ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 144

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
4 ta' Ġunju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 490/2008 tat-3 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 491/2008 tat-3 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar ir-rifużjonijiet tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċereali

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2008 tat-3 ta’ Ġunju 2008 li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-monosodium glutamate li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2008 tat-2 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2008 tat-2 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona VI; fl-ilmijiet tal-KE ta' Vb; fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali taż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża

33

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/2008 tat-2 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-KE u Internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

35

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/408/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Novembru 2007 dwar l-għajnuna ta' l-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implimentata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5400)  ( 1 )

37

 

 

2008/409/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2008 dwar l-allokazzjoni ta' kwantitajiet ta' sustanzi kkontrollati li huma permessi għall-użi essenzjali fil-Komunità fl-2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1403)  ( 1 )

55

 

 

2008/410/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2008 dwar l-allokazzjoni ta' kwoti għall-importazzjoni ta' sustanzi kkontrollati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1639)

69

 

 

2008/411/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3400 u t-3800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1873)  ( 1 )

77

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2008/412/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/3/2008 tat-28 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/1/2008 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/2/2008 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

82

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 144/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 490/2008

tat-3 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

41,9

MK

44,3

TR

93,6

ZZ

59,9

0707 00 05

MK

30,3

TR

134,3

ZZ

82,3

0709 90 70

TR

101,8

ZZ

101,8

0805 50 10

AR

146,8

IL

134,6

TR

144,8

US

143,6

UY

61,8

ZA

130,6

ZZ

127,0

0808 10 80

AR

104,6

BR

84,5

CA

61,8

CL

91,9

CN

82,3

MK

50,7

NZ

113,4

TR

85,9

US

113,4

UY

89,8

ZA

85,2

ZZ

87,6

0809 10 00

TR

250,6

ZZ

250,6

0809 20 95

TR

532,1

US

508,1

ZZ

520,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 144/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 491/2008

tat-3 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar ir-rifużjonijiet tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (2) għandu jitħassar mill-1 ta’ Lulju 2008 skond l-Artikolu 201(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 li jikkonċerna r-rifondi [ir-rifużjonijiet] tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċereali (3) kien emendat sostanzjalment diversi drabi. Wara li kien adottat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bħala Regolament Waħdieni dwar l-OKS huwa xieraq li r-Regolament (KEE) Nru 1722/93 ikun adattat kif xieraq. Fl-interess taċ-ċarezza, dak ir-Regolament għandu jitħassar u jinbidel b’Regolament ġdid.

(3)

Minħabba s-sitwazzjoni speċjali fis-suq tal-lamtu, u partikolarment minħabba l-ħtieġa li l-prezzijiet jinżammu kompetittivi fir-rigward tal-lamtu prodott f’pajjiżi terzi u importat bħala merkanzija li dwarha l-arranġamenti għall-importazzjoni ma jipprovdux protezzjoni biżżejjed għall-produtturi Komunitarji, l-Artikolu 96 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għall-għoti ta’ rifużjoni fuq il-produzzjoni għal-lamtu miksub mill-qamħirrum, mill-qamħ jew mill-patata u għal ċerti derivattivi użati fil-manifattura ta’ ċerti prodotti li lista tagħhom hija magħmula mill-Kummissjoni, jew fl-assenza ta’ produzzjoni domestika sinifikanti ta’ ċereali oħrajn għall-produzzjoni tal-lamtu, fil-Finlandja u fl-Iżvezja għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għal ċertu ammont ta’ lamtu miksub mix-xgħir jew mill-ħafur, sakemm dan ma jġibx miegħu żieda fil-livell tal-produzzjoni tal-lamtu minn dawk iż-żewġ ċereali. L-għan ta’ l-għoti ta’ din ir-rifużjoni huwa sabiex l-industriji kkonċernati li jużawha jkun jista' jkollhom aċċess għal-lamtu u ċerti derivattivi bi prezz aktar baxx minn dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq għall-prodotti msemmija.

(4)

Skond l-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jeħtieġ li jiġu adottati regoli ddettaljati għall-għoti tar-rifużjonijiet tal-produzzjoni, inklużi regoli għall-kontroll u għall-ħlas, sabiex l-istess regoli jkunu applikati fl-Istati Membri kollha.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi biex issir lista ta’ prodotti li fil-manifattura tagħhom jintuża l-lamtu li b’hekk tagħtihom lok għad-dritt tar-rifużjoni.

(6)

Biex ikun żgurat li l-miżuri ta' kontroll ikunu effettivi, għandha ssir dispożizzjoni biex il-benefiċjarji tar-rifużjoni jkunu approvati minn qabel mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom ikunu mmanifatturati l-prodotti msemmija hawn fuq.

(7)

Jeħtieġ li jiġi ddefinit il-mod kif għandha tkun ikkalkulata r-rifużjoni tal-produzzjoni u kemm-il darba din għandha tkun iffissata. L-aktar metodu sodisfaċenti bħalissa huwa bbażat fuq id-differenza bejn il-prezz tas-suq għaċ-ċereali u l-prezz użat biex ikun ikkalkulat id-dazju ta’ l-importazzjoni. Għal raġunijiet ta’ stabbiltà, ir-rifużjoni tal-produzzjoni għandha bħala regola ġenerali tkun iffissata kull xahar u, biex ikun hemm mezz biex wieħed jiċċekkja li r-rifużjoni fuq il-produzzjoni tkun tal-valur korrett, il-prezzijiet taċ-ċereali għandhom ikunu mmonitorjati fis-swieq dinjija u f’dawk Komunitarji l-aktar rappreżentattivi. Għandu jkun iċċarat liema swieq Komunitarji għandhom ikunu mmonitorjati, u dan il-monitoraġġ għandu jkun limitat għall-qamħirrum. Minħabba li meta fl-imgħoddi tqiesu l-prezzijiet taċ-ċereali l-oħra dawn ma kellhom l-ebda effett prattiku fuq il-kalkolu ta’ l-ammont tar-rifużjoni, referenzi għal ċereali oħra m’għandhomx, għalhekk, ikunu meħtieġa.

(8)

Ir-rifużjonijiet tal-produzzjoni għandhom jitħallsu għall-użu tal-lamtu u ta’ ċerti prodotti dderivati fil-manifattura ta’ ċerti prodotti; huwa meħtieġ tagħrif iddettaljat sabiex jitħaffu l-kontroll u l-ħlas xierqa tar-rifużjonijiet tal-produzzjoni lill-applikanti; l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat għandu jkollha s-setgħa tesiġi lill-applikanti jagħtu kull tagħrif u jippermettu t-twettiq ta' kull kontroll jew spezzjoni meħtieġa sabiex jitwettqu dawn it-tip ta' kontrolli.

(9)

Il-manifattur tal-prodott mhux bilfors juża l-lamtu bażiku u għalhekk jeħtieġ li titfassal lista ta’ ċerti prodotti dderivati mil-lamtu li l-użu tagħhom jagħti d-dritt lill-manifattur li jirċievi r-rifużjoni.

(10)

Il-karatteristiċi speċjali tal-lamtu esterifikat jew eterifikat jistgħu jwasslu għal ċerti operazzjonijiet spekulattivi ta’ pproċessar bil-ħsieb li tingħata r-rifużjoni tal-produzzjoni aktar minn darba; biex din l-ispekulazzjoni ma titħalliex issir, jeħtieġ li jkun hemm miżuri biex ikun żgurat li l-lamtu esterifikat jew eterifikat ma jerġax ikun ipproċessat f’materja prima li l-użu tagħha jagħti d-dritt li ssir applikazzjoni għal rifużjoni. Il-livell tas-sigurtà għandu jkun adattat sabiex din l-ispekulazzjoni ma titħalliex issir.

(11)

Ir-rifużjoni tal-produzzjoni m’għandhiex titħallas sakemm ma jkunx twettaq l-ipproċessar. Meta l-ipproċessar ikun twettaq, il-ħlas għandu jingħata fi żmien ħames xhur minn meta ssir il-verifika mill-awtorità kompetenti li l-lamtu jkun ġie pproċessat. Madanakollu, għandu jkun possibbli għall-manifattur li jirċievi ħlas bil-quddiem qabel ma jkunu ntemmu l-kontrolli.

(12)

Bil-għan li jkunu ssimplifikati u mnaqqsin il-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż biex il-lamti mmodifikati jkunu kkonvertiti mill-ġdid, ikun xieraq li jiżdied l-ammont tar-rifużjoni tal-produzzjoni li ’l isfel minnu ma jitqisux meħtieġa l-miżuri ta’ kontroll, mingħajr ma jitkabbar ir-riskju ta’ nfiq mhux xieraq tar-riżorsi Komunitarji.

(13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (4), japplika għall-arranġamenti pprovduti f’dan ir-Regolament. Għalhekk, ir-rekwiżiti ewlenin ta’ l-obbligi tal-manifatturi u li huma assigurati bid-depożitu ta' garanzija għandhom ikunu ddefiniti.

(14)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Skond l-Artikolu 96 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rifużjoni tal-produzzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “rifużjoni”) tista’ tingħata lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw il-lamtu miksub mill-qamħ, mill-qamħirrum, jew mill-patata, jew minn ċerti prodotti dderivati, fil-manifattura tal-prodotti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Għall-Finlandja u l-Iżvezja, tista’ tingħata wkoll rifużjoni għall-użu tal-lamtu miksub mix-xgħir u mill-ħafur limitata għal kwantità totali ta’ 50 000 tunnellata metrika fil-Finlandja u ta’ 10 000 tunnellata metrika fl-Iżvezja.

2.   Hu deċiż li tingħata rifużjoni filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari:

(a)

il-livell ta’ kompetizzjoni ma’ pajjiżi terzi, u l-grad ta’ protezzjoni kontra din il-kompetizzjoni mogħti mill-mekkaniżmi tal-politika agrikola komuni u mit-Tariffa Doganali Komuni.

(b)

il-progress li sar fit-teknoloġija tal-manifattura u l-utilizzazzjoni tal-lamtu;

(c)

il-grad li fih il-lamtu jkun inkorporat fil-prodott finali u/jew il-valur relattiv tal-lamtu fil-prodott finali u/jew l-importanza tal-prodott bħala mezz ta’ żbokk għal-lamtu, fil-kuntest tal-kompetizzjoni ma' prodotti oħrajn.

3.   L-għoti ta’ rifużjoni għal prodott ma għandux joħloq tagħwiġ fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ma' prodotti oħrajn li ma jkunux eliġibbli għal dawn it-tip ta’ rifużjonijiet.

4.   Jekk ikun stabbilit li jkun sar tagħwiġ wara l-għoti ta’ rifużjoni, dik ir-rifużjoni għandha:

(a)

titneħħa, jew

(b)

tiġi aġġustata, sakemm hu meħtieġ sabiex jitneħħa t-tagħwiġ fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni.

5.   Lamtijiet importati lejn il-Komunità skond skema ta' importazzjoni li tagħti lok għal tnaqqis fid-dazju ta' l-importazzjoni ma jistgħux jibbenefikaw minn rifużjoni tal-produzzjoni.

6.   Id-deċiżjonijiet ipprovduti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu t-tifsiriet li ġejjin:

(a)

“il-lamtu” tfisser il-lamtu bażiku jew prodott idderivat mil-lamtu kif elenkat fl-Anness II,

(b)

“prodotti approvati” tfisser kull prodott elenkat fl-Anness I,

(c)

“il-manifattur” tfisser min juża l-lamtu għall-produzzjoni ta’ prodotti approvati.

Artikolu 3

1.   Fil-każijiet fejn tingħata rifużjoni, din għandha tiġi ffissata darba fix-xahar. Madanakollu, jekk il-prezzijiet tal-qamħirrum u/jew tal-qamħ fil-Komunità jew fis-suq dinji jinbidlu b’mod sinifikanti, ir-rifużjoni kkalkulata skond il-paragrafu 2 tista’ tkun immodifikata tul dak ix-xahar biex jitqiesu dawn il-bidliet.

2.   Ir-rifużjoni għal kull tunnellata metrika ta’ lamtu miksub mill-qamħirrum, mill-qamħ, mix-xgħir jew mill-ħafur għandha tkun ikkalkulata b’mod partikolari abbażi tad-differenza, immultiplikata b’koeffiċjent ta’ 1.6, bejn:

(a)

il-medja tal-prezzijiet fis-suq tal-qamħirrum fi Franza u fl-Ungerija, valida matul il-ħamest ijiem qabel il-jum ta’ l-iffissar; u

(b)

il-medja tal-prezzijiet rappreżentattivi ta’ l-importazzjoni cif minn Rotterdam użata biex ikunu ddeterminati d-dazji ta’ l-importazzjoni fuq il-qamħirrum, innutata matul il-ħamest ijiem ta’ qabel ma tibda l-applikazzjoni.

Għall-finijiet tal-kalkolu tad-differenza msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

jekk il-prezz tas-suq tal-qamħirrum imsemmi fil-punt (a) jkun ogħla mill-prezz ta’ intervent imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iżda jkun inqas minn 155 % ta’ dak il-prezz, il-prezz li għandu jitqies għandu jkun il-prezz ta’ intervent biż-żieda ta’ nofs id-differenza bejn il-prezz reali u l-prezz ta’ intervent;

(b)

jekk il-prezz tas-suq tal-qamħirrum imsemmi fil-punt (a) jkun ogħla minn 155 % tal-prezz ta’ intervent, il-prezz li għandu jitqies għandu jkun il-prezz ta’ intervent biż-żieda ta’ 27,5 % tal-prezz ta’ intervent.

Għal-lamtu tal-patata tista’ tkun stabbilita rata differenti li tkun tirrifletti l-prezz minimu indikat fl-Artikolu 4a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/1994 (5). F’dak il-każ, il-kalkolu għandu jsir abbażi tal-prezz tas-suq tal-qamħirrum fi Franza u fl-Ungerija msemmi fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu, sa limitu ta’ 115 % tal-prezz ta’ intervent.

Matul Lulju, Awwissu u Settembru, il-prezz tal-qamħirrum imsemmi fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu għandu jitnaqqas bid-differenza bejn il-prezz ta’ intervent għaċ-ċereali kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 validu f’Ġunju u dak validu f’Lulju, ħlief jekk il-prezz tal-qamħirrum imsemmi fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu jkun jaqbel diġà ma’ dak validu għall-ħsad il-ġdid.

3.   Ir-rifużjoni li għandha titħallas għandha tkun dik ikkalkulata skond il-paragrafu 2 u mmultiplikata bil-koeffiċjent indikat fl-Anness II li jikkorrispondi mal-kodiċi tan-NM tal-lamtu li jkun użat fir-realtà għall-manifattura tal-prodotti approvati.

4.   Id-deċiżjonijiet ipprovduti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 4

1.   Il-manifatturi li jkollhom il-ħsieb jitolbu rifużjonijiet għandhom iressqu l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn jintuża l-lamtu, u jagħtu t-tagħrif li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

(b)

il-firxa ta’ prodotti li fihom jintuża l-lamtu, inklużi dawk li jinsabu fil-lista fl-Anness I u dawk li mhumiex, b’deskrizzjoni kompleta u bil-kodiċijiet tan-NM;

(c)

l-indirizz/l-indirizzi tal-post/postijiet fejn il-lamtu għandu jiġi pproċessat fi prodott approvat, jekk l-indirizz ikun differenti minn dak tal-manifattur.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-manifattur għal aktar tagħrif.

2.   Il-manifatturi għandhom iressqu mpenn bil-miktub lill-awtorità kompetenti li jħallu lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi mmonitorjat l-użu tal-lamtu u li huma se jagħtu kull tagħrif meħtieġ.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri biex tiżgura li l-manifattur ikun stabbilit u rikonoxxut uffiċjalment fl-Istat Membru.

4.   Abbażi tat-tagħrif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel lista ta’ manifatturi approvati li hija għandha żżomm aġġornata.

Manifatturi approvati b’dan il-mod biss għandhom ikunu intitolati jitolbu rifużjoni skond l-Artikolu 5.

Artikolu 5

1.   Jekk il-manifattur ikun jixtieq japplika għal rifużjoni, huwa għandu jindirizza lill-awtorità kompetenti tiegħu bil-miktub biex jikseb ċertifikat tar-rifużjoni. L-applikazzjonijiet jistgħu jitreqqsu f’kull jum tax-xogħol qabel is-13:00 ħin ta’ Brussell.

2.   L-applikazzjoni għandha tispeċifika:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

(b)

il-kwantità ta' lamtu li ser tintuża;

(c)

fil-każ tal-manifattura ta’ prodott li jaqa' fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 3505 10 50 , il-kwantità ta’ lamtu li tkun ser tintuża;

(d)

il-post/il-postijiet fejn ikun ser jintuża l-lamtu;

(e)

id-dati ppjanati ta' l-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar.

3.   Flimkien ma’ l-applikazzjoni għandu jkun hemm:

(a)

id-depożitu ta' garanzija skond l-Artikolu 8,

(b)

dikjarazzjoni mill-fornitur tal-lamtu li l-prodott li ser jintuża jkun ġie prodott direttament mill-qamħirrum, mill-qamħ, mix-xgħir, mill-ħafur jew mill-patata, bl-esklużjoni ta’ l-użu kollu ta’ prodotti sekondarji miksubin waqt il-manifattura ta’ prodotti jew merkanzija agrikola oħra.

4.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu aktar tagħrif.

Artikolu 6

1.   Malli jaslu l-applikazzjonijiet mibgħuta skond l-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti għandha tivverifikahom u toħroġ iċ-ċertifikat tar-rifużjoni minnufih.

2.   L-Istati Membri għandhom jużaw il-formoli nazzjonali għaċ-ċertifikat tar-rifużjoni li, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-liġijiet Komunitarji, għandhom jinkludu talanqas it-tagħrif speċifikat fil-paragrafu 3.

3.   Iċ-ċertifikat tar-rifużjoni għandu jinkludi t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 5(2) u jsemmi r-rata tar-rifużjoni u l-aħħar jum tal-validità tiegħu, li għandu jkun l-aħħar jum tat-tielet xahar wara x-xahar tal-ħruġ.

Madanakollu, matul Lulju, Awwissu u sa l-24 ta’ Settembru inkluż, il-validità taċ-ċertifikati mitluba tul il-perjodi kkonċernati hi limitata għal 30 jum mill-jum li fih jinħarġu, mingħajr ma jkunu jistgħu jaqbżu l-limitu tat-30 ta’ Settembru.

4.   Ir-rata tar-rifużjoni applikabbli u msemmija fuq iċ-ċertifikat għandha taqbel ma' dik li tkun valida dakinhar li tasal it-talba.

Madanakollu, fejn xi kwantitajiet ta’ lamtu kkwotati fuq iċ-ċertifikat ikunu pproċessati matul is-sena tas-suq taċ-ċereali li tiġi wara dik li fiha tkun waslet l-applikazzjoni, ir-rifużjoni li għandha titħallas għal dak il-lamtu li jkun ipproċessat fis-sena tas-suq il-ġdida għandha tkun aġġustata skond id-differenza bejn il-prezz ta’ intervent applikabbli tul ix-xahar tal-konsenja taċ-ċertifikat ta’ restituzzjoni u dak applikabbli fix-xahar ta’ l-ipproċessar, immultiplikata b’koeffiċjent ta’ 1,60. Id-data operattiva għar-rata tal-kambju applikabbli għar-rifużjoni għandha tkun dik imsemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1913/2006.

Artikolu 7

1.   Il-manifatturi li jkollhom ċertifikat tar-rifużjoni mogħti skond l-Artikolu 6 għandhom ikunu intitolati, dejjem jekk ikunu tħarsu r-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament, li jitolbu l-ħlas tar-rifużjoni indikat fuq iċ-ċertifikat, wara li l-lamtu jkun intuża fil-manifattura tal-prodotti approvati kkonċernati.

2.   Id-drittjiet abbażi taċ-ċertifikat m’għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 8

1.   Il-ħruġ ta' ċertifikat għandu jkun suġġett għad-depożitu ta’ garanzija mill-manifattur lill-awtorità kompetenti, ugwali għal 15-il EUR għal kull tunnellata metrika ta’ lamtu bażiku, immultiplikata, fejn hu xieraq, bil-koeffiċjent li jkun jaqbel mat-tip ta’ lamtu li ser jintuża kif imniżżel fl-Anness II.

2.   Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata skond ir-Regolament (KEE) Nru 2220/85. Ir-rekwiżit ewlieni skond l-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-ipproċessar fi prodotti approvati tal-kwantità ta’ lamtu msemmija fl-applikazzjoni matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat. Madanakollu, jekk manifattur ikun ipproċessa ta’ lanqas 90 % tal-kwantità ta’ lamtu msemmija fl-applikazzjoni, huwa għandu jitqies li jkun issodisfa dak ir-rekwiżit ewlieni.

Artikolu 9

1.   Il-ħlas definittiv tar-rifużjoni jista' jsir biss wara li l-manifattur ikun għarraf lill-awtorità kompetenti bit-tagħrif li ġej:

(a)

id-data jew id-dati tax-xiri u tal-konsenja tal-lamtu;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-fornituri tal-lamtu;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-produtturi tal-lamtu;

(d)

id-data jew id-dati li fihom kien ipproċessat il-lamtu;

(e)

il-kwantità u t-tip ta' lamtu, inklużi l-kodiċijiet tan-NM, li jkunu ntużaw;

(f)

il-kwantità tal-prodott approvat muri fuq iċ-ċertifikat u maħdum bl-użu tal-lamtu.

2.   Fejn il-prodott imsemmi fuq iċ-ċertifikat ikun jaqa' fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 3505 10 50 , in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha magħha d-depożitu ta' garanzija ugwali għar-rifużjoni tal-produzzjoni li għandha titħallas meta jkun immanifatturat il-prodott ikkonċernat. Madanakollu, meta l-ammont tar-rifużjoni tal-produzzjoni jkun inqas minn 30 EUR għal kull tunnellata metrika ta’ lamtu, il-garanzija m’għandhiex tkun meħtieġa u l-verifika u l-miżuri ta’ kontroll ipprovduti fl-Artikolu 10 m’għandhomx japplikaw.

Ir-rekwiżit ewlieni, skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, jikkostitwixxi l-użu jew l-esportazzjoni tal-prodott skond id-dispożizzjonijiet rispettivi tal-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament. L-użu jew l-esportazzjoni għandhom isiru fi żmien 12-il xahar wara d-data ta' l-għeluq tal-validità taċ-ċertifikat. Tista' titqies estensjoni ta' mhux iktar minn sitt xhur ta’ din id-data ta' l-għeluq abbażi ta' talba ġġustifikata kif imiss imressqa lill-awtorità kompetenti.

3.   Qabel ma jsir il-ħlas, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi li l-lamtu jkun intuża għall-manifattura tal-prodotti approvati skond it-tagħrif imsemmi fuq iċ-ċertifikat. Normalment dan jinkiseb bl-użu ta' kontrolli amministrattivi, iżda dawn għandhom ikunu megħjuna minn kontrolli fiżiċi meta jkun meħtieġ.

4.   Il-kontrolli kollha pprovduti f'dan ir-Regolament għandhom jitlestew fi żmien ħames xhur mid-data li fiha l-awtorità kompetenti jkun waslilha t-tagħrif meħtieġ fil-paragrafu 1.

5.   Fejn il-kwantità ta’ lamtu pproċessat tkun akbar mill-kwantità murija fuq iċ-ċertifikat, f’dak il-każ il-kwantità ż-żejda, sa limitu ta' 5 %, għandha titqies li kienet ipproċessata skond dak id-dokument, biex b'hekk jingħata dritt għar-rifużjoni indikata fuqu.

Artikolu 10

1.   Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 9(2) għandha tiġi rrilaxxata biss malli l-awtorità kompetenti tkun irċeviet prova li l-prodott li jaqa' fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 3505 10 50 :

(a)

ikun intuża fit-territorju doganali tal-Komunità biex ikunu maħduma prodotti oħra minbarra dawk elenkati fl-Anness II; jew

(b)

ikun inħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità, fil-każ ta’ esportazzjoni diretta lejn pajjiżi terzi.

2.   Il-prova msemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tikkonsisti f’dikjarazzjoni mibgħuta mill-manifattur lill-awtorità kompetenti, li tindika:

(a)

jekk il-prodott ikkonċernat għandux ikun ipproċessat,

(b)

li l-prodott ikun ser jintuża għall-manifattura ta' prodotti barra minn dawk elenkati fl-Anness II biss,

(c)

li l-prodott ikkonċernat ikun ser jinbiegħ biss lil parti li tidħol għall-impenn imsemmi fil-punt (b), abbażi ta' klawsola kuntrattwali stabbilita għal dak il-għan jew ta’ kundizzjoni speċifika msemmija fil-fattura tal-bejgħ; il-manifattur għandu jżomm kopja tal-kuntratt tal-bejgħ jew tal-fattura tal-bejgħ, li għandha tinżamm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti,

(d)

li l-manifattur ikun jaf bid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8,

(e)

l-isem u l-indirizz tal-parti li tirċievi l-prodott u l-kwantità involuta jekk il-prodott ikun trasferit,

(f)

in-numru tal-kopja ta' kontroll T 5 jekk ix-xerrej ikun jinsab fi Stat Membru ieħor.

3.   Fl-aħħar ta' kull tliet xhur, il-manifattur għandu jibgħat il-kopji tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtorità kompetenti tiegħu fi żmien 20 jum tax-xogħol. Meta dawn jaslu, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tgħaddi l-istess dokumenti lill-awtorità kompetenti tax-xerrej fi żmien 20 jum tax-xogħol.

4.   Kemm il-manifatturi kif ukoll ix-xerrejja tal-prodott li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 3505 10 50 għandu jkollhom reġistri tal-ħażniet ta' tip approvat mill-Istati Membri biex tkun tista’ tiġi vverifikata l-konformità ma’ l-impenji u t-tagħrif li jkun hemm fid-dikjarazzjoni tal-manifattur imsemmija fil-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri se jwettqu verifiki abbażi ta’ dawn ir-reġistri tal-ħażniet b’referenza għall-kontijiet finanzjarji, inklużi l-fatturi u l-estratti bankarji, skond il-ħtieġa, biex jaċċertaw lilhom infushom mill-operazzjonijiet kwantitattivi rreġistrati.

Iżda x-xerrejja li, kull tliet xhur, jużaw kwantità tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan dan il-kodiċi tan-NM li tkun inqas minn 1 000 kg, jistgħu jkunu eżentati minn dan l-obbligu.

5   Il-verifika msemmija fil-paragrafu 4 għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri rispettivi fil-post tal-manifattur u tax-xerrej wara l-aħħar ta’ kull tliet xhur. Dawn il-kontrolli għandhom jikkonċentraw fuq ir-rikonċiljazzjoni tad-dejta globali li għandha x’taqsam ma’ dak il-perjodu għall-manifatturi u x-xerrejja kkonċernati, b’verifika ddettaljata ta’ mill-inqas 10 % tat-tranżazzjonijiet u l-utilizzazzjonijiet kollha li jkunu twettqu.

Din il-verifika għandha tkun iddeterminata mill-awtoritajiet kompetenti abbażi ta’ analiżi tar-riskju, filwaqt li jitqiesu l-importanza tal-kwantitajiet u s-somom involuti, is-sejbiet minn verifiki preċedenti u fatturi oħrajn li għandhom ikunu deċiżi mill-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti.

Kull operazzjoni ta' verifika għandha titlesta sa mhux iktar tard minn ħames xhur wara l-aħħar ta' kull tliet xhur.

L-awtorità kompetenti tal-manifattur għandu jkollha r-riżultati ta' kull verifika għad-dispożizzjoni tagħha sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara tmiem kull kontroll.

Meta dawn il-verifiki jitwettqu f’żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkomunikaw ir-riżultati tal-verifiki magħmula bħala parti mill-proċeduri msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1468/81 (6).

6.   Jekk jinstabu irregolaritajiet fi 3 % jew aktar tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jintensifikaw il-kontrolli.

Fejn ir-riżultati tal-verifiki jiġġustifikaw dan, l-awtorità li tkun irrilaxxat il-garanzija għandha tapplika l-penali msemmija fil-paragrafu 8 għall-manifattur ikkonċernat.

7.   Meta l-prodott ikkonċernat ikun is-suġġett ta' kummerċ fi ħdan il-Komunità jew ikun esportat lejn pajjiżi terzi mit-territorju ta' Stat Membru ieħor, għandha tinħareġ kopja ta' kontroll T5 skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (7).

Il-kaxxa numru 104 tal-kopja ta’ kontroll għandha tinkludi, fit-titolu “Oħrajn”, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

8.   Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7 ma jitħarsux, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat għandha, mingħajr preġudizzju għas-sanzjonijiet nazzjonali, tesiġi ħlas ta' ammont ekwivalenti għal 150 % ta' l-ogħla rifużjoni applikabbli għall-prodott ikkonċernat matul it-12-il xahar preċedenti.

Artikolu 11

1.   Ir-rifużjoni kkwotata fuq iċ-ċertifikat għandha titħallas biss għall-kwantità ta’ lamtu li tkun ipproċessata fir-realtà. Fl-istess waqt, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tiġi rrilaxxata skond it-Titolu V tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

2.   Ir-rifużjoni għandha titħallas sa mhux aktar tard minn ħames xhur wara d-data li fiha jkun intemm il-kontroll ipprovdut fl-Artikolu 9(3). Madanakollu, fuq it-talba tal-manifattur, l-awtorità kompetenti tista' tħallas somma bil-quddiem ekwivalenti għar-rifużjoni 30 jum wara li tirċievi t-tagħrif imsemmi. Minbarra l-każijiet fejn il-prodott ikun jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 3505 10 50 , din is-somma bil-quddiem għandha tkun suġġetta għad-depożitu ta' garanzija mill-manifattur ugwali għal 115 % tas-somma mogħtija bil-quddiem. Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata skond Artikolu 19(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni:

(a)

sa tmiem l-ewwel ġimgħa ta' kull xahar, bil-kwantitajiet ta' lamtu li għalihom matul ix-xahar ta' qabel ikunu tressqu l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati kif indikat fl-Artikolu 5(1);

(b)

fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta’ kull tliet xhur tas-sena kalendarja, it-tip, il-kwantitajiet u l-oriġini tal-lamtu (il-qamħirrum, il-qamħ, il-patata, ix-xgħir jew il-ħafur) li għalih ikunu tħallsu r-rifużjonijiet u l-kwantitajiet ta’ prodotti li għalihom ikun intuża l-lamtu.

Artikolu 13

Ir-Regolament (KEE) Nru 1722/93 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 361/2008 (ĠU L 121, 7.5.2008, p. 1).

(2)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(3)   ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).

(4)   ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(5)   ĠU L 197, 30.7.1994, p. 4.

(6)   ĠU L 144, 2.6.1981, p. 1.

(7)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS I

Prodotti li għalihom jintużaw il-lamtu u/jew id-derivattivi tiegħu, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi u l-kapitoli li ġejjin tan-Nomenklatura Magħquda

Il-kodiċi tan-NM

Id-deskrizzjoni

ex 1302

Linef u estratti veġetali; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġnijiet u materjali li jħaxxnu, modifikati jew le, derivati minn prodotti veġetali:

 

– uċilaġnijiet u materjali li jħaxxnu, modifikati jew le, derivati minn prodotti veġetali:

ex 1302 32 90

– – – Muċilaġni taż-żerriegħa tal-gwar

ex 1302 39 00

– – Oħrajn:

 

– Carrageenan

ex 1404

Prodotti veġetali li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra:

1404 20 00

– Ħjut tal-qoton li jibqgħu maż-żerriegħa wara t-tfesdiq (cotton linters)

ex 1702

Zokkriet oħrajn, inklużi laktows kimikament pur, maltosju, glukows u fruktows, f’forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx ħwawar miżjudin u materjal li jagħti l-kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma’ għasel naturali kif ukoll jekk le; karamella:

1702 50 00

– Fruktows kimikament pur

ex 1702 90

– Oħrajn, inkluż zokkor maqlub (invert):

1702 90 10

– – Maltosju kimikament pur

ex Kapitlu 29

Kimiċi organiċi, esklużi s-sottotitli 2905 43 00 u 2905 44

Kapitlu 30

Prodotti farmaċewtiċi

3402

Aġenti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu (surface-active) (ħlief sapun); preparazzjonijiet minn dawn l-aġenti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu, preparazzjonijiet għal ħasil (inklużi preparazzjonijiet awżiljarji għal ħasil), u preparazzjonijiet għal tindif, li fihom is-sapun jew le, ħlief dawk tat-titlu Nru 3401

ex Kapitlu 35

Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enżimi bl-esklużjoni tat-titlu Nru 3501 u tas-sottotitli 3505 10 10 , 3505 10 90 u 3505 20

ex Kapitlu 38

Diversi prodotti kimiċi bl-esklużjoni tat-titli Nri 3809 u 3824 60

Kapitlu 39

Plastik u oġġetti tiegħu

ex Kapitlu 48

Karta u kartun; oġġetti ta’ polpa tal-karta, tal-karta jew tal-kartun

4801 00

Karta tal-gazzetti, f’rombli jew folji

4802

Karta u kartun mhux miksijin, ta’ tip użati għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, u stokk tal-kartun ta’ l-ippanċjar u karta għat-tejp ta’ l-ippanċjar, f’rombli jew folji, ħlief karta li taqa' fi ħdan it-titli Nru 4801 jew 4803 ; karta jew kartun magħmulin bl-idejn

4803 00

Materjal lest biex isir minnu tixju tat-tojlit jew tal-wiċċ, materjal lest għax-xugamani jew srievet u karta simili ta’ tip użata għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, imġegħdin (creped) jew le, imkemmxin, imqabbżin, imtaqqbin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f’rombli jew folji

4804

Karta jew kartun kraft mhux miksi, f’rombli jew folji, ħlief dawk ta’ titlu Nru 4802 jew 4803

4805

Karta jew kartun oħrajn mhux miksi, f’rombli jew folji, mhux maħdumin jew ipproċessati aktar minn kif speċifikat fin-nota 2 fil-Kapitlu 48 tan-Nomenklatura Magħquda

4806

Parċmina veġetali, karti oljati, karti għat-traċċar u karti jleqqu (glassine) u karti oħrajn igglejżjati trasparenti jew transluċidi, f’rombli jew folji

4807

Karta u kartun komposti (magħmulin billi jitwaħħlu saffi ċatti ta’ karta jew kartun flimkien b’kolla), mhux bil-wiċċ miksi jew mimli kimika (impregnated), kemm jekk mirfudin minn ġewwa jew le, f’rombli jew folji

4808

Karta u kartun, immewweġ (b’folji ċatti nkullati fil-wiċċ jew mingħajrhom), imġegħdin, imkemmxin, imqabbżin jew imtaqqbin, f’rombli jew folji, ħlief karta tat-tip deskritt f’titlu Nru 4803

4809

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (inklużi karta miksija jew mimlija kimika (impregnated) għal stensils tad-duplikatur jew pjanċi ta’ l-offset), stampati jew le, f’rombli jew folji

4810

Karta u kartun, miksijin min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat b’kawlina (tafal taċ-Ċina) jew sustanzi oħrajn inorganiċi, b’materjal li jgħaqqad jew le, u mingħajr ebda kisja oħra, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat f’rombli jew folji

4811

Karta, kartun, materjal artab ta' ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, miksijin, mimlijin kimika (impregnated), mgħottijin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f’rombli jew folji, ħlief oġġetti tat-tip deskritt titli Nru 4803 , 4809 jew 4810

4812 00 00

Blokki, ċangaturi u pjanċi ta’ filtru, ta’ polpa tal-karta

ex 4813

Karta tas-sigarretti, maqtugħa għal qies jew le jew f’forma ta’ libretti jew tubi:

ex 4813 90

– Oħrajn

ex 4814

Karta tal-ħajt u kisi simili tal-ħajt; trasparenzi tal-karta għal twieqi:

4814 10 00

– Karta ivvinata (“ingrain”)

4814 20 00

– Karta tal-ħajt u kisi simili tal-ħajt, magħmul minn karta miskija jew mgħottija, fuq in-naħa tas-sewwa, b’saff ta’ plastiks ivvinat, imqabbeż, miżbugħ, stampat b’disinn jew imżejjen mod ieħor

4814 90

– Oħrajn

ex 4816

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (ħlief dawk li jaqgħu fi ħdan it-titlu Nru 4809 ), stensils tad-duplikatur u pjanċi ta’ l-offset, ta’ karta, ippreżentati fil-kaxxi jew le:

4816 10 00

– Karta saħħara jew karti simili għall-ikkupjar

4816 90 00

– Oħrajn

Kapitlu 52

Qoton (Tajjar)

ex 5801

Drappijiet bil-pil minsuġin u drappijiet ta' xinilja, ħlief drappijiet ta’ titlu Nru 5806 :

 

– Tal-qoton:

5801 21 00

– – Drappijiet ta’ tgħama bil-pil mhux maqtugħin

ex 5802

Drapp tax-xugaman terri u drappijiet minsuġin terri simili, ħlief drappijiet dojoq ta’ titlu Nru 5806 ; drappijiet ta’ tessuti bil-bżiebeż, ħlief prodotti ta’ titlu Nru 5703 :

 

– Drapp tax-xugaman terri u drappijiet minsuġin terri simili, tal-qoton:

5802 11 00

– – Mhux ibbliċjati

5802 19 00

– – Oħrajn

ex 5803

Garża, ħlief drappijiet dojoq li jaqgħu fi ħdan it-titlu Nru 5806 :

5803 10 00

– Tal-qoton


ANNESS II

Lamti bażiċi u prodotti dderivati mil-lamtu

Il-kodiċi tan-NM

Id-deskrizzjoni

Il-kwantità ta’ lamtu meħtieġa biex tkun prodotta tunnellata metrika waħda

(Il-koeffiċjent)

A.   

