ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
11 ta' Ġunju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 515/2008 ta' l-10 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2008 ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 184/2007, (KE) Nru 243/2007, (KE) Nru 1142/2007, (KE) Nru 1380/2007 u (KE) Nru 165/2008 fir-rigward tat-termini ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi għal użu ta’ nutriment għall-annimali ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2008 ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 fir-rigward tad-determinazzjoni tad-daqs tal-malja u l-assessjar tal-ħxuna ta’ l-ispag tax-xbieki tas-sajd

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 518/2008 ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008 li jiddefinixxi, għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammont ta’ l-għajnuna għall-ħżin taż-żbib u t-tin imqadded mhux ipproċessat

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 519/2008 ta' l-10 ta' Ġunju 2008 li japprova emendi minuri lill-ispeċifikazzjonijiet ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Volailles de Loué (IĠP))

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 520/2008 tad-9 ta’ Ġunju 2008 li jipprojbixxi s-sajd għar-roundnose grenadier fiż-żoni Vb, VII u VII ta' l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

31

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill u Kummissjoni

 

 

2008/429/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

33

 

 

2008/430/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

35

 

 

Kunsill

 

 

2008/431/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2008 li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jirratifikaw, jew jaderixxu ma’, fl-interess tal-Komunità Ewropea, Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal u li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jagħmlu dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli interni rilevanti tal-liġi Komunitarja

36

Konvenzjoni fuq il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, Rikonoxximent, Infurzar u Kooperazzjoni dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal

39

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/432/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (titlu mhux uffiċjali) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1937)  ( 1 )

49

 

 

2008/433/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008 li timponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ żejt tal-ġirasol li joriġina jew li jiġi kkunsinjat mill-Ukraina minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni miż-żejt minerali (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2709)  ( 1 )

55

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 515/2008

ta' l-10 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-10 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

60,9

MK

36,7

TR

67,5

ZZ

55,0

0707 00 05

JO

162,5

MK

23,0

TR

118,6

ZZ

101,4

0709 90 70

TR

103,8

ZZ

103,8

0805 50 10

AR

125,8

EG

150,8

TR

129,5

US

176,3

ZA

143,1

ZZ

145,1

0808 10 80

AR

100,9

BR

84,9

CL

98,0

CN

87,2

MK

50,7

NZ

106,4

US

125,6

UY

152,2

ZA

85,6

ZZ

99,1

0809 10 00

TR

195,6

US

317,3

ZZ

256,5

0809 20 95

TR

492,1

US

400,6

ZZ

446,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 516/2008

ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 184/2007, (KE) Nru 243/2007, (KE) Nru 1142/2007, (KE) Nru 1380/2007 u (KE) Nru 165/2008 fir-rigward tat-termini ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi għal użu ta’ nutriment għall-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

BASF Aktiengesellschaft bagħtet applikazzjoni skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fejn tipproponi li jinbidel isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (2), (KE) Nru 184/2007 (3), (KE) Nru 243/2007 (4), (KE) Nru 1142/2007 (5), (KE) Nru 1380/2007 (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 165/2008 (7).

(2)

Dawn ir-Regolamenti jawtorizzaw l-użu ta’ ċerti addittivi. L-awtorizzazzjoni hija marbuta mad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni. Fil-każijiet kollha d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni huwa BASF Aktiengesellschaft.

(3)

L-applikant isostni li BASF Aktiengesellschaft inbidel għal BASF SE b'effett mill-14 ta’ Jannar 2008 u li BASF SE hija l-istess intrapriża u issa hija l-proprjetarja tad-drittijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dawn l-addittivi. L-applikant bagħat dokumenti xierqa li jappoġġjaw il-pretensjonijiet tiegħu.

(4)

Il-bidla proposta tat-termini ta’ l-awtorizzazzjonijiet hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid ta’ l-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel ġiet infurmata bl-applikazzjoni.

(5)

Biex l-applikant jisfrutta d-drittijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu taħt l-isem BASF SE mill-14 ta’ Jannar 2008, hemm bżonn li jinbidlu t-termini ta’ l-awtorizzazzjonijiet b'effett minn din id-data.

(6)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 184/2007, (KE) Nru 243/2007, (KE) Nru 1142/2007 u (KE) Nru 1380/2007 għandhom għalhekk ikunu emendati skond dan.

(7)

Huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju li matulu l-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw kollha.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1200/2005, fil-kolonna 2 ta’ l-annotazzjoni għal 1, il-kliem “BASF Aktiengesellschaft” jinbidlu bil-kliem “BASF SE”.

2.   Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 184/2007, fil-kolonna 2 ta’ l-annotazzjoni għal 4d800, il-kliem “BASF Aktiengesellschaft” jinbidlu bil-kliem “BASF SE”.

3.   Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 243/2007, fil-kolonna 2 ta’ l-annotazzjoni għal 4a1600, il-kliem “BASF Aktiengesellschaft” jinbidlu bil-kliem “BASF SE”.

4.   Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1142/2007, fil-kolonna 2 ta’ l-annotazzjoni għal 4a1600, il-kliem “BASF Aktiengesellschaft” jinbidlu bil-kliem “BASF SE”.

5.   Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1380/2007, fil-kolonna 2 ta’ l-annotazzjoni għal 4a62, il-kliem “BASF Aktiengesellschaft” jinbidlu bil-kliem “BASF SE”.

6.   Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 165/2008, fil-kolonna 2 ta’ l-annotazzjoni għal 4a1600, il-kliem “BASF Aktiengesellschaft” jinbidlu bil-kliem “BASF SE”.

Artikolu 2

Il-ħażniet eżistenti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sal-31 ta’ Ottubru 2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-14 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1445/2006 (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 22).

(3)  ĠU L 63, 1.3.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 73, 13.3.2007, p. 4.

(5)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 20.

(6)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 21.

(7)  ĠU L 50, 23.2.2008, p. 8.


11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 517/2008

ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 fir-rigward tad-determinazzjoni tad-daqs tal-malja u l-assessjar tal-ħxuna ta’ l-ispag tax-xbieki tas-sajd

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 jistabbilixxi miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni li japplikaw għall-qbid u l-ħatt ta’ riżorsi tas-sajd f’ilmijiet marittimi, taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri. Fost l-oħrajn, ir-Regolament jipprovdi li għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-kejl tal-ħxuna ta’ l-ispag, kif ukoll għad-determinazzjoni tad-daqs tat-toqob tax-xbieki tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 129/2003 ta’ l-24 ta’ Jannar 2003 li jippreskrivi regoli dettaljati biex jiġi stabbilit id-daqs tal-malji u l-ħxuna ta’ l-ispag tax-xbiek tas-sajd (2) fih ċerti regoli tekniċi li jirrigwardaw l-użu ta’ strumenti ta’ kejl għad-determinazzjoni tad-daqs tal-malja u l-ħxuna ta’ l-ispag tax-xbieki tas-sajd. Madankollu, l-użu attwali ta’ dawn l-istrumenti ta’ kejl mill-ispetturi tas-sajd f’ċerti każijiet wassal għal nuqqas ta’ qbil bejn l-ispetturi tas-sajd u s-sajjieda, minħabba l-metodi ta’ kejl u r-riżultati, li jistgħu jvarjaw skond kif jintużaw tali strumenti ta’ kejl.

(3)

Barra minn hekk, avvanzi tekniċi reċenti marbutin ma’ l-izvilupp ta’ strumenti għad-determinazzjoni tad-daqs tal-malja tax-xbieki tas-sajd żiedu l-preċiżjoni tagħhom. Jixraq li ssir dispożizzjoni għall-użu ta’ dawn l-istrumenti mtejba mill-ispetturi tas-sajd Komunitarji u nazzjonali. B’hekk, l-użu ta’ l-istrumenti ta’ kejl il-ġodda għandu jkun obbligatorju għall-ispetturi tas-sajd Komunitarji u ta’ l-Istati Membri, u dawn l-istrumenti għandhom ikunu mmarkati bħala “strument ta’ kejl KE”.

(4)

Għall-iskopijiet tal-proċedura ta’ kontroll, jeħtieġ li jiġu speċifikati t-tipi ta’ strumenti ta’ kejl li għandhom jintużaw, kif għandhom jintużaw, kif għandhom jintgħażlu l-malji għall-kejl, il-metodu li bih kull wieħed minnhom għandu jitkejjel, kif id-daqs tal-malji tax-xibka għandu jiġi kkalkolat, il-proċedura għall-għażla ta’ spag tal-malji għall-assessjar tal-ħxuna ta’ l-ispag, u biex tiġi deskritta s-sekwenza tal-proċedura ta’ l-ispezzjoni.

(5)

Fejn is-sid ta’ bastiment jikkontesta r-riżultat ta’ kejl matul proċess ta’ spezzjoni, għandha ssir dispożizzjoni għal kejl mill-ġdid u finali.

(6)

Għal skopijiet ta’ ċarezza fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, ir-Regolament (KE) Nru 129/2003 għandu jiġi revokat u jiġi sostitwit minn dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għar-Riżorsi tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U TIFSIRIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 850/98 fir-rigward tad-determinazzjoni tad-daqs tal-malja u l-assessjar tal-ħxuna ta’ l-ispag tax-xbieki tas-sajd mill-ispetturi Komunitarji u nazzjonali.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a)

“strument ta’ kejl tal-malja” tfisser strument ta’ kejl tal-malja b’żewġ ponot, li japplika awtomatikament fuq il-malji forzi lonġitudinali ta’ bejn 5 u 180 Newton (N), bi preċiżjoni ta’ 1 N;

(b)

“irkaptu attiv” tfisser kull irkpatu tas-sajd li jirrekjedi l-moviment attiv tiegħu għall-operazzjoni tal-qbid, u jinkludi partikolarment irkaptu miġbud, irkaptu tat-tidwir, irkaptu tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u xbieki oħra simili li jinġibdu;

(ċ)

“irkaptu passiv” tfisser kull irkaptu tas-sajd li ma jirrekjedix il-moviment attiv tiegħu għall-operazzjoni tal-qbid, u jinkludi għeżula, xbieki tat-tħabbil, pariti, xbieki tan-nassa, xolfa u nases;

(d)

“direzzjoni-N” tfisser għax-xbieki bl-għoqod: id-direzzjoni perpendikulari għall-orjentament ġenerali tal-ħjut tax-xbieki, kif muri fl-Anness I;

(e)

“direzzjoni-T” tfisser:

(i)

for knotted netting: id-direzzjoni parallela għall-orjentament ġenerali tal-ħjut tax-xbieki, kif muri fl-Anness I;

(ii)

for knotless netting: id-direzzjoni perpendikulari għad-direzzjoni-N;

(f)

“daqs tal-malja” tfisser:

(i)

for knotted netting: l-itwal distanza bejn żewġ għoqdiet opposti fl-istess malja meta din tkun mifruxa għalkollox, kif muri fl-Anness I;

(ii)

for knotless netting: id-distanza ta’ ġewwa bejn il-ġonot opposti fl-istess malja meta din tkun mifruxa għalkollox tul l-itwal assi possibbli tagħha;

(ġ)

“malja f’forma ta” maqrut’ tfisser malja kif murija fil-Figura 1 ta’ l-Anness II, magħmula minn erba’ vireg ta’ l-istess tul, fejn iż-żewġ djagonali tal-malja huma perpendikulari għal xulxin, u wieħed mid-djagonali huwa parallel għall-assi lonġitudinali tax-xibka, kif muri fil-Figura 2 ta’ l-Anness II;

(g)

“malja kwadra” tfisser malja b’erba’ naħat magħmula minn żewġ settijiet ta’ vireg paralleli ta’ l-istess tul, fejn sett wieħed huwa parallel għall-assi lonġitudinali tax-xibka, u s-sett l-ieħor huwa perpendikulari għall-istess assi;

(għ)

“malja T90” tfisser malja f’forma ta’ maqrut magħmula minn xbieki bll-għoqod, kif muri fil-Figura 1 ta’ l-Anness II, imtellgħa sabiex id-direzzjoni-T tax-xbieki hija parallela għall-assi lonġitudinali tax-xibka.

KAPITOLU II

STRUMENTI TA’ KEJL KE

Artikolu 3

Strumenti ta’ kejl tal-malja u tal-ħxuna ta’ l-ispag

1.   Għad-determinazzjoni tad-daqs tal-malja u tal-ħxuna ta’ l-ispag tax-xbieki tas-sajd, l-ispetturi Komunitarji u nazzjonali għandhom jużaw l-istrumenti ta’ kejl tal-malji u tal-ħxuna ta’ l-ispag li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li japplikaw għall-istrument ta’ kejl tal-malja jingħataw fl-Anness III.

3.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li japplikaw għall-istrument ta’ kejl tal-ħxuna ta’ l-ispag jingħataw fl-Anness IV.

4.   L-istrumenti ta’ kejl tal-malja u tal-ħxuna ta’ l-ispag imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mmarkati bħala “strument ta’ kejl KE”, u ċċertifikati mill-manifattur bħala konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija rispettivament fil-paragrafi 2 u 3.

5.   L-istrumenti ta’ kejl tal-malja u tal-ħxuna ta’ l-ispag li jinbiegħu jew jiġu ddistribwiti għall-użu minn entitajiet jew persuni barra mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sajd ma għandhomx jiġu mmarkati bħala “strument ta’ kejl KE”.

Artikolu 4

Strumenti ta’ kalibrazzjoni għall-istrument ta’ kejl tal-malja

Il-piżijiet ikkalibrati ta’ prova u l-pjanċa ta’ kejl ikkalibrata ta’ prova pprovduti fil-Figura 1 ta’ l-Anness V għandhom ikunu ċċertifikati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom ikunu mmarkati “KE”.

Artikolu 5

L-ittestjar ta’ l-istrumenti ta’ kejl tal-malja

Il-preċiżjoni ta’ l-istrument ta’ kejl tal-malja għandha tkun ivverifikata billi:

(a)

jiddaħħlu l-ponot ta’ l-istrument ta’ kejl fl-islotts tal-pjanċa kkalibrata ta’ prova, kif provdut fil-Figura 1 ta’ l-Anness V;

(b)

jiddendlu l-piżijiet ikkalibrati ta’ prova mill-ponta fissa, kif provdut fil-Figura 2 ta’ l-Anness V.

KAPITOLU III

ID-DETERMINAZZJONI TAD-DAQS TAL-MALJA

Artikolu 6

Għażla tal-malji fl-irkaptu attiv

1.   L-ispettur għandu jagħżel sensiela ta’ 20 malja konsekuttivi mix-xibka, fid-direzzjoni li ġejja:

(a)

għall-malji kwadri u f’forma ta’ maqrut, fid-direzzjoni ta’ l-assi lonġitudinali tax-xibka,

(b)

għall-malji T90, fid-direzzjoni perpendikulari għall-assi lonġitudinali tax-xibka.

2.   Ma għandhomx jitkejlu l-malji li jinsabu inqas minn tliet malji ‘l bogħod mill-ħaxja, mill-qfieli, mill-ħbula jew mill-codline. Din id-distanza għandha titkejjel perpendikularment għall-qfieli, għall-ħbula jew għall-codline, bix-xibka stirata fid-direzzjoni ta’ dak il-kejl. Ma għandhomx jitkejlu l-malji miksura jew imsewwija, jew li jkollhom twaħħil max-xibka f’dik il-malja.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-malji li għandhom jitkejlu ma jeħtiġux li jkunu konsekuttivi jekk l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jipprevjeni dan.

Artikolu 7

Għażla tal-malji fl-irkaptu passiv

1.   L-ispettur għandu jagħżel 20 malja mix-xibka. Fil-każ li x-xibka jkollha malji ta’ qisien differenti, il-malji għandhom jintgħażlu mill-parti tax-xibka li għandha l-iżgħar malji.

