ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
8 ta' Mejju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 405/2008 tas-7 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 406/2008 tas-7 ta’ Mejju 2008 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn tat-28 ta’ April u tat-2 ta’ Mejju 2008 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 407/2008 tas-7 ta’ Mejju 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea

7

 

 

IV   Atti oħrajn

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

 

*

Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 298/05/COL tat-22 ta’ Novembru 2005 dwar il-proposta għal rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati għal ċerti setturi economici (In-Norveġja)

11

 

 

Il-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati EFTA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA Nru 1/2006/KP tas-27 ta’ April 2006 dwar il-verifika ta’ proġetti skond il-Mekkaniżmu Finanzjarju (2004–2009)

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA Nru 1/2007/KP tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 5/2004/KP li jistabbilixxi prinċipju tal-qsim ta’ l-ispejjeż għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA Nru 3/2007/KP tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti ta’ l-EFTA u li tneħħi d-Deċiżjoni Nru 3/2005/KP tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA

33

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 405/2008

tas-7 ta’ Mejju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Mejju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

53,7

TN

102,3

TR

125,7

ZZ

93,9

0707 00 05

TR

145,3

ZZ

145,3

0709 90 70

TR

116,5

ZZ

116,5

0805 10 20

EG

45,7

IL

63,2

MA

52,5

TN

53,2

TR

63,7

US

49,0

ZZ

54,6

0805 50 10

AR

114,0

IL

134,7

TR

128,9

ZA

109,4

ZZ

121,8

0808 10 80

AR

91,8

BR

86,0

CA

88,5

CL

89,2

CN

97,9

MK

65,0

NZ

117,3

US

115,1

UY

73,3

ZA

80,1

ZZ

90,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 406/2008

tas-7 ta’ Mejju 2008

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn tat-28 ta’ April u tat-2 ta’ Mejju 2008 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin ta' negozju 2006/07, 2007/08 u 2008/09 sabiex jiġu importati u raffinati prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment Artikolu 5 (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti fil-perjodu ta' bejn tat-28 ta’ April u tat-2 ta’ Mejju 2008 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor b'riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3) għall-kwantità totali bħall-kwantità disponibbli għan-numru tas-serje 09.4332 (2007-2008).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skond il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u tinforma lill-Istati Membri li l-limitu li kien ġie ffissat intlaħaq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fil-limiti kwantitattivi li ġew stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-applikazzjonjiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa bejn tat-28 ta’ April u tat-2 ta’ Mejju 2008, f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 354, 14.12.2006, p. 8.


ANNESS

Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 28.4.2008-2.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliże

100

Intlaħqu

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Gujana

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor kumplimentari

Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 28.4.2008-2.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4315

L-Indja

100

 

09.4316

Il-pajjiżi firmatarji tal-Protokol ta' l-AKP

100

 


Il-konċessjonijiet taz-zokkor għal CXL

Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 28.4.2008-2.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Iz-zokkor tal-Balkani

It-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 28.4.2008-2.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja-Ħerżegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo

100

 

09.4327

L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor f'każ eċċezzjonali u l-importazzjoni taz-zokkor industrijali

It-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Tip

Ġimgħa ta' bejn 28.4.2008-2.5.2008 tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4380

F'każ eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

Kapitolu 1 Sezzjoni 2 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

Ordni Nru

Tip

Ġimgħa ta' bejn 28.4.2008-2.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

100

 


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 407/2008

tas-7 ta’ Mejju 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta’ Settembru 2000, li jintroduċi miżuri ta’ kummerċ eċċezzjonali għal pajjizi u territorji li jipparteċipaw jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (1), partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Nru 2007/2000 jistipula aċċess illimitat bla dazju fis-suq Komunitarju għal kważi l-prodotti kollha li joriġinaw fil-pajjiżi u t-territorji li jibbenefikaw mill-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(2)

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-15 ta’ Ottubru 2007. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġie ffirmat u konkluż Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008 (2).