LAMTI BAŻIĊI (1)  (2)

ex 1108

Lamti; inulina:

 

 

– Lamti:

 

1108 11 00

– – Lamtu tal-qamħ

1,00

1108 12 00

– – Lamtu tal-qamħirrum

1,00

1108 13 00

– – Lamtu tal-patata

1,00

ex 1108 19

– – Lamti oħrajn:

1,00

B.   

IL-PRODOTTI DDERIVATI LI ĠEJJIN META JKUNU BBAŻATI FUQ TA’ HAWN FUQ

1702

Zokkriet oħrajn, inklużi laktows kimikament pur, maltosju, glukows u fruktows, f’forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx miżjudin ħwawar u materjal li jagħti l-kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma’ għasel naturali kif ukoll jekk le; karamella:

 

ex 1702 30

– Glukows u ġulepp tal-glukows, li ma fihomx fruktows jew fihom fl-istat xott anqas minn 20 % tal-piż fruktows:

 

 

– – Oħrajn:

 

 

– – – Li fihom fl-istat xott 99 % jew iktar skond it-toqol tal-glukows:

 

1702 30 51

– – – – F’forma ta’ trab abjad kristallin, mgħaqqad jew le

1,304

1702 30 59

– – – – Oħrajn (3)

1,00

 

– – – Oħrajn

 

1702 30 91

– – – – F’forma ta’ trab abjad kristallin, mgħaqqad jew le:

1,304

1702 30 99

– – – – Oħrajn (3)

1,00

ex 1702 40

– Glukows u ġulepp tal-glukows, li fihom fl-istat xott għallinqas 20 % iżda inqas minn 50 % tal-piż fruktows:

 

1702 40 90

– – Oħrajn (3)

1,00

ex 1702 90

– Oħrajn, inkluż zokkor maqlub (invert):

 

1702 90 50

– – Maltodextrin u ġulepp tal-maltodextrin:

 

 

– – – F’forma ta’ trab abjad kristallin, mgħaqqad jew le:

1,304

 

– – – Oħrajn (3)

1,00

 

– – Karamella:

 

 

– – – Oħrajn:

 

1702 90 75

– – – – F’forma ta’ trab, mgħaqqad jew le

1,366

1702 90 79

– – – – Oħrajn (3)

0,95

ex 2905

Alkoħoli aċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom:

 

 

– Alkoħoli polidriċi oħrajn:

 

2905 43 00

– – Mannitol

1,52

2905 44

– – D-gluċitol (sorbitol):

 

 

– – – F’soluzzjoni ta’ l-ilma:

 

2905 44 11

– – – – Li fih 2 % jew inqas tal-piż ta' D-mannitol, meqjus fuq il-kontenut ta’ D-gluċitol (4)

1,068

2905 44 19

– – – – Oħrajn (4)

0,944

 

– – – Oħrajn:

 

2905 44 91

– – – – Li fih 2 % jew inqas tal-piż ta’ D-mannitol, meqjus fuq il-kontenut ta’ D-gluċitol

1,52

2905 44 99

– – – – Oħrajn

1,52

3505

Destrini u lamti oħrajn modifikati (per eżempju lamti preġelatinizzati jew esterifikati); kolol ibbażati fuq lamti, jew fuq destrini jew lamti oħrajn modifikati:

 

ex 3505 10

– Destrini u lamti oħrajn modifikati:

 

3505 10 10

– – Destrini (5)

1,14

 

– – Lamti oħrajn modifikati:

 

3505 10 90

– – – Oħrajn (5)

1,14

3505 20

– Kolol

1,14

ex 3809

Aġenti għall-irfinar, katalisti (carriers) biex iħaffu ż-żbigħ jew l-iffissar ta’ sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (per eżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta’ tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li ma humiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

 

3809 10

– B’bażi ta’ sustanzi amilaċeużi (5)

1,14

ex 3824

Materjali li jgħaqqdu ppreparati għal forom jew ċentri ta’ funderija; prodotti u preparazzjonijiet kimiċi ta’ l-industriji kimiċi jew li għandhom x’jaqsmu magħhom (inklużi dawk li jikkonsistu f’taħlitiet ta’ prodotti naturali), mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; prodotti residwali ta’ l-industriji kimiċi jew li għandhom x’jaqsmu magħhom, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra:

 

3824 60

– Sorbitol ħlief dak li jaqa' fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 2905 44 :

 

 

– – F’soluzzjoni milwiema

 

3824 60 11

– – – Li fihom 2 % jew inqas bil-piż D-mannitol, meqjus fuq il-kontenut ta’ D-gluċitol (4)

1,068

3824 60 19

– – – Oħrajn (4)

0,944

 

– – Oħrajn:

 

3824 60 91

– – – Li fihom 2 % jew inqas bil-piż D-mannitol, meqjus fuq il-kontenut ta’ D-gluċitol

1,52

3824 60 99

– – – Oħrajn

1,52


(1)  Il-koeffiċjent muri japplika għal-lamtu b’kontenut ta’ materja niexfa ta’ mill-inqas 87 % fil-każ tal-lamti tal-qamħirrum u tal-qamħ, u ta' mill-inqas 80 % fil-każ tal-lamtu tal-patata.

Ir-rifużjoni tal-produzzjoni li għandha titħallas għal-lamtu bażiku b’kontenut ta’ materja niexfa aktar baxx minn dak muri għandha tkun aġġustata bl-użu tal-formola li ġejja:

(1)

Lamtu tal-qamħirrum jew tal-qamħ: (Il-perċentwali attwali ta’ materja niexfa/87) Ir-rifużjoni tal-produzzjoni.

(2)

Lamtu tal-patata: (Il-perċentwali attwali ta’ materja niexfa/80) Ir-rifużjoni tal-produzzjoni.

Fejn ir-rifużjoni tal-produzzjoni titħallas għal lamtu li jaqa' fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 1108 , il-purità tal-lamtu fil-materja niexfa għandha tkun ta' mill-inqas 97 %.

Il-grad ta’ purità tal-lamtu f’materja niexfa huwa ddeterminat bl-għajnuna ta’ wieħed mill-metodi ppubblikati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/KEE (ĠU L 123, 29.5.1972, p. 6).

(2)  Prodott direttament mill-qamħirrum, mill-qamħ, jew mill-patata, bl-esklużjoni ta’ l-użu kollu ta’ prodotti sekondarji miksubin waqt il-manifattura ta’ prodotti jew merkanzija agrikola oħra.

(3)  Ir-rifużjoni tal-produzzjoni għandha titħallas għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM b’kontenut ta’ materja niexfa ta’ mill-inqas 78 %. Ir-rifużjoni tal-produzzjoni li għandha titħallas għal prodotti li jaqgħu fi ħdan dawn il-kodiċi tan-NM b’kontenut ta’ materja niexfa aktar baxx minn 78 % għandha tkun aġġustata bl-użu tal-formola li ġejja: (Il-perċentwali attwali ta’ materja niexfa/78) Ir-rifużjoni tal-produzzjoni.

(4)  Ir-rifużjoni tal-produzzjoni għandha titħallas għad-D-gluċitol (sorbitol) f’soluzzjoni milwiema b’kontenut ta’ materja niexfa ta’ mill-inqas 70 %. Fejn il-kontenut ta’ materja niexfa jkun inqas minn 70 %, ir-rifużjoni tal-produzzjoni għandha tkun aġġustata bl-użu tal-formola li ġejja: (Il-perċentwali attwali ta’ materja niexfa/70) Ir-rifużjoni tal-produzzjoni.

(5)  Ir-rifużjoni tal-produzzjoni għandha titħallas għall-kontenut attwali ta’ materja niexfa tal-lamtu jew tad-destrin.


ANNESS III

Annotazzjonijiet imsemmija fl-artikolu 10(7)

bil-Bulgaru

:

Предназначено за преработка или доставка съгласно Регламент (ЕО) № 491/2008, или за износ извън митническата територия на Общността.

bl-Ispanjol

:

Se utilizará para la transformación o la entrega, de conformidad con el artículo 10 del Reglamento (CE) no 491/2008 o para la exportación a partir del territorio aduanero de la Comunidad.

biċ-Ċek

:

Použije se pro zpracování nebo dodávku v souladu s článkem 10 nařízení Komise (ES) č. 491/2008 nebo pro vývoz z celního území Společenství.

bid-Daniż

:

Til forarbejdning eller levering i overensstemmelse med artikel 10 i forordning (EF) nr. 491/2008 eller til udførsel fra Fællesskabets toldområde.

bil-Ġermaniż

:

Zur Verarbeitung oder Lieferung gemäß Artikel 10 der Verordnung (EG) Nr. 491/2008 oder zur Ausfuhr aus dem Zollgebiet der Gemeinschaft bestimmt.

bl-Estonjan

:

Kasutatakse töötlemiseks või tarnimisekskomisjoni määruse (EÜ) nr 491/2008 artikli 10 kohaselt või ekspordiks ühenduse tolliterritooriumilt.

bil-Griegin

:

Προς χρήση για μεταποίηση ή παράδοση σύμφωνα με το άρθρο 10 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 491/2008 ή για εξαγωγή από το τελωνειακό έδαφος της Κοινότητας.

bl-Ingliż

:

To be used for processing or delivery in accordance with Article 10 of Commission Regulation (EC) No 491/2008 or for export from the customs territory of the Community.

bil-Franċiż

:

À utiliser pour la transformation ou la livraison, conformément à l’article 10 du règlement (CE) no 491/2008, ou pour l’exportation à partir du territoire douanier de la Communauté.

bit-Taljan

:

Da utilizzare per la trasformazione o la consegna, conformemente all’articolo 10 del regolamento (CE) n. 491/2008, o per l’esportazione dal territorio doganale della Comunità.

bil-Latvjan

:

Izmantošanai pārstrādei vai piegādei saskaņā ar Komisijas Regulas (EK) Nr. 491/2008 10. pantu, vai arī eksportam no Kopienu teritorijas.

bil-Litwan

:

Naudoti perdirbimui arba pristatymui pagal Komisijos reglamento (EB) Nr. 491/2008 10 straipsnį, arba eksportui iš Bendrijos muitų teritorijos.

bl-Ungeriż

:

Az 491/2008/EK bizottsági rendelet 10. cikkével összhangban történő feldolgozásra vagy szállításra vagy a Közösség vámterületéről történő kivitelre irányuló felhasználásra.

bil-Malti

:

Biex jintuża għall-ipproċessar jew għall-kunsinna b’konformità ma’ l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 491/2008 jew għall-esportazzjoni mit-territorju doganali tal-Komunità.

bl-Olandiż

:

Bestemd voor verwerking of levering overeenkomstig artikel 10 van Verordening (EG) nr. 491/2008 of voor uitvoer uit het douanegebied van de Gemeenschap.

bil-Pollakk

:

Do przetwarzania lub dostaw, zgodnie z art. 10 rozporządzenia Komisji (WE) nr 491/2008, lub do wywozu z terytorium celnego Wspólnoty.

bil-Portugiż

:

A utilizar para transformação ou entrega, em conformidade com o disposto no artigo 10.o do Regulamento (CE) n.o 491/2008, ou para exportação a partir do território aduaneiro da Comunidade.

bir-Rumen

:

A se folosi pentru procesare sau livrare, conform articolului 10 din Regulamentul (CE) nr. 491/2008, sau pentru export de pe teritoriul vamal al Comunității.

bis-Slovakk

:

Na použitie pri spracovaní alebo dodávke v súlade s článkom 10 nariadenia Komisie (ES) č. 491/2008 alebo na vývoz z colného územia Spoločenstva.

bis-Sloven

:

Za predelavo ali dobavo v skladu s členom 10 Uredbe Komisije (ES) št. 491/2008 ali za izvoz iz carinskih območij Skupnosti.

bil-Finlandiż

:

Käytetään jalostamiseen tai toimittamiseen asetuksen (EY) N:o 491/2008 10 artiklan mukaisesti taikka vientiin yhteisön tullialueelta.

bl-Iżvediż

:

Avsedd för bearbetning eller leverans i enlighet med artikel 10 i kommissionens förordning (EG) nr 491/2008 eller för export från gemenskapens tullområde.


4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 144/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 492/2008

tat-3 ta’ Ġunju 2008

li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-monosodium glutamate li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   L-inizjazzjoni

(1)

Fil-5 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż (“avviż ta’ inizjazzjoni”) li ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2), l-inizjazzjoni ta’ proċedura antidumping rigward l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-monosodium glutamate (“MSG”) li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-proċedura nbdiet minħabba lment ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2007 minn Ajinomoto Foods Europe S.A.S. li tirrappreżenta 100 % mill-produzzjoni Komunitarja totali ta’ l-MSG. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping ta’ l-imsemmi prodott u tad-dannu materjali li bata l-uniku produttur Komunitarju li kien ir-riżultat tad-dumping, li tqies li kienet biżżejjed sabiex tkun iġġustifikata l-inizjazzjoni ta’ proċedura.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(3)

Il-Kummissjoni uffiċjalment informat lill-entità li għamlet l-ilment, lill-produtturi li jesportaw, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti li kien magħruf li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi kkonċernati dwar l-inizjazzjoni tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw opportunità li juru fehmithom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu ta’ żmien iffissat fl-avviż ta’ inizjazzjoni.

(4)

L-entità li għamlet l-ilment, il-produtturi li jesportaw, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet tal-fornituri u l-utenti wrew fehmiethom. Il-partijiet interessati kollha li talbu li jinstemgħu u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandu jsir dan, ingħataw smigħ.

(5)

Fl-avviż ta’ inizjazzjoni, il-Kummissjoni indikat li minħabba n-numru kbir apparenti ta’ produtturi li jesportaw fir-RPĊ u ta’ importaturi fil-Komunità, f’din l-investigazzjoni jista’ jiġi applikat it-teħid tal-kampjuni. Madankollu, minħabba n-numru akbar baxx milli mistenni ta’ produtturi li jesportaw fir-RPĊ u ta’ importaturi fil-Komunità li indikaw li kienu lesti li jikkooperaw, kien deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ.

(6)

Sabiex il-produtturi li jesportaw fir-RPĊ ikunu jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”) jew ta’ trattament individwali (“IT”), jekk xtaqu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi li jesportaw li kien magħruf li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ.

(7)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magħruf li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li ppreżentaw irwieħhom fl-iskadenzi stabbiliti fl-avviż ta’ inizjazzjoni, prinċipalment lill-uniku produttur Komunitarju, lil 22 importatur u lil 27 utent tal-prodott ikkonċernat kif ukoll lil żewġ fornituri tal-materja prima.

(8)

Kienu riċevuti risposti mingħand il-produttur Komunitarju li għamel l-ilment, tliet importaturi mhux relatati, erba’ utenti, u żewġ fornituri.

(9)

Rigward il-pajjiż ikkonċernat minn din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet risposti mingħand tliet produtturi li jesportaw fir-RPĊ.

(10)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjon kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja tad-dumping, tad-dannu li rriżulta u ta’ l-interess Komunitarju. Saru żjarat ta’ verifika fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produttur li jinsab fil-Komunità

Ajinomoto Foods Europe S.A.S, Nesle, Franza u l-kummerċjant relatat tiegħu Ajinomoto Foods Deutschland, Amburgu, il-Ġermanja

(b)

L-utent Komunitarju

Skond it-termini ta’ l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, utent wieħed talab li d-dettalji tiegħu ma jiġux ippubblikati, għaliex jekk isir dan ikollu effett ħażin sinifikanti fuqu. It-talba nstab li kienet issostanzjata biżżejjed u għalhekk intlaqgħet.

Nestlé, Vevey, l-Iżvizzera

Unilever, Neuhausen, l-Iżvizzera

(c)

L-importaturi fil-Komunità

Omya Peralta GmbH, Amburgu, il-Ġermanja

Helm AG, Amburgu, il-Ġermanja

Standard SP Z.O.O., Lublin, il-Polonja

(d)

Il-produtturi li jesportaw u l-kumpaniji relatati fir-RPĊ

1.

Il-Grupp Meihua

Hebei Meihua MSG Group Co., Ltd., Bazhou, Hebei,

Tongliao Meihua Bio-utenTech Co., Ltd., Tongliao, Neimenggu, il-Mongolja Interna,

Tongliao Jianlong Hyperacidity Co., Ltd., Tongliao, Neimenggu, il-Mongolja Interna,

Langfang Jianlong Hyperacidity, Bazhou, Hebei.

2.

Il-Grupp LingHua

Shandong Linghua MSG Incorporated Company, Jining, Shandog. Iż-żjarat ta’ verifika kienu skedati għal żewġ kumpaniji oħrajn tal-grupp

Shangong Lingwei Seasoning Co., Ltd., Jining, Shandog u

Jining Jusheng Gourmet Powder Food Co., Ltd., Jining, Shandog kellha tiġi abbandunata minħabba raġunijiet li ġew spjegati fil-premessi (15) sa (18).

3.

Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co., Ltd., Jianyang, Fujian

(e)

Il-produttur fil-pajjiż analogu

Ajinomoto Co., (Thailand) Ltd., Bangkok, it-Tajlandja

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(11)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007 (il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn April 2004 sa tmiem il-PI (il-“perjodu meqjus”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(12)

L-MSG esportat lejn il-Komunità u li joriġina fir-RPĊ (il-“prodott ikkonċernat”) huwa addittiv ta’ l-ikel u jintuża prinċipalment biex itejjeb it-togħma tas-sopop, tal-brodijiet, tal-platti bil-ħut u bil-laħam u ta’ ikel lest biex jittiekel. Jintuża wkoll fl-industrija tal-kożmetika għall-kura personali. Normalment jiġi ddikjarat fil-kodiċi NM ex 2922 42 00 .

(13)

L-MSG huwa disponibbli f’diversi daqsijiet ta’ ppakkjar, li jvarjaw minn pakketti għall-konsumaturi ta’ 0,5 gramma għal basktijiet għal kwantitajiet kbar li jiżnu 1 000 kilogramma. Daqsijiet iżgħar ta’ l-ippakkjar jinbiegħu permezz tal-bejjiegħ bl-imnut lill-konsumaturi privati, filwaqt li d-daqsijiet akbar ta’ 20 kg u aktar huma ddestinati għall-utenti industrijali. Barra minn hekk, jeżistu gradi differenti ta’ purità. Madankollu, mhemm l-ebda differenza fil-karatteristiċi tal-monosodium glutamate ippakkjat fid-diversi daqsijiet u lanqas għall-gradi differenti ta’ purità.

2.2.   Il-prodott simili

(14)

Ma nstabet l-ebda differenza bejn il-prodott ikkonċernat u l-MSG prodott mill-industrija Komunitarja u mibjugħ fis-suq Komunitarju. Ir-RPĊ hija ekonomija fi tranżizzjoni u kif jissemma fil-premessi (30) sa (34) il-valur normali kellu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miksuba f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Skond l-informazzjoni disponibbli, l-MSG prodott u mibjugħ fil-pajjiż terz b’ekonomija tas-suq għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi bħall-MSG prodott fir-RPĊ u esportat lejn il-Komunità. Għalhekk qed jiġi proviżorjament konkluż li għandu jitiqes li t-tipi kollha ta’ MSG huma simili fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   ID-DUMPING

3.1.   L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku

(15)

Fil-każ ta’ produttur li jesporta wieħed instab li, waqt l-ewwel jum tal-verifika fuq il-post, dan kien ressaq informazzjoni ffalsifikata relatata mal-bejgħ mill-esportazzjoni tiegħu li tqieset bħala informazzjoni falza u qarrieqa fis-sens ta’ l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku.

(16)

Minħabba din is-sejba, il-verifika twaqqfet u l-kumpanija kienet informata li skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, kien previst li s-sejbiet (proviżorji jew definittivi, pożittivi jew negattivi) jiġu bbażati fuq fatti disponibbli u ngħatat opportunità li tikkummenta.

(17)

Fir-risposta tagħha l-kumpanija ma kkontestatx is-sejbiet ta’ l-investigazzjoni rigward il-falsifikazzjoni tad-dokument u ma qajmet l-ebda oġġezzjoni rigward l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(18)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-informazzjoni pprovduta minn dan il-produttur li jesporta ma tqisitx u ntużaw il-fatti li kienu disponibbli.

3.2.   It-trattament ta’ ekonomija tas-suq (MET)

(19)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet antidumping rigward importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali għandu jkun iddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-imsemmi Artikolu għal dawk il-produtturi li jesportaw li nstab li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fejn jintwera li l-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq jipprevalu rigward il-manifattura u l-bejgħ tal-prodott simili. Fil-qosor, u għal faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti f’forma mqassra hawn taħt:

(1)

id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-swieq u mingħajr interferenza sinifikanti min-naħa ta’ l-Istat;

(2)

id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords kontabbli bażiċi li jkunu vverifikati b’mod indipendenti, skond l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (l-“IAS”) u li jiġu applikati għall-finijiet kollha;

(3)

mhemm l-ebda tgħawwiġ sinifikanti li nġarr mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

(4)

iċ-ċertezza u l-istabbiltà legali ġew ipprovduti mil-liġijiet dwar il-fallimenti u l-proprjetà;

(5)

il-kambji tal-muniti jitwettqu skond ir-rata tas-suq.

(20)

Tliet produtturi li jesportaw Ċiniżi talbu MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u mlew il-formola ta’ talba għal MET fl-iskadenzi mogħtija.

(21)

Għal produttur li jesporta Ċiniż wieħed, kellu jiġi applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku (ara l-premessi (15) sa (18) ta’ aktar ’il fuq).

(22)

Il-verifika stabbiliet li ż-żewġ produtturi li jesportaw Ċiniżi li fadal ma kinux jissodisfaw il-ħames kriterji kollha ta’ l-MET.

(23)

Il-verifika stabbiliet li produttur li jesporta Ċiniż wieħed (il-grupp Meihua huwa magħmul minn ħames kumpaniji) ma setax juri li kien jissodisfa l-kriterji tnejn u tlieta msemmija aktar ’il fuq. L-ewwelnett, il-grupp Meihua naqas milli jippreżenta prospetti finanzjarji kkonsolidati u vverifikati, skond l-IAS 27, fil-formola ta’ MET tiegħu jew waqt iż-żjara ta’ verifika. L-investigazzjoni wriet li, peress li kien hemm bosta tranżazzjonijiet fil-grupp, il-prospetti finanzjarji kkonsolidati u vverifikati biss, fejn il-bilanċi, it-tranżazzjonijiet, id-dħul, u l-infiq fi ħdan il-grupp kollha kienu eliminati b’mod sħiħ, għandhom jippermettu li tinkiseb stampa ċara dwar il-grupp. Il-grupp Meihua pprovda biss prospetti finanzjarji kkonsolidati u vverifikati ferm wara ż-żjara ta’ verifika li ma ppermettiex li l-Kummissjoni twettaq kwalunkwe verifika ta’ l-informazzjoni inkluża f’din il-kontabbiltà u lanqas ma ppermetta li tikseb stampa ċara dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp. Barra minn hekk, instab li l-kontabbiltà tal-kumpaniji individwali ma kinitx konformi ma’ l-IAS 1 u ma’ l-IAS 18, peress li l-kumpanija parent kienet qed tpaċi d-dħul u l-infiq u din it-tpaċija kienet ta’ natura materjali. Minħabba dan il-ksur ta’ l-IAS u minħabba li ma kinux lanqas biss imsemmija fir-rapporti ta’ verifika, qed jitqies li l-Grupp Meihua ma weriex li r-rekords tiegħu kienu vverifikati skond l-imsemmija standards (kriterju tnejn).

(24)

It-tieninett, fuq il-bażi tal-kontabbiltà individwali tal-kumpaniji tal-grupp ivverifikata waqt iż-żjara ta’ verifika u fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mhux ivverifikata msemmija aktar ’il fuq, kien skopert tgħawwiġ sinifikanti fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpaniji u tal-grupp. Instab li kienu jeżistu ammonti sinifikanti ta’ self bla imgħax. Dan irriżulta f’ammont sinifikanti ta’ kapital ta’ ħidma negattiv u fi spejjeż finanzjarji potenzjali għoljin li mhumiex riflessi fir-rekords tal-kumpaniji individwali jew tal-Grupp (kriterju tlieta).

(25)

It-tieni kumpanija, Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co. Ltd., ma setgħetx turi li kienet tissodisfa l-kriterji wieħed sa tlieta. L-ewwelnett, id-deċiżjonijiet tagħha ma sarux b’reazzjoni għas-sinjali tas-swieq u mingħajr interferenza sinifikanti min-naħa ta’ l-Istat, prinċipalment minħabba li l-Istat kien sovrarrappreżentat fil-Bord tagħha u peress li l-kumpanija kellha ċerti tranżazzjonijiet dubjużi, imma sinifikanti fl-ammont ma’ intrapriżi proprjetà ta’ l-Istat (self ma’ l-Istat bl-interessi darbtejn aktar mir-rata tas-suq, avvanzi lil intrapriżi proprjetà ta’ l-Istat bla ebda ġustifikazzjoni) (kriterju wieħed). It-tieninett, ma ssostanzjatx li kellha sett wieħed ċar ta’ rekords kontabbli bażiċi li kienu ppreparati u vverifikati f’konformità ma’ l-IAS, għaliex instab li l-kontabbiltà ma kinitx konformi ma’ l-IAS 1 u ma’ l-IAS 18 peress li l-kumpanija kienet qed tpaċi i) il-kontabbiltà pagabbli mal-kontabbiltà riċevibbli u ii) id-dħul u l-infiq. Iż-żewġ tipi ta’ tpaċija, li kienu ta’ natura materjali, b’dan il-mod naqqsu l-ħila li wieħed jifhem it-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kundizzjonijiet oħrajn li saru fl-attività tal-kumpanija. Peress li dan il-ksur ta’ l-IAS ma ssemmiex fir-rapport ta’ verifika, il-kumpanija ma wrietx li r-rekords tagħha kienu vverifikati skond l-imsemmija standards (kriterju tnejn). Fl-aħħarnett, kien osservat tgħawwiġ li nġarr mis-sistema mhux ta’ ekonomija tas-suq fil-forma ta’ evalwazzjonijiet mhux xierqa ta’ l-assi u tad-drittijiet għall-użu ta’ l-art (kriterju tlieta).

(26)

Konsegwentement, kien konkluż li l-ebda produttur li jesporta Ċiniż ma wera li kien jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

3.3.   It-trattament individwali (IT)

(27)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, jiġi stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, jekk ikun hemm, għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każi fejn il-kumpaniji jkunu jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk jingħataw trattament individwali.

(28)

Il-produtturi li jesportaw li ma ssodisfawx il-kriterji għal MET talbu wkoll IT fil-każ li ma jingħatawx MET.

(29)

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, instab li żewġ produtturi li jesportaw Ċiniżi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għal IT kif ġie stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

3.4.   Il-valur normali

3.4.1.   Il-pajjiż analogu

(30)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, f’ekonomiji fi tranżizzjoni, il-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ma ngħatawx MET għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur mibni f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq (il-‘pajjiż analogu’).

(31)

Fl-avviż tal-bidu, it-Tajlandja kienet proposta bħala pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jikkumentaw dwar din il-proposta.

(32)

Parti interessata waħda biss ressqet kummenti li jipproponu bħala pajjiżi analogi alternattivi lill-Brażil jew lill-Indoneżja. Il-Kummissjoni kkuntattjat lil kumpaniji magħrufa fil-Brażil u fl-Indoneżja. Madankollu, ma kienet riċevuta l-ebda risposta għall-kwestjonarju jew l-ebda kumment ta’ siwi mingħand il-produtturi fil-Brażil jew fl-Indoneżja.

(33)

Barra minn hekk, fid-dinja kollha t-Tajlandja hija waħda mill-akbar produtturi ta’ l-MSG b’suq kompetittiv u l-produttur ewlieni ta’ l-MSG fit-Tajlandja kkoopera b’mod sħiħ. It-Tajlandja ssodisfat il-kriterji għal pajjiż analogu xieraq peress li hemm kompetizzjoni fis-suq Tajlandiż, il-kwantitajiet mibjugħa fis-suq Tajlandiz huma biżżejjed u kemm is-suq Ċiniż kif ukoll dak Tajlandiż huma paragunabbli f’termini ta’ firxa ta’ prodotti u ta’ proċessi ta’ produzzjoni.

(34)

Minħabba dak li ngħad aktar ’il fuq, kien proviżorjament konkluż li t-Tajlandja tikkostitwixxi pajjiż analogu xieraq skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

3.4.2.   Il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tal-valur normali

(35)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għar-RPĊ kien stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni vverifikata riċevuta mingħand il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew li għandhom jitħallsu fis-suq domestiku tat-Tajlandja għal tipi ta’ prodotti paragunabbli, peress li nstab li dawn saru fl-andament ordinarju tal-kummerċ. Rigward it-tipi ta’ prodotti, qed jiġi nnotat li essenzjalment tip wieħed biss ta’ prodotti kien esportat mir-RPĊ matul il-PI, jiġifieri l-MSG b’purità ta’ aktar jew ta’ 99 % u dan kien direttament paragunabbli mal-prodott mibjugħ mill-produttur tal-pajjiż analogu fis-suq domestiku tiegħu. L-investigazzjoni wriet ċerti differenzi fil-proċess ta’ produzzjoni bejn il-manifatturi Tajlandiżi u dawk Ċiniżi, peress li ta’ l-aħħar jużaw tagħmir differenti li jeħtieġ inqas użu ta’ l-enerġija elettrika. Il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku Tajlandiżi għalhekk kienu aġġustati ’l isfel b’ammont li jirrifletti dawn id-differenzi.

3.5.   Il-Prezz ta’ l-Esportazzjoni

(36)

Il-produtturi li jesportaw Ċiniżi li kkooperaw kollha għamlu bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jew direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità jew permezz ta’ kumpaniji mhux relatati li jinsabu fir-RPĊ u fit-Tajwan. Għalhekk, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(37)

Rigward l-esportaturi Ċiniżi kollha l-oħra, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. Sar paragun bejn il-kwantitajiet totali ta’ l-esportazzjoni indikati fir-risposti għall-kwestjonarju taż-żewġ produtturi li jesportaw li kkooperaw u l-importazzjonijiet totali li kienu suġġetti għal dumping mir-RPĊ kif kienu dderivati mill-istatistiċi dwar l-importazzjoni ta’ l-Eurostat. Instab li l-perċentwali tal-kooperazzjoni kienet ta’ 74 %. Fuq din il-bażi, il-livell ta’ kooperazzjoni tqis li kien baxx. Konsegwentement, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu proviżorjament stabbiliti fuq il-bażi tat-tranżazzjonijiet bl-ogħla marġni tad-dumping minn wieħed miż-żewġ produtturi li jesportaw Ċiniżi li kkooperaw li ngħataw IT skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku.

3.6.   Il-paragun

(38)

Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni sar fuq bażi barra l-fabbrika.

(39)

Sabiex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffetwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għall-kumpaniji investigati kollha (il-produtturi li jesportaw li kkooperaw u l-produttur fil-pajjiż analogu), fejn kien applikabbli u ġġustifikat, ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, fl-ispejjeż tal-ġarr tal-merkanzija fuq l-oċeani u fl-ispejjeż ta’ l-assikurazzjoni, fl-ispejjeż ta’ l-immaniġġjar, tat-tagħbija u fl-ispejjeż anċillari, fl-ispejjeż ta’ l-ippakkjar, fl-ispejjeż tal-kreditu u fil-kummissjonijiet.

