|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2008 tat-18 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel fir-rigward ta’ l-iffissar ta’ livell massimu għal dijossini u PCBs fil-fwied tal-ħut ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 556/2008
tas-16 ta’ Ġunju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi awtonomi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 1996 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2505/96 (1). Id-domanda Komunitarja għall-prodotti li r-Regolament japplika għalihom għandha tintlaħaq fl-aqwa kondizzjonijiet possibbli. Għal dak il-għan, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2008 kwoti ta’ tariffi tal-Komunità ġodda għandhom għalhekk jinfetħu bir-rata żero ta’ dazju għal ammonti xierqa u kwalunkwe tfixkil fis-swieq għal dawn il-prodotti għandu jiġi evitat. |
|
(2) |
L-ammonti tal-kwoti għal ħames kwoti ta’ tariffi awtonomi tal-Komunità m’humiex biżżejjed biex jilħqu l-ħtiġijiet ta’ l-industrija Komunitarja. Għaldaqstant, dawn l-ammonti tal-kwoti għandhom jiżdiedu. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(4) |
B’kont meħud ta’ l-importanza ekonomika ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ li jiġu invokati r-raġunijiet ta’ urġenza previsti fil-punt 1.3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej. |
|
(5) |
Peress li l-kwoti ta’ tariffi għandhom jieħdu effett mill-1 ta’ Lulju 2008, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2505/96 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-kwoti ta’ tariffi għall-prodotti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jiddaħħlu; |
|
(2) |
Ir-ringieli għall-kwoti ta’ tariffi bin-numri ta’ l-ordni 09.2975, 09.2603, 09.2935, 09.2814 u 09.2620 għandhom jiġu sostitwiti bir-ringieli fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 345, 31.12.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1526/2007 (ĠU L 349, 31.12.2007, p. 1).
ANNESS I
Kwoti ta’ tariffi msemmija fl-Artikolu 1(1):
|
Ordni nru |
Kodiċi NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Perjodu tal-kwota |
Ammont ta’ kwota |
Dazju fuq il-kwota |
|
09.2767 |
ex 2910 90 00 |
80 |
Allyl glycidyl ether |
1.7.-31.12.2008 |
750 tunnellata |
0 % |
|
09.2769 |
ex 2917 13 90 |
10 |
Dimethyl sebacate |
1.7.-31.12.2008 |
650 tunnellata |
0 % |
|
09.2977 |
2926 10 00 |
|
Akrilonitrile |
1.7.-31.12.2008 |
35 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2763 |
ex 8501 40 80 |
30 |
Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600 W imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1) |
1.7.-31.12.2008 |
1 150 000 unitajiet |
0 % |
|
09.2775 |
ex 8504 40 81 |
20 |
Konvertitur AC/DC għall-użu fil-manufattura ta’ tagħmir tar-riċezzjoni f’televixins LCD (1) |
1.7.-31.12.2008 |
200 000 unitajiet |
0 % |
|
09.2771 |
ex 8504 40 84 |
30 |
Invertitur fuq pjanċa ta’ ċirkwit stampata li mhix integrata fl-unità għall-provvista ta’ l-elettriku, biex tħaddem bozoz florexxenti bl-elettrodi esterni (EEFL) jew bozoz florexxenti bil-katodu kiesaħ (CCFL) f’unità ta’ retrodawl (backlight) u li tagħti vultaġġ ta’ mhux aktar minn 1,33 kV, għall-użu fil-manifattura ta’ moduli LCD (1) |
1.7.-31.12.2008 |
800 000 unitajiet |
0 % |
(1) L-entrata taħt din is-subintestatura hija soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti Komunitarji (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 - ĠU L 253, 11.10.1993 p. 1).
ANNESS II
Kwoti ta’ tariffi msemmija fl-Artikolu 1(2):
|
Ordni nru |
Kodiċi NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Perjodu tal-kwota |
Ammont ta’ kwota |
Dazju fuq il-kwota |
|
09.2975 |
ex 2918 30 00 |
10 |
Benzophenone-3,3’:4,4’-tetracarboxylic dianhydride |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2603 |
ex 2930 90 85 |
79 |
Bis(3-triethoxysilylpropyl)tetrasulfide |
1.1.-31.12. |
9 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2935 |
3806 10 10 |
|
Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski |
1.1.-31.12. |
280 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2814 |
ex 3815 90 90 |
76 |
Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju |
1.1.-31.12. |
1 600 tunnellata |
0 % |
|
09.2620 |
ex 8526 91 20 |
20 |
Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni |
1.1.-31.12. |
2 000 000 unitajiet |
0 % |
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 557/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2008.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
41,9 |
|
MK |
42,6 |
|
|
TR |
60,2 |
|
|
ZZ |
48,2 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
151,2 |
|
MK |
35,8 |
|
|
TR |
99,5 |
|
|
ZZ |
95,5 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
102,4 |
|
ZZ |
102,4 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
126,4 |
|
EG |
120,2 |
|
|
US |
91,7 |
|
|
ZA |
126,6 |
|
|
ZZ |
116,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
175,2 |
|
BR |
93,6 |
|
|
CL |
100,7 |
|
|
CN |
91,3 |
|
|
NZ |
122,0 |
|
|
US |
108,6 |
|
|
UY |
59,9 |
|
|
ZA |
89,3 |
|
|
ZZ |
105,1 |
|
|
0809 10 00 |
IL |
89,8 |
|
TR |
186,6 |
|
|
US |
236,6 |
|
|
ZZ |
171,0 |
|
|
0809 20 95 |
TR |
421,1 |
|
US |
412,9 |
|
|
ZZ |
417,0 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
EG |
182,1 |
|
US |
191,8 |
|
|
ZZ |
187,0 |
|
|
0809 40 05 |
IL |
121,3 |
|
TR |
223,9 |
|
|
ZZ |
172,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 558/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn tad-9 u tat-13 ta’ Ġunju 2008 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin ta' negozju 2006/07, 2007/08 u 2008/09 sabiex jiġu importati u raffinati prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment Artikolu 5 (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti fil-perjodu ta' bejn tad-9 u tat-13 ta’ Ġunju 2008 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor b'riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3) għall-kwantità totali bħall-kwantità disponibbli għan-numru tas-serje 09.4366 (2007-2008). |
|
(2) |
F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skond il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u tinforma lill-Istati Membri li l-limitu li kien ġie ffissat intlaħaq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fil-limiti kwantitattivi li ġew stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-applikazzjonjiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa bejn tad-9 u tat-13 ta’ Ġunju 2008, f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).
