ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 131 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
||
|
* |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kunsill |
|
|
|
2008/380/KE, Euratom |
|
|
* |
||
|
|
2008/381/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni |
|
|
|
2008/382/KE |
|
|
* |
|
|
Corrigendum |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
21.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 131/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 432/2008
ta’ l-20 ta’ Mejju 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2008.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
52,8 |
TN |
105,3 |
|
TR |
99,0 |
|
ZZ |
85,7 |
|
0707 00 05 |
EG |
167,2 |
JO |
162,5 |
|
TR |
135,5 |
|
ZZ |
155,1 |
|
0709 90 70 |
EG |
216,7 |
TR |
121,9 |
|
ZZ |
169,3 |
|
0805 10 20 |
EG |
39,6 |
IL |
67,5 |
|
MA |
48,5 |
|
TN |
53,1 |
|
TR |
62,3 |
|
US |
55,3 |
|
ZZ |
54,4 |
|
0805 50 10 |
AR |
137,9 |
BR |
156,0 |
|
TR |
158,6 |
|
US |
135,5 |
|
ZA |
142,6 |
|
ZZ |
146,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
94,1 |
BR |
79,9 |
|
CA |
75,2 |
|
CL |
89,4 |
|
CN |
83,4 |
|
MK |
60,4 |
|
NZ |
109,9 |
|
US |
119,4 |
|
UY |
75,9 |
|
ZA |
78,5 |
|
ZZ |
86,6 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
21.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 131/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 433/2008
ta' l-20 ta' Mejju 2008
li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Český kmín (DPO))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, it-talba li ressqet ir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Český kmín” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba lill-Kummisjsoni ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għaldaqstant għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU C 184, 7.8.2007, p. 15.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE
Klassi 1.8 |
Prodotti oħrajn ta' l-Anness I għat-Trattat (ħwawar; eċċ.) |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Český kmín (DPO).
21.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 131/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 434/2008
ta' l-20 ta’ Mejju 2008
li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Cordero de Navarra jew Nafarroako Arkumea (IĠP)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) ta' l-imsemmi Regolament, l-applikazzjoni mressqa minn Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Cordero de Navarra” jew “Nafarroako Arkumea” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
F'konformità ma' l-Artikolu 7(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, Franza ddikjarat li hija kontra din ir-reġistrazzjoni. B'mod partikolari, fid-dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni tagħha, Franza indikat li rreġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Cordero de Navarra” jew “Nafarroako Arkumea” tkun ta' preġudizzju għall-eżistenza ta' prodotti li jinsabu fis-suq legalment u li r-reġistrazzjoni tagħhom bħala indikazjoni ġeografika protetta, bħala “Agneau de lait des Pyrénées” ilha tiġi pproċessata mill-awtoritajiet nazzjonali mis-sena 2000. Iż-żona ġeografika delimitata ta' din it-talba għar-reġistrazzjoni tinkludi r-reġjun tan-Navarra t'Isfel ta' dari, magħruf ukoll bl-isem tan-“Navarra Franċiża”. |
(3) |
B'ittra tat-22 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri kkonċernati biex jibdew il-konsultazzjoni rilevanti bejniethom. |
(4) |
Ġaladarba ma ntlaħaq l-ebda qbil bejn Spanja u Franza fi żmien sitt xhur, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta deċiżjoni skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Fid-dawl tat-tagħrif mogħti minn Franza, il-Kummissjoni mhijiex fil-qagħda li tikkonkludi li r-reġistrazzjoni ta' l-isem “Cordero de Navarra” jew “Nafarroako Arkumea” tista' tkun ta' ħsara għad-drittijiet tal-produtturi ta' l-“Agneau de lait des Pyrénées”. Fil-fatt, id-dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni ma tippermettix li jkun konkluż li l-produzzjoni tal-ħaruf fiż-żona ta' dari tan-Navarra t'Isfel tinbiegħ bl-użu tat-terminu “Navarra”. |
(5) |
Fid-dawl ta' dawn il-fatti, id-denominazzjoni “Cordero de Navarra” jew “Nafarroako Arkumea” għandha tkun irreġistrata skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini protetti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat
