il-kwantità u t-tip ta’ ikel mogħti jew imħallat fuq il-post;

(b)

id-data tal-kunsinna ta’ l-għalf.

3.   Meta produttur jipprattika metodi differenti ta’ trobbija fuq l-istess sit ta’ produzzjoni, l-informazzjoni stipulata fil-paragrafi 1 u 2 huma analizzati għal kull gallinar.

4.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, minflok iżommu reġistri ta’ bejgħ u ta’ tqassim, il-produtturi jistgħu jżommu l-fatturi u n-noti tal-kunsinji fil-fajls li jkollhom ir-rimarki stipulati fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 21

Ir-reġistri li jinżammu mill-kolletturi

1.   Il-kolletturi għandhom jirreġistraw b’mod separat, għal kull mod ta’ trobbija u għal kull jum:

(a)

il-kwantità ta’ bajd miġbur, analizzati għal kull produttur, b’indikazzjoni ta’ l-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-produttur, kif ukoll id-data jew il-perjodu li fih inbied;

(b)

il-kwantità tal-bajd mhux ikklassfikat imqassam fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar adattat, analizzati għal kull produttur, b’indikazzjoni ta’ l-isem, l-indirizz u l-kodiċi taċ-ċnetru ta’l-ippakkjar, kif ukoll id-data jew il-perjodu li fih inbied;

2.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, minflok iżommu reġistri ta’ bejgħ u ta’ tqassim, il-kolletturi jistgħu jżommu l-fatturi u n-noti tal-kunsinji fil-fajls li jkollhom ir-rimarki stipulati fil-paragrafu 1.

Artikolu 22

Ir-reġistri li jinżammu miċ-ċentri ta’ l-ippakkjar

1.   Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar jirreġistraw b’mod separat, għal kull metodu ta’ tkabbir u għal kull jum:

(a)

il-kwantitajiet ta’ bajd mhux klassifikat li huma jirċievu, analizzati għal kull produttur, b’indikazzjoni ta’ l-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-produttur kif ukoll id-data jew il-perjodu li fih inbied;

(b)

wara l-klassifikazzjoni tal-bajd, il-kwantitajiet għal kull Klassi tal-kwalità u tal-piż;

(ċ)

il-kwantitajiet tal-bajd ikklassifikat irċevut li ġej minn ċentri oħra ta’ l-ippakkjar, b’indikazzjoni tal-kodiċi ta’ dawn iċ-ċentri u d-data minima ta’ kemm iservi l-prodott;

(d)

il-kwantitajiet tal-bajd mhux klassifikat mqassma lil ċentri oħra ta’ l-ippakkjar, analizzati għal kull produttur, b’indikazzjoni tal-kodiċi taċ-ċentri u d-data jew il-perjodu li fih inbied;

(e)

in-numru u/jew il-piż tal-bajd imqassam, għal kull klassi ta’ kwalità u ta’ piż, għal kull data ta’ l-ippakkjar għall-bajd tal-Klassi B jew id-data minima ta’ kemm iservi l-prodott għall-bajd tal-Klassi A, u għal kull xerrej, b’indikazzjoni ta’ l-isem u l-indirizz ta’ dan ta’ l-aħħar.

Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom iżommu rendikont ta’ l-istokk fiżiku, aġġornat ta’ kull ġimgħa.

2.   Meta l-bajd tal-Klassi A u l-ippakkjar tiegħu jkollhom l-indikazzjoni tal-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ tal-bajd skond l-Artikolu 15, iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jużaw dan it-tip ta’ indikazzjonijiet għandhom jirreġistrawhom b’mod separat, skond il-paragrafu 1.

3.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, minflok iżommu reġistri ta’ bejgħ u ta’ tqassim, iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar jistgħu jżommu l-fatturi u n-noti tal-kunsinji fil-fajls li jkollhom ir-rimarki stipulati fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 23

Iż-żmien massimu stipulat biex jinżammu r-reġistri

Ir-reġistri u l-fajls stipulati fil-paragrafu 2 fl-Artikolu 7,u fl-Artikoli 20, 21 u 22 jinżammu għal perjodu minimu ta’ tnax-il xahar li jibda jgħodd mid-data minn meta nħolqu.

Artikolu 24

Il-kontrolli

1.   L-Istati Membri jaħtru s-servizzi ta’ l-ispezzjoni responsabbli li jikkontrollaw ir-rispett ta’ dan ir-Regolament.

2.   Is-servizzi ta’ l-ispezzjoni stipulati fil-paragrafu 1 jikkontrollaw il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament fl-istadji kollha tat-tqegħid fuq is-suq. Il-kontrolli jsiru permezz ta’ servej kif ukoll fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji li tikkunsidra t-tip u l-ammont ta’ materjal ipproċessat fl-istabbiliment konċernat kif ukoll ir-reġistri tal-passat ta’ l-operatur rigward il-konformità man-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd.

3.   Għall-bajd tal-Klassi A impurtati minn pajjiżi terzi, il-kontrolli stipulati fil-paragrafu 2 għandhom isiru meta dan jgħaddi mid-dwana jew qabel ma jinħareġ għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Il-bajd tal-Klassi B impurtati minn pajjiżi terzi jinħareġ għaċ-ċirkolazzjoni libera biss biss ladarba d-destinazzjoni finali tiegħu lejn industrija ta’ l-ipproċessar tkun ġiet iċċekkjata meta dan jgħaddi mid-dwana.

4.   Minbarra l-kontrolli permezz ta’ servejs, l-operaturi jkunu suġġetti għal kontrolli li r-ritmu tagħhom jiġi stabbilit mis-servizzi ta’ l-ispezzjoni fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskji stipulata fil-paragrafu 2, ta’ l-anqas b’kunsiderazzjoni għal:

(a)

ir-riżultat tal-kontrolli preċedenti;

(b)

il-kumplessità tal-mezzi tat-tqegħid fuq is-suq li jgħaddu minnhom il-bajd;

(ċ)

il-grad ta’ segmentazzjoni fl-istabbiliment tal-produzzjoni jew ta’ l-ippakkjar;

(d)

il-kwantità tal-bajd prodott jew ippakkjat;

(e)

kull bidla sostanzjali fin-natura tal-bajd prodotti jew ipproċessati jew fil-mod tat-tqegħid fuq is-suq meta mqabbla mas-snin preċedenti.

5.   Il-kontrolli għandhom jitwettqu b’mod regolari u mingħajr avviż minn qabel. Ir-reġistri msemmija fl-Artikolu 20, 21 u 22 għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tas-servizzi ta’ l-ispezzjoni ma’ l-ewwel talba.

Artikolu 25

Id-deċiżjonijiet relattivi għan-nuqqas ta’ konformità

1.   F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, li tiġi nnutata matul il-visti previsti fl-Artikolu 24, id-deċiżjonijiet tas-servizzi ta’ l-ispezzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati biss għal-lott kontrollat kollu.

2.   Fil-każ li l-lott ikkontrollat ma jitqiesx konformi ma’ dan ir-Regolament, is-servizz ta’ l-ispezzjoni kkonċernat irid iwaqqaf it-tqegħid fuq is-suq jew, jekk il-lott ikun ġej minn pajjiż terz, l-importazzjoni, fejn u sakemm ma tingħatax prova li dan ikun konformi ma’ dan ir-Regolament.

3.   Is-servizz ta’ l-ispezzjoni li jkun wettaq il-kontroll għandu jivverifika jekk il-lott mhux aċċettat ikunx qed isir konformi ma’ dan ir-Regolament jew jekk dan ikunx qed jiġi implimentat.

Artikolu 26

It-tolleranza għad-difetti fil-kwalità

1.   It-tolleranzi li ġejjin huma aċċettati matul il-kontroll tal-lotts tal-bajd tal-Klassi A:

(a)

fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar, sa qabel ma jintbagħtu: 5 % tal-bajd li jippreżenta difetti fil-kwalità;

(b)

fl-istadji l-oħra tat-tqegħid fuq is-suq: 7 % tal-bajd li jippreżenta difetti fil-kwalità.

2.   Għall-bajd li jitpoġġa fuq is-suq bl-indikazzjonijiet “extra” jew “extra fresh”, ma tiġi aċċettata l-ebda tolleranza għall-għoli ta’ l-ispazju ta’ l-arja matul il-kontroll imwettaq matul l-ippakkjar jew matul l-importazzjoni.

3.   Il-perċentwali msemmija fil-paragrafu 1 jiġu rdoppjati meta l-lott ikkontrollat ikun ta’ anqas minn 180 bajda.

Artikolu 27

It-tolleranza fil-piż tal-bajd

1.   Ħlief fil-każ previst fil-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 4, għandha tiġi applikata tolleranza għall-piż ta’ kull bajda matul il-kontroll ta’ lott ta’ bajd tal-Klassi A. Tali lott jista’ jinkludi massimu ta’ 10 % tal-bajd tal-kategoriji tal-piż li jqarreb dak immarkat fuq il-pakkett, imma mhux aktar minn 5 % tal-bajd tal-Klassi tal-piż immedjatament anqas.

2.   Il-perċentwali msemmija fil-paragrafu 1 jiġu rduppjati meta l-lott ikkontrollat ikollu anqas minn 180 bajda.

Artikolu 28

It-tolleranza fl-immarkar tal-bajd

Hija aċċettata tolleranza ta’ 20 % ta’ bajd li jkollhom il-marki li ma jinqrawx matul il-kontroll tal-lotts u tal-pakketti.

Artikolu 29

Il-bajd maħsub għall-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi

Il-bajd ippakkjat u maħsub għall-esportazzjoni jista’ jirrispetta rekwiżiti oħra minbarra dawk ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ta’ dan ir-Regolament, f’dak li jikkonċerna l-kwalità, l-immarkar u l-ittikkettjar, jew rekwiżiti supplementari.

Artikolu 30

Il-bajd impurtat

1.   Kull evalwazzjoni ta’ l-ekwivalenza tar-regoli, stipulata fil-punt 1, A, IV, ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandha tinkludi evalwazzjoni ta’ l-osservanza mill-operaturi ta’ pajjiżi terzi tar-rekwiżiti ffissati minn dan ir-Regolament. Din għandha tkun aġġornata regolarment.

Il-Kummissjoni tippubblika r-riżultati ta’ l-evalwazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Il-bajd impurtat minn pajjiżi terzi għandu jkun immarkat b’mod ċar u li jinqara fil-pajjiż ta’ l-oriġini bil-kodiċi ISO 3166 tal-pajjiż.

3.   Fin-nuqqas ta’ garanziji suffiċjenti fir-rigward ta’ l-ekwivalenza tar-regoli, stipulata fil-punt 3, A, IV, ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-pakketti li jikkontjenu l-bajd impurtat mill-pajjiżi kkonċernati jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’mod li jidher faċilment u jinqara b’mod ċar indikazzjoni:

(a)

tal-pajjiż ta’ l-oriġini;

(b)

tal-mod tat-trobbija (“mhux konformi man-normi KE”).

Artikolu 31

Ir-rapporti

Kull sena qabel l-1 ta’ April, l-Istati Membri jikkomunikaw permezz ta’ email in-numru ta’ siti ta’ produzzjoni lill-Kummissjoni, analizzati għal kull mod ta’ trobbija, inkluż il-kapaċità massima tal-farm (in-numru ta’ tjur preżenti fl-istess ħin).

Artikolu 32

In-notifika ta’ infrazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ mezzi elettroniċi u fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, kull infrazzjoni li jinnutaw — jew li jkollhom suspett qawwi li qed isseħħ — mis-servizzi ta’ l-ispezzjoni u li tkun tista’ xxekkel l-iskambji intrakomunitarji fis-settur tal-bajd. Jiġi deċiż li dawn l-iskambji kienu mxekkla partikolarment f’każ ta’ infrazzjonijiet gravi mwettqa mill-operaturi li jipproduċu jew li jpoġġu fuq is-suq il-bajd li huma maħsuba biex jinbiegħu fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 33

L-eċċezzjoni għad-dipartimenti Franċiżi ta’ barra

1.   B’deroga għall-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 2, il-bajd maħsub għall-bejgħ bl-imnut fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra jista’ jintbagħat f’dawn id-dipartimenti fi stat imkessaħ. F’dan il-każ, id-data tal-bejgħ rakkomandata tista’ tittawwal għal tlieta u tletin jum.