ANNESS
Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja
Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
|
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 9.6.2008-13.6.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4331 |
Il-Barbados |
100 |
|
|
09.4332 |
Il-Beliże |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4333 |
Il-Kosta ta' l-Ivorju |
100 |
|
|
09.4334 |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
100 |
|
|
09.4335 |
Il-Fiġi |
100 |
|
|
09.4336 |
Gujana |
100 |
|
|
09.4337 |
L-Indja |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4338 |
Il-Ġamajka |
100 |
|
|
09.4339 |
Il-Kenja |
100 |
|
|
09.4340 |
Il-Madagaskar |
100 |
|
|
09.4341 |
Il-Malawi |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4342 |
Il-Mawrizju |
100 |
|
|
09.4343 |
Il-Możambik |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4344 |
Saint Kitts u Nevis |
— |
|
|
09.4345 |
Is-Suriname |
— |
|
|
09.4346 |
Is-Sważiland |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4347 |
It-Tanzanija |
100 |
|
|
09.4348 |
Trinidad u Tobago |
100 |
|
|
09.4349 |
L-Uganda |
— |
|
|
09.4350 |
Iż-Żambja |
100 |
|
|
09.4351 |
Iż-Żimbabwe |
100 |
|
Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja
Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2008/09
|
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 9.6.2008-13.6.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4331 |
Il-Barbados |
100 |
|
|
09.4332 |
Il-Beliże |
100 |
|
|
09.4333 |
Il-Kosta ta' l-Ivorju |
100 |
|
|
09.4334 |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
100 |
|
|
09.4335 |
Il-Fiġi |
100 |
|
|
09.4336 |
Gujana |
100 |
|
|
09.4337 |
L-Indja |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4338 |
Il-Ġamajka |
100 |
|
|
09.4339 |
Il-Kenja |
100 |
|
|
09.4340 |
Il-Madagaskar |
100 |
|
|
09.4341 |
Il-Malawi |
100 |
|
|
09.4342 |
Il-Mawrizju |
100 |
|
|
09.4343 |
Il-Możambik |
100 |
|
|
09.4344 |
Saint Kitts u Nevis |
— |
|
|
09.4345 |
Is-Suriname |
— |
|
|
09.4346 |
Is-Sważiland |
100 |
|
|
09.4347 |
It-Tanzanija |
100 |
|
|
09.4348 |
Trinidad u Tobago |
100 |
|
|
09.4349 |
L-Uganda |
— |
|
|
09.4350 |
Iż-Żambja |
100 |
|
|
09.4351 |
Iż-Żimbabwe |
100 |
|
Zokkor kumplimentari
Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
|
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 9.6.2008-13.6.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4315 |
L-Indja |
100 |
|
|
09.4316 |
Il-pajjiżi firmatarji tal-Protokol ta' l-AKP |
100 |
|
Il-konċessjonijiet taz-zokkor għal CXL
Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
|
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 9.6.2008-13.6.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4317 |
L-Awstralja |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4318 |
Il-Brażil |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4319 |
Kuba |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4320 |
Pajjiżi terzi oħra |
0 |
Intlaħqu |
Iz-zokkor tal-Balkani
It-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
|
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 9.6.2008-13.6.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4324 |
L-Albanija |
100 |
|
|
09.4325 |
Il-Bożnja-Ħerżegovina |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4326 |
Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo |
100 |
|
|
09.4327 |
L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja |
100 |
|
|
09.4328 |
Il-Kroazja |
100 |
|
L-importazzjoni taz-zokkor f'każ eċċezzjonali u l-importazzjoni taz-zokkor industrijali
It-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
|
In-nru tas-Serje |
Tip |
Ġimgħa ta' bejn 9.6.2008-13.6.2008 tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4380 |
F'każ eċċezzjonali |
— |
|
|
09.4390 |
Industrijali |
— |
|
L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija
Kapitolu 1 Sezzjoni 2 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
|
Ordni Nru |
Tip |
Ġimgħa ta' bejn 9.6.2008-13.6.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
|
09.4365 |
Il-Bulgarija |
0 |
Intlaħqu |
|
09.4366 |
Ir-Rumanija |
100 |
Intlaħqu |
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 559/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 ta’ l-14 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sal-30 ta’ Settembru 2008 li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sal-30 ta’ Settembru 2008 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2008-30.9.2008 (f’%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.10.2008-31.12.2008 (f’kg) |
|
P1 |
09.4067 |
3,805029 |
— |
|
P2 |
09.4068 |
33,320946 |
— |
|
P3 |
09.4069 |
1,416430 |
— |
|
P4 |
09.4070 |
22,613443 |
— |
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 560/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u ta’ l-albumini
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-bajd (1), u partikolarment l-Artikolu 6, paragrafu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 4, paragrafu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-bajd u ta’ l-albumini (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-bajd u ta’ l-albumini. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Settembru 2008 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
|
(3) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Settembru 2008 huma, għal ċerti kwoti, anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, dawn ta’ l-aħħar għandhom jiżdiedu mal-kwantità fissa għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Settembru 2008 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 539/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49).