3.7.   Il-marġnijiet tad-dumping

3.7.1.   Għall-produtturi li kkooperaw li ngħataw IT

(40)

Għal dawk il-kumpaniji li ngħataw IT, il-valur normali medju u mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) kien ipparagunat mal-prezz ta’ l-esportazzjoni medju u mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) kif inhu pprovdut fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(41)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping proviżorji medji u mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Il-kumpanija

Il-marġni tad-dumping proviżorju

Hebei Meihua MSG Group Co., Ltd., u Tongliao Meihua Bio-Tech Co., Ltd.

33,8  %

Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co., Ltd.

36,5  %

3.7.2.   Għall-produtturi li jesportaw l-oħra kollha

(42)

Il-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu kien ikkalkulat fuq il-bażi ta’ paragun bejn il-prezz ta’ l-esportazzjoni kif ġie stabbiliti fil-premessa (37) u l-valur normali kif ġie stabbilit fil-premessa (35).

(43)

Fuq din il-bażi, il-livell tad-dumping għall-pajjiż kollu kien proviżorjament stabbilit għal 39,7 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas.

4.   ID-DANNU

4.1.   Definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(44)

L-uniku produttur Komunitarju li kkoopera kien responsabbli għal 100 % mill-produzzjoni Komunitarja ta’ l-MSG matul il-PI. Għalhekk qed jitqies li jikkostitwixxi l-industrija Komunitarja fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u ta’ l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

(45)

Peress li l-industrija Komunitarja b’hekk hija magħmula minn produttur wieħed biss, il-figuri kollha relatati ma’ data sensittiva kellhom jiġu indiċjati jew jingħataw f’firxa għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Iċ-ċifri fil-parentesi huma relatati ma’ ċifri negattivi.

(46)

Billi l-produttur Komunitarju juża sena fiskali mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Marzu tas-sena segwenti, id-data kollha ta’ aktar ’l isfel ġiet ippreżentata għas-snin fiskali (FY) aktar milli għas-snin kalendarji (eż. l-FY2005 tkopri l-perjodu mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005). Id-data li tikkonċerna l-importazzjonijiet qed tiġi ppreżentata fuq l-istess bażi paragunabbli.

4.2.   Il-konsum Komunitarju

(47)

Il-konsum Komunitarju kien stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarju fis-suq Komunitarju flimkien ma’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ u pajjiżi terzi oħra, ibbażati fuq l-Eurostat. Il-konsum Komunitarju ta’ l-MSG żdied bejn l-FY2005 u l-FY2006 qabel ma naqas kontinwament fl-FY2007 u fil-PI. B’kollox, tul il-perjodu meqjus il-konsum naqas b’4 %.

Tabella 1

 

FY2005

FY2006

FY2007

PI

Il-konsum Komunitarju (tunnellata metrika)

 

 

 

 

Indiċi

100

107

98

96

4.3.   L-importazzjonijiet fil-Komunità mir-RPĊ

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq

(48)

Il-volumi ta’ l-importazzjoni mir-RPĊ żdiedu b’mod sinifikanti minn 4 701 tunnellata metrika fl-FY2005 għal 34 613 tunnellata metrika fil-PI, jiġifieri b’636 % tul il-perjodu meqjus.

(49)

Fl-FY2005, is-sehem mis-suq korrispondenti kien ta’ bejn 3 % u 7 % u tul il-perjodu meqjus żdied għal bejn 38 % u 43 %, minkejja t-tnaqqis fil-konsum.

Tabella 2

 

FY2005

FY2006

FY2007

PI

L-importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellata metrika)

4 701

11 376

34 254

34 613

Indiċi

100

242

729

736

Is-sehem mis-suq tar-RPĊ

 

 

 

 

Indiċi

100

226

745

768

Sors: Il-kwantitajiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Eurostat.

4.3.2.   Il-prezz tal-bejgħ ta’ unità

(50)

Tul il-perjodu meqjus il-prezzijiet medji għall-importazzjonijiet miċ-Ċina varjaw u b’mod globali wrew tnaqqis ċkejken ta’ 2 %.

Tabella 3

 

FY2005

FY2006

FY2007

PI

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ (€/tunnellata metrika)

790

818

785

773

Indiċi

100

104

99

98

Sors: Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Eurostat.

4.3.3.   It-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezz normali (undercutting)

(51)

Sabiex ikun analizzat it-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezz normali, il-prezzijiet medji u mgħobbija tal-bejgħ skond it-tip ta’ prodott ta’ l-industrija Komunitarja lil klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju, aġġustati għal livell barra mill-fabbrika, kienu pparagunati mal-prezzijiet medji u mgħobbija korrispondenti ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati, stabbiliti fuq bażi CIF b’aġġustament xieraq għad-dazji doganali u għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. Il-paragun sar wara t-tnaqqis tar-ribassi u ta’ l-iskonti.

(52)

Fuq il-bażi tal-metodoloġija t’aktar ’il fuq, id-differenza bejn il-prezzijiet, espressa bħala perċentwali tal-prezz medju u mgħobbi ta’ l-industrija Komunitarja (barra mill-fabbrika), jiġifieri l-marġni tat-traħħis tal-prezzijiet, kienet tvarja bejn 21 % u 24 %.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

(53)

Kienu eżaminati t-tendenzi tal-fatturi ekonomiċi kollha li ssemmew fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku biex tkun stabbilita s-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja tul il-perjodu meqjus.

4.4.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(54)

Fl-FY2006 il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b’5 % segwita minn żieda ulterjuri ta’ 3 punti perċentwali fl-FY2007 qabel ma baqgħet stabbli fil-PI. Iż-żidiet fil-kapaċità tal-produzzjoni rriżultaw minn investimenti ġodda kif ġie spjegat fil-premessa (60) t’aktar ’l isfel.

(55)

Il-produzzjoni ta’ l-MSG mill-industrija Komunitarja naqset kontinwament biex fil-perjodu meqjus wriet tnaqqis globali ta’ 6 %. Il-figuri tal-produzzjoni għall-FY2007 u għall-PI jirriflettu l-fatt li fl-2006 l-industrija Komunitarja kellha twaqqaf il-produzzjoni għal xahar.

(56)

Minħabba t-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni, tul il-perjodu meqjus l-użu tal-kapaċità tnaqqas b’14 %.

Tabella 4

 

FY2005

FY2006

FY2007

PI

Il-kapaċità tal-produzzjoni

 

 

 

 

Indiċi

100

105

108

108

Il-produzzjoni

 

 

 

 

Indiċi

100

99

93

94

L-użu tal-kapaċità

 

 

 

 

Indiċi

100

95

86

86

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju.

4.4.2.   Il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet medji ta’ kull unità fil-Komunità

(57)

Il-bejgħ ta’ l-MSG mill-industrija Komunitarja lil klijenti indipendenti fis-suq Komunitarju żdied bi ftit fl-FY2006 qabel ma wera tnaqqis massiv fl-FY2007 ta’ 25 punt perċentwali. Tul il-perjodu meqjus, it-tnaqqis fil-bejgħ kien ta’ 24 %. Dan it-tnaqqis kbir fil-volumi tal-bejgħ wassal għal tnaqqis sinifikanti fis-sehem mis-suq b’total ta’ 12,45 punti perċentwali tul il-perjodu meqjus (minn sehem mis-suq ta’ 58,6 % fl-FY2005 għal 46,1 % fil-PI).

(58)

Tul il-perjodu meqjus, il-prezzijiet medji tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju żdiedu b’19 %. Iż-żieda saret saħansitra aktar f’daqqa fl-FY2007 (+23 %) imma mbagħad kien hemm tnaqqis ċkejken fil-prezzijiet fl-aħħar tliet xhur tal-PI. Iż-żieda fil-prezzijiet kienet meħtieġa sabiex tkun koperta ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima u ta’ inputs oħrajn. Minkejja li l-industrija Komunitarja rnexxielha li effettivament iżżid l-effiċjenzi tagħha fil-produzzjoni ta’ l-MSG, il-prezzijiet tal-bejgħ ma setgħux ikopru l-ispiża tal-produzzjoni matul il-PI.

Tabella 5

 

FY2005

FY2006

FY2007

PI

Il-volumi tal-bejgħ

 

 

 

 

Indiċi

100

101

76

76

Is-sehem mis-suq

 

 

 

 

Indiċi

100

94

77

79

Il-prezzijiet medji

 

 

 

 

Indiċi

100

106

123

119

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju.

4.4.3.   Il-ħażniet

(59)

Tul il-perjodu meqjus, il-ħażniet żdiedu bi 52 %. Dan it-tkabbir fl-inventarji seħħ fit-tieni nofs tal-perjodu meqjus u kkoinċida mat-tnaqqis kbir fil-bejgħ li beda mill-FY2007. Fi tmiem il-PI, il-livell tal-ħażniet baqa’ fuq livell għoli.

Tabella 6

 

FY2005

FY2006

FY2007

PI

Il-ħażniet

 

 

 

 

Indiċi

100

101

153

152

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju.

4.4.4.   Il-profittabilità, l-investimenti, il-qligħ fuq l-investimenti, il-likwidità u l-ħila li jinġabar kapital.

(60)

Il-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja tal-prodott simili fis-suq Komunitarju tul il-perjodu meqjus ma kienx profittabbli. Fil-bidu ta’ dan il-perjodu din is-sitwazzjoni kellha titqies fl-isfond ta’ l-akkwist ta’ Orsan S.A. minn Ajinomoto Foods Europe (AFE), u tar-ristrutturazzjoni li seħħet f’dak iż-żmien. Tabilħaqq, Orsan S.A. kienet f’sitwazzjoni finanzjarja batuta sa l-2003 u AFE wettqet ristrutturazzjoni approfondita sabiex tnaqqas l-ispejjeż u ttejjeb l-effiċjenza b’investimenti speċifiċi fl-2004 u fl-2005. Dawn l-investimenti kellhom l-għan li jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni, jiżviluppaw linja ġdida ta’ prodotti u jżidu l-effiċjenza fl-enerġija. Il-Grupp, li issa tappartjeni għalih l-industrija Komunitarja, ittrasferixxa wkoll għarfien, inklużi razez ta’ batterji ġodda u li jagħtu rendiment aħjar għall-proċess ta’ fermentazzjoni meħtieġ għall-produzzjoni ta’ l-MSG fil-Komunità.

(61)

Għalkemm fl-2006 u fl-2007 ukoll komplew l-investimenti, l-industrija Komunitarja rnexxielha tnaqqas it-telf tagħha, partikolarment matul il-PI, minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ imma anki minħabba effiċjenza aħjar fl-użu tal-materja prima u ta’ l-enerġija. Madankollu, moviment ulterjuri ’l fuq tal-prezzijiet ma kienx possibbli. L-esportaturi Ċiniżi kienu aktar u aktar preżenti u ppenetraw b’rata mgħaġġla s-suq Komunitarju. Għaldaqstant, matul il-PI l-industrija Komunitarja xorta esperjenzat telf sinifikanti fil-bejgħ tagħha fis-suq Komunitarju.

(62)

Il-qligħ fuq l-investiment mill-produzzjoni u mill-bejgħ tal-prodott simili kien negattiv tul il-perjodu meqjus kollu, li jirrifletti t-tendenza negattiva fil-profittabilità li ssemmiet aktar ’il fuq.

(63)

L-istess bħall-indikaturi finanzjarji l-oħra, il-likwidità ġġenerata mill-MSG prodott u mibjugħ fl-UE kienet negattiva tul il-perjodu meqjus kollu.

(64)

Minbarra t-telf finanzjarju, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-industrija Komunitarja, bħala parti mill-Grupp Ajinomoto, iltaqgħet ma’ problemi oħrajn sabiex tiġbor il-kapital għall-attivitajiet tagħha.

Tabella 7

 

FY2005

FY2006

FY2007

PI

Il-profittabilità

 

 

 

 

Indiċi

(100)

(103)

(66)

(75)

L-investimenti

 

 

 

 

Indiċi

100

211

65

51

Il-qligħ fuq l-investimenti

 

 

 

 

Indiċi

(100)

(92)

(63)

(67)

Il-likwidità

 

 

 

 

Indiċi

(100)

(102)

(59)

(83)

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju.

4.4.5.   L-impjiegi, il-produttività u l-pagi

(65)

Fil-perjodu meqjus l-impjiegi fl-industrija Komunitarja naqsu b’9 %. Għall-bidu, fl-FY2006, il-pagi żdiedu b’6 % meta pparagunati ma’ l-FY2005. Madankollu, fl-FY2007 u fil-PI, il-pagi niżlu lura għal-livell li kienu fl-FY2005.

(66)

Il-produttività żdiedet bi 3 % fl-FY2006, segwita minn tnaqqis ċkejken fl-FY2007. Fil-PI l-produttività żdiedet għal darb’oħra għall-istess livell li kienet fl-FY2006.

Tabella 8

 

FY2005

FY2006

FY2007

PI

L-impjiegi

 

 

 

 

Indiċi

100

95

92

91

Il-pagi

 

 

 

 

Indiċi

100

106

100

100

Il-produttività

 

 

 

 

Indiċi

100

103

101

103

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju.

4.4.6.   It-tkabbir

(67)

Filwaqt li l-konsum Komunitarju tul il-perjodu meqjus naqas b’4 %, il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’24 %. Dan wassal għat-telf tas-sehem mis-suq mill-industrija Komunitarja tul il-perjodu meqjus ta’ 12,5 punti perċentwali.

4.4.7.   Id-daqs tal-marġni effettiv tad-dumping u ta’ l-irkupru minn dumping fl-imgħoddi

(68)

Il-marġnijiet tad-dumping għall-esportaturi fir-RPĊ ġew speċifikati aktar ’il fuq fit-taqsima dwar id-dumping u huma ferm aktar minn de minimis. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-volumi u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, l-impatt tal-marġni effettiv tad-dumping ma jistax jitqies bħala neliġibbli.

(69)

Mhemm l-ebda indikazzjoni li l-industrija Komunitarja qed tirkupra mill-effetti tad-dumping fl-imgħoddi. Qed jiġi nnotat li l-importazzjonijiet ta’ l-MSG ilhom ma jkunu suġġetti għal miżuri mill-2003.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(70)

Tul il-perjodu meqjus, il-parti l-kbira ta’ l-indikaturi tad-dannu li għandhom x’jaqsmu ma’ l-industrija Komunitarja żviluppaw negattivament. Il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità niżlu b’6 % u b’14 %, rispettivament. Filwaqt li l-konsum fis-suq Komunitarju naqas b’4 %, il-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja niżlu ferm aktar, jiġifieri b’24 %, li wassal għal telf fis-sehem mis-suq ta’ 12,5 punti perċentwali. Tul il-perjodu meqjus, indikaturi tad-dannu oħrajn bħall-ħażniet u l-impjiegi, ukoll żviluppaw negattivament.

(71)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi kienu irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja b’mhux aktar minn 24 % matul il-PI. Tul il-perjodu meqjus, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja żdiedu b’19 %, minħabba żidiet fl-ispejjeż, imma l-konsegwenza ta’ dan kien tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ u tnaqqis fis-sehem mis-suq. B’hekk, tul il-perjodu meqjus, l-indikaturi finanzjarji tad-dannu l-oħra, inklużi l-qligħ fuq l-investimenti, il-likwidità u l-profittabilità, ukoll żviluppaw negattivament.

(72)

Fid-dawl ta’ dak li ngħad aktar ’il fuq, jista’ jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja batiet minn dannu materjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   IL-KAWŻALITÀ

5.1.   Introduzzjoni

(73)

Skond l-Artikolu 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping ta’ l-MSG li joriġinaw fir-RPĊ ikkawżawx dannu lill-industrija Komunitarja sa grad li jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufa oħrajn għajr l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, li fl-istess ħin setgħu kienu qed jagħmlu dannu lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll sabiex ikun żgurat li d-dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħra ma jiġix attribwit lill-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping.

5.2.   L-effett ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping

(74)

Tul il-perjodu meqjus, l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li kienu suġġetti għal dumping mir-RPĊ f’termini ta’ volum żdiedu b’aktar minn seba’ darbiet, li rriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq Komunitarju mill-MSG Ċiniż minn firxa ta’ 3 % sa 7 % fl-FY2005 għal firxa ta’ 38 % sa 43 % fil-PI. Fl-istess ħin, l-esportaturi Ċiniżi kienu l-uniċi parteċipanti fis-suq li naqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom. L-informazzjoni disponibbli tindika li kemm il-produttur Komunitarju kif ukoll l-esportaturi minn pajjiżi terzi oħrajn żiedu l-prezzijiet tagħhom wara żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni (prinċipalment żidiet fil-prezzijiet tal-materja prima u ta’ l-enerġija).

(75)

Din iż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ ikkoinċidiet mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. Fl-FY2006, il-volumi ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’142 % filwaqt li l-volum tal-bejgħ Komunitarju żdied b’1 %. Fl-FY2007, il-volum ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b’201 % ulterjuri u l-prezzijiet tal-bejgħ naqsu b’4 % filwaqt li l-volum tal-bejgħ Komunitarju naqas b’25 punt perċentwali. Għaldaqstant, l-industrija Komunitarja batiet minn tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tagħha fis-suq Komunitarju u minn telf fis-sehem mis-suq konsegwenti ta’ 12,5 punti perċentwali matul il-PI. Is-soppressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu suġġetti għal dumping ma ppermettietx li l-industrija Komunitarja tgħolli l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għal-livell li kellu jelimina t-telf u jtejjeb aktar is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha.

(76)

Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad aktar ’il fuq, qed jiġi proviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li kienu suġġetti għal dumping mir-RPĊ li kienu ferm irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja matul il-PI, u li anki żdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, kellhom rwol determinanti fid-dannu li batiet l-industrija Komunitarja, li huwa rifless fis-sitwazzjoni finanzjarja batuta tagħha u fid-deterjorament ta’ l-indikaturi tad-dannu l-oħra matul il-PI, kif ukoll fit-telf tas-sehem mis-suq.

5.3.   L-effett ta’ fatturi oħrajn

5.3.1.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(77)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex ikkonċernati minn din l-investigazzjoni naqsu bi 65 % fil-perjodu meqjus li rriżulta fi tnaqqis ta’ sehem mis-suq li jvarja bejn 35 % u 40 % fl-FY2005 għal bejn 10 % u 15 % fil-PI. Tul il-perjodu meqjus il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet żdiedu bi 20 % li jsegwi t-tendenza ta’ l-iżvilupp fil-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja.

(78)

It-tendenzi fil-volumi u fil-prezzijiet ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn bejn l-FY2005 u l-PI kienu kif ġej:

Tabella 9

Pajjiżi terzi oħrajn

FY2005

FY2006

FY2007

PI

L-importazzjonijiet totali

(tunnellata metrika)

31 910

30 926

13 080

11 225

Indiċi

100

97

41

35

Sors: L-Eurostat


Pajjiżi terzi oħrajn

FY2005

FY2006

FY2007

PI

Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet kollha

(€/tunnellata metrika)

789

831

976

945

Indiċi

100

105

124

120

Sors: L-Eurostat

(79)

Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad aktar ’il fuq, kien proviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma kisrux ir-rabta kawżali bejn id-dumping misjub u d-dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping mir-RPĊ lejn l-industrija Komunitarja.

5.3.2.   L-iżvilupp tad-domanda

(80)

Rigward l-iżvilupp tad-domanda, bejn l-FY2005 u l-PI l-konsum Komunitarju ta’ l-MSG naqas. Dan it-tnaqqis, madankollu, ma kienx sinifikanti (–4 %) u ma jistax jispjega t-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju li niżel b’24 %. Għandu jiġi enfasizzat li, tul il-perjodu meqjus, l-industrija Komunitarja tilfet 12,5 punti perċentwali tas-sehem mis-suq tagħha u dan il-bejgħ kien sostitwit minn importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping li joriġinaw fir-RPĊ. Għalhekk, id-dannu materjali li batiet l-industrija Komunitarja ma jistax jiġi attribwit lil tnaqqis fid-domanda fis-suq Komunitarju.

5.3.3.   Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni u l-produttività ta’ l-industrija Komunitarja

(81)

Bil-kontra ta’ dak li sostnew uħud mill-partijiet interessati, jiġifieri li r-rendiment fqir ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja jista’ jkun il-kawża tad-dannu li batiet, għandu jiġi nnotat li, tul il-perjodu meqjus, il-bejgħ mill-esportazzjoni żdied b’aktar minn 50 %. Din id-dikjarazzjoni għalhekk trid tiġi miċħuda.

(82)

Rigward il-fattur tal-produttività, għandu jkun innotat li, tul il-perjodu meqjus, l-industrija Komunitarja rnexxielha tnaqqas l-ispejjeż fissi u l-ispejjeż tax-xogħol tagħha u żiedet il-produttività għal kull impjegat.

(83)

Minħabba dak li ngħad aktar ’il fuq, la r-rendiment ta’ l-esportazzjoni u lanqas kwalunkwe tnaqqis allegat fil-produttività ta’ l-industrija Komunitarja ma kkontribwew għad-deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha fil-PI.

5.3.4.   Il-varjazzjonijiet fil-munita

(84)

Uħud mill-partijiet interessati sostnew li d-deprezzament ta’ l-USD fil-konfront ta’ l-Euro ffavorixxa l-importazzjonijiet ta’ l-MSG fil-Komunità Ewropea. Tabilħaqq instab li l-maġġoranza vasta tat-tranżazzjonijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-Komunità Ewropea fil-fatturi tniżżlu bħala USD.

(85)

Għandu jitfakkar li l-investigazzjoni għandha tistabbilixxi jekk l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping (f’termini ta’ prezzijiet u ta’ volumi) ikkawżawx dannu materjali lill-industrija Komunitarja jew jekk tali dannu materjali kienx minħabba fatturi oħrajn. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku jiddikjara li jeħtieġ li jintwera li l-livell tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping jikkawża dannu. Għalhekk sempliċement jirreferi għal differenza bejn il-livelli tal-prezzijiet, u b’hekk mhemm l-ebda rekwiżit li jiġu analizzati l-fatturi li jaffetwaw il-livell ta’ dawk il-prezzijiet.

(86)

Fil-prattika, l-effett ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping fuq il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja essenzjalment ġie eżaminat billi ġie stabbilit it-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezz normali, id-depressjoni tal-prezzijiet u s-sopressjoni tal-prezzijiet. Għal dan l-għan, jiġu pparagunati l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni li kienu suġġetti għal dumping u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja, u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni li ntużaw għall-kalkoli tad-dannu f’ċerti każi jista’ jkun hemm il-ħtieġa li jiġu kkonvertiti f’munita oħra sabiex ikun hemm bażi paragunabbli. Konsegwentement, l-użu ta’ rati tal-kambju f’dan il-kuntest jiżgura biss li d-differenza fil-prezzijiet tiġi stabbilita fuq bażi paragunabbli. Minn dan, jidher ovvju li, fil-prinċipju, ir-rata tal-kambju ma tistax tkun fattur ieħor ta’ dannu.

(87)

Dak li ngħad aktar ’il fuq ġie kkonfermat ukoll mid-diċitura ta’ l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, li jirreferi għal fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping. Il-lista tal-fatturi l-oħra magħrufa f’dan l-Artikolu ma tagħmel referenza għall-ebda fattur li jaffettwa l-livell tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping. Fi ftit kliem, jekk l-importazzjonijiet ġew suġġetti għal dumping, u anki jekk ibbenefikaw minn żvilupp favorevoli fir-rati tal-kambju, ma jitqiesx li l-iżvilupp ta’ tali rata tal-kambju jista’ jkun fattur ieħor li jikkawża dannu.

(88)

B’hekk, l-analiżi tal-fatturi li jaffettwaw il-livell tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, bħall-varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju, ma tistax tkun konklużiva u tali analiżi tmur lilhinn mir-rekwiżiti tar-Regolament bażiku.

(89)

Ikun xi jkun il-każ, u mingħajr preġudizzju għal dak li ngħad aktar ’il fuq, anki fuq il-bażi tar-rata tal-kambju li kienet tipprevali fil-bidu ta’ l-FY2005, l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu ferm irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja. B’hekk, dan il-marġni ta’ traħħis sinifikanti ma jistax jiġi spjegat mill-bidla fir-rata tal-kambju bejn l-Euro kontra l-USD fil-perjodu meqjus.

(90)

Fid-dawl ta’ dak li ngħad aktar ’il fuq, kien proviżorjament konkluż li l-apprezzament ta’ l-Euro meta pparagunata ma’ l-USD mhux fattur biżżejjed biex jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping u d-dannu materjali li batiet l-industrija Komunitarja.

5.3.5.   L-importazzjonijiet mill-industrija Komunitarja

(91)

Uħud mill-partijiet interessati sostnew li l-industrija Komunitarja importat l-MSG mill-fabbriki mhux Ċiniżi relatati tagħha li jinsabu barra mill-Komunità li kellu impatt fuq il-volumi tal-bejgħ tagħha ta’ l-MSG prodott fil-Komunità.

(92)

L-investigazzjoni wriet li wara l-akkwist ta’ Orsan, l-industrija Komunitarja organizzat mill-ġdid l-istruttura/il-kanali tal-bejgħ tagħha fil-Komunità. Kważi l-MSG kollu mibjugħ fis-suq Komunitarju mill-industrija Komunitarja fil-PI kien prodott mill-uniku produttur Komunitarju. Il-bejgħ ta’ l-MSG fis-suq Komunitarju li joriġina mill-esportaturi relatati ma’ l-industrija Komunitarja f’pajjiżi barra mill-Komunità tul il-perjodu meqjus tnaqqas b’mod konstanti u sinifikanti.

(93)

Uħud mill-partijiet interessati argumentaw ukoll li l-industrija Komunitarja stess jew kumpaniji oħrajn tal-Grupp Ajinomoto huma relatati mal-produtturi Ċiniżi ta’ l-MSG li jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Ġie sostnut li l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità minn dawn il-kumpaniji relatati kkawżaw id-dannu li batiet l-industrija Komunitarja. Ġie sostnut ukoll li huwa l-Grupp Ajinomoto stess li huwa responsabbli għall-politiki tal-prezzijiet ta’ dawn l-esportaturi Ċiniżi.

(94)

L-investigazzjoni wriet li fil-każ ta’ kumpanija Ċiniża waħda allegatament relatata mal-Grupp Ajinomoto, din ir-relazzjoni ma baqgħetx teżisti qabel il-PI. Barra minn hekk, instab li l-bejgħ mill-esportazzjoni ta’ din il-kumpanija lejn il-Komunità fis-snin ta’ qabel il-PI kien negliġibbli. Fil-każ ta’ żewġ produtturi Ċiniżi oħra ta’ l-MSG relatati ma’ l-uniku produttur Komunitarju, kien stabbilit li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità fil-PI ma kinux sinifikanti. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-Grupp Ajinomoto seta’ kien responsabbli għall-politiki tal-prezzijiet ta’ dawn il-kumpaniji ma tqiesx li kien rilevanti.

(95)

Għalhekk, qed jiġi proviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet ta’ l-industrija Komunitarja minn partijiet relatati barra mill-Komunità ma kkontribwewx għad-dannu materjali li batiet.

5.3.6.   Ir-reġim il-ġdid taz-zokkor

(96)

L-allegazzjoni li saret minn ċerti partijiet interessati li tikkonċerna l-impatt negattiv tar-reġim il-ġdid taz-zokkor tal-Komunitajiet (u ż-żieda fil-prezzijiet taz-zokkor li rriżulta minn dan) fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma kinitx ikkonfermata. L-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja bbenefikat minn ftehimiet tul perjodu twil ta’ żmien li kienu ffirmati ferm qabel l-implimentazzjoni tar-reġim il-ġdid li żgura li l-prezz tax-xiri taz-zokkor tagħhom kien baxx matul il-parti l-kbira tal-perjodu meqjus. Fit-tieni parti tal-PI, wara l-implimentazzjoni tar-reġim il-ġdid taz-zokkor, il-prezz tax-xiri taz-zokkor żdied bi ftit imma dan l-impatt kien parzjalment ibbilanċjat mill-iżvilupp ta’ teknoloġija tal-fermentazzjoni aktar effiċjenti. Fil-PI, il-produzzjoni mill-fermentazzjoni żdiedet u hija għolja meta pparagunata ma’ dik li nkisbet medjament mill-produtturi Ċiniżi. Dan ifisser li għal kull tunnellata metrika ta’ MSG, il-produttur Komunitarju jeħtieġ sostanzjalment inqas zokkor meta pparagunat mal-ħtiġiet tal-produtturi Ċiniżi.

5.3.7.   Id-differenza fil-materja prima bażika

(97)

L-MSG fil-Komunità jiġi prodott minn ġulepp magħqud taz-zokkor (sugar molasses) filwaqt li fiċ-Ċina jiġi prodott mil-lamtu tal-qamħ jew tar-ross. Uħud mill-partijiet interessati sostnew li l-evoluzzjoni fil-prezzijiet ta’ din il-materja prima setgħet tat vantaġġ komparattiv lill-produtturi Ċiniżi. Madankollu, paragun ta’ l-ispejjeż tal-materja prima meħtieġa sabiex tkun prodotta l-istess kwantità ta’ MSG jindika li hemm vantaġġ komparattiv għall-produzzjoni ta’ l-MSG mill-ġulepp magħqud. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, hemm indikazzjonijiet li dan il-vantaġġ komparattiv matul il-PI saħansitra ssaħħaħ biż-żieda kbira fil-prezzijiet tal-qamħ, kemm f’ambitu internazzjonali kif ukoll fis-suq Ċiniż. Madankollu, minħabba d-dumping tal-prodotti Ċiniżi, dan il-vantaġġ komparattiv naqas milli jiġġenera qligħ fis-sehem mis-suq għall-MSG prodott mill-ġulepp magħqud mill-industrija Komunitarja.

(98)

Għalhekk, kien proviżorjament konkluż li d-differenza fil-materja prima li ntużat mill-industrija Komunitarja meta pparagunata ma’ dik li ntużat mill-produtturi li jesportaw Ċiniżi ma kkontribwietx għad-dannu materjali li batiet l-industrija Komunitarja.

5.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(99)

L-analiżi t’aktar ’il fuq wriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping fir-RPĊ bejn l-FY2005 u l-PI, flimkien ma’ livell għoli ta’ traħħis tal-prezzijiet matul il-PI. Din iż-żieda fis-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ ikkoinċidiet ma’ tnaqqis sinifikanti fis-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja li, flimkien mal-pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet, irriżultat, fost l-oħrajn, f’telf sostanzjali ta’ l-industrija Komunitarja tul il-perjodu meqjus. Min-naħa l-oħra, l-eżami tal-fatturi l-oħra li setgħu għamlu dannu lill-industrija Komunitarja żvela li l-ebda wieħed minn dawn ma seta’ kellu impatt negattiv sinifikanti.

(100)

Fuq il-bażi ta’ l-analiżi t’aktar ’il fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti dannużi ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, qed jiġi proviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija Komunitarja fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

6.   L-INTERESS KOMUNITARJU

6.1.   Rimarka preliminari

(101)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar id-dumping dannuż, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex ikun konkluż li mhux fl-interess Komunitarju li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Id-determinazzjoni ta’ l-interess Komunitarju kienet ibbażata fuq apprezzament ta’ l-interessi differenti kollha involuti, jiġifieri dawk ta’ l-industrija Komunitarja, tal-fornituri tal-materja prima, ta’ l-importaturi u ta’ l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

6.2.   L-industrija Komunitarja

6.2.1.   In-natura u l-istruttura ta’ l-industrija Komunitarja

(102)

L-industrija Komunitarja hija magħmula minn produttur uniku li jinsab fi Franza. Il-kumpanija hija proprjetà tal-Grupp Ajinomoto li huwa involut, fost attivitajiet oħrajn, fil-produzzjoni u fil-bejgħ ta’ l-MSG mad-dinja kollha. L-industrija Komunitarja xtrat il-materja prima tagħha mingħand il-fornituri Komunitarji, biex b’hekk kellha impatt fuq il-livelli ta’ l-impjiegi tal-fornituri tal-materja prima.

6.2.2.   L-effetti ta’ l-impożizzjoni jew tan-nuqqas ta’ impożizzjoni tal-miżuri fuq l-industrija Komunitarja

(103)

Sa mill-FY2005, l-industrija Komunitarja għamlet ħilitha biex tinvesti f’ristrutturazzjoni approfondita ħalli tnaqqas l-ispejjeż, u b’hekk, tkun tista’ titqies bħala vijabbli. Madankollu, minħabba l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, kien hemm dannu li ħa l-forma ta’ tnaqqis sinifikanti fil-volum tal-bejgħ u żieda mhux biżżejjed fil-prezz tal-bejgħ, li min-naħa tagħha rriżultat f’telf finanzjarju sinifikanti għall-industrija Komunitarja. Huwa mistenni, li wara l-impożizzjoni tad-dazji antidumping, il-volum ta’ l-MSG mibjugħ mill-industrija għandu jiżdied u, sa ċertu punt, il-prezzijiet tiegħu fis-suq Komunitarju għandhom jiżdiedu wkoll. Dan għandu jippermetti li l-industrija Komunitarja tilħaq livell aċċettabbli ta’ profittabilità.

(104)

Qed jitiqes li l-impożizzjoni tal-miżuri għandha trodd il-kompetizzjoni ġusta fis-suq. Għandu jiġi nnotat li telf ta’ l-industrija Komunitarja huwa r-riżultat tad-diffikultà li għandha biex tikkompeti ma’ l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li kienu suġġetti għal dumping li joriġinaw fir-RPĊ. L-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping probabbilment tqiegħed lill-industrija Komunitarja fil-pożizzjoni li tikseb mill-ġdid għallinqas parti mis-sehem mis-suq mitluf tagħha b’impatt pożittiv konsegwenti fuq il-profittabilità.