2.   Fil-każ stipulat fil-paragrafu 1 ta’ dan Artikolu, minbarra r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 12 u 16, il-marka “bajd imkessaħ” kif ukoll l-informazzjoni li tikkonċerna t-tkessiħ jidhru fuq barra tal-pakkett.

Il-marka ta’ distinzjoni għall-“bajd imkessaħ” hija trijangolu ekwilaterali b’ġenb ta’ l-anqas ta’ 10 mm.

Artikolu 34

Eċċezzjonijiet għal ċerti reġjuni tal-Finlandja

Il-bajd mibjugħ direttament mill-produttur lill-punti ta’ bejgħ fir-reġjuni elenkati fl-Anness III m’humiex suġġetti għar-rekwiżiti ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-mod tat-tkabbir xorta waħda jrid ikun indikat, skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12, u għall-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 35

L-evalwazzjoni ta-prattika relattiva għall-ittikkettjar volontarju

Sad-data tal-31 ta’ Diċembru 2009 l-aktar tard, il-Kummissjoni trid tagħmel evalwazzjoni ta’ l-użu ta’ l-ittikkettjar volontarju skond l-aħħar sentenza tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12, bil-ħsieb li dan isir obbligatorju, jekk ikun il-każ.

Artikolu 36

Is-sanzjonijiet

L-Istati Membri L-Istati Membri japplikaw sanzjonijiet għall-infrazzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Is-sanzjonijiet previsti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u diswassivi.

Artikolu 37

Il-komunikazzjonijiet

L-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkomunikaw bejniethom l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 38

Ir-revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 557/2007 huwa revokat b’effett mill-1 ta’ Lulju 2008.

Ir-referenzi magħmula għar-Regolament irrevokat u għar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 għandhom jitqiesu bħala referenza għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni li tidher fl-Anness IV.

Artikolu 39

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

L-Artikolu 33 huwa applikabbli sat-30 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 23.

(3)  ĠU L 132, 24.5.2007, p. 5. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1336/2007 (ĠU L 298, 16.11.2007, p. 3).

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Il-verżjoni emendata fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(5)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Il-verżjoni emendata fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru Nru 1243/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(6)  The EFSA Journal, Nru 269, 2005, p. 1.

(7)  ĠU L 109 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE (ĠU L 310, 28.11.2007, p. 11).

(8)  ĠU L 31 ta’ l-1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).

(9)  ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(10)  ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44.

(11)  ĠU L 198 tat-22.7.1991, p. 1.


ANNESS I

PARTI A

Marki stipulati fil-punt a) tat-tieni sentenza, tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12

Il-kodiċi Lingwi

1

2

3

BG

“Яйца от кокошки – свободно отглеждане на открито”

“Яйца от кокошки – подово отглеждане”

“Яйца от кокошки – клетъчно отглеждане”

ES

“Huevos de gallinas camperas”

“Huevos de gallinas criadas en el suelo”

“Huevos de gallinas criadas en jaula”

CS

“Vejce nosnic ve volném výběhu”

“Vejce nosnic v halách”

“Vejce nosnic v klecích”

DA

“Frilandsæg”

“Skrabeæg”

“Buræg”

DE

“Eier aus Freilandhaltung”

“Eier aus Bodenhaltung”

“Eier aus Käfighaltung”

ET

“Vabalt peetavate kanade munad”

“Õrrekanade munad”

“Puuris peetavate kanade munad”

EL

“Αυγά ελεύθερης βοσκής”

“Αυγά αχυρώνα ή αυγά στρωμνής”

“Αυγά κλωβοστοιχίας”

EN

“Free range eggs”

“Barn eggs”

“Eggs from caged hens”

FR

“Œufs de poules élevées en plein air”

“Œufs de poules élevées au sol”

“Œufs de poules élevées en cage”

GA

“Uibheacha saor-raoin”

“Uibheacha sciobóil”

“Uibheacha ó chearca chúbarnaí”

IT

“Uova da allevamento all'aperto”

“Uova da allevamento a terra”

“Uova da allevamento in gabbie”

LV

“Brīvās turēšanas apstākļos dētās olas”

“Kūtī dētas olas”

“Sprostos dētas olas”

LT

“Laisvai laikomų vištų kiaušiniai”

“Ant kraiko laikomų vištų kiaušiniai”

“Narvuose laikomų vištų kiaušiniai”

HU

“Szabad tartásban termelt tojás”

“Alternatív tartásban termelt tojás”

“Ketreces tartásból származó tojás”

MT

“Bajd tat-tiġieg imrobbija barra”

“Bajd tat-tiġieġ imrobbija ma’ l-art”

“Bajd tat-tiġieġ imrobbija fil-ġaġeġ”

NL

“Eieren van hennen met vrije uitloop”

“Scharreleieren”

“Kooieieren”

PL

“Jaja z chowu na wolnym wybiegu”

“Jaja z chowu ściółkowego”

“Jaja z chowu klatkowego”

PT

“Ovos de galinhas criadas ao ar livre”

“Ovos de galinhas criadas no solo”

“Ovos de galinhas criadas em gaiolas”

RO

“Ouă de găini crescute în aer liber”

“Ouă de găini crescute în hale la sol”

“Ouă de găini crescute în baterii”

SK

“Vajcia z chovu na voľnom výbehu”

“Vajcia z podostieľkového chovu”

“Vajcia z klietkového chovu”

SL

“Jajca iz proste reje”

“Jajca iz hlevske reje”

“Jajca iz baterijske reje”

FI

“Ulkokanojen munia”

“Lattiakanojen munia”

“Häkkikanojen munia”

SV

“Ägg från utehöns”

“Ägg från frigående höns inomhus”

“Ägg från burhöns”


PARTI B

Marki stipulati fr-raba’ sentenza tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12

Il-kodiċi tal-lingwi

 

BG

“Уголемени клетки”

ES

“Jaulas acondicionadas”

CS

“Obohacené klece”

DA

“Stimulusberigede bure”

DE

“ausgestalteter Käfig”

ET

“Täiustatud puurid”

EL

“Αναβαθμισμένοι/Διευθετημένοι κλωβοί”

EN

“Enriched cages”

FR

“Cages aménagées”

GA

“Cásanna Saibhrithe”

IT

“Gabbie attrezzate”

LV

“Uzlaboti būri”

LT

“Pagerinti narveliai”

HU

“Feljavított ketrecek”

MT

“Gaġeg arrikkiti”

NL

“Aangepaste kooi” of “Verrijkte kooi”

PL

“Klatki ulepszone”

PT

“Gaiolas melhoradas”

RO

“Cuști îmbunătățite”

SK

“Obohatené klietky”

SL

“Obogatene kletke”

FI

“Varustellut häkit”

SV

“Inredd bur”


ANNESS II

Rekwiżiti minimi li jridu jiġu sodisfatti mis-sistemi ta’ produzzjoni għall-metodi differenti ta’ trobbija tat-tiġieġ tal-bajd

1.

Il-“bajd tat-tiġieġ li jitrabba barra” irid ikun prodott f’farms li jissodisfaw ta’ l-anqas il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE tal-Kunsill.

Il-kundizzjonijiet li ġejjin iridu jkunu sodisfatti b’mod partikolari:

a)

matul il-ġurnata, it-tiġieġ irid ikollhom aċċess illimitat għal barra; dan ir-rekwiżit madankollu ma jeskludix li produttur ikun jista’ jillimita l-aċċess għal dan l-ispazju għal perjodu ta’ żmien limitat fil-għodu, skond il-prattika tajba ta’ l-agrikoltura, u partikolarment il-prattika tajba għat-tkabbir;

meta restrizzjonijiet oħra, inkluż ir-restrizzjonijiet ordnati mill-veterinarju, adottati skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja għal fini tal-ħarsien tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali, ikollhom l-effett li jillimitaw l-aċċess tat-tiġieġ għal spazji esterni, it-tqegħid tal-bajd fuq is-suq bħala “bajd tat-tiġieġ li jitrabba barra” tista’ titkompla matul iż-żmien tar-restrizzjoni, imma mhux jekk din iddum għal aktar minn tnax-il ġimgħa;

b)

l-ispazju estern aċċessibbli għat-tiġieġ irid ikun, fil-parti l-kbira, miksi bil-veġetazzjoni u ma jista’ jintuża għal ebda użu ieħor, jekk dan mhux bħala ġonna tal-frott, imsaġar jew mergħat tal-bhejjem, sakemm dan l-użu ta’ l-aħħar ma jkunx awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti;

c)

id-densità tal-popolazzjoni ta’ l-ispazju estern fl-ebda mument ma jista’ jeċċedi l-2 500 tiġieġa għal kull ettaru ta’ art li tkun għad-dispożizzjoni tagħhom, jiġifieri tiġieġa għal kull 4 metri kwadri; madankollu, meta kull tiġieġa jkollha minimu ta’ 10 metri kwadri, tiġi prattikata rotazzjoni li t-tiġieġ ikollhom aċċess liberu għal kull spazju matul il-ħajja kollha tal-qatgħa, kull reċint utilizzat irid jiggarantixxi fi kwalunkwe ħin ta’ l-anqas 2.5 metri kwadri għal kull tiġieġa;

d)

l-ispazji fil-beraħ ma jistgħux ikunu estiżi lil hinn minn raġġ ta’ 150 metru mill-eqreb fetħa ta’ bini; madankollu, estensjoni sa 350 m mill-eqreb fetħa tal-bini hija awtorizzata sakemm numru suffiċjenti ta’ kenn stipulat fil-punt 3) b) ii) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, tad-Direttiva 1999/74/KE ma tkunx maqsuma b’mod uniformi fuq il-fetħa kollha ta’ l-anqas f’erba’ postijiet ta’ kenn għal kull ettaru.

2.

Il-“bajd tat-tiġieġ imrobbi ma’ l-art” irid ikun prodott fl-istabbilimenti tat-trobbija li jissodisfaw ta’ l-anqas il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE.

3.

Il-“bajd tat-tiġieġ imrobbija fil-gaġeġ” iridu jkunu prodotti fl-istabbilimenti tat-trobbija li jissodisfaw ta’ l-anqas:

a)

il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE, sal-31 ta’ Diċembru 2011, jew

b)

il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/74/KE.

4.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-derogi għall-punti 1 u 2 ta’ dan l-Anness għall-istabbilimenti ta’ anqas minn 350 tiġieġa tal-bajd jew il-postijiet ta’ trobbija li jrabbu tiġieġ tal-bajd għat-trobbija f’dak li jikkonċerna l-obbligi stipulati fil-punt 1) d) tat-tieni frażi tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, u fil-punti 1) e) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, fil-punt 2) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, fil-punt 3) a) i) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, u l-punt 3) b) i) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, tad-Direttiva 1999/74/KE.


L-ANNESS III

Ir-Reġjuni tal-Finlandja stipulati fl-Artikolu 34

Il-provinċji li ġejjin:

Lappi,

Oulu,

ir-reġjuni ta’ Karelia ta’ Fuq u ta’ Savo ta’ Fuq fil-provinċja tal-Finlandja tal-Lvant,

Åland.