(3)

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim jistabbilixxu reġim kummerċjali kuntrattwali bejn il-Komunità u l-Montenegro. Il-konċessjonijiet kummerċjali bilaterali fuq in-naħa tal-Komunità huma ekwivalenti għall-konċessjonijiet applikabbli fi ħdan il-miżuri awtonomi unilaterali skond ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000.

(4)

Huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 biex iqis dawn l-iżviluppi. B'mod partikolari huwa xieraq li l-Montenegro jitneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji tal-konċessjonijiet tariffarji mogħtija għall-istess prodotti skond ir-reġim kuntrattwali. Barra minn hekk, hemm bżonn li jiġu aġġustati l-volumi tal-kwota tariffarja globali għal prodotti speċifiċi li ngħataw kwoti tariffarji skond ir-reġimi kuntrattwali.

(5)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 (3), il-Montenegro u l-Kosovo (4) tneħħew mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi li mhumiex koperti bi ftehimiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew b’regoli speċifiċi Komunitarji oħra dwar l-importazzjoni (5). Għalhekk, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000 skada u għandu jitneħħa.

(6)

Il-Montenegro se jibqa' benefiċjarju tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000 billi r-Regolament jistipula konċessjonijiet li huma aktar favorevoli milli l-konċessjonijiet li jeżistu taħt ir-reġim kuntrattwali.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Arranġamenti preferenzjali

1.   Suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali stipulati fl-Artikolu 4, prodotti li joriġinaw fil-Bożnja u l-Ħerzegovina jew fit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo, ħlief dawk ta’ l-intestaturi 0102, 0201, 0202, 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 1604, 1701, 1702 u 2204 tan-Nomenklatura Magħquda, għandhom jiġu ammessi għal importazzjoni fil-Komunità mingħajr restrizzjonijiet jew miżuri kwantitattivi b'effett ekwivalenti u b'eċċezzjoni mid-dazji doganali u imposti b'effett ekwivalenti.

2.   Prodotti li joriġinaw mill-Albanija, mir-Repubblika tal-Kroazja jew minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew mill-Montenegro għandhom ikomplu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fejn hemm indikat jew minn kwalunkwe miżuri stipulati f'dan ir-Regolament li jkunu aktar favorevoli mill-konċessjonijiet kummerċjali stipulati fil-qafas tal-ftehimiet bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u dawn il-pajjiżi.

3.   Importazzjonijiet ta’ prodotti taz-zokkor taħt l-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw mill-Bożnja u l-Ħerzegovina jew mit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo, għandhom jibbenefikaw minn konċessjonijiet stipulati fl-Artikolu 4.”

(2)

L-Artikolu 3 huwa mħassar.

(3)

Fl-Artikolu 4(2), il-punt (d) hu mibdul b'dan li ġej:

“(d)

9 175 tunnellata (piż tal-karkassa) għal prodotti ‘baby-beef’ li joriġina mit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo”.

(4)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 hu ssostitwit b’li ġej:

“4.   Importazzjonijiet ta’ prodotti taz-zokkor taħt l-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fil-Bożnja u l-Ħerzegovina u t-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo, għandhom ikunu suġġetti għall-kwoti tariffarji annwali bla dazju li ġejjin:

(a)

12 000 tunnellata (toqol nett) għal prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Bożnja u l-Ħerzegovina;

(b)

180 000 tunnellata (toqol nett) għal prodotti taz-zokkor li joriġinaw mit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo.”

(5)

L-Anness I huwa mibdul bit-test ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-oġġetti li, fid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jew huma fi transitu jew huma fil-Komunità għal ħażna temporanja fil-ħażniet doganali jew fiż-żoni ħielsa u li qabel dik id-data, inħarġet għalihom xhieda ta’ oriġini mill-Montenegro skond it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 2454/93 (6), se jkomplu jgawdu mir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 għal perjodu ta’ erba’ xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 530/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 311, 29.11.2007, p. 5.