Klassifikazzjoni 1.1 |
– |
Laħam (u ġewwieni) frisk |
SPANJA
Cordero de Navarra jew Nafarroako Arkumea (IĠP)
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
21.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 131/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Mejju 2008
dwar il-ħatra ta’ membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(2008/380/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 128 tiegħu,
Billi:
Permezz ta’ l-ittra tas-7 ta’ Mejju 2008, ippreċiżata mill-ittra tat-8 ta’ Mejju 2008, is-Sur Franco FRATTINI rriżenja mill-kariga tiegħu bħala membru tal-Kummissjoni. Għandu jinstab sostitut għall-bqija tal-mandat tiegħu,
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
Is-Sur Antonio TAJANI huwa maħtur membru tal-Kummissjoni għall-perijodu mid-9 ta’ Mejju 2008 sal-31 ta’ Ottubru 2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Mejju 2008.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BAJUK
21.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 131/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-14 ta’ Mejju 2008
li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni
(2008/381/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 66 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Fl-2003 l-Kummissjoni waqqfet azzjoni preparatorja ta’ tlett snin għall-istabbiliment ta’ Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (“EMN”), bil-għan li jipprovdi lill-Komunità u l-Istati Membri tagħha data dwar il-migrazzjoni li tkun oġġettiva, affidabbli u aġġornata. |
(2) |
Fil-laqgħa tiegħu f’Tessaloniki f’Ġunju 2003, il-Kunsill Ewropew, b’kunsiderazzjoni ta’ l-importanza tal-monitoraġġ u l-analiżi tal-fenomenu tal-migrazzjoni multidimensjonali, laqa’ fil-Konklużjonijiet tiegħu l-istabbiliment ta’ l-EMN u ddikjara li kien ser jeżamina l-possibbiltà li titwaqqaf struttura permanenti fil-futur. |
(3) |
Fl-4 ta’ Novembru 2004, il-Kunsill Ewropew endorsja programm pluriennali għat-tisħiħ taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, magħruf bħala l-Programm ta’ l-Aja, li jappella għall-iżvilupp tat-tieni fażi ta’ politika komuni fil-qasam ta’ l-asil, il-migrazzjoni, il-viżi u l-fruntieri, mill-1 ta’ Mejju 2004, ibbażat, inter alia, fuq kooperazzjoni prattika iktar mill-qrib bejn l-Istati Membri u skambju ta’ informazzjoni mtejjeb. Il-Programm ta’ l-Aja jirrikonoxxi li “L-iżvilupp li għaddej tal-politika Ewropea dwar l-asil u l-migrazzjoni għandu jkun ibbażat fuq analiżi komuni tal-fenomeni migratorji fl-aspetti kollha tagħhom. It-tisħiħ tal-ġbir, il-provvediment, l-iskambju u l-użu effiċjenti ta’ informazzjoni u data aġġornata dwar l-iżviluppi migratorji rilevanti kollha hija ta’ importanza ċentrali.” |
(4) |
Sabiex jiġu kkonsultati l-partijiet interessati rilevanti dwar il-futur ta’ l-EMN, il-Kummissjoni adottat fit-28 ta’ Novembru 2005“Green Paper dwar il-futur tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni” li, b’żieda mal-valutazzjoni tal-funzjonament ta’ l-EMN matul l-ewwel snin tal-perijodu preparatorju, ittrattat ukoll kwistjonijiet bħall-mandat u l-istruttura futura ta’ l-EMN. |
(5) |
Il-konsultazzjoni pubblika wriet li ħafna mill-partijiet interessati huma favur il-kontinwazzjoni u t-tisħiħ ta’ l-attivitajiet ta’ l-EMN u li jinżamm l-objettiv inizjali ta’ l-EMN, li huwa, il-forniment ta’ informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u kumparabbli dwar kwistjonijiet ta’ migrazzjoni u asil. Deher ukoll li l-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati xtaqu li l-EMN jinżamm marbut mal-Kummissjoni. |
(6) |
L-EMN għandu jevita li jiddupplika x-xogħol ta’ strumenti jew strutturi eżistenti tal-Komunità li għandhom l-għan li jiġbru u jiskambjaw informazzjoni fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-asil u għandu jipprovdi valur miżjud meta mqabbel magħhom, b’mod partikolari permezz tal-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-kompiti tiegħu, attenzjoni qawwija fuq l-analiżi, rabtiet mal-komunità akkademika u d-disponibbiltà pubblika ta’ l-eżiti tiegħu. |
(7) |