ANNESS IV

It-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Artikolu 38

Ir-Regolament (KE) Nru 1028/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 557/2007

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 1, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-frażi ta’ introduzzjoni

L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-frażi ta’ introduzzjoni

L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-punti a) sa j)

L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-punti a) sa j)

L-Artikolu 2, il-punti 1) sa 9)

L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-punti k) sa s)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5, il-paragrafu 1

L-Artikolu 5, il-paragrafu 1, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 5, il-paragrafu 1

L-Artikolu 5, il-paragrafu 1, it-tieni sentenza

L-Artikolu 5, il-paragrafu 2

L-Artikolu 5, il-paragrafu 2, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 5, il-paragrafu 2

L-Artikolu 5, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza

L-Artikolu 5, il-paragrafu 3

L-Artikolu 5, il-paragrafu 3

L-Artikolu 5, il-paragrafu 3

L-Artikolu 5, il-paragrafu 4

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11, il-paragrafu 2

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13

L-Artikolu 13

L-Artikolu 14

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15

L-Artikolu 15

L-Artikolu 16

L-Artikolu 16

L-Artikolu 17

L-Artikolu 17

L-Artikolu 18

L-Artikolu 18

L-Artikolu 19

L-Artikolu 19

L-Artikolu 20

L-Artikolu 20

L-Artikolu 21

L-Artikolu 21

L-Artikolu 22

L-Artikolu 22

L-Artikolu 23

L-Artikolu 23

L-Artikolu 7

L-Artikolu 24, il-paragrafi 1, 2 u 3

L-Artikolu 24

L-Artikolu 24, il-paragrafi 4 u 5

L-Artikolu 25

L-Artikolu 25

L-Artikolu 26

L-Artikolu 26

L-Artikolu 27

L-Artikolu 27

L-Artikolu 28

L-Artikolu 28

L-Artikolu 29

L-Artikolu 29

L-Artikolu 30

L-Artikolu 30

L-Artikolu 31

L-Artikolu 31

L-Artikolu 32

L-Artikolu 32

L-Artikolu 33

L-Artikolu 33

L-Artikolu 34

L-Artikolu 34

L-Artikolu 35

L-Artikolu 35

L-Artikolu 8

L-Artikolu 36

L-Artikolu 9

L-Artikolu 37

L-Artikolu 36

L-Artikolu 38

L-Artikolu 37

L-Artikolu 39

L-ANNESS I

L-ANNESS I

L-ANNESS II

L-ANNESS II

L-ANNESS III

L-ANNESS III

L-ANNESS IV

L-ANNESS IV

L-ANNESS V


24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 590/2008

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jidderoga minn dak ir-Regolament

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 42(b), (f) u (j) tiegħu.

Billi:

(1)

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 jipprovdi li assistenza finanzjarja nazzjonali tista’ tingħata f’reġjuni fejn il-livell ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi huwa partikolarment baxx. Din l-assistenza għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv. Il-programm ta’ operazzjoni għandu jiġi emendat jekk ikun meħtieġ, sabiex jippermetti organizzazzjoni tal-produtturi li tinkludi appoġġ addizzjonali fil-programm ta’ operazzjoni tagħha. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżidu l-limitu tal-persentaġġ stipulat fl-Artikolu 67(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (2) liema ammont jista’ jiżdied mal-fond ta’ operazzjoni inizjalment approvat.

(2)

L-Artikolu 82(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jipprovdi li l-ħlas għall-ispejjeż tat-trasport għal distribuzzjoni b’xejn għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ dokumenti li jiċċertifikaw l-ispejjeż imġarrba tat-trasport reali. Madankollu, l-ispejjeż tat-trasport relatati mad-distribuzzjoni b'xejn huma ffinanzjati minn ammonti b'rata fissa stipulati fl-Anness XI ta’ dak ir-Regolament, għalhekk ma hemmx bżonn ta’ dan it-tagħrif, iżda minflok għandu jkun meħtieġ tagħrif fuq id-distanza li tintuża bħala bażi għal kalkolu ta’ l-ammont b’rata fissa.

(3)

Huwa xieraq li tinbidel id-data stipulata fl-Artikolu 94(1) tar-Regolament (KE) Nru 1580 2007 sa meta l-Istati Membri għandhom jippreżentaw talba lill-Kummissjoni għall-awtorizzazjoni biex tingħata assistenza finanzjarja nazzjonali lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-31 ta’ Jannar, sabiex titqies il-possibbiltà eżistenti li Stati Membri jippostponu l-approvazzjoni ta’ programmi u fondi ta’ operazzjoni sa l-20 ta’ Jannar.

(4)

L-Artikolu 97(1) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula li l-Istati Membri għandhom jitolbu rimbors Komunitarju ta’ l-assistenza finanzjarja nazzjonali approvata li fil-fatt tkun imħallsa lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, qabel l-1 ta’ Marzu tas-sena wara l-implimentazzjoni annwali tal-programmi ta’ operazzjoni. Billi l-Istati Membri jħallsu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi sal-15 ta’ Ottubru tas-sena wara s-sena ta’ l-implimentazzjoni tal-programm, id-data ta’ l-iskadenza għat-talba ta’ rimbors mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, għandha għalhekk tiġi estiża sa l-ta’ Jannar tat-tieni sena wara s-sena ta’ l-implimentazzjoni tal-programm.

(5)

Ir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 116(2) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jħallsu wara d-data ta’ l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 71 ta’ dak ir-Regolament meta dan huwa neċessarju. Madankollu skadenza finali għandha tiġi stipulata għal dawn il-pagamenti għal raġunijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Serje ta’ dispożizzjonijiet simili għandha tkun miżjuda wkoll ma’ l-Artikolu 116(3) ta’ dak ir-Regolament għall-istess raġunijiet.

(6)

Il-Punt (b) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jirrimborsaw l-kontribuzzjoni Komunitarja fejn ir-riċevituri ta’ prodotti rtirati mis-suq għandhom ikunu obbligati li jħallsu lura l-valur tal-prodotti li rċevew kif ukoll l-ispejjeż relatati ta’ distribuzzjoni, ppakkjar u ta’ trasport minħabba irregolaritajiet. Mandankollu, l-organizzazzjonijiett tal-produtturi ma għandhomx ikun responsabbli għal irregolaritajiet attribwiti lir-riċevituri ta’ prodotti rtirati mis-suq u għalhekk dan ir-rekwiżit għandu jitneħħa.

(7)

Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza u l-ugwaljanza ġuridika bejn l-Istati Membri, għandu jkun iċċarat li għal programmi ta’ operazzjoni implimentati fid-dispożizzjonijiet ta’ l-2007 li huma identiċi ma’ dawn li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 544/2001 ta’ l-20 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi r-regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward l-għajnuna [assistenza] finanzjarja addizzjonali għall-fondi operazzjonali (3), għandhom ikomplu japplikaw.

(8)

L-Artikolu 47(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 jgħid li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna li tkopri l-perjodi semestrali tista’ ssir biss jekk il-pjan ta’ għarfien jinqasam f’perjodi semestrali. Madankollu applikazzjonijiet bħal dawn jistgħu jsiru għal pjanijiet approvati qabel l-2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (4). Huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni għal miżura transitorja biex tippermetti applikazzjonijiet bħal dawn f’dan il-każ.

(9)

Għal skopijiet ta’ ċertezza ġuridika, u biex tiġi żgurata transizzjoni mingħajr xkiel bejn l-iskema skond ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u dik skond ir-Regolament (KE) Nru 1182/2007, huwa importanti li jiġi ċċarat li r-rati ta’ għajnuna jridu jibqgħu l-istess għal pjanijiet ta’ għarfien aċċettati skond ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 li jkomplu jibbenefikaw minn aċċettazzjoni skond l-Artikolu 55(4) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għal gruppi ta’ produtturi li mhumiex fl-Istati Membri li ssieħbu mal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data, u li mhumiex fir-reġjuni l-aktar l-bogħod [imbiegħda] tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fil-Gżejjer minuri ta’ l-Eġew kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 tat-18 ta’ Settembru 2006 li jistipula miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-Gżejjer minuri ta’ l-Eġew u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 [titolu mhux uffiċjali] (5) u għal gruppi ta’ produtturi li bbenefikaw mill-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

(10)

Għal skopijiet ta’ ċertezza ġuridika, u biex jitħarsu d-drittijiet akkwistati, huwa importanti li jiġi ċċarat li l-pagamenti ta’ kumpens ta’ l-irtirar tal-Komunità u l-kontrolli relatati li jikkonċernaw l-irtirar fl-2007 iżda li kienu għadhom ma sarux sal-31 ta’ Diċembru 2007 għaldaqstant jistgħu jsiru wara dik id-data skond ir-regoli li jkunu fis-seħħ f’dik id-data.

(11)

Għal skopijiet ta’ ċertezza ġuridika, u biex jitħarsu aspettazzjonijiet leġittimi, irid jiġi ċċarat li ma għandhomx jiġu applikati sanzjonijiet fuq applikazzjoni għal għajnuna għal programmi ta’ operazzjoni implimentati fl-2007 għal azzjonijiet jew nuqqas tagħhom f’dak il-perjodu li huma aktar ħorox minn dawk li japplikaw skond il-leġiżlazzjoni li tkun fis-seħħ dakinhar.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(13)

Minħabba d-diffikultajiet ta’ l-Istati Membri biex jadattaw ir-regoli ġodda dwar l-assistenza finanzjarja nazzjonali tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għal programmi ta’ operazzjoni implimentati fl-2007 u l-2008, huwa xieraq li jiġu adottati regoli transitorji biex jippermettu derogi mid-dati stipulati fl-Artikolu 94 ta’ dak ir-Regolament.

(14)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 67(2), il-punt (ċ) jinbidel b'dan li ġej:

“(ċ)

iżidu l-ammont tal-fond ta’ operazzjoni b’massimu ta’ 25 %, u jnaqqsuh b’persentaġġ li għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri, ta’ l-ammont inizjalment approvat sakemm l-għanijiet ġenerali tal-progamm ta’ operazzjoni huma miżmuma. Stati Membri jistgħu jżidu dan il-persentaġġ f’każ ta’ għaqdiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kif imsemmija fl-Artikolu 31(1) u f'każ ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 94a.”

(2)

Fl-Artikolu 82(2), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

id-distanza bejn il-pajjiż ta’ rtirar u l-post ta’ kunsinna.”

(3)

Fl-Artikolu 94(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jippreżentaw talba lill-Kummissjoni għal awtorizzazzjoni li jħallsu assistenza finanzjarja nazzjonali skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għal programmi ta’ operazzjoni implimentati fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari sal-31 ta’ Jannar ta’ dik is-sena.”

(4)

Wara l-Artikolu 94, għandu jiddaħħal l-Artikolu 94a li ġej:

“Artikolu 94a

Emendi għall-programm ta’ operazzjoni

Organizzazzjoni tal-produtturi li tixtieq tapplika għal assistenza finanzjarja nazzjonali għandha, jekk hu neċessarju, temenda l-programm ta’ operazzjoni tagħha skond l-Artikolu 67.”

(5)

Fl-Artikolu 97, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jitolbu rimbors Komunitarju ta’ l-assistenza finanzjarja nazzjonali approvata li fil-fatt tkun imħallsa lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, qabel l-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara s-sena ta’ l-implimentazzjoni tal-programm ta’ operazzjoni.

It-talba għandha tkun akkompanjata minn evidenza li turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 kienu milħuqa fi tlett snin ta’ l-erba’ snin ta’ qabel, kif ukoll id-dettalji ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi konċernati, l-ammont ta’ assistenza attwalment imħallsa u spjegazzjoni tal-fond ta’ operazzjoni maqsum bejn l-ammont totali, il-kontribuzzjonijiet mill-Komunità, l-Istat Membru (assistenza finanzjarja nazzjonali) u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-membri.”

(6)

L-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti wara l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 71 fejn dan huwa neċessarju sabiex dan il-paragrafu jkun applikat. Madankollu dawk il-pagamenti li jsiru tard ma jistgħux fi kwalunkwe każ isiru wara l-15 ta’ Ottubru tat-tieni sena wara s-sena ta’ l-implimentazzjoni tal-programm.”

(b)

wara l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti wara l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 71 fejn dan huwa neċessarju sabiex dan il-paragrafu jkun applikat. Madankollu dawk il-pagamenti li jsiru tard ma jistgħux fi kwalunkwe każ isiru wara l-15 ta’ Ottubru tat-tieni sena wara s-sena ta’ l-implimentazzjoni tal-programm.”

(7)

Fil-punt (b) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 122, it-tieni sentenza tiġi mħassra.

(8)

Fl-Artikolu 152, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   B’deroga mill-Artikolu 47(2) ta’ dan ir-Regolament, gruppi ta’ produtturi li qed jimplimentaw pjanijiet rikonoxxuti [ta’ għarfien] li għalihom japplika l-Artikolu 55(4) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 u li mhumiex maqsuma f’perjodi semestrali jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet għal għajnuna li jkopru l-perjodi semestrali. Dawn l-applikazzjonijiet jistgħu jkopru biss l-perjodi semestrali li jikkorrispondu għal tqassim annwali tas-sena li jaħbat qabel l-2008.

5.   B’deroga mill-Artikolu 96, fir-rigward ta’ programmi ta’ operazzjoni implimentati fl-2007, assistenza finanzjarja addizzjonali għal fondi ta’ operazzjoni għandha tkun iffinanzjata mill-FAEG f’livell ta’ 50 % ta’ l-assistenza finanzjarja mogħtija lill-organizzazzjoni tal-produtturi.