(4)  Kif definit fl-UNSCR 1244.

(5)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1398/2007 (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 5).

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

LI JIKKONĊERNA L-KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(1)

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti huma meqjusa li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita, fil-kuntest ta' dan l-Anness, skond il-kodiċi NM. Fejn ex kodiċi NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħuda flimkien.


Ordni Nru

Kodifiċi NM

Id-Deskrizzjoni

Volum tal-kwota fis-sena (1)

Il-Benefiċjarji

Rata ta’ dazju

09.1571

0301 91 10

0301 91 90

0302 11 10

0302 11 20

0302 11 80

0303 21 10

0303 21 20

0303 21 80

0304 19 15

0304 19 17

ex 0304 19 19

ex 0304 19 91

0304 29 15

0304 29 17

ex 0304 29 19

ex 0304 99 21

ex 0305 10 00

ex 0305 30 90

0305 49 45

ex 0305 59 80

ex 0305 69 80

Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta' ħut; dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem

50 tunnellata

Il-Bożnja u l-Ħerżegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo

Eżenzjoni

09.1573

0301 93 00

0302 69 11

0303 79 11

ex 0304 19 19

ex 0304 19 91

ex 0304 29 19

ex 0304 99 21

ex 0305 10 00

ex 0305 30 90

ex 0305 49 80

ex 0305 59 80

ex 0305 69 80

Karpjun: ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta' ħut; Dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem

110 tunnellata

Il-Bożnja u l-Ħerżegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo

Eżenzjoni

09.1575

ex 0301 99 80

0302 69 61

0303 79 71

ex 0304 19 39

ex 0304 19 99

ex 0304 29 99

ex 0304 99 99

ex 0305 10 00

ex 0305 30 90

ex 0305 49 80

ex 0305 59 80

ex 0305 69 80

Denċi (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta' ħut; Dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem

75 tunnellata

Il-Bożnja u l-Ħerżegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo

Eżenzjoni

09.1577

ex 0301 99 80

0302 69 94

ex 0303 77 00

ex 0304 19 39

ex 0304 19 99

ex 0304 29 99

ex 0304 99 99

ex 0305 10 00

ex 0305 30 90

ex 0305 49 80

ex 0305 59 80

ex 0305 69 80

Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef; immellaħ jew fis-salmura, affumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta' ħut; Dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem

60 tunnellata

Il-Bożnja u l-Ħerżegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo

Eżenzjoni

09.1561

1604 16 00

1604 20 40

Inċova ppreparata jew ippreżervata

60 tunnellata

Il-Bożnja u l-Ħerżegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo

12,5  %

09.1515

ex 2204 21 79

ex 2204 21 80

ex 2204 21 84

ex 2204 21 85

2204 29 65

ex 2204 29 75

2204 29 83

ex 2204 29 84

Inbid ta' għeneb frisk, ta' saħħa alkoħolika attwali bil-massa ta' mhux aktar minn 15 % vol, ħlief inbid effervexxenti

129 000  hl (2)

L-Albanija (3), il-Bożnja u l-Ħerżegovina, il-Kroazja (4), dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (5), il-Montenegro (6), it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo

Eżenzjoni


(1)  Volum globali wieħed għal kull kwota tariffarja aċċessibbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi benefiċjarji.

(2)  Il-volum ta' din il-kwota tariffarja globali għandha titnaqqas jekk il-volumi tal-kwota tal-kwoti tariffarji individwali applikabbli taħt in-Nru ta' l-ordni 09.1588 għal ċerti nbejjed li joriġinaw fil-Kroazja jiżdiedu.

(3)  Aċċess għall-inbid li joriġina mir-Repubblika tal-Kroazja għal din il-kwota tariffarja globali, hija bil-kundizzjoni li qabel jiskadu l-kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Kroazja. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa taħt in-Nri ta' l-ordni 09.1588 u 09.1589.