(105)

Kif issemma aktar ’il fuq, l-industrija Komunitarja batiet minn dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping li joriġinaw fir-RPĊ. Jekk ma jiġux imposti miżuri, huwa probabbli deterjorament ulterjuri fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, biex b’hekk jiddgħajfu l-effetti pożittivi ta’ l-investimenti li saru f’dawn l-aħħar snin. L-effett ta’ depressjoni tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping għandu jkompli jfixkel l-isforzi kollha li saru mill-industrija Komunitarja, partikolarment, biex tikseb mill-ġdid livell profittabbli. Jekk ma jittiħdux miżuri tkun qed titqiegħed f’riskju l-preżenza tul perjodu twil ta’ żmien ta’ l-industrija Komunitarja.

(106)

Fl-aħħarnett, huwa mistenni li l-miżuri jkunu effettivi biex jagħtu lill-industrija Komunitarja l-opportunità li tirkupra mid-dumping dannuż li nstab matul l-investigazzjoni.

6.3.   L-importaturi

(107)

Total ta’ tliet importaturi kkooperaw fl-investigazzjoni u lkoll kienu kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping. Dawn l-importaturi kienu responsabbli għal madwar 46 % ta’ l-importazzjonijiet totali mir-RPĊ fil-Komunità u madwar 19 % tal-konsum Komunitarju ta’ l-MSG matul il-PI.

(108)

Fuq il-bażi tas-sejbiet proviżorji, ġie konkluż li l-impatt ta’ l-introduzzjoni tal-miżuri antidumping ikun negliġibbli għal tnejn mill-importaturi li kkooperaw. Għall-importatur li kkoopera li jifdal, l-indikazzjonijiet preliminari huma li l-MSG jammonta għal bejn 7 % u 12 % mill-fatturat tiegħu. Din il-kumpanija timpjega inqas minn ħames persuni direttament fil-parti ta’ l-MSG tan-negozju tagħha. Il-profitt tal-kumpanija fuq il-bejgħ ta’ l-MSG huwa wieħed baxx. Minħabba dan, l-impatt ta’ l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe dazju antidumping ma’ għandux ikun negliġibbli. Madankollu, l-effett mistenni ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri se jkun li jgħolli l-prezzijiet ta’ l-MSG (mis-sorsi kollha) fis-suq Komunitarju. Dan l-importatur għalhekk għandu jkun f’pożizzjoni li jgħaddi ż-żieda kollha jew kważi kollha li tirriżulta mill-impożizzjoni tal-miżuri antidumping, bl-ebda effett sinifikanti fuq il-profitt globali tiegħu.

(109)

F’dawn iċ-ċirkostanzi kien proviżorjament konkluż li, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta, l-effett tal-miżuri antidumping, jekk hemm, probabbilment mhux se jkollu impatt materjali fuq l-importaturi.

6.4.   L-utenti

(110)

Total ta’ erba’ kumpaniji utenti li huma responsabbli għal 18 % mill-importazzjonijiet ta’ l-MSG mir-RPĊ ikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn il-kumpaniji huma attivi fl-industrija ta’ l-ipproċessar ta’ l-ikel u fl-industrija tal-kożmetika għall-kura personali.

(111)

Tnejn mill-utenti li kkooperaw huma involuti fl-industrija ta’ l-ipproċessar ta’ l-ikel. B’kollox, dawn iż-żewġ kumpaniji kienu responsabbli għal madwar 17 % mill-importazzjonijiet ta’ l-MSG mir-RPĊ fil-PI. Għandu jiġi nnotat li ż-żewġ kumpaniji jġibu wkoll kwantitajiet sinifikanti mill-industrija Komunitarja kif ukoll minn sorsi oħrajn. Għandu jiġi nnotat ukoll li l-attivitajiet relatati ma’ l-MSG jammontaw biss għal parti żgħira min-negozju globali taż-żewġ kumpaniji. Għal waħda mill-kumpaniji li kellha kwantità ferm żgħira ta’ importazzjonijiet ta’ l-MSG mir-RPĊ fil-PI, l-impatt ta’ l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe miżura se jkun negliġibbli. Għall-kumpanija l-oħra, l-impatt ta’ l-impożizzjoni possibbli tal-miżuri se jkun investigat ulterjorment.

(112)

Rigward iż-żewġ utenti l-oħra li kkooperaw, instab li kienu responsabbli biss għal madwar 1 % mill-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-PI. F’dawn iċ-ċirkostanzi, tqies li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping ma jkollhiex effett sinifikanti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawn il-kumpaniji.

(113)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, kien proviżorjament konkluż li, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta, l-effett tal-miżuri antidumping, jekk kien hemm, probabbilment mhux se jkollu impatt materjali fuq l-utenti.

6.5.   Il-fornituri tal-materja prima

(114)

Żewġ fornituri mlew il-kwestjonarju u appoġġjaw l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping. Wieħed minnhom huwa fornitur ta’ materja prima, prinċipalment il-ġulepp magħqud taz-zokkor, lill-industrija Komunitarja. Il-ġulepp taz-zokkor li jiġi fornut minn din il-kumpanija lill-industrija Komunitarja jammonta għal madwar 5 % mill-fatturat tal-kumpanija. Jekk ma jiġux imposti miżuri antidumping, hemm riskju, kif ġie ddikjarat aktar ’il fuq, li l-preżenza tul perjodu twil ta’ żmien ta’ l-industrija Komunitarja se titqiegħed f’dubju. Jekk dan isseħħ, ikun hemm impatt negattiv ċar fuq is-sitwazzjoni tal-fornituri tal-materja prima lill-industrija Komunitarja.

(115)

Rigward it-tieni fornitur, dan se jkun ulterjroment investigat wara l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe miżura proviżorja.

(116)

Jekk ma jiġux imposti miżuri, il-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja se jkompli jinżel li jwassal biex id-domanda tagħha għall-materja prima wkoll se tonqos. Bil-wisq probabbli dan se jaffettwa negattivament il-profittabilità tal-fornituri tal-materja prima.

6.6.   Il-kompetizzjoni u l-effetti ta’ tgħawwiġ tal-kummerċ

(117)

Uħud mill-partijiet interessati jallegaw li l-Grupp Ajinomoto jista’ jkollu pożizzjoni dominanti mhux biss fis-suq Komunitarju imma wkoll fis-suq dinji. Dawn il-partijiet interessati sostnew li, minbarra l-kompetituri Ċiniżi, il-Grupp Ajinomoto jimmonopolizza l-produzzjoni dinjija ta’ l-MSG. Madankollu, għandu jkun enfasizzat li, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta minn waħda mill-partijiet interessati li għamlet din id-dikjarazzjoni, il-produzzjoni ta’ l-MSG li mhix Ċiniża u mhix relatata ma’ Ajinomoto xorta tammonta għal aktar minn 500 000 tunnellata metrika (li huwa aktar mill-produzzjoni totali ta’ l-MSG mill-Grupp Ajinomoto).

(118)

Rigward is-suq Komunitarju, jekk jiġu imposti miżuri antidumping, il-produtturi li jesportaw Ċiniżi kkonċernati, meta jitqiesu l-pożizzjonijiet b’saħħithom fis-suq li għandhom, probabbilment se jkomplu jbiegħu l-prodotti tagħhom, għalkemm bi prezzijiet mhux suġġetti għal dumping. Huwa wkoll probabbli li xorta se jkun hemm numru biżżejjed ta’ kompetituri ewlenin fis-suq Komunitarju, inklużi l-produtturi fl-Indoneżja, fil-Korea t’Isfel, fil-Vjetnam, fil-Brażil u fit-Tajwan. Għandu jkun enfasizzat li, fil-bidu tal-perjodu meqjus, l-importazzjonijiet minn dawn is-sorsi kienu jammontaw għal 31.4 % mis-suq Komunitarju u dan is-sehem naqas sostanzjalment minħabba l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping mir-RPĊ. Għalhekk huwa probabbli li l-utenti se jkomplu jkollhom l-għażla ta’ fornituri differenti ta’ l-MSG. Jekk, madankollu, ma tkun imposta l-ebda miżura, il-ġejjieni ta’ l-industrija Komunitarja jkun fil-periklu. L-għibien tagħha jnaqqas bil-kbir il-kompetizzjoni fis-suq Komunitarju.

6.7.   Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(119)

Meta jitqies dak li ngħad aktar ’il fuq, qed jiġi proviżorjament konkluż li f’dan il-każ mhemm l-ebda raġuni konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping.

7.   PROPOSTA GĦAL MIŻURI PROVIŻORJI ANTIDUMPING

7.1.   Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(120)

Minħabba l-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess Komunitarju, għandhom jiġu imposti miżuri proviżorji antidumping sabiex ma jitħalliex li jkun ikkawżat aktar dannu lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping.

(121)

Sabiex ikun stabbilit il-livell tad-dazju, tqies il-livell tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu u l-ammont tad-dazju meħtieġ sabiex ikun eliminat id-dannu li batiet l-industrija Komunitarja.

(122)

Billi l-industrija Komunitarja batiet minn telf finanzjarju matul il-perjodu meqjus kollu, il-profitt li jista’ jinkiseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet suġġetti għal dumping kien ibbażat fuq marġnijiet ta’ profitt tal-prodott simili li nkisbu fil-perjodu meqjus mill-produturi ta’ l-MSG f’pajjiżi fejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu suġġetti għal dumping ma kinux preżenti (prinċipalment it-Tajwan u t-Tajlandja). Fuq din il-bażi, instab li marġni ta’ profitt ta’ 5 % mill-fatturat seta’ jitqies bħala ammont minimu xieraq li l-industrija Komunitarja setgħet kienet tistenna li tikseb fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Iż-żieda meħtieġa fil-prezzijiet imbagħad kienet iddeterminata fuq il-bażi ta’ paragun bejn il-prezz medju u mgħobbi ta’ l-importazzjonijiet, kif ġie stabbilit għall-kalkoli tat-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezz normali, u l-prezz mhux dannuż tal-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Il-prezz mhux dannuż inkiseb billi l-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja ġie aġġustat bit-telf effettiv li sar matul il-PI u billi ġie miżjud il-marġni ta’ profitt li ssemma aktar ’il fuq. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan il-paragun imbagħad kienet espressa bħala perċentwali tal-valur CIF totali ta’ l-importazzjonijiet.

7.2.   Il-miżuri provviżorji

(123)

Fid-dawl ta’ dak li ngħad aktar ’il fuq, qed jitqies li, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti dazji proviżorji antidumping fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ fuq il-livell tal-marġnijiet t’isfel tad-dumping u tad-dannu, skond ir-regola ta’ inqas dazju.

(124)

Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet waqt l-investigazzjoni rigward dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (bil-kontra tad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) b’hekk huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u ġew prodotti mill-kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmula minn kwalunkwe kumpanija oħra li ma ssemmietx speċifikatament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikatament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(125)

Id-dazji antidumping proposti huma dawn li ġejjin:

Il-kumpanija

Il-marġni ta’ eliminazzjoni tad-dannu

Il-marġni tad-dumping

Ir-rata tad-dazju antidumping

Hebei Meihua MSG Group Co., Ltd., u Tongliao Meihua Bio-Tech Co., Ltd.

54,8  %

33,8  %

33,8  %

Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co., ltd

60,4  %

36,5  %

36,5  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

63,7  %

39,7  %

39,7  %

8.   L-IŻVELAR

(126)

Is-sejbiet proviżorji t’aktar ’il fuq se jkunu żvelati lill-partijiet interessati kollha li se jkunu mistiedna juru fehmithom bil-miktub u jitolbu smigħ. Il-kummenti tagħhom se jkunu analizzati u se jitqiesu fejn ikun iġġustifikat qabel ma ssir kwalunke determinazzjoni definittiva. Is-sejbiet proviżorji jista’ jkollhom jitqiesu mill-ġdid għall-finijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan qed jiġi impost dazju proviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-monosodium glutamate li jaqa’ fil-kodiċi NM ex 2922 42 00 (il-kodiċi TARIC 2922 42 00 10) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju proviżorju antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti manifatturati mill-kumpaniji t’hawn isfel għandha tkun:

Il-kumpanija

Ir-rata tad-dazju AD (%)

Il-kodiċi Taric addizzjonali

Hebei Meihua MSG Group Co., Ltd., u Tongliao Meihua Bio-Tech Co., Ltd.

33,8

A883

Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co., Ltd.

36,5

A884

Il-kumpaniji l-oħra kollha

39,7

A999

3.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott li jissemma fil-paragrafu 1 għandu jkun suġġett għall-provvista ta’ sigurtà, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu li jiġu żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien adottat dan ir-Regolament, juru fehmithom bil-miktub u jagħmlu applikazzjonijiet sabiex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkumentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data meta jidħol fis-seħħ.

Artikolu 3

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)   ĠU C 206, 5.9.2007, p. 20.


4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 144/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 493/2008

tat-2 ta' Ġunju 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), kif ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)   ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

04/T&Q

Stat Membru

PRT

Stokk

COD/1N2AB.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi ta’ I u II

Data

26.3.2008


4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 144/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 494/2008

tat-2 ta' Ġunju 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona VI; fl-ilmijiet tal-KE ta' Vb; fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali taż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubbblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), kif ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)   ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

05/T&Q

Stat Membru

FRA

Stokk

COD/561214

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

VI; fl-ilmijiet tal-KE ta' Vb; l-ilmijiet tal-KE u l-ilmijiet internazzjonali ta’ XII u XIV

Data

6.5.2008


4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 144/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 495/2008

tat-2 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-KE u Internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), kif ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)   ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

06/T&Q

Stat Membru

ESP

Stokk

WHB/1X14

Speċi

Stokkafixx (Micromesistius poutassou)

Żona

l-ilmijiet tal-KE u Internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

Data

29.4.2008


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 144/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-20 ta’ Novembru 2007

dwar l-għajnuna ta' l-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implimentata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5400)

(il-verżjoni taljana biss hi awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/408/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ċitati hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Fil-qafas ta' każ C 13/2006 (ex-N 587/2005) – Tariffa ta' l-Elettriku Preferenzjali f'Sardinja, il-Kummissjoni saret konxja dwar l-estensjoni ta' żewġ miżuri li jagħtu tariffa ta' l-elettriku preferenzjali. L-estensjoni ġiet mogħtija bis-saħħa ta' l-Artikolu 11, paragrafu 11 ta' decreto-legge Nru 35/2005, konvertit f'Liġi 80 ta' l-14 ta' Mejju 2005 (minn issa 'l quddiem imsejħa Liġi 80/2005) u kienet implimentata mingħajr notifika preċedenti lill-Kummissjoni. Il-benefiċjarji huma l-produttur ta' l-Aluminju Alcoa u t-tliet kumpaniji suċċessuri ta' Soċietà Terni: Terni Acciasi Speciali, Nuova Terni Industrie Chimiche u Cementir (minn issa 'l quddiem: “il-kumpaniji Terni”).

(2)

B'ittra ddatata t-23 ta' Diċembru 2005 il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-Italja, li wieġbet b'ittra ddatata l-24 ta' Frar 2006. B'ittri ddatati t-2 ta' Marzu 2006 u s-27 ta' April 2006, l-Italja provdiet informazzjoni addizzjonali.

(3)

B'ittra ddatata d-19 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni informat lill-Italja li kienet iddeċidiet li tibda proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward taż-żewġ skemi (Każ C 36/2006).

(4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda proċedura ġiet pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom fuq il-miżuri.

(5)

L-Italja ssottomettiet osservazzjonijiet b'ittra ddatata l-25 ta' Ottubru 2006. Aktar informazzjoni kienet sottomessa b'ittra ddatata d-9 ta' Novembru 2006 u s-7 ta' Diċembru 2006.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-partijiet interessati. Hija għaddiethom lill-Italja, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi. Il-kummenti ta' l-Italja waslu f'ittra ddatata t-22 ta' Diċembru 2006.

(7)

B'ittra ddatata l-20 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni li kienet provduta mill-Italja b'ittri ddatati s-16 ta' April 2007, l-10 ta' Mejju 2007 u l-14 ta' Mejju 2007.

(8)

Fit-18 ta' Settembru 2007 il-fajl inqasam f'parti A, li jitratta t-tliet kumpaniji li jirriżultaw mill-qasma ta' Società Terni (il-kumpaniji Terni) u parti B, li tikkonċerna l-Alcoa. Din id-deċiżjoni tikkonċerna esklussivament l-estensjoni tat-tariffa preferenzjali favur il-kumpaniji Terni.

(9)

L-iskambji ta' korrispondenza li tikkonċerna l-Alcoa m'humiex kwotati hawn.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

(10)

L-Artikolu 11, paragrafu 11 tal-Liġi 80/2005 tipprevedi għall-estensjoni fil-ħin taż-żewġ miżuri li jagħtu tnaqqis fit-tariffi ġenerali ta' l-elettriku. Il-benefiċjarji ta' dawn iż-żewġ miżuri, li huma differenti fin-natura tagħhom u se jiġu trattati separatament, huma l-produttur ta' l-Aluminju Alcoa fuq naħa, u t-tliet kumpaniji li jirriżultaw mill-qasma tas-Società Terni, fuq in-naħa l-oħra.

Il-miżura oriġinali u l-ewwel estensjoni tagħha

(11)

L-Italja innazzjonalizzat is-settur ta' l-elettriku bil-liġi Nru 1643 tas-6 ta' Diċembru 1962 (minn issa 'l quddiem: il-liġi tan-nazzjonalizzazzjoni). Il-liġi prevediet għat-trasferiment ta' l-impjanti ta' l-elettriku eżistenti fl-Italja għall-kumpanija ta' l-Istat li nħolqot ENEL, li kien se jkollha monopolju fil-produzzjoni, d-distribuzzjoni u l-forniment ta' l-elettriku.

(12)

Fiż-żmien tan-nazzjonalizzazzjoni, Società Terni kienet kumpanija ta' l-Istat attiva fil-manifattura ta' l-azzar, is-siment u l-kimiċi. L-Istat eżerċita kontroll effettiv fuq il-kumpanija permezz ta' sehem maġġoritarju fil-kapital tagħha, mill-kumpanija IRI ta' l-Istat u l-grupp Finsider ta' l-Istat. Società Terni kellha wkoll u kienet topera impjant idroelettriku. Il-parti l-kbira ta' l-elettriku prodott kien użat biex iħaddem il-proċessi ta' manifatturar tal-kumpanija.

(13)

Il-liġi tan-nazzjonalizzazzjoni stabbiliet li, bħala regola ġenerali, il-kumpaniji li jipproduċu l-elettriku primarjament għall-awto-konsum (awto-produtturi) kienu esklużi min-nazzjonalizzazzjoni u setgħu jżommu l-assi tagħhom sabiex jiġġeneraw l-elettriku (3). L-assi ta' l-elettriku tas-soċjetà Terni kienu nazzjonalizzati minkejja l-istatus tal-kumpanija bħala awto-produttur minħabba li kienet lokalizzata strateġikament fit-territorju Taljan. It-trasferiment għall-ENEL kien stabbilit fl-Artikolu 4, paragrafu 5, ir-raba' inċiż tal-liġi tan-nazzjonalizzazzjoni.

(14)

Bid-Digriet Presidenzjali Nru 1165/63, l-Italja tat lill-kumpanija kumpens għat-trasferiment ta' l-assi tagħha ta' l-elettriku. Il-kumpens ħa l-forma ta' tariffa preferenzjali ta' l-elettriku li kellu japplika mill-1963 sa l-1992.

(15)

Fl-1964, Società Terni nqasmet fi tliet kumpaniji: il-produttur ta' l-azzar Terni Acciai Speciali, il-manifattur tal-kimiċi Nuova Terni Industrie Chimiche u l-manifattur tas-siment Cementir. Dawn il-kumpaniji kienu mbagħad privatizzati u akkwistati minn ThyssenKrupp, Norsk Hydro u Caltagirone rispettivament.

(16)

Kif indikat fil-punt 0 ta' din id-deċiżjoni, dawn il-kumpaniji suċċessuri se jkunu kollettivament imsejħa bħala “il-kumpaniji Terni” filwaqt li l-kumpanija oriġinali se tissejjaħ “Società Terni”. It-tariffa applikabbli l-ewwel għal Società Terni, u mbagħad għall-kumpaniji Terni, se jissejħu bħala “it-tariffa Terni”.

(17)

It-tariffa preferenzjali kompliet tapplika, taħt l-istess kundizzjonijiet, għat-tliet kumpaniji Terni. Il-benefiċjarju ewlieni (f'termini ta' kwantità ta' elettriku sussidjat, kemm f'termini assoluti kif ukoll bħala proporzjoni tal-konsum ta' l-elettriku totali tal-kumpanija) huwa ThyssenKrupp.

(18)

Id-dewmien tat-tariffa speċjali inzerta mal-perjodu ġenerali tal-konċessjonijiet (4) idroelettriċi fl-Italja, li kellhom jiskadu fl-1992. Il-konċessjoni ta' l-idroelettriku ta' Società Terni ġiet mogħtija għal perjodu eċċezzjonali ta' 60 sena (minflok in-normal ta' 30 sena) u kellha tiskadi fit-tmiem tat-tmeninijiet.

(19)

Fl-1991, l-Italja estendiet il-konċessjonijiet eżistenti idroelettriċi sa l-2001 bil-liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991“Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet għal Pjan ġdid ta' l-Enerġija Nazzjonali: aspetti istituzzjonali, impjanti ta' l-idroelettriku u netwerks, idrokarboni u enerġija ġeotermali, awto-produtturi u dispożizzjonijiet fiskali” (minn issa 'l quddiem: il-Liġi 9/1991). Bil-virtu' ta' l-Artikolu 20, paragrafu 4 tal-Liġi 9/1991, l-Italja tawwlet ukoll sa l-2001 it-tariffa preferenzjali għall-kumpaniji Terni. Matul is-6 snin sussegwenti (2002-2007) il-kwantitajiet ta' elettriku sussidjat fornut lill-kumpaniji Terni kien gradwalment imnaqqas sabiex il-vantaġġ fit-tariffi jintemm bil-mod sat-tmiem ta' l-2007.

(20)

Il-Liġi 9/1991 inkludiet numru kbir ta' dispożizzjonijiet, li uħud minnhom involvew l-għajnuna ta' l-Istat. Il-Liġi 9/1991 kienet ippreżentata lill-Kummissjoni flimkien mal-Liġi 10/1991 “Dispożizzjonijiet implimentattivi għall-Pjan Nazzjonali ta' l-Enerġija fir-rigward ta' l-effiċjenza fl-enerġija, frankar ta' l-enerġija u l-iżvilupp ta' sorsi rinnovabbli ta' l-enerġija”. Il-Kummissjoni ddikjarat kompatibbli l-għajnuna li kien hemm fiż-żewġ liġijiet taħt ir-regoli għall-għajnuna ta' l-Istat fl-1991 (5).

Struttura tat-tariffa Terni

(21)

Il-kundizzjonijiet tat-tariffa preferenzjali ta' Società Terni kienu stabbiliti fl-Artikolu 6, 7 u 8 tad-Digriet Presidenzjali Nru 1165/63 Trasferiment lil Ente Nazionale per l'Energia Elettrica ta' l-assi użati għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Liġi Nru 1643 tas-6 ta' Diċembru 1962 imwettqa minn “Terni- società per l'Industria e l'Elettricità S.p.A.” (minn issa 'l quddiem: DPR 1165/1963). DPR 1165/1963 stabilixxa li l-ENEl se tforni lil Società Terni b'ammont fiss ta' elettriku (1 025 000 MWh fis-sena) li huma l-ekwivalenti tal-konsum ta' l-elettriku tal-kumpanija fl-1961, flimkien ma' ammont ekstra ta' (595 000 MWh fis-sena) li jikkorrispondi għall-konsum addizzjonali mistenni minħabba investimenti li saru imma li ma kinux għadhom twettqu fl-1962.

(22)

Il-prezz preferenzjali kien kalkulat billi jiġu kumparati żewġ metodi alternattivi u li jiġi applikat dak li kien l-aktar favorevoli għall-kumpanija.

(a)

L-1 Alternattiva kienet bażata fuq il-prezz medju ta' l-elettriku li ħallsu l-fergħat tal-manifattura ta' Società Terni lill-fergħat ta' l-elettriku tal-kumpanija (li jikkorrispondi ma' l-ispiża tal-produzzjoni ta' l-impjant idroelettriku ta' Terni stess).

(b)

It-2 Alternattiva kienet marbuta mal-prezz ta' referenza ta' ENEL għal konsumatur li jkollu l-istess profil (awto-produttur) bħal Società Terni.

(23)

Fil-prattika, l-ewwel metodu kien użat sa l-2000, meta t-tibdiliet fl-istruttura Taljana tat-Tariffi minħabba li l-liberalizzazzjoni tas-suq ta' l-elettriku għamluha neċessarju li wieħed jaqleb għat-tieni metodu.

(24)

Fl-1997 bdiet il-bidla fl-istruttura tat-tariffi, bl-introduzzjoni ta' tariffa strutturata li tikkonsisti f'żewġ partijiet: Parti A tirrappreżenta spejjeż fissi u ġenerali u Parti B li tirrifletti spejjeż varjabbli. Mill-1 ta' Jannar 2000, it-tariffa Terni ngħatat fil-forma ta' komponent kumpensatorju (componente compensativa) kalkulat bħala s-somma tal-komponenti kollha tat-tariffa li Terni, bħala awto-produttur (virtwali), ma kinitx meħtieġa tħallas (il-parti sħiħa ta' parti B u biċċa minn parti A). Dan il-metodu jikkorrispondi mat-tieni mill-metodi alternattivi deskritti fid-Digriet 1165/63.

(25)

It-tnaqqis gradwali tal-kwantitajiet ta' l-elettriku mwassla lill-kumpaniji Terni bil-prezz preferenzjali matul il-perjodu ta' tnaqqis (2002-2007) huwa muri hawn taħt:

Sena

GWh

MW

2001

1 620

270

2002

1 389

231

2003

1 157

193

2004

926

154

2005

694

116

2006

463

77

2007

231

39

It-tieni estensjoni tat-tariffa

(26)

Bl-Artikolu 11, paragrafu 11 tal-Liġi 80/2005, l-Italja ddeċidiet li tinterrompi t-tnaqqis u testendi mill-ġdid l-arranġament tat-tarrifi Terni sa l-2010. L-Artikolu 11, paragrafu 13 tal-Liġi għamel din il-miżura applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005. Ftit żmien wara, il-konċessjonijiet idroelettriċi ordinarji ġew estiżi sa l-2020 (6).

(27)

It-tieni estensjoni tat-tariffa hija l-miżura li fuqha l-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat u li hija s-suġġett ta' din id-deċiżjoni.

(28)

Il-Liġi 80/2005 tistabbilixxi li, sa l-2010, il-kumpaniji Terni jibbenefikaw mill-istess trattament li gawdew sal-31 ta' Diċembru 2004 f'termini ta' kwantitajiet fornuti (926 GWh għat-tliet kumpaniji Terni) u prezzijiet ta' 1.32 eurocent/kWh). Il-kwantitajiet ta' elettriku fornut huma mqassma kif ġej: Thyssen-Krupp 86 %, Nuova Terni Industrie Chimiche 10 % u Cementir 4 %.

(29)

Il-Liġi 80/2005, kif interpretata u implimentata fl-AEEG, introduċiet ukoll mekkaniżmu ta' indiċjar fejn, mill-1 ta' Jannar 2006, it-tariffa prefenzjali tiżdied kull sena skond iż-żidiet fil-prezz irrekordjati fuq l-Iskambji Ewropej ta' l-Elettriku ta' Amsterdam u Frankfurt, soġġetti għal massimu ta' 4 %.

Mekkaniżmu ta' finanzjament

(30)

It-tariffa preferenzjali Terni kienet inizjalment ġestita u mħallsa mill-kumpanija ta' l-Istat ENEL, li kellha monopolju fil-ġenerazzjoni, trażmissjoni, importazzjoni, distribuzzjoni u provvista ta' l-elettriku fl-Italja.

(31)

Fl-2002, hekk kif is-suq ta' l-elettriku ġie gradwalment liberalizzat u l-ENEL ma kellhiex aktar pożizzjoni ta' monopolju, il-piż finanzjarju li ġej mis-sistemi ta' tariffi preferenzjali kien trasferit mill-ENEL għall-utenti kollha ta' l-elettriku (7). Il-komponenti kumpensatorji dovuti lill-kumpaniji Terni kienu avvanzati mid-distributuri ta' l-elettriku, li kienu mbagħad rimborsati mill-korp ta' l-Istat Cassa Conguaglio per il Settore Elettrico (Fond ta' Ugwalizzar għas-Settur ta' l-Elettriku, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “Cassa Conguaglio”) permezz ta' taxxa parafiskali miġbura permezz tal-komponent A4 tat-tariffa ta' l-elettriku, li hija waħda mill-punti ta' spiża li jidhru fuq il-kont ta' l-elettriku.

(32)

Fl-2004 AEEG iddeċidiet li tgħaddi kompletament l-immaniġġjar amministrattiv ta' l-iskemi speċjali tat-tariffi lil Cassa Conguaglio (8). Minn Settembru 2004, il-kumpaniji Terni jħallsu prezz tas-suq għall-elettriku li jixtru (fis-suq liberalizzat) u jirċievi mill-Cassa Conguaglio rimborż li jikkorrispondi mad-differnza bejn il-prezz imħallas u l-prezz preferenzjali li għalih huma intitolati (il-komponent kumpensatorju) filwaqt li jitnaqqsu l-ħlas tat-trasport, il-kejl u l-bejgħ. L-ispejjeż jitħallsu mill-konsumaturi ta' l-elettriku fl-Italja permezz ta' taxxa parafiskali msemmija fil-paragrafu (30) hawn fuq.

Il-garanzija imposta mill-AEEG

(33)

Wara li l-Kummissjoni bdiet proċedura ta' investigazzjoni formali, l-AEEG, b'Delibera 190/06, għamlet ħlasijiet taħt il-Liġi 80/2005 b'kundizzjoni tad-dispożizzjoni, mill-kumpaniji Terni, ta' garanzija li tkopri r-riskju ta' rkupru ta' l-għajnuna.

(34)

Bl-istess Delibera, l-AEEG prevediet, bħala alternattiva, il-possibbiltà li tħallas fl-2006 bħala avvanza l-ammonti ta' għajnuna li jkunu saru dovuti sat-tmiem ta' l-arranġament preċedenti (2007) fuq il-bażi tal-Liġi 9/1991. Għal dawn l-ammonti, l-AEEG ma talbitx garanzija. Din l-għażla ttieħdet mill-kumpaniji Terni u kienet implimentata mill-AEEG.

(35)

Bl-eċċezzjoni ta' ħlasijiet avvanzati msemmija fil-paragrafu (33) hawn fuq, il-ħlasijiet l-oħra kollha li jsiru lill-kumpaniji minn Cassa Conguaglio taħt il-Liġi 80/2005 huma koperti b'garanzija.

III.   DEĊIŻJONI BIEX JINGĦATA BIDU GĦAL PROĊEDIMENTI TAĦT L-ARTIKOLU 88.2 TAT-TRATTAT TAL-KE

(36)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jingħata bidu għal investigazzjoni formali kienet bażata fuq ir-raġunijiet deskritti fil-punti (37) sa (41).

(37)

Il-Kummissjoni esprimiet dubji jekk it-tariffa setgħetx tiġi meqjusa miżura ta' kumpens minħabba li Soċietà Terni kienet impriża ta' l-Istat fiż-żmien tan-nazzjonalizzazzjoni. Minħabba li l-Istat ma jistax jesproprja lilu nnifsu, il-Kummissjoni kellha dubji jekk it-trasferiment ta' l-assi ta' Società Terni lil ENELs setax jitqies bħala esproprjazzjoni li tintitola lil Società Terni għal kumpens, u fformulat l-ipoteżi li trasferiment simili jista' jitqies bħala sempliċiment ristrutturar ta' l-assi ta' l-Istat innifsu.

(38)

Il-Kummissjoni kienet tal-punt li, anki kieku n-natura kumpensatorja tal-miżura kellha tiġi aċċettata, xorta kien ikun hemm dubji rigward il-proporzjonalità ta' dan il-kumpens fir-rigward tad-dannu finanzjarju soffrut minn Società Terni. Il-Kummissjoni b'mod partikolari esprimiet dubji li l-kumpens seta' xorta jiġi ġustifikat wara 44 sena.

(39)

Il-Kummissjoni nnutat li n-natura tat-tariffa jidher li nbidel wara li l-ENEL waqfet tamministra l-iskema u l-piż finanzjarju li jfiġġ minnha.

(40)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura kienet bażata wkoll fuq id-Deċiżjoni ECSC 83/396: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 1983 rigward l-għajnuna li l-gvern Taljan għandu l-intenzjoni li jagħti lil ċerti produtturi ta' l-azzar (9), li eskluda għajnuna simili milli tingħata lil Società Terni, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ C 99/92 (10), fejn il-Qorti aċċettat id-Deċiżjoni ECSC msemmija qabel, bħala evidenza li t-tariffa Terni kienet diġà misjuba li tikkostitwixxi għajnuna ta' l-Istat.

(41)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ indikat ukoll li ThyssenKrupp kienet għadha ma ħallsetx għotja ta' għajnuna ta' l-Istat mill-Italja li kienet dikjarara inkompatibbli (11), u għalhekk skond il-ġurisprudenza Deggendorf (12), ma setgħetx tirċievi aktar għajnuna ta' l-Istat.

IV.   KUMMENTI MINGĦAND PARTIJIET INTERESSATI

Kummenti mill-kumpaniji Terni

(42)

Il-parti l-kbira ta' l-osservazzjonijiet sottomessi mill-kumpaniji Terni dwar il-funzjonament ta' Società Terni bħala ente pubblico economico, in-natura ta' l-operazzjoni li wasslet għat-trasferiment ta' l-assi tal-kumpanija, in-natura kumpensatorja tat-tariffa, l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni ta' l-ECSC u s-sentenza ta' l-QEĠ kif ukoll ir-rwol tal-Cassa Conguaglio huma fil-parti l-kbira ekwivalenti għal dawk ta' l-Italja, li huma mqassra fil-punti (52) sa (69). Għalhekk, huma biss l-osservazzjonijiet ewlenin tal-kumpaniji Terni u l-elementi addizzjonali sottomessi li se jiġu rappurtati hawn fil-punti (43) sa (51).

In-Natura tal-kumpens

(43)

Skond il-kumpaniji Terni, it-tariffa hija kumpens leġittimu li għaliha Società Terni kienet intitolata wara l-esproprjazzjoni ta' l-assi tagħha u għalhekk ma tistax tikkwalifika bħala għajnuna ta' l-Istat.