2.   Fl-għażla tal-malji skond il-paragrafu 1, ma għandhomx jinkludu l-malji li ġejjin:

(a)

malji li jinsabu fil-parti ta’ fuq, ta’ taħt jew fil-ġenb ta’ ħaxja;

(b)

malji li jinsabu inqas minn tliet malji ‘l bogħod mill-qfieli u l-ħbula;

(ċ)

malji miskura jew imsewwija.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet ġenerali għat-tħejjija u l-tħaddim ta’ l-istrumenti ta’ kejl tal-malji

L-istrument ta’ kejl tal-malji:

(a)

għandu jitħejja skond l-Anness VI; u

(b)

għandu jitħaddem skond l-Anness VII.

Artikolu 9

It-tħaddim ta’ l-istrument ta’ kejl għall-malji f’forma ta’ maqrut u l-malji T90

Fil-kejl tal-malji f’forma ta’ maqrut u l-malji T90:

(a)

għax-xbieki bl-għoqod u mingħajr għoqod fejn tista’ tiġi ddeterminata d-direzzjoni-N, ix-xbieki għandhom ikunu stirati fid-direzzjoni-N tal-malji, kif muri fl-Anness VII;

(b)

għax-xbieki mingħajr għoqod fejn ma tistax tiġi ddeterminata d-direzzjoni-N, għandu jitkejjel l-itwal assi tal-malja.

Artikolu 10

It-tħaddim ta’ l-istrument ta’ kejl għall-malji kwadri

1.   Fil-kejl ta’ panew ta’ malja kwadra, ix-xbieki għandhom ikunu stirati l-ewwel fid-direzzjoni tad-djagonali waħda tal-malja u mbagħad fid-direzzjoni djagonali l-oħra, kif muri fl-Anness VIII.

2.   Il-proċedura stipulata fl-Anness VI għandha tapplika għall-kejl ta’ kull direzzjoni djagonali tal-malja kwadra.

Artikolu 11

Kundizzjonijiet ta’ kejl

Ix-xbieki għandhom jitkejlu biss meta jkunu mxarrbin u mhux inġazzati.

Artikolu 12

Il-kejl tad-daqs ta’ kull malja magħżula

1.   Id-daqs ta’ kull malja għandu jkun id-distanza bejn ix-xfar ta’ barra tal-ponot ta’ l-istrument ta’ kejl fil-punt fejn il-ponta mobbli titwaqqaf.

2.   Fejn ikun hemm differenza fil-qies bejn id-djagonali ta’ malja kwadra individwali, għandu jintuża l-akbar djagonali.

Artikolu 13

Id-determinazzjoni tad-daqs tal-malja tax-xibka

Id-daqs tal-malja tax-xibka għandu jiġi ddeterminat bħala l-valur medju, muri mill-istrument ta’ kejl, tas-sensiela ta’ 20 malja magħżula.

Artikolu 14

Id-determinazzjoni tad-daqs tal-malja fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil

1.   Jekk is-sid ta’ bastiment tas-sajd jikkontesta r-riżultat tad-determinazzjoni tad-daqs tal-malja mwettqa skond l-Artikolu 13, għandhom jintgħażlu u jitkejlu 20 malja f’parti oħra tax-xibka, skond l-Artikoli 6 sa 12.

2.   Id-daqs tal-malja għandu jiġi ddeterminat bħala l-valur medju, muri mill-istrument ta’ kejl, ta’ l-40 malja kollha mkejla. Ir-riżultat muri mill-istrument ta’ kejl għandu jkun finali.

KAPITOLU IV

L-ASSESSJAR TAL-ĦXUNA TA’ L-ISPAG

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-għażla ta’ l-ispag

1.   L-ispettur għandu jagħżel malji minn kwalunkwe parti tax-xibka suġġetta għal ħxuna massima permessa ta’ spag.

2.   Ma għandux jintgħażel spag f’malji miksura jew imsewwija.

Artikolu 16

Għażla ta’ spag fi xbieki b’malji f’forma ta’ maqrut

L-ispag fi xbieki b’malji f’forma ta’ maqrut għandu jintgħażel kif ġej, u kif muri fl-Anness VIII:

(a)

fil-każ ta’ xibka bi spag waħdieni, għandu jintgħażel l-ispag fin-naħat opposti ta’ 10 malji;

(b)

fil-każ ta’ xibka bi spag doppju, għandha tintgħażel kull spaga fin-naħat opposti ta’ 5 malji.

Artikolu 17

Għażla ta’ spag fi xbieki b’malji kwadri

L-ispag fi xbieki b’malji kwadri għandu jintgħażel kif ġej, u kif muri fl-Anness VIII:

(a)

fil-każ ta’ xibka bi spag waħdieni, għandu jintgħażel l-ispag fuq naħa waħda biss ta’ 20 malja, bl-istess naħa magħżula f’kull malja;

(b)

fil-każ ta’ xibka bi spag doppju, għandha tintgħażel kull spaga fuq naħa waħda biss ta’ 10 malji, bl-istess naħa magħżula f’kull malja.

Artikolu 18

Għażla ta’ l-istrument ta’ kejl tal-ħxuna ta’ l-ispag

L-ispettur għandu juża strument ta’ kejl b’toqba tonda b’dijametru ekwivalenti għall-ħxuna massima permessa ta’ spag għall-parti tax-xibka kkonċernata.

Artikolu 19

Kundizzjonijiet ta’ assessjar

L-ispag għandu jiġi assessjat meta ma jkunx inġazzat.

Artikolu 20

L-assessjar tal-ħxuna ta’ kull spaga magħżula

Fejn il-ħxuna ta’ l-ispag tipprevjeni l-għeluq tal-ponot ta’ l-istrument ta’ kejl, jew fejn l-ispag ma jgħaddix faċilment minn ġot-toqba meta jingħalqu l-ponot, l-assessjar tal-ħxuna ta’ spaga għandu jiġi nnotat mill-ispettur bħala stima negattiva (–).

Artikolu 21

L-assessjar tal-ħxuna ta’ l-ispag

1.   Jekk jiġu nnotati aktar minn ħames stimi negattivi (–) mill-20 spaga magħżula skond l-Artikolu 20, l-ispettur għandu jerġa’ jagħżel u jassessja 20 spaga oħra skond l-Artikoli 15 sa 20.

2.   Jekk jinstabu aktar minn 10 stimi negattivi (–) mit-total ta’ 40 spaga magħżula, il-ħxuna ta’ l-ispag għandha titqies li teċċedi l-ħxuna massima permessa ta’ l-ispag għal dik il-parti tax-xibka.

Artikolu 22

L-assessjar tal-ħxuna ta’ l-ispag fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil

1.   Jekk sid il-bastiment jikkontesta r-riżultat ta’ l-assessjar tal-ħxuna ta’ l-ispag imwettaq skond l-Artikolu 21, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-ispettur għandu jerġa’ jagħżel 20 spaga differenti fl-istess parti tax-xibka. Jekk jinstabu aktar minn ħames stimi negattivi (–) mit-total ta’ 20 spaga magħżula, il-ħxuna ta’ l-ispag għandha titqies li teċċedi l-ħxuna massima permessa ta’ l-ispag għal dik il-parti tax-xibka. Ir-riżultat ta’ dak l-assessjar għandu jkun finali.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Revoka

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 129/2003 huwa rrevokat.

2.   Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 129/2003 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament, u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Għal perjodu tranżitorju sa l-1 ta’ Settembru 2009, Stat Membru jista’ jkompli japplika, fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu, il-metodi għad-determinazzjoni tad-daqs tal-malja u għall-assessjar tal-ħxuna ta’ l-ispag tax-xbieki, skond ir-Regolament (KE) Nru 129/2003.

2.   Jekk Stat Membru jkun biħsiebu japplika fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu l-metodu għad-determinazzjoni tad-daqs tal-malji u għall-assessjar tal-ħxuna ta’ l-ispag skond ir-Regolament (KE) Nru 129/2003 għal perjodu tranżitorju sa l-1 ta’ Settembru 2009, għandu jgħarraf b’dan lill-Kummissjoni u jippubblika din l-informazzjoni fuq il-websajt uffiċjali tiegħu.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5).

(2)  ĠU L 22, 25.1.2003, p. 5.


ANNESS I

Id-daqs tal-malja, id-direzzjoni-N u d-direzzjoni-T ta’ l-ispag tax-xibka

Figura

Image

ANNESS II

Xbieki bl-għoqod f’forma ta’ maqrut u xbieki b’malja T90

Figura 1

Id-direzzjoni ta’ l-ispag f’xibka bl-għoqod standard f’forma ta’ maqrut (A), u f’xibka mdawra b’90° (B) huma murija hawn isfel.

Image

Assi lonġitudinali tax-xibka

Figura 2

Image


ANNESS III

Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-istrument ta’ kejl tal-malja

1.

L-istrument ta’ kejl tal-malja:

(a)

għandu japplika awtomatikament fuq il-malji forza lonġitudinali għall-kejl tad-daqs tal-malji tax-xbieki tas-sajd;

(b)

għandu jkollu żewġ ponot, waħda fissa u l-oħra mobbli, kull waħda bi ħxuna ta’ 2 mm bi xfar ittondjati b’radjus ta’ 1 mm, biex jiżguraw li l-ponot jiżolqu faċilment tul l-ispag, kif muri fil-figura ta’ hawn isfel;

(ċ)

għandu jitħaddem bl-elettriku jew bil-batterija, u għandu jkun kapaċi jwettaq 1 000 kejl nett tal-malja qabel ma jkun jeħtieġ jiġi ċċarġjat;

(d)

għandu jkun kapaċi japplika forzi lonġitudinali magħżula ta’ bejn 5 u 180 N fuq il-malji bi preċiżjoni ta’ 1 N;

(e)

għandu jkollu sistema integrata għall-kejl tal-forza applikata;

(f)

għandu jkun kapaċi jġebbed malja b’veloċità kostanti ta’ 300 ± 30 mm/minuta bil-ponta mobbli;

(ġ)

għandu jkun kapaċi jkejjel malji ta’ bejn 10 u 300 mm, u jkollu ponot li jistgħu jinqalgħu għall-użu fuq malji żgħar u kbar;

(h)

għandu jkollu preċiżjoni ta’ kejl ta’ 1 mm;

(i)

għandu jkollu struttura iebsa li ma titgħawwiġx waqt l-użu;

(j)

għandu jkun ħafif iżda sod, u għandu jiżen mhux aktar minn 2,5 kg;

(k)

għandu jkun magħmul minn materjal reżistenti għall-korrużjoni f’kundizzjonijiet marittimi;

(l)

għandu jkun reżistenti għall-ilma u għat-trab, skond l-istandard IP56 (1);

(m)

għandu jibqa’ stabbli meta jitħaddem, f’temperaturi ta’ bejn – 10 °C u + 45 °C;

(n)

għandu jkun kapaċi jirreżisti temperaturi ta’ bejn – 30 °C u 70 °C meta jinħażen jew jinġarr;

(o)

għandu jkun ikkontrollat permezz ta’ software li jipprovdi menu ta’ funzjonijiet, u li meta jitqabbad jippermetti lill-istrument iwettaq test tal-partijiet elettroniċi u mekkaniċi tiegħu stess;

(p)

għandu juri li l-istrument huwa lest għall-użu, inkella juri messaġġ ta’ żball, jintefa u jieqaf milli jaħdem;

(q)

għandu jippermetti li jitħaddem b’id waħda, u li jsir aċċess għall-funzjonijiet tiegħu permezz ta’ buttuni esterni;

(r)

għandu juri dejta fuq skrin integrali u jippreżenta kull kejl, l-għadd ta’ kejlijiet imwettqa f’sensiela, u l-valur medju f’millimetri;

(s)

għandu jaħżen id-dejta ta’ talanqas 1 000 kejl fil-memorja tiegħu, u għandu jippermetti t-trasferiment tad-dejta fuq kompjuter;

(t)

għandu jkollu funzjoni biex jiġi kkalkolat id-daqs medju tal-malji, aġġustat lejn l-eqreb 0.1 mm;

(u)

għandu jkollu software li jinkludi funzjoni biex jintgħażel awtomatikament l-akbar djagonali ta’ kull malja, sabiex tikkalkola l-medja tad-daqs tal-malji tax-xbieki b’malji kwadri;

(v)

għandu jżomm id-dejta ta’ kull kejl li jsir.

2.

Ċerti xbieki jitgħawġu bit-tagħbija. L-istrument ta’ kejl għandu jikkoreġi din is-sitwazzjoni billi jerġa’ japplika l-forza stabbilita. Dan jirrikjedi algoritmu fil-programm għall-ikkontrollar, kif deskritt fl-Appendiċi.

Figura

(Dawn id-disinji huma għall-għan illustrattiv biss)

Image


(1)  Il-kodiċijiet ta’ Protezzjoni Interna (IP) huma speċifikati fl-istandard internazzjonali 60529 tal-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC).

(2)  Il-veloċità tal-ponta mobbli waqt it-tiġbid tal-malja. Il-veloċità tal-ponta mobbli meta ma tkunx mgħobbija tista’ tkun ogħla.

Appendiċi għall-Anness III

Algoritmu ta’ kejl

Sabiex jitqies it-tagħwiġ f’malja mġebbda:

1.

Tawwal il-ponta mobbli ġewwa l-malja b’veloċità kostanti ta’ 300 ± 30 mm/minuta (1), sakemm tintlaħaq il-forza tal-kejl;

2.

Waqqaf il-mutur u stenna sekonda;

3.

Jekk il-forza taqa’ taħt 80 % mill-forza tal-kejl stabbilit minn qabel, tawwal il-ponta mobbli ġewwa l-malja sakemm terġa’ tintlaħaq il-forza tal-kejl.


(1)  Il-veloċità tal-ponta mobbli waqt it-tiġbid tal-malja. Il-veloċità tal-ponta mobbli meta ma tkunx mgħobbija tista’ tkun ogħla.


ANNESS IV

Speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ l-istrument ta’ kejl tal-ħxuna ta’ l-ispag

L-istrument ta’ kejl għall-assessjar tal-ħxuna ta’ l-ispag:

(a)

għandu jkun magħmul minn materjal reżistenti u mhux korrożiv, li jiflaħ għal kundizzjonijiet ħarxa fil-baħar, u għandu jkun manifatturat skond id-disinji fil-figura ta’ hawn isfel;

(b)

għandu jkollu l-ixfar maċ-ċirkonferenza ta’ kull naħa tat-toqba tonda għall-assessjar tal-ħxuna ta’ l-ispag (it-toqba) ittondjati, biex jevitaw il-brix meta l-ispag jinġibed mit-toqba għall-verifika tal-konformità;

(ċ)

għandu jkun armat b’ħalq it-tnalji ttondjat biex il-ponot ikunu jistgħu jiddaħħlu faċilment bejn spagi doppji;

(d)

għandu jkollu ponot t’azzjoni parallela, f’saħħithom biżżejjed biex ma jitgħawġux waqt l-użu raġonevoli tagħhom, b’qies għall-fatt li l-ponot għandhom jingħalqu billi jiġu ssikkati manwalment għal kull kejl;

(e)

għandu jkollu n-naħa ta’ ġewwa tal-ponot issingjata b’mod li tħalli qabża ta’ 0.5 mm tul distanza ta’ 1 mm fuq iż-żewġ naħat tat-toqba meta l-ponot ikunu magħluqin, sabiex jiġi evitat li l-filamenti mhux marbuta ta’ materjal ħerġin ‘il barra mill-istruttura mmaljata jew mibruma ta’ l-ispag jeħlu fil-wiċċ ċatt tal-ponot fuq iż-żewġ naħat tat-toqba li fiha jinsab l-ispag;

(f)

meta l-ponot ikunu magħluqin, għandu jkollu d-djametru tat-toqba tonda mmarkat bil-millimetri fuq waħda mill-ponot, maġenb it-toqba; il-ponot ikunu magħluqin meta l-uċuħ taż-żewġ naħat interni tagħhom imissu ma’ xulxin u jkunu invell;

(g)

għandu jkollu kemm il-maqbad kif ukoll l-ponot immarkati ‘strument ta’ kejl KE’;

(h)

għad-djametru tat-toqba, għandu jkollu tolleranza ta’ 0 + 0,1 mm;

(i)

għandu jkun jista’ jinġarr faċilment, b’mod li l-ispetturi jistgħu jġorru magħhom sett ta’ erba’ strumenti ta’ kejl (4 mm, 5 mm, 6 mm, and 8 mm) meta jivvjaġġaw bejn bastiment u ieħor fil-baħar;

(j)

jekk l-istrumenti ta’ kejl ikunu ta’ daqs differenti minn xulxin, għandhom ikunu faċilment identifikabbli;

(k)

għandu jkun kapaċi jiddaħħal faċilment bejn spagi doppji. Ladarba l-istrument ta’ kejl ikun iddaħħal fil-pożizzjoni, għandu jkun jista’ jiġi operat faċilment b’id waħda.

