|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
|
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2008/404/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjun amministrattiv fl-Italja huwa uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1876) ( 1 ) |
|
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2008/405/KE |
|
|
|
* |
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2008 dwar il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi 2-nitrotoluene u 2,4-dinitrotoluene (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2233) ( 1 ) |
|
|
|
Corrigendum |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
31.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 480/2008
tas-26 ta' Mejju 2008
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-emendi għall-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar 2005 sas-17 ta’ Jannar 2011, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tas-Seychelles
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) u ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tas-Seychelles, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar 2005 sas-17 ta’ Jannar 2011, ġie adottat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 115/2006 fit-23 ta’ Jannar 2006 (2). |
|
(2) |
Konformement ma’ l-Artikolu 9 tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u s-Seychelles iltaqgħu f’Kumitat Konġunt. |
|
(3) |
Sussegwentement għal dan il-Kumitat Konġunt, saru xi emendi lill-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar sas-17 ta’ Jannar 2011, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd, inizjalat fit-23 ta’ Settembru 2004 u adottat permezz tar-Regolament (KE) Nru 115/2006. |
|
(4) |
Huwa fl-interess tal-Komunità li l-emendi għall-Protokoll jiġu approvati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-emendi għall-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar 2005 sas-17 ta’ Jannar 2011, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tas-Seychelles huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huwa anness ma’ dan ir-Regolament (3).
Artikolu 2
L-opportunitajiet tas-sajd stipulati mill-Protokoll u deċiżi fir-Regolament tal-Kunsill Nru 115/2006 tat-23 ta’ Jannar 2006 ma jinbidlux u huma kkonfermati skond l-allokazzjonijiet segwenti:
|
Kategoriji tas-sajd |
Stat Membru |
L-opportunitajiet ta’ sajd |
|
Bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun |
Franza |
17-il bastiment |
|
Spanja |
22 bastiment |
|
|
l-Italja |
bastiment wieħed |
|
|
Bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ |
Spanja |
2 bastimenti |
|
Franza |
5 bastimenti |
|
|
Il-Portugall |
5 bastimenti |
Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ dawn l-Istati Membri ma jkoprux id-drittijiet tas-sajd stipulati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor.
Artikolu 3
L-Istati Membri li bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ kull stokk maqbud fiż-żona tas-sajd tas-Seychelles skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta’ l-14 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħud mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità f’ibħra ta’ pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa (4).
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU C 286 E, 23.11.2006, p. 481.
|
31.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 481/2008
tat-30 ta’ Mejju 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2008.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
53,6 |
|
MK |
44,3 |
|
|
TN |
105,3 |
|
|
TR |
69,5 |
|
|
ZZ |
68,2 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
30,3 |
|
TR |
109,7 |
|
|
ZZ |
70,0 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
103,1 |
|
ZZ |
103,1 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
67,0 |
|
IL |
65,9 |
|
|
MA |
54,5 |
|
|
TN |
91,4 |
|
|
TR |
71,2 |
|
|
US |