(4)  Aċċess għall-inbid li joriġina minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja skond din il-kwota tariffarja globali, huwa soġġett għall-eżawriment minn qabel tal-kwoti tariffarja individwali pprovduti fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż ma' dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa taħt in-Nri ta' l-ordni 09.1558 u 09.1559.

(5)  Aċċess għall-inbid li joriġina mir-Repubblika ta' l-Albanija għal din il-kwota tariffarja globali, hija bil-kundizzjoni li qabel jiskadu l-kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż ma' l-Albanija. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa taħt in-Nri ta' l-ordni 09.1512 u 09.1513.

(6)  Aċċess għall-inbid li joriġina mill-Montenegro għal din il-kwota tariffarja globali, hija bil-kundizzjoni li qabel jiskadu l-kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Montenegro. Din in-nota individwali hi miftuħa taħt l-ordni Nru 09.1514.”


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/11


DEĊIŻJONI TA’ L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA

Nru 298/05/COL

tat-22 ta’ Novembru 2005

dwar il-proposta għal rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati għal ċerti setturi economici (In-Norveġja)

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), b’mod partikolari l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (3), b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Artikolu 1(2) fil-Parti I u l-Artikoli 4(4), 6 u 7(5) fil-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Linji ta’ Gwida ta’ l-Awtorità (4) dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE,

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ l-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet implimentattivi li jissemmew fl-Artikolu 27 fil-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti,

WARA LI KKUNSIDRAT is-Sentenza tal-Qorti ta’ l-EFTA fil-Kawża E-6/98 Il-Gvern tan-Norveġja versus L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA (5),

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 172/02/COL tal-25 ta’ Settembru 2002 li tipproponi miżuri xierqa rigward l-iskema tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati (6) u għall-ittra mill-awtoritajiet Norveġiżi li ġġib id-data tad-29 ta’ Ottubru 2002 fejn jaċċettaw il-miżuri xierqa,

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 218/03/COL tat-12 ta’ Novembru 2003 rigward l-għajnuna mill-Istat f’forma ta’ kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali mħallsa b’mod divrenzjat skond ir-reġjun (7),

WARA LI SEJĦET lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ċitati aktar ‘il fuq (8),

BILLI:

I.   IL-FATTI

1.   Il-proċedura

Skond l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw il-ħsieb tagħhom li japplikaw rati mnaqqsa ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-intrapriżi li jinsabu fiż-Żoni ġeografikament allokati 2, 3 u 4 fin-Norveġja u li huma attivi f’ċerti setturi ekonomiċi. In-notifika ntbagħtet b’ittra li kienet iġġib id-data tas-26 ta’ April 2004 mill-Missjoni Norveġiża lill-Unjoni Ewropea, fejn għaddiet ittra mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija flimkien ma’ ittra mill-Ministeru tal-Finanzi, it-tnejn iġibu d-data tat-23 ta’ April 2004, li ġew riċevuti u reġistrati mill-Awtorità fis-27 ta’ April 2004 (Avveniment Nru 278992).

Wara diversi skambji ta’ korrispondenza u laqgħat bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet Norveġiżi (9), meta jitqiesu d-diffikultajiet serji li l-Awtorità kellha biex tiddikjara l-miżura notifikata bħala kompatibbli ma’ l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità ddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

Id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 245/04/COL tas-6 ta’ Ottubru 2004 sabiex jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu (10). L-Awtorità sejħet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom.

B’ittra mill-Missjoni Norveġiża għall-Unjoni Ewropea li ġġib id-data tat-12 ta’ Novembru 2004, l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni ta’ ftuħ (Avveniment Nru 299087). L-Awtorità ma rċeviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati.