Figura

Il-komponenti ta’ l-istrument għall-kejl ta’ l-ispag

Image

Image


ANNESS V

Il-kalibrazzjoni u t-testjar ta’ l-istrument ta’ kejl tal-malja

A.   Verifika tal-kejl tat-tul

Il-verifika tal-kejl tat-tul għandha ssir billi jiddaħħlu l-ponot ta’ l-istrument ta’ kejl li se jintuża waqt l-ispezzjoni ġewwa l-islotts ta’ tul differenti fil-pjanċa riġida kkalibrata ta’ prova. Dan jista’ jsir f’kull ħin.

Figura 1

Image

B.   Verifika tal-kejl tal-forza

Il-verifika tal-kejl tal-forza għandha ssir billi jiddendlu piżijiet ikkalibrati mill-ponta fissa li fiha ċ-ċellula ta’ tagħbija, waqt li l-istrument ta’ kejl jinżamm wieqaf u sod. Il-piżijiet għandu jkollhom il-valuri li ġejjin: 10, 20, 50 u 125 N. Il-piżijiet jistgħu jintużaw biss f’kundizzjonijiet stabbli.

Figura 2

(Dan id-disinn huwa għal għan illustrattiv biss)

Image


ANNESS VI

It-tħejjija ta’ l-istrument ta’ kejl tal-malja

1.

L-ispettur:

(a)

għandu jagħżel id-daqs xieraq tal-ponot għall-kejl tal-malji;

(b)

jiżgura li l-ponot huma nodfa;

(ċ)

għandu jiċċekkja li l-istrument ta’ kejl iwettaq l-awtoverifika b’mod sodisfaċenti;

(d)

għandu jagħżel il-forza ta’ kejl li għandha tiġi applikata, kif ġej:

(i)

għall-irkaptu attiv:

20 N għal malji b’daqs < 35 mm,

50 N għal malji b’daqs ≥ 35 mm u < 55 mm,

125 N għal malji b’daqs ≥ 55 mm;

(ii)

għall-irkaptu passiv:

10 N għall-malji ta’ kull daqs;

(e)

għandu jivverifika t-tip ta’ ponot magħżulin. L-għażla awtomatika hija “Normal”. Jekk jintużaw ponot żgħar jew kbar, l-ispettur għandu jidħol fil-menù u jibdel l-għażla tat-tip ta’ ponot skond il-każ.

2.

Malli jkunu mwettqa l-attivitajiet imsemmija fil-punt 1, l-istrument ta’ kejl huwa lest biex ikejjel il-malji.


ANNESS VII

L-operat ta’ l-istrument ta’ kejl tal-malja għall-ispezzjoni

Fil-kejl tal-malji, l-ispettur:

(a)

għandu jdaħħal il-ponot fil-fetħa tal-malja, bil-ponta fissa ta’ l-istrument ta’ kejl tistrieħ fuq l-għoqda, kif muri fil-figura ta’ hawn isfel;

(b)

għandu jopera l-istrument u jħalli l-ponot jinfetħu sakemm il-ponta mobbli tilħaq l-għoqda ta’ faċċata u tieqaf meta tintlaħaq il-forza stabbilita:

Figura

Image

ANNESS VIII

L-ispag fi xbieki b’malji f’forma ta’ maqrut jew b’malji kwadri

Figura

Image


ANNESS IX

Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 129/2003

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(1)

Artikolu 9

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 4(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 10(2)

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 6(3)

Artikolu 6(1)

Artikolu 11

Artikolu 6(2)

Artikolu 12(1)

Artikolu 6(3)

Artikolu 12(2)

Artikolu 7

Artikolu 13

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 14

Artikolu 10(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 10(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 10(4)

Artikolu 3(2)

Artikolu 10(5)

Artikolu 3(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 12(1)

Artikolu 11

Artikolu 12(2)

Artikolu 8

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 6

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 16(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 16(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 17(1)

Artikolu 15(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 15(2)

Artikolu 17(3)

Artikolu 18(1)

Artikolu 19

Artikolu 18(2)

Artikolu 16

Artikolu 18(3)

Artikolu 17

Artikolu 19(1)

Artikolu 20

Artikolu 19(2)

Artikolu 21(1)

Artikolu 19(3)

Artikolu 21(2)

Artikolu 20

Artikolu 22


11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 518/2008

ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008

li jiddefinixxi, għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammont ta’ l-għajnuna għall-ħżin taż-żbib u t-tin imqadded mhux ipproċessat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikolu 9(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sistema ta’ għajnuna stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 2201/96 tħassret bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 (2), li stabbilixxa regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex, mill-1 ta’ Jannar 2008. Madankollu, din is-sistema ta’ għajnuna għadha applikabbli għas-sena tas-suq 2007/2008 għal kull prodott ikkonċernat skond l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007.

(2)

L-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jipprovdi li għajnuna għall-ħżin għandha tingħata lill-aġenziji tal-ħżin għaż-żmien effettiv tal-ħżin u għall-kwantitajiet ta’ sultana, passolina u tin imqadded li jkunu xtraw f'konformità mal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu msemmi.

(3)

Jeħtieġ li tiġi definita l-għajnuna għall-ħżin għaż-żbib u t-tin imqadded mhux ipproċessat tas-sena tas-suq 2007/2008 skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummisjsoni Nru 1622/1999 tat-23 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema għall-ħażna ta’ l-għeneb imqadded mhux ipproċessat u t-tin imqadded mhux ipproċessat (3).

(4)

Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammont ta’ l-għajnuna għall-ħżin skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa:

a)

għaż-żbib:

i)

EUR 0,1408 il-jum/tunnellata netta, sat-28 ta’ Frar 2009,

ii)

EUR 0,1148 il-jum/tunnellata netta, mill-1 ta’ Marzu 2009;

b)

għat-tin imqadded, EUR 0,1311 għal kull jum u kull tunnellata netta.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 192, 24.7.1999, p. 33. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1051/2005 (ĠU L 173, 6.7.2005, p. 5).


11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 519/2008

ta' l-10 ta' Ġunju 2008

li japprova emendi minuri lill-ispeċifikazzjonijiet ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Volailles de Loué (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari t-tieni sentenza ta' l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u fid-dawl ta' l-Artikolu 17(2) ta' l-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Franza biex jiġu approvati emendi lill-ispeċifikazzjonijiet tad-indikazzjoni ġeografika protetta “Volailles de Loué”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 (2).

(2)

It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjonijiet billi żżid id-dundjan (lewn il-bronż) maħsub għall-bejgħ tul is-sena kollha f'biċċiet maqtugħa. Għandhom ukoll jiġu speċifikati r-razza, id-densità u l-għalf.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Ġaladarba l-emenda hija waħda minuri fis-sens ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista' tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura deskritta fl-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet ta' l-indikazzjoni ġeografika protetta “Volailles de Loué” huma b'dan emendati skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sinteżi ta' l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aћћar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 704/2005 (ĠU L 118, 5.5.2005, p.14)


ANNESS I

B'dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjonijiet ta' l-indikazzjoni ġeografika protetta “Volailles de Loué”

“Deskrizzjoni tal-prodott”:

Żieda ta’ paragrafu:

“Id-dundjani (lewn il-bronż) ta’ l-irziezet ta’ Loué.

Id-dundjani (irġiel u nisa) tar-razza li jikbru bil-mod, tat-tip lewn ‘il-bronż’, mibruma u weqfin sew, jitrabbew esklussivament fil-beraħ sakemm jimmaturaw (tul minimu ta’ 14-il ġimgħa għad-dundjani nisa u ta’ 18-il ġimgħa għad-dundjani rġiel).

Il-maturità tagħhom tagħti togħma bnina lil-laħam li jżomm sew meta jissajjar, u l-oriġini ġenetika tagħhom tiżgura li l-laħam ikun tari. Jiġu prodotti s-sena kollha u huma maħsuba għall-bejgħ maqtugħin jew ipproċessati.”

“Metodu ta' produzzjoni”:

Fil-paragrafu “Razza”, jiżdied: “il-flieles tad-dundjan iridu jkun tat-tip ‘lewn il-bronż’”.

Fil-paragrafu “Densità”, jiżdied: “l-annimali jitrabbew f’kundizzjoni ta’ densità baxxa fil-gallinar (mhux aktar minn 6.25 dundjan kull metru kwadru mill-età ta’ 10 ġimgħat)”.

Fil-paragrafu “Għalf”, jiżdied: “75 % minimu ta’ ċereali, għall-biċċa l-kbira tal-perjodu tat-tismin tad-dundjani (lewn il-bronż)”.


ANNESS II

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel

“VOLAILLES DE LOUÉ”

Nru tal-KE: FR/PGI/117/0149/18.2.2004

DPO ( ) IĠP (X)

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat membru:

Isem

:

Institut National de l’Origine et de la Qualité (INAO)

Indirizz

:

51 rue d'Anjou – F-75008 Paris

Tel

:

(33) (0)1 53 89 80 00

Feks

:

(33) (0)1 42 25 57 97

Posta elettronika

:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp

Isem

:

Syndicat des Volailles Fermières de Loué – SYVOL QUALIMAINE

Indirizz

:

82 avenue Rubillard 72000 LE MANS – FRANCE

Tel.

:

(33) (0)2 43 39 93 13

Feks

:

(33) (0)2 43 23 42 19

Posta elettronika

:

info@loue.fr

Kompożizzjoni

:

Produtturi / proċessuri (X) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassifikazzjoni 1.1. –

Laħam (u ġewwieni) frisk.

4.   Speċifikazzjonijiet (sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Volailles de Loué”

4.2.   Deskrizzjoni:

Karkassi jew qatgħat ta’ tjur ta’ kwalità superjuri, laħam ta’ togħma bnina, tari imma b’konsistenza soda, mingħajr xaħam żejjed (Poulet Blanc Fermier de Loué (Tiġieġa bajda), Dinde Fermière de Loué (Dundjan), Dinde (bronzée) Fermière de Loué (Dundjan lewn il-bronż), Pintade Fermière de Loué (Farawn), Canard de Barbarie Fermier de Loué et Canette de Barbarie Fermière de Loué (Papra Muscovy jew il-flieles tagħha), Poulet Noir Fermier de Loué (Tiġieġa sewda), Poulet Jaune Fermier de Loué (Tiġieġa safra), Oie Fermière de Loué (Wiżża), Chapon Fermier de Loué (Ħasi), Poule Fermière de Loué (Qroqqa), Poularde Fermière de Loué (Poulard), Poulet Blanc Fermier (Tiġieġa Bajda), Chapon de Pintade Fermier de Loué (Ħasi tal-farawn)).

It-tjur huma ppreżentati mnaddfa, sħaħ jew maqtugħa, friski jew iffriżati.

4.3.   Żona ġeografika:

Id-dipartiment ta’ la Sarthe; id-dipartiment ta’ la Mayenne; fid-dipartiment ta’ l'Orne, l’Indre et Loire, Loire et Chere, Eure et Loir: il-cantons mal-periferija; fid-dipartiment ta’ Maine et Loire: l-arrondissement ta’ Segré u l-cantons ta’ Louroux-Béconnais, Saint-Georges-sur-Loire, Angers, Tiercé, Durtal, Seiches-sur-le-Loir, Baugé, Beaufort-en-Vallée, Noyant, Longué-Jumelles, Allonnes.

4.4.   Prova ta' l-oriġini:

Kull parti tal-produzzjoni hija elenkata (mfaqas, manifatturi ta’ l-għalf, raħħala, biċċeriji).

Kull lott ta’ tjur jgħaddi minn reġistrazzjoni dokumentarja f’kull stadju: dikjarazzjoni mir-raħħal tat-tjur mizjuda ma’ l-istokk tiegħu, ċertifikati tal-wasla għat-tjur b'età ta' jum, dikjarazzjoni tat-tluq lejn il-biċċerija u dikjarazzjoni għall-ġbir mill-biċċerija, dikjarazzjoni tat-tikketti użati għat-tjur wara l-qatla u dikjarazzjoni għat-tjur skartat. It-tikketti huma kollha nnumerati. Kontrolli fuq il-konsistenza ta’ din l-informazzjoni jippermettu li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Razza ta’ tjur puri u bgħula li jikbru bil-mod. Imrobbija f’qatgħat żgħar, fil-beraħ jew ħielsa fl-għelieqi lokali (bocage) sakemm jilħqu l-maturità sesswali. Għalf ibbażat fuq iċ-ċereali u l-qatla sseħħ ma’ età minima ffissata għal kull speċi.

4.6.   Rabta:

Ir-rabta ma’ l-oriġini ġeografika ġejja minn :

fama storika marbuta ma’ l-eżistenza tal-“Foire de l’Envoi”, fiera tar-raħal ta’ Loué, magħrufa sew partikolarment fis-seklu 19 u li kienet tiġbed bosta bejjiegħa tat-tjur, li kienu jixtru l-prodotti tal-bdiewa tar-reġjun. Fl-1958, xi raħħala u pakkettaturi tar-reġjun ta’ Loué irnexxielhom jerġgħu jqabbdu l-produzzjoni tat-tjur ta’ l-irziezet ta’ kwalità għolja.

il-fama ta’ bħalissa : it-tjur ta’ Loué huma l-aktar tjur ċelebri ta’ Franza. Igawdu mill-akbar fama mal-pubbliku u għandhom importanza ewlenija fil-gastronomija. Jintużaw minn koki ta’ fama kbira.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem

:

QUALI OUEST

Indirizz

:

30 rue du Pavé 72000 Le Mans – France

Tel

:

(33) (0)2 43 14 21 11

Feks

:

(33) (0)2 43 14 27 32

Posta elettronika

:

qualiouest@qualiouest.com

4.8.   Tikkettar:

Volailles de Loué ma' l-isem ta’ l-ispeċi korrispondenti.


11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 520/2008

tad-9 ta’ Ġunju 2008

li jipprojbixxi s-sajd għar-roundnose grenadier fiż-żoni Vb, VII u VII ta' l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-Sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond [titlu mhux uffiċjali] (3) jistabbilixi l-kwoti għall-2007 u l-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p.1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11; corrigendum: ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 28. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1533/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 21).


ANNESS

Nru

02/DSS

Stat Membru

ESP

Stokk

RNG/5B67-

Speċi

Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris)

Żona

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' Vb, VI, u VII

Data

12.5.2008


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill u Kummissjoni

11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Mejju 2008

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

(2008/429/KE, Euratom)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fis-27 ta’ Ġunju 2007 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/548/KE (2).

(2)

Pendenti d-dħul tiegħu fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Jannar 2007.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 3(2) tal-Protokoll (4). Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti din in-notifika f'isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Opinjoni mogħtija fl-10 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 202, 3.8.2007, p. 25.

(3)  ĠU L 202, 3.8.2007, p. 26.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Mejju 2008

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

(2008/430/KE, Euratom)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fis-27 ta’ Ġunju 2007 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/548/KE (2).