Adegwatezza tal-kumpens

(44)

Rigward l-adegwatezza tal-kumpens, il-kumpaniji Terni irrittraċċaw il-passat tat-tariffa, u wrew li l-estensjonijiet kollha tat-tariffa Terni wara l-1991 kienu konkomitanti mat-tiġdid ġenerali tal-konċessjonijiet idroelettriċi għal ġeneraturi oħra, u għalhekk, konformi mal-prinċipju li ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni bejn Terni u awto-produtturi oħra li ma kinux ġew esproprjati u li għalhekk setgħu jkomplu jipproduċu u jikkonsmaw l-elettriku bi prezz baxx ħafna.

(45)

Il-kumpaniji Terni qalu wkoll li l-ammonti finanzjarji li rċevew fil-forma ta' tariffi aktar baxxi ta' l-elettriku qatt ma qabżu d-differenza bejn il-prezz ta' l-akkwist ta' l-enerġija fis-suq u l-prezz ta' l-elettriku awto-prodott.

Impatt fuq il-kummerċ

(46)

Il-kumpaniji Terni qalu li l-miżura ma kellhiex impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri għar-raġunijiet li jidhru hawn taħt.

(a)

Cementir: Fl-impjant tagħha ta' Spoleto (l-impjant li jibbenefika mit-tariffa) Cementir tipproduċi u tbigħ prinċipalment is-siment, li huwa wżat fl-industrija tal-kostruzzjoni. Is-siment huwa diffiċli li jiġi sostitwit bi prodotti oħra. Minħabba li m'huwiex ekonomiku għat-trasport, is-suq ġeografiku għat-trasport huwa reġjonali jew multi-reġjonali. L-importazzjonijiet tas-siment huma negliġibbli fl-Italja, minħabba li jammontaw għal 5 % tad-domanda kollha fl-Italja u Cementir tbigħ il-produzzjoni kollha ta' l-impjant ta' Spoleto fl-Italja ċentrali.

(b)

Nuova Terni Industrie Chimiche: L-impjant li jibbenefika mit-tarriffa jipproduċi l-ammonia u l-aċidu nitriku. L-Ammonia tista' tiġi trasportata ekonomikament biss bil-baħar u l-portijiet iridu jkunu mgħammra għall-ħażna tagħha. Ma hemmx impjanti simili tal-ħażna fl-Italja ċentrali. L-istess japplika għall-aċidu nitriku. Għalhekk, il-kumpaniji Terni jsostnu li s-suq ġeografiku huwa nazzjonali. Id-domanda nazzjonali hija sodisfatta bil-produzzjoni domestika u ma hemmx flussi tal-kummerċ.

ċ)

ThyssenKrupp: il-kumpaniji Terni jsostnu li s-suq għad-distribuzzjoni (mhux il-produzzjoni jew il-bejgħ) tal-prodotti ta' l-azzar huwa nazzjonali. B'mod partikolari, l-impjant ta' Terni ta' ThyssenKrupp ibigħ biss 6 % tal-produzzjoni tiegħu lill-Unjoni Ewropea.

Aspettattivi leġittimi

(47)

Il-kumpaniji Terni jsostnu aspettattivi leġittimi għal żewġ raġunijiet.

(a)

L-ewwel, l-awtoritajiet Taljani espliċitament ikkonfermant, f'ittra lill-AEEG, li n-natura tat-tariffa kienet kumpensatorja u li l-estensjoni ta' l-iskema tat-tariffa eżistenti ma kinitx soġġetta għal notifika minn qabel lill-Kummissjoni taħt ir-regoli ta' l-għajnuna ta' l-Istat (13);

(b)

It-tieni, il-Kummissjoni ma kkumentatx dwar il-miżura in kwestjoni, la meta ġiet estiża bil-Liġi 9/1991 (approvata fil-kuntest tal-każ NN 52/1991), u lanqas meta l-informazzjoni dwar it-tieni estensjoni ġiet sottomessa fil-kuntest ta' proċedura oħra ta' għajnuna ta' l-Istat (C13/06).

Aċċettazzjoni ta' għajnuna ta' l-Istat għat-tieni estensjoni

(48)

Il-Kumpaniji Terni ppreżentaw ukoll, f'dan il-kuntest, li meta l-Artikolu 11, paragrafu 12 tal-Liġi 80/2005 (li tistabbilixxi tariffa preferenzjali għal ċerti kumpaniji intensivi fl-enerġija f'Sardinja, każ C 13/06) ġie notifikat lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Taljani kienu ppreżentaw informazzjoni u kjarifiki wkoll dwar it-tariffa Terni, biex in-notifika tista' tiġi kunsidrata kompluta fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 4, paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (14). Il-Kummissjoni naqset milli tieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn, u għalhekk, anki jekk it-tariffa kellha tiġi kunsidrata għajnuna ta' l-Istat, quod non, għandha tiġi meqjusa bħala awtorizzata fuq il-bażi ta' l-Artikolu 4, paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (15).

(49)

Il-kumpaniji Terni jissottolineaw li l-fiduċja tagħha hija sostanzjata mill-fatt li f'każijiet ta' dubji dwar il-kompatibbiltà tat-tariffa, ThyssenKrupp ċertament ma jkunux nedew investiment fuq skala kbira fiż-żona ta' Terni.

Ammonti riċevuti

(50)

Il-kumpaniji terni jindikaw li, fin-nuqqas tal-Liġi 80/2005, huma jkunu bbenefikaw sal-31 ta' Diċembru 2007 mit-tariffa preferenzjali fuq il-bażi ta' l-Artikolu 20, paragrafu 4 tal-Liġi 9/1991 (approvata mill-Kummissjoni). L-AEEG awtorizza lil Cassa Conguaglio biex iħallas fl-2006 (ħlas bil-quddiem) biss is-somom li kienu jiġu dovuti fl-2007 (16). Għalhekk, l-ammonti li waslu sal-31 ta' Diċembru 2006 għandhom jiġu kunsidrati awtorizzati. Skond il-kumpaniji, id-dispożizzjonijiet tad-Decreto-legge Nru 80/2005 ma ġewx implimentati de facto fir-rigward ta' dawn l-ammonti.

Il-ġurisprudenza Deggendorf

(51)

Rigward il-ġurisprudenza Deggendorf, ThyssenKrupp tiddikjara d-disponibbiltà tagħha, fil-prinċipju, li tħallas lura l-għajnuna ta' l-istat, soġġetta li jintlaħaq ftehim dwar l-ammont li jrid jiġi rkuprat.

V.   KUMMENTI MILL-ITALJA

L-esproprjazzjoni ta' l-assi ta' Terni u l-jedd tagħha għall-kumpens

(52)

L-Italja ssottomettiet li l-assi ta' Terni kienu nazzjonalizzati bħala eċċezzjoni għar-regola ġenerali stabbilita fil-liġi tan-nazzjonalizzazzjoni, li skond liema awto-produtturi ma kinux se jkunu soġġetti għal esproprjazzjoni. Il-liġi tan-nazzjonalizzazzjoni ta' l-1962 kienet bażata fuq l-Artikolu 43 tal-Kostituzzjoni Taljana, li skond liema ċerti impriżi li jwettqu servizzi ta' interess pubbliku fundamentali jew fis-settur ta' l-enerġija setgħu jiġu trasferiti lill-Istat permezz ta' esproprjazzjoni, sakemm jingħata kumpens.

(53)

Rigward id-dubji tal-Kummissjoni rigward il-possibbiltà ta' assi esproprjati li kienu jappartjenu lill-kumpanija ta' l-Istat, l-Italja ssottomettiet li la fl-Artikolu 42, u lanqas fl-Artikolu 43 tal-Kostituzzjoni l-idea ta' esproprjazzjoni ma hi limitata għal proprjetà privata. L-esproprjazzjoni tal-fergħa ta' l-elettriku ta' Società Terni kienet meħtieġa legalment, skond l-Italja, minħabba li Terni kienet kontrollata minn “ente pubblico economico”, li bil-kontra ta' “ente pubblico” kienet obbligata li topera skond il-prinċipji tas-suq. Il-liġi tan-nazzjonalizzazzjoni ma prevediet ebda kumpens għall-impenji mmaniġġjati minn entitajiet pubbliċi strictu sensu, imma prevediet kumpens lil Terni fid-dawl ta' l-istatus differenti fil-mod ta' funzjonament.

(54)

Rigward l-istruttura ta' sjieda ta' Terni, l-Italja tissottolinea li Terni kienet kumpanija ta' l-istokk konġunta (società per azioni) fejn l-Istat kellu parti maġġoritarja, imma kien hemm ekwitajiet ta' numru kbir ta' investituri privati. L-Italja provdiet dokumentazzjoni li turi li l-kapital ta' Terni kien parti f'idejn il-privat u li l-kumpanija kienet kwotata fil-Borża.

(55)

Skond l-Italja, in-nuqqas ta' l-istess dritt ta' kumpens adegwat lil Terni li kumpanija privata kellha dritt għalih kien jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju tan-newtralità tas-sjieda mnaqqax fl-Artikolu 295 tat-Trattat tal-KE.

(56)

L-Italja tikkwota numru ta' sentenzi tal-Corte di Cassazione u l-Consiglio di Stato fejn dawn il-Qrati kkonfermaw li l-loġika tat-tariffa għal Terni kienet li l-kumpanija titqiegħed fl-istess livell bħal awto-produtturi ta' l-elettriku minn sorsi rinnovabbli ta' l-enerġija, u għalhekk it-tariffa ma setgħetx tiżdied permezz ta' supplimenti li ma japplikawx għall-awto-produtturi.

(57)

Rigward il-produtturi l-oħra ta' l-elettriku li kienu wkoll esproprjati, l-Italja tissottometti li, bl-eċċezzjoni ta' Terni, il-produtturi kollha esproprjati kienu impriżi attivi primarjament jew esklussivament fil-produzzjoni, l-importazzjoni jew il-forniment ta' l-elettriku. Bħala regola ġenerali, il-kumpens imħallas mill-Istat jirrifletti l-valur tas-suq ta' l-assi, li kienu kalkolati b'mod differenti skond it-tip ta' kumpanija. Il-valur nett ta' l-assi ttieħed bħala valur ta' referenza, imma kien korrett fuq il-bażi ta' fatturi oħra li l-Italja ma identifikatx fid-dettall. Għall-produtturi ta' l-idroelettriku, l-osservazzjonijiet Taljani jissuġġerixxu li d-dewmien residwu tal-konċessjoni kellu rwol fil-kalkolazzjoni tal-kumpens.

In-natura li t-tariffa ta' Terni mhix għajnuna u l-aċċettazzjoni tagħha taħt ir-regoli ta' l-għajnuna ta' l-Istat

(58)

L-Italja tissottometti li kemm fl-arranġament oriġinali tat-tariffa – li kkostitwixxa kumpens leġittimu lil Terni għall-esproprjazzjoni ta' l-assi tagħha - u l-estensjoni tiegħu fiż-żmien ma jikkostitwixxux għajnuna ta' l-Istat. Biex tissostanzja din l-istqarrija, l-Italja tikkwota numru ta' sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, li jikkonċernaw in-natura ta' ċerti forom ta' kumpens li m'humiex għajnuna lil intrapriżi (17), notevolment kumpens għal danni u servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali.

(59)

Rigward l-aċċettazzjoni ta' l-għajnuna ta' l-Istat tat-Tariffi Terni, l-Italja tissottolinea li l-Liġi 9/1991, li tistabbilixxi l-ewwel estensjoni tat-tariffa, kienet notifikata kif suppost lill-Kummissjoni u din approvatha. L-estensjonijiet sussegwenti tat-tariffa, li huma konkomitanti ma' l-estensjonijiet tal-konċessjonijiet idroelettriċi għall-produtturi ta' l-idroelettriku, isegwu l-istess loġika, u l-Kummissjoni qatt ma għamlet oġġezzjonijiet għalihom. Għalhekk, skond l-Italja, it-tariffa Terni għandha tiġi kunsidrata bħala miżura eżistenti li mhix għajnuna.

(60)

L-Italja ssottomettiet li dejjem aġixxiet b'intenzjoni tajba. Hija ma nnotifikatx taħt l-Artikolu 88 (3) l-estensjoni kontestata ta' l-arranġament tat-tariffa għal Terni minħabba, li fl-opinjoni tagħha, din ma kkostitwixxietx għajnuna ta' l-Istat. L-Italja tissottolinea li l-Kummissjoni kienet informata bl-eżistenza ta' din il-miżura (Rapport ta' Novembru 2005 u ittra ta' Frar 2006).

(61)

Rigward ir-raġunijiet ta' politika għat-tieni estensjoni, l-Italja tissottometti li t-tariffa hija meħtieġa biex tistabbilixxi livell ugwali bejn dawn il-kumpaniji intensivi fl-enerġija attivi fl-Italja u l-kompetituri tagħhom fl-UE (18), li wkoll jibbenefikaw minn prezzijiet imnaqqsa ta' l-enerġija (tariffi jew bażati fuq kuntratt). Jekk it-tariffa tiġi mneħħija, il-kumpaniji fil-kwistjoni jmexxu l-operazzjonijiet tagħhom barra l-UE. Inevitabbilment dan iwassal għal kriżi industrijali u jġib telf ta' impjiegi fir-reġjun. Għalhekk, skond l-Italja, id-dewmien tat-tariffa għandu jiġi meqjus bħala soluzzjoni tranżizzjonali. L-Italja tikkwota l-konklużjonijiet tal-Grupp ta' livell għoli dwar il-kompetittività, l-enerġija u l-ambjent (19) li jissuġġerixxi, soluzzjoni fit-tul, it-titjib ta' l-interkonnessjoni u l-infrastruttura, u bħala soluzzjoni fuq perjodu medju, kuntratti ta' forniment fit-tul u sħubiji bejn il-klijenti u l-fornituri/ġeneraturi ta' l-enerġija.

In-nuqqas ta' kumpens żejjed

(62)

Rigward in-nuqqas ta' kumpens żejjed, l-Italja qed tagħmel dawn l-osservazzjonijiet. Kieku Terni żammet l-assi tagħha, kienet tkun tista' tbigħ parti mill-enerġija tagħha lil partijiet terzi, u hekk tikseb profitt addizzjonali. Id-dannu li sofriet Terni sar agħar minn żieda qawwija, matul is-snin, fil-prezzijiet ta' l-elettriku. Il-proċess ta' liberalizzazzjoni li għadu mhux komplut tas-swieq ta' l-enerġija għadu ma ġabx ir-riżultati mistennija f'termini ta' prezzijiet kompetittivi ta' l-elettriku, u għalhekk il-bżonn li Terni tiġi kumpensata għadu jeżisti. Il-kumpaniji Terni bħalissa qed iħallsu prezz (bejn € 40 u € 72/MWh) li prinċipalment huwa konformi mal-prezzijiet ta' l-elettriku mħallsa mill-kumpanija bi profil ekwivalenti tal-konsum fl-UE. Kieku Terni żammet l-assi tagħha, kienet tkun qed tħallas bejn € 5 u € 7 għal kull MWh ta' elettriku awto-prodott. L-Italja għalhekk ikkonkludiet li t-tariffa ma tinvolvix kumpens żejjed.

(63)

L-Italja ppreżentat “studju” li sar mill-konsulent privat Energy Advisor S.r.l. f'isem il-kumpaniji Terni. L-istudju, li forsi huwa deskritt aħjar bħala sempliċi “kalkolazzjoni” minħabba li jikkonsisti f'tabella waħda bi ftit paġni ta' spjegazzjonijiet metodoloġiċi, għandu l-għan li jevalwa l-valur ta' l-assi ta' l-elettriku u jqabbel din iċ-ċifra mal-vantaġġ tat-tariffa kumulattiva li tgawdi Terni. L-istudju jqis il-valur ta' l-assi ta' l-elettriku skond il-kotba u jattwalizzah għall-2006 skond l-inflazzjoni. L-istudju imbagħad jikkalkula l-vantaġġ nett tat-tariffa għal Terni. Għall-perjodu 1963-1999, l-istudju jikkunsidra d-differenza bejn l-ispejjeż annwali ta' l-elettriku ta' klijent kumparabbli (Alternattiva 2) u l-ispejjeż annwali proprja li kellha Terni fuq “l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha” (Alternattiva 1). Għall-iskop ta' dan il-kalkolu, klijent kumparabbli huwa awto-produttur ta' l-elettriku (eżentat, inter alia, mill-ħlas ta' sovrapprezzo termico). Għall-perjodu 2000-2006, il-vantaġġ tat-tariffa huwa kalkolat bħala d-differenza bejn l-ispiża annwali li Terni tkun ħallset kieku t-tariffa kienet kalkolata fuq il-bażi ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha (Alternattiva 1 – mhux possibbli wara r-riforma fit-tariffa) u l-ispiża proprja sostnuta minn Terni fuq il-bażi tal-metodu tal-“klijent kumparabbli” (Alternattiva 2). Ir-riżultati ta' l-istudju huma elenkati hawn taħt:

(a)

Valur attwalizzat (2006) ta' l-assi ta' Terni: € 1 687 745 045,19

(b)

Vantaġġ tat-tariffa (attwalizzata wkoll għall-2006): € 1 400 895 446,90

(64)

L-istudju għalhekk jikkonkludi li ma kienx hemm kumpens żejjed għat-telf ta' Terni. Kalkolu prospettiv tat-tariffa vantaġġjuża lil Terni sa l-2010 juri wkoll in-nuqqas ta' kumpens żejjed.

L-irrilevanza tad-Deċiżjoni ECSC u s-Sentenza tal-QEĠ rigward Terni

(65)

Rigward id-Deċiżjoni ta' l-ECSC 83/396 u s-sentenza tal-QEĠ C-99/92, l-Italja għamlet il-kjarifiki fattwali li ġejjin. Id-Deċiżjoni ECSC ma tikkonċernax la lil Cementir u lanqas lil Nuova Terni, li qatt ma kienu attivi fis-settur ta' l-azzar. Id-Deċiżjoni ECSC irreferiet għall-kompatibbiltà ta' l-għajnuna ta' l-Istat mogħtija fil-forma ta' rimborż bħala komponent tat-tariffa, is-sovrapprezzo termico lill-impjant li jappartjeni lil fergħa ta' Terni li tipproduċi l-azzar, li qiegħed f'Lovere, fil-Lombardija, mhux fiż-żona ta' Terni. Din l-għajnuna setgħet tingħata biss lil produtturi ta' l-azzar privati. Id-Deċiżjoni ta' l-ECSC kienet li minħabba li Terni ma kinitx proprjetà ta' l-Istat, l-impjant ta' Lovere ma setax jibbenefika mill-għajnuna. Is-sentenza preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja rrigwardat il-kwistjoni ta' diskriminazzjoni possibbli bejn il-produtturi privati u dawk ta' l-Istat. Hija kkonfermat id-Deċiżjoni ECSC fil-fatt li ddikjarat li ma jkunx meqjus diskriminatorju li jiġu previsti miżuri differenti ta' għajnuna għal produtturi privati kontra dawk ta' l-Istat.

(66)

Għalhekk, il-grupp Terni jissottometti li kemm id-Deċiżjoni ECSC kif ukoll is-sentenza huma irrelevanti fil-każ preżenti, fil-fatt li jikkonċernaw is-sovrapprezzo termico imħallas mill-impjant ta' Lovere, mhux it-tariffa globali speċjali mogħtija lit-tliet impjanti fiż-żona Terni.

L-investimenti l-ġodda pjanati minn ThyssenKrupp fiż-żona Terni

(67)

L-Italja tissottolinea wkoll li l-estensjoni kontestata tat-tariffa stabbilita fl-Artikolu 11, paragrafu 11 tal-Liġi 80/2005 hija marbuta ma' programm ta' investimenti mifrux li ThyssenKrupp qed iwettaq fiż-żona industrijali Terni-Narni. Taħt dan il-pjan ta' azzjoni, kapaċità ġdida ta' ġenerazzjoni se tiġi żviluppata f'din iż-żona. It-tariffa hija għalhekk intenzjonata bħala soluzzjoni temporanja sakemm kapaċità ġenerattiva simili tidħol fis-seħħ, minħabba li l-abolizzjoni tagħha jipperikola l-investimenti li hemm bħalissa.

Ir-rwol tal-Cassa Conguaglio u l-involviment tar-Riżorsi ta' l-Istat

(68)

Ir-rwol tal-Cassa Conguaglio u l-involviment tar-Riżorsi ta' l-Istat (20) u (b) il-bidliet li saru għall-amministrazzjoni tat-tariffi speċjali bl-intervent tal-Cassa Conguaglio fl-2004 ma għandhomx impatt fuq in-natura kumpensatorja tat-tariffa.

Il-ġurisprudenza Deggendorf

(69)

Dwar il-ġurisprudenza Deggendorf, l-Italja infurmat lill-Kummissjoni li qed twettaq l-ordni ta' rkupru pendenti fir-rigward ta' ThyssenKrupp, u li l-kumpanija warrbet € 865 538 f'kont blukkat fid-dawl ta' l-irkupru finali, soġġett għal li jintlaħaq ftehim dwar l-ammont.

VI.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

(70)

Il-kumpens mogħti mill-Istat għal esproprjazzjoni ta' l-assi normalment ma jikkwalifikax bħala għajnuna ta' l-Istat. Fil-valutazzjoni ta' din il-miżura, huwa għalhekk meħtieġ li l-ewwel jiġi aċċertat jekk it-trasferiment ta' l-assi ta' l-idroelettriku ta' Società Terni lil ENEL jagħtux lok għal obbligu li jiġi provdut kumpens, jew għandux jitqies bħala riorganizzazzjoni ta' l-assi pubbliċi. Jekk it-tweġiba hija li l-kumpens huwa ġustifikat, il-Kummissjoni mbagħad trid tiddetermina sa liema data u/jekk liema ammont it-tariffa preferenzjali Terni tista' tiġi kkunsidrata bħala miżura kumpensatorja ġusta.

Kwalifika bħala esproprjazzjoni u jedd għal kumpens

(71)

Fl-1962, meta l-assi ta' l-idroelettriku kienu trasferiti lil ENEL, Società Terni kienet kumpanija ta' l-istat, kontrollata minn ente pubblico economico. Skond l-awtoritajiet Taljani, entitajiet simili kellhom jiġu mmaniġġjati skond il-prinċipji tas-suq. L-Istat kien l-akbar azzjonist f'Società Terni, imma parti tal-kapital kien ukoll ta' investituri privati u l-kumpanija kienet kwotata fil-Borża. Il-liġi tan-nazzjonalizzazzjoni ma prevedietx kumpens għal enti pubblicistrictu sensu”, imma għal enti pubblici economici bħal Società Terni. Dan jirrifletti l-prinċipji differenti li jiggvernaw il-funzjonament ta' dawn l-entitajiet. Aktar minn hekk, produtturi oħra “puri” ta' l-elettriku ġew esproprjati matul l-istess perjodu u wkoll irċivew kumpens (għalkemm fuq il-bażi ta' kriterji differenti).

(72)

Il-Kummissjoni tinnota li t-tneħħija ta' l-assi ta' Società Terni mingħajr kumpens kienet tagħmel ħsara lill-interessi tal-kumpanija, u b'mod partikolari ta' l-azzjonisti privati tagħha. Fid-dawl tal-prinċipju ta' l-ugwaljanza tat-trattament bejn l-impriżi privati u pubbliċi, u wkoll fid-dawl tal-bżonn li jiġu protetti d-drittijiet kostituzzjonali ta' l-azzjonijiet privati ta' Società Terni biex jirċievu kumpens, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-deċiżjoni ta' l-Italja li tittratta lil Terni bl-istess mod bħal kumpanija privata fl-istess pożizzjoni, u li tagħtiha kumpens għat-tneħħija ta' l-assi tagħha, tista' tiġi kunsidrata ġustifikata.

In-natura kumpensatorja tat-tariffa

L-arranġament kumpensatorju oriġinali

(73)

Fl-1962, l-Italja ddeċidiet li ma tikkumpensax lis-Società Terni sa ammont fiss ibbażat fuq il-valur tas-suq ta' l-assi esproprjati (bil-kuntrarju ta li sar fil-każ ta' produtturi ta' l-elettriku “puri”). Minflok, il-kumpens ħa l-forma tal-provvediment ta' ammont fiss ta' elettriku bil-prezz li l-kumpanija tkun ħallset kieku żammet l-assi ta' ġenerazzjoni tagħha. Għandu jiġi nnutat li dan il-metodu kien jagħmel sens ekonomikament: it-trattament tas-Società Terni bħala “awto-produttur virtwali” ta' l-elettriku kellu l-vantaġġ li jinnewtralizza r-riskju ta' dannu addizzjonali li seta' sar lil Terni matul is-snin, fil-każ ta' żieda fil-prezzijiet ta' l-enerġija, per eżempju.

(74)

Il-Kummissjoni tista' taċċetta l-prinċipju ta' dan il-metodu. Madankollu, il-kumpens għal esproprjazzjoni ma jistax jikkonsisti f'arranġament miftuħ, imma jrid ikun stabbilit b'mod ċar fil-ħin ta' l-esproprazzjoni, soġġett għall-kumpanija esproprjata li tikkontesta l-ammont propost. Ladarba aċċettat, il-pakkett kumpensatorju ma jistax jinfetaħ fi stadju aktar tard.

(75)

Fil-każ preżenti, l-ammont ġenerali tal-kumpens iddependa fuq id-dewmien tat-tariffa. Il-pakkett kumpensatorju oriġinali offrut mill-awtoritajiet Taljani preveda li t-tariffa ddum tletin sena u għalhekk tintemm fl-1992. Soċietà Terni setgħet ikkuntestat dan il-mekkaniżmu taħt il-liġi ta' nazzjonalizzazzjoni kieku kkunsidratu inadegwat (21), imma għażlet li ma tagħmilx dan.

(76)

Il-Kummissjoni evalwat jekk, fid-dawl tal-mekkaniżmu u d-dewmien, l-arranġament kumpensatorju oriġinali setax jiġi kunsidrat adegwat.

(77)

Fl-Italja, l-operar ta' impjant ta' l-idroelettriku huwa soġġett għal konċessjoni, li d-dewmien huwa tali biex kumpanija tkun tista' tamortizza l-investiment. Meta l-konċessjoni tiskadi, fil-prinċipju, il-kumpanija titlef id-dritt li tisfrutta l-assi tagħha. Meta wieħed jikkunsidra l-metodu kumpensatorju ta' Terni, kien jagħmel sens li l-provvediment ta' l-elettriku bil-prezz tal-produzzjoni ma għandux idum aktar mid-dewmien residwali tal-konċessjoni tal-kumpanija. U dan jidher li kien ir-razzjonal tad-dispożizzjoni oriġinali tal-liġi Taljana li tillimita d-dewmien tat-tariffa preferenzjali għall-1992. Filwaqt li l-konċessjonijiet ta' Terni stess kienu jiskadu diġà ftit snin qabel, huwa inkonċepibbli li l-awtoritajiet Taljani kellhom l-intenzjoni li jallinjaw l-iskadenza tat-tariffa ta' Terni ma' l-iskadenza ġenerali tal-konċessjonijiet idroelettriċi fl-Italja fl-1992. Aktar minn hekk, Soċietà Terni ingħatat konċessjoni partikolarment twila (60 sena flok 30), u għalhekk, fiż-żmien ta' l-esproprjazzjoni, il-kumpanija diġà kellha 30 sena biex tamortizza l-investiment tagħha.

(78)

B'konklużjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pakkett kumpensatorju oriġinali kien adegwat u b'ebda mod ma ppenalizza l-kumpanija.

(79)

Il-kwistjoni kruċjali hija jekk l-estensjonijiet ripetuti ta’ din l-arranġament tat-tariffa għadhomx jistgħu jiġu meqjusa bħala parti mill-kumpens. Il-Kummissjoni hi ta’ l-opinjoni li dan mhux il-każ. Meta l-Istat jagħmel esproprjazzjoni, huwa jistabbilixxi ex-ante ammont assolut ta’ kumpens, jew, bħal f’dan il-każ, mekkaniżmu ta’ kumpens. Kull reviżjoni ex-post ta’ l-ammonti jew tal-mekkaniżmu neċċasarjament ibiddel in-natura tal-miżura, li ma tibqax tiġi kunsidrata kumpensatorja meta titbiegħed mill-arranġament oriġinali. Li wieħed jammetti l-kuntrarju jirriżulta fl-esklużjoni ta' din it-tip ta' miżura mill-iskop tal-kontroll ta' l-għajnuna ta' l-Istat.

(80)

Stat Membru jista' madankollu, jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti aktar vantaġġi lil kumpanija esproprjata. Notifika simili tiġi eżaminata mill-Kummissjoni fuq il-meriti tagħha fid-dawl tar-regoli ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat u billi jittieħed kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi invokati.

“L-istudju”

(81)

L-istudju msemmi fil-paragrafu (62) jipprova juri li l-kumpens mogħti lis-Soċietà Terni u lill-kumpaniji suċċessuri tagħha matul is-snin ma kopriex b'mod sħiħ il-valur tas-suq ta' l-assi esproprjati, u li għalhekk ma kienx hemm kumpens żejjed u li l-benefiċjarji de facto qatt ma gawdew vantaġġ.

(82)

Bħala kumment preliminari, il-Kummissjoni tixtieq tissottolinea li analiżi ta’ l-adegwatezza ta’ ftehim kumpensatorju jista’ jitwettaq biss ex ante, jiġifieri, fil-ħin ta’ l-esproprjazzjoni. F’dak il-kuntest, irid jiġi nnutat li l-mekkaniżmu magħżul mill-awtoritajiet Taljani kien immirat biex iqiegħed lis-Soċietà Terni fl-istess pożizzjoni bħallikieku l-impjant ta’ l-elettriku ma ġiex esproprjat, billi jagħtiha aċċess għall-elettriku bil-prezz tal-produzzjoni matul id-dewmien tal-konċessjoni. Għalhekk, l-argument, li taħt dan l-arranġament, il-kumpaniji Terni kisbu anqas milli għalih kienu leġittimament intitolati huwa diffiċli li jiġi segwit. Barra dan, il-Kummissjoni taċċetta, li anki jekk is-sejbiet ta’ l-istudju kellhom jiġu sostanzjati (li m’huwiex il-każ, kif jidher fil-punti (87) sa (91), iċ-ċirkostanzi jkunu irrelevanti għall-iskop biex jiġi stabbilit jekk it-tariffa tatx xi vantaġġi lill-benefiċjarji.

(83)

Irid jiġi mfakkar li fil-ħin ta’ l-esproprazzjoni, l-Italja setgħet għażlet li tikkumpensa lil Terni billi ħallset ammont finanzjarju fiss bażat fuq il-valur ta’ l-assi esproprjati. Madankollu, l-Italja għażlet metodu differenti, li kkonsista filli Soċietà Terni tiġi trattata bħala awto-produttur virtwali. Dan il-metodi kien jagħmel sens ekonomiku perfettament, u huwa fi ħdan dan il-qafas ta’ referenza li l-preżenza ta’ vantaġġ ekonomiku għandha tiġi evalwata. Meta wieħed isegwi dan il-metodu, wieħed irid jikkonkludi li, sa l-iskadenza ta’ l-arranġament tat-tariffa kumpensatorja (u biss sa dik id-data) il-benefiċjarji ma rċevew ebda vantaġġ. Il-konklużjoni ma tistax tiġi ddubitata bħala riżultat tal-kalkolazzjonijiet tal-benefiċċju u t-telf, speċjalment fejn dawn jitwettqu rispettivament.

(84)

Jekk jiġi wżat metodu differenti rispettivament (ex-post) dan iwassal għal riżultati illoġiċi u kunfliġġenti, kif juri l-eżempju li ġej. Per eżempju li kieku, minħabba splużjoni fil-prezzijiet ta' l-enerġija, l-ammonti finanzjarji li rċevew il-benefiċjarji kienu diġà qabżu l-valur tas-suq ta' l-impjant ta' Terni fl-ewwel 10 snin ta’ l-arranġament tat-tariffa, bil-metodoloġija ta’ l-istudju, għandu jiġi konkluż li kien hemm kumpens żejjed, anki jekk il-pakkett ta’ l-esproprjazzjoni preveda li t-tariffa ddum 30 sena. Ovvjament dan ikun falz, minħabba li ma jkunx ittieħed kont tal-proporzjon ta’ l-arranġament oriġinali. L-istess konklużjoni trid tapplika a contrario, bl-ipoteżi li l-ammonti proprja li ngħataw kienu anqas mill-valur ta' l-assi.

(85)

Apparti dan, fil-kuntest ta’ esproprjazzjoni, kalkolu mill-ġdid ex-post tal-benefiċċji u t-telf hi barra minn lokha. Ir-riżultat ekonomiku fit-tul ta’ kumpanija esproprjata, li ma jistax jiġi mbassar fiż-żmien ta’ l-esproprjazzjoni, ma jistax jiġi rivedut, snin wara, biex jiġu ġustifikati kumpensi oħrajn.

(86)

Għalhekk, dan l-istudju għandu jitwarrab bħala irrelevanti.

(87)

Minkejja dan il-Kummissjoni eżaminat id-data u s-sejbiet ta’ l-istudju. Dan l-analiżi wera li l-istudju fih żbalji fil-metodoloġija. Kif jidher hawn taħt, huwa sistematikament jissottovaluta l-vantaġġ tat-tariffi għall-kumpaniji Terni, u probabbilment jevalwa għoli żżejjed il-valur ta' l-assi esproprjati.

(88)

Sabiex jiġi kalkulat il-vantaġġ tat-tariffa għall-perjodu 1963-1999, l-istudju jqabbel il-prezz imħallas minn Terni (Alternattiva 1 – il-prezz ta’ l-elettriku awto-prodott) mal-prezz ordinarju mħallas minn klijent kumparabbli, li jfisser awto-produttur li kien eżentat minn ċerti komponenti tat-tariffa (Alternattiva 2). Il-vantaġġ huwa għalhekk kalkulat bħala d-differenza bejn iż-żewġ trattamenti preferenzjali alternattivi previsiti bħala kumpens għal Terni. Il-Kummissjoni tinnota li, biex jiġi kalkulat il-vantaġġ tat-tariffa, it-tariffa proprja ta’ Terni kellha titqabbel ma' tariffa ordinarja mħallsa minn produttur li ma jipproduċix l-elettriku bi profil ta’ konsum bħal Terni. L-istudju għalhekk jissottovalwa l-vantaġġ tat-tariffa ta' Terni.