6.   Il-pjanijiet ta’ għarfien aċċettati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dik l-aċċettazzjoni skond l-Artikolu 55(4) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għal gruppi ta’ produtturi li mhumiex fl-Istati Membri li ssieħbu mal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data, u li mhumiex fir-reġjuni l-aktar l-bogħod [imbiegħda] tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fil-Gżejjer minuri ta’ l-Eġew kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 għandhom jiġu ffinanzjati bir-rati stipulati fl-Artikolu 7(5)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007.

Pjanijiet ta’ għarfien aċċettati skond ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 li bbenefikaw mill-Artikolu 14(7) ta’ dak ir-Regolament u għadhom jibbenefikaw minn għarfien skond l-Artikolu 55(4) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għandhom ikunu ffinanzjati bir-rati stipulati fl-Artikolu 7(5)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007.

7.   Il-pagamenti għal kumpens ta’ l-irtirar tal-Komunità u l-kontrolli relatati li jikkonċernaw l-irtirar fl-2007 iżda li kienu għadhom ma sarux sal-31 ta’ Diċembru 2007 għaldaqstant jistgħu jsiru wara dik id-data skond it-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 hekk kif kien jeżisti f'dik id-data.

8.   Meta, fir-rigward ta’ applikazzjoni għal għajnuna magħmula għal programmi ta’ operazzjoni implimentati fl-2007 jew qabel, u fir-rigward ta’ azzjonijiet jew nuqqas tagħhom mwettqa f’dak il-perjodu, għandha tapplika sanzjoni skond it-Taqsima 3 tal-Kapitolu V tat-Titolu III iżda kienet tapplika sanzjoni anqas ħarxa jew ebda sanzjoni skond il-leġiżlazzjoni li tkun fis-seħħ dakinhar, għandha tapplika dik is-sanzjoni anqas ħarxa, jew skond il-każ, ebda sanzjoni.”

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 94 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward ta’ programmi ta’ operazzjoni implimentati fl-2007 u l-2008, l-Istati Membri għandhom jissottomettu talba lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni li jħallsu assistenza finanzjarja nazzjonali skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 sa l-1 ta’ Lulju 2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 498/2008 (ĠU L 146, 5.6.2008, p. 7).

(3)  ĠU L 81, 21.3.2001, p. 20.

(4)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(5)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1


24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 591/2008

tat-23 ta' Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent ta' l-Istati Membri. Il-perjodu għat-tressiq ta' l-offerti għall-aħħar sejħa parzjali jiskadi fil-25 ta' Ġunju 2008.

(2)

Bil-għan li r-raħħala tal-bhejjem u l-industrija ta' l-għalf tal-bhejjem ikollhom provvista żgurata bi prezzijiet kompetittivi għall-bidu tas-sena tas-suq 2008/2009, jeħtieġ li l-ħażniet ta' intervent miżmuma mill-aġenzija ta' intervent ta' l-Ungerija, l-unika waħda li għad għandha ħażniet, jissuktaw isiru disponibbli fis-swieq taċ-ċereali, kif ukoll li jkunu speċifikati l-ġranet u d-dati li fihom l-operaturi jistgħu jressqu offerti, skond il-laqgħat ipprogrammati tal-kumitat ta' ġestjoni ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

(3)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 712/2007 jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 712/2007, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B'bidu mill-1 ta' Lulju 2008, iż-żmien għat-tressiq ta' l-offerti għas-sejħiet parzjali għandu jiskadi fis-13:00 (ħin ta' Brussell) l-Erbgħa d-9 ta' Lulju 2008, it-23 ta' Lulju 2008, is-6 ta' Awwissu 2008, is-27 ta' Awwissu 2008 u l-10 ta' Settembru 2008.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu japplika fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299 du 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 58/2008 (ĠU L 22, 25.1.2008, p. 3).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

(2008/475/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta’ April 2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ April 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran. L-Artikolu 15(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-Kunsill għandu jistabbilixxi, jirrevedi u jemenda l-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kunsill iddetermina li ċerti persuni, entitajiet u korpi addizzjonali jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 u li għandhom għalhekk ikunu elenkati fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament għar-raġunijiet individwali u speċifiċi mogħtija,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 għandu jiġi sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 219/2008 (ĠU L 68, 12.3.2008, p. 5).


ANNESS

“ANNESS V

A.   Persuni fiżiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data ta' l-elenkar

1.

Reza AGHAZADEH

DtT: 15.3.1949 Numru tal-Passaport: S4409483 validu 26.4.2000 – 27.4.2010 Maħruġ: Tehran, Numru tal-Passaport Diplomatiku: D9001950, Maħruġ fit-22.1.2008 validu sal-21.1.2013 Post tat-Twelid: Khoy

Kap ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Enerġija Atomika ta' l-Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

2.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Javad DARVISH-VAND

 

Deputat MODAFL għall-Ispezzjoni. Responsabbli għall-faċilitajiet u l-installazzjonijiet kollha tal-MODAFL

24.6.2008

3.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI

 

Direttur Maniġerjali ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża (DIO) li hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006)

24.6.2008

4.

Dr Hoseyn (Hossein) FAQIHIAN

Indirizz ta' l-NFPC: AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran/Iran

Deputat u Direttur-Ġenerali tal-Kumpannija tal-Produzzjoni u l-Akkwist tal-Karburant Nukleari (NFPC), parti mill-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija nnominata taħt l-UNSCR 1737 (2006). L-NFPC hija involuta f'attivitajiet marbutin ma' l-arrikkiment li l-Iran huwa rikjest jissospendi mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà.

24.4.2007

5.

Inġinier Mojtaba HAERI

 

Deputat MODAFL għall-Industrija. Rwol ta' superviżjoni fuq l-AIO u d-DIO

24.6.2008

6.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ali HOSEYNITASH

 

Kap tad-Dipartiment Ġenerali tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali u involut fit-tfassil tal-politika dwar il-kwistjoni nukleari

24.6.2008

7.

Mohammad Ali JAFARI, IRGC

 

Ikopri rwol ta' kmand fi ħdan l-IRGC

24.6.2008

8.

Mahmood JANNATIAN

 

Deputat Kap ta' l-Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika ta' l-Iran

24.6.2008

9.

Said Esmail KHALILIPOUR

DtT: 24.11.1945, Post tat-Twelid: Langroud

Deputat Kap ta' l-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

10.

Ali Reza KHANCHI

Indirizz ta' l-NRC: AEOI-NRC P.O. Box: 11365-8486 Tehran/Iran; Fax: (+9821) 8021412

Kap taċ-Ċentru għar-Riċerka Nukleari ta' Tehran (TNRC) ta' l-AEOI. L-IAEA għadha tfittex kjarifika mill-Iran dwar esperimenti ta' separazzjoni tal-plutonju mwettqin fit-TNRC, inkluż dwar il-preżenza ta' partiċelli ta' HEU fil-kampjuni ambjentali meħudin mill-Faċilità ta' Karaj għall-Ħażna ta' l-Iskart fejn jinsabu kontenituri użati għall-ħażna ta' miri ta' l-uranju eżawrit f'dawk l-esperimenti. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

11.

Ebrahim MAHMUDZADEH

 

Direttur Maniġerjali ta' l-Industriji Elettroniċi ta' l-Iran

24.6.2008

12.

Brigadier-Ġenerali Beik MOHAMMADLU

 

Deputat MODAFL għall-Provvisti u l-Loġistika

24.6.2008

13.

Anis NACCACHE

 

Amministratur tal-kumpanniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal; il-kumpannija tiegħu pprovat takkwista beni sensittivi, għall-benefiċċju ta' entitajiet elenkati fir-riżoluzzjoni 1737

24.6.2008

14.

Brigadier-Ġenerali Mohammad NADERI

 

Kap ta' l-Organizzazjoni ta' l-Industriji Ajruspazzjali (AIO), l-AIO ħadet sehem fi programmi sensittivi Iranjani

24.6.2008

15.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR

 

Ministru tal-MODAFL, responsabbli għall-programmi militari kollha, inklużi programmi ta' missili ballistiċi

24.6.2008

16.

Dr Javad RAHIQI

DtT: 21.4.1954, Post tat-Twelid: Mashad

Kap taċ-Ċentru għat-Teknoloġija Nukleari ta' Esfahan ta' l-AEOI. Din tissorvelja l-impjant għall-konverżjoni ta' l-uranju f'Esfahan. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà biex jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dawn jinkludu l-ħidma kollha ta' konverżjoni ta' l-uranju. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

17.

Kontro-Ammirall Mohammad SHAFI’I RUDSARI

 

Deputat MODAFL għall-Koordinazzjoni

24.6.2008

18.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ali SHAMSHIRI

 

Deputat MODAFL għall-Kontro-Intelligence, responsabbli għas-sigurtà tal-persunal u l-Installazzjonijiet tal-MODAFL

24.6.2008

19.

Abdollah SOLAT SANA

 

Direttur Maniġerjali tal-Faċilità għall-Konverżjoni ta' l-Uranju (UCF) f'Esfahan. Din hija l-faċilità li tipproduċi l-materja prima (UF6) għall-faċilitajiet ta' arrikkiment f'Natanz. Fis-27 ta' Awwissu 2006, Solat Sana rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu.

24.4.2007

20.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ahmad VAHIDI

 

Deputat Kap tal-MODAFL

24.6.2008


B.   Persuni, Entitajiet u Korpi Legali

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data ta' l-elenkar

1.

Organizzazjoni ta' l-Industriji Ajruspazzjali, AIO

AIO, 28 Shian 5, Lavizan, Tehran

L-AIO tissorvelja l-produzzjoni Iranjana tal-missili, inkluż il-Grupp Industrijali Shahid Hemmat, il-Grupp Industrijali Shahid Bagheri u l-Grupp Industrijali Fajr, li kollha kienu msemmija fl-UNSCR 1737 (2006). Il-kap ta' l-AIO u żewġ uffiċjali anzjani oħrajn kienu wkoll msemmija fl-UNSCR 1737 (2006)

24.4.2007

2.

Industriji ta' l-Armamenti

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO (Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża).

24.4.2007

3.

Organizzazjoni Ġeografika tal-Forzi Armati

 

Ivvalutata li tipprovdi data ġeospazzjali għall-programm tal-Missili Ballistiċi

24.6.2008

4.

Bank Melli, Melli Bank Iran u kull fergħa u sussidjarja tiegħu, inklużi

Ferdowsi Avenue, PO Box 11365-171, Tehran

Jipprovdi jew jipprova jipprovdi sostenn finanzjarju lil kumpanniji li huma involuti fi jew li jakkwistaw merkanzija għall-programmi nukleari u missilistiċi ta' l-Iran (AIO, SHIG, SBIG, AEOI, Kumpannija Novin Energy, Kumpannija Mesbah Energy, Kumpannija Kalaye Electric u DIO). Il-Bank Melli jagħmilha ta' faċilitatur għall-attivitajiet sensittivi ta' l-Iran. Huwa ffaċilita bosta akkwisti ta' materjal sensittiv għall-programmi nukleari u missilistiċi ta' l-Iran. Huwa pprova firxa ta' servizzi finanzjarji f'isem entitajiet marbuta ma' l-industriji nukleari u missilistiċi ta' l-Iran, inkluż il-ftuħ ta' ittri ta' kreditu u ż-żamma tal-kontijiet. Bosta mill-kumpanniji t'hawn fuq issemmew fl-UNSCR 1737 u 1747.

24.6.2008

(a)

Melli Bank plc

London Wall, 11th floor, Londra EC2Y 5EA, Renju unit

(b)

Bank Melli Iran Zao

Number 9/1, Ulitsa Mashkova, Moska, 130064, Russja

5.

Ċentru tat-Teknoloġija tad-Difiża u r-Riċerka Xjentifika (DTSRC) – magħruf ukoll bl-isem ta' l-Istitut tar-Riċerka Edukattiva/Moassese Amozeh Va Tahgiaghati (ERI/MAVT Co.)

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Responsabbli għar-R&Ż. Sussidjarja tad-DIO. Id-DTSRC jittratta ħafna mill-akkwisti għad-DIO.

24.4.2007

6.

Industriji Elettroniċi Iran

P. O. Box 18575-365, Tehran, Iran

Sussidjarja kompletament ta' proprjetà tal-MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistema Iranjana ta' l-armi.