(2)

Pendenti d-dħul tiegħu fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Jannar 2007.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, qiegħed b’dan jiġi approvat f’isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 3(2) tal-Protokoll (4). Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti din in-notifika f’isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Opinjoni mogħtija fl-10 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  ĠU L 202, 3.8.2007, p. 30.

(3)  ĠU L 202, 3.8.2007, p. 31.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Kunsill

11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Ġunju 2008

li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jirratifikaw, jew jaderixxu ma’, fl-interess tal-Komunità Ewropea, Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal u li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jagħmlu dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli interni rilevanti tal-liġi Komunitarja

(2008/431/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 61(ċ) u l-Artikolu 67(1) flimkien ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Komunità qed taħdem għall-istabbiliment ta’ spazju ġudizzjarju komuni bbażat fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji.

(2)

Il-Konvenzjoni dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Koperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal li ġiet konkluża fid-19 ta’ Ottubru 1996 fil-Konferenza ta’ l-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni”) tagħti kontribut prezzjuż lill-protezzjoni tat-tfal fil-livell internazzjonali. Għalhekk huwa mixtieq li d-dispożizzjonijiet tagħha jiġu applikati kemm jista’ jkun malajr.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/93/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 (2), awtorizzat lill-Istati Membri, biex jiffirmaw il-Konvenzjoni fl-interess tal-Komunità. Dawk l-Istati li kienu Stati Membri tal-Komunità f’dak iż-żmien iffirmaw il-Konvenzjoni fl-Aja fl-1 ta’ April 2003, bl-eċċezzjoni ta’ l-Olanda li kienet diġà ffirmat il-Konvenzjoni. Stati Membri oħrajn li ma kienux Stati Membri tal-Komunità fl-1 ta’ April 2003 ffirmaw il-Konvenzjoni wkoll.

(4)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2003/93/KE l-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li d-Deċiżjoni tiġi segwita minn proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri li jirratifikaw, jew jaderixxu mal-Konvenzjoni fl-interess tal-Komunità fil-ħin xieraq.

(5)

Xi Stati Membri diġà rratifikaw, jew aderixxew mal-Konvenzjoni.

(6)

Ċerti Artikoli tal-Konvenzjoni jaffettwaw il-leġislazzjoni sekondarja Komunitarja dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 rigward il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u l-materji tar-responsabbiltà tal-ġenituri (3). L-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom fl-oqsma koperti mill-Konvenzjoni li ma jaffettwawx il-liġi Komunitarja. B’hekk, il-Komunità u l-Istati Membri jikkondividu l-kompetenza biex jikkonkludu l-Konvenzjoni.

(7)

Skond il-Konvenzjoni, l-Istati sovrani biss jistgħu jagħmlu parti minnha. Għal dik ir-raġuni, il-Komunità ma tistax tirratifika, jew taderixxi mal-Konvenzjoni.

(8)

Għalhekk il-Kunsill għandu jawtorizza lill-Istati Membri, b’eċċezzjoni, biex jirratifikaw, jew jaderixxu mal-Konvenzjoni fl-interess tal-Komunità, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, madankollu mhux dawk l-Istati Membri li diġà rratifikaw, jew aderixxew l-Konvenzjoni.

(9)

Sabiex jissalvagwardja l-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fil-Komunità, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2003/93/KE ħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dikjarazzjoni fil-ħin ta’ l-iffirmar tal-Konvenzjoni.

(10)

L-Istati Membri li ffirmaw il-Konvenzjoni fl-1 ta’ April 2003 għamlu d-dikjarazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2003/93/KE f’dik l-okkażjoni. Stati Membri oħrajn li ma ffirmawx il-Konvenzjoni skond id-Deċiżjoni 2003/93/KE għamlu d-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea. Madankollu xi Stati Membri m’għamlux id-dikjarazzjoni u għalhekk issa għandhom jagħmlu d-dikjarazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

(11)

L-Istati Membri li huma awtorizzati jirratifikaw, jew jaderixxu mal-Konvenzjoni b’din id-Deċiżjoni, għandhom jagħmlu dan simultanjament. Dawk l-Istati Membri għandhom għalhekk jiskambjaw informazzjoni dwar l-istat tar-ratifika jew il-proċeduri ta’ l-adeżjoni sabiex jippreparaw id-depożitu simultanju ta’ l-istrumenti tagħhom ta’ ratifika, jew adeżjoni.

(12)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(13)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux parti fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit biex jirratifikaw, jew jaderixxu mal-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Koperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”), fl-interess tal-Komunità, suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4.

2.   It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-Bulgarija, Ċipru, il-Latvja, Malta, l-Olanda u l-Polonja li jagħmlu d-dikjarazzjoni li ġejja:

“L-Artikoli 23, 26 u 52 tal-Konvenzjoni jippermettu lill-Partijiet Kontraenti ċerta flessibbiltà sabiex japplikaw sistema sempliċi u rapida għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi. Ir-regoli Komunitarji jipprevedu sistema ta’ rikonoxximent u infurzar li hija favorevoli mill-inqas daqs ir-regoli stabbiliti fil-Konvenzjoni. Għaldaqstant, sentenza mogħtija minn Qorti ta’ Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, fir-rigward ta’ materja relatata mal-Konvenzjoni, għandha tiġi rikonoxxuta u infurzata fi … (4)bl-applikazzjoni tar-regoli interni rilevanti tal-liġi Komunitarja (5).

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiddepożitaw simultanjament l-istrumenti tar-ratifika jew adeżjoni tagħhom mal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ l-Olanda, jekk jista’ jkun qabel il-5 ta’ Ġunju 2010.

2.   L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiskambjaw l-informazzjoni mal-Kummissjoni fil-Kunsill, qabel il-5 ta’ Diċembru 2009, dwar id-data prospettiva ta’ meta jitlestew il-proċeduri parlamentari tagħhom meħtieġa għar-ratifika jew l-adeżjoni. Id-data u l-modalitajiet tad-depożitu simultanju għandhom jiġu determinati abbażi ta’ dan.

Artikolu 4

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jinfurmaw lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ l-Olanda bil-miktub meta l-proċeduri parlamentari tagħhom meħtieġa għar-ratifika jew adeżjoni jkunu twettqu filwaqt li jindikaw li l-istrumenti ta’ ratifika jew adeżjoni tagħhom ser jiġu depożitati fi stadju aktar tard skond din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Litwanja, l-Ungerija, is-Slovenja u s-Slovakkja.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. MATE


(1)  ĠU C 82 E, 1.4.2004, p. 307.

(2)  ĠU L 48, 21.2.2003, p. 3.

(3)  ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2116/2004 (ĠU L 367, 14.12.2004, p. 1).


TRADUZZJONI

KONVENZJONI FUQ IL-ĠURISDIZZJONI, IL-LIĠI APPLIKABBLI, RIKONOXXIMENT, INFURZAR U KOOPERAZZJONI DWAR IR-RESPONSABBILTÀ TAL-ĠENITURI U MIŻURI GĦALL-PROTEZZJONI TAT-TFAL

(Konkluż fid-19 ta’ Ottubru 1996)

L-Istati firmatarji għal din il-Konvenzjoni,

Waqt li kkunsidraw il-bżonn li tittejjeb il-protezzjoni tat-tfal f’sitwazzjonijiet internazzjonali,

Waqt li jixtiequ jevitaw kunflitti dwar il-ġurisdizzjoni bejn is-sistemi legali tagħhom, il-liġi applikabbli, rikonoxximent u nfurzar ta’ miżuri għall-protezzjoni tat-tfal,

Waqt li jiftakkru l-importanza ta’ koperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal,

Waqt li jikkonfermaw li l-aħjar interessi tat-tifel għandhom ikunu konsiderazzjoni ewlenija,

Waqt li jinnutaw li l-Konvenzjoni tal-5 t’Ottubru 1961 dwar il-poteri ta’ awtoritajiet u l-liġi applikabbli fir-rigward għall-protezzjoni ta’ minuri għandha bżonn tiġi riveduta,

Waqt li jixtiequ jistabbilixxu dispożizzjonijiet komuni għal dan il-għan, b’kont meħud tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda fuq id-Drittijiet tat-Tfal ta’ l-20 ta’ Novembru 1989,

Ftehmu fuq id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

KAPITOLU I

L-ISKOP TAL-KONVENZJONI

Artikolu 1

1.   L-ghanijiet ta’ din il-Konvenzjoni huma:

(a)

li tistabbilixxi l-Istat li l-awtoritajiet tiegħu għandhom ġurisdizzjoni biex jieħdu miżuri diretti lejn il-protezzjoni tal-persuna jew tal-proprjetà tat-tifel;

(b)

li tistabilixxi liema liġi għandha tiġi applikata minn dawn l-awtoritajiet fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni tagħhom;

(ċ)

li tistabbilixxi l-liġi applikabbli lir-reponsabbilità tal-ġenituri;

(d)

li tipprovdi għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ dawn il-miżuri ta’ protezzjoni fl-Istati Kontraenti kollha;

(e)

li tistabbilixxi l-kooperazzjoni kif tista’ tkun meħtieġa bejn l-awtoritajiet ta’ l-Istati Kontraenti sabiex jiġu miksubin l-iskopijiet ta’ din il-Konvenzjoni.

2.   Għall-iskopijiet ta’ din il-Konvenzjoni, it-terminu “reponsabbilità tal-ġenituri” jinkludi s-setgħa tal-ġenituri, jew kwalunkwe relazzjoni ta’ awtorità analoga li tistabbilixxi d-drittijiet, poteri u responsabiltajiet ta’ ġenituri, gwardjani jew rapreżentanti legali oħra fir-rigward tal-persuna jew il-proprjetà tat-tifel.

Artikolu 2

Il-Konvenzjoni tapplika għat-tfal mit-twelid tagħhom sakemm jilħqu l-età ta’ 18-il sena.

Artikolu 3

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jkollhom x’jaqsmu partikolarment ma’:

(a)

l-attribuzzjoni, eżerċizzju, terminazzjoni jew restrizzjoni ta’ reponsabbilità tal-ġenituri, kif ukoll mad-delegazzjoni tiegħu;

(b)

drittijiet ta’ kustodja, inklużi drittijiet dwar il-kura tal-persuna tat-tifel u, partikolarment, id-dritt li tistabbilixxi l-post tar-residenza tat-tifel, kif ukoll id-drittijiet ta’ aċċess inkluż id-dritt li tieħu tifel għal perjodu limitat f’post minbarra dak li jikkostitwixxi r-residenza abitwali tat-tifel;

(ċ)

tutela, kuratela u istituzzjonijiet simili;

(d)

in-nomina u funzjonijiet ta’ kwalunkwe persuna jew korp li hija resposabbli għall-persuna jew proprjetà tat-tifel, li tirrapreżenta jew tassisti t-tifel;

(e)

it-tqegħid tat-tifel ġo familja foster jew f’kura istituzzjonali, jew l-proviżjoni ta’ kura minn “kafala” jew istituzzjoni simili;

(f)

is-superviżjoni minn awtorità pubblika tal-kura ta’ tifel minn kwalunkwe persuna li hija responsabbli għat-tifel;

(g)

l-amministrazzjoni, konservazzjoni jew aljenazzjoni tal-proprjetà tat-tifel.

Artikolu 4

Il-Konvenzjoni ma tapplikax għal:

(a)

stabbiliment jew kontestazzjoni ta’ relazzjoni bejn ġenitur u tifel;

(b)

deċiżjonijiet fuq l-adozzjoni, miżuri preparatorji għall-adozzjoni, jew l-annullament jew revoka ta’ adozzjoni;

(ċ)

l-isem tat-tifel;

(d)

emanċipazzjoni;

(e)

obligazzjonijiet tal-manteniment;

(f)

trusts jew suċċessjoni;

(g)

sigurtà soċjali;

(h)

miżuri pubbliċi ta’ natura ġenerali f’materji ta’ edukazzjoni jew saħħa;

(i)

miżuri li jirriżultaw minn offiżi penali mwettqin mit-tfal;

(j)

deċiżjonijiet fuq id-dritt ta’ l-ażil u fuq l-immigrazzjoni.

KAPITOLU II

ĠURISDIZZJONI

Artikolu 5

1.   L-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi ta’ l-Istat Kontraenti tar-residenza abitwali tat-tifel għandhom ġurisdizzjoni li jieħdu miżuri bil-għan li jipproteġu l-persuna jew il-proprjetà tat-tifel.

2.   Suġġett għall-Artikolu 7, f’każ ta’ tibdil fir-residenza abitwali tat-tifel għal Stat Kontraenti ieħor, l-awtoritajiet ta’ l-Istat tar-residenza abitwali l-ġdida għandhom ġurisdizzjoni.

Artikolu 6

1.   Għat-tfal refuġjati u tfal li, minħabba inkwiet fil-pajjiż tagħhom, huma internazzjonalment spostati, l-awtoritatajiet ta’ l-Istat Kontraenti fuq it-territorju ta’ liema dawn it-tfal huma preżenti bħala riżultat ta’ l-ispostament tagħhom, għandhom il-ġurisdizzjoni prevista fl-Artikolu 5(1).

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu ta’ qabel dan japplikaw ukoll għal tfal li r-residneza abitwali tagħhom ma tistax tiġi stabbilita.

Artikolu 7

1.   F’każ ta’ tneħħija nġusta jew ritenzjoni tat-tifel, l-awtoritajiet ta’ l-Istat Kontraenti li fih it-tifel kien abitwalment jkun residenti immedjatament qabel it-tneħħija jew ritenzjoni, jżommu l-ġurisdizzjoni tagħhom sakemm it-tifel ikun akkwista residenza abitwali fi Stat ieħor, u

(a)

kull persuna, istituzzjoni jew korp ieħor li għandu drittijiet ta’ kustodja kkunsenta fit-tneħħija jew ritenzjoni; jew

(b)

it-tifel għex f’dak l-Istat ieħor għal perjodu ta’ mill-inqas sena wara li l-persuna, istituzzjoni jew korp ieħor li għandu drittijiet ta’ kustodja għandu jew missu kellu għarfien ta’ fejn hu t-tifel, l-ebda talba għar-ritorn li ġiet magħmula f’dak il-perjodu għadha pendenti, u t-tifel qed jgħix ħajja stabbli fl-ambjent ġdid tiegħu jew tagħha.

2.   It-tneħħija jew ir-ritenzjoni ta’ tifel għandha tiġi kkunsidrata inġusta fejn:

(a)

Tikser id-drittijiet ta’ kustodja attribwiti lil persuna, istituzzjoni jew korp ieħor, jew konġuntivament jew waħedha, taħt il-liġi ta’ l-Istat fejn it-tifel kellu r-residenza abitwali immedjament qabel it-tneħħija jew ritenzjoni; u

(b)

fi żmien tat-tneħħija jew ritenzjoni dawk id-drittijiet kienu fil-fatt eżerċitati, jew konġuntivament jew waħedhom, jew kienu jkunu eżerċitati jekk mhux għat-tneħħija jew ritenzjoni.

Id-drittijiet ta’ kustodja msemmija hawn fuq fis-subaragrafu (a), jistgħu jqumu partikolarment b’operazzjoni tal-liġi jew minħabba deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva, jew minħabba ftehim li għandu effetti legali taħt il-liġi ta’ dak l-Istat.

3.   Sakemm l-awtoritajiet imsemmijin għall-ewwel darba fil-paragrafu 1 iżommu l-ġurisdizzjoni tagħhom, l-awtoritajiet ta’ l-Istati Kontraenti għal liema t-tifel kien spostat jew f’liema hu jew hi kien ritenut jistgħu jieħdu biss dawk il-mizuri urġenti taħt l-Artikolu 11 kif huma neċessarji għall-protezzjoni tal-persuna jew il-proprjetà tat-tifel.