60,7 |
|
|
ZA |
97,5 |
|
|
ZZ |
72,6 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
154,7 |
|
IL |
134,6 |
|
|
TR |
149,9 |
|
|
US |
152,9 |
|
|
UY |
61,8 |
|
|
ZA |
110,6 |
|
|
ZZ |
127,4 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
126,8 |
|
BR |
88,0 |
|
|
CA |
61,8 |
|
|
CL |
91,2 |
|
|
CN |
85,5 |
|
|
MK |
65,0 |
|
|
NZ |
112,5 |
|
|
TR |
85,9 |
|
|
US |
120,1 |
|
|
UY |
94,7 |
|
|
ZA |
83,5 |
|
|
ZZ |
92,3 |
|
|
0809 20 95 |
TR |
465,8 |
|
US |
508,1 |
|
|
ZZ |
487,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
31.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 482/2008
tat-30 ta' Mejju 2008
li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament dwar il-forniment tas-servizzi) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 550/2004, il-Kummissjoni għandha tidentifika u tadotta d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rekwiżiti Regolatorji ta' Sikurezza tal-Eurocontrol (“ESARRs”), filwaqt li titqies il-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti. L-ESARR 6 (intitolata “Softwer fis-sistemi ATM” jipprevedi sett ta' rekwiżiti regolatorji ta' sikurezza għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' garanzija tas-sigurtà tas-softwer. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 ta' l-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru (2), fl-aħħar sentenza tal-premessa (12) jipprovdi li “Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-ESARR 1 dwar is-sorveljanza tas-Sigurtà fl-ATM u ta’ l-ESARR 6 fuq is-softwer f’sistemi ATM, għandhom jiġu identifikati u adottati permezz ta’ atti Komunitarji separati.” ] |
|
(3) |
L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 jirrikjedi li fornituri ta’ servizzi tat-traffiku i bl-ajru jimplimentaw sistema għall-ġestjoni tas-sigurtà kif ukoll ħtiġiet tas-sigurtà għall-valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward tat-tibdiliet. Fl-istruttura tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tagħhom, u bħala parti mill-attivitajiet ta’ valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward tat-tibdiliet, il-fornitur tas-servizz ta’ traffiku bl-ajru għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw sistema ta’ garanzija tas-sikurezza tas-softwer biex tindirizza speċifikament aspetti marbuta mas-softwer. |
|
(4) |
L-għan ewlieni tas-sigurtà tas-softwer li għandu jintlaħaq għal sistemi funzjonali li fihom is-softwer huwa li jiżgura li r-riskji assoċjati ma’ l-użu tas-softwer fis-sistemi tan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru (“Softwer EATMN”) tnaqqsu għal livell tollerabbli. |
|
(5) |
Dan ir-Regolament m’għandux ikopri operazzjonijiet militari u ta’ taħriġ kif jissemma fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament ta' qafas) (3). |
|
(6) |
L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 għandu jkun emendat f'dan is-sens. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ajru Uniku. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ sistema għall-garanzija tas-sigurtà tas-softwer mill-fornituri tas-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru (ATS), minn entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ ġestjoni tal-flussi tat-traffiku ta’ l-ajru (ATFM), ta' ġestjoni ta’ l-ispazju ta’ l-ajru (ASM) għat-traffiku ta’ l-ajru ġenerali, u mill-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni u sorveljanza (CNS).) u.
Huwa jidentifika u jadotta d-dispożizzjonijiet mandatorji tar-Rekwiżit Regolatorju tas-Sikurezza tal-Eurocontrol ESARR 6 b imsemmi “Softwer f’sistemi ATM” maħruġ fis-6 ta’ Novembru 2003.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għas-softwer il-ġdid u għal kwalunkwe tibdil fis-softwer tas-sistemi għall-ATS, ASM, ATFM u CNS.
Dan m’għandux japplika għas-softwer ta’ kostitwenti fl-ajru u għal tagħmir ibbażat fl-ispazju.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 għar-Regolament (KE) Nru 549/2004.