24.6.2008

7.

Forza ta' l-Ajru IRGC

 

Tħaddem l-inventarju ta' l-Iran tal-missili ballistiċi ta' firxa qasira u medja. Il-kap tal-forza ta' l-ajru IRGC issemma fl-UNSCR 1737.

24.6.2008

8.

Organizzazzjoni ta' Kostruzzjoni Khatem-ol Anbiya

Number 221, North Falamak-Zarafshan Intersection, 4th Phase, Shahkrak-E-Ghods, Tehran 14678, Iran

Grupp ta' kumpanniji ta' proprjetà ta' l-IRGC. Juża r-riżorsi ta' inġinerija ta' l-IRGC għall-kostruzzjoni u jaġixxi bħala kuntrattur ewlieni fi proġetti ewlenin inkluż il-bini ta' mini, ivvalutat li jappoġġa l-programmi ta' missili ballistiċi u l-programmi nukleari Iranjani.

24.6.2008

9.

Università Malek Ashtar

 

Marbuta mal-Ministeru tad-Difiża, fl-2003 ħolqot programm ta' taħriġ dwar il-missili, f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-AIO.

24.6.2008

10.

Industriji Marittimi

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

24.4.2007

11.

Grupp ta' Industriji Mekkaniċi

 

Ħa sehem fil-produzzjoni ta' komponenti għall-programm ballistiku.

24.6.2008

12.

Ministeru tad-Difiża u Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL)

West side of Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran

Responsabbli għall-programmi ta' riċerka, żvilupp u manifattura għar-riċerka ta' l-Iran, inkluż appoġġ għall-programmi missilistiċi u nukleari

24.6.2008

13.

Ministeru ta' l-Esportazzjoni tal-Loġistika għad-Difiża (MODLEX)

P. O. Box 16315-189, Tehran, Iran

Huwa t-taqsima tal-MODAFL marbuta ma' l-esportazzjoni, u l-aġenzija użata għall-esportazzjoni ta' armi lesti fi transazzjonijiet bejn stati. Skond l-UNSCR 1747 (2007) il-MODLEX m'għandhiex tkun involuta f'kummerċ.

24.6.2008

14.

Manifattura ta' Makkinarju 3M Mizan

 

Kumpannija fittizja ta' l-AIO, li tieħu sehem f'akkwisti fil-qasam ballistiku.

24.6.2008

15.

Kumpannija tal-Produzzjoni u l-Akkwist ta' Karburant Nukleari (NFPC)

AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran / Iran

Id-Diviżjoni tal-Produzzjoni ta' Karburant Nukleari (NFPD) ta' l-AEOI hija responsabbli għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam taċ-ċiklu tal-karburant nukleari inklużi: l-esplorazzjoni ta' l-uranju, ix-xogħol fil-minjieri, it-tħin, il-konverżjoni u l-ġestjoni ta' skart nukleari. In-NFPC hija s-suċċessur ta' l-NFPD, il-kumpannija sussidjarja taħt l-AEOI li tmexxi r-riċerka u l-iżvilupp fiċ-ċiklu tal-karburant nukleari inkluż il-konverżjoni u l-arrikkiment

24.4.2007

16.

Industriji Kimiċi Parchin

 

Ħadmet fuq tekniċi ta' propulsjoni għall-programm ballistiku Iranjan

24.6.2008

17.

Grupp ta' Industriji Speċjali

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

24.4.2007

18.

Organizzazzjoni ta' Akkwist Statali (SPO)

 

Jidher li l-SPO tiffaċilita l-importazzjoni ta' armi sħaħ. Jidher li hija sussidjarja tal-MODAFL

24.6.2008”


Kummissjoni

24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE biex tinkludi d-dipartimenti ta’ Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord, fi Franza, fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2387)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/476/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa ta’ annimali li jolqtu l-kummerċ intrakomunitarju fil-bovini u s-swini (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jipprevedi programmi nazzjonali obbligatorji għal ċertu mard li jittieħed, inkluża l-marda Aujeszky, li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprovdi għall-Istati Membri biex jippreżentaw dokumentazzjoni lill-Kummisjoni li tikkonċerna l-istatus ta’ dak il-mard li jinsab fit-territorju tagħhom.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f'kummerċ intra-Komunitarju ta’ ħnieżer rigward il-marda ta’ Aujeszky u kriterji biex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) fiha lista ta’ Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit fl-Anness I inkluż fiha. L-Anness II għad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinkludi lista ta’ Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huwa stabbilit programm ta’ kontroll ta’ mard għal dik il-marda.

(3)

Programm għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky kien ġie implimentat fi Franza għal bosta snin u d-dipartimenti ta’ Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord huma elenkati bħala reġjuni fejn huwa stabbilit programm approvat għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky.

(4)

Franza ressqet dokumentazzjoni ta’ appoġġ lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-istatus ħieles mill-marda ta’ Aujeszky tad-dipartimenti ta’ Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord li turi li l-marda ġiet eradikata minn dawk id-dipartimenti.

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni ppreżentata minn Franza u sabitha konformi ma’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Skond dan, dawk id-dipartimenti għandhom jiġu inklużi fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(6)

Id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinbidlu bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(2)  ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.


ANNESS

ANNESS I

Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Id-dipartimenti ta' Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d'Or, Côtes-d'Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas de Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

CY

Ċipru

It-territorju sħiħ

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

AT

L-Awstrija

It-territorju sħiħ

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha fl-Ingilterra, l-Iskozja u Galles

ANNESS II

Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn programmi approvati għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky huma stabbiliti

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

BE

Il-Belġju

It-territorju sħiħ

ES

Spanja

It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta' Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja

It-territorju tal-provinċji ta' León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità awtonoma ta' Castilla y León.

It-territorju tal-provinċja ta' Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji

IT

L-Italja

Il-provinċja ta' Bolzano

NL

L-Olanda

It-territorju sħiħ


24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Ġunju 2008

dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2625)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/477/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni wriet l-appoġġ tagħha għal użu aktar flessibbli ta’ l-ispettru tar-radju fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Aċċess rapidu għall-ispettru għas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika bla wajers (‘wireless’) permezz ta’ iktar flessibbiltà” (2) [traduzzjoni mhux uffiċjali], li tirrigwarda fost l-oħrajn il-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500 u 2 690 MHz. Fl-opinjoni tal-Grupp għall-Politika ta’ l-Ispettru tar-Radju (RSPG) tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-Politika ta’ Aċċess bla wajers (“wireless”) għal Servizzi ta’ Komunikazzjoni Elettronika (WAPECS), l-Istati Membri saħqu fuq in-newtralità teknoloġika u n-newtralità tas-servizzi bħala għanijiet importanti ta’ politika fit-triq lejn użu aktar flessibbli ta’ l-ispettru tar-radju. Barra minn hekk, skond din l-opinjoni, dawn l-għanijiet ta’ politika ma għandhomx jiġu introdotti f’daqqa, iżda b’mod progressiv sabiex ma jkunx hemm xkiel għas-suq.

(2)

L-allokazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500 u 2 690 MHz għas-sistemi li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika hija element importanti għall-konverġenza tas-setturi tal-komunikazzjoni mobbli u fissa u tax-xandir, u tirrifletti l-innovazzjoni teknika. Is-servizzi pprovduti f’din il-medda ta’ frekwenzi għandhom ikunu mmirati l-aktar lejn l-aċċess ta’ l-utent aħħari għall-komunikazzjoni broadband.

(3)

Huwa mistenni li s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika broadband bla wajers (“wireless”) li għalihom se tkun allokata l-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500 u 2 690 MHz fil-parti l-kbira tagħhom ikunu pan-Ewropej, fis-sens illi min jinqeda b’dawn is-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru partikolari jkun jista’ jikseb aċċess għal servizzi ekwivalenti fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.

(4)

Skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, fil-5 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni tat mandat lill-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (minn hawn ‘il quddiem “CEPT”) għall-iżvilupp ta’ kondizzjonijiet tekniċi l-inqas restrittivi għall-medda ta’ frekwenzi fil-kuntest tal-WAPECS.

(5)

Bħala reazzjoni għal dak il-mandat, is-CEPT ippubblikat rapport (Rapport 19 tas-CEPT) dwar kundizzjonijiet tekniċi l-inqas restrittivi għall-medda ta’ frekwenzi indirizzati fil-kuntest tal-WAPECS. Dan ir-rapport fih kundizzjonijiet tekniċi u gwida għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet l-inqas restrittivi għall-istazzjonijiet bażi u dawk terminali li joperaw fil-medda ta’ frekwenzi 2 500–2 690 MHz, li huma xierqa għall-kontroll tar-riskju ta’ l-interferenza li tagħmel il-ħsara fit-territorji nazzjonali kif ukoll ‘il barra minnhom, mingħajr il-ħtieġa li tintuża tip ta’ teknoloġija partikolari, abbażi ta’ parametri ottimizzati għall-iktar użu tal-medda ta’ frekwenzi.

(6)

Skond ir-Rapport 19 tas-CEPT, din id-Deċiżjoni tintroduċi l-kunċett ta’ Block Edge Masks (BEM), li huma parametri tekniċi li japplikaw għall-blokk sħiħ ta’ l-ispettru ta’ utent speċifiku, irrispettivament mill-għadd ta’ kanali okkupati mit-teknoloġija magħżula mill-utent. Dawn il-masks huma maħsuba biex jiffurmaw parti mill-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għall-użu ta’ l-ispettru. Ikopru kemm l-emissjonijiet ġewwa l-blokk ta’ l-ispettru (jiġifieri l-potenza ġewwa l-blokk) kif ukoll l-emissjonijiet barra mill-blokk (jiġifieri l-emissjoni ‘l barra mill-blokk). Huma rekwiżiti regolatorji mmirati lejn il-kontroll tar-riskju ta’ interferenza ta’ ħsara bejn “networks” li jinsabu qrib xulxin, u huma mingħajr preġudizzju għal-limiti stabbiliti fi standards għat-tagħmir skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1999/5/KE tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (id-Direttiva R&TTE) (3).

(7)

L-allokazzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz skond ir-riżultati tal-mandat għas-CEPT jirrikonoxxu l-fatt li hemm applikazzjonijiet eżistenti oħrajn. Fir-Rapport 45 ta’ l-ECC, il-Kumitat dwar il-Komunikazzjoni Elettronika, ġew żviluppati kriterji xierqa ta’ qsim għall-koeżistenza ta’ ċerti sistemi. Għal sistemi u servizzi oħrajn il-kriterji xierqa ta’ qsim għall-koeżistenza jistgħu jkunu bbażati fuq kunsiderazzjonijiet nazzjonali.

(8)

Biex tinkiseb il-kompatibbiltà, separazzjoni ta’ 5 MHz hija meħtieġa bejn il-limiti tal-blokkijiet ta’ l-ispettru użati fl-operazzjoni mhux ristretta tat-TDD (time division duplex - dupleks permezz ta’ diviżjoni tal-ħin) u ta’ l-FDD (frequency division duplex - dupleks permezz ta’ diviżjoni tal-frekwenza) jew fil-każ ta’ żewġ “networks” mhux sinkronizzati li joperaw bil-metodu TDD. Separazzjoni ta’ dan it-tip għandha tinkiseb jew billi ma jintużawx dawn il-blokkijiet ta’ 5 MHz u jservu bħala blokkijiet ta’ limitu; jew permezz ta’ użu konformi mal-parametri tal-BEM ristrett meta tkun maġenb FDD (konnessjoni axxendenti) jew bejn żewġ blokkijiet TDD; jew permezz ta’ l-użu konformi mal-parametri tal-BEMs ristretti jew dawk mhux ristretti meta jkunu maġenb blokk FDD (konnessjoni dexxendenti). Kwalunkwe użu ta’ blokk ta’ limitu ta’ 5 MHz huwa soġġett għal riskju ikbar ta’ interferenza.

(9)

Fid-dawl tar-rekwiżiti dejjem jiżdiedu identifikati fl-istudji fil-livell Ewropew kif ukoll dak globali għas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika terrestri li jipprovdu komunikazzjoni broadband, ir-riżultati tal-mandat tas-CEPT għandhom isiru applikabbli fil-Komunità u jiġu implimentati fl-Istati Membri mingħajr dewmien.