Artikolu 8

1.   B’eċċezzjoni, l-awtorità ta’ Stat Kontraenti li għandha ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 6, jekk tikkusidra li l-awtorità ta’ Stat Kontraenti ieħor kienet tkun, fil-każ partikolari, aħjar biex tagħmel stima ta’ l-aħjar interessi tat-tifel, tista’ jew:

titlob dik l-awtorità l-oħra, direttament jew bl-assistenza ta’ l-Awtorità Ċentrali ta’ l-Istat tagħha, tassumi l-ġurisdizzjoni sabiex tieħu dawk il-mizuri ta’ protezzjoni li tikkunsidra li huma neċessarji, jew

tissospendi l-konsiderazzjoni tal-każ u tistieden il-partijiet biex jintroduċu din it-talba qabel l-awtorità ta’ dak l-Istat ieħor.

2.   L-Istati Kontraenti li l-awtoritajiet tagħhom jistgħu jiġu ndirizzati kif previst fil-paragrafu ta’ qabel dan huma:

(a)

Stat ta’ liema t-tifel huwa ċittadin;

(b)

Stat li fih tinstab proprjetà tat-tifel;

(ċ)

Stat l-awtoritajiet ta’ liema għandhom applikazzjoni għad-divorzju jew separazzjoni legali tal-ġenituri tat-tifel, jew għall-annullament taż-żwieġ tagħhom;

(d)

Stat li miegħu t-tifel għandu konnessjoni sostanzjali.

3.   L-awtoritajiet involuti jistgħu jipproċedu għal skambju ta’ fehmiet.

4.   L-awtorità ndirizzata kif previst fil-paragrafu 1 tista’ tassumi ġurisdizzjoni, fil-post ta’ l-awtorità li għandha ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 6, jekk tikkunsidra li dan huwa fl-aqwa interessi tat-tifel.

Artikolu 9

1.   Jekk l-awtoritajiet ta’ Stat Kontraenti msemmijin fl-Artikolu 8(2), jikkunsidraw li fil-każ partikolari huma f’pożizzjoni aħjar sabiex jagħmlu stima ta’ l-aħjar interessi tat-tifel, jistgħu jew:

jitlobu lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti tar-residenza abitwali tat-tifel, direttament jew bl-assistenza ta’ l-Awtorita’ Ċentrali ta’ dak l-Istat, li jkunu awtorizzati biex jeżerċitaw ġurisdizzjoni biex jieħdu l-miżuri ta’ protezzjoni li jikkunsidraw neċessarji, jew,

jistiednu l-partijiet sabiex jintroduċu din it-talba qabel l-awtorità ta’ l-Istat Konraent tar-residenza abitwali tat-tifel.

2.   L-awtoritajiet involuti jistgħu jipproċedu għal skambju ta’ fehmiet.

3.   L-awtorità li tibda t-talba tista’ teżerċita ġurisdizzjoni minflok l-awtorità ta’ l-Istat Kontraent tar-residenza abitwali tat-tifel biss jekk l-awtorità ta’ l-aħħar aċċetat it-talba.

Artikolu 10

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5 sa 9, l-awtoritajiet ta’ Stat Kontraent li jeżerċitaw ġurisdizzjoni li jiddeċiedu applikazzjoni għad-divorzju jew separazzjoni legali tal-ġenituri ta’ tifel li abitwalment jkun residenti fi Stat Kontraenti ieħor, jew għall-annullament taż-żwieġ tagħhom, jistgħu, jekk il-liġi ta’ l-Istat tagħhom hekk tipprovdi, jieħdu miżuri bil-għan li jipproteġu l-persuna jew il-proprjetà ta’ dan it-tifel jekk:

(a)

fil-ħin tal-bidu tal-proċeduri, wieħed mill-ġenituri tiegħu jew tagħha abitwalment jkun residenti f’dak l-Istat u wieħed minnhom għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tat-tifel, u

(b)

il-ġurisdizzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet biex jieħdu dawn il-miżuri hi aċċettata mill-ġenituri, kif ukoll minn kwalunkwe persuna oħra li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tat-tifel, u hi fl-aħjar interessi tat-tifel.

2.   Il-ġurisdizzjoni prevista mill-paragrafu 1 biex jittieħdu miżuri għall-protezzjoni tat-tifel tieqaf malli d-deċiżjoni li taċċetta jew tirrifjuta l-applikazzjoni għad-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ tkun saret res judicata, jew il-proċeduri ngħalqu għal raġuni oħra.

Artikolu 11

1.   F’kull każ ta’ urġenza, l-awtoritajiet ta’ kwalunkwe Stat Kontraenti, fit-territorju ta’ liema huwa preżenti t-tifel jew proprjetà tat-tifel, għandhom ġurisdizzjoni biex jieħdu kwalunkwe miżuri ta’ protezzjoni neċessarji.

2.   L-effetti tal-miżuri meħudin taħt il-paragrafu ta’ qabel dan b’rigward tifel li abitwalment jkun residenti f’Stat Kontraenti għandhom jieqfu malli l-awtoritajiet li għandhom ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 5 sa 10 ħadu l-miżuri meħtieġa mis-sitwazzjoni.

3.   L-effetti ta’ miżuri meħudin taħt paragrafu 1 fir-rigward tat-tifel li abitwalment jkun residenti f’Stat mhux Kontraenti għandhom jieqfu f’kull Stat Kontraenti malli miżuri meħtieġa mis-sitwazzjoni u meħudin mill-awtoritajiet ta’ Stat ieħor huma rikonoxxuti fl-Istati Kontraenti in kwistjoni.

Artikolu 12

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 7, l-awtoritajiet ta’ Stat Kontraenti, fit-territorju ta’ liema hu preżenti t-tifel jew proprjetà tat-tifel, għandhom ġurisdizzjoni biex jieħdu miżuri ta’ natura proviżorja għall-protezzjoni tal-persuna jew proprjetà tat-tifel li għandhom effett territorjali limitat għall-Istat in kwistjoni, sakemm dawn il-miżuri mhumiex inkompatibli ma’ miżuri li jkunu ttieħdu minn awtoritajiet li għandhom ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 5 sa 10.

2.   Il-miżuri meħudin taħt il-paragrafu ta’ qabel fir-rigward tat-tifel li abitwalment jkun residenti fi Stat Kontraenti għandhom jispiċċaw malli l-awtoritajiet li għandhom ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 5 sa 10 jkunu ħadu deċiżjoni fir-rigward tal-miżuri ta’ protezzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa mis-sitwazzjoni.

3.   Il-miżuri meħudin taħt paragrafu 1 b’rigward ta’ tifel li abitwalment jkun residenti fi Stat mhux Kontraenti għandom jispiċċaw fl-Istat Kontraenti fejn il-miżuri kienu meħudin malli miżuri meħtieġa mis-sitwazzjoni u meħudin mill-awtoritajiet ta’ Stat ieħor jiġu rikonoxxuti fl-Istat Kontraenti in kwistjoni.

Artikolu 13

1.   L-awtoritajiet ta’ Stat Kontraenti li għandhom ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 5 sa 10 li jieħdu miżuri għall-protezzjoni tal-persuna jew proprjetà tat-tifel għandhom jastjenu milli jeżerċitaw din il-ġurisdizzjoni jekk, fil-ħin tal-bidu tal-proċeduri, miżuri korrispondenti kienu mitlubin mill-awtoritajiet ta’ Stat Kontraenti ieħor li għandu ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 5 sa 10 fil-ħin tat-talba u għadhom taħt konsiderazzjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu ta’ qabel dan m’għandhomx jgħoddu jekk l-awtoritajiet quddiem liema t-talba għal miżuri kienet inizjalment introdotta ma aċċettawx il-ġurisdizzjoni.

Artikolu 14

Il-miżuri meħudin skond l-Artikoli 5 sa 10 jibqgħu fis-seħħ skond it-termini tagħhom, anki jekk bidla fiċ-ċirkostanzi eliminat il-bażi fuq liema kienet mibnija l-ġurisdizzjoni, sakemm l-awtoritajiet li għandhom ġurisdizzjoni taħt il-Konvenzjoni ma mmodifikawx, bidlu jew waqqfu dawn il-miżuri.

KAPITOLU III

LIĠI APPLIKABBLI

Artikolu 15

1.   Fl-eżerċizju tal-ġurisdizzjoni tagħhom taħt id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II, l-awtoritajiet ta’ l-Istati Kontraenti għandhom japplikaw il-liġi tagħhom.

2.   Madankollu, sa fejn il-protezzjoni tal-persuna jew tal-proprjetà tat-tifel jeħtieġ, jistgħu eċċezzjonalment japplikaw jew jieħdu in konsiderazzjoni il-liġi ta’ Stat ieħor ma’ liema s-sitwazzjoni għandha konnessjoni sostanzjali.

3.   Jekk ir-residenza abitwali tat-tifel tinbidel għal Stat Kontraenti ieħor, il-liġi ta’ dak l-Istat ieħor tibda tirregola, mill-ħin tal-bidla, il-kondizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri meħudin fl-Istat tar-residenza abitwali ta’ qabel.

Artikolu 16

1.   L-attribuzzjoni jew estinzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri b’operazzjoni tal-liġi, mingħajr intervenzjoni ta’ awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, hi rregolata mil-liġi ta’ l-Istat tar-residenza abitwali tat-tifel.

2.   L-attribuzzjoni jew l-estinzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri permezz ta’ ftehim jew att unilaterali, mingħajr l-intervent ta’ awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, hi rregolata mil-liġi ta’ l-Istat tar-residenza abitwali tat-tifel fiż-żmien meta l-ftehim jew att unlilaterali jieħu effett.

3.   Ir-responsabbiltà tal-ġenituri li teżisti taħt il-liġi ta’ l-Istat tar-residenza abitwali tat-tifel tkompli wara bidla ta’ dik ir-residenza abitwali għal Stat ieħor.

4.   Jekk ir-residenza abitwali tat-tifel tinbidel, l-attribuzzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri permezz ta’ l-operazzjoni tal-liġi lil persuna li m’għandhiex diġà din ir-responsabbiltà hi rregolata mil-liġi ta’ l-Istat tar-residenza abitwali ġdida.

Artikolu 17

L-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri hi rregolata mil-liġi ta’ l-Istat tar-residenza abitwali tat-tifel. Jekk ir-residenza abitwali tat-tifel tinbidel, hi rregolata mil-liġi ta’ l-Istat tar-residenza abitwali ġdida.

Artikolu 18

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri msemmija fl-Artikolu 16 tista’ tiġi tterminata, jew il-kondizzjonijiet ta’ l-eżerċizzju tagħha mmodifikati, minn miżuri meħudin taħt din il-Konvenzjoni.

Artikolu 19

1.   Il-validità ta ’transazzjoni magħmula bejn parti terza u persuna oħra li tkun intitolata li taġġixxi bħala r-rappreżentant legali tat-tifel taħt il-liġi ta’ l-Istat fejn it-transazzjoni kienet saret ma tistax tiġi kkontestata, u l-parti terza ma tistax tinsab ħatja, fuq il-bażi tar-raġuni unika li l-persuna l-oħra ma kenitx intitolata taġġixxi bħala r-rappreżentant legali taħt il-liġi indikata mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, sakemm il-parti terza kienet taf jew jew kellha tkun taf li r-responsabbiltà tal-ġenituri kienet irregolata mil-liġi ta’ l-aħħar.

2.   Il-paragrafu ta’ qabel dan jgħodd biss jekk it-transazzjoni kienet magħmula bejn persuni preżenti fuq it-teritorju ta’ l-istess Stat.

Artikolu 20

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jgħoddu anki jekk il-liġi indikata minnhom hija l-liġi ta’ Stat li mhux Kontraenti.

Artikolu 21

1.   F’dan il-Kapitolu t-terminu “liġi” jfisser il-liġi fis-seħħ fi Stat minbarra r-regoli tiegħu dwar l-għażla tal-liġi (choice of law rules).

2.   Madankollu, jekk il-liġi applikabbli skond l- Artikolu 16 hi dik ta’ Stat li mhuwiex Kontraenti u jekk ir-regoli dwar l-għażla tal-ligi (choice of law rules) ta’ dak l-Istat jinnominaw il-liġi ta’ Stat mhux Kontraenti ieħor li kien japplika l-liġi tiegħu, il-liġi ta’ l-Istat ta’ l-aħħar japplika. Jekk dak l-Istat mhux Kontraenti ieħor ma kienx japplika l-liġi proprja, il-liġi applikabbli hi dik indikata fl-Artikolu 16.

Artikolu 22

L-appliakazzjoni tal-ligi indikata mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu tista’ tiġi rrifjutata biss jekk din l-applikazzjoni kienet tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku, b’kont meħud ta’ l-aħjar interessi tat-tifel.

KAPITOLU IV

RIKONOXXIMENT U INFURZAR

Artikolu 23

1.   Il-miżuri meħudin mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Kontraenti għandhom jiġu rikonoxxuti skond l-operazzjoni tal-liġi fl-Istati Kontraenti oħra kollha.

2.   Rikonoxximent jista’ madankollu jiġi rrifjutat:

(a)

jekk il-miżura ttieħdet minn awtorità l-ġurisdizzjoni ta’ liema ma kenitx ibbazata fuq waħda mir-raġunijiet previsti fil-Kapitolu II;

(b)

jekk il-miżura ttieħdet, ħlief f’każ t’urġenza, fil-kuntest ta’ proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi, mingħajr ma tkun ingħatat opportunità lit-tifel biex jinstema, bi ksur tal-prinċipji fundamentali tal-proċedura ta’ l-Istat rikjest;

(ċ)

fuq it-talba ta’ kwalunkwe persuna li tippretendi li l-miżura tikser ir-responsabbiltà tal-ġenitur tiegħu jew tagħha, jekk din il-miżura kienet meħuda, ħlief f’każ t’urġenza, mingħajr ma din il-persuna tkun ingħatat opportunità biex tinstema;

(d)

jekk dan ir-rikonoxximent jmur manifestament kontra għall-ordni pubbliku ta’ l-Istat rikjest, b’kont meħud ta’ l-aħjar interessi tat-tifel;

(e)

jekk il-miżura hi inkompatibbli ma’ miżura meħuda aktar tard fl-Istat mhux Kontraenti tar-residenza abitwali tat-tifel, fejn din il-miżura meħuda aktar tard taderixxi mar-rekwiżiti għar-rikonoxximent fl-Istat rikjest;

(f)

jekk il-proċedura prevista fl-Artikolu 33 ma kenitx segwita.

Artikolu 24

Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 23(1), kwalunkwe persuna interessata tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Kontraenti li jiddeċiedu fuq ir-rikonoxximent jew nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ miżura meħuda fi Stat Kontraenti ieħor. Il-proċedura hi rregolata mil-liġi ta’ l-Istat rikjest.

Artikolu 25

L-awtorità ta’ l-Istat rikjest hi marbuta konklużjonijiet ta’ fatt fuq liema l-awtorità ta’ l-Istat fejn ittieħdet il-miżura bbażat il-ġurisdizzjoni tagħha.

Artikolu 26

1.   Jekk miżuri meħudin fi Stat Kontraenti wieħed u nfurzabbli hemm jeħtieġu nfurzar fi Stat Kontraenti ieħor, għandhom, fuq talba minn parti interessata, jiġu ddikjarati infurzabbli jew reġistrati għall-għan ta’ infurzar f’dak l-Istat ieħor skond il-proċedura prevista fil-liġi ta’ l-Istat ta’ l-aħħar.

2.   Kull Stat Kontraenti għandu japplika proċedura sempliċi u rapida fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ infurzabblità jew reġistrazzjoni.

3.   Id-dikjarazzjoni ta’ infurzabblità jew reġistrazzjoni tista’ tiġi rrifjutata biss għal waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 23(2).