(89)

Għall-perjodu 2000-2006, il-vantaġġ huwa għal darba oħra meqjus bħala d-differenza bejn iż-żewġ trattamenti preferenzjali, bl-unika differenza hija li l-prezz proprja mħallas minn Terni jikkorrispondi għal Alternattiva 2 (u mhux aktar Alternattiva 1, li ma kinitx aktar possibbli wara r-riforma tat-tariffa). B’dan il-metodu, għal xi snin il-vantaġġ jirriżulta li huwa negattiv, li juri l-iżbalji fil-metodoloġija, meta wieħed jikkunsidra li l-kumpaniji Terni dejjem ħallsu tariffa taħt il-prezz tas-suq. Fil-prinċipju, għal dan il-perjodu, il-vantaġġ tat-tariffa kellu sempliċiment ikun ekwivalenti għal komponent kumpensatorju mħallas minn Cassa Conguaglio. Għalhekk, għal darba oħra, il-vantaġġ huwa ferm sottovalutat.

(90)

Żball ieħor huwa li l-istudju jikkonċerna l-valur ta' l-assi. L-istudju sempliċiment iqis bħala l-valur ta' l-assi d-differenzi bejn il-punt “impjant u makkinarju” fil-baġit ta' Terni ta' l-1962 (is-sena qabel il-nazzjonalizzazzjoni) u l-istess punt is-sena ta’ wara. L-ewwelnett, għandu jiġi nnutat li m’hemmx prova konkreta li d-differenza hija attribwibbli esklussivament għat-telf ta’ l-impjant idroelettriku. Madankollu, anki jekk, arguendo, il-valur għandu jiġi aċċettat, il-metodu użat fl-istudju xorta jkun żbaljat. Kif ikkonfermat mill-Italja, il-valur reali ta’ l-impjant ta’ l-idroelettriku fil-mument ta’ esproprjazzjoni huwa marbut mad-dewmien residwali tal-konċessjoni (22). Għalhekk, il-valur ta’ l-impjant kellu jiġi korrett biex jieħu kont ta’ dan. Fl-istudju, il-valur huwa sempliċiment attwalizzat għall-2006 skond l-inflazzjoni. Għalhekk, hemm evidenza li tissuġġerixxi li l-istudju jissopravaluta l-valur ta' l-assi

(91)

Bħala konklużjoni, l-istudju jista’ jiġi mwarrab kompletament.

L-estensjonijiet tat-tariffa

(92)

Rigward l-estensjonijiet maż-żmien tat-tariffa Terni, il-Kummissjoni tapprezza li r-raġunament kien li jinżamm paralleliżmu fit-trattament ma’ dawn il-produtturi ta’ l-idroelettriku li raw il-konċessjonijiet tagħhom imġedda. Madankollu, paralleliżmu simili, li huwa fil-qalba tal-mekkaniżmu kumpensatorju, kien previst fl-arranġament ta' l-esproprjazzjoni biss għal tletin sena, mhux indefinittivament. Għalhekk, għar-raġunijiet diġà spjegati fil-paragrafi 0 sa (77) hawn fuq, dawn l-estensjonijiet ma kellhomx natura kumpensatorja.

(93)

Din il-konklużjoni hija aktar ovvja għat-tieni estensjoni tat-tariffa. Din l-estensjoni interrompiet mekkaniżmu ta' temma gradwali intenzjonat li jissimplifika t-tranżizzjoni tal-kumpaniji għat-tariffa sħiħa, li uriet il-konvinzjoni ta' l-awtoritajiet Taljani li l-kumpaniji diġà kienu ġew kumpensati b’mod sħiħ. L-Italja diġà spjegat ir-raġunijiet li wasslu għat-tieni estensjoni, li huma relatati biss mal-politika industrijali (ara l-kummenti ta’ l-Italja fil-paragrafu (60) hawn fuq).

Konklużjonijiet tan-natura kumpensatorja tat-tariffa

(94)

Fid-dawl ta’ dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tariffa Terni tista' titqies bħala kumpensatorja sa l-1992. Sa dik id-data, il-miżura ma tikkwalifikax bħala għajnuna ta' l-Istat. L-estensjonijiet kollha ta’ wara tat-tariffa, madankollu, jridu jiġu eżaminati fid-dawl tar-regoli ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat.

Il-preżenta ta’ l-għajnuna fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE

(95)

Il-Kummissjoni għalhekk diġà evalwat jekk it-tariffa preferenzjali mogħtija lill-grupp Terni wara l-1992, u b’mod partikolari mill-1 ta’ Jannar 2005, id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ l-Artikolu 11, il-paragrafu 11 tal-Liġi 80/2005, li huwa l-oġġett ta’ dawn il-proċedimenti, jikkostitwixxix għajnuna ta’ l-Istat fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

(96)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tieħu nota tal-kjarifikazzjonijiet Taljani fir-rigward ta’ irrelevanza tad-Deċiżjoni ECSC 83/396 u s-sentenza tal-Qorti C99/92 u tista’ taqbel li deċiżjonijiet simili ma għandhomx effett fuq il-valutazzjoni tan-natura tat-tariffa ta’ l-għajnuna ta’ l-istat mogħtija lit-tliet impjanti fiż-żona Terni.

(97)

Miżura tikkostitwixxi għajnuna ta’ l-Istat fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Tratta tal-KE jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti b’mod kumulattiv: il-miżura (a) tikkonferixxi vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju; (b) hija mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi ta' l-Istat u hija imputabbli lill-Istat; (ċ) hija selettiva; (d) għandha impatt fuq il-kummerċ intra-komunitarju u tista' tfixkel il-kompetizzjoni fl-UE.

Vantaġġ

(98)

Fid-dawl tar-raġunament żviluppat fil-punti (74) sa (95), il-Kummissjoni laħqet il-konklużjoni li t-tariffa preferenzjali għal Terni ma provdietx vantaġġ lill-benefiċjarji tul id-dewiem tal-pakkett kumpensatorju oriġinali, jiġifieri sa l-1992. Għalhekk, huma biss l-estensjonijiet tat-tariffa li jridu jiġu evalwati biex tiġi żgurata l-preżenza ta’ vantaġġ.

(99)

Ma hemm l-ebda dubju li l-provvediment ta’ l-elettriku bi prezzijiet aktar baxxi kumparat ma' tariffa ordinarja ta’ l-elettriku jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku ċar għall-benefiċjarji, li jaraw l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom imnaqqsa u l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom imsaħħha.

Selettività

(100)

Minħabba li dan l-arranġament partikolari tat-Tarrifa japplika biss għall-grupp Terni, il-miżura hija selettiva.

L-iffinanzjar permezz tar-riżorsi ta’ l-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat

(101)

Rigward l-iffinanzjar permezz tar-riżorsi ta’ l-Istat, għandu jiġi nnutat, li mill-2002, il-fiż finanzjarju li ġej mit-tariffa jġorruh il-konsumaturi kollha ta’ l-elettriku ta’ l-Italja permezz ta’ taxxa parafiskali miġbura minn Cassa Conguaglio permezz tal-komponent A4 tat-tariffa ta’ l-elettriku. Taxxa simili hija obbligatorja minħabba li hija imposta permezz ta’ Delibere ta’ l-AEEG li jimplimenta l-leġiżlazzjoni nazzjonali. Cassa Conguaglio hija korp pubbliku stabbilit bil-liġi, li jwettaq il-funzjonijiet tiegħu fuq il-bażi ta’ struzzjonijiet preċiżi stabbiliti fid-Delibere ta’ l-AEEG u d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rilevanti u regolatorji.

(102)

Hija ġurisprudenza stabbilita li, id-dħul tat-taxxa li hija obbligatorja taħt il-liġi nazzjonali u hija mħallsa lil korp pubbliku stabbilit bil-liġi jikkostitwixxi riżorsi ta’ l-Istat fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat meta hija mmarkata għall-iffinanzjar ta’ miżura li tissodisfa l-kriterji l-oħra ta’ dak l-Artikolu (23).

(103)

Fil-paragrafu 68 hawn fuq, l-Italja tikkwota lil Pearle (24) biex tissostanzja l-istqarrija tagħha li r-riżorsi li jgħaddu mingħand Cassa Conguaglio ma jikkostitwixxux għajnuna ta' l-Istat. F’Pearle, il-Qorti sabet li taħt ċerti ċirkostanzi, definit preċiżament, ir-riżorsi tat-taxxa li għaddiet mingħand korp pubbliku ma setgħux jiġu kkunsidrati riżorsi ta' l-Istat. F’Pearle, il-miżuri kienu ffinanzjati kompletament mis-settur ekonomiku, bl-inizjattiva ta’ dak is-settur, permezz ta’ taxxa li sempliċiment għaddiet mingħand korp pubbliku u s-suġġetti li ħallsu t-taxxa kienu identiċi għal dawk li rċevew il-benefiċċji tal-miżura ta’ għajnuna. Il-Kummissjoni tagħraf li l-każ preżenti huwa ferm differenti. It-tariffa Terni kienet stabbilita fuq inizjattiva ta’ l-Istat, (mhux mis-settur ekonomiku), il-benefiċjarji tat-tariffa ma jġorrux il-piż finanzjarju tat-taxxa, li huwa fuq il-konsumaturi ta’ l-elettriku, u l-Istat jista’ f’kull ħin, jagħti struzzjonijiet lil Cassa Conguaglio permezz ta’ Delibera ta’ l-AEEG jew dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolatorja oħra, dwar kif jistgħu jiġu amministrati l-fondi miġbura mit-taxxa. Għalhekk, Pearle hija irrelevanti għal dan il-każ.

(104)

Fil-każ Preussen-Elektra, ukoll ikkwotat mill-Italja fil-paragrafu 68 hawn fuq, il-Qorti ddeċidiet li obbligu ta’ xiri impost fuq impriżi privati tal-forniment ta’ l-elettriku biex jixtru sorsi rinnovabbli bi prezzijiet minimi ogħla mill-valur ekonomiku reali ta' dak it-tip ta' elettriku ma kkostitwixxiex għajnuna ta’ l-Istat minħabba li l-miżura ma nvolvietx trasferiment dirett jew indirett tar-riżorsi ta’ l-Istat.

(105)

Għal darba oħra, is-sostanza tal-każijiet hija b’mod ċar differenti. Fi Preussen Elektra, ir-riżorsi meħtieġa li jiffinanzjar il-miżura kienu provudti direttament mill-fornituri ta’ l-elettriku mingħajr ma jkun involut korp pubbliku, lanqas bħala vettur passiv għat-tranżitu tal-flus. F’dak il-każ, ma seta jiġi identifikat ebda trasferiment tar-riżorsi ta' l-Istat. Fil-każ preżenti, madankollu l-flus ġejjin mingħand il-pubbliku ġenerali permezz ta’ ħlas parafiskali li jgħaddi mingħand korp pubbliku qabel ma jingħata lill-benefiċjarji finali. Dan huwa għalhekk każ klassiku ta’ involvement tar-riżorsi ta’ l-Istat.

(106)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, għalhekk, it-taxxa parafiskali użata biex tiffinanzja t-tariffa Terni tikkostitwixxi r-riżorsi ta’ l-Istat.

(107)

Il-kriterju ta’ l-imputabbiltà lill-Istat (25) huwa sodisfatt ukoll, minħabba li l-bażi legali għat-Tariffa terni huwa stabbilit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, flimkien mad-Delibere ta’ l-AEEG li hija korp pubbliku.

L-impatt fuq il-kummerċ u t-tfixkil tal-kompetizzjoni

(108)

Rigward l-aħħar kriterji ta’ l-Artikolu 87(1) – l-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u t-tfixkil tal-kompetizzjoni – il-Kummissjoni tista’ twarrab l-argumenti tal-kumpaniji Terni fil-paragrafu 0 fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet żviluppat fil-punti (109) sa (116).

(109)

L-argument sostantiv ewlieni tal-benefiċjarji huwa li l-impjanti li jibbenefikaw mit-tariffa ma humiex attivi fil-kummerċ intra-komunitarju minħabba li jbiegħu l-parti l-kbira tal-prodotti tagħhom fis-suq domestiku.

(110)

Għandu jiġi nnutat li f’dan ir-rigward, l-analiżi ma jistax ikun limitat għall-impjanti lokalizzati fiż-żona Terni. Il-benefiċjarji huma parti minn gruppi internazzjonali attivi f’setturi varji ta’ l-ekonomija (26), u għajnuna operattiva mogħtija lil fergħa jew impjant wieħed tista’ tiġi użata biex tissusidja fergħat oħra tal-grupp f’setturi miftuħa għall-kummerċ intra-komunitarju, u din iċ-ċirkostanza biss tista’ twassal għall-konklużjoni li t-tariffa għandha impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(111)

Apparti dan, anki jekk jintwera li l-parti l-kbira tal-produzzjoni tal-kumpaniji kienet mibjugħa fis-suq domestiku Taljan, quad non, dan ikun irrelevanti għall-iskop li jiġi sabbilit l-impatt tal-kummerċ intra-komunitarju tal-miżura. Il-Qorti ddikjarat “għajnuna lil impriża tista' tkun tali li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u tfixkel il-kompetizzjoni fejn l-impriża tikkompeti mal-prodotti li ġejjn minn Stati Membri oħra anki jekk hija nfisha ma tesportax il-prodotti tagħha (…). Fejn Stat Membri jagħti għajnuna lil impriża, il-produzzjoni domestika tista’ għal dik ir-raġuni tinżamm jew tiżdied bir-riżultat li impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra għandhom anqas ċans li jesportaw il-prodotti tagħhom lejn is-suq ta' dak l-Istat Membru” (27).

(112)

Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk, f'termini ġenerali, hemmx kummerċ intra-komunitarju fis-setturi konċernati.

(113)

Rigward il-produttur tas-siment Cementir, il-Kummissjoni analizzat b’mod estensiv is-suq tas-siment u l-partijiet varji tiegħu, notevolment fid-Deċiżjoni tas-Siment ta' l-1994 tagħha (28). Is-siment huwa prodott tqil li għandu valur baxx f’relazzjoni mal-piż tiegħu, u allura l-ispiża tat-trasport ma tagħmlux ekonomiku li jiġi trasportat distanzi twal. Il-Kummissjoni sabet, madankollu, li dan il-limitu ma jżommx lura l-kummerċ intrakomunitarju. Il-prodotti tas-siment huma de facto nnegozjati bejn l-Istati Membri, u l-konklużjoni fil-passat ta’ ftehimiet illegali u prattiċi konċertati bejn il-produtturi tas-siment (sanzjonati fid-Deċiżjoni hawn fuq) biex iħarsu s-swieq domestiċi tagħhom hija prova li hemm kompetizzjoni effettiva fuq livell ta’ UE.

(114)

Rigward Nuova Terni Industrie Chimiche, huwa biżżejjed li wieħed jgħid, fid-deċiżjoni ta' għaqda fejn il-Kummissjoni awtorizzat it-teħid minn Norsk Hydro ta' Nuova Terni Industrie Chimiche (29), il-Kummissjoni sabet li, għall-prodotti manifatturati mill-fergħa kimika ta' Terni, kien hemm kummerċ intra-konumitajru u s-suq ġeografiku kien għall-anqas madwar iż-ŻEE.

(115)

Rigward ThyssenKrupp, il-Kummissjoni tinnota li s-suq ta' l-azzar huwa suq globali ferm kompetittiv. Fid-deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni kienet diġà sabet li l-partijiet tas-suq li fihom ThyssenKrupp hija attiva kien għall-anqas madwar l-UE (30).

(116)

Għalhekk, il-konklużjoni hija li t-tariffa preferenzjali ta' l-elettriku mogħtija lit-tliet kumpaniji Terni hija soġġetta li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom rigward impriżi kompetenti fis-suq intra-komunitarju. Hija ġurisprudenza stabbilita (31) li f'ċirkostanzi simili l-kummerċ intra-komunitarju għandu jiġi kunsidrat affettwat u l-kompetizzjoni mfixkla.

konklużjonijiet dwar il-preżenza ta' l-għajnuna

(117)

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-tariffa preferenzjali mogħtija lill-kumpaniji Terni mill-1 ta' Jannar 2005 tikkostitwixxi għajnuna ta' l-Istat fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE u tista' tiġi awtorizzata biss jekk tibbenefika minn waħda mid-derogi stabbiliti fit-Trattat.

Kwalifikazzjoni tal-miżura bħala għajnuna ġdida u l-legalità ta' l-għajnuna

(118)

Il-miżura ma tistax tiġi kunsidrata għajnuna eżistenti għar-raġunijiet spjegati fil-punti (119) sa (132).

(119)

Id-dispożizzjoni oriġinali tal-Liġi 9/1991 li hija kunsidrata koperta b'awtorizzazzjoni ta' għajnuna ta' l-Istat kienet modifikata fl-2005 bl-Artikolu 11(11) tal-Liġi 80/2005.

(120)

Għandu jiġi nnutat li s-sustanza tat-tariffa approvata u t-tariffa introdotta bil-Liġi 80/2005 huma simili biss fl-apparenza.

(121)

Il-Liġi 80/2005 stabbiliet li Terni għandha tkompli tibbeneifka minn tariffa preferenzjali sa l-2010. Anki jekk it-tieni estensjoni kienet biss prolongazzjoni fiż-żmien tal-miżura preċedenti, kienet xorta tikkostitwixxi għajnuna ta' l-istat. Hija ġurisprudenza stabbilita li emenda għad-dewmien ta' l-għajnuna eżistenti għandha tiġi meqjusa bħala għajnuna ġdida (32).

(122)

Analiżi aktar dettaljata turi, madankollu, li d-differenzi bejn iż-żewġ miżuri huma ferm aktar sostantivi.

(123)

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 80/2005, il-prezz Terni (u l-aġġornament annwali tiegħu) kien għadu bbażat fuq il-paralleliżmu oriġinali fit-trattament ma' awto-produtturi. Il-Liġi 80/2005 tintervjeni billi tneħħi din ir-rabta u effettivament tneħħi t-trattament ta' Terni bħala awto-produttur. Il-prezz stabbilit għall-2005 jidher li jikkoinċidi mal-prezz ta' l-2004, imma l-mekkaniżmu għall-formazzjoni tal-prezz huma fundamentalment mibdul, minħabba li l-prezz il-ġdid huwa aġġornat skond iż-żidiet medji fil-prezzijiet ta' l-enerġija, bil-garanzija li, minkejja kemm jogħla l-prezz, it-tariffa ma tiżdiedx b'aktar minn 4 % fis-sena.

(124)

Il-livell ta' għajnuna hija miżjuda wkoll minħabba żidiet fil-kwantitajiet fornuti bil-prezz preferenzjali. L-element ta' digressività huwa eliminat kompletament.

(125)

Għandu jiġi ssottolineat, li f'dan il-kuntest, anki jekk il-livell ta' għajnuna baqa' ma nbidilx, wieħed kien ikollu jasal għall-istess konklużjoni, jekk l-opinjoni ta' l-Avukat Ġenerali Fennelly fil-Każ Italja u Sardegna Lines v il-Kummissjoni (33) kellu jiġi segwit. Fil-valutazzjoni ta' x'jikkostitwixxi bidla sostantiva fi skema, l-Avukat Ġenerali Fennelly ddikjara li “l-introduzzjoni ta' metodu kompletament ġdid biex jipprovdi effettivament l-istess livell ta' għajnuna kkostitwixxa emenda sinifikanti lir-reġim oriġinali”.

(126)

Il-Kummissjoni nnutat ukoll li, fid-dawl tal-mekkaniżmi differenti li jiggvernaw it-tariffa, ikun impossibbli li wieħed jiddistingwi bejn, il-miżura l-ġdida implimentata fl-2005, li parti minnha, sa l-2007, tkompli tkun għajnuna eżistenti, u alterazzjoni li tista' tiġi klassifikata bħala għajnuna ġdida (34).

(127)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura msemmija bħala “t-tieni estensjoni” hija skema ta' għajnuna kompletament ġdida fil-fatt li hi sostanzjalment alternata meta mqabbla ma' dik koperta bid-Deċiżjoni ta' l-1991.

(128)

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq il-miżura ma tistax tiġi meqjusa bħala għajnuna ġdida mill-1 ta' Jannar 2005, li hija d-data meta l-Liġi 80/2005 għamlet l-estensjoni tat-tariffa applikabbli (35).

(129)

L-allegazzjoni, li saret f'paragrafi (48) u (60), li l-miżura għandha titqies awtorizzata skond l-Artikolu 4, il-paragrafu 5 tar-Regolament Nru 659/1999 minħabba li l-Kummissjoni kienet infurmata biha u naqset milli tieħu deċiżjoni fi ħdan il-limiti proċedurali, mhix bla bażi. Hemm differenza sostanzjali bejn l-innotifikar tal-miżura skond l-Artikolu 88(3), fuq naħa, u sempliċiment infurmar lill-Kummissjoni bl-eżistenza tal-miżura, fuq in-naħa l-oħra. F'Breda Fucine Meridionali (36), il-Qorti tal-Prim Istanza notevolment iddeċidiet li t-trażmissjoni tad-dokumenti li ma humiex indirizzati lis-Segretarjat Ġenerali u ma fihomx referenza espliċita għall-Artikolu 93, paragrafu 3 tat-Trattat tal-KE ma jistgħux jiġu kunsidrati bħala notifika valida.

(130)

Huma biss miżuri li huma notifikati skond l-Artikolu 88(3) li ma humiex implimentati qabel deċiżjoni tal-Kummissjoni li jistgħu jibbenefikaw minn limiti taż-żmien proċedurali stabbiliti fir-Regolament 659/99. Fil-każ in kwistjoni, huwa fatt li ma jistax jiġi miċħud li l-Artikolu 11(11) tal-Liġi 80/2005 ma ġiex notifikat.

(131)

Apparti dan, skond l-Artikolu 4, il-paragrafu 6 tar-Regolament 659/99, fejn il-Kummissjoni naqset milli tieħu deċiżjoni fi żmien il-limitu ta' xahrejn tal-perjodu proċedurali, l-għajnuna hija meqjusa li kienet awtorizzata sakemm l-Istat Membri jagħti notifika minn qabel ta' l-intenzjoni tiegħu biex jimplimenta l-miżura, u sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni fi ħdan il-perjodu ta' 15-il ġurnata ta' xogħol wara li tasal in-notifika. Fil-każ preżenti, ebda notifika minn qabel ma ngħatat mill-Italja. Għalhekk, anki jekk l-allegazzjoni tal-kumpaniji Terni kienet sostanzjata, li m'huwiex il-każ, kif spjegat fil-paragrafi (129) u (130) hawn fuq, l-Artikolu 4, paragrafu 6 tar-Regolament 659/99 ma jkunx applikabbli.

(132)

Minħabba li l-Italja naqset milli tinnotifika l-Artikolu 11(11) tal-Liġi 80/2005, l-għajnuna hija illegali.

Il-kompatibbiltà ta' l-għajnuna

L-ewwel estensjoni

(133)

Anki jekk din il-proċedura tirrigward biss it-tieni estensjoni tat-tariffa, il-Kummissjoni tqis adatt li tagħmel numru ta' kunsiderazzjonijiet dwar l-ewwel estensjoni u l-ewwel approvazzjoni tagħha taħt ir-regoli ta' l-għajnuna ta' l-Istat.

(134)

Din l-ewwel estensjoni tat-tariffa Terni kienet prevista fl-Artikolu 20(4) tal-Liġi 9/1991. Din il-liġi kienet dikjarata kompatibbli taħt ir-regoli ta' l-għajnuna ta' l-Istat fil-każ NN 52/1991 (37). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni kif notifikata lill-Italja ma tispeċifikax liema artikoli tal-liġi nstabu kompatibbli. Madankollu, id-dokumenti interni li wasslu għal deċiżjoni tal-Kummissjoni provdew deskrizzjoni fil-qosor u valutazzjoni ta' l-artikoli relevanti għall-għajnuna ta' l-Istat. L-Artikolu 20(4) tal-liġi, li tipprovdi estensjoni għat-tariffa Terni, ma kienx imsemmi.

(135)

Minħabba informazzjoni skarsa, sfortunatament huwa impossibbli li jiġi rintraċċat ir-raġunament segwit f'dak il-każ, u b'mod partikolari li jsir magħruf jekk il-Kummissjoni eżaminatx u intenzjonatx li tapprova t-tariffa Terni.

(136)

Madankollu, minħabba li l-Italja nnotifikat il-liġi sħiħa u d-deċiżjoni ta' approvazzjoni wkoll tirreferi għal-liġi sħiħa, l-estensjoni tat-tariffa Terni għandha tiġi kunsidrata koperta bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni 1991.

It-tieni estensjoni taħt kontestazzjoni

(137)

B'deroga mill-projbizzjoni ġenerali ta' l-għajnuna ta' l-Istat stabbilita fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, l-għajnuna tista' tiġi dikjarata kumpatibbli jekk tista' tibbenefika minn waħda mid-derogi enumerati fit-Trattat.

(138)

L-għajnuna ta' l-Istat mogħtija lill-kumpaniji Terni skond l-Artikolu 11(11) tal-Liġi 80/2005 tista' tiġi klassifikata bħala għajnuna fl-operat.

(139)

Hija ġurisprudenza stabbilita li għajnuna għall-operat, jiġifieri, għajnuna intenzjonata biex tgħin impriża fl-ispejjeż li normalment ikollha tħallas għall-immaniġġjar jew l-attivitajiet normali tagħha, fil-prinċipju, tfixkel il-kompetizzjoni sa grad kuntrarju għall-interess komuni fis-setturi li fihom hija mogħtija (38). Il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna għall-operat mogħtija fil-forma ta' prezz ta' l-elettriku preferenzjali li impriża intensiva fl-enerġija, jiġifieri, impriża li għandha l-elettriku bħala fattur ewlieni ta' l-ispejjeż, hija forma ta' tfixkil ta' l-appoġġ minħabba li l-għajnuna għandha impatt sostanzjali u dirett fuq pożizzjoni kompetittiva.

(140)

L-għajnuna għall-operat tista' tingħata, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, taħt il-Linjigwida għall-għajnuna ta' l-Istat għall-ħarsien ta' l-ambjent (39). It-tariffa kkunsidrata, madankollu, ma għandhiex għanijiet ambjentali.

(141)

Eċċezzjonalment, l-għajnuna ta' l-operar tista' tingħata f'żoni eliġibbli għall-għajnuna taħt deroga mill-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE. Matul il-perjodu kkunsidrat, ir-Reġjun Umbria ma kienx eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat.

(142)

Anki jekk, għar-raġunijiet spjegati hawn fuq fil-paragrafi (123) sa (127), iż-żewġ estensjonijiet jikkostitwixxu miżuri differenti, il-Kummissjoni tqis utli li tfakkar li, meta l-ewwel estensjoni kienet notifikata, ir-Reġjun Umbria kienet għaddejja minn kriżi ekonomiku serju, li affettwa b'mod partikolari s-setturi ta' l-azzar u l-kimika fiż-żona Terni. Dan il-kriżi li laħaq il-quċċata tiegħu fil-bidu tad-disgħinijiet, kien rikonoxxut mill-Kummissjoni meta, fl-1997, approvat mappa Taljana ta' żoni eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 87.3 (ċ) (40). Iż-żoni Terni u Perugia kienu dikjarati eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Objettiv 2 tal-Fondi Strutturali.

(143)

Fl-2005, madankollu, fiż-żmien li ġiet adottata l-Liġi 80/2005, il-proċess għall-aġġustament strutturali fl-Umbria kien diġà seħħ. Fil-mappa proposta għall-għajnuna reġjonali 2007-2013, l-Umbria se titlef l-istatus ta' reġjun assistit. Għalhekk, filwaqt li huwa diffiċli li wieħed ikun jaf jekk il-kunsiderazzjonijiet għall-iżvilupp Reġjonali kellhomx rwol fid-deċiżjoni oriġinali approvata, huwa xorta ċert li l-Kummissjoni ma tistax toqgħod fuq kunsiderazzjonijiet simili biex tevalwa t-tieni estensjoni tat-tariffa.

(144)

L-Italja spjegat b'mod estensiv ir-raġunijiet tal-politika industrija għat-tieni prolongazzjoni tat-tariffa Terni (ara l-paragrafu (60). L-argument ewlieni ta' l-Italja favur it-tariffa huwa li kumpaniji intensivi fl-enerġija fi Stati Membri oħra jistgħu wkoll jibbenefikaw minn prezzijiet imnaqqsa ta' l-enerġija u t-tariffa hija meħtieġa bħala miżura tranżizzjonali biex tiġi evitata d-delokalizzazzjoni bara l-UE wara l-liberalizzazzjoni sħiħa tas-suq ta' l-enerġija u infrastruttura mtejba. Inċidentalment, dawn l-ispjegazzjonijiet jikkontradixxu l-istqarrija Taljana li t-tariffa Terni xorta tkun kumpensatorja u ċertament ma toffri ebda ġustifikazzjoni għal reviżjoni tal-pakkett ta' l-esproprjazzjoni.

(145)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Qorti ddeċidiet li “il-fatt li Stat Membru jfittex li jqarreb, b'miżuri unilaterali, il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni f'settur partikolari ta' l-ekonomija għal dawk prevalenti fi Stati Membri oħra ma jnaqqasx il-kwistjoni tal-karattur tagħhom bħala għajnuna ta' l-Istat” (41). Aktar minn hekk, l-argument Taljan li għajnuna ta' l-Istat simili tkun ġustifikata bl-eżistenza ta' għajnuni ta' l-Istat oħrajna (li jfixklu ugwalment) fl-UE għandha tiġi mwarrba. Strateġija simili twassal għal sensieli ta' sussidji li jmorru kontra l-għan tal-kontroll ta' l-għajnuna ta' l-Istat. Rigward ir-riskju allegat ta' delokalizzazzjoni barra l-UE, il-Kummissjoni tinnota li ma hemmx preċedent fil-prattika deċiżjonali tagħha jew fil-ġurisprudenza tal-qrati tal-Komunità, fejn argument simili ġie aċċettat bħala ġustifikazzjoni għar-raġuni ta' l-għajnuna ta' l-Istat. Fil-każ in kwistjoni, ma hemmx bżonn għall-Kummissjoni li tikkunsidra din il-kwistjoni minħabba li l-awtoritajiet Taljani ma ssustanzjawx allegazzjoni simili. Notevolement, ma ġiex muri li t-tariffa kienet meħtieġa u proporzjonata biex tipprevjeni r-riskju.

(146)

Rigward il-konklużjonijiet tal-grupp ta' Livell Għoli msemmija fil-punt (60), huma irrelevanti minħabba li ma jirriflettux ir-riżultat tad-dibattitu ġenerali ta' politika u ma jikkostitwixxux dispożizzjonijiet li jorbtu legalment. Għandu jiġi nnutat inċidentalment, li s-soluzzjonijiet proposti mill-grupp u kwotati mill-Italja ma jinvolvux l-għoti ta' l-għajnuna ta' l-Istat.

(147)

Minħabba li l-għajnuna ma tistax tkun ta' benefiċċju għad-derogi stabbiliti fl-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE, it-tieni estensjoni tat-tariffa preferenzjali favur il-kumpaniji Terni għandha tiġi dikjarata inkompatibbli mas-suq komuni.

(148)

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (42) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat, f'każijiet ta' għajnuna illehali li mhix kompatibbli mas-suq komuni, il-kompetizzjoni effettiva għandha tiġi restawrata u l-għajnuna, inkluż l-interessi, għandhom jiġu rkuprati mingħajr dewmien.

Aspettattivi leġittimi

(149)

Hija ġurisprudenza stabbilita li, meta l-għajnuna tingħata mingħajr notifika minn qabel skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, ir-reċipjent ta' l-għajnuna f'dak iż-żmien ma jistax ikollu aspettattivi leġittimi li l-għotja hija legali (43). Negozjant diliġenti normalment għandu jkun kapaċi jiddetermina jekk il-proċedura ta' notifika ġietx segwita u jekk l-għajnuna hijiex legali.

(150)

Madankollu, reċipjent ta' għajnuna mogħtija illegalment m'huwiex prekluż milli joqgħod fuq ċirkostanzi eċċezzjonali li fuq il-bażi tagħhom kien leġittimament assuma li l-għajnuna hija legali u għalhekk jonqos milli jirrifondi dik l-għajnuna (44). Il-Kummissjoni eżaminat jekk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali allegati mill-kumpaniji Terni fil-paragrafu 0 setgħux wassluhom biex ikollhom aspettattivi leġittimi simili.

(151)

Fis-sostanza, il-benefiċjarji talbu li l-Italja kienet assigurathom dwar il-karattru tal-miżura li ma jaqax taħt għajnuna, u li l-Kummisjoni ma ddubitatx il-miżura in kwestjoni, la meta kienet estiża l-ewwel darba, u lanqas meta l-informazzjoni dwar it-tieni estensjoni ġiet estiża.

(152)

Rigward l-ewwel stqarrija, huwa biżżejjed li wieħed ifakkar li, skond il-ġurisprudenza stabbilita, l-eżistenza ta' aspettattivi leġittimi ma tistax tiddependi fuq il-komportament ta' l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna. Il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċieda, b'mod partikolari, li “informazzjoni inkorretta mogħtija minn Stat Membru dwar il-legalità ta' miżura fl-ebda ċirkostanza ma tista' tiġi meqjusa li tati lok għal aspettattivi leġittimi, speċjalment fejn il-Kummissjoni ma tkunx ġiet infurmata b'dik l-informazzjoni” (45).

(153)

Huwa biss il-komportament ta' l-amministrazzjoni tal-Komunità li jista' jagħti lok għal aspettattivi leġittimi. B'mod partikolari l-Qorti ddikjarat li “persuna ma tistax titlob ksur tal-prinċipju sakemm ma tkun ingħatat assigurazzjonijiet preċiżi (emfażi miżjud) mill-amministrazzjoni tal-Komunità” (46).

(154)

Il-kumpaniji Terni jsostni li l-miżura ma ġietx iddubitata fl-1991, meta l-Kummissjoni approvat il-Liġi 9/1991. Għandu jiġi nnutat li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-1991 tkopri biss il-miżura stabbilita fil-Liġi 9/1991, biex l-approvazzjoni ta' dik il-miżura ma jistax jagħti lok għal aspettattivi leġittimi rigward il-legalità jew il-kompatibbiltà tal-miżura l-ġdida ta' għajnuna introdotta bil-Liġi 80/2005. Anki jekk il-Kummissjoni kienet iddikjarat espliċitament li l-miżura ta' l-1991 ma kkostitwietx għajnuna, quad non, il-benefiċjarja ma għandhomx jassumu li l-miżura ta' l-2005 għandha tikkwalifika wkoll bħala non-għajnuna, minħabba li hemm bosta ċirkostanzi li jistgħu jittrasformaw miżura li ma humiex għajnuna f'għajnuna ta' l-Istat.