It-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
|
(1) |
“softwer” tfisser programmi tal-kompjuter u dejta ta’ konfigurazzjoni korrispondenti, inkluż softwer mhux ta’ żvilupp iżda esklużi oġġetti elettroniċi bħalma huma ċirkwiti integrati speċifiċi għal applikazzjonijiet partikolari, gate arrays programmabbli jew solid-state logic controllers. |
|
(2) |
“dejta ta’ konfigurazzjoni” tfisser dejta li tikkonfigura sistema ta’ softwer ġenerika għal każ partikolari ta’ l-użu tagħha; |
|
(3) |
“softwer mhux ta’ żvilupp” tfisser softwer mhux żviluppat għall-kuntratt attwali; |
|
(4) |
“garanzija tas-sigurtà” tfisser li l-azzjonijiet kollha ppjanati u sistematiċi li huma meħtieġa għall-provvista ta’ kunfidenza adegwata li prodott, servizz, organizzazzjoni jew sistema funzjonali kisbu livell aċċettabbli jew tollerabbli ta’ sigurtà; |
|
(5) |
“organizzazzjoni” tfisser jew fornitur ta’ ATS, fornitur ta’ CNS inkella xi entità li tipprovdi ATFM jew ASM; |
|
(6) |
“sistema funzjonali” tfisser taħlita ta' sistemi, proċeduri u riżorsi umani organizzati b’tali mod li jwettqu funzjoni fil-kuntest ta' l-ATM; |
|
(7) |
“riskju” tfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà kumplessiva jew il-frekwenza ta' avvenimenti b'effetti ta' ħsara b'riżultat ta' periklu kif ukoll is-serjetà ta' dak l-effett; |
|
(8) |
“periklu” tfisser kwalunkwe kundizzjoni, avveniment jew ċirkostanza li jistgħu jwasslu għal inċident; |
|
(9) |
“softwer ġdid” tfisser softwer li ġie ordnat jew li għalih ġew iffirmati kuntratti vinkolanti wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; |
|
(10) |
“għan tas-sikurezza” tfisser stqarrija kwalitattiva jew kwantitattiva li tiddefinixxi l-frekwenza jew il-probabbiltà massima li biha jista' jseħħ xi periklu; |
|
(11) |
“rekwiżit tas-sigurtà” tfisser mezz ta’ mitigazzjoni tar-riskju, definit mill-istrateġija ta' mitigazzjoni tar-riskju, li jippermetti li jintlaħaq għan partikolari tas-sigurtà, inkluż ir-rekwiżiti ta' organizzazzjoni, operazzjoni, proċedura, funzjoni, rendiment u interoperabbiltà jew il-karatteristiċi ambjentali; |
|
(12) |
“qtugħ jew tbiddil fil-post” tfisser l-approċċ ta’ sostituzzjoni tal-komponenti tan-Netwek Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru (EATMN) tas-sistema jew tas-softwer EATMN waqt li s-sistema tkun qed taħdem; |
|
(13) |
“rekwiżit tas-sigurtà tas-softwer” tfisser deskrizzjoni tal-prodott mistenni mis-softwer b’riżultat ta’ l-inputs u tal-limitazzjonijiet, u li jekk jintlaħaq, jiżgura li s-softwer EATMN jaħdem b’mod sikur u skond il-ħtieġa operattiva; |
|
(14) |
“softwer EATMN” tfisser softwer użata fis-sistemi EATMN r msemmija fl-Artikolu 1; |
|
(15) |
“validità tar-rekwiżiti” tfisser il-konferma b'eżami u l-forniment ta' evidenza oġġettiva li r-rekwiżiti partikolari għal użu speċifiku huma kif maħsub. |
|
(16) |
“miksuba b’indipendenza” tfisser, għal proċess ta' verifika tas-softwer, li attivitajiet tal-proċess ta’ verifika tas-softwer isiru minn persuna/i minbarra l-iżviluppatur ta’ l-oġġett taħt verifika; |
|
(17) |
“nuqqas ta’ funzjonament tas-softwer” tfisser li programm ma jkunx kapaċi jwettaq funzjoni meħtieġa b’mod korrett; |
|
(18) |
“falliment tas-softwer” tfisser li programm ma jkunx kapaċi jwettaq funzjoni meħtieġa; |
|
(19) |
“COTS” tfisser applikazzjoni disponibbli kummerċjalment li tinbiegħ minn bejjiegħa permezz ta’ katalgi pubbliċi u li mhix maħsuba li tiġi mmodifikata jew imtejba; |
|
(20) |
“komponenti tas-softwer” tfisser komponent bażiku li jista’ jitwaħħal jew jitqabbad ma’ komponenti oħra ta’ softwer li jistgħu jintużaw aktar minn darba biex tinħoloq applikazzjoni ta’ softwer għal użu partikolari; |
|
(21) |
“komponenti ta’ softwer indipendenti” tfisser dawk il-komponenti tas-softwer li ma jiġux affettwati b'tali mod li ma jibqgħux jaħdmu minħabba l-istess kundizzjoni ta' falliment li tkun ikkawżat il-periklu; |