Artikolu 27

Mingħajr preġudizzju għar-reviżjoni kif hi neċcessarja fl-applikazzjoni ta’ l-Artikoli ta’ qabel dan, m’għandux ikun hemm reviżjoni tal-merti tal-miżura meħuda.

Artikolu 28

Miżuri meħudin fi Stat Kontraenti wieħed u ddikjarati infurzabbli, jew reġistrati għall-infurzar, fi Stat Kontraenti ieħor għandhom jiġu nfurzati fl-Istat ta’ l-aħħar bhallikieku kienu meħudin mill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat. L-infurzar jseħħ skond il-liġi ta’ l-Istat rikjest sal-punt previst minn din il-liġi, b’kont tenut ta’ l-aħjar interessi tat-tifel

KAPITOLU V

KOPERAZZJONI

Artikolu 29

1.   Stat Kontraenti għandu jinnomina Awtorità Ċentrali biex twettaq id-doveri li kienu imposti mill-Konvenzjoni fuq dawn l-awtoritajiet.

2.   Stati Federali, Stati b’iżjed minn sistema waħda ta’ liġi jew Stati li għandhom unitajiet territorjali awtonomi għandhom ikunu ħielsa li jaħtru iżjed minn Awtorità Ċentrali waħda u li jispeċifikaw il-limitu territorjali jew personali tal-funzjonijiet tagħhom. Fejn Stat ħatar iżjed minn Awtorità Ċentrali waħda, għandu jinnomina l-Awtorità Ċentrali lil liema kwalunkwe komunikazzjoni tista’ tiġi indirizzata għat-trażmissjoni lill-Awtorità Ċentrali xierqa f'dak l-Istat.

Artikolu 30

1.   L-Awtoritajiet Ċentrali għandhom jikooperaw ma’ xulxin u jipporomovu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati tagħhom sabiex jilħqu l-għanijiet tal-Konvenzjoni.

2.   Dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni, huma għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jipprovdu informazzjoni dwar il-liġijiet ta’, u s-servizzi disponibbli fl-Istati tagħhom li jirrigwardaw il-protezzjoni tat-tfal.

Artikolu 31

L-Awtorità Ċentrali ta’ l-Istat Kontraenti, direttament jew permezz ta’ awtoritajiet pubbliċi jew organi oħra, għandha tieħu l-passi xierqa kollha biex:

(a)

tiffaċilita l-komunikazzjonijiet u toffri l-assistenza prevista fl-Artikoli 8 u 9 u f’dan il-Kapitolu;

(b)

tiffaċilita, permezz ta’ medjazzjoni, konċiljazzjoni jew mezzi simili, soluzzjonijiet miftehmin għall-protezzjoni tal-persuna jew proprjetà tat-tifel f’sitwazzjonijet fejn tapplika l-Konvenzjoni;

(ċ)

tipprovdi, fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Kontraenti ieħor, assistenza fl-iskopertà ta’ fejn jinstab it-tifel fejn jidher li t-tifel jista’ jkun preżenti u fi bżonn ta’ protezzjoni ġewwa t-territorju ta’ l-Istat rikjest.

Artikolu 32

Fuq talba magħmula b’raġunijiet li jsostnuha mill-Awtorità ċentrali jew awtorità kompetenti oħra ta’ kwalunkwe Stat Kontraenti ma’ liema t-tifel għandu konnessjoni sostanzjali, l-Awtorità ċentrali ta’ l-Istat Kontraenti fejn it-tifel abitwalment jkun residenti u preżenti tista’, direttament jew permezz ta’ awtoritajiet pubbliċi jew organi oħra:

(a)

tipprovdi rapport fuq is-sitwazzjoni tat-tifel;

(b)

titlob lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat tagħha biex tikkunsidra l-bżonn li tieħu miżuri għall-protezzjoni tal-persuna jew proprjetà tat-tifel.

Artikolu 33

1.   Jekk awtorità li għandha ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 5 sa 10 tikkontempla t-tqegħid tat-tifel ġo familja foster jew kura istituzzjonjonali, jew l-proviżjoni ta’ kura minn “kafala” jew istituzzjoni analoga, u jekk dan it-tqegħid jew din il-proviżjoni ta’ kura għandha sseħħ fi Stat Kontraenti ieħor, għandha l-ewwel tikkonsulta ma’ l-Awtorità Ċentrali jew awtorità kompetenti oħra ta’ l-Istat Kontraenti ta’ l-aħħar. Għal dak il-għan tittrażmetti rapport fuq it-tifel flimkien mar-raġunijiet għat-tqegħid propost jew proviżjoni ta’ kura.

2.   Id-deċiżjoni fuq it- tqegħid jew proviżjoni ta’ kura tista’ tiġi magħmula fl-Istat rikjest biss jekk l-Awtorità Ċentrali jew awtorità kompetenti oħra ta’ l-Istat rikjest ikkonsentit għat-tqegħid jew provizjoni ta’ kura, b’kont meħud ta’ l-aħjar interessi tat-tifel.

Artikolu 34

1.   Fejn miżura ta’ protezzjoni hi kkontemplata, l-awtoritajiet kompetenti taħt il-Konvenzjoni, jekk is-sitwazzjoni tat-tifel hekk jeħtieġ, jistgħu jitolbu kwalunkwe awtorità ta’ Stat Kontraenti ieħor li għandha informazzjoni rilevanti għall-protezzjoni tat-tifel li tikkomunika din l-informazzjoni.

2.   Stat Kontraenti jista’ jiddikjara li talbiet taħt il-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet tiegħu biss permezz ta’ l-Awtorità Ċentrali tiegħu.

Artikolu 35

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Kontraenti jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet ta’ Stat Kontraenti ieħor biex jassistu fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni meħudin taħt din il-Konvenzjoni, speċjalment fl-assigurazzjoni ta’ l-eżerċizzju effettiv ta’ drittijiet t’aċċess kif ukoll id-dritt li jżommu kuntatti diretti fuq bażi regolari.

2.   L-awtoritajiet ta’ Stat Kontraenti li fih it-tifel ma jkunx abitwalment residenti jistgħu, fuq it-talba ta’ ġenitur li jgħix f'dak l-Istat li qed ifittex li jikseb jew li jżomm aċċess għat-tifel, jiġbru informazzjoni jew prova u jistgħu jirrelataw dwar l-adattezza ta’ dak il-ġenitur sabiex jeżerċita aċċess u dwar il-kondizzjonijiet taħt liema l-aċċess għandu jiġi eżerċitat. Awtorità li teżerċita ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 5 sa 10 biex tistabbilixxi applikazzjoni dwar aċċess għat-tifel, għandha taċċetta u tikkunsidra dik l-informazzjoni, prova u riżultati qabel ma tilħaq id-deċiżjoni tagħha.

3.   Awtorità li għandha ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 5 sa 10 li tiddeċiedi fuq l-aċċess tista’ taġġorna proċedura pendenti r-riżultat ta’ talba magħmula taħt il-paragrafu 2, partikolarment, meta qed tikkunsidra applikazzjoni biex tirrestrinġi jew ittemm drittijiet t’aċċess mogħtija fl-Istat tar-residenza abitwali tat-tifel ta’ qabel.

4.   Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jipprevjeni awtorità li għandha ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 5 sa 10 milli tieħu miżuri temporanji pendenti r-riżultat tat-talba magħmula taħt il-paragrafu 2.

Artikolu 36

Fi kwalunkwe każ fejn it-tifel hu espost għal periklu serju, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti fejn miżuri għall-protezzjoni tat-tifel ittieħdu jew qegħdin taħt kusiderazzjoni, jekk huma infurmati li r-residenza tat-tifel nbiddlet għal, jew li t-tifel hu preżenti fi Stat ieħor, għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat ieħor dwar il-periklu involut u l-miżuri meħudin jew taħt kunsiderazzjoni.

Artikolu 37

Awtorità m’għandhiex titlob jew titrasmetti kwlaunkwe informazzjoni taħt dan il-Kapitolu jekk dan, fl-opinjoni tagħha, x’aktarx ipoġġi l-persuna jew il-proprjetà tat-tifel in periklu, jew jikkostitwixxi thedida serja lil-libertà jew ħajja ta’ membru tal-familja tat-tifel.

Artikolu 38

1.   Mingħajr preġudizzju għall-possibiltà li jimponu ħlasijiet raġonevoli għall-proviżjoni ta’ servizzi, Awtoritajiet Ċentrali u awtoritajiet pubbliċi oħra ta’ Stati Kontraenti għandhom iġorru l-ispejjeż tagħhom fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

2.   Kwalunkwe Stat Kontraenti jista’ jidħol fi ftehimiet ma’ wieħed jew iżjed Stati Kontraenti oħra dwar l-allokazzjoni ta’ ħlasijiet.

Artikolu 39

Kwalunkwe Stat Kontraenti jista’ jidħol fi ftehimiet ma’ wieħed jew aktar Stati Kontraenti oħra bil-għan li tittejjeb l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom. L-Istati li kkonkludew ftehim bħal dan għandhom jittrażmettu kopja lid-depożitarju tal-Konvenzjoni.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 40

1.   L-awtoritajiet ta’ l-Istat Kontraenti tar-residenza abitwali tat-tifel, jew ta’ l-Istat Kontraenti fejn ittieħdet miżura ta’ protezzjoni, tista’ tagħti lill-persuna li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri jew lill-persuna li għandha l-protezzjoni tal-persuna jew tal-proprjetà tat-tifel, fuq it-talba tiegħu jew tagħha, ċertifikat li jindika l-kapaċità li biha l-persuna hi intitolata li taġixxi u l-poteri mogħtija lilu jew lilha.

2.   Il-kapacitajiet u poteri indikati fiċ-ċertifikat huma meqjusin li jappartienu lil dik il-persuna, fl-assenza ta’ prova kontrarja.

3.   Kull Stat Kontraenti għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu ċ-ċerifikat.

Artikolu 41

Id-data personali miġbura jew trażmessa taħt il-Konvenzjoni għandha tiġi użata biss għall-għanijiet għal liema kienu miġburin jew trażmessi.

Artikolu 42

L-awtoritajiet lil liema informazzjoni hi trasmessa għandhom jassiguraw il-konfidenzjalità tagħha, skond il-liġi ta’ l-Istat tagħhom.

Artikolu 43

Id-dokumenti kollha mgħoddija jew ikkunsinjati taħt din il-Konvenzjoni għandhom ikunu eżenti mil-legiżlazzjoni jew kwalunkwe formalità simili.

Artikolu 44

Kull Stat Kontraenti jista’ jinnomina l-awtoritajiet lil liema talbiet taħt l- Artikoli 8, 9 u 33 għandhom ikunu indirizzati.

Artikolu 45

1.   Id-deskrizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 29 u 44 għandhom ikunu komunikati lil Bureau Permanenti tal-Konferenza ta’ l-Aja fuq id-Dritt Internazzjonali Privat.

2.   Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(2), għandha tiġi magħmula lid-depożitarju tal-Konvenzjoni.

Artikolu 46

Stat Kontraenti li fih sistemi ta’ liġi jew settijiet ta’ regoli tal-liġi differenti japplikaw għall-protezzjoni tat-tifel u l-proprjetà tiegħu jew tagħha m’għandhomx ikunu marbutin li japplikaw ir-regoli ta’ din il-Konvenzjoni lill-kunflitti unikament bejn dawn is-sistemi ta’ liġi jew settijiet ta’ regoli tal-liġi differenti.

Artikolu 47

Fir-rigward ta’ Stat li fih tnejn jew aktar sistemi ta’ liġi jew settijiet ta’ regoli tal-liġi fir-rigward ta’ kwalunkwe ħaġa li titratta din il-Konvenzjoni japplikaw f’unitajiet territorjali differenti:

1.

kwalunkwe riferenza għar-residenza abitwali f’dak l-Istat għandu jittieħed bħala r-residenza abitwali f’unità territorjali;

2.

kwalunkwe riferenza għall-presenza tat-tifel f’dak l-Istat għandu jiġi jittieħed bħala riferenza għall-preżenza f’unità territorjali;

3.

kwalunkwe riferenza għal-lokalità ta’ proprjetà tat-tifel f’dak l-Istat għandha tiġi meħuda bħala riferenza għal-lokalità ta’ proprjetà tat-tifel f’unità territorjali;

4.

kwalunkwe riferenza għall-Istat ta’ liema t-tifel huwa ċittadin għandha tittieħed bħala riferenza għall-unità territorjali nnominata mil-liġi ta’ dak l-Istat jew, fl-assenza ta’ regoli rilevanti, għall-unità territorjali ma’ liema t-tifel għandu l-konnessjoni l-aktar viċina;

5.

kwalunkwe riferenza għall-Istat l-awtoritajiet ta’ liema għandhom applikazzjoni għad-divorzju jew separazzjoni legali tal-ġenituri tat-tifel, jew għall-annullament taż-żwieġ tagħhom, għandha tittieħed bħala riferenza għall-unità territorjali l-awtoritajiet ta’ liema għandhom din l-applikazzjoni;

6.

kwalunkwe riferenza għall-Istat ma’ liema t-tifel għandu konnessjoni sostanzjali għandha tiġi meħuda bħala riferenza għall-unità territorjali ma’ liema t-tifel għandu din il-konnessjoni;

7.

kwalunkwe riferenza għall-Istat minn fejn tneħħa it-tifel jew fejn qed qiegħda jinżamm/tinżamm għandha tittieħed bħala riferenza lill-unità territorjali lil liema t-tifel ġie mneħħi jew ġo liema hu jew hi ġie ritenut;

8.

kwalunkwe riferenza lill-awtoritajiet jew korpijiet ta’ dak l-Istat, barra l-Awtoritajiet ċentrali, għandha tiġi meħuda bħala riferenza għal dawk awtorizzati li jaġixxu fl-unità territorjali rilevanti;

9.

kwalunkwe riferenza għal-liġi jew proċedura jew awtorità ta’ l-Istat ġo liema l-miżura ttieħdet għandha tiġi meħuda bħala riferenza għal-liġi jew proċedura jew awtorità ta’ l-unità territorjali ġo liema din il-miżura ttieħdet;

10.

kwalunkwe riferenza għal-liġi jew proċedura jew awtorità ta’ l-Istat rikjest għandha tiġi meħuda bħala riferenza għal-liġi jew il-proċedura jew l-awtorità ta’ l-unità territorjali ġo liema rikonoxximent jew infurzar hu mfittex.

Artikolu 48

Għall-iskop ta’ l-identifikazzjoni tal-liġi applikabbli taħt il-Kapitolu III, fir-rigward ta’ Stat li jikkomprendi tnejn jew aktar unitajiet territorjali li kull waħda minnhom għandha s-sistema ta’ liġi proprja jew settijiet ta’ regoli tal-liġi rigwardanti kwistjonijiet koperti minn din il-Konvenzjoni, ir-regoli li ġejjin japplikaw:

(a)

jekk hemm regoli fis-seħħ f’dan l-Istat li jiddentifikaw il-liġi ta’ liema unità territorjali hija applikabbli, il-liġi ta’ dik l-unità tapplika;

(b)

fl-assenza ta’ dawn ir-regoli, il-liġi ta’ l-unità territorjali rilevanti kif definita fl- Artikolu 47 tapplika.

Artikolu 49

Għall-iskop ta’ l-identifikazzjoni tal-liġi applikabbli taħt il-Kapitolu III, fir-rigward ta’ Stat li għandu tnejn jew aktar sistemi ta’ liġi jew settijiet ta’ regoli tal-liġi applikabbi għal kategoriji differenti ta’ persuni rigward kwistjonijiet koperti minn din il-Konvenzjoni, ir-regoli li ġejjin japplikaw:

(a)

jekk hemm regoli fis-seħħ f’dan l-Istat li jiddentikikaw liema fost dawn il-liġijiet tapplika, dik il-liġi tapplika;

(b)

fl-assenza ta’ dawn ir-regoli, il-liġi tas-sistema jew tas-settijiet ta’regoli tal-liġi ma liema t-tifel għandu l-konessjoni l-aktar viċina tapplika.