(3) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2008-30.9.2008 (%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.10.2008-31.12.2008 (kg) |
|
E1 |
09.4015 |
27 000 000 |
|
|
E2 |
09.4401 |
40,926099 |
— |
|
E3 |
09.4402 |
3 117 453 |
(1) Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
(2) Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 561/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji Komunitarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 huma, għal ċerti kwoti, inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007, għandhom japplikaw il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2008, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2008-30.9.2008 (%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1.10.2008-31.12.2008 (kg) |
|
1 |
09.4410 |
0,899896 |
— |
|
2 |
09.4411 |
3 825 000 |
|
|
3 |
09.4412 |
0,935362 |
— |
|
4 |
09.4420 |
1,400578 |
— |
|
5 |
09.4421 |
5,814053 |
— |
|
6 |
09.4422 |
1,309222 |
— |
(1) Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 562/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),
Wara ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall[lill]-Istati Uniti ta’ l-Amerika (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 536/2007 stabbilixxa kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sal-30 ta’ Settembru 2008 huma inferjuri għall-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, b’dawn ta’ l-aħħar jiżdiedu mal-kwantità fissa għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqu l-ebda applikazzjonijiet għall-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 536/2007, fil-kuntest tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4169, u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-31 ta’ Diċembru 2008, huma ta’ 4 166 250 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 563/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Iżrael (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008, (fil-każ tal-liċenzji għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4092), huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008, (fil-każ tal-liċenzji għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4091), huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007, għandhom japplikaw il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2008, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2008-30.9.2008 (%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1.10.2008-31.12.2008 (kg) |
|
IL1 |
09.4092 |
3,861033 |
— |
|
IL2 |
09.4091 |
420 000 |
(1) Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 564/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1383/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mit-Turkija (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 stabbilixxa kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sal-30 ta’ Settembru 2008 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4103 skond ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-31 ta’ Diċembru 2008, huma ta' 750 000 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 565/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel fir-rigward ta’ l-iffissar ta’ livell massimu għal dijossini u PCBs fil-fwied tal-ħut
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għal kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel. |
|
(2) |
Il-livelli massimi għandhom jiġu stabbiliti f'livell strett li jkun jista’ jintlaħaq permezz ta’ prassi tajba u billi jitqies ir-riskju relatat mal-konsum ta’ l-ikel. |
|
(3) |
Instabu livelli għoljin ħafna ta’ dijossini u PCBs simili għad-disjossin fi fwied tal-ħut fil-laned, li ilhom jiġu rrapurtati permezz tas-Sistema Rapida ta’ Twissija għall-Għalf u l-Ikel (RASFF) sa mill-2006. Ma ġie stabbilit l-ebda livell massimu għall-fwied tal-ħut u prodotti pproċessati minnu. Sabiex titħares is-saħħa pubblika, l-awtoritajiet kompetenti pprojbixxew it-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti minħabba li kienu meqjusa bħala ta’ riskju. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stabbilit livell massimu Komunitarju għas-somma ta’ dijossini u PCBs simili għad-dijossin fil-fwied tal-ħut u prodotti pproċessati minnu sabiex titħares is-saħħa pubblika u tkun żgurata strateġija uniformi fis-suq intern. |
|
(5) |
Meta wieħed iqis il-proċess speċifiku ta’ tqegħid fil-laned tal-fwied tal-ħut, il-livell massimu stabbilit għal fwied tal-ħut frisk għandu japplika wkoll għal fwied tal-ħut ipproċessat. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fit-Taqsima 5 (Dijossini u PCBs) ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, jiżdied il-punt li ġej:
|
|
|
Livelli massimi |
|
|
Somma ta’ dijossini (WHO-PCDD/F-TEQ) |
Somma ta’ dijossini u PCBs simili għad-dijossin (WHO-PCDD/F-PCB-TEQ) |
||
|
“5.11 |
Fwied tal-ħut u prodotti derivati minnu għajr għal żjut mill-ħlejjaq tal-baħar imsemmija fil-punt 5.10 |
— |
25,0 pg/g piż imxarrab (32) (38) |
2. In-nota tal-qiegħ 34 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jinbidel b'dan li ġej:
|
“(34) |
Oġġetti ta’ l-ikel elenkati f’din il-kategorija kif definiti fil-kategoriji (a), (b), (c), (e) u (f) tal-lista fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, għajr għal fwied tal-ħut imsemmi fil-punt 5.11.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1126/2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 14).
(38) Fil-każ ta’ fwied tal-ħut fil-laned, il-livell massimu japplika għall-kontenut kollu tal-landa li jista’ jittiekel.”