2.   Deskrizzjoni tal-miżura proposta

(a)   L-isfond

Fuq il-bażi ta’ l-Att Norveġiż dwar is-Sigurtà Soċjali tat-28 ta’ Frar 1997 (“Lov om folketrygd”), l-impjegati kollha fin-Norveġja huma suġġetti għal kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-iskema nazzjonali tas-sigurtà soċjali. Dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu kalkulati b’relazzjoni għas-salarji grossi ta’ l-impjegati u jiġu divrenzjati skond il-post ta’ residenza ta’ l-impjegati. Għal dan l-iskop, in-Norveġja hija maqsuma f’ħames żoni ġeografiċi. Żona 1 (11) tinkludi l-partijiet l-aktar ċentrali tal-parti fin-Nofsinhar tal-pajjiż u tkopri 76,6 % mill-popolazzjoni totali tan-Norveġja. Żona 2 (12) tinkludi partijiet inqas ċentrali tan-Nofsinhar tan-Norveġja u tkopri 9,4 % mill-popolazzjoni totali fin-Norveġja. Żona 3 (13) fil-parti l-kbira tkopri ċerti reġjuni muntanjużi fin-Nofsinhar tan-Norveġja b’kopertura ta’ 2,6 % mill-popolazzjoni totali tan-Norveġja. Żona 4 (14) hija magħmula mill-parti l-aktar lejn it-Tramuntana tan-Nofsinhar tan-Norveġja kif ukoll mit-Tramuntana tan-Norveġja, ‘l isfel miż-Żona 5. Żona 4 tkopri 9,4 % mill-popolazzjoni totali. Żona 5 (15) tkopri l-parti l-aktar lejn it-Tramuntana tal-pajjiż.

L-Awtorità fetħet il-proċedura ta’ investigazzjon formali rigward ir-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati fin-Norveġja fid-19 ta’ Novembru 1997 (16). Fit-2 ta’ Lulju 1998, l-Awtorità adottat deċiżjoni (17) fejn sabet li s-sistema, permezz tal-baġit ta’ l-Istat, kienet tipprovdi benefiċċju lil ċerti intrapriżi, li ma setax jiġi ġustifikat fuq il-bażi tan-natura u tal-karattru ġenerali tas-sistema u li kien ixekkel jew kien jhedded li jxekkel il-kompetizzjoni fiż-Żona Ekonomika Ewropea (18). Din is-sistema riedet tiġi allinjata mar-regoli tal-Ftehim taż-ŻEE.

Fit-2 ta’ Settembru 1998, skond l-Artikolu 36(1) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-awtoritajiet Norveġiżi fetħu kawża quddiem il-Qorti ta’ l-EFTA fejn talbu l-annullament tad-Deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 1998.

Fl-20 ta’ Mejju 1999 (19) il-Qorti ċaħdet l-applikazzjoni għall-annullament u sostniet id-deċiżjoni ta’ l-Awtorità. Il-Qorti kkonfermat li s-sistema tal-kontribuzzjonijiet iddivrenzjati tas-sigurtà soċjali kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Sabiex ikun hemm konformità mad-deċiżjoni ta’ l-Awtorità tat-2 ta’ Lulju 1998, l-awtoritajiet Norveġiżi pproponew regolamenti ġodda dwar kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati. Fit-22 ta’ Settembru 1999, l-Awtorità approvat ir-regolamenti l-ġodda għal perjodu limitat ta’ żmien, li ma kienx imur lilhinn mill-31 ta’ Diċembru 2003 (20).

Fil-21 ta’ Diċembru 2000, il-Kummissjoni Ewropea ħadet deċiżjoni negattiva dwar skema ta’ għajnuna ta’ kontribuzzjonijiet mnaqqsa tas-sigurtà soċjali notifikata lill-Iżvezja (21). Fid-deċiżjoni, permezz ta’ ittra li kienet iġġib id-data tas-27 ta’ Lulju 2000, il-Kummissjoni osservat li n-Norveġja mhux biss ressqet kummenti dwar id-deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura rigward il-każ Żvediż imma anki kkonfermat li kienet topera skema simili.