|
(22) |
“rendiment tal-ħin tas-softwer” tfisser il-ħin permess biex is-softwer jirreaġixxi għal inputs li jingħatawlu jew għal avvenimenti perjodiċi, u/jew ir-rendiment tas-softwer f’termini ta’ tranżazzjonijiet jew messaġġi ttrattati għal kull unità ta’ ħin; |
|
(23) |
“kapaċità ta’ softwer” tfisser il-kapaċità tas-softwer biex jindirizza ammont ta’ fluss partikolari ta' dejta; |
|
(24) |
“akkuratezza” tfisser il-preċiżjoni meħtieġa tar-riżultati kkalkulati; |
|
(25) |
“utilizzazzjoni tar-riżorsi tas-softwer” tfisser l-ammont ta’ riżorsi fis-sistema tal-kompjuter li jistgħu jintużaw mis-softwer ta’ l-applikazzjoni; |
|
(26) |
“robustezza tas-softwer” tfisser l-imġiba tas-softwer fil-każ ta’ inputs mhux mistennija, problemi bil-ħardwer u interruzzjonijiet fil-provvista ta’ l-elettriku, kemm fis-sistema tal-kompjuter innifsu kif ukoll f’tagħmir konness; |
|
(27) |
“tolleranza għal tagħbija eċċessiva” tfisser l-imġiba tas-sistema fil-każ ta’, u b’mod partikolari it-tolleranza tagħha għal, inputs b’rata ogħla milli mistenni matul l-operat normali tas-sistema; |
|
(28) |
“verifika korretta u sħiħa tas-softwer EATMN” tfisser li r-rekwiżiti kollha tas-sigurtà tas-softwer li jindikaw b’mod korrett x’inhu mistenni mill-komponent tas-softwer mill-proċess ta’ valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju u li l-implimentazzjoni tagħhom hija murija għal-livell meħtieġ mil-livell ta’ garanzija tas-softwer; |
|
(29) |
“dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tas-softwer” tfisser dik id-dejta li hija prodotta matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-softwer għall-ippjanar, direzzjoni, spjega, definizzjoni, reġistrar jew forniment ta’ evidenza ta’ l-attivitajiet; din id-dejta tippermetti l-approvazzjoni tal-proċessi taċ-ċiklu tal-ħajja tas-softwer, l-approvazzjoni tas-sistema jew tat-tagħmir, kif wkoll il-modifiki tal-prodott tas-softwer wara l-approvazzjoni; |
|
(30) |
“ċiklu tal-ħajja tas-softwer” tfisser:
|
|
(31) |
“rekwiżit ta’ sigurtà għas-sistema” tfisser rekwiżit tas-sigurtà dderivat għal sistema funzjonali. |
Artikolu 3
Rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà
1. Kull meta organizzazzjoni tkun meħtieġa li timplimenta proċess ta’ valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju skond il-liġi Komunitarja jew nazzjonali applikabbli, għandha tiddefinixxi u timplimenta sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer sabiex tindirizza b’mod speċifiku l-aspetti marbuta mas-softwer EATMN, inkluż it-tibdil kollu li jsir fuq is-softwer operattiv onlajn, u b'mod partikolari l-qtugħ jew tbiddil fil-post.
2. L-organizzazzjoni għandha tiżgura li, bħala minimu, is-sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer tipprovdi evidenza u argumenti li juru dan li ġej:
|
(a) |
ir-rekwiżiti kollha ta’ sigurtà tas-softwer jindikaw biċ-ċar x’inhu meħtieġ mis-softwer sabiex jintlaħqu l-għanijiet u r-rekwiżiti tas-sigurtà tas-softwer kif identifikat fil-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju u mitigazzjoni; |
|
(b) |
it-traċċabilità hija indirizzata fir-rigward tar-rekwiżiti kollha tas-sigurtà tas-softwer; |
|
(ċ) |
l-implimentazzjoni tas-softwer ma fiha l-ebda funzjonijiet li jaffetwaw lis-sikurezza b’mod negattiv; |
|
(d) |
is-softwer EATMN jissodisfa r-rekwiżiti tiegħu b’livell ta’ kunfidenza li huwa konsistenti ma’ kemm is-softwer huwa kritiku; |
|
(e) |
ikunu provvduti garanziji li jistabbilixxu li r-rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà previsti f' punti (a) sa (d) huma sodisfatti , u li l-argumenti li juru l-garanzija meħtieġa fi kwalunkwe ħin ikunu dderivati minn:
|
3. L-organizzazzjoni għandha tagħmel il-garanziji meħtieġa disponibbli lill-awtorità nazzjonali superviżorja, li turi li r-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 2 ikunu sodisfatti.