Fost strumenti u strutturi attwali oħrajn, ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (2) jikkostitwixxi qafas importanti ta’ referenza għall-funzjonament tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni. Għandha tingħata wkoll attenzjoni lill-ħidma siewja mwettqa miċ-Ċentru ta’ Informazzjoni, Diskussjoni u Skambju dwar il-Qsim ta’ Fruntieri u l-Immigrazzjoni (CIREFI) u lid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2005/267/KE tas-16 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi Netwerk sigur ibbażat fuq il-web dwar l-Informazzjoni u l-Koordinazzjoni għas-Servizzi ta’ Amministrazzjoni tal-Migrazzjoni ta’ l-Istati Membri (3). |
(8) |
Biex jilħaq l-objettivi tiegħu, l-EMN għandu jkun appoġġat minn “Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali” f’kull Stat Membru. L-attivitajiet tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għandhom ikunu kkoordinati f’livell Komunitarju mill-Kummissjoni, assistita minn fornitur tas-servizz b’kompetenza esperta suffiċjenti biex jorganizza x-xogħol ta’ rutina ta’ l-EMN, inkluża s-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni tiegħu. |
(9) |
Sabiex ikun żgurat li l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali jkollhom il-kompetenza esperta meħtieġa biex jittrattaw l-aspetti multipli tal-kwistjonijiet ta’ migrazzjoni u asil, għandhom ikunu ffurmati minn ta’ l-inqas tliet esperti li, individwalment jew flimkien, għandhom kompetenzi fit-tfassil ta’ politika, il-liġi, ir-riċerka u l-istatistika. Dawn l-esperti jistgħu jkunu mill-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri jew minn kwalunkwe organizzazzjoni oħra. Kull Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għandu jkollu wkoll b’mod kollettiv kompetenza esperta adegwata fit-Teknoloġija ta’ l-Informatika, fit-twaqqif ta’ skemi ta’ kollaborazzjoni u ta’ netwerking ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet nazzjonali oħrajn, u li jikkollabora f’ambjent multilingwistiku f’livell Ewropew. |
(10) |
Kull Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għandu jwaqqaf netwerk ta’ migrazzjoni nazzjonali, magħmul minn organizzazzjonijiet u individwi attivi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil, u li jinkludi, per eżempju, universitajiet, organizzazzjonijiet ta’ riċerka u riċerkaturi, organizzazzjonijiet governattivi u non-governattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex jinstemgħu l-partijiet interessati kollha. |
(11) |
“Bord ta’ Tmexxija” għandu jipprovdi gwida politika lill-EMN, inkluż il-kontribut għat-tħejjija u l-approvazzjoni tal-programm annwali ta’ l-attivitajiet ta’ l-EMN. |
(12) |
Sabiex tkun żgurata d-disseminazzjoni l-aktar wiesgħa possibbli ta’ l-informazzjoni prodotta mill-EMN fil-forma ta’ studji u rapporti, tali informazzjoni għandha tkun disponibbli permezz tal-mezzi teknoloġiċi l-iktar avvanzati, inkluż websajt apposta. |
(13) |
Fejn meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu, l-EMN għandu jkun jista’ jistabbilixxi relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni ma’ entitajiet oħrajn attivi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil. Meta jkunu stabbiliti tali relazzjonijiet, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat grad tajjeb ta’ kooperazzjoni ma’ entitajiet fid-Danimarka, l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera, fil-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni, fil-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u fir-Russja. |
(14) |
L-EMN għandu jkun ikkofinanzjat permezz ta’ għotjiet mill-Kummissjoni, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002; ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4). |
(15) |
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (5) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (6) għandha titqies fil-kuntest tas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni ta’ l-EMN. |
(16) |
Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit nnotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-addozzjoni u applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. |
(17) |
Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi, l-Irlanda mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(18) |
Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Qiegħed b’dan jiġi stabbilit netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (“EMN”).