Fid-dawl tad-deċiżjoni Żvediża, minn dak iż-żmien ‘il quddiem is-sistema Norveġiża kienet diskussa f’diversi laqgħat bejn l-awtoritajiet Norveġiżi u l-Awtorità, kif ukoll bejn l-Awtorità u l-Kummissjoni Ewropea. Minħabba s-similaritajiet bejn l-iskema Norveġiża u dik Żvediża u sabiex fiż-ŻEE jkunu żgurati l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd, l-Awtorità qieset li kien meħtieġ li tiġi eżaminata l-kompatibbiltà ta’ l-iskema Norveġiża u tat bidu għal reviżjoni formali tas-sistema Norveġiża permezz ta’ ittra lill-awtoritajiet Norveġiżi li kienet iġġib id-data ta’ l-4 ta’ Ġunju 2002 (Dok. Nru: 02-4189 D).

Fid-Deċiżjoni tagħha tal-25 ta’ Settembru 2002 (22), l-Awtorità kkonkludiet li l-iskema tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati ma kinitx tikkwalifika għad-deroga provduta skond l-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim taż-ŻEE u pproponiet l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa li jitolbu l-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe għajnuna inkompatibbli involuta fis-sistema jew li jagħmluha kompatibbli b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2004.

B’ittra mill-Missjoni tan-Norveġja lill-Unjoni Ewropea, li ġġib id-data tad-29 ta’ Ottubru 2002, li l-Awtorità rċeviet u rreġistrat fil-31 ta’ Ottubru 2002 (Dok. Nru: 02-7855 A), l-awtoritajiet Norveġiżi aċċettaw il-miżuri xierqa.

F’Marzu 2003, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw lill-Awtorità b’perjodu tranżitorju ta’ tliet snin, mill-2004 sa l-2007, għall-aġġustament progressiv tar-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali applikabbli fiż-Żoni 3 u 4 (Dok. Nru: 03-1846 A). Skond in-notifika, ir-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandhom ikunu kif ġej (23):

Tabella 1

 

Rati 2003

Rati 2004

Rati 2005

Rati 2006

Rati 2007

Żona 1

14,1

14,1

14,1

14,1

14,1

Żona 2

10,6

14,1

14,1

14,1

14,1

Żona 3

6,4

8,3

10,2

12,1

14,1

Żona 4

5,1

7,3

9,5

11,7

14,1

B’ittra li kienet iġġib id-data tal-15 ta’ April 2003 (Dok. Nru: 03-2467 A), l-awtoritajiet Norveġiżi kienu nnotifikaw ukoll kontinwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati f’Nord-Troms u f’Finnmark (Żona 5). Madankollu, din in-notifika kienet irtirata b’ittra mill-Ambaxxatur Norveġiż lill-Unjoni Ewropea li kienet iġġib id-data ta’ l-4 ta’ Lulju 2003 (Dok. Nru: 03-4403 A) peress li l-Istati ta’ l-EFTA, bi ftehim komuni fil-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA fl-1 ta’ Lulju 2003 (Nru 2/2003/SC), u b’referenza għall-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, kienu ddeċidew li l-iskema preżenti fiż-Żona 5 kienet kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali f’din iż-żona.