Artikolu 50

Din il-Konvenzjoni m’għandhiex taffetwa l-Konvenzjoni tal-25 t’Ottubru 1980 fuq l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal, kif bejn Partijiet għaż-żewġ Konvenzjonijiet. Xejn, madankollu, ma jipprekludi dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni milli jiġu nvokati għall-iskopijiet tal-ksubija tar-ritorn ta’ tifel li kien tneħħa jew irritenut inġustament jew ta’ organizazzjoni ta’ drittijiet ta’aċċess.

Artikolu 51

F’relazzjonijiet bejn l-Istati Kontraenti, din il-Konvenzjoni tieħu l-post tal-Konvenzjoni tal-5 t’Ottubru 1961 dwar il-poteri ta’awtoritajiet u l-liġi applikabbli fir-rigward għall-protezzjoni ta’ minuri, u l-Konvenzjoni li tirregola t-tutela ta’ minuri, iffirmata fl-Aja it-12 ta’ Ġunju 1902, mingħajr preġudizzju għar-rikonoxximnet ta’ miżuri meħudin taħt il-Konvenzjoni tal-5 t’Ottubru 1961 imsemmija hawn fuq.

Artikolu 52

1.   Din il-Konvenzjoni ma taffetwa l-ebda strument internazzjonali għal liema Stati Kontraenti huma Partijiet u li jinsabu ġo fiha dispożizzjonijiet fuq materiji irregolati mill-Konvenzjoni, sakemm ma ssirx dikjarazzjoni kontrarja mill-Istati, Partijiet għal dan l-istrument.

2.   Din il-Konvenzjoni ma taffetwax il-possibiltà għal wieħed jew aktar mill-Istati Kontraenti li jikkonkludu ftehimiet li jkunu jinsabu fihom, fir-rigward ta’ tfal li abitwalment jkunu residenti fi kwalunkwe mill-Istati, Partijiet għal dawn il-ftehimiet, dispożizzjonijiet fuq materji irregolati minn din il-Konvenzjoni.

3.   Ftehimiet li għandhom jiġu konklużi minn wieħed jew aktar mill-Istati Kontraenti fuq materji fl-iskop ta’ din il-Konvenzjoni ma jaffetwawx, fir-relazzjoni ta’ dawn l-Istati ma’ Stati Kontraenti oħra, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni.

4.   Il-paragrafi ta’ qabel dan japplikaw ukoll lil-liġijiet uniformi bbażati fuq rbit speċjali ta’ natura reġjonali jew oħra bejn l-Istati in kwistjoni.

Artikolu 53

1.   Il-Konvenzjoni għandha tgħodd għall-miżuri biss jekk huma meħudin fi Stat wara l-Konvenzjoni ġiet fis-seħħ għal dak l-Istat.

2.   Il-Konvenzjoni għandha tgħodd għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ miżuri meħudin wara d-dħul fis-seħħ bejn l-Istat fejn il-miżuri ġew meħudin u l-Istat rikjest.

Artikolu 54

1.   Kwalunkwe komunikazzjoni mibgħuta lill-Awtorità Ċentral jew lill-awtorità oħra ta’ Stat Kontraenti għandu jkun fil-lingwa oriġinali, u għandha tkun akkumpanjati b’traduzzjoni għal-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat ieħor jew, fejn dan mhux possibbli, traduzzjoni għall-Franċiż jew l-Ingliż.

2.   Madankollu, Stat Kontraenti jista’, billi jagħmel riżerva skond l-Artikolu 60, jagħmel oġġezzjoni għall-użu jew tal-Franċiż jew l-Ingliż, imma mhux għat-tnejn.

Artikolu 55

1.   Stat Kontraenti jista’, skond l-Artikolu 60:

(a)

jirriżerva l-ġurisdizzjoni ta’ l-awtoritajiet tiegħu li jieħdu miżuri diretti lejn il-protezzjoni ta’ prorjetà ta’ tifel li jinsab fuq it-territorju tiegħu;

(b)

jirriserva d-dritt li ma jirrikonoxxix kwalunkwe responsabbiltà tal-ġenituri jew miżura sal-punt li mhuwiex kompatibbli ma’ kwalunkwe miżura meħuda mill-awtoritajiet tiegħu fir-rigward ta’ dik il-proprjetà.

2.   Ir-riserva tista’ tiġi ristretta għal ċerti kategoriji ta’ proprjetà.

Artikolu 56

Is-Segretarju Ġenerali tal-Konferenza ta’ l-Aja fuq id-Dritt Internazzjonali Privat għandu f’intervalli regolari jsejjaħ Kummissjoni Speċjali sabiex tirrevedi l-operazzjoni prattika tal-Konvenzjoni.

KAPITOLU VII

KLAWŻOLI FINALI

Artikolu 57

1.   Il-Konvenzjoni għandha tinfetaħ għall-iffirmar mill-Istati li kienu Membri tal-Konferenza ta’ l-Aja fuq id-Dritt Internazzjonali Privat fi żmien it-Tmintax-il Sessjoni tagħha.

2.   Għandha tkun irratifikata, aċċettata jew approvata u l-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ l-Olanda, depożitarju tal-Konvenzjoni.

Artikolu 58

1.   Kwalunkwe Stat ieħor jista’ jagħmel adeżjoni għall-Konvenzjoni wara li tkun daħlet fis-seħħ skond l-Artikolu 61, paragrafu 1.

2.   L-istrument ta’ adeżjoni għandu jiġi ddepożitat mall-depożitarju.

3.   Din l-adeżjoni għandha jkollha effett biss għar-rigward ir-relazzjonijiet bejn l-Istat li għamel adeżjoni u dawk l-Istati Kontraenti li ma għamlux oġġezzjoni għall-adeżjoni tagħha fis-sitt xhur wara l-irċevuta tan-notifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 63(b). Oġġezzjoni bħal din tista’ ukoll tiġi mqajma minn Stati fil-ħin li jirratifikaw, jaċċettaw jew japprovaw il-Konvenzjoni wara adeżjoni. Kwalunkwe oġġezzjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lid-depożitarju.

Artikolu 59

1.   Jekk Stat għandu tnejn jew aktar unitajiet territorjali ġo liema sistemi ta’ liġi differenti huma applikabbli fir-rigward ta’ kwistjonijiet ittrattati f’din il-Konvenzjoni, tista’ fil-ħin ta’ l-iffirmar, ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tiddikjara li l-Konvenzjoni għandha testendi għall-unitajiet territorjaili kollha tagħha jew biss għal waħda jew aktar minnhom u tista’ timmodifika din id-dikjarazzjoni billi tagħti dikjarazzjoni oħra fi kwalunkwe ħin.

2.   Kwalunkwe dikjarazzjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lid-depożitarju u għandha tgħid espressament l-unitajiet territorjali għal liema tapplika l-Konvenzjoni.

3.   Jekk Stat ma jagħmilx dikjarazzjoni taħt dan l-Artikolu, il-Konvenzjoni għandha tiġi estiża lill-unitajiet territorjali kollha ta’ dak l-Istat.

Artikolu 60

1.   Kwlaunkwe Stat jista’, mhux aktar tard mill-ħin tar-ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, jew fil-ħin li jagħmel dikjarazzjoni skond it-termini ta’ l-Artikolu 59, jagħmel waħda jew iż-żewġ riżervi previsti fl-Artikolu 54(2), u l-Artikolu 55. L-ebda riżerva oħra għandha tiġi permessa.

2.   Kwalunkwe Stat jista’ fi kwalunkwe ħin jirtira riserva li huwa għamel. Din l-irtira għandha tiġi nnotifikata lid-depożitarju.

3.   Ir-riżerva għandha tieqaf milli jkollha effett fl-ewwel ġurnata tat-tielet xahar fil-kalendarju wara n-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafu ta’ qabel dan.

Artikolu 61

1.   Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara t-tmiem tat-tlett xhur ta’ wara d-depożitu tat-tielet istrument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 57.

2.   Wara dan il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ:

(a)

għal kull Stat li jirratifikaha, jaċċettaha jew japprovaha sussegwentement, fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara t-tmiem tat-tlett xhur ta’ wara d-depożitu ta’ l-istrument tiegħu tar-ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni;

(b)

għal kull Stat li jagħmel adeżjoni, fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara t-tmiem ta’ tliet xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ sitt xhur previst fl-Artikolu 58(3);

(ċ)

għal unità territorjali lil liema l-Konvenzjoni ġiet estiża skond l-Artikolu 59, fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara t-tmiem ta’ tliet xhur wara n-notifikazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu.

Artikolu 62

1.   Parti Stat għall-Konvenzjoni jista’ jiddenunzja għalih permezz ta’ notifikazzjoni miktuba indirizzata lid-depożitarju. Id-denunzja tista’ tkun limitata għal ċerti unitajiet territorjali lil liema tapplika l-Konvenzjoni.

2.   Id-denunzja tieħu effett fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara t-tmiem ta’ tnax-il xahar wara li n-notifikazzjoni hi rċevuta mid-depożitarju. Fejn perjodu aktar twil biex id-denunzja tieħu effett hi speċifikata fin-notifikazzjoni, id-denunzja tieħu effett mat-tmiem ta’ dan il-perjodu aktar twil.

Artikolu 63

Id-depożitarju għandu jinnotifika l-Istati Membri tal-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Istati li għamlu adeżjoni skond l-Artikolu 58 ta’ dak li ġej:

(a)

il-firem, ir-ratifiki, l-aċċettazzjonijiet u l-approvazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 57;

(b)

l-adeżjonijiet u l-oġġezzjonijiet magħmula lill-adeżjoni msemmijin fl-Artikolu 58;

(ċ)

id-data meta l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 61;

(d)

id-dikjarazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 34(2), u l-Artikolu 59;

(e)

il-ftehimiet msemmijin fl-Artikolu 39;

(f)

ir-riżervi msemmijin fl-Artikolu 54(2), u l-Artikolu 55 u r-ritirati msemmijin fl- Artikolu 60(2);

(ġ)

id-denunzji msemmijin fl-Artikolu 62.

B’xiehda ta’ dan l’hawn taħt iffirmati, debitament awtorizzati għal dan, iffirmaw din il-Konvenzjoni.

Magħmula fl-Aja, 19 ta’ Ottubru 1996, fil-lingwi Franċiża u Ingliża, it-testi ugwalment awtentiċi, f’kopja singola li għandhom ikunu ddepożitati fl-arkivji tal-Gvern tar-Renju ta’ l-Olanda, u li kopja ċċertifikata għandha tintbagħat, permezz ta’ kanali diplomatiċi, lil kull wieħed mill-Istati Memberi tal-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fid-data tat-Tmintax-il Sessjoni tagħha.


Kummissjoni

11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Mejju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (titlu mhux uffiċjali)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1937)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/432/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi ta’ tagħmir għal meded qosra.

(2)

Madankollu, minħabba bidliet mgħaġġla fit-teknoloġija u t-talbiet tas-soċjetà, jistgħu jfeġġu applikazzjonijiet ġodda ta’ tagħmir għal meded qosra li jkollhom bżonn aġġornamenti regolari fil-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru.

(3)

Fil-5 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni ħarġet mandat permanenti (3) lill-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex taġġorna l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE bi tweġiba għall-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali fil-qasam ta’ tagħmir għal meded qosra.

(4)

Fir-rapport tagħha (4) ta’ Lulju 2007 mibgħut bi tweġiba għal dak il-mandat, is-CEPT tat parir lill-Kummissjoni biex temenda għadd ta’ aspetti tekniċi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE.

(5)

Id-Deċiżjoni 2006/771/KE għalhekk għandha tkun emendata skond dan.

(6)

Tagħmir li jopera skond il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma wkoll mad-Direttiva 1995/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar apparat ta’ radju u ta’ terminali tat-telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (5) sabiex l-ispettru jkun użat b’mod effikaċi li jevita interferenza li tagħmel il-ħsara, murija jew permezz ta’ lħiq ta’ standard armonizzat jew permezz ta’ ħarsien ta’ proċeduri alternattivi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

(7)

Il-miżuri li hemm dispożizzjonijiet għalihom f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE jinbidel bl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p.1.

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 66.

(3)  Mandat Permanenti għas-CEPT dwar l-aġġornament annwali ta’ l-anness tekniku għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-armonizzazzjoni teknika ta’ spettru tar-radju għal użu ma’ Tagħmir għal Meded Qosra. (5 ta’ Lulju 2006).

(4)  RSCOM(07) 58.

(5)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Meded ta’ frekwenza armonizzati u parametri tekniċi ta’ tagħmir għal meded qosra

Tip ta’ tagħmir għal meded qosra

Medda ta' frekwenza

Limitu tal-qawwa/limitu tas-saħħa tal-kamp/limitu tad-densità tal-qawwa (1)

Parametri addizzjonali/rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija (2)

Restrizzjonijiet oħra fuq l-użu (3)

Skadenza ta’ l-implimentazzjoni

Tagħmir għal meded qosra mhux speċifik (4)

6 765 -6 795 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ottubru 2008

13,553-13,567 MHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ottubru 2008

26,957-27,283 MHz

10 mW qawwa effettiva mogħtija (e.r.p.), li tikkorrispondi għal 42 dBμA/m f’10 metri

 

Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi

1 ta’ Ġunju 2007

40,660-40,700 MHz

10 mW e.r.p.

 

Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi

1 ta’ Ġunju 2007

433,050-434,040 (5) MHz

1 mW e.r.p.

– 13dBm/10 kHz densità tal-qawwa għal modulazzjoni ta’ bandwidth akbar minn 250 kHz

 

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

10 mW e.r.p.

Ċiklu ta’ ħidma (6): 10 %

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ġunju 2007

434,040-434,790 (5) MHz

1 mW e.r.p.

– 13dBm/10 kHz densità tal-qawwa għal modulazzjoni ta’ bandwidth akbar minn 250 kHz

 

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

10 mW e.r.p.

Ċiklu ta’ ħidma (6): 10 %

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ġunju 2007

Ċiklu ta’ ħidma (6): 100 % suġġett għal spazjar tal-kanali sa 25 kHz

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

863,000-868,000 MHz

25 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

868,000-868,600 (5) MHz

25 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 1 %

Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

25 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

868,700-869,200 (5) MHz

25 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

25 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

869,400-869,650 (5) MHz

500 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 10 %

L-ispazjar tal-kanali għandu jkun 25 kHz, ħlief li l-medda ta’ frekwenza kollha tista’ wkoll tintuza bħala kanal wieħed biss għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja

Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

25 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

869,700-870,000 (5) MHz

5 mW e.r.p.

Applikazzjonijiet ta’ vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija

Applikazzjonijiet ta’ awdjo u vidjow huma esklużi

1 ta’ Ġunju 2007

25 mW e.r.p.

Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi

1 ta’ Ottubru 2008

2 400 -2 483,5 MHz

10 mW qawwa isotropika mogħtija ekwivalenti (e.i.r.p.)

 

 

1 ta’ Ġunju 2007

5 725 -5 875 MHz

25 mW e.i.r.p.

 

 

1 ta’ Ġunju 2007

24,150-24,250 GHz

100 mW e.i.r.p.

 

 

1 ta’ Ottubru 2008

61,0-61,5 GHz

100 mW e.i.r.p.

 

 

1 ta’ Ottubru 2008

Sistemi ta' allarm

868,600-868,700 MHz

10 mW e.r.p.

Spazjar ta’ kanali: 25 kHz

Il-medda kollha ta’ frekwenza tista’ tintuża wkoll bħala kanal wieħed biss għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja

Ċiklu ta’ ħidma (6): 1,0 %

 

1 ta’ Ottubru 2008

869,250-869,300 MHz

10 mW e.r.p.

