ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
16 ta' Mejju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 424/2008 tal-15 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 425/2008 tal-15 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Mejju 2008

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Parlament Ewropew u Kunsill

 

 

2008/370/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ April 2008 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod

6

 

 

2008/371/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2008 li temenda l-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda fir-rigward tal-qafas finanzjarju plurijennali

8

 

 

FTEHIM

 

 

Kunsill

 

*

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw

10

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

16.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 424/2008

tal-15 ta’ Mejju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

53,6

TN

110,8

TR

93,9

ZZ

86,1

0707 00 05

EG

167,2

JO

196,3

MK

40,9

TR

140,9

ZZ

136,3

0709 90 70

TR

111,7

ZZ

111,7

0805 10 20

EG

42,4

IL

59,9

MA

53,0

TN

52,0

TR

60,8

ZZ

53,6

0805 50 10

AR

114,0

MK

58,7

TR

135,7

ZA

126,0

ZZ

108,6

0808 10 80

AR

93,6

BR

80,9

CA

95,7

CL

92,9

CN

100,3

MK

66,6

NZ

114,1

US

107,8

UY

76,8

ZA

77,4

ZZ

90,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 425/2008

tal-15 ta’ Mejju 2008

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Mejju 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mis-16 ta’ Mejju 2008 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

(5)

Madankollu, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2008 ta’ l-20 ta' Diċembru 2007 li jdaħħal sospensjoni temporanja tad-dazji ta’ l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2007/2008 (3), l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji stabbiliti minn dan ir-Regolament hija sospiża,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Mejju 2008 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil Brussel, 15 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6). Ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)   ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).

(3)   ĠU L 1, 4.1.2008, p. 1.


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli tas-16 ta' Mejju 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00  (*1)

ta' kwalità medja

0,00  (*1)

ta' kwalità baxxa

0,00  (*1)

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00  (*1)

1002 00 00

SEGALA

0,00  (*1)

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00  (*1)

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00  (*1)


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.

(*1)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 1/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

2.5.2008-14.5.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (*2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (*3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

251,04

154,43

Prezz FOB USA

321,60

311,60

291,60

162,66

Tariffa fuq il-Golf

5,90

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

41,75

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

47,36  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

51,06  EUR/t


(*1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(*2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(*3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Parlament Ewropew u Kunsill

16.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/6


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ l-10 ta’ April 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod

(2008/370/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (“il-Fond”) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati li qed isofru l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija, u sabiex jgħinhom biex jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(3)

Fit-12 ta’ Settembru 2007, Malta ressqet applikazzjoni sabiex tuża l-Fond fir-rigward tas-sensji fis-settur tat-tessuti, speċifikament għal ħaddiema li ngħataw is-sensja minn VF (Malta) Ltd u Bortex Clothing Ind Co Ltd. L-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(4)

Fid-9 ta’ Ottubru 2007, il-Portugall ressaq applikazzjoni sabiex jiġi wżat il-Fond, fir-rigward tas-sensji fis-settur tal-karrozzi, speċifikament għal ħaddiema li ngħataw is-sensja minn Opel f’Azambuja, Alcoa Fujikura f’Seixal u Johnson Controls f’Portalegre. L-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(5)

Il-Fond għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjonijiet,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 3 106 882 f’approprjazzjonijiet għall-impennji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ April 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).

(2)   ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


16.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/8


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ April 2008

li temenda l-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda fir-rigward tal-qafas finanzjarju plurijennali

(2008/371/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-punt 48 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Bħala riżultat tad-dewmien fl-adozzjoni ta’ xi programmi operattivi ta’ l-intestaturi 1b u 2, EUR 2 034 miljun ta’ l-allokazzjoni prevista fil-Fondi Strutturali, għall-Fond ta’ Koeżjoni, ta’ l-Iżvilupp Rurali u għall-Fond Ewropew għas-Sajd ma setgħux jiġu impenjati fis-sena 2007 u lanqas jiġu trasferiti għas-sena 2008. Taħt il-paragrafu 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali, dan l-ammont għandu jiġi trasferit għas-snin finanzjarji ta’ wara billi jiżdiedu l-limiti ta’ l-infiq korrispondenti għall-approprijazzjonijiet ta’ impenn.

(2)

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda għalhekk għandha tiġi emendata (2),

KIEN DEĊIŻ KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda huwa ssostitwit mill-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ April 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).

(2)  Għal dan l-iskop, iċ-ċifri bil-prezzijiet attwali huma maqluba għall-prezzijiet ta’ l-2004.


ANNESS

Qafas finanzjarju 2007-2013

(EUR miljuni – prezzijiet kostanti ta’ l-2004)

Approprijazzjonijiet ta’ impenn

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total 2007-2013

1.

Tkabbir sostenibbli

50 865

53 262

54 071

54 860

55 400

56 866

58 256

383 580

1a

Kompetittività għat-Tkabbir u għall-Impjieġ

8 404

9 595

10 209

11 000

11 306

12 122

12 914

75 550

1b

Koeżjoni għat-Tkabbir u għall-Impjieg

42 461

43 667

43 862

43 860

44 094

44 744

45 342

308 030

2.

Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

51 962

54 685

54 017

53 379

52 528

51 901

51 284

369 756

li minnhom: infiq relatat mas-suq u ħlasijiet diretti

43 120

42 697

42 279

41 864

41 453

41 047

40 645

293 105

3.

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 199

1 258

1 380

1 503

1 645

1 797

1 988

10 770

3a

Libertà, sigurtà u ġustizzja

600

690

790

910

1 050

1 200

1 390

6 630

3b

Ċittadinanza

599

568

590

593

595

597

598

4 140

4.

L-UE bħala parteċipanta globali

6 199

6 469

6 739

7 009

7 339

7 679

8 029

49 463

5.

Amministrazzjoni  (1)

6 633

6 818

6 973

7 111

7 255

7 400

7 610

49 800

6.

Kumpensazzjonijiet

419

191

190

 

 

 

 

800

Total approprjazzjonijiet ta’ impenn

117 277

122 683

123 370

123 862

124 167

125 643

127 167

864 169

bħala persentaġġ tal-GNI

1,08  %

1,09  %

1,07  %

1,05  %

1,03  %

1,02  %

1,01  %

1,048  %

Total approprjazzjonijiet ta’ ħlas

115 142

119 805

112 182

118 549

116 178

119 659

119 161

820 676

bħala persentaġġ tal-GNI

1,06  %

1,06  %

0,97  %

1,00  %

0,97  %

0,97  %

0,95  %

1,00  %

Marġni disponibbli

0,18  %

0,18  %

0,27  %

0,24  %

0,27  %

0,27  %

0,29  %

0,24  %

Limitu tar-Riżorsi Proprji bħala persentaġġ tal-GNI

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %


(1)  In-nefqa għall-pensjonijiet inkluża taħt din l-intestatura hija kkalkulata b’mod nett mill-kontribuzzjonijiet ta’ l-istaff għall-iskema rilevanti, fil-limitu ta’ EUR 500 miljun bil-prezzijiet ta’ l-2004 għall-perjodu 2007-2013.


FTEHIM

Kunsill

16.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/10


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw

Il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw innotifikaw lil xulxin, fil-15 ta’ April 2008, dwar it-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim (1).

Għaldaqstant il-Ftehim daħal fis-seħħ fil-15 ta’ April 2008, skond l-Artikolu 19 tiegħu.


(1)   ĠU L 342, 27.12.2007, p. 5.