(155)

Aktar minn hekk, il-kliem tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni kif notifikati lill-Italja, li tiddikjara kompatibbli l-miżuri ta' għajnuna li hemm fil-Liġi 9/1991 u 10/1991 jekk xejn, jissuġġerixxu l-oppost, li l-miżura Terni ma kkostitwietx għajnuna.

(156)

Għalhekk, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma setgħetx possibbilment tati lill-benefiċjarji assigurazzjonijiet preċiżi dwar il-karattru li t-tariffa ma kinitx ta' għajnuna, imma l-aktar, aspettattiva leġittima li l-estensjoni ta' l-1991 tat-tariffa kienet kompatibbli. Ebda aspettattivi ma setgħu jinżammu, madankollu, fir-rigward ta' l-estensjoni ta' l-2005. Għalhekk, dan l-argument kellu jitwarrab ukoll.

(157)

Rigward l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li taġixxi sewwa meta rċeviet l-informazzjoni dwar it-tieni estensjoni tat-tariffa, dan l-argument huma ċertament bla bażi. L-Italja allegatament semmiet it-tariffa Terni fir-Rapport ta' l-għajnuna ta' l-Istat ta' l-2005. Informazzjoni dettaljata dwar il-miżura prevista fl-Artikolu 11(11) tal-Liġi 80/2005 ġiet provduta, madankollu, biss fi Frar 2006, fuq talba tal-Kummissjoni, fil-kuntest ta' l-investigazzjoni ta' l-għajnuna ta' l-Istat dwar l-Artikolu 11(12) ta' l-istess Liġi (għajnuna ta' l-Istat C 13/2006). Il-proċedura ta' investigazzjoni formali nfetħet mill-Kummissjoni f'Lulju 2006.

(158)

Meta wieħed jikkunsidra ż-żmien qasir li għadda bejn is-sottomissjoni ta' l-informazzjoni u l-azzjoni mill-Kummissjoni, jidher ċar li l-Kummissjoni aġixxiet b'mod tajjeb.

(159)

Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx ċirkostanzi ekstraordinarji li setgħu wasslu għall-kumpaniji Terni biex ikollhom asspettattivi leġittimi dwar il-legalità tal-miżura kontestata.

Irkuprar

(160)

L-ammonti kollha ta' għajnuna inkompatibbli li rċevew ThyssenKrupp, Cementir and Nuova Terni Industrie Chimiche skond l-Artikolu 11(11) tal-Liġi 80/2005 u li jkopru l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2005 (ara l-paragrafu 0) għandhom jiġu rkuprati, bl-interessi, skond il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (47).

(161)

F'dan il-kuntest għandu jiġi mfakkar li, l-iskop ta' l-irkupru huwa r-restawr tas-sitwazzjoni kompetittiva tal-benefiċarju prevalenti qabel l-għoti ta' l-għajnuna inkompatibbli. Fl-istabbiliment ta' x'kienet is-sitwazzjoni kompetittiva tal-kumpanija Terni qabel l-introduzzjoni tal-Liġi 80/2005, għandu jittieħed kont ta' l-eżistenza tal-miżura ta' għajnuna eżistenti stabbilita fil-Liġi 9/1991, li kienet aċċettata taħt ir-regoli ta' l-għajnuna ta' l-Istat sa l-2007.

(162)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ammonti residwali ta' għajnuna li għaliha kienu intitolati l-benefiċjarji taħt il-Liġi 9/1991 fl-2005, l-2006 u l-2007 jekk il-Liġi 80/2005 ma kinitx tiġi implimentata tista' titnaqqas mis-somom li jridu jiġu irkuprati, jekk l-Italja tikkunsidra li l-benefiċjarji huma intitolati għalihom taħt il-Liġi nazzjonali.

VII.   KONKLUŻJONI

(163)

Il-Kummissjoni ssib li l-Italja implimentat illegalment, bi jsur ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 11, paragrafu 11 tad-Decreto-legge 80/05, maqlub f'Liġi 80/2005, li tipprovdi għall-modifikazzjoni u l-estensjoni fiż-żmien sa l-2010 tat-tariffa preferenzjali ta' l-elettriku applikabbli għat-tliet kumpaniji Terni. Il-Kummissjoni tikkunsidra li miżura simili, li tikkostitwixxi għajnuna pura ta' l-operar, m'hija eliġibbli għall-ebda deroga taħt it-trattat tal-KE, u għalhekk hija inkompatibbli mas-suq komuni. Għalhekk, il-partijiet tal-miżura t'hawn fuq li għadhom ma ġewx mogħtija imħallsa ma jridux jiġu implimentati. L-għajnuna li diġà tħallset trid tiġi rkuprata. L-ammonti li l-benefiċjarji kienu jkunu intitolati għalihom fl-2005, l-2006 u l-2007 taħt il-Liġi 9/1991 jistgħu jitnaqqsu mill-ammont totali li jrid jiġi rkuprat.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-għajnuna ta' l-Istat li l-Italja implimentat favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche hija inkompatibbli mas-suq komuni.

2.   L-għajnuna ta' l-Istat li l-Italja tat imma għadha ma ħallsitx lil ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche hija wkoll inkompatibbli mas-suq komuni u għalhekk ma tistax tiġi implimentata.

Artikolu 2

1.   L-Italja għandha tirkupra mill-benefiċjarji l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1).

2.   Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-interess għall-perjodu sħiħ, mid-data li kienu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sad-data ta' l-irkupru tagħhom.

3.   L-interessi għandhom jiġu kalkulati fuq bażi komposta f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

Artikolu 3

1.   L-Italja għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tirkupra l-benefiċjarji mill-għajnuna illegali u inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 1.

2.   L-irkupru għandu jseħh mingħajr dewmien skond il-proċeduri taħt il-liġi nazzjonali sakemm iħallu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni.

3.   L-Italja għandha tiżgura li d-deċiżjoni preżenti hija implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika.

Artikolu 4

1.   L-Italja għandha żżomm lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-proċedimenti nazzjonali biex jimplimentaw din id-deċiżjoni sakemm il-proċedimenti jkunu kompluti.

2.   Fi żmien xahrejn tan-notifika ta' din id-deċiżjoni, l-Italja għandha tissottometti informazzjoni li tispeċifika l-ammonti totali (prinċipali u bl-interessi) li jridu jiġu irkuprati mill-benefiċjarji u deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda jew ippjanati għal konformità mad-deċiżjoni preżenti. Sa l-istess limitu, għandha tibgħat lill-Kummissjoni d-dokumenti kollha li juru li l-benefiċjarji kienu ordnati li jħallsu l-għajnuna.

3.   Wara perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 2, l-Italja għandha tissottometti, fuq sempliċiment talba mill-Kummissjoni, rapport dwar il-miżuri diġà meħuda jew pjanati f'konformità ma' din id-deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u l-interessi diġà rkuprati mill-benefiċjarji.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU C 214, 6.9.2006, p. 5.

(2)  Ara in-nota Nru 1.

(3)  L-Artikolu 4, paragrafu 6, l-ewwel inċiż, ittri (a) u (b) tal-Liġi 1643/62

(4)  Il-kumpaniji li jisfruttaw l-ilma pubbliku biex jiġġeneraw l-elettriku joperaw fuq il-bażi ta' konċessjoni (concessione di derivazione idroelettrica) li hija temporanja. Il-perjodu (ġeneralment tletin sena fl-Italja) huwa twil biżżejjed biex jippermetti li jiġu rkuprati l-ispejjeż ta' l-investiment tagħhom. Kif jiskadu l-konċessjonijiet, dawn għandhom jingħataw mill-ġdid fuq il-bażi ta' proċedura trasparenti ta' l-għażla.

(5)  Għajnuna ta' l-Istat NN 52/1991, ittra SG (91) D/15502.

(6)  Artikolu 1, paragrafu 285 tal-Liġi 266/2005

(7)   Delibera AEEG Nru 228/01

(8)   Delibera AEEG Nru 148/04.

(9)   ĠU L 227 tad-19.8.1983, p. 24.

(10)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għal Terni SpA u Italsider v Cassa Conguaglio per il settore elettrico, referenza għal sentenza preliminarja, Każ C 99/92, [1994] ECR p. I-00541

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SEC/1999/687 tal-11 ta' Mejju 1999 f'Każ C 49/98, Miżuri favur l-impjegar, l-Artikoli 15 u 26 tal-Liġi 196/97, ĠU L 42, 15.2.2000, p. 1-18.

(12)  Sentenza tal-QEĠ f'Deggendorf v il-Kummissjoni, Każ C-355/95 [1997] ECR p. I-02549

(13)  Komunikazzjoni tas-16.12.2005 tal-Ministeru għall-attivitajiet produttivi lil AEEG.

(14)   ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1

(15)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna nru 14.

(16)  Delibera AEEG 190/2006

(17)  Notevolement is-sentenzi li ġejjin: A.D.B.H.U., Każ C 240/83 tas-7.2.1985 ECR (1985) p. 00531, Asteris, każijiet konġunti 106-120/87 tas-27.9.1988, ECR (1988) p. 05515 Altmark, Każ C-280/00 ta' l-24/7/2003, (ECR 2003) p. I-07747; Ferring, Każ C 53/00 tat-22.11.2001, ECR (2001) p. I-09067.

(18)  Notevolemnt fi Franza, il-Ġermanja, Spanja, il-Greċja u l-Finlandja. L-Italja provdiet deskrizzjoni ta' skema allegatament fis-seħħ f'dawn il-pajjiżi favur industriji intensivi fl-enerġija.

(19)  L-ewwel Rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli “Nikkontribwixxu għal strateġija integrata dwar il-kompetittività, l-enerġija u l-politiki ambjentali - il-funzjonament tas-suq ta' l-enerġija, l-aċċess għall-enerġija, l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-Iskema tan-Negozjar ta' l-UE għall-Emmissjonijiet” tat-2 ta' Ġunju 2006.

(20)  Sentenza tal-QEĠ f'Pearle u oħrajn, (Każ C-345/02 [2004] ECR I-7139 u Preussen-Elektra, Każ C-379/98 [2001] ECR I-02099

(21)  Il-mekkaniżmu għall-ikkuntestar ta' ammont ta' kumpens kien stabbilit bl-Artikolu 5, paragrafu 5 tal-liġi tan-nazzjonalizzazzjoni.

(22)  Għandu jiġi nnutat li, skond il-liġi Taljana, meta jiskadu konċessjonijiet għall-idroelettriku, il-kumpanija ta’ l-idroelettriku titlef is-sjieda tad-drittijiet fuq parti mill-assi tagħha, notevolment ċerti xogħlijiet ta’ l-inġinerija, li awtomatikament imorru lura għand l-Istat.

(23)  Ara s-sentenzi tal-QEĠ f'Steinike & Weinlig, C-78/76, [1977] ECR p. 595 u il-Gvern Franċiż v il-Kummissjoni, Każ C-47/69 [1970] ECR p. 00487

(24)  Sentenza tal-QEĠ f’Pearle u oħrajn v Commission, Każ C-345/02 [2004] ECR I-7139.

(25)  Ara s-sentenza tal-QEĠ f’Italja v il-Kummissjoni, Każ C-303/88, [1988] ECR I.1433, Franza v il-Kummissjoni, Każ C 47/69 [1970] ECR 4393; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza f’Deutsche Bahn/il-Kummissjoni, Każ T-351/02, [2006] ECR II.1047

(26)  Cementir tappartjeni lill-Grupp Caltagirone, li jopera numru ta’ impjanti fl-Italja, li uħud minnhom huma attivi fin-negozju ta’ l-esportazzjoni. Il-kumpanija tipproduċi varjetà ta’ prodotti tas-siment u l-ġir u tikkontrolla produttur tas-siment fit-Turkija li jesporta lejn l-UE. Nuova Terni Industrie Chimiche tappartjeni lill-grupp Norsk Hydro, attiv fil-produzzjoni tal-kimiċi u fertilizzanti minerali, żejt u gass u petrokimiċi. ThyssenKrupp huwa konglomerat globali prinċipalment attiv, imma mhux biss, fil-produzzjoni ta’ l-azzar.

(27)  Sentenza tal-QEĠ ir-Repubblika Franċiża v il-Kummissjoni, Każ C 102/87, [1988] ECR p. 04067

(28)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 1994 (Każijiet IV/33.322 – siment), ĠU L 343/1994, p. 1-158

(29)  Id-Deċiżjoni IV M.832 tal-25.10.1996 Norsk Hydro/Enichem Agricoltura – Terni (II).

(30)  Ara, inter alia, id-Deċiżjoni IV/M.925 Krupp-Hoesch/Thyssen tal-11 ta' Awissu 1997.

(31)  Ara, inter alia is-sentenza tal-QEĠ f'Philip Morris/Commission, (Każ 730/79, ECR [1980] p. 02671, paragrafu 11) u s-sentenza tal-QEĠ f'Air Liquide Industries/Ville de Seraing et Province de Liège (Każijiet konġunti C 393/04 u C 41/05, [2006] ECR p. I-05293).

(32)  Ara, per eżempju, dwar dan il-punt, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza f'Territorio Historico de Alava – Diputacion Foral de Alava, Każijiet Konġunti T-127/99 ad T-148/99, [2002] ECR II-012575, paragrafi 173-175

(33)  Każijiet Konġunti C 15/98 u C 105/99, l-Italja u Sardegna Lines v Commission ECR [2000] I-8855, paragrafu 74 ta' l-Opinjoni.

(34)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza f'Gvern ta' Gibraltar v il-Kummissjoni, Każijiet Konġunti T 195-01 u T 207/01 [ECR 2002 ] p. II-02309.

(35)  Il-liġi tal-konverżjoni tad-Digriet 80/05 preveda għad-dħul fis-seħħ retroattiv ta' l-estensjoni tat-tariffa mill-1 ta' Jannar 2005.

(36)   Breda Fucine Meridionali v il-Kummissjoni, Każijiet Konġunti T-126/96 u T-127/96 [1998] ECR II-3437, paragrafu 47

(37)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna nru 5.

(38)  Ara s-Sentenzi tal-QEĠ f'Italja v il-Kummissjoni, Każ C-86/89 [1990] ECR I-3891, paragrafu 18, u Franza v il-Kummissjoni, Każ C-301/87 [1990] ECR I-307, paragrafu 50; senta tal-Qorti tal-Prim'Istanza f'Siemens v il-Kummissjoni, Każ T-459/93 [1995] ECR II-1675, paragrafu 48.

(39)   ĠU C 37, tat-3.2.2001 p. 3.

(40)  Għajnuna ta' l-Istat Nru 27/1997, Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG(97) 4949 tat-30 ta' Ġunju 1997.

(41)  Ara, per eżempju, is-sentenza tal-QEĠ f'Ir-Repubblika Taljana v il-Kummissjoni, Każ C-372/97 [2004], ECR I-03679, paragrafu 67.

(42)   ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(43)  Sentenza tal-QEĠ f'Alcan Deutschland, Każ C 24/95 [1997], ECR I-1591, paragrafi 25, 30 u 31, u Demesa and Territorio histórico de Álava v Commission, Każijiet konġunti C-183/02 P u C-187/02 [2004] ECR I-10609, paragrafu 45.

(44)  Sentenza tal-QEĠ f'Kummissjoni v il-Ġermanja, Każ -5/89 [1990] ECR I-3437, paragrafu 16.

(45)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza f'Fleuren Compost v il-Kummissjoni, Każ T-109/01 [2004] ECR p. II-127, paragrafi 141-143

(46)  Ara s-sentenza tal-QEĠ f'Ġermanija v il-Kummissjoni, Każ C-506/03 [2005] ECR p. I-0000, paragrafu 58.

(47)   ĠU L 140, tat-30.4.2004, p. 1-134.


4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 144/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ April 2008

dwar l-allokazzjoni ta' kwantitajiet ta' sustanzi kkontrollati li huma permessi għall-użi essenzjali fil-Komunità fl-2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1403)

(It-testi bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/409/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff ta' l-Ożonu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità diġà temmet il-produzzjoni u l-konsum tal-chlorofluorocarbons, ta' chlorofluorocarbons oħrajn li huma kompletament aloġenati, halons, carbon tetrachloride, 1,1,1-trichloroethane, hydrobromofluorocarbon u bromo-chloro-methane.

(2)

Kull sena l-Kummissjoni tintalab tiddetermina l-użi essenzjali ta' dawn is-sustanzi kkontrollati, il-kwantitajiet li jistgħu jintużaw u l-kumpaniji li jistgħu jużawhom.

(3)

Id-Deċiżjoni IV/25 tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff ta' l-Ożonu, minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll ta' Montreal”, tistipula l-kriterji użati mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni ta' kwalunkwe użi essenzjali u tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum meħtieġa sabiex tissodisfa l-użi essenzjali tas-sustanzi kkontrollati għal kull Parti.

(4)

Id-Deċiżjoni XIX/13 tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal tawtorizza l-produzzjoni fil-Komunità Ewropea ta' 200 tunnellata ta' chlorofluorocarbons (CFCs) fl-2008 għall-manifattura u l-użu ta' Inalaturi b'Dożaġġ Imkejjel (MDIs) li jikkwalifikaw bħala wieħed mill-użi essenzjali tas-CFCs kif definiti fid-Deċiżjoni IV/25.

(5)

Id-Deċiżjoni XIX/18 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum meħtieġa biex jissodisfaw l-użi essenzjali tas-sustanzi kkontrollati elenkati fl-Annessi A, B u C (Sustanzi ta' Grupp II u III) tal-Protokoll ta’ Montreal għall-użu fil-laboratorji u skopijiet analitiċi kif elenkati fl-Anness IV għar-rapport tas-Seba’ Laqgħa tal-Partijiet, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II għar-rapport tas-Sitt Laqgħa tal-Partijiet, kif ukoll id-Deċiżjonijiet VII/11, XI/15 u XV/5 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal. Id-Deċiżjoni XVII/10 tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum tas-sustanza kkontrollata elenkata fl-Anness E għall-Protokoll ta' Montreal meħtieġa biex jissodisfaw l-użi fil-laboratorji u dawk analitiċi tal-methyl bromide.

(6)

Skond il-paragrafu 3 tad-Deċiżjoni XII/2 tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal dwar miżuri ta' faċilitazzjoni għat-tranżizzjoni lejn MDIs mingħajr chlorofluorocarbons, l-Istati Membri kollha nnotifikaw (2) lill-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent l-ingredjenti attivi li għalihom il-chlorofluorocarbons (CFCs) mhumiex aktar essenzjali fil-manifattura ta' CFC-MDIs għat-tqegħid fis-suq tal-Komunità Ewropea.

(7)

L-Artikolu 4(4)(i)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jipprevjeni li jintużaw jew li jitqiegħdu fis-suq is-CFCs sakemm mhumiex meqjusa essenzjali skond il-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament. Dawn id-determinazzjonijiet ta' nuqqas ta' essenzjalità għalhekk naqqsu d-domanda għas-CFCs fl-użu fl-MDIs li jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità Ewropea. Barra minn hekk, l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jipprevjeni li prodotti CFC-MDIs jiġu importati jew jitqiegħdu fis-suq sakemm is-CFCs f'dawn il-prodotti ma jitqisux essenzjali skond il-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(1).

(8)

Il-Kummissjoni ppubblikat Avviż (3) fit-18 ta’ Lulju 2007 lil dawk il-kumpaniji fil-Komunità ta' 27 Stat Membru li talbu għall-kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-użu ta’ sustanzi kkontrollati għall-użi essenzjali fil-Komunità fl-2008 u rċeviet dikjarazzjonijiet dwar l-użi essenzjali tas-sustanzi kkontrollati għall-2008.

(9)

Għall-finijiet ta’ l-aċċertament li l-kumpaniji interessati u l-operaturi jistgħu jkomplu jibbenefikaw fiż-żmien previst mis-sistema ta’ liċenzjar, huwa xieraq li d-deċiżjoni preżenti għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-Grupp I (chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115) skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għal skopijiet mediċi essenzjali fil-Komunità fl-2008 għandha tkun ta' 155 460,00 kilogramm tal-Potenzjal ta' Tnaqqis tas-Saff ta' l-Ożonu (ODP).

2.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp I (chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115) u tal-Grupp II (chlorofluorocarbons li huma kompletament aloġenati) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għal skopijiet essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2008 għandha tkun ta’ 56 213,60 kilogrammi ODP.

3.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp III (halons) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2008 għandha tkun ta’ 418,7 kilogrammi ODP.

4.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp IV (carbon tetrachloride) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2008 għandha tkun ta’ 150 832,836 kilogrammi ODP.

5.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp V (1,1,1-trichloroethane) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fl-Unjoni Ewropea fl-2008 għandha tkun ta’ 381,5 kilogrammi ODP.

6.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-Grupp VI (methyl bromide) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi fil-laboratorju u dawk analitiċi fl-Unjoni Ewropea fl-2008 għandha tkun ta' 150,00 kilogramma ODP.

7.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp VII (hydrobromofluorocarbons) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2008 għandha tkun ta’ 0,96 kilogrammi ODP.

8.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp IX (bromochloromethane) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2008 għandha tkun ta’ 13,368 kilogrammi ODP.

Artikolu 2

L-inalaturi b'dożaġġ imkejjel bil-chlorofluorocarbons elenkati fl-Anness I ma għandhomx jitqiegħdu fi swieq li fihom l-Awtorità Kompetenti tkun iddeċidiet li mhumiex essenzjali l-chlorofluorocarbons għall-inalaturi b'dożaġġ imkejjel.

Artikolu 3

Matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

1)

l-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu mediku essenzjali għall-chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115 għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness II;

2)

l-allokazzjoni tal-kwoti għall-użi essenzjali fil-laboratorju għall-chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115 u ta’ chlorofluorocarbons oħrajn li huma kompletament aloġenati għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness III;

3)

l-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju għall-halons għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness IV;

4)

l-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju għall-carbon tetrachloride għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness V;

5)

l-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju għall-1,1,1-trichloroethane għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness VI;

6)

l-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu kritiku fil-laboratorju u dak analitiku għall-methyl bromide għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness VII;

7)

l-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju għall-hydrobromofluorocarbons għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness VIII;

8)

l-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju għall-bromochloromethane għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness IX;

9)

il-kwoti ta’ użu essenzjali għall-chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115, u chlorofluorocarbons aloġenati kompletament oħrajn, carbon tetrachloride, 1,1,1-trichloroethane, hydrobromofluorocarbons u bromochloromethane għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness X.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

 

Acros Organics bvba

Janssen Pharmaceuticalaan 3A°

B-2440 Geel

 

Airbus France

Service EVICS

BP M6322

Route de Bayonne 316

F-31060 Toulouse Cedex 16

 

Bie & Berntsen

Sandbækvej 7

DK-2610 Rødovre

 

Boehringer Ingelheim GmbH

Binger Straße 173

D-55216 Ingelheim am Rhein

 

Carlo Erba Reactifs-SDS

ZI de Valdonne, BP 4

F-13124 Peypin

 

Chiesi Farmaceutici SpA

Via Palermo 26/A

I-43100 Parma

 

CNRS — Département Galilée

Observatoire de la Côte d'Azur — Siège Social

Boulevard de l'Observatoire, BP 4229

F-06304 Nice Cedex 4

 

Eras Labo

222 RN 90

F-38330 Saint-Nazaire-les-Eymes

 

Harp International

Gellihirion Industrial Estate

Rhondda, Cynon Taff

Pontypridd CF37 5SX

United Kingdom

 

Health Protection Inspectorate-Laboratories

Paldiski mnt 81

EE-10617 Tallinn

 

Honeywell Specialty Chemicals Seelze GmbH

Wunstorfer Straße 40

Postfach 100262

D-30918 Seelze

 

Ineos Fluor Ltd

PO Box 13

The Heath

Runcorn

Cheshire WA7 4QX

United Kingdom

 

Laboratorio Aldo-Union SA

Baronesa de Maldá 73

Espluges de Llobregat

E-08950 Barcelona

 

LGC Standards GmbH

Mercatorstraße 51

D-46485 Wesel

 

Mallinckrodt Baker EMEA

Teugseweg 20

7418 AM Deventer

Nederland

 

Mebrom

Assenedestraat 4

B-9940 Rieme Ertvelde

 

Merck KGaA

Frankfurter Straße 250

D-64271 Darmstadt

 

Mikro+Polo d.o.o.

Zagrebška cesta 22

SI-2000 Maribor

 

Ministry of Defense

Defence Fuel Lubricants and Chemicals Service/Chemical Laboratory

PO Box 10.000

1780 CA Den Helder

Nederland

 

Panreac Química SAU

Pol. Ind. Pla de la Bruguera

C/Garraf 2

E-08211 Castellar del Vallès — Barcelona

 

Sanolabor d.d.

Leskoškova 4

Ljubljana

Slovenia

 

SICOR SpA

Via Terrazzano 77

I-20017 Rho

 

Sigma Aldrich Chimie SARL

80, rue de Luzais

L'Isle d'Abeau Chesnes

F-38297 St-Quentin-Fallavier

 

Sigma Aldrich Company

The Old Brickyard, New Road

Gillingham SP8 4XT

United Kingdom

 

Sigma Aldrich Laborchemikalien GmbH

Wunstorfer Straße 40

D-30926 Seelze

 

Sigma Aldrich Logistik GmbH

Riedstraße 2

D-89555 Steinheim

 

Tazzetti Fluids SRL

Corso Europa n. 600/a

I-10070 Volpiano (TO)

 

Valeas SpA Pharmaceuticals

Via Vallisneri, 10

I-20133 Milano

 

Valvole Aerosol Research Italiana (VARI) SpA — LINDAL Group Italia

Via del Pino, 10

I-23854 Olginate (LC)

 

VWR I.SAS.

201, rue Carnot

F-94126 Fontenay-sous-Bois

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.7.2007, p. 35).

(2)  www.unep.org/ozone/Information_for_the_Parties/3Bi_dec12-2-3.asp

(3)   ĠU C 164, 18.07.2007, p. 37.


ANNESS I

Skond il-paragrafu 3 tad-Deċiżjoni XII/2 tat-Tnax-il Laqgħa tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal dwar il-miżuri ta' faċilitazzjoni għat-tranżizzjoni lejn MDIs mingħajr chlorofluorocarbons (MDIs), il-pajjiżi li ġejjin iddeterminaw li, minħabba l-preżenza ta' MDIs xierqa li ma fihomx is-CFCs, is-CFCs ma jikkwalifikawx aktar bħala “essenzjali” skond il-Protokoll meta jiġu kkombinati ma' l-ingredjenti attivi li ġejjin:

LISTA TA' SUSTANZI MHUX ESSENZJALI

Sors: www.unep.org/ozone/Information_for_the_Parties/3Bi_dec12-2-3.asp

Tabella 1

Bronkodilataturi Agonisti b’Effett Qasir

Pajjiż

Salbutamol

Terbutaline

Fenoterol

Orciprenaline

Reproterol

Carbuterol

Hexoprenaline

Pirbuterol

Clenbuterol

Bitolterol

Procaterol

L-Awstrija

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Belġju

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Ċipru

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Id-Danimarka

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Estonja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Finlandja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Franza

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Ġermanja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Greċja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Ungerija

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Irlanda

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Italja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Litwanja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Malta

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Olanda

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovakkja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Spanja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Iżvezja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Renju Unit

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X


Tabella 2

Steroids li jittieħdu bl-inalazzjoni

Pajjiż

Beclomethasone

Dexamethasone

Flunisolide

Fluticasone

Budesonide

Triamcinolone

L-Awstrija

X

X

X

X

X

X

Il-Belġju

X

X

X

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

X

X

X

Ċipru

 

 

 

 

 

 

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

X

X

X

X

Id-Danimarka

X

 

 

X

 

 

L-Estonja

X

X

X

X

X

X

Il-Finlandja

X

 

 

X

 

 

Franza

X

 

 

X

 

 

Il-Ġermanja

X

X

X

X

X

X

Il-Greċja

X

 

X

X

X

X

L-Ungerija

X

X

X

X

X

X

L-Irlanda

X

 

 

X

 

 

L-Italja

X

X

X

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

X

X

X

Il-Litwanja

X

X

X

X

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

X

X

X

Malta

X

 

 

X

 

 

L-Olanda

X

X

X

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

X

X

X

Is-Slovakkja

X

X

X

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

X

X

X

Spanja

X

 

 

X

X

 

L-Iżvezja

X

 

 

X

 

 

Ir-Renju Unit

 

 

 

X

 

 


Tabella 3

Aġenti kontra l-infjammazzjoni li mhumiex steroids

Pajjiż

Cromoglicic acid

Nedrocromil

 

 

 

 

L-Awstrija

X

X

 

 

 

 

Il-Belġju

X

X

 

 

 

 

Il-Bulgarija

X

X

 

 

 

 

Ċipru

X

X

 

 

 

 

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

 

 

 

 

Id-Danimarka

X

X

 

 

 

 

L-Estonja

X

X

 

 

 

 

Il-Finlandja

X

X

 

 

 

 

Franza

X

X

 

 

 

 

Il-Ġermanja

X

X

 

 

 

 

Il-Greċja

X

X

 

 

 

 

L-Ungerija

X

 

 

 

 

 

L-Irlanda

 

 

 

 

 

 

L-Italja

X

X

 

 

 

 

Il-Latvja

X

X

 

 

 

 

Il-Litwanja

X

X

 

 

 

 

Il-Lussemburgu

X

 

 

 

 

 

Malta

 

X

 

 

 

 

L-Olanda

X

X

 

 

 

 

Il-Polonja

X

X

 

 

 

 

Il-Portugall

X

 

 

 

 

 

Ir-Rumanija

X

X

 

 

 

 

Is-Slovakkja

X

X

 

 

 

 

Is-Slovenja

X

X

 

 

 

 

Spanja

 

X

 

 

 

 

L-Iżvezja

X

X

 

 

 

 

Ir-Renju Unit

X

X

 

 

 

 


Tabella 4

Anticholinergic Bronchodilators

Pajjiż

Ipratropium bromide

Oxitropium Bromide

 

 

 

 

L-Awstrija

X

X

 

 

 

 

Il-Belġju

X

X

 

 

 

 

Il-Bulgarija

X

X

 

 

 

 

Ċipru

X

X

 

 

 

 

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

 

 

 

 

Id-Danimarka

X

X

 

 

 

 

L-Estonja

X

X

 

 

 

 

Il-Finlandja

X

X

 

 

 

 

Franza

 

 

 

 

 

 

Il-Ġermanja

X

X

 

 

 

 

Il-Greċja

X

X

 

 

 

 

L-Ungerija

X

X

 

 

 

 

L-Irlanda

X

X

 

 

 

 

L-Italja

 

 

 

 

 

 

Il-Latvja

X

X

 

 

 

 

Il-Litwanja

X

X

 

 

 

 

Il-Lussemburgu

X

X

 

 

 

 

Malta

X

X

 

 

 

 

L-Olanda

X

X

 

 

 

 

Il-Polonja

X

X

 

 

 

 

Il-Portugall

X

 

 

 

 

 

Ir-Rumanija

X

X

 

 

 

 

Is-Slovakkja

X

X

 

 

 

 

Is-Slovenja

X

X

 

 

 

 

Spanja

X

X

 

 

 

 

L-Iżvezja

X

X

 

 

 

 

Ir-Renju Unit

X

X

 

 

 

 


Tabella 5

Bronkodilataturi Beta Agonisti b'effett fit-tul

Pajjiż

Formoterol

Salmeterol

 

 

 

 

L-Awstrija

X

X

 

 

 

 

Il-Belġju

X

X

 

 

 

 

Il-Bulgarija

X

X

 

 

 

 

Ċipru

X

 

 

 

 

 

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

 

 

 

 

Id-Danimarka

 

X

 

 

 

 

L-Estonja

X

X

 

 

 

 

Il-Finlandja

X

X

 

 

 

 

Franza

X

X

 

 

 

 

Il-Ġermanja

X

X

 

 

 

 

Il-Greċja

 

 

 

 

 

 

L-Ungerija

X

X

 

 

 

 

L-Irlanda

X

X

 

 

 

 

L-Italja

X

X

 

 

 

 

Il-Latvja

X

X

 

 

 

 

Il-Litwanja

X

X

 

 

 

 

Il-Lussemburgu

X

X

 

 

 

 

Malta

X

X

 

 

 

 

L-Olanda

X

X

 

 

 

 

Il-Polonja

X

X

 

 

 

 

Il-Portugall

X

X

 

 

 

 

Ir-Rumanija

X

X

 

 

 

 

Is-Slovakkja

X

X

 

 

 

 

Is-Slovenja

X

X

 

 

 

 

Spanja

 

X

 

 

 

 

L-Iżvezja

X

X

 

 

 

 

Ir-Renju Unit

X

X

 

 

 

 


Tabella 6

Għadd ta' ingredjenti attivi flimkien f'MDI wieħed

Pajjiż

 

 

 

 

 

 

L-Awstrija

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Il-Belġju

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Il-Bulgarija

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Ċipru

 

 

 

 

 

 

Ir-Repubblika Ċeka

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Id-Danimarka

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

L-Estonja

 

 

 

 

 

 

Il-Finlandja

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Franza

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Il-Ġermanja

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Il-Greċja

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

L-Ungerija

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

L-Irlanda

 

 

 

 

 

 

L-Italja

Budesonide +Fenoterol

Fluticasone+ Salmeterol

 

 

 

 

Il-Latvja

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Il-Litwanja

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Il-Lussemburgu

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Malta

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

L-Olanda

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Il-Polonja

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Il-Portugall

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Ir-Rumanija

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Is-Slovakkja

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Is-Slovenja

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Spanja

 

 

 

 

 

 

L-Iżvezja

X Il-prodotti kollha

 

 

 

 

 

Ir-Renju Unit

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

UŻI MEDIĊI ESSENZJALI

Kwota ta' sustanzi kkontrollati tal-Grupp I li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta’ inalaturi b'dożaġġ imkejjel (MDIs) għat-trattament ta' l-ażma u ta’ mard kroniku ieħor ta’ ostruzzjoni pulmonari (COPDs) ġew allokati lil:

 

Boehringer Ingelheim GmbH (DE)

 

Chiesi Farmaceutici SpA (IT)

 

Laboratorio Aldo Union S.A. (ES)

 

SICOR S.p.A (IT)

 

Valeas SpA Pharmaceuticals (IT)

 

(VARI) Spa – LINDAL Group Italia (IT)

ANNESS III

UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJU

Kwota ta’ sustanzi kkontrollati tal-Gruppi I u II li jistgħu jintużaw għall-użi fil-laboratorju u għal dawk analitiċi ġew allokati lil:

 

Bie & Berntsen (DK)

 

Carlo Erba Reactifs-SDS (FR)

 

CNRS – Département Galilée (FR)

 

Harp International (UK)

 

Honeywell Specialty Chemicals (DE)

 

Ineos Fluor (UK)

 

LGC Standards (DE)

 

Mallinckrodt Baker (NL)

 

Merck KGaA (DE)

 

Mikro + Polo (SI)

 

Panreac Quimica (ES)

 

Sanolabor (SI)

 

Sigma Aldrich Chimie (FR)

 

Sigma Aldrich Company (UK)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

 

Tazzetti Fluids (IT)

 

VWR I S A S (FR)

ANNESS IV

UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJU

Kwota ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp III li jistgħu jintużaw għall-użi fil-laboratorju u għal dawk analitiċi ġew allokati lil:

 

Airbus France (FR)

 

Eras Labo (FR)

 

Ineos Fluor (UK)

 

Ministry of Defense (NL)

ANNESS V

UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJU

Kwota ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp IV li jistgħu jintużaw għall-użi fil-laboratorju u għal dawk analitiċi ġew allokati lil:

 

Acros Organics (BE)

 

Bie & Berntsen (DK)

 

Carlo Erba Reactifs-SDS (FR)

 

Health Protection Inspectorate-Laboratories (EE)

 

Honeywell Specialty Chemicals (DE)

 

Mallinckrodt Baker (NL)

 

Merck KGaA (DE)

 

Mikro + Polo (SI)

 

Panreac Quimica (ES)

 

Sanolabor d.d. (SI)

 

Sigma Aldrich Chimie (FR)

 

Sigma Aldrich Company (UK)

 

Sigma Aldrich Laborchemikalien (DE)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

 

VWR I S A S (FR)

ANNESS VI

UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJU

Kwota ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp V li jistgħu jintużaw għall-użi fil-laboratorju u għal dawk analitiċi ġew allokati lil:

 

Acros Organics (BE)

 

Bie & Berntsen (DK)

 

Merck KgaA (DE)

 

Mikro + Polo (SI)

 

Panreac Quimica (ES)

 

Sanolabor d.d. (SI)

 

Sigma Aldrich Chimie (FR)

 

Sigma Aldrich Company (UK)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

ANNESS VII

UŻI KRITIĊI FIL-LABORATORJU U DAWK ANALITIĊI

Kwota ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp VI li jistgħu jintużaw għall-użi kritiċi fil-laboratorju u għal dawk analitiċi ġew allokati lil:

 

Mebrom NV (BE)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

ANNESS VIII

UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJU

Kwota ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp VII li jistgħu jintużaw għall-użi fil-laboratorju u għal dawk analitiċi ġew allokati lil:

Ineos Fluor (UK)

ANNESS IX

UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJU

Kwota ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp IX li jistgħu jintużaw għall-użi fil-laboratorju u għal dawk analitiċi ġew allokati lil:

 

Ineos Fluor (UK)

 

Sigma Aldrich Company (UK)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

ANNESS X

[Dan l-Anness mhuwiex ippubblikat minħabba li fih informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.]