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 566/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew anqas
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 121, il-punt (j) flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 113b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprevedi li, mill-1 ta’ Lulju 2008, il-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew anqas għandhom jiġu kummerċjalizzati skond ċerti kundizzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament, b'mod partikulari fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ l-annimali bovini f'kategoriji u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li għandhom jintużaw. Il-punt II ta’ l-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jeżiġi li, waqt il-qatla, l-annimali bovini kollha li għandhom 12-il xahar jew anqas għandhom jiġu kklassifikati f'waħda miż-żewġ kategoriji elenkati fl-Anness XIa għal dak ir-Regolament. Sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta u uniformi tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati li għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2008. |
|
(2) |
L-età ta’ l-annimal waqt il-qatla u d-deskrizzjoni tal-bejgħ għandha, f'kull stadju tal-produzzjoni u l-bejgħ, tkun indikata fuq it-tikketta, skond il-punt IV ta’ l-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Peress li d-daqs tal-prodotti li għandhom ikunu ttikkettati jvarja skond l-istadju tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, huwa neċessarju li jkun rekwiżit li l-indikazzjonijiet ta’ l-età u d-deskrizzjoni tal-bejgħ ikunu perfettament leġġibbli fuq it-tikketta. Barraminhekk, biex tkun żgurata t-trasparenza lejn il-konsumatur finali, l-indikazzjoni ta’ l-età ta’ l-annimal waqt il-qatla u d-deskrizzjoni tal-bejgħ għandhom ikunu ppreżentati fl-istess żona viżiva u fuq l-istess tikketta fil-mument li l-laħam jgħaddi għand il-konsumatur finali. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 121(j) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandu jkun stabbilit il-metodu prattiku ta’ kif tkun indikata l-ittra ta’ l-identifikazzjoni tal-kategorija msemmija fl-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għal finijiet ta’ kontroll, huwa neċessarju li jkun rekwiżit li l-ittra ta’ l-identifikazzjoni tal-kategorija tkun indikata fuq il-karkassa mill-iktar fis possibbli wara li jinqatel l-annimal bovin. |
|
(4) |
Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta ta’ l-Artikolu 113b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-operaturi f'kull stadju tal-produzzjoni u l-bejgħ għandhom jirreġistraw l-indikazzjonijiet ta’ kwalunkwe persuna li mingħandha jkunu ġew fornuti b'laħam ta’ l-annimali bovini. Filwaqt li din it-traċċabbiltà ta’ l-ikel hija żgurata fi ħdan il-Komunità bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (2), hija meħtieġa dispożizzjoni speċjali biex tiggarantixxi t-traċċabbiltà ta’ l-imsemmi laħam minn pajjiżi terzi. |
|
(5) |
Sabiex jivverifikaw l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 113b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u jinformaw lill-Kummissjoni dwarha, għandhom jitwettqu verifiki uffiċjali, li għandhom jinkludu wkoll is-superviżjoni tal-klassifikazzjoni ta’ l-annimali bovini fil-biċċeriji skond il-punt II ta’ l-Anness XIa għal dak ir-Regolament. Barraminhekk, l-awtoritajiet kompetenti, maħtura mill-Istati Membri għal dawn il-verifiki, għandhom ikunu jistgħu jiddelegaw xi ħidmiet tagħhom ta’ verifika lil korpi terzi indipendenti skond ċerti kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti. |
|
(6) |
L-operaturi kkonċernati għandhom jagħtu aċċess għall-postijiet tagħhom u għar-reġistri kollha biex l-esperti tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti, jew fin-nuqqas tagħhom korpi terzi indipendenti jkunu jistgħu jivverifikaw l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 113b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
|
(7) |
Il-punt VIII ta’ l-Anness XIa għar-Regolamnet (KE) Nru 1234/2007 jeżiġi li l-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas u importati minn pajjiżi terzi jkun biss ikkummerċjalizzat fil-Komunità skond dak ir-Regolament. Dan jirrikjedi li l-awtorità kompetenti maħtura mill-pajjiż terz ikkonċernat, jew fin-nuqqas ta’ dan, korp terz indipendenti, għandu japprova u jikkontrolla sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ l-annimali bovini, li tiggarantixxi r-rispett tad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament. |
|
(8) |
Korpi terzi indipendenti biss li huma akkreditati għal ċerti standards għandhom jitħallew jivverifikaw l-attivitajiet ta’ l-operaturi minn pajjiżi terzi li jixtiequ jikkummerċjalizzaw laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas fis-suq tal-Komunità. |
|
(9) |
Għandu jkun possibbli għall-Kummissjoni li titlob mingħand l-awtorità kompetenti jew il-korp terz indipendenti f'pajjiż terz l-informazzjoni kollha neċessarja biex tivverifika l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 113b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Regoli dettaljati dwar l-informazzjoni li għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni u l-komunikazzjoni tagħha mill-Kummissjoni lill-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti. Barraminhekk, fejn jitqies neċessarju, il-Kummissjoni għandha titħalla tagħmel verifiki fuq il-post fil-pajjiżi terzi skond ċerti kundizzjonijiet. |
|
(10) |
Fejn jinstabu każijiet repetuti ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward ta’ laħam importat, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, skond ċerti kundizzjonijiet, regoli speċifiki għall-importazzjoni ta’ dak il-laħam biex tiggarantixxi r-rispett ta’ l-Artikolu 113b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ta’ dan ir-Regolament u b'hekk tiżgura kundizzjonijiet tas-suq ugwali għal laħam prodott fil-Komunità jew importat minn pajjiżi terzi. |
|
(11) |
L-Istati Membri għandhom jinħtieġu jieħdu certi miżuri f'każ li jsibu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 113b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u jew ta’ dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas skond l-Artikolu 113b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Artikolu 2
Definizzjoni
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “awtorità kompetenti” ifisser l-awtorità ċentrali, ta’ l-Istat Membru kompetenti biex torganizza l-verifiki uffiċjali imsemmija fil-punt VII ta’ l-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew kwalunkwe awtorità oħra li ngħatat din il-kompetenza; għandu jinkludi wkoll, fejn hu xieraq, l-awtorità korrispondenti tal-pajjiż terz.