Artikolu 4
Rekwiżiti li japplikaw għas-sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer
L-organizzazzjoni għandha tiżgura, bħala minimu, li s-sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer:
|
(1) |
tkun dokumentata, speċifikament bħala parti mid-dokumentazzjoni kumplessiva dwar il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju; |
|
(2) |
talloka livelli ta’ garanzija tas-softwer għas-softwer operattiv EATMN kollu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I; |
|
(3) |
tinkludi garanziji ta':
|
|
(4) |
tiddetermina kemm ikunu ġew stabbiliti b’mod strett l-istandards ta’ garanzija; l-istrettezza għandha tiġi determinata għal kull livell ta’ garanzija tas-softwer, u għandha tiżdied jekk kif tiżdied il-kritikalità tas-softwer; għal dak l-għan:
|
|
(5) |
l-użu tal-feedback mill-esperjenza tas-softwer EATMN sabiex jiġi kkonfermat li s-sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer u l-livelli ta’ garanzija jkunu xierqa. Għal dan l-għan, l-effetti minn problema fl-operat jew falliment tas-softwer irrappurtata skond ir-rekwiżiti rilevanti dwar ir-rappurtar u l-valutazzjoni ta’ l-okkorrenzi tas-sigurtà għandhom jiġu vvalutati f’paragun ma’ l-effetti identifikati għas-sistema kkonċernata skond l-iskema tal-klassifkazzjoni ta' gravità stabbilita fit-Taqsima 3.2.4 ta' l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005. |
Artikolu 5
Rekwiżiti li japplikaw għat-tibdil lis-softwer u għal softwer speċifiku
1. Għal kwalunkwe tibdil fis-softwer jew għal tipi speċifiċi ta’ softwer bħall-COTS, softwer mhux ta’ żvilupp jew softwer li kien jintuża qabel li għalih xi wħud mir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 3(2) (d) jew (e) jew ta’ l-Artikoli 4(2), (3), (4) jew (5) ma jistgħux jiġu applikati, l-organizzazzjoni għandha tiżgura li s-sistema għall-garanzija tas-sigurtà tas-softwer tipprovdi permezz ta’ meżżi oħra magħżula u maqbula ma’ l-awtorità nazzjonali superviżorja, l-istess livell ta’ kunfidenza bħal-livell ta’ garanzija tas-softwer rilevanti kull meta jkun definit.
Dawk il-mezzi jenħtieġ li jagħtu biżżejjed kunfidenza li s-softwer jissodisfa l-għanijiet u r-rekwiżiti kollha tas-sigurtà, kif identifikati mill-proċess ta’ valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju.
2. Fil-valutazzjoni tal-mezzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità superviżorja nazzjonali tista’ tuża organizzazzjoni rikonoxxuta jew korp notifikat.
Artikolu 6
Emenda tar-Regolament (KE) Nru. 2096/2005
Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005, tiddaħħal it-taqsima li ġejja:
“3.2.5 Taqsima 5
Sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer
Fil-kuntest tat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà, fornitur tas-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru għandu jimplimenta sistema ta’ garanzija tas-softwer skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru tad-dokument preżenti 482/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema għall-garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2096/2005 (*1)
Artikolu 7
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009 għas-softwer il-ġdid tas-sistemi EATMN imsemmija fl-Artikolu 1(2).
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010 għal kwalunkwe tibdil fis-softwer tas-sistemi EATMN imsemmija fl-Artikolu 1(2) li jkunu qed jitħaddmu sa dik id-data.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.
(2) ĠU L 335, 21.12.2005, p.13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1315/2007 (ĠU L 291, 9.11.2007, p.16)
ANNESS I
Rekwiżiti li japplikaw għal-livell ta’ garanzija tas-softwer imsemmi fl-Artikolu 4(2)
|
1. |
Il-livell ta’ garanzija tas-softwer għandu jorbot l-istrettezza tal-garanziji tas-softwer ma’ kemm hu kritiku s-softwer EATMN billi tintuża l-iskema ta’ klassifikazzjoni ta’ gravità msemmija fit-Taqsima 4 tal-paragrafu 3.2.4 ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005, flimkien mal-probabbiltà li jseħħu ċerti effetti negattivi. Għandhom jiġu identifikati millanqas erba' livelli ta' garanzija tas-softwer, fejn il-livell 1 ta' garanzija tas-softwer jindika l-aktar livell kritiku. |