(10)

L-armonizzazzjoni taħt din id-Deċiżjoni m’għandhiex teskludi l-possibbiltà għal Stat Membru biex japplika, fejn huwa ġġustifikat, perjodi ta’ tranżizzjoni li jistgħu jinkludu arranġamenti ta’ qsim ta’ l-ispettri tar-radji, skond l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju.

(11)

Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tal-medda ta’ 2 500-2 690 MHz għal-żmien fit-tul, l-amministrazzjonijiet għandhom ikomplu bl-istudji li jistgħu jżidu l-effiċjenza u l-użu innovattiv. Dawn l-istudji għandhom jitqiesu meta tkun se tiġi kkunsidrata reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-deċiżjoni għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-medda ta’ 2 500-2 690 MHz għal sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jallokaw u sussegwentement iqiegħdu għad-dispożizzjoni, fuq bażi mhux esklussiva, il-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, skond il-parametri mogħtija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   B’deroga tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jitolbu perjodi ta’ tranżizzjoni li jistgħu jinkludu arranġamenti ta’ qsim ta’ l-ispettri tar-radju, skond l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-paragrafu 1 jagħtu l-protezzjoni xierqa lis-sistemi fil-medda tal-qrib.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu tal-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz taħt sorveljanza kontinwa, u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ ssir reviżjoni regolari u f’waqtha tad-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  COM(2007)50.

(3)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).


ANNESS

IL-PARAMETRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

Il-parametri tekniċi li ġejjin, imsejħin Block Edge Mask (BEM), għandhom jiġu wżati bħala parti essenzjali mill-kundizzjonijiet neċessarji li jiżguraw il koeżistenza bejn “networks” ġirien fin-nuqqas ta' ftehim bilaterali jew multilaterali, mingħajr ma jipprekludu paramentri inqas strinġenti teknikament jekk ikun hemm qbil bejn l-operaturi ta' “networks” bħal dawn. Stati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-“networks” huma ħielsa biex jidħlu fi ftehim bilaterali jew multilaterali għall-iżvilupp ta’ parametri tekniċi inqas strinġenti u, jekk il-partijiet affettwati kollha jaqblu, jistgħu jintużaw dawn il-parametri tekniċi inqas strinġenti.

It-tagħmir li jopera f'din il-medda ta’ frekwenzi jista’ juża’ wkoll limiti tal-potenza rradjata iżotropikament ekwivalenti (e.i.r.p.) differenti minn dawk mogħtija hawn isfel, sakemm ikunu applikati tekniki xierqa għat-tnaqqis ta’ interferenza konformi mad-Direttiva 1999/5/KE, u li joffru livell ta’ protezzjoni talanqas ekwivalenti għal dak ipprovdut minn dawn il-parametri tekniċi.

A)   PARAMETRI ĠENERALI:

1.

Il-blokkijiet allokati għandhom ikunu f’multipli ta’ 5.0 MHz.

2.

Fil-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz, l-ispazju bejn id-dupleks għall-operazzjoni ta' l-FDD għandu jkun ta' 120 MHz, fejn it-trasmissjoni ta' l-istazzjon tat-terminal (konnessjoni axxendenti – “up link”) li hija fil-parti t’isfel tal-medda li tibda minn 2 500 MHz (u tilħaq il-limitu massimu ta’ 2 570 MHz) u t-trasmissjoni ta’ l-istazzjon bażi (konnessjoni dexxendenti – “down link”) fil-parti ta’ fuq tal-medda li tibda minn 2 620 MHz.

3.

Is-sottomedda 2 570 – 2 620 MHz tista’ tintuża mit-TDD jew modi ta’ użu oħra li huma konformi mal-BEMs f'dan l-anness. Barra s-sottomedda 2 570 – 2 620 MHz, użu ta’ dan it-tip jista’ jiġi deċiż fuq il-livell nazzjonali u għandu jkun f'partijiet ugwali kemm fil-parti ta’ fuq tal-medda li tibda’ minn 2 690 MHz (tkompli l-isfel) kif ukoll fil-parti t’isfel tal-medda li tibda minn 2 570 MHz (tkompli l-isfel).

B)   BEM MHUX RISTRETT GĦAL STAZZJONIJIET BAŻI:

Il-BEM għal blokk ta’ l-ispettru mhux ristrett iseħħ billi jingħaqdu t-Tabelli 1, 2 u 3 b’tali mod li l-limitu għal kull frekwenza jiddependi fuq l-ogħla valur bejn rekwiżiti ta’ linja bażi u dawk speċifiċi għall-blokk.

Tabella 1

Rekwiżiti ta’ linja bażi – BEM ta’ l-e.i.r.p. ‘l barra mill-blokk ta’ l-Istazzjon Bażi

Il-medda ta' frekwenza li fiha jiġu rċevuti emissjonijiet minn barra l-blokk

e.i.r.p. medja massima

(integrata fuq medda ta' 1 MHz)

Frekwenzi allokati għal konnessjoni dexxendenti FDD u +/- 5 MHz barra l-medda ta' blokkijiet ta' frekwenza allokati għal konnessjoni dexxendenti FDD.

+ 4 dBm/MHz

Frekwenzi fil-medda 2 500 -2 690 MHz mhux koperti fid-definizzjoni ta’ hawn fuq.

– 45 dBm/MHz


Tabella 2

Rekwiżiti ta’ linja bażi – BEM ta’ l-e.i.r.p. ‘l barra mill-blokk ta’ l-Istazzjon Bażi

e.i.r.p. massima fil-blokk

+ 61 dBm/5 MHz

Nota: L-Istati Membri jistgħu jillaxkaw dan il-limitu għal 68 dBm/5 MHz għal sistemi speċifiċi, eż. f’żoni b’densità tal-populazzjoni baxxa dejjem, jekk dan ma jżidx ir-riskju ta' l-imblukkar tar-riċevitur ta’ l-istazzjon terminali b’mod sinifikanti.


Tabella 3

Rekwiżiti speċifiċi tal-blokk – BEM ta’ l-e.i.r.p. fil-blokk ta’ l-Istazzjon Bażi

Devjazzjoni mit-tarf tal-blokk rilevanti

e.i.r.p. medja massima

Bidu tal-medda (2 500 MHz) sa -5 MHz (tarf t'isfel)

Livell tar-rekwiżit ta’ referenza

– 5,0 sa – 1,0 MHz (tarf t’isfel)

+ 4 dBm/MHz

– 1,0 sa – 0,2 MHz (tarf t’isfel)

+ 3 + 15(ΔF + 0,2) dBm/30 kHz

– 0,2 sa 0,0 MHz (tarf t’isfel)

+ 3 dBm/30 kHz

0,0 sa + 0,2 MHz (tarf ta’ fuq)

+ 3 dBm/30 kHz

+ 0,2 sa + 1,0 MHz (tarf ta’ fuq)

+ 3-15(ΔF – 0,2) dBm/30 kHz

+ 1,0 sa + 5,0 MHz (tarf ta’ fuq)

+ 4 dBm/MHz

+ 5,0 MHz (tarf ta’ fuq) sa sat-tmiem il-medda (2 690 MHz)

Livell tar-rekwiżit ta’ referenza

Fejn: ΔF hija d-devjazzjoni tal-frekwenza mit-tarf tal-blokk rilevanti (f’MHz)

Ċ)   BEM RISTRETT GĦAL STAZZJONIJIET BAŻI

Il-BEM għal blokk ta’ l-ispettru ristrett jifforma ruħu billi jingħaqdu it-Tabelli 1 u 4 b’tali mod li l-limitu għal kull frekwenza jingħata mill-ogħla valur tar-rekwiżiti ta’ linja bażi u dawk speċifiċi għall-blokk.

Tabella 4

Rekwiżiti speċifiċi tal-blokk – BEM ta’ l-e.i.r.p. fil-blokk ta’ l-Istazzjon Bażi għall-blokk ristrett

e.i.r.p. massima fil-blokk

+ 25 dBm/5 MHz

D)   BEM RISTRETT GĦALL-ISTAZZJONIJIET BAŻI B’RESTRIZZJONIJIET FUQ IT-TQEGĦID TA’ ANTENNA

Fil-każijiet fejn l-antenni jitqiegħdu ġewwa l-bini jew fejn it-tul ta’ l-antenna tkun aktar baxx minn ċertu tul, Stat Membru jista’ juża parametri alternattivi li jkunu konformi mat-Tabella 5, dejjem jekk fil-fruntieri ġeografiċi ma’ Stati Membri oħra tkun tapplika t-Tabella 1 u jekk it-Tabella 4 tibqa' valida madwar il-pajjiż kolllu.

Tabella 5

Rekwiżiti speċifiċi għall-blokk – BEM ta’ l-e.i.r.p. ‘l barra mill-blokk ristrett ta’ l-Istazzjoni Bażi b’restrizzjonijiet addizzjonali fuq it-tqegħid ta' antenna

Devjazzjoni mit-tarf tal-blokk rilevanti

e.i.r.p. medja massima

Bidu tal-medda (2 500 MHz) sa – 5 MHz (tarf t’isfel)

– 22 dBm/MHz

– 5,0 sa – 1,0 MHz (tarf t’isfel)

– 18 dBm/MHz

– 1,0 sa – 0,2 MHz (tarf t’isfel)

– 19 + 15(ΔF + 0,2) dBm/30 kHz

– 0,2 sa 0,0 MHz (tarf t’isfel)

– 19 dBm/30 kHz

0,0 sa + 0,2 MHz (tarf ta’ fuq)

– 19 dBm/30 kHz

+ 0,2 sa + 1,0 MHz (tarf ta’ fuq)

– 19-15(ΔF - 0,2) dBm/30 kHz

+ 1,0 sa + 5,0 MHz (tarf ta’ fuq)

– 18 dBm/MHz

+ 5,0 MHz (tarf ta’ fuq) sat-tmiem il-medda (2 690 MHz)

– 22 dBm/MHz

Fejn: ΔF hija d-devjazzjoni tal-frekwenza mit-tarf tal-blokk rilevanti (f’MHz).

E)   LIMITI GĦALL-ISTAZZJONIJIET TERMINALI

Tabella 6

Limiti tal-potenza fil-blokk għall-Istazzjonijiet Terminali

 

Potenza medja massima

(inklużi l-firxa tal-kontroll awtomatiku tal-potenza tat-trażmettitur (ATPC))

Potenza Rradjata Totali (TRP)

31 dBm/5 MHz

E.i.r.p.

35 dBm/5 MHz

NB: L-e.i.r.p. għandha tintuża għall-Istazzjonijiet Terminali fissi jew istallati u t-TRP għandha tintuża għall-Istazzjonijiet Terminali mobbli jew nomadiċi. It-TRP hija unità ta' kejl għall-ammont ta' potenza rradjata mill-antenna. It-TRP hija definita bħala l-parti integrali tal-potenza trasmessa f’direzzjonijiet differenti fl-isfera sħiħa ta’ radjazzjoni.


24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ġunju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 1999/217/KE fir-rigward tar-reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir użati fi jew fuq oġġetti ta’ l-ikel

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2336)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/478/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għas-sustanzi tat-taħwir użati jew maħsuba għall-użu ġewwa jew fuq l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jistabbilixxi l-proċedura għall-istabbiliment tar-regoli fir-rigward tas-sustanzi tat-taħwir użati jew intiżi għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel. Dak ir-Regolament jipprovdi għall-adozzjoni ta’ reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir (“ir-reġistru”) wara notifika mill-Istati Membri ta’ lista tas-sustanzi li jagħtu t-togħma li jistgħu jintużaw fi jew fuq ikel kummerċjalizzat fit-territorju tagħhom u fuq il-bażi ta’ studju mill-Kummissjoni ta’ dik in-notifika. Dak ir-reġistru kien adottat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (2).

(2)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jipprovdi għal programm għall-valutazzjoni tas-sustanzi ta’ taħwir sabiex jiġi ċċekkjat jekk jikkonformax mal-kriterji ġenerali għall-użu tas-sustanzi ta’ taħwir stipulati fl-Anness għal dak ir-Regolament.