Artikolu 3
Kategoriji ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew anqas
Il-klassifikazzjoni fil-kategoriji msemmija fil-punt II ta’ l-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tkopri:
|
(a) |
Kategorija V: bovini mill-ġurnata tat-twelid sal-ġurnata li jagħlqu 8 xhur; |
|
(b) |
Kategorija Z: bovini mill-ġurnata wara li jagħlqu 8 xhur sal-ġurnata li jagħlqu 12-il xahar. |
Artikolu 4
Informazzjoni obbligatorja fuq it-tikketta
1. Minkejja d-dispożizzjonijiet fil-punt IV ta’ l-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, immedjatament kif jinqatlu, l-ittra ta’ l-identifikazzjoni tal-kategorija msemmija fil-punt II ta’ l-Anness XIa għal dak ir-Regolament għandha tkun indikata fuq in-naħa ta’ barra tal-karkassa bl-użu ta’ tikketti jew timbri.
It-tikketti għandhom ikollhom daqs ta’ mhux inqas minn 50 cm2. L-ittra ta’ l-identifikazzjoni tal-katekorija għandha tkun perfettament leġġibli fuq it-tikketta u alterazzjonijiet għandhom ikunu permessi biss kif stabbilit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament.
Fil-każ li jkunu wżati timbri, l-ittri għandhom ikunu mhux inqas minn żewġ ċentimetri twal. L-ittri għandhom ikunu ttimbrati direttament fuq wiċċ il-laħam bl-inka indelibbli.
It-tikketti jew it-timbri għandhom jiġu applikati fuq in-naħat ta’ wara fuq il-muskolu tal-ġenbejn fil-livell tar-raba’ għadma tas-sinsla u fuq in-naħat ta’ quddiem, fuq il-brisketta bejn 10 u 30 ċentimetru mit-tarf tal-qatgħa tal-isternum.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu pożizzjonijiet oħra fuq kull waħda mill-erba' partijiet sakemm jgħarrfu lill-Kummissjoni minn qabel. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.
2. L-indikazzjonijiet dwar l-età ta’ l-annimal bovin waqt il-qatla u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fil-punt IV ta’ l-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu:
|
(a) |
perfettament leġġibbli f'kull stadju tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni; |
|
(b) |
ippreżentati fl-istess żona viżiva u fuq l-istess tikketta fil-mument li l-laħam jgħaddi għand il-konsumatur finali. |
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli msemmija fil-punt IV ta’ l-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2009 u għandhom jinnotifikawha bla dewmien dwar kwalunkwe emendi għal dawn ir-regoli.
Artikolu 5
Reġistrazzjoni ta’ l-informazzjoni
Ir-reġistrazzjoni ta’ l-informazzjoni msemmija fil-punt VI ta’ l-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tinkludi wkoll indikazzjoni ta’ l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur responsabbli għall-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni preċedenti li mingħandu ġew fornuti bil-laħam imsemmi fil-punt I ta’ l-Anness XIa għal dak ir-Regolament.
Artikolu 6
Verifika uffiċjali
1. Il-kontrolli uffiċjali msemmija fil-punt VII ta’ l-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jinkludu wkoll is-supervizzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ l-annimali bovini fil-biċċeriji msemmija fil-punt II ta’ l-Anness XIa għal dak ir-Regolament.
2. Awtorità kompetenti tista’ biss tiddelega x-xogħol tagħha ta’ verifika kollu, jew parti minnu, lil korp jew korpi terzi indipendenti, jekk hemm prova li dak il-korp:
|
(a) |
għandu biżżejjed impjegati bil-kwalifiki u bl-esperjenza xierqa u |
|
(b) |
huwa imparzjali u ħieles minn kwalunkwe konflitt fir-rigward ta’ l-eżerċizzju tal-ħidmiet iddelegati lilu. |
B'mod partikolari, l-awtorità kompetenti tista’ biss tiddelega x-xogħol tagħha ta’ verifika meta dawn il-korpi terzi indipendenti huma akkreditati li jikkonformaw ma’ l-aħħar verżjoni nnotifikata ta’ l-Istandards Ewropej EN 45011 jew l-Gwida ISO 65 (Rekweziti ġenerali għall-korpi li jħaddmu sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti), ippubblikata fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
3. Awtorità kompetenti li tixtieq tiddelega l-ħidma tagħha ta’ verifika li xi korp jew korpi terzi indipendenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan. In-notifika għandha tindika:
|
(a) |
l-awtorità kompetenti li għandha l-intenzjoni li tiddelega xi ħidmiet ta’ verifika, u |
|
(b) |
il-korp jew il-korpi terzi indipendenti li lilhom se tiddelega dawn il-ħidmiet ta’ verifika. |
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Istati Membri n-notifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu.
4. Il-korp terz indipendenti li qed jagħmel ħidmiet ta’ verifika għandu:
|
(a) |
jikkomunika r-riżultati tal-verifiki magħmula lill-awtorità kompetenti fuq bażi regolari u kull meta l-awtorità kompetenti teżiġi hekk. Jekk ir-riżultati tal-verifiki jindikaw nuqqqas ta’ konformità, il-korp terz indipendenti għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti dwar dan; |
|
(b) |
jagħti aċċess lill-awtorità kompetenti għall-uffiċji u l-faċilitajiet tiegħu u jipprovdi kull informazzjoni u assistenza meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti għall-qadi ta’ dmirijietha. |
5. Awtorità kompetenti li tiddelega ħidmiet ta’ verifika lil korp terz indipendent, għandha, fuq bażi regolari, tissorvelja lil dak il-korp.