Spazjar ta’ kanali: 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6): 0,1 %

 

1 ta’ Ġunju 2007

869,300-869,400 MHz

10 mW e.r.p.

Spazjar ta’ kanali: 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6): 1,0 %

 

1 ta’ Ottubru 2008

869,650-869,700 MHz

25 mW e.r.p.

Spazjar ta’ kanali: 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6): 10 %

 

1 ta’ Ġunju 2007

Allarmi soċjali (7)

869,200-869,250 MHz

10 mW e.r.p.

Spazjar ta’ kanali: 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6): 0,1 %

 

1 ta’ Ġunju 2007

Applikazzjonijiet induttivi (8)

20,050-59,750 kHz

72 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ġunju 2007

59,750-60,250 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ġunju 2007

60,250-70,000 kHz

69 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ġunju 2007

70-119 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ġunju 2007

119-127 kHz

66 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ġunju 2007

127-140 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ottubru 2008

140-148,5 kHz

37.7 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ottubru 2008

148,5-5 000 kHz

Fil-meded ta’ frekwenza speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħa tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu

– 15 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe bandwidth ta’ 10 kHz

Barra minn hekk is-saħħa totali tal-kamp hija -5 dBμA/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’bandwidths akbar minn 10 kHz

 

 

1 ta’ Ottubru 2008

400-600 kHz

– 8 dBμA/m f’10 metri

 

Hija permessa biss l-applikazzjoni RFID (9)

1 ta’ Ottubru 2008

3 155 -3 400 kHz

13.5 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ottubru 2008

5 000 -30 000 kHz

Fil-meded ta’ frekwenzi speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħa tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu:

– 20 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe bandwidth ta’ 10 kHz

Barra minn hekk is-saħħa totali tal-kamp hija – 5 dBμA/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’bandwidths akbar minn 10 kHz

 

 

1 ta’ Ottubru 2008

6 765 -6 795 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ġunju 2007

7 400 -8 800 kHz

9 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ottubru 2008

10 200 -11 000 kHz

9 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ottubru 2008

13 553 -13 567 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ġunju 2007

60 dBμA/m f’10 metri

 

Huma permessi biss l-applikazzjonijiet RFID (9) u EAS (10)

1 ta’ Ottubru 2008

26 957 -27 283 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

1 ta’ Ottubru 2008

Implantazzjonijiet Mediċi Attivi (11)

9-315 kHz

30 dBμA/m f’10m

Ċiklu ta’ ħidma (6): 10 %

 

1 ta’ Ottubru 2008

402-405 MHz

25 μW e.r.p.

Spazjar ta’ kanali: 25 kHz

Restrizzjoni oħra fuq tqassim ta’ kanali: trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu kanali ma’ ġenbhom għal bandwidth usa’ b’tekniki ta’ taffija avvanzati li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE

 

1 ta’ Ottubru 2008

Applikazzjonijiet awdjo bla wires  (12)

87,5-108,0 MHz

50 nW e.r.p.

L-ispazjar ta’ kanali sa 200 kHz

 

1 ta’ Ottubru 2008

863-865 MHz

10 mW e.r.p.

 

 

1 ta’ Ġunju 2007


(1)  L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ spettru sal-qawwa, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa mogħtija f'din it-tabella. B’konformità ma’ l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, jistgħu jimponu kundizzjonijiet inqas ristrettivi, jiġifieri jippermettu l-użu ta' spettru b'qawwa, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa ogħla.

(2)  L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll dawn il-‘parametri addizzjonali / rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta' taffija', u ma jistgħux iżidu parametri oħra jew rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta' taffija. Kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jħallu barra għal kollox il-parametri / rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija f’kaxxa tat-tabella waħda jew jippermettu valuri ogħla.

(3)  L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn ir-“restrizzjonijiet oħra fuq l-użu”, u ma jistgħux iżidu restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-użu. Billi jistgħu jiġu introdotti kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, l-Istati Membri jistgħu jħallu barra restrizzjoni waħda jew dawn ir-restrizzjonijiet kollha.

(4)  Din il-kategorija hija disponibbli għal kwalunkwe tip ta’ applikazzjoni li tilħaq il-kundizzjonijiet tekniċi (użi tipiċi huma telemetrija, telekmnand, allarmi, dejta in ġenerali u applikazzjoni simili oħra).

(5)  Għal din il-medda ta’ frekwenza l-Istati Membri għandhom jagħmlu s-serje ta’ kundizzjonijiet għall-użu alternattivi kollha possibbli

(6)  “Ċiklu ta’ ħidma” jfisser il-proporzjon ta’ ħin matul kwalunkwe perjodu ta’ siegħa meta l-apparat qed jittrażmetti b’mod attiv. Kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jippermettu valur ogħla għaċ-“Ċiklu ta’ ħidma”.

(7)  Tagħmir ta’ allarmi soċjali jintużaw biex jgħinu nies anzjani jew b’inkapaċità meta jkunu f’periklu.

(8)  Din il-kategorija tkopri, pereżempju, tagħmir biex il-karozzi ma jitħarkux, identifikazzjoni ta' annimali, sistemi ta' allarmi, detezzjoni ta' cable, ġestjoni ta' skart, identifikazzjoni personali, konnessjonijiet tal-vuċi bla wires, kontroll ta' aċċess, sensuri ta' prossimità, sistemi kontra s-serq, inkluż sistemi RF induttivi kontra s-serq, trasferiment ta' dejta għal tagħmir li jinżamm fl-idejn, identifikazzjoni awtomatika ta’ oġġetti, sistemi ta’ kontroll bla wires u nollijiet tat-toroq awtomatiċi.

(9)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi wżati għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (RFID).

(10)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi wżati għas-Sorveljanza Elettronika ta’ Oġġetti (EAS).

(11)  Din il-kategorija tkopri l-parti tar-radju ta’ tagħmir implantabbli mediku attiv, kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u periferali oħrajn (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).

(12)  Applikazzjonijiet għal sistemi ta’ awdjo bla wires, inkluż: lawdspijkers bla wires; headphones bla wires; headphones bla wires biex jinġarru, bħal CD, casette jew tagħmir tar-radju li jinġarru fuq persuna; headphones bla wire għall-użu f’vettura, pereżempju għall-użu ma’ radju jew mowbajl, eċċ.; tagħmir ta’ monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna, għall-użu f’kunċerti u produzzjonijiet oħra tal-palk.


11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008

li timponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ żejt tal-ġirasol li joriġina jew li jiġi kkunsinjat mill-Ukraina minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni miż-żejt minerali

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2709)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/433/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53 (2), it-tieni sottoparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Is-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) ġiet innotifikata fit-23 ta’ April 2008 li ż-żejt tal-ġirasol li joriġina mill-Ukraina nstab li huwa kkontaminat b’livelli għolja ta’ żejt minerali. Din il-kontaminazzjoni minn żejt minerali aktar tard ġiet ikkonfermata f’diversi kunsinji ta’ żejt tal-ġirasol mhux raffinat li joriġina mill-Ukraina li ġew importati matul dawn l-aħħar xhur fil-Komunità. Żejt tal-ġirasol li fih livelli għolja ta’ żejt minerali mhuwiex tajjeb għall-konsum mill-bniedem u għalhekk jitqies li mhuwiex sigur. Is-sors ta’ kontaminazzjoni għadu mhux magħruf.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea ħeġġet ripetutament lill-awtoritajiet Ukraini biex jipprovdu tagħrif dwar l-oriġini tal-kontaminazzjoni u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni tagħha fil-futur. Intalbu wkoll assigurazzjonijiet mill-awtoritajiet Ukraini fir-rigward tat-twaqqif ta’ miżuri effettivi maħsuba biex jiggarantixxu t-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi xierqa tal-preżenza ta’ żejt minerali f’kunsinji ta’ żejt tal-ġirasol li jitilqu mill-Ukraina b’destinazzjoni l-Komunità Ewropea.

(3)

Fl-Ukraina għadhom għaddejjin investigazzjonijiet maħsuba biex jidentifikaw is-sors ta’ kontaminazzjoni. L-awtoritajiet Ukraini huma wkoll impenjati li jistabbilixxu sistema ta’ kontroll xierqa li se tiżgura li l-kunsinji kollha ta’ żejt tal-ġirasol li jridu jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea jiġu ċċertifikati li ma fihomx livelli ta’ żejt minerali li jagħmlu ż-żejt tal-ġirasol ħażin għall-konsum mill-bniedem. Madankollu, id-dettalji ta’ din is-sistema ta’ kontroll għad iridu jingħataw lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tevalwa s-sistema ta’ kontroll u ċertifikazzjoni sabiex tivverifika l-preċiżjoni u l-affidabilità biex tiggarantixxi li ż-żejt tal-ġirasol esportat lejn il-Komunità ma fihx livelli ta’ żejt minerali, li jagħmlu ż-żejt tal-ġirasol ħażin għall-konsum mill-bniedem. Għandu jiġi żgurat li mhi se ssir l-ebda esportazzjoni ta’ żejt tal-ġirasol lejn il-Komunità sakemm tidħol fis-seħħ din is-sistema ta’ kontroll u ċertifikazzjoni kif ukoll tiġi evalwata u aċċettata mill-Kummissjoni. L-evalwazzjoni tas-sistema ta’ kontroll u ċertifikazzjoni se titwettaq fuq il-bażi ta' tagħrif dettaljat mogħti mill-awtoritajiet Ukraini.

(4)

Wara talba mill-Kummissjoni Ewropea għal evalwazzjoni tar-riskji relatati mal-kontaminazzjoni ta’ żejt tal-ġirasol minn żejt minerali, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippubblikat stqarrijia dwar il-kontaminazzjoni ta’ żejt tal-ġirasol b’żejt minerali esportat mill-Ukraina. L-istqarrija tirreferi għall-evalwazzjonijiet imwettqa mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi fl-Ikel (JECFA) li jindikaw il-livelli differenti ta’ tossiċità skond it-tip ta’ żejt minerali. L-EFSA kkonkludiet li d-data analitika disponibbli għaż-żejt tal-ġirasol kontaminat mill-Ukraina tindika li ż-żejt minerali preżenti kien ta' viskożità għolja. Skond l-istimi ta’ esponiment, l-EFSA kkonkludiet li l-esponiment għal żejt tal-ġirasol kontaminat minn żejt minerali ta' viskożità għolja, anke jekk mhux mixtieq għall-konsum mill-bniedem, ma jkunx ta' riskju għas-saħħa pubblika f'dan il-każ. Minħabba li s-sors ta’ kontaminazzjoni għad ma ġiex identifikat b’ċertezza, teżisti l-preżunzjoni ta’ riskju marbut mal-preżenza ta’ livelli għolja u mhux aċċettabbli ta’ żejt minerali f’żejt tal-ġirasol.

(5)

Meta jitqies il-livell ta’ riskju, anke ladarba s-sistemi ta’ kontroll u ċertifikazzjoni jiġu aċċettati mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkontrollaw il-kunsinji ta’ żejt tal-ġirasol sabiex jivverifikaw li dawn il-kunsinji fihom livell ta’ żejt minerali konformi ma' dak li huwa ddikjarat fuq iċ-ċertifikat. Din is-sistema ta’ kontroll doppju hija meħtieġa u ġġustifikata sabiex jingħataw garanziji addizzjonali għall-preċiżjoni u l-affidabilità tas-sistema ta’ kontroll u ċertifikazzjoni stabbilita mill-awtoritajiet Ukraini. L-ispejjeż imġarrba biex jitwettqu dawn il-kontrolli għandhom jinġarru mill-operaturi responsabbli mill-importazzjoni. L-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni b’riżultati mhux favorevoli permezz tas-Sistema Rapida ta' Twissija għall-Ikel u l-Għalf. Ir-riżultati favorevoli għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni kull ett xhur. Dan l-obbligu ta’ tagħrif huwa meħtieġ biex il-miżuri jiġu evalwati mill-ġdid.

(6)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza Komunitarji xierqa għal ikel u għalf importati minn pajjiż terz biex tkun imħarsa s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa ta’ l-annimali jew l-ambjent, meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwali.

(7)

Sakemm tiġi evalwata u aċċettata s-sistema ta’ kontroll u ċertifikazzjoni li trid tiġi stabbilita mill-awtoritajiet Ukraini, ma għandha ssir l-ebda importazzjoni ta’ żejt tal-ġirasol li joriġina jew li jiġi kkunsinjat mill-Ukraina minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni biż-żejt minerali.

(8)

L-Istati Membri ġew mgħarrfa bl-inċident ta' kontaminazzjoni u ħadu l-miżuri xierqa biex jirtiraw iż-żejt tal-ġirasol kontaminat u l-prodotti ta' l-ikel li fihom żejt tal-ġirasol kontaminat li diġà tqiegħdu fis-suq, kif hu rrakkomandat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tar-RASFF.

(9)

Minħabba l-urġenza, fl-istennija tal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, u wara li ġew mgħarrfa l-awtoritajiet ta’ l-Ukraina, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/388/KE fit-23 ta’ Mejju 2008 li timponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ żejt tal-ġirasol li joriġina jew li jiġi kkunsinjat mill-Ukraina minħabba riskji ta' kontaminazzjoni miż-żejt minerali (2), skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 53(2), l-ewwel sottoparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(10)

Dawn il-miżuri għandhom jiġu kkonfermati u emendati b’rigward l-ispejjeż tal-kontrolli, imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membri.

(11)

Huwa għalhekk xieraq li l-Deċiżjoni 2008/388/KE tiġi revokata u mibdula.

(12)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni ta’ żejt tal-ġirasol, li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 1512 11 91 jew 1512199010, li joriġina jew jiġi kkunsinjat mill-Ukraina (minn hawn ’il quddiem iż-żejt tal-ġirasol), sakemm il-kunsinja ta’ żejt tal-ġirasol ma tkunx akkumpanjata b’ċertifikat validu, li jiċċertifika n-nuqqas ta’ livelli mhux aċċettabbli ta’ żejt minerali u r-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi għall-preżenza ta’ żejt minerali.

2.   Iċ-ċertifikat previst fil-paragrafu 1 għandu jkun validu biss għal importazzjonijiet ta’ kunsinji ta’ żejt tal-ġirasol fil-Komunità jekk it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi tal-kunsinja u l-ħruġ taċ-ċertifikat ikunu saru wara li l-Kummissjoni Ewropea tkun evalwat u aċċettat formalment is-sistema ta’ kontroll u ċertifikazzjoni stabbilita mill-awtoritajiet Ukraini.

3.   L-Istati Membri se jkunu mgħarrfa bid-dettalji tas-sistema ta’ kontroll u ċertifikazzjoni stabbilita mill-awtoritajiet Ukraini u bl-aċċettazzjoni formali tagħha mill-Kummissjoni permezz tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jieħdu kampjuni ta' u janalizzaw kull kunsinja ta' żejt tal-ġirasol li toriġina jew tiġi kkunsinjata mill-Ukraina, akkumpanjata b'ċertifikat validu, ippreżentata għall-importazzjoni biex jiżguraw li l-kunsinji fihom livell ta’ żejt minerali konformi ma’ dak li huwa ddikjarat fiċ-ċertifikat.

Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’riżultati mhux favorevoli permezz tas-Sistema Rapida ta' Twissija għall-Ikel u l-Għalf. Ir-riżultati favorevoli għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni kull tliet xhur.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ż-zejt tal-ġirasol li joriġina jew jiġi kkunsinjat mill-Ukraina li mhux konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni ma jitqegħidx fis-suq għal użu għall-għalf jew għall-ikel.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż imġarrba fl-implimentazzjoni tal-punti 4 u 5 jinġarru mill-operaturi responsabbli mill-importazzjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2008/388/KE hija rrevokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).

(2)  ĠU L 136, 24.5.2008, p. 43.