2. L-objettiv ta’ l-EMN għandu jkun li jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni ta’ l-istituzzjonijiet Komunitarji u ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-migrazzjoni u l-asil, billi jipprovdi informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u kumparabbli dwar il-migrazzjoni u l-asil, bil-għan li jappoġġa t-tfassil ta’ politika fl-Unjoni Ewropea f’dawn l-oqsma.
3. L-EMN għandu jservi wkoll biex jipprovdi informazzjoni dwar dawn is-suġġetti lill-pubbliku in ġenerali.
Artikolu 2
Kompiti
1. Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1, l-EMN għandu:
(a) |
jiġbor u jiskambja data u informazzjoni aġġornata u affidabbli minn firxa wiesgħa ta’ sorsi; |
(b) |
janalizza d-data u l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u jipprovdiha f’format faċilment aċċessibbli; |
(ċ) |
f’kollaborazzjoni ma’ korpi rilevanti oħrajn ta’ l-UE, jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ indikaturi u kriterji li ser itejbu l-konsistenza ta’ l-informazzjoni u jgħinu fl-iżvilupp ta’ attivitajiet Komunitarji relatati ma’ l-istatistika migratorja; |
(d) |
jipproduċi u jippubblika rapporti perjodiċi dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u l-asil fil-Komunità u l-Istati Membri; |
(e) |
joħloq u jmexxi sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni bbażata fuq l-Internet li tipprovdi aċċess għad-dokumenti u pubblikazzjonijiet rilevanti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil; |
(f) |
iżid l-għarfien dwar l-EMN, billi jipprovdi aċċess għall-informazzjoni li jiġbor u jiddissemina l-ħidma ta’ l-EMN, sakemm din l-informazzjoni ma tkunx ta’ natura kunfidenzjali; |
(g) |
jikoordina l-informazzjoni u jikkoopera ma’ korpi Ewropej u internazzjonali oħra rilevanti. |
2. L-EMN għandu jiżgura li l-attivitajiet tiegħu huma konsistenti u kkoordinati ma’ l-istrumenti u l-istrutturi Komunitarji rilevanti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil.
Artikolu 3
Kompożizzjoni
L-EMN għandu jkun magħmul minn:
— |
“Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali” magħżula mill-Istati Membri; |
— |
Il-Kummissjoni. |
Artikolu 4
Bord ta’ Tmexxija
1. L-EMN għandu jkun immexxi minn Bord ta’ Tmexxija magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentat wieħed tal-Kummissjoni assistit minn żewġ esperti xjentifiċi.
2. Ir-rappreżentat tal-Kummissjoni għandu jagħmilha ta’ President tal-Bord ta’ Tmexxija.
3. Kull membru tal-Bord ta’ Tmexxija għandu jkollu vot wieħed, inkluż il-President. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħin.
4. Rappreżentant tal-Parlament Ewropew jista’ jipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija.
5. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu b’mod partikolari:
(a) |
jikkontribwixxi għat-tħejjija u l-approvazzjoni tal-programm annwali ta’ l-attivitajiet ta’ l-EMN, inkluż ammont indikattiv tal-baġit minimu u massimu għal kull Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali, li jiżgura li l-ispejjeż bażiċi li joħorġu mill-funzjonament xieraq tan-Netwerk, f’konformità ma’ l-Artikolu 5, huma koperti, abbażi ta’ abbozz mill-Presidenza; |
(b) |
jirrevedi l-progress li jkun sar mill-EMN, filwaqt li jirrakkomanda azzjonijiet meħtieġa fejn jingħata l-każ; |
(ċ) |
jipprovdi rapport ta’ status konċiż lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-attivitajiet għaddejjin ta’ l-EMN u r-riżultati ewlenin ta’ l-istudji tiegħu, ta’ l-inqas darba fis-sena; |
(d) |
jidentifika r-relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni strateġika l-aktar xierqa ma’ entitajiet oħrajn kompetenti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil u japprova, fejn meħtieġ, l-arranġamenti amministrativi għal tali kooperazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10; |
(e) |
jagħti pariri lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali dwar kif jistgħu jtejbu l-operazzjonijiet tagħhom, u jgħinhom biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa, meta jiġu identifikati nuqqasijiet persistenti fil-ħidma ta’ Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali li jista’ jkollhom konsegwenzi negattivi fuq il-ħidma ta’ l-EMN. |
6. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta Regoli ta’ Proċedura tiegħu stess u jiltaqa’, meta msejjaħ mill-President tiegħu, mill-inqas darbtejn fis-sena.