|
2. |
Livell allokat ta’ garanzija tas-softwer għandu jkun proporzjonat ma’ l-aktar effett gravi li jista’ jiġi kkawżat minn problemi jew fallimenti tas-softwer, skond it-Taqsima 4 tal-paragrafu 3.2.4 ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005. Dan għandu jqis b’mod partikolari r-riskji assoċjati mal-problemi jew fallimenti tas-softwer u d-difiżi arkitettoniċi u/jew proċedurali li jkunu ġew identifikati. |
|
3. |
Il-komponenti tas-softwer EATMN li ma jistgħux jiġu ppruvati bħala indipendenti minn xulxin għandhom jingħataw il-livell ta’ garanzija tas-softwer ta’ l-aktar komponenti dipendenti kritiċi. |
ANNESS II
Parti A: Rekwiżiti li japplikaw għall-garanzija tal-validità tar-rekwiżiti tas-sikurezza tas-softwer imsemmija fl-Artikolu 4(3)(a)
|
1. |
Ir-rekwiżiti tas-sikurezza tas-softwer għandhom jispeċifikaw l-imġiba funzjonali f’modi nominali u wkoll “downgraded”, tas-softwer EATMN, ir-rendiment f'termini ta' ħin, kapaċità, akkuratezza, użu tar-riżorsi tas-softwer fuq il-ħardwer indirizzat, robustezza għal kundizzjonijiet anormali ta' l-operat u tolleranza għal tagħbijiet żejda, kif xieraq. |
|
2. |
Ir-rekwiżiti tas-sikurezza tas-softwer għandhom ikunu sħaħ u korretti, u konformi mar-rekwiżiti ta’ sikurezza tas-sistema. |
Parti B: Rekwiżiti li japplikaw għall-garanzija tal-verifikar tas-softwer msemmija fl-Artikolu 4(3)(b)
|
1. |
L-imġiba funzjonali tas-softwer EATMN, ir-rendiment f'termini ta' ħin, kapaċità, akkuratezza, użu tar-riżorsi tas-softwer fuq il-ħardwer indirizzat, robustezza għal kundizzjonijiet anormali ta' l-operat u tolleranza għal tagħbijiet żejda, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-softwer. |
|
2. |
Is-softwer EATMN għandu jkun verifikat b’mod adegwat permezz ta’ l-analiżi u/jew it-testjar u/jew mezzi ekwivalenti, kif miftiehem ma’ l-awtorità superviżorja nazzjonali. |
|
3. |
Il-verifika tas-softwer EATMN għandu jkun korrett u sħiħ. |
Parti Ċ: Rekwiżiti li japplikaw għall-garanziji tal-ġestjoni tal-konfigurazzjoni tas-softwer imsemmija fl-Artikolu 4(3)(ċ)
|
1. |
L-identifikazzjoni tal-konfigurazzjoni, it-traċċabilità u l-kontabilità ta’ l-istatus għandhom ikunu tali li d-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tas-softwer tista' tintwera li qiegħda taħt il-kontroll tal-konfigurazzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tas-softwer EATMN. |
|
2. |
Għandhom isiru rappurtar tal-problemi, traċċar u azzjonijiet korrettivi biex ikun jista’ jintwera li l-problemi marbuta mas-sikurezza assoċjati mas-softwer jkunu ġew indirizzati. |
|
3. |
Għandu jkun hemm proċeduri ta’ sejbien u ta’ rilaxx b’tali mod li d-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tas-softwer tista' tiġi riġenerata u maħruġa matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tas-softwer EATMN. |
Parti D: Rekwiżiti li japplikaw għall-garanziji tat-traċċabilità tar-rekwiżiti tas-sikurezza tas-softwer imsemmija fl-Artikolu 4(3)(d)
|
1. |
Kull rekwiżit tas-sikurezza tas-softwer għandu jkun traċċat sa l-istess livell ta’ disinn li fih tintwera li jkun tqies bħala sodisfaċenti. |
|
2. |
Kull rekwiżit tas-sikurezza tas-softwer, f’kull livell tad-disinn li fih tintwera li jkun tqies bħala sodisfaċenti, għandu jiġi ttraċċat għal rekwiżit ta’ sikurezza tas-sistema. |
|
31.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 483/2008
tat-30 ta' Mejju 2008
li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Σταφίδα Ζακύνθου (Stafida Zakynthou) (DPO), Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich (IĠP), Chodské pivo (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'konformità ma' l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Polonja biex tirreġistra l-isem “Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich”, l-applikazzjoni tal-Greċja biex tirreġistra l-isem “Σταφίδα Ζακύνθου” (Stafida Zakynthou) u l-applikazzjoni tar-Repubblika Ċeka biex tirreġistra l-isem “Chodské pivo” ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b'dan huma rreġistrati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 417/2008 tal-Kummissjoni (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).