Jekk, b'riżultat ta’ dik is-sorveljanza, jidher li dan il-korp ikun naqas milli jwettaq kif xieraq il-ħidmiet ta’ verifika ddelegati lilu, l-awtortità kompetenti tista’ tirtira d-delega.
L-awtorità kompetenti għandha tirtira d-delega bla dewmien jekk il-korp terz indipendenti jonqos milli jieħu azzjoni ta’ rimedju f'waqtha u xierqa.
6. F'kull stadju tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, l-operaturi għandhom jagħtu aċċess f'kull ħin għall-postijiet u għar-reġistri kollha li jippruvaw it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 lill-esperti tal-Kummissjoni, lill-awtorità kompetenti u lill-korpi terzi indipendenti relevanti.
Artikolu 7
Laħam importat minn pajjiżi terzi
1. Għall-finijiet tal-punt VIII ta’ L-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-awtorità kompetenti maħtura minn pajjiż terz, jew fin-nuqqas ta’ dan, il-korp terz indipendenti msemmi fil-punt VIII ta’ l-Anness XIa għal dak ir-Regolament, għandhom japprovaw u jikkontrollaw sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ l-annimali bovini kkonċernati mill-ġurnata tat-twelid ta’ l-annimali. Sistema bħal din għandha tipprovdi informazzjoni affidabbli dwar l-età eżatta ta’ l-annimali għall-qatla u tagħti garanziji tar-rispett tal-punt VII ta’ l-Anness XIa għal dak ir-Regolament.
2. Il-korpi terzi indipendenti msemmija fil-punt VII ta’ l-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu akkreditati li jikkonformaw ma’ l-aħħar verżjoni nnotifikata ta’ l-Istandards Ewropej EN 45011 jew l-Gwida ISO 65 (Rekwiżiti ġenerali għall-korpi li jħaddmu sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti), ippubblikata fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
3. L-isem u l-indirizz, fejn possibbli bl-inkluzzjoni ta’ l-indirizz elettroniku u ta’ l-internet ta’ l-awtorità kompetenti jew il-korp terz indipendenti msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, bl-indikazzjoni ta’ kull operatur individwali li qegħdin jivverifikaw.
In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun magħmulha qabel li l-ewwel konsenja ta’ laħam ta’ kull operatur individwali tkun importata fil-Komunità u minn hemm 'il quddiem fi żmien xahar wara kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni nnotifikata.
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi n-notifiki msemmija fit-tieni subparagrafu lill-Istati Membri.
4. Fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jew fuq inizjattiva tagħha, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe mument titlob mingħand l-awtorità kompetenti jew il-korp terz indipendenti msemmi fil-paragrafu 1 biex jagħtu l-informazzjoni kollha neċessarja biex tiggarantixxi t-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Il-Kummissjoni tista’ teżiġi wkoll minn pajjiż terz li jawtorizza lir-rappreżentanti tal-Kummissjoni biex iwettqu, fejn hu meħtieġ, verifiki fuq il-post f'dak il-pajjiż terz. Dawn il-verifiki għandhom jitwettqu flimkien ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz u fejn applikabbli mal-korp terz indipendenti.
5. Fejn, fir-rigward ta’ laħam importat minn pajjiżi terzi, jinstabu każijiet speċifiċi ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tistabbilixxi kundizzjonijiet fuq l-importazzjoni speċifika, każ b'każ u strettament fuq bażi temporanja, wara konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati biex jippermettu l-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Notifiki tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u l-miżuri ta’ segwetu
1. Meta Stat Membru jikkunsidra li l-laħam imsemmi fil-punt I ta’ l-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u li ġej minn Stat Membru ieħor ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew f'dan ir-Regolament, għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru u lill-Kummissjoni.
2. Meta Stat Membru għandu evidenza li laħam importat minn pajjiż terz kif imsemmi fil-punt VIII ta’ l-Anness XIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew f'dan ir-Regolament, għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra skond il-każ.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura u azzjoni meħtieġa biex isolvu n-nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jeżiġu t-tneħħija mis-suq tal-laħam ikkonċernat sakemm ikun ittikkettjat f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Kull meta ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u dan ir-Regolament jipprevedu notifiki għall-Kummissjoni, dawn in-notifiki għandhom ikunu indirizzati lil:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat Ġenerali għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali |
|
Feks: +32-2-295 33 10 |
|
Indirizz elettroniku: agri-bovins@ec.europa.eu |
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 470/2008 (ĠU L 140, 30.5.2008, p. 1).
(2) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 567/2008
tas-17 ta’ Ġunju 2008
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju fiż-żoni IIIa u IV ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa, IIIb, IIIċ u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008. |
|
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), kif ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.
(3) ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 446/2008 (ĠU L 134, 23.5.2008, p. 11).