4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 144/69


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' April 2008

dwar l-allokazzjoni ta' kwoti għall-importazzjoni ta' sustanzi kkontrollati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1639)

(It-testi bil-Bulgaru, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

(2008/410/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar “sostanzi li jnaqqsu is-saff ta' l-ożonu” (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-limiti kwantitattivi għat-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi kkontrollati tal-Komunità huma stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u l-Anness III tiegħu.

(2)

L-Artikolu 4(2)(i)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jipprojbixxi lil kull produttur u importatur li jqiegħed il-bromid tal-metil (methyl bromide/bromur metiliku) fis-suq jew li jużah għall-ħtiġjiet tiegħu wara l-31 ta' Diċembru 2004. L-Artikolu 4(4)(i)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jippermetti deroga minn din il-projbizzjoni jekk il-bromid tal-metil huwa wżat biex jiħaq it-talbiet liċenzjati għall-użu kritiku minn dawk l-utenti identifikati kif deskritt fl-Artikolu 3(2)(ii) ta’ dak ir-Regolament. Il-kwantità ta' l-bromid tal-metil liċenzjata għal użu kritiku mill-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 huwa ppublikat f'deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

(3)

L-Artikolu 4(2)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jippermetti deroga mill-Artikolu 4(2)(i)(d) jekk il-bromid tal-metil huwa importat jew prodott għall-applikazzjonijiet ta' kwarantina jew ta' qabel it-trasbord (QPS). L-ammont ta' bromid tal-metil li jista' jiġi mpurtat jew prodott għal dawn l-għanijiet fl-2008 m'għandux jaqbeż il-medja tal-livell ikkalkulat ta' bromid tal-metil li l-produttur jew l-importatur iqiegħed fis-suq jew li juża għall-ħtiġijiet tiegħu stess għall-QPS fis-snin 1996, 1997 u 1998.

(4)

L-Artikolu 4(4)(i) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jippermetti deroga mill-Artikolu 4(2) jekk il-bromid tal-metil jiġi mportat għall-qerda jew jekk jiġi mportat biex jintuża fl-għalf.

(5)

L-Artikolu 4(3)(i)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jistabbilixxi il-livell totali kkalkulat ta' idroklorofluworokarbonji (idrokloroflorokarburi) li l-produtturi u l-importaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq jew jużaw għalihom stess fil-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008.

(6)

Il-Kummissjoni ippubblikat avviż lill-importaturi fil-Komunità dwar is-sustanzi ikkontrollati li jnaqqru is-saff ta' l-ożonu (2) u ma' dan laqgħet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet ippjanati fl-2008.

(7)

Għall-idroflorukarburi l-allokazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u l-importaturi hija skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/195/KE tas-27 ta’ Marzu 2007 (3) li tiddetermina l-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u l-importaturi għall-idroflorokarburi għas-snin 2003 sa l-2009 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi u l-kumpaniji jibbenefikaw fi żmien xieraq mill-kwoti allokati ta’ l-importazzjoni u b’hekk jiżguraw il-kontinwità meħtieġa ta’ l-operazzjonijiet tagħhom, jixraq li d-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp I (kloroflorokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u grupp II (kloroflorokarburi oħra aloġenati bis-sħiħ) suġġett għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2008 minn għejun barra l-Komunità għandha tkun ta’ 8 608 000,00 kilogrammi b’potenzjal ta' tnaqqir ta' l-ożonu (ODP).

2.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati mill-grupp III (aloni) suġġett għar-Regolament( EC) Nru 2037/2000 li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2008 minn għejun barra l-Komunità għandha tkun ta' 5 144 000,00 kilogrammi ODP.

3.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati mill-grupp IV (tetrakloru tal-karbonju) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2008 minn għejun barra l-Komunità għandha tkun ta' 10 000 330,00 kilogrammi ODP.

4.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati mill-grupp V (1,1,1-trikloroetan) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2008 minn għejun barra l-Komunità għandha tkun ta' 400 060,00 kilogrammi (ODP).

5.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati mill-grupp VI (bromid tal-metil) suġġett għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2008 minn għejun barra l-Komunità għall-użu tal-kwarantina jew qabel it-trasbord, għall-għalf u għall-qerda għandha tkun ta' 1 372 411,20 kilogrammi ODP.

6.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp VII (idrobromoflorokarburi) suġġett għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2008 minn għejun barra l-Komunità fl-2005 għandha tkun ta' 146,00 kilogrammi (ODP).

7.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati mill-grupp VIII (idrokloroflorokarboni) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2008 minn għejun barra l-Komunità għandha tkun ta' l-ożonu ta' 10 102 977,467 kilogrammi (ODP).

8.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati mill-grupp IX (bromoklorometan) suġġett għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2008 minn għejun barra l-Komunità se għandha tkun ta' 168 012,00-il kilogramma (ODP).

Artikolu 2

1.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-kloroflorokarboni 11, 12, 113, 114 u 115 u kloroflorokarboni oħra kompletament aloġenati matul il-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness I.

2.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-halons matul il-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 għandha tkungħall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness II.

3.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbon matul il-perjodu ta' l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness III għal dan.

4.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu ta' l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness IV.

5.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-bromid tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness V.

6.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-idroflorokarburi matul il-perjodu ta' l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VI.

7.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-idrofluorokarburi matul il-perjodu ta' l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VII.

8.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-bromklorometan matul il-perjodu ta' l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VIII.

9.   Il-kwoti ta' importazzjoni għall-klorofluorokarburi 11, 12, 113, 114 u 115, kloroflorokarburi oħra aloġenati bis-sħiħ, aloni, tetraklorur tal-karbonju, 1,1,1-trikloroetan, bromid tal-metil, idrobromoflorokarburi, idrokloroflorokarboni u bromokloroetan waqt il-perjodu ta' l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 għandha tkun kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

 

Agropest Sp. z o.o.

ul. Górnicza 12/14

PL-91-765 Łódź

 

Albemarle Chemicals SAS

28, Étang de la Gaffette

F-13521 Port-de-Bouc

 

Albemarle Europe SPRL

Parc Scientifique Einstein

Rue du Bosquet 9

B-1348 Louvain-la-Neuve

 

Alcobre SA

C/Luis I, Nave 6-B

Poligono Industrial Vallecas

E-28031 Madrid

 

Arkema SA

420, rue d'Estienne D'Orves

F-92705 Colombes

 

AT-Karlovo

56 A, General Kartzov str.

Karlovo 4302

Bulgaria

 

Avantec SA

26, Avenue du Petit Parc

F-94683 Vincennes

 

Bang & Bonsomer

20/22 - 3 Jekaba str

LV-1050 Riga

 

BASF SE

Carl-Bosch-Str. 38

D-67605 Ludwigshafen

 

BaySystems Ibéria

Crta Vilaseca – La Pineda s/n

E-43006 Tarragona

 

Blye Engineering Co Ltd

Naxxar Road

San Gwann SGN 07

Malta

 

Bromotirrena Srl

Via Torino, 4

I-04022 Fondi (LT)

 

Calorie Fluor SAS

503, rue Hélène Boucher

ZI Buc — BP 33

F-78534 Buc Cedex

 

Desautel SAS

Parc d'Entreprises BP 9

F-01121 Montluel (Cedex)

 

Dow Deutschland Anlagegesellschaft mbH

Buetzflethersand

D-21683 Stade

 

DuPont de Nemours (Nederland) BV

Baanhoekweg 22

3313 LA Dordrecht

Nederland

 

Dyneon GmbH & Co KG

Werk Gendorf

D-84504 Burgkirchen

 

Empor d.o.o.

Leskoškova 9a

SLO-1000 Ljubljana

 

Etis d.o.o.

Trzaska 333

SLO-1000 Ljubljana

 

Eurobrom BV

Fosfaatweg 48

1013 BM Amsterdam

Nederland

 

Freolitus

Centrine g. 1D

Ramučiai, Kauno r. LT-54464

Lithuania

 

Fenner Dunlop

Oliemolenstraat 2

9203 ZN Drachten

Nederland

 

Fujifilm Electronic Materials (Europe) NV

Keetberglaan 1A

Haven 1061

B-2070 Zwijndrecht

 

G.A.L Cycle-Air Ltd

3, Sinopis Str.,

Strovolos

2835 Nicosia

Cyprus

 

Galco SA

Avenue Carton de Wiart 79

B-1090 Brussels

 

Harp International Ltd.

Gellihirion Industrial Estate

Rhondda Cynon Taff

Pontypridd CF37 5SX

United Kingdom

 

Honeywell Fluorine Products Europe BV

Laarderhoogtweg 18,

1101 EA Amsterdam

Nederland

 

Hovione Farmaciencia SA

Sete Casas

P-2674-506 Loures

 

Ineos Fluor Ltd

PO Box 13, The Heath

Runcorn, Cheshire WA7 4QX

United Kingdom

 

Laboratorios Miret SA (Lamirsa)

Geminis 4

E-08228 Terrassa (Barcelona)

 

Linde Gaz Polska Sp. z o.o.

al. Jana Pawla II 41 a

PL-31-864 Kraków

 

Matero Ltd

PO Box 51744

3508 Limassol

Cyprus

 

Mebrom NV

Assenedestraat 4

B-9940 Rieme Ertvelde

 

Poż-Pliszka Sp. z o.o.

ul. Szczecińska 45

PL-80-392 Gdańsk

 

PUPH SOLFUM Sp. z o.o.

ul. Ziemiańska 21

PL-95-070 Rąbień AB

 

Refrigerant Products Ltd.

Banyard Road

Portbury West

Bristol BS20 7XH

United Kingdom

 

Sigma Aldrich Company

The Old Brickyard, New Road

Gillingham SP8 4XT

United Kingdom

 

Sigma Aldrich Logistik GmbH

Riedstraße 2

D-89555 Steinheim

 

SJB Energy Trading BV

Slagveld 15

3230 AG Brielle

Nederland

 

Solquimia Iberia

C/Mexico no 3

E-50196 La Muela (Zaragoza)

 

Solvay Fluor GmbH

Hans-Böckler-Allee 20

D-30173 Hannover

 

Solvay Organics GmbH

Hans-Böckler-Allee 20

D-30173 Hannover

 

Solvay Solexis SpA

Viale Lombardia 20

I-20021 Bollate (MI)

 

Syngenta Crop Protection

Surrey Research Park

30 Priestly Road, Guildford Surrey

GU2 7YH

United Kingdom

 

Tazzetti Fluids SRL

Corso Europa n. 600/a

I-10070 Volpiano (TO)

 

Vrec-Co Import-Export Kft.

Kossuth u. 12

HU-6763 Szatymaz

 

Wigmors

ul. Irysowa 5

PL-51-117 Wrocław

 

Wilhelmsen Maritime Service AS

Wilhelmbarentstraat 50, 3165 AB

Rotterdam/Albrandswaard

Nederland

 

Zakłady Azotowe w Tarnowie-Mościcach

ul. Kwiatkowskiego 8

PL-33-101 Tarnów

 

Zephyr Kereskedelmi és Szolgáltató Kft.

6000 Kecskemét

Tatár sor 18.

Hungary

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.7.2007, p. 35).

(2)   ĠU C 164, 18.7.2007, p. 22.

(3)   ĠU L 88, 29.3.2007, p. 51.


ANNESS I

GRUPPI I U II

Il-kwoti ta' importazzjoni għall-kluorofluorokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u kluorofluorokarburi kompletament aloġenati oħra allokati lill-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu fl-għalf u għall-qerda mill-perjodu ta' l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008.

 

Avantec S.A. (FR)

 

Ineos Fluor Ltd (UK)

 

Honeywell Fluorine Products Europe (NL)

 

Solvay Fluor GmbH (DE)

 

Solvay Solexis SpA (IT)

 

Syngenta Crop Protection (UK)

 

Tazzetti Fluids Srl. (IT)

 

Wilhelmsen Maritime Service AS (NL)

ANNESS II

GRUPP III

Kwoti ta' importazzjoni għall-aloni allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għal użi kritiċi u għalll-qerda waqt il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008.

 

Avantec S.A. (FR)

 

BASF SE (DE)

 

Desautel SAS (FR)

 

Poz Pliszka (PL)

 

Wilhelmsen Maritime Service AS (NL)

ANNESS III

GRUPP IV

Kwoti ta' importazzjoni tat-tetrakloridu tal-karbonju allokati lill-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala għalf u għall-qerda matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008.

 

Dow Deutschland (DE)

 

Fenner Dunlop (NL)

ANNESS IV

GRUPP V

Kwoti ta' importazzjoni tal-1,1,1-trikloroetan allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu għall-għalf u għall-qerda waqt il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008.

 

Arkema SA (FR)

 

Fujifilm Electronic Materials Europe (BE)

ANNESS V

GRUPP VI

Il-kwoti ta’ l-importazzjoni għall-bromid- tal-metil allokati lill-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-kwarantina u t-trattamenti ta’ qabel it-trasbord, għall-użu għall-għalf u għall-qerda matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008.

 

AT-KARLOVO (BG)

 

Agropest Sp. z o.o. (PL)

 

Albemarle Chemicals (FR)

 

Albemarle Europe (BE)

 

Bang & Bonsomer (LV)

 

Bromotirrena Srl (IT)

 

Eurobrom B.V. (NL)

 

Mebrom N.V. (BE)

 

PUPH SOLFUM Sp. z o.o. (PL)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

 

Zephyr Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (HU)

ANNESS VI

GRUPP VII

Il-kwoti ta' l-importazzjoni għall-idrobromoflorokarburi allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu għalll-għalf waqt il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008.

Hovione Farmaciencia SA (PT)

ANNESS VII

GRUPP VIII

Kwoti għall-importazzjoni ta' l-idrofluorokarburi allokati lill-produtturi u l-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 195/2007/KE għall-għalf, għall-aġenti ta' l-ipproċessar, għar-reklamazzjoni, għall-qerda u applikazzjonijiet oħra permessi skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-perjodu 1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008.

Produttur

 

Arkema SA (FR)

 

DuPont de Nemours (Nederland) B.V. (NL)

 

Honeywell Fluorine Products Europe B.V. (NL)

 

Ineos Fluor Ltd (UK)

 

Solvay Fluor GmbH (DE)

 

Solvay Organics GmbH (DE)

 

Solvay Solexis SpA (IT)
Importatur

 

Alcobre S.A. (ES)

 

Avantec S.A. (FR)

 

Bay Systems Iberia (ES)

 

Blye Engineering Co. Ltd (MT)

 

Calorie Fluor S.A. (FR)

 

Dyneon GmbH (DE)

 

Etis d.o.o. (SI)

 

Etis d.o.o. (SI)

 

Freolitus (LT)

 

Avantec S.A. (BE)

 

G.AL. G.AL.Cycle Air Ltd (CY)

 

Harp International Ltd (UK)

 

Linde Gaz Polska Sp. Z o.o (PL)

 

Matero Ltd (CY)

 

Mebrom NV (BE)

 

Refrigerant Products Ltd. (UK)

 

SJB Energy Trading B.V. (NL)

 

Sigma Aldrich Chimie (UK)

 

Solquimia Iberia, S.L. (ES)

 

Tazzetti Fluids S.r.l. (IT)

 

Vrec-Co Import-Export Kft. (HU)

 

Wigmors (PL)

 

Wilhelmsen Maritime Service AS (NL)

 

Zaklady Azotowe (PL)

ANNESS VIII

GRUPP IX

Il-kwoti ta' l-importazzjoni tal-bromoklorometan allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu għall-għalf waqt il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008.

 

Albemarle Europe (BE)

 

Eurobrom B.V. (NL)

 

Laboratorios Miret SA (LAMIRSA) (ES)

 

Sigma Aldrich Logistik GmbH (DE)

ANNESS IX

(Dan l-Anness mhuwiex ppubblikat minħabba li fih informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali).


4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 144/77


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Mejju 2008

dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1873)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/411/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni wriet l-appoġġ tagħha għal użu aktar flessibbli ta’ l-ispettru tar-radju fil-Komunikazzjoni tagħha “Aċċess ta’ malajr għall-ispettru għas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika bla wajers permezz ta’ iktar flessibiltà” (2), li tirrigwarda fost l-oħrajn il-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz. Fl-opinjoni tal-Grupp għall-Politika ta’ l-Ispettru tar-Radju (RSPG) tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-Politika ta’ Aċċess bla Wajers għal Servizzi ta’ Komunikazzjoni Elettronika (WAPECS), l-Istati Membri saħqu fuq in-newtralità teknoloġika u n-newtralità tas-servizz bħala għanijiet importanti ta’ politika fit-triq lejn użu aktar flessibbli ta’ l-ispettru tar-radju. Barra minn hekk, skond din l-opinjoni, dawn l-għanijiet ta’ politika ma għandhomx jiġu introdotti f'daqqa, iżda b'mod progressiv sabiex ma jkunx hemm xkiel għas-suq.

(2)

L-allokazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għall-applikazzjonijiet fissi, nomadiċi u mobbli hija element importanti għall-konverġenza tas-setturi tal-komunikazzjoni mobbli u fissa u tax-xandir, u tirrifletti l-innovazzjoni teknika. Is-servizzi pprovduti f'din il-medda ta’ frekwenzi għandhom ikunu mmirati l-aktar lejn l-aċċess ta’ l-utent aħħari għall-komunikazzjoni broadband.

(3)

Huwa mistenni li s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika broadband bla wajers li għalihom se tkun allokata l-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz fil-parti l-kbira tagħhom ikunu pan-Ewropej, fis-sens illi min jinqeda bit-tali servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru partikolari jkun jista' jikseb aċċess għal servizzi ekwivalenti fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.

(4)

Skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, fl-4 ta’ Jannar 2006 l-Kummissjoni tat mandat lill-Konferenza Ewropea ta’ l-amministrazzjonijiet tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet (minn issa 'l quddiem “is-CEPT”) biex tidentifika l-kundizzjonijiet marbutin mal-provvista ta’ meded ta’ frekwenzi tar-radju armonizzati fl-UE għall-applikazzjonijiet ta’ Aċċess għall-Broadband bla Wajers (BWA).

(5)

Bħala tweġiba għal dak il-mandat, is-CEPT ħarġet rapport (ir-Rapport Nru 15 tas-CEPT) dwar l-aċċess għall-broadband bla wajers, li jikkonkludi li l-implimentazzjoni ta’ netwerks fissi, nomadiċi u mobbli huwa teknikament vijabbli fil-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz skond il-kundizzjonijiet tekniċi deskritti fid-Deċiżjoni ECC/DEC/(07)02 u r-Rakkomandazzjoni ECC/REC/(04)05 tal-Kumitat tal-Komunikazzjoni Elettronika.

(6)

Fid-dawl tad-domanda tas-suq għall-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika terrestri li jipprovdu aċċess għall-broadband f'dawn il-meded ta’ frekwenzi, ir-riżultati tal-mandat tas-CEPT għandhom isiru applikabbli fil-Komunità u jiġu implimentati fl-Istati Membri mingħajr dewmien. B'qies għad-differenzi fl-użu attwali u fid-domanda tas-suq għall-meded sekondarji ta’ bejn it- 3 400 u t-3 600 MHz u ta’ bejn it-3 600 u t-3 800 MHz fuq il-livell nazzjonali, għandha tiġi stabbilita skadenza differenti għall-allokazzjoni u d-disponibbiltà ta’ dawn il-meded sekondarji.

(7)

L-allokazzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz skond ir-riżultati tal-mandat għall-BWA jirrispettaw il-fatt li hemm applikazzjonijiet oħrajn f'dawn il-meded ta’ frekwenzi, u ma jeskludux l-użu ta’ dawn il-meded fil-ġejjieni minn sistemi u servizzi oħrajn li għalihom jiġu allokati dawn il-meded skond ir-Regolamenti tar-Radju ta’ l-UIT (allokazzjoni fuq bażi mhux esklussiva). Fir-Rapport 100 ta’ l-ECC ġew żviluppati kriterji xierqa ta’ qsim għall-koeżistenza ma’ sistemi u servizzi oħrajn fl-istess meded ta’ frekwenzi jew fil-meded li jmissu magħhom. Dan ir-rapport jikkonferma, fost l-oħrajn, li l-qsim ma’ servizzi tas-satellita sikwit ikun vijabbli meta wieħed iqis il-firxa ta’ l-implimentazzjoni tagħhom fl-Ewropa, ir-rekwiżiti tal-firda ġeografika u l-evalwazzjoni każ b'każ tat-topografija reali ta’ l-art.

(8)

Il-Block Edge Masks (BEM) huma parametri tekniċi li japplikaw għall-blokk sħiħ ta’ l-ispettru ta’ utent speċifiku, irrispettivament mill-għadd ta’ kanali okkupati mit-teknoloġija magħżula mill-utent. Dawn il-masks huma maħsubin biex jiffurmaw parti mir-reġim ta’ awtorizzazzjoni għall-użu ta’ l-ispettru. Ikopru kemm l-emissjonijiet ġewwa l-blokk ta’ l-ispettru (jiġifieri l-potenza ġewwa l-blokk) kif ukoll l-emissjonijiet barra mill-blokk (jiġifieri l-emissjoni 'l barra mill-blokk). Huma rekwiżiti regolatorji mmirati li jevitaw ir-riskju ta’ interferenza ta’ ħsara bejn netwerks li jinsabu qrib xulxin, u huma mingħajr preġudizzju għal-limiti stabbiliti fi standards għat-tagħmir skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1999/5/KE tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (id-Direttiva R&TTE) (3).

(9)

L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti ta’ l-ispettru ma tkoprix l-allokazzjoni, il-proċeduri għal kif u meta jinħarġu l-liċenzji, u lanqas ma tkopri d-deċiżjoni rigward jekk għandhomx jintużaw proċeduri ta’ selezzjoni kompetittiva għall-allokazzjoni tal-frekwenzi tar-radju, li se jiġu organizzati mill-Istati Membri skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(10)

Id-differenzi fil-qagħdiet fuq livell nazzjonali jistgħu jirriżultaw f'tagħwiġ tal-kompetizzjoni. Il-qafas regolatorju ezistenti jagħti l-għodda meħtieġa lill-Istati Membri biex jaffrontaw dawn il-problemi b'mod proporzjonat, oġġettiv u mhux diskriminatorju, soġġett għal-leġiżlazzjoni Komunitarja, inkluż għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/20/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (4) u għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/21/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (id-Direttiva Kwadru) (5).

(11)

L-użu tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz minn applikazzjonijiet oħra eżistenti f'pajjiżi terzi jista’ jillimita l-introduzzjoni u l-użu ta’ din il-medda minn netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika f'għadd ta’ Stati Membri. It-tagħrif rigward dawn il-limitazzjonijiet għandu jiġi mgħarraf lill-Kummissjoni skond l-Artikoli 7 u 6(2) tad-Deċiżjoni 676/2002/KE, u għandu jiġi ppubblikat skond l-Artikolu 5 ta’ l-istess Deċiżjoni.

(12)

Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tal-medda bejn it-3 400 u t-3 800 MHz ukoll għal żmien fit-tul, l-amministrazzjonijiet għandhom ikomplu bl-istudji li jistgħu jżidu l-effiċjenza u l-użu innovattiv, bħall-arkitetturi ta’ “mesh networks”. Dawn l-istudji għandhom jitqiesu meta tkun se tiġi kkunsidrata reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(13)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tarmonizza l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, mingħajr ħsara għall-ħarsien u l-operat kontinwu ta’ użi oħra eżistenti f'din il-medda.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jallokaw u jqiegħdu għad-dispożizzjoni, fuq bażi mhux esklussiva, il-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 600 MHz għan-netwerks terrestri ta’ komunikazzjoni elettronika, skond il-parametri mogħtija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Sa l-1 ta’ Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom jallokaw u wara jqiegħdu għad-dispożizzjoni, fuq bażi mhux esklussiva, il-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 600 u t-3 800 MHz għan-netwerks terrestri ta’ komunikazzjoni elettronika, skond il-parametri mogħtija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerks imsemmija fil-paragrafi (1) u (2) iħarsu bix-xieraq is-sistemi fil-meded li jmissu magħhom.

4.   L-Istati Membri ma għandhomx ikunu marbutin li jimplimentaw l-obbligi ta’ din id-Deċiżjoni f'żoni ġeografiċi fejn il-koordinazzjoni mal-pajjiżi terzi tirrikjedi devjazzjoni mill-parametri fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex isolvu tali devjazzjonijiet, u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom, inklużi ż-żoni ġeografiċi milquta, u jippubblikaw it-tagħrif relevanti skond id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz skond l-Artikolu 2 għan-netwerks fissi, nomadiċi u mobbli ta’ komunikazzjoni elettronika.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz taħt sorveljanza kontinwa, u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ ssir reviżjoni regolari u f’waqtha tad-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  COM(2007)50. Traduzzjoni Maltija mhux disponibbli.

(3)   ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1).

(4)   ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(5)   ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32).


ANNESS

IL-PARAMETRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

Il-parametri tekniċi li ġejjin, imsejħin Block Edge Mask (BEM), huma element fundamentali tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-koeżistenza fin-nuqqas ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn netwerks li jmissu ma' xulxin. Jekk jintlaħaq ftehim fost l-operaturi tat-tali netwerks, jistgħu jintużaw ukoll parametri tekniċi inqas stretti. It-tagħmir li jopera f'din il-medda ta’ frekwenzi jista’ juża wkoll limiti ta’ potenza iżotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.) (1) differenti minn dawk mogħtija hawn isfel, sakemm ikunu applikati tekniċi xierqa ta’ taffija konformi mad-Direttiva 1999/5/KE, u li joffru livell ta’ protezzjoni talanqas ekwivalenti għal dak ipprovdut minn dawn il-parametri tekniċi (2).

A)   IL-LIMITI GĦALL-EMISSJONIJIET ĠEWWA L-BLOKK:

Tabella 1

Il-limiti tad-densità spettrali ta’ l-e.i.r.p. għas-sistemi fissi u nomadiċi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz

It-tip ta’ stazzjon

Id-densità spettrali massima ta’ l-e.i.r.p.

(dBm/MHz)

(inklużi t-tolleranzi u l-firxa tal-kontroll awtomatiku tal-potenza tat-trażmettitur (ATPC))

L-istazzjon ċentrali (u l-konnessjonijiet dixxendentali ta’ l-Istazzjon Ripetitur)

+53  (3)

L-istazzjon terminali ta’ barra (u l-konnessjonijiet axxendentali ta’ l-Istazzjon Ripetitur)

+50

L-istazzjon terminali (ta' ġewwa)

+42


Tabella 2

Il-limiti tad-densità spettrali ta’ l-e.i.r.p. għas-sistemi mobbli bejn it-3 400 u t-3 800 MHz

It-tip ta’ stazzjon

Id-densità spettrali massima ta’ l-e.i.r.p.

(dBm/MHz)

(Il-firxa minima ta’ l-ATPC: 15-il dB)

L-istazzjon ċentrali

+53  (4)

L-istazzjon terminali

+25

B)   IL-LIMITI GĦALL-EMISSJONIJIET 'IL BARRA MILL-BLOKK (IL-BLOCK EDGE MASK GĦALL-ISTAZZJONIJIET ĊENTRALI)

Figura

L-emissjonijiet 'il barra mill-blokk ta’ l-istazzjon ċentrali

Image 1

Id-devjazzjoni tal-frekwenza

Definizzjoni

(il-% mid-daqs tal-blokk allokat)

A

20  %

B

35  %

NB: F'każ li l-blokks li jmissu ma' xulxin ikunu ta’ daqs differenti, il-perċentwali mogħtija fil-kolonna “Definizzjoni” jirreferu għall-iżgħar blokk minn fosthom.

Densità tal-potenza ta’ ħruġ tat-trażmettitur (dBm/MHz)

Blokk allokat

Blokk li jmiss miegħu

PMAX

Medda ta’ ħarsien interna (~1/2 kanal tas-sistema)

L-ewwel kanal tas-sistema (daqs tipiku)

It-tieni kanal tas-sistema l (daqs tipiku)

-6

-47

-59

0

A

B

F, minn xifer il-blokk (block edge)

Tabella

Deskrizzjoni f'forma ta’ tabella tal-Block Edge Mask ta’ l-istazzjon ċentrali

Id-devjazzjoni tal-frekwenza

Il-limiti tad-densità tal-potenza ta’ ħruġ tat-trażmettitur ta’ l-istazzjon ċentrali

(dBm/MHz)

Fil-medda ta’ frekwenzi (ġewwa l-blokk allokat)

Ara t-Tabelli 1 u 2

ΔF = 0

– 6

0<ΔF<A

– 6 – 41· (ΔF/A)

A

– 47

A<ΔF<B

– 47 – 12· ((ΔF – A)/(B – A))

ΔF≥B

– 59


(1)   equivalent isotropically radiated power (potenza iżotropika rradjata ekwivalenti).

(2)  Il-kundizzjonijiet tekniċi ġenerali li japplikaw għan-netwerks fissi u nomadiċi huma deskritti fl-Istandards Armonizzarti EN 302 326-2 u EN 302 326-3, li jinkludu wkoll tifsiriet għal “Stazzjon ċentrali” u “Stazzjon terminali”. It-terminu “Stazzjon ċentrali” jista’ jitqies ekwivalenti għat-terminu “Stazzjon bażi” fil-kuntest tan-netwerks ċellulari mobbli.

(3)  Il-valur tad-densità spettrali ta’ l-e.i.r.p. ta’ l-istazzjon ċentrali mogħti fit-tabella jitqies xieraq għall-antenni settorjali konvenzjonali ta’ 90 grad.

(4)  Il-valur tad-densità spettrali ta’ l-e.i.r.p. ta’ l-istazzjon ċentrali mogħti fit-tabella jitqies xieraq għall-antenni settorjali konvenzjonali ta’ 90 grad.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 144/82


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ CHAD/3/2008

tat-28 ta’ Mejju 2008

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/1/2008 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/2/2008 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

(2008/412/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/677/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Afrikana Ċentrali (1) (Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/1/2008 tat-13 ta’ Frar 2008 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana (2) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/2/2008 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (3),

Billi:

(1)

B’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-kontribut mill-Federazzjoni Russa mill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE u l-Kumitat Militari ta’ l-Unjoni Ewropea, il-kontribut mill-Federazzjoni Russa għandu jiġi aċċettat.

(2)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Chad/1/2008 tat-13 ta’ Frar 2008 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Kontributi ta’ Stati Terzi

B’segwitu għall-Konferenzi dwar il-Ħolqien ta’ Forza u konsultazzjonijiet oħrajn, il-kontributi mir-Repubblika ta’ l-Albanija u l-Federazzjoni Russa għandhom jiġu aċċettati għall-operazzjoni militari ta’ l-UE fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana.”

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà CHAD/2/2008 tat-18 ta’ Marzu 2008 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

Lista ta’ stati terzi msemmija fl-Artikolu 2(1)

ir-Repubblika ta’ l-Albanija

il-Federazzjoni Russa”.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

M. IPAVIC


(1)   ĠU L 279, 23.10.2007, p. 21.

(2)   ĠU L 56, 29.2.2008, p. 64.

(3)   ĠU L 107, 17.4.2008, p. 60.