(2) ĠU C 179, 1.8.2007, p. 15 (Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich), ĠU C 179, 1.8.2007, p. 19 (Σταφίδα Ζακύνθου (“Stafida Zakynthou”)), ĠU C 184, 7.8.2007, p. 19 (Chodské pivo).
ANNESS
1.
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-TrattatKlassi 1.4. Prodotti oħra magħmulin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib ħlief butir, eċċ)
IL-POLONJA
Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich (IĠP)
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati
IL-GREĊJA
Σταφίδα Ζακύνθου (Stafida Zakynthou) (DPO)
2.
Oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Anness I għar-RegolamentKlassi 2.1. Birer
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Chodské pivo (IĠP)
|
31.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 484/2008
tat-30 ta’ Mejju 2008
li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni. |
|
(3) |
L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament. |
|
(4) |
Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2008 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda. |
|
(5) |
Madankollu, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2008 ta’ l-20 ta' Diċembru 2007 li jdaħħal sospensjoni temporanja tad-dazji ta’ l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2007/2008 (3), l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji stabbiliti minn dan ir-Regolament hija sospiża, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ Ġunju 2008 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2008.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil Brussel, 30 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6). Ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).
ANNESS I
Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli ta' l-1 ta' Ġunju 2008
|
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju ta' l-importazzjoni (1) (EUR/t) |
|
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 (*1) |
|
ta' kwalità medja |
0,00 (*1) |
|
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 (*1) |
|
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 (*1) |
|
1002 00 00 |
SEGALA |
0,00 (*1) |
|
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
0,00 |
|
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
0,00 (*1) |
|
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
0,00 (*1) |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
|
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
|
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
(*1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
15.5.2008-29.5.2008
|
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(*1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(*2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(*3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
|
31.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta' Mejju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjun amministrattiv fl-Italja huwa uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1876)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/404/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Anness A(I)(4) u l-Anness D(I)(E) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista' jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi bovina u mill-lewkożi bovina enżootika rigward merħliet bovini suġġett għall-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-listi tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri ddikjarati ħielsa mit-tuberkulożi bovina u l-lewkożi enżootika bovina huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2). |
|
(3) |
L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE rigward il-provinċji kollha tar-Reġjun tal-Veneto sabiex dan ir-reġjun jista' jitqies reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina ta' l-Italja. |
|
(4) |
Wara valutazzjoni ta' din id-dokumentazzjoni, dan ir-reġjun ta' l-Italja għandu jiġi rikonoxxut bħala reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina ta' dan l-Istat Membru. |
|
(5) |
Il-Polonja ressqet ukoll dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward żewġ reġjuni amministrattivi (powiaty) fi ħdan l-unità amministrattiva superjuri (Voivodship) ta' Małopolskie, sabiex dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina tal-Polonja. |
|
(6) |
Wara l-valutazzjoni ta' din id-dokumentazzjoni, dawn ir-reġjuni (powiaty) tal-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina ta' dan l-Istat Membru. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).
(2) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/234/KE (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 58).
ANNESS
L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “KAPITOLU 2 Reġjuni ta’ l-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi Fl-Italja:
|
|
(2) |
Fil-Kapitolu 2 ta' l-Anness III, it-tieni paragrafu li jikkonċerna l-Polonja jinbidel b'dan li ġej: “Fil-Polonja:
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Kummissjoni
|
31.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/20 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' Mejju 2008
dwar il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi 2-nitrotoluene u 2,4-dinitrotoluene
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2233)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/405/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta’ prijorità li jeħtieġu valutazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2364/2000 tal-25 ta' Ottubru 2000 fir-rigward tar-raba’ lista ta’ sustanzi ta’ prijorità kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (2):
|
|
(2) |