ANNESS
|
Nru |
12/T&Q |
|
Stat Membru |
SWE |
|
Stokk |
POK/2A34 |
|
Speċi |
Pollakkju (Pollachius virens) |
|
Żona |
IIIa u IV; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa, IIIb, IIIċ u IIId |
|
Data |
26.5.2008 |
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 568/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 527/2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), ir-raba' subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 huma stabbiliti, mit-13 ta' Ġunju 2008, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 527/2008 (2). |
|
(2) |
Fid-dawl ta' l-informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni għandha f'idejha, partikularment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tibdil li sar fir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tas-suq intern u dawk tas-suq dinji, huwa f'loku li r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni li bħalissa qegħdin fis-seħħ jiġu addattati kif xieraq. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ illi r-Regolament (KE) Nru 527/2008 jiġi emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 527/2008 huwa ssostitwit bit-test imniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.
ANNESS
Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mid-19 ta’ Ġunju 2008
|
Il-kodiċi tal-prodott |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjoni |
|||||||||
|
1701 11 90 9100 |
S00 |
EUR/100 kg |
25,16 (1) |
|||||||||
|
1701 11 90 9910 |
S00 |
EUR/100 kg |
23,59 (1) |
|||||||||
|
1701 12 90 9100 |
S00 |
EUR/100 kg |
25,16 (1) |
|||||||||
|
1701 12 90 9910 |
S00 |
EUR/100 kg |
23,59 (1) |
|||||||||
|
1701 91 00 9000 |
S00 |
EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,2735 |
|||||||||
|
1701 99 10 9100 |
S00 |
EUR/100 kg |
27,35 |
|||||||||
|
1701 99 10 9910 |
S00 |
EUR/100 kg |
25,65 |
|||||||||
|
1701 99 10 9950 |
S00 |
EUR/100 kg |
25,65 |
|||||||||
|
1701 99 90 9100 |
S00 |
EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,2735 |
|||||||||
|
NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:
|
||||||||||||
(*1) Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.
(1) Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Ġunju 2008
li taħtar membru tar-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2008/459/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern tar-Renju Unit,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta' Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010. |
|
(2) |
Wara r-riżenja tas-Sur Conor MURPHY sar vakanti post ta' membru wieħed fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Roger KNOX, Membru ta' l-East Lothian Council, huwa b' dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fil-Lussemburgu, 6 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VIZJAK
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Ġunju 2008
li taħtar membru Irlandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2008/460/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Irlandiż,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti għall-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1). |
|
(2) |
Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara l-iskadenza tal-mandat tas-Sinjura Maria CORRIGAN, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur John LAHART, Membru ta’ South Dublin County Council, huwa b'dan maħtur membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jibqa' sejjer sal-25 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fil-Lussemburgu, 6 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VIZJAK
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Ġunju 2008
li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2008/461/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1). |
|
(2) |
Post ta’ membru supplenti sar battal wara r-riżenja tas-Sur Pedro MOYA MILANÉS. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Enrique OJEDA VILA, Secretario General de Acción Exterior, Andalucía, huwa maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fil-Lussemburgu, 16 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
Kummissjoni
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Ġunju 2008
li teħles lill-Bulgarija, lis-Slovakkja u lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward ta’ Galega orientalis Lam.
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2664)
(It-testi bil-Bulgaru, bis-Slovakk u bl-Ingliż biss huma awtentiċi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/462/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha,
Wara li kkunsidrat it-talbiet ippreżentati mill-Bulgarija, mis-Slovakkja u mir-Renju Unit,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 66/401/KEE l-Kummissjoni tista’, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, teħles Stat Membru mill-obbligi għat-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf stabbiliti f’dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-Bulgarija, is-Slovakkja u r-Renju Unit applikaw għal ħelsien mill-obbligi tagħhom fir-rigward ta’ Galega orientalis Lam. |
|
(3) |
Iż-żerriegħa ta’ din l-ispeċi mhix normalment prodotta mill-ġdid jew imqiegħda fis-suq fil-Bulgarija, fis-Slovakkja u fir-Renju Unit. Barra minn hekk, it-tkabbir ta’ Galega orientalis Lam huwa ta’ importanza ekonomika minima fil-pajjiżi msemmija hawn fuq. |
|
(4) |
Sakemm jibqgħu dawn il-kundizzjonijiet, l-Istati Membri rilevanti għandhom jinħelsu mill-obbligu li japplikaw id-dispożizzjoni tad-Direttiva 66/401/KEE għall-materjal ikkonċernat. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Bulgarija, is-Slovakkja u r-Renju Unit huma meħlusa mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 66/401/KEE, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 14(1), għall-ispeċi Galega orientalis Lam.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tas-Slovakkja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/72/KE (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 37).