(3)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar l-idrokarboni alifatiċi u aromatiċi, li t-2-Methylbuta-1,3-diene (irreġistrata b’FL-Nru 01 049) uriet potenzjal ġenotossiku in vivo u effett kanċeroġeniku f’annimali sperimentali. Għalhekk l-użu tagħha bħala sustanza li tagħti t-togħma mhuwiex aċċettabbli, minħabba li ma tissodisfax il-kriterji ġenerali għall-użu ta’ sustanzi li jagħtu t-togħma kif stipulat fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2232/96. Għaldaqstant, is-sustanza għandha titneħħa minn fuq ir-reġistru.

(4)

Id-Deċiżjoni 1999/217/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 1999/217/KE, fil-Parti A, ir-ringiela fit-tabella għas-sustanza bin-numru FL 01 049 (2-Methylbuta-1,3-diene) titneħħa.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 23.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 84, 27.3.1999, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/252/KE (ĠU L 91, 29.3.2006, p. 48).


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/43


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/479/PESK

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1731(2006), fis-27 ta’ Frar 2007, il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1).

(2)

Il-projbizzjoni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għall-persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi m’għandhiex tipprevjeni milli jsiru pagamenti f’kontijiet iffriżati, dovuti minn kuntratti, strumenti ta’ ftehim jew obbligazzjonijiet li ġew finalizzati jew oriġinaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet ġew assoġġettati għall-miżuri restrittivi, sakemm dawk il-pagamenti jibqgħu ukoll iffriżati.

(3)

Il-Kunsill identifika persuni u entitajiet addizzjonali li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 4(1)(b) u 5(1)(b) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK. Dawn il-persuni u entitajiet għandhom għalhekk jiġu elenkati fl-Anness II ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu (5)(b), għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

pagamenti f’kontijiet iffriżati, dovuti minn kuntratti, strumenti ta’ ftehim jew obbligazzjonijiet li ġew finalizzati jew oriġinaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet ġew assoġġettati għall-miżuri restrittivi,”;

(2)

L-Anness II tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK għandu jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta’ din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Luxembourgl, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 49. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2007/246/PESK (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 67).


ANNESS

A.   Persuni fiżiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data ta' l-elenkar

1.

Reza AGHAZADEH

DtT: 15.3.1949 Numru tal-Passaport: S4409483 validu 26.4.2000 – 27.4.2010 Maħruġ: Tehran, Numru tal-Passaport Diplomatiku: D9001950, Maħruġ fit-22.1.2008 validu sal-21.1.2013 Post tat-Twelid: Khoy

Kap ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Enerġija Atomika ta' l-Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

23.4.2007

2.

Amir Moayyed ALAI

 

Involut fil-ġestjoni ta' l-assemblaġġ u l-inġinerija taċ-ċentrifugi. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà li jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dan jinkludi l-ħidma kollha marbuta maċ-ċentrifugi. Fis-27 ta' Awissu 2006, Alai rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-ġestjoni ta' l-assemblaġġ u l-inġinerija ta' ċentrifugi.

23.4.2007

3.

Amir Moayyed ALAI

 

Involut fil-produzzjoni tal-karbonat ta' l-uranyl u ta' l-ammonju (AUC) u l-ġestjoni tal-kumpless ta' arrikkiment ta' Natanz. L-Iran huwa rikjest li jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Fis-27 ta' Awissu 2006, Ashiani rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-ġestjoni u d-disinn ta' l-inġinerija għall-kumpless ta' arrikkiment fis-sit ta' Natanz (Kashan).

23.4.2007

4.

Haleh BAKHTIAR

 

Involuta fil-produzzjoni tal-manjesju f'konċentrazzjoni ta' 99,9%. Fis-27 ta' Awissu 2006, Bakhtiar irċieviet onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tagħha fil-produzzjoni tal-manjesju f'konċentrazzjoni ta' 99,9%. Il-manjesju ta' din il-purità jintuża biex ikun prodott il-metall ta' l-uranju, li jista' jkun iffurmat f'materjal għal arma nukleari. L-Iran ċaħad li jipprovdi lill-IAEA aċċess għal dokument dwar il-produzzjoni ta' emisferi tal-metall ta' l-uranju, applikabbli biss għall-użu ta' armi nukleari.

23.4.2007

5.

Morteza BEHZAD

 

Involut fil-fabbrikazzjoni ta' komponenti ċentrifugali. L-Iran huwa rikjest li jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dan jinkludi l-ħidma kollha marbuta maċ-ċentrifugi. Fis-27 ta' Awissu 2006, Behzad irċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-fabbrikazzjoni ta' komponenti ċentrifugali kumplessi u sensittivi.

23.4.2007

6.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Javad DARVISH-VAND

 

Deputat MODAFL għall-Ispezzjoni. Responsabbli għall-faċilitajiet u l-installazzjonijiet kollha tal-MODAFL

23.6.2008

7.

Dr. Mohammad ESLAMI

 

Kap ta’ l-Istitut ta’ l-Industriji tad-Difiża għat-Taħriġ u r-Riċerka

23.6.2008

8.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI

 

Direttur Maniġerjali ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża (DIO) li hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006)

23.6.2008

9.

Dr Hoseyn (Hossein) FAQIHIAN

Indirizz ta' l-NFPC: AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran/Iran

Deputat u Direttur-Ġenerali tal-Kumpannija tal-Produzzjoni u l-Akkwist tal-Karburant Nukleari (NFPC), parti mill-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija nnominata taħt l-UNSCR 1737 (2006). L-NFPC hija involuta f'attivitajiet marbutin ma' l-arrikkiment li l-Iran huwa rikjest jissospendi mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà.

23.4.2007

10.

Inġinier Mojtaba HAERI

 

Deputat MODAFL għall-Industrija. Rwol ta' superviżjoni fuq l-AIO u d-DIO

23.6.2008

11.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ali HOSEYNITASH

 

Kap tad-Dipartiment Ġenerali tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali u involut fit-tfassil tal-politika dwar il-kwistjoni nukleari

23.6.2008

12.

Seyyed Hussein (Hossein) HUSSEINI (HOSSEINI)

DtT: 27.7.1973, Numru tal-Passaport: K8196482, maħruġ fit-8.4.2006 validu sat-8.4.2011

Uffiċjal ta' l-AEOI involut fil-proġett ta' reattur ta' riċerka b'ilma tqil (IR40) f'Arak. L-UNSCR 1737 (2006) ħtieġet lill-Iran jissospendi l-ħidma kollha dwar proġetti marbutin ma' l-ilma tqil.

23.4.2007

13.

Mohammad Ali JAFARI, IRGC

 

Ikopri rwol ta' kmand fi ħdan l-IRGC

23.6.2008

14.

Mahmood JANNATIAN

 

Deputat Kap ta' l-Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika ta' l-Iran

23.6.2008

15.

Is-Sur Javad KARIMI SABET

 

President tal-Kumpannija Novin Energy. Karimi Sabet kien rċieva wkoll onorifiċenza speċjali f'Awissu 2006 mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fid-disinn, il-produzzjoni, l-installazzjoni u l-ikkummissjonar tat-tagħmir nukleari tas-sit ta' Natanz.

23.4.2007

16.

Said Esmail KHALILIPOUR

DtT: 24.11.1945, Post tat-Twelid: Langroud

Deputat Kap ta' l-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

23.4.2007

17.

Ali Reza KHANCHI

Indirizz ta' l-NRC: AEOI-NRC P.O. Box: 11365-8486 Tehran/Iran; Fax: (+9821) 8021412

Kap taċ-Ċentru għar-Riċerka Nukleari ta' Tehran (TNRC) ta' l-AEOI. L-IAEA għadha tfittex kjarifika mill-Iran dwar esperimenti ta' separazzjoni tal-plutonju mwettqin fit-TNRC, inkluż dwar il-preżenza ta' partiċelli ta' HEU fil-kampjuni ambjentali meħudin mill-Faċilità ta' Karaj għall-Ħażna ta' l-Iskart fejn jinsabu kontenituri użati għall-ħażna ta' miri ta' l-uranju eżawrit f'dawk l-esperimenti. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

23.4.2007

18.

Ebrahim MAHMUDZADEH

 

Direttur Maniġerjali ta' l-Industriji Elettroniċi ta' l-Iran

23.6.2008

19.

Hamid-Reza MOHAJERANI

 

Involut fil-ġestjoni tal-produzzjoni tal-Faċilità għall-Konverżjoni ta' l-Uranju (UCF) f'Esfahan. Fis-27 ta' Awissu 2006, Mohajerani rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-ġestjoni tal-produzzjoni fl-UCF u fl-ippjanar, il-bini u l-installazzjoni ta' l-unità UF6 (il-UF6 huwa l-materja prima għall-arrikkiment).

23.4.2007

20.

Brigadier-Ġenerali Beik MOHAMMADLU

 

Deputat MODAFL għall-Provvisti u l-Loġistika

23.6.2008

21.

Anis NACCACHE

 

Amministratur tal-kumpanniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal; il-kumpannija tiegħu pprovat takkwista beni sensittivi, għall-benefiċċju ta' entitajiet elenkati fir-riżoluzzjoni 1737

23.6.2008

22.

Brigadier-Ġenerali Mohammad NADERI

 

Kap ta' l-Organizzazjoni ta' l-Industriji Ajruspazzjali (AIO), l-AIO ħadet sehem fi programmi sensittivi Iranjani

23.6.2008

23.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR

 

Ministru tal-MODAFL, responsabbli għall-programmi militari kollha, inklużi programmi ta' missili ballistiċi

23.6.2008

24.

Houshang NOBARI

 

Involut fil-ġestjoni tal-kumpless għall-arrikkiment ta' Natanz. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà biex jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dawn jinkludu attivitajiet fil-kumpless għall-arrikkiment ta' Natanz (Kashan). Fis-27 ta' Awissu 2006, Nobari rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-ġestjoni u l-eżekuzzjoni b'suċċess tal-pjan tas-sit ta' Natanz (Kashan).

23.4.2007

25.

Dr Javad RAHIQI

DtT: 21.4.1954, Post tat-Twelid: Mashad

Kap taċ-Ċentru għat-Teknoloġija Nukleari ta' Esfahan ta' l-AEOI. Din tissorvelja l-impjant għall-konverżjoni ta' l-uranju f'Esfahan. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà biex jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dawn jinkludu l-ħidma kollha ta' konverżjoni ta' l-uranju. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006).

23.4.2007

26.

Abbas RASHIDI

 

Involut f'ħidma ta' arrikkiment f'Natanz. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà biex jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Fis-27 ta' Awissu 2006, Rashidi rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għall-ġestjoni u r-rwol notevoli tiegħu fl-operat b'suċċess tal-kaskata ta' arrikkiment b'164-ċentrifugi f'Natanz.

23.4.2007

27.

Kontro-Ammirall Mohammad SHAFI’I RUDSARI

 

Deputat MODAFL għall-Koordinazzjoni

23.6.2008

28.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ali SHAMSHIRI

 

Deputat MODAFL għall-Kontro-Intelligence, responsabbli għas-sigurtà tal-persunal u l-Installazzjonijiet tal-MODAFL

23.6.2008

29.

Abdollah SOLAT SANA

 

Direttur Maniġerjali tal-Faċilità għall-Konverżjoni ta' l-Uranju (UCF) f'Esfahan. Din hija l-faċilità li tipproduċi l-materja prima (UF6) għall-faċilitajiet ta' arrikkiment f'Natanz. Fis-27 ta' Awissu 2006, Solat Sana rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu.

23.4.2007

30.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ahmad VAHIDI

 

Deputat Kap tal-MODAFL

23.6.2008


B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data ta' l-elenkar

1.

Abzar Boresh Kaveh Co. (ABK Co. Kaveh Cutting Tools Co.)

 

Tieħu sehem fil-fabbrikazzjoni tal-komponenti ċentrifugali.

23.6.2008

2.

Organizzazjoni ta' l-Industriji Ajruspazzjali, AIO

AIO, 28 Shian 5, Lavizan, Tehran

L-AIO tissorvelja l-produzzjoni Iranjana tal-missili, inkluż il-Grupp Industrijali Shahid Hemmat, il-Grupp Industrijali Shahid Bagheri u l-Grupp Industrijali Fajr, li kollha kienu msemmija fl-UNSCR 1737 (2006). Il-kap ta' l-AIO u żewġ uffiċjali anzjani oħrajn kienu wkoll msemmija fl-UNSCR 1737 (2006)

23.4.2007

3.

Industriji ta' l-Armamenti

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO (Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża).

23.4.2007

4.