L-Istat Membru rapporteur skond dawk ir-Regolamenti lesta l-attivitajiet tal-valutazzjoni ta’ riskju fir-rigward tal-bniedem u l-ambjent għal dawk is-sustanzi, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta’ Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta’ materjali eżistenti (3) u ssuġġerixxa strateġija biex ir-riskji jkunu limitati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93. |
|
(3) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER) ġie kkonsultat u ħareġ opinjonijiet dwar l-valutazzjonijiet ta’ riskju li saru mir-rapporteurs. L-opinjonijiet ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Kumitat Xjentifiku. |
|
(4) |
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u aktar riżultati ta’ l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji huma stipulati fil-Komunikazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni (4). |
|
(5) |
Skond il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huwa xieraq li jkunu rakkomandati ċerti miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għal ċerti sustanzi. Għas-sustanzi li mhumiex speċifikament elenkati, m’hemmx rakkomandazzjonijiet għad-destinatarji ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
(6) |
Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju rakkomandati għall-ħaddiema għandhom jiġu kkunsidrati fi ħdan il-qafas tal-leġislazzjoni għall-protezzjoni tal-ħaddiema, li hu meqjus li jipprovdi qafas xieraq biex ikunu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti safejn meħtieġ. |
|
(7) |
Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li għalihom tipprovdi din ir-rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, |
B’DAN TIRRAKKOMANDA:
TAQSIMA 1
2,4-DINITROTOLUENE
(CAS NRU 121-14-2; EINECS NRU 204-450-0)
IL-MIŻURI GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJU GĦAL-AMBJENT (1, 2, 3)
|
1. |
L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati, fil-permessi maħruġa skond id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, valuri ta’ limiti għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar it-2,4-dinitrotoluene sabiex joperaw skond l-Aħjar Metodi Disponibbli (minn hawn ’il quddiem “BAT”), waqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-istallazzjonijiet ikkonċernati, il-pożizzjonijiet ġeografiċi u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali tagħhom. |
|
2. |
L-Istati Membri għandhom jezaminaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward it-2,4-dinitrotoluene u jirrapurtaw kwalunkwe żvilupp importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-BAT. |
|
3. |
L-emissjonijiet lokali fl-ambjent akkwatiku u permezz ta’ l-emissjonijiet fl-ajru tat-2,4-DNT għandhom, fejn neċessarju, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jiżguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent. |
TAQSIMA 2
DESTINATARJI
|
4. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lis-setturi kollha li jimpurtaw, jipproduċu, jittrasportaw, jaħżnu, jifformulaw fi preparazzjoni jew ipproċessar ieħor, jużaw, jarmu jew jirkurpraw is-sustanzi u lill-Istati Membri. |
Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 273, 26.10.2000, p. 5.
(3) ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.
Corrigendum
|
31.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/22 |
Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni
( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 396, 30.12.2006, p. 1 )
(Verżjoni rettifikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 136, 29.5.2007, p. 3 )
Ir-referenzi li ġejjin huma għall-publikazzjoni fil-ĠU L 136, 29.5.2007, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1354/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1)
Paġna 21, Artikolu 3(20)(c):
Flok:
|
“(ċ) |
tqiegħdet fis-suq tal-Komunità, jew ta' pajjiżi li aderew ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, fl-1 ta' Mejju 2004 jew fl-1 ta' Jannar 2007, qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mill-manifattur jew mill-importatur u ġiet ikkunsidrata bħala li kienet notifikata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE iżda li ma tikkonformax mad-definizzjoni ta' polymer kif stabbilit f'dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li l-manifattur jew l-importatur ikollu evidenza dokumentata dwar dan;” |
Aqra:
|
“(ċ) |
tqiegħdet fis-suq fil-Komunità, jew fil-pajjiżi li ssieħbu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, jew fl-1 ta' Mejju 2004 jew fl-1 ta' Jannar 2007, mill-manifattur jew l-importatur fi kwalunkwe żmien bejn it-18 ta' Settembru 1981 u l-31 ta' Ottubru 1993 inklussivi, u qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kienet meqjusa bħala notifikata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE fil-verżjoni ta' l-Artikolu 8(1) li tirriżulta mill-emenda magħmula mid-Direttiva 79/831/KEE, iżda ma tissodisfax id-definizzjoni ta' polimeru kif disposta f'dan ir-Regolament, sakemm il-manifattur jew l-importatur ikollu prova dokumentata ta' dan.” |
|
31.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/22 |
Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 268, ta' l-24 ta' Settembru 1991 , Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 12, p. 58)
Paġna 60, Artikolu 7(3), it-tieni sub-paragrafu
Flok:
“B’mod partikolari, l-informazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni mogħtija permezz tas-sistema ta’ skambjar ta’ informazzjoni li għaliha jiddisponi l-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE, trid tispeċifika jekk:”
Aqra:
“B’mod partikolari, l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni mogħtija permezz tas-sistema ta’ skambjar ta’ informazzjoni li għaliha jiddisponi l-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE, trid tispeċifika jekk:”