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Ġunju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2483)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/463/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/994/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (2) tapplika għall-prodotti kollha li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina u li huma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem jew għall-għalf ta’ l-annimali. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fil-parti II ta’ l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni li huma akkompanjati b’dikjarazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti Ċiniża li tistqarr li kull konsenja kienet soġġetta, qabel ma ntbagħtet, għal test kimiku biex ikun żgurat li l-prodotti ikkonċernati ma jippreżentawx xi periklu għal saħħet il-bniedem. Dan it-test għandu jitwettaq, b’mod partikolari, bil-ħsieb li tiġi osservata l-preżenza ta’ chloramphenicol u nitrofuran u l-metaboliti tiegħu. |
|
(3) |
Minkejja dan, fil-prodotti tas-sajd ta’ l-akkwakultura impurtati miċ-Ċina issa ġew żvelati residwi ta’ malachite green u crystal violet. Għalhekk l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/994/KE għandu jiġi emendat sabiex jinkludi l-ittestjar tal-prodotti tas-sajd ta’ l-akkwakultura għal dawk is-sustanzi. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jingħata perjodu tranżizzjonali għall-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tas-sajd ta’ l-akkwakultura li mhumiex akkumpanjati mir-riżultati tat-test għar-residwi ta’ malachite green u crystal violet, bil-kondizzjoni li l-Istati Membri jiżguraw li dawk il-kunsinni jsirulhom testijiet mal-wasla tagħhom fil-Komunità. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2002/994/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 2002/994/KE jinbidel bit-test li ġej:
“Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kunsinni tal-prodotti elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness akkumpanjati minn dikjarazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti Ċiniża li tistqarr li kull konsenja kienet soġġetta, qabel intbagħtet, għal test kimiku sabiex ikun żgurat li l-prodotti ikkonċernati ma jippreżentawx xi periklu għas-saħħa ta’ l-annimali jew tal-bniedem. Dan it-test kimiku għandu jitwettaq b’mod partikolari, bil-ħsieb li jiżvela l-preżenza ta’ chloramphenicol u nitrofuran u l-metaboliti tiegħu fil-prodotti kollha elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness. Barra minn dan, il-prodotti tas-sajd ta’ l-akkwakultura msemmija fil-Parti II ta’ l-Anness għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza ta’ malachite green u crystal violet u l-metaboliti tagħhom. Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet kimiċi għandhom jiġu inklużi f’dik id-dikjarazzjoni.”
Artikolu 2
1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd ta’ l-akkwakultura miċ-Ċina li mhumiex akkumpanjati bir-riżultati tat-test kimiku għall-preżenza ta’ malachite green u crystal violet u l-metaboliti tagħhom għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt ġimgħat mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni bil-kondizzjoni li l-Istat Membru importatur jiżgura li kull wieħed mill-prodotti jgħaddi minn test għall-preżenza ta’ malachite green u crystal violet u l-metaboliti tagħhom.
2. In-nefqa kollha mġarrba fl-applikazzjoni ta’ l-ittestjar previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ddebitata lill-kunsinnatur, id-destinatarju jew l-aġent ta’ wieħed minnhom.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(2) GU L 348, 21.12.2002, p. 154. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/573/KE (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 41).
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Kummissjoni
|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/36 |
RAKKOMANDAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Mejju 2008
dwar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Żingu, Klorur taż-żingu, Distearat taż-żingu
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2329)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/464/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta’ prijorità għall-valutazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2268/95 tas-27 ta’ Settembru 1995 li jikkonċerna t-tieni lista ta’ sustanzi ta’ prijorità kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (2):
|
|
(2) |
L-Istat Membru rapporteur maħtur skond dan ir-Regolament tal-Kummissjoni temm l-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem u għall-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta’ Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta’ materjali eżistenti (3) u ssuġġerixxa strateġija biex ikunu limitati r-riskji skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93. |
|
(3) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER) kienu kkonsultati u ħarġu opinjonijiet dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju li saru mir-rapporteur. L-opinjonijiet ġew ippubblikati fuq il-websajt ta’ dawk il-Kumitati Xjentifiċi. |
|
(4) |
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u aktar riżultati ta’ l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji huma stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni korrispondenti (4). |
|
(5) |
Huwa xieraq, abbażi tal-valutazzjoni, li jiġu rakkomandati miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi koperti b’din ir-Rakkomandazzjoni u l-Komunikazzjoni. |
|
(6) |
Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li għalihom tipprovdi din ir-rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, |
B’DAN TIRRAKKOMANDA:
TAQSIMA 1
ŻINGU
(CAS Nru 7440-66-6; Einecs Nru 231-175-3);
KLORUR TAŻ-ŻINGU
(CAS Nru 7646-85-7; Einecs Nru 231-592-0);
DISTEARAT TAŻ-ŻINGU
(CAS Nru 557-05-1 u 91051-01-3; Einecs Nru 209-151-9 u 293-049-4)
Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ambjent (1, 2, 3, 4, 5)
|
(1) |
Għall-baċiri tax-xmajjar fejn l-emissjonijiet taż-żingu jistgħu jikkawżaw riskju, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu standards ta’ kwalità ambjentali (minn hawn 'il quddiem “EQS”). Il-miżuri nazzjonali għat-tnaqqis tat-tniġġis biex jintlaħqu dawk l-EQS fl-2015 għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(2) |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’tagħrif dwar il-kontribut tas-sorsi u tal-passaġġi taż-żingu lill-ambjent akkwatiku, dwar kontrolli possibbli u wkoll dwar il-livelli taż-żingu fl-ambjent akkwatiku, sabiex tiġi kkunsidrata l-possibilità ta’ l-inklużjoni taż-żingu fir-reviżjoni li jmiss ta’ l-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE. |
|
(3) |
L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati, fil-permessi maħruġa taħt id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, valuri tal-limitu għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar iż-żingu u l-komposti taż-żingu sabiex l-installazzjonijiet ikkonċernati joperaw skond l-aqwa metodi disponibbli (minn hawn ’il quddiem “BAT”) waqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-installazzjonijiet ikkonċernati, il-pożiżżjoni ġeografika u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali tagħhom. |
|
(4) |
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward iż-żingu u l-komposti taż-żingu u jirraportaw kwalunkwe żvilupp importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-BAT. |
|
(5) |
L-emissjonijiet lokali fl-ambjent għandhom, fejn ikun neċessarju, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jiżguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent. |
TAQSIMA 2
DESTINATARJI
|
(6) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. |
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament Nru 1882/2003 (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 231, 28.9.1995, p. 18.
(3) ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.
(4) ĠU C 154, 19.6.2008, p. 1.
(5) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2008/32/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 60).