Artikolu 5
Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali
1. Kull Stat Membru għandu jagħżel entità waħda li taġixxi bħala Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali tiegħu. Sabiex titħaffef il-ħidma ta’ l-EMN u tkun żgurata l-kisba ta’ l-objettivi tiegħu, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, fejn meħtieġ, tal-ħtieġa ta’ kooperazzjoni bejn ir-rappreżentant tal-Bord ta’ Tmexxija u l-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali tagħhom.
2. Il-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għandu jikkonsisti minn ta’ l-inqas tliet esperti. Wieħed minn dawn l-esperti, li għandu jagħmilha ta’ koordinatur nazzjonali, għandu jkun uffiċjal jew impjegat ta’ l-entità hekk magħżula. L-esperti l-oħra jistgħu jiġu minn din l-entità stess jew minn organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali u internazzjonali oħra ibbażati fl-Istat Membru.
3. L-esperti ta’ kull Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għandhom kollettivament ikollhom kompetenza esperta fil-qasam ta’ l-asil u l-migrazzjoni, li tkopri l-aspetti ta’ tfassil ta’ politika, liġi, riċerka u statistika.
4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn tlett xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, dwar liema esperti jiffurmaw parti mill-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali, filwaqt li jispeċifikaw kif dawn ta’ l-aħħar iwieġbu għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3.
5. Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għandhom iwettqu l-kompiti ta’ l-EMN f’livell nazzjonali u b’mod partikolari:
(a) |
jipprovdu rapporti nazzjonali, inklużi r-rapporti msemmijin fl-Artikolu 9; |
(b) |
jikkontribwixxu permezz ta’ informazzjoni nazzjonali għas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8; |
(ċ) |
jiżviluppaw il-kapaċità li joħorġu rikjesti ad hoc u li jwieġbu malajr tali rikjesti minn Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali oħrajn; |
(d) |
jistabbilixxu netwerk ta’ migrazzjoni nazzjonali, magħmul minn firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet u individwi attivi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil u li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti kollha. Membri tan-netwerk nazzjonali ta’ migrazzjoni jistgħu jiġu mitluba jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta’ l-EMN, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-Artikoli 8 u 9. |
6. L-esperti ta’ kull Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għandhom jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu x-xogħol tiegħu, inkluż, kif xieraq, mal-membri rispettivi tan-netwerks nazzjonali għall-migrazzjoni tiegħu msemmi fil-paragrafu 5(d), u biex isir skambju ta’ informazzjoni dwar attivitajiet attwali u futuri.
Artikolu 6
Koordinazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-ħidma ta’ l-EMN, f’konformità wkoll ma’ l-Artikolu 2 (2), u għandha tiżgura li din tirrifletti b’mod xieraq il-prijoritajiet politiċi tal-Komunità fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil.
2. Għall-organizzazzjoni tal-ħidma ta’ l-EMN, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn fornitur tas-servizz selezzjonat abbażi ta’ proċedura ta’ akkwist. Il-fornitur tas-servizz għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(3), u kull rekwiżit rilevanti ieħor definit mill-Kummissjoni.
3. Taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni, il-fornitur tas-servizz għandu, inter alia:
(a) |
jorganizza l-ħidma ta’ kuljum ta’ l-EMN; |
(b) |
jistabbilixxi u jmexxi s-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8; |
(ċ) |
jikkordina l-kontributi mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali; |
(d) |
jħejji l-laqgħat imsemmijin fl-Artikolu 7; |
(e) |
jħejji l-kumpilazzjonijiet u s-sinteżi tar-rapporti u l-istudji msemmijin fl-Artikolu 9. |
4. Wara konsultazzjoni mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali u l-approvazzjoni mill-Bord ta’ Tmexxija, il-Kummissjoni għandha, fil-limiti ta’ l-objettiv ġenerali u l-kompiti definiti fl-Artikoli 1 u 2, tadotta l-programm annwali ta’ attivitajiet ta’ l-EMN. Il-programm għandu jispeċifika l-objettivi u l-prijoritajiet tematiċi. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-eżekuzzjoni tal-programm annwali ta’ attivitajiet u tirrapporta regolarment dwar l-eżekuzzjoni tiegħu u l-iżvilupp ta’ l-EMN lill-Bord ta’ Tmexxija.