Organizzazjoni Ġeografika tal-Forzi Armati

 

Ivvalutata li tipprovdi data ġeospazzjali għall-programm tal-Missili Ballistiċi

23.6.2008

5.

Bank Melli, Melli Bank Iran u kull fergħa u sussidjarja tiegħu, inklużi

Ferdowsi Avenue, PO Box 11365-171, Tehran

Jipprovdi jew jipprova jipprovdi sostenn finanzjarju lil kumpanniji li huma involuti fi jew li jakkwistaw merkanzija għall-programmi nukleari u missilistiċi ta' l-Iran (AIO, SHIG, SBIG, AEOI, Kumpannija Novin Energy, Kumpannija Mesbah Energy, Kumpannija Kalaye Electric u DIO). Il-Bank Melli jagħmilha ta' faċilitatur għall-attivitajiet sensittivi ta' l-Iran. Huwa ffaċilita bosta akkwisti ta' materjal sensittiv għall-programmi nukleari u missilistiċi ta' l-Iran. Huwa pprova firxa ta' servizzi finanzjarji f'isem entitajiet marbuta ma' l-industriji nukleari u missilistiċi ta' l-Iran, inkluż il-ftuħ ta' ittri ta' kreditu u ż-żamma tal-kontijiet. Bosta mill-kumpannijia t'hawn fuq issemmew fl-UNSCR 1737 u 1747.

23.6.2008

(a)

Melli Bank plc

London Wall, 11th floor, Londra EC2Y 5EA, Renju unit

(b)

Bank Melli Iran Zao

Number 9/1, Ulitsa Mashkova, Moska, 130064, Russja

6.

Ċentru tat-Teknoloġija tad-Difiża u r-Riċerka Xjentifika (DTSRC) – magħruf ukoll bl-isem ta' l-Istitut tar-Riċerka Edukattiva/Moassese Amozeh Va Tahgiaghati (ERI/MAVT Co.)

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Responsabbli għar-R&Ż. Sussidjarja tad-DIO. Id-DTSRC jittratta ħafna mill-akkwisti għad-DIO.

23.4.2007

7.

Kumpannija Electro Sanam (E.S.Co.)

 

Kumpannija fittizja ta' l-AIO, li tieħu sehem fl-akkwisti fil-qasam ballistiku.

23.6.2008

8.

Grupp Tekniku Ettehad

 

Kumpannija fittizja ta' l-AIO, li tieħu sehem fl-akkwisti fil-qasam ballistiku.

23.6.2008

9.

Fabbriki Industrijali ta' Makkinarju ta' Preċiżjoni (IFP) (Impjant ta' Fabbriki ta' Strumentazzjoni, Grupp Industrijali Fajr)

 

Tintuża mill-AIO għal tentattivi ta' akkwist.

23.6.2008

10.

Industriji Elettroniċi Iran

P. O. Box 18575-365, Tehran, Iran

Sussidjarja kompletament ta' proprjetà tal-MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistema Iranjana ta' l-armi.

23.6.2008

11.

Forza ta' l-Ajru IRGC

 

Tħaddem l-inventarju ta' l-Iran tal-missili ballistiċi ta' firxa qasira u medja. Il-kap tal-forza ta' l-ajru IRGC issemma fl-UNSCR 1737.

23.6.2008

12.

Jaber Ibn Hayan

AEOI-JIHRD P.O. Box: 11365-8486; Tehran; 84, 20th Av. Entehaye Karegar Shomali Street; Tehran

Jaber Ibn Hayan huwa laboratorju ta' l-AEOI (Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika ta' l-Iran) involut fl-attivitajiet rigward iċ-ċiklu tal-karburanti. Jinsab fiċ-ċentru tar-riċerka nukleari ta' Tehran (TNRC), ma kienx dikjarat mill-Iran skond il-ftehim ta' garanzija tiegħu qabel l-2003, waqt li hemmhekk kienu qed iseħħu attivitajiet ta' konverżjoni.

23.4.2007

13.

Joza Industrial Co.

 

Kumpannija fittizja ta' l-AIO, involuta fil-programm ballistiku.

23.6.2008

14.

Organizzazzjoni ta' Kostruzzjoni Khatem-ol Anbiya

Number 221, North Falamak-Zarafshan Intersection, 4th Phase, Shahkrak-E-Ghods, Tehran 14678, Iran

Grupp ta' kumpanniji ta' proprjetà ta' l-IRGC. Juża r-riżorsi ta' inġinerija ta' l-IRGC għall-kostruzzjoni u jaġixxi bħala kuntrattur ewlieni fi proġetti ewlenin inkluż il-bini ta' mini, ivvalutat li jappoġġa l-programmi ta' missili ballistiċi u l-programmi nukleari Iranjani.

23.6.2008

15.

Industriji Metallurġiċi Khorasan

 

Fergħa tal-Grupp ta' Industriji tal-Munizzjon, li tiddependi mid-Dio, involuta fil-produzzjoni tal-komponenti ċentrifugali.

23.6.2008

16.

Università Malek Ashtar

 

Marbuta mal-Ministeru tad-Difiża, fl-2003 ħolqot programm ta' taħriġ dwar il-missili, f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-AIO.

23.6.2008

17.

Industriji Marittimi

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

23.4.2007

18.

Grupp ta' Industriji Mekkaniċi

 

Ħa sehem fil-produzzjoni ta' komponenti għall-programm ballistiku.

23.6.2008

19.

Ministeru tad-Difiża u Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL)

West side of Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran

Responsabbli għall-programmi ta' riċerka, żvilupp u manifattura għar-riċerka ta' l-Iran, inkluż appoġġ għall-programmi missilistiċi u nukleari

23.6.2008

20.

Ministeru ta' l-Esportazzjoni tal-Loġistika għad-Difiża (MODLEX)

P. O. Box 16315-189, Tehran, Iran

Huwa t-taqsima tal-MODAFL marbuta ma' l-esportazzjoni, u l-aġenzija użata għall-esportazzjoni ta' armi lesti f'transazzjonijiet bejn stati. Skond l-UNSCR 1747 (2007) il-MODLEX m'għandhiex tkun involuta f'kummerċ.

23.6.2008

21.

Manifattura ta' Makkinarju 3M Mizan

 

Kumpannija fittizja ta' l-AIO, li tieħu sehem f'akkwisti fil-qasam ballistiku.

23.6.2008

22.

Kumpannija tal-Produzzjoni u l-Akkwist ta' Karburant Nukleari (NFPC)

AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran/Iran

Id-Diviżjoni tal-Produzzjoni ta' Karburant Nukleari (NFPD) ta' l-AEOI hija responsabbli għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam taċ-ċiklu tal-karburant nukleari inklużi: l-esplorazzjoni ta' l-uranju, ix-xogħol fil-minjieri, it-tħin, il-konverżjoni u l-ġestjoni ta' skart nukleari. In-NFPC hija s-suċċessur ta' l-NFPD, il-kumpannija sussidjarja taħt l-AEOI li tmexxi r-riċerka u l-iżvilupp fiċ-ċiklu tal-karburant nukleari inkluż il-konverżjoni u l-arrikkiment

23.4.2007

23.

Industriji Kimiċi Parchin

 

Ħadmet fuq tekniċi ta' propulsjoni għall-programm ballistiku Iranjan

23.6.2008

24.

Kumpannija ta' Industriji ta' l-Enerġija Pishgam (Pioneer)

 

Ħadet sehem fil-kostruzzjoni tal-fabbrika ta' konverżjoni ta' l-uranju f'Ispahan

23.6.2008

25.

Akkwist ta' Tagħmir għas-Sigurtà

 

Kumpannija fittizja ta' l-AIO involuta fil-programm ballistiku.

23.6.2008

26.

Grupp ta' Industriji Speċjali

Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

23.4.2007

27.

Organizzazzjoni ta' Akkwist Statali (SPO)

 

Jidher li l-SPO tiffaċilita l-importazzjoni ta' armi sħaħ. Jidher li hija sussidjarja tal-MODAFL

23.6.2008

28.

Kumpannija TAMAS

 

It-TAMAS hija involuta f'attivitajiet marbutin ma' l-arrikkiment, li l-Iran huwa rikjest li jissospendi mill-Bord u l-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-IAEA. It-TAMAS huwa korp ġenerali, li taħtu kienu mwaqqfin erba' sussidjarji, inkluża waħda li twettaq l-estrazzjoni sal-konċentrazzjoni ta' l-uranju u oħra inkarigata mill-ipproċessar, l-arrikkiment u l-iskart ta' l-uranju.

23.4.2007


24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/50


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/480/PESK

tat-23 ta' Ġunju 2008

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Marzu 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX (1).

(2)

Fl-14 ta’ April 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/304/PESK li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK sat-30 ta’ Ġunju 2008.

(3)

L-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK għandha tiġi estiża ulterjorment sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(4)

Għandu jiġi pprovdut ammont ġdid ta’ referenza finanzjarju sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(5)

Il-mandat tal-Missjoni qed jitwettaq f’kuntest ta’ sigurtà li jista’ jiddeterjora u li jista’ jimmina l-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif iddefiniti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied għall-Artikolu 11 (1):

“L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu 1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 għandu jkun ta’ EUR 7,2 miljuni.”

(2)

Fl-Artikolu 14 it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2009.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Luxembourgl, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 62, 9.3.2005, p. 37. L-Azzjoni Konġunta kif emenadata bl-Azzjoni Konġunta 2008/304/PESK (ĠU L 105, 15.4.2008, p.10).


24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/51


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/481/PESK

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/131/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Frar 2008 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/131/PESK (1) li testendi l-mandat tas-Sur Francesc Vendrell bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan sal-31 ta’ Mejju 2008, u fis-26 ta’ Mejju 2008 adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/391/PESK (2) li testendi l-mandat tiegħu sat-30 ta’ Ġunju 2008.

(2)

Is-Sur Francesc Vendrell informa lis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) li huwa disponibbli sabiex iservi bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) sal-31 ta’ Awwissu 2008. Il-mandat tiegħu għandu jiġi estiż ulterjorment sa dik id-data. Il-Kunsill għandu l-ħsieb li jaħtar RSUE ġdid għall-perijodu li jkun jifdal tal-mandat sat-28 ta’ Frar 2009.

(3)

L-Artikolu 5(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2008/131/PESK, kif emendata mill-Azzjoni Konġunta 2008/391/PESK, ipprovda ammont finanzjarju ta’ referenza ta’ EUR 975 000 sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE sat-30 ta’ Ġunju 2008. Dan l-ammont finanzjarju ta’ referenza għandu jiżdied b'EUR 678 000 sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-bqija tal-perijodu tal-mandat tar-RSUE,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Emenda

L-Azzjoni Konġunta 2008/131/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Francesc Vendrell bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Afganistan huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Awwissu 2008.”;

(2)

L-Artikolu 5(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(1)   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2008 sal-31 ta’ Awwissu 2008 għandu jkun ta’ EUR1 653 000.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 43, 19.2.2008, p. 26.

(2)  ĠU L 137, 27.5.2008, p. 52.


24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/52


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/482/PESK

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2008/134/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK ta’ l-14 ta’ Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi

(1)

Fl-14 ta’ Novembru 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK li tistabbilixxi Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) għal perijodu ta’ tliet snin. Il-fażi operattiva ta’ l-EUPOL COPPS bdiet fl-1 ta’ Jannar 2006.

(2)

Fit-18 ta’ Frar 2008 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2008/134/PESK li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (2), li stabbiliet ammont ta’ referenza finanzjarju biex tkun koperta l-ispiża relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

(3)

L-ammont ta’ referenza finanzjarju għall-EUPOL COPPS għandu jiżdied sabiex ikun possibbli r-rinforz ta’ l-attivitajiet tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/134/PESK għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) mill-1 ta’ Marzu 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 għandu jkun ta’ EUR 6 000 000.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħal fis-seħħ effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65. L-Azzjoni Konġunta kif emendata mill-Azzjoni Konġunta 2007/806/PESK (ĠU L 323, 8.12.2007, p. 50).

(2)  ĠU L 43, 19.2.2008, p. 38.


Corrigendum

24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/53


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/269/KE tad-19 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2001/618/KE biex tinkludi d-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord, fi Franza, fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, L 85 tas-27 ta' Marzu 2008 )

Il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/269/KE għandha tkun ikkunsidrata nulla u bla effett.