5. B’segwitu tal-parir mogħti mill-Bord ta’ Tmexxija msemmi fl-Artikolu 4 (5) (e), il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa abbażi tal-ftehim ta’ għotjiet imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
6. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-programm annwali ta’ attivitajiet ta’ l-EMN, tiddetermina l-ammonti indikattivi disponibbli għal għotjiet u kuntratti fil-qafas ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament skond l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
7. Il-Kummissjoni għandha tagħti għotjiet ta’ ħidma lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali li jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 5 (2) u (3) abbażi ta’ l-applikazzjonijiet individwali ta’ għotjiet ppreżentati mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali. Il-kofinanzjament Komunitarju massimu huwa stabbilit għal 80 % tat-total ta’ l-ispiża eliġibbli.
8. L-għotjiet, f’konformità ma’ l-Artikolu 113(2) tar-Regolament Nru 1605/2002 (KE, Euratom) ma għandhomx ikunu soġġetti għall-prinċipju ta’ tnaqqis gradwali meta jiġġeddu.
Artikolu 7
Laqgħat
1. Normalment, l-EMN għandu jiltaqa’ mill-inqas ħames darbiet f’sena.
2. Kull Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għandu jkunu rrappreżentat fil-laqgħat ta’ l-EMN mill-inqas minn espert wieħed tagħhom. Mhux iktar minn tliet esperti minn kull Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għandhom jattendu l-laqgħat.
3. Il-laqgħat ta’ l-EMN għandhom jissejħu u jiġu ppresjeduti minn rappreżentant tal-Kummissjoni.
4. L-għan tal-laqgħat perjodiċi ta’ l-EMN għandu jkun:
(a) |
li jippermettu lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali jiskambjaw tagħrif u esperjenza, b’mod partikolari rigward it-tħaddim ta’ l-EMN; |
(b) |
li jirrevedu l-progress fil-ħidma ta’ l-EMN, u b’mod partikolari fit-tħejjija tar-rapporti u studji msemmija fl-Artikolu 9; |
(ċ) |
jiskambjaw informazzjoni u fehmiet, b’mod partikolari dwar l-istruttura, l-organizzazzjoni, il-kontenut ta’ u l-aċċess għall-informazzjoni disponibbli msemmija fl-Artikolu 8; |
(d) |
li jipprovdu bażi soda għad-diskussjoni ta’ problemi prattiċi u legali li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fil-qasam tal-migrazzjoi u l-asil, b’mod partikolari d-diskussjoni tar-rikjesti ad hoc imsemmija fl-Artikolu 5(5)(ċ); |
(e) |
li jikkonsultaw il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali rigward l-iżvilupp tal-programm annwali ta’ attivitajiet ta’ l-EMN imsemmi fl-Artikolu 6(4). |
5. Esperti u entitajiet li mhumiex membri ta’ l-EMN jistgħu jkunu mistiedna għal-laqgħat tiegħu jekk il-preżenza tagħhom tkun ikkunsidrata li hija mixtieqa. Jistgħu jiġu organizzati wkoll laqgħat konġunti ma’ netwerks jew organizzazzjonijiet oħrajn.
6. L-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 5, jekk ma jkunux ippjanati fil-programm annwali ta’ l-attivitajiet ta’ l-EMN, għandhom ikunu kkomunikati lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali fi żmien debitu.
Artikolu 8
Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni
1. Għandha tiġi stabbilita f’konformità ma’ dan l-Artikolu sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni bbażata fuq l-Internet, li tkun aċċessibbli permezz ta’ websajt apposta.
2. Il-kontenut ta’ din is-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni għandu jkun normalment pubbliku.
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (7), l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali għandu jkun ristrett għall-membri ta’ l-EMN biss.
3. Is-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni għandha tikkonsisti ta’ l-inqas mill-elementi li ġejjin:
(a) |
l-aċċess għal-leġiżlazzjoni Komunitarja u nazzjonali, il-ġurisprudenza u l-iżviluppi ta’ politika fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-asil; |
(b) |
funzjonalità għal rikjesti ad hoc, kif imsemmi fl-Artikolu 5(5)(ċ); |
(ċ) |
Glossarju u teżawru tal-migrazzjoni u l-asil; |
(d) |
aċċess dirett għall-pubblikazzjonijiet kollha ta’ l-EMN, inklużi r-rapporti u l-istudji msemmijin fl-Artikolu 9, kif ukoll ċirkolari regolari; |
(e) |
direttorju ta’ riċerkaturi u istituzzjonijiet ta’ riċerka fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil. |
4. Għal raġunijiet ta’ aċċess għall-informazzjoni imsemmi fil-paragrafu 3, l-EMN jista’, fejn meħtieġ, iżid il-kollegamenti għal siti oħra fejn tkun tinsab l-informazzjoni oriġinali.
5. Il-websajt apposta għandu jiffaċilita l-aċċess għal inizjattivi kumparabbli ta’ informazzjoni pubblika fi kwistjonijiet relatati u għal siti li fihom informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u l-asil fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi.
Artikolu 9
Rapporti u studji
1. Kull Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għandu ta’ kull sena joħroġ rapport li jiddeskrivi s-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u l-asil fl-Istat Membru, li għandu jinkludi żviluppi dwar linji politiċi u data dwar statistika.
2. Il-programm annwali ta’ attivitajiet għandu jinkludi t-tħejjija minn kull Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali ta’ studji oħrajn, skond speċifikazzjonijiet komuni, li jkopru kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-migrazzjoni u l-asil meħtieġa għall-appoġġ tat-tfassil ta’ politika.
Artikolu 10
Kooperazzjoni ma’ entitajiet oħrajn
1. L-EMN għandu jikkoopera ma’ l-entitajiet fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi, inklużi aġenziji ta’ l-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali, kompetenti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil.
2. L-arranġamenti amministrattivi għall-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, li jistgħu ikunu jinkludu fejn meħtieġ il-konklużjoni mill-Kummissjoni ta’ ftehim f’isem il-Komunità, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija.
Artikolu 11
Riżorsi Baġitarji
Ir-riżorsi baġitarji allokati għall-azzjonijiet previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.
Artikolu 12
Implimentazzjoni tal-baġit
Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju Komunitarju skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
Artikolu 13
Reviżjoni
Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport, ibbażat fuq evalwazzjoni esterna u indipendenti, dwar l-iżvilupp ta’ l-EMN. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti għal emendi.
Artikolu 14
Pubblikazzjoni u Data ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BAJUK
(1) Opinjoni ta’ l-10 ta’ April 2008, għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(5) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolment (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(7) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
21.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 131/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-14 ta' Mejju 2008
li taħtar żewġ membri Taljani u membru supplenti Taljan tal-Kumitat tar-Reġjuni
(2008/382/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1). |
(2) |
Żewġ postijiet ta’ membru tal-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu b’riżultat tar-riżenji tas-Sur Bruno MARZIANO u tas-Sur Paolo FONTANELLI. Post ta’ membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni tbattal b’riżultat tar-riżenja tas-Sur CARRAZZA, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:
(a) |
bħala membri:
u |
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BAJUK
(1) ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.
Corrigendum
21.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 131/14 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti miżuri protettivi li għandhom x'jaqsmu mad-deni klassiku tal-ħnieżer fis-Slovakkja
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 130, ta' l-20 ta' Mejju 2008 )
F'paġna 20, fl-Artikolu 5, punt (a), it-tieni inċiż, punt (b), it-tieni inċiż u punt (ċ), it-tieni inċiż, in-numru tad-Deċiżjoni:
minflok:
“C(2008) 1765”,
aqra:
“2008/377/KE”.