Wara l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali permezz ta’ deċiżjoni li kienet iġġib id-data tas-16 ta’ Lulju 2003 (24) u skond is-sentenza tal-Qorti ta’ l-EFTA fil-Kawża E-6/98 (25), l-Awtorità kkonkludiet li r-rati mnaqqsa tal-kontibuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fiż-Żoni 2, 3 u 4 kienu jammontaw għal żburżjar ta’ għajnuna. Madankollu, l-Awtorità awtorizzat il-perjodu tranżitorju notifikat ta’ tliet snin għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati fiż-Żoni 3 u 4 bid-Deċiżjoni Nru 218/03/COL tat-12 ta’ Novembru 2003. F’din id-deċiżjoni, l-Awtorità nnotat li mingħajr perjodu tranżitorju, iż-żjieda fil-pagamenti tas-sigurtà soċjali kienu jwasslu għal effetti avversi fuq l-impjiegi. L-Awtorità osservat li t-tneħħija gradwali ta’ rati fiskali diverenzjati tul perjodu ta’ tliet snin kienet tfisser li ż-żjieda annwali fl-ispejjeż għall-intapriżi kienet tinfirex fuq il-perjodu kollu. Bil-kontra, abolizzjoni immedjata tas-sistema kurrenti kienet timplika xokk fl-ispejjeż għall-intrapriżi kkonċernati. Perjodu tranżitorju xieraq kien jidher rakkomandabbli sabiex jittaffew l-effetti ta’ xokk u biex l-intrapriżi jingħataw iż-żmien ħalli jaġġustaw irwieħhom għall-ambjent ekonomiku l-ġdid.

(b)   Deskrizzjoni tal-miżura kurrentement notifikata għar-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati għal ċerti setturi ekonomiċi

1.   Deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-miżura

F’April 2004, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw lill-Awtorità l-ħsieb tagħhom li, mill-1 ta’ Jannar 2005 ‘il quddiem u għal perjodu indefinit ta’ żmien, japplikaw ir-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati li kien hemm sa tmiem l-2003 fiż-Żoni 1, 2, 3 u 4 għal ċerti setturi ekonomiċi. Dawn ir-rati qed jintwerew fit-Tabella 1 t’aktar ‘il fuq għas-sena 2003. Iż-Żona 5 nżammet barra min-notifika peress li, skond id-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati EFTA Nru 2/2003/SC ta’ l-1 ta’ Lulju 2003, ir-rata applikabbli hemmhekk hija ta’ żero.

Il-miżura notifikata se tkun applikabbli biss għal ċerti setturi ekonomiċi li, skond l-awtoritajiet Norveġiżi, ma jiġux esposti għall-kompetizzjoni minn intrapriżi fi Stati oħra taż-ŻEE. L-awtoritajiet Norveġiżi allegaw li ma kien hemm l-ebda effett fuq in-negozju fis-setturi ekonomiċi li jibbenefikaw mill-applikazzjoni maħsuba tar-rati mnaqqsa tas-sigurtà soċjali. Għalhekk, l-awtoritajiet Norveġiżi qiesu li l-miżura notifikata ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

L-Awtoritajiet Norveġiżi vvalutaw l-espożizzjoni għall-kompetizzjoni fuq il-bażi ta’ rapport ekonomiku preparat mid-ditta indipendenti ta’ konsulenza ECON b’kooperazzjoni mad-ditta legali Norveġiża (li minn hawn ‘il quddiem se jissejjaħ: “ir-rapport ta’ l-ECON”). Il-lista li ġejja ta’ setturi li suppost ma jiġux affetwati mill-kompetizzjoni minn intrapriżi fi Stati oħra taż-ŻEE u għaldaqstant li huma koperti mill-miżura notifikata kienet ippreparata fuq il-bażi tal-valutazzjoni preżentata fir-rapport ta’ l-ECON:

Tabella 2

Il-Kodiċi NACE (*)

Żona 2

Żona 3

Żona 4

01.300 It-tkabbir ta’ l-uċuh tar-raba’ flimkien mat-trobbija ta’ l-annimali għal skopijiet kummerċjali (biedja mħallta)

m.a. (**)

m.a.

0

22.120 Il-pubblikazzjoni tal-gazzetti

0/2

0/2

0/2

22.210 L-istampar tal-gazzetti

0/2

0/2

0/2

35.111 Il-bini u t-tiswija tal-bastimenti u tal-bwieq ta’ aktar minn 100 g.r.tunnellata

0/2

0/2

0/2

35.113 Il-bini u t-tiswija tal-bastimenti ta’ inqas minn 100 g.r.tunnellata

0/2

0/2

0/2

40.120 It-trażmissjoni ta’ l-elettriku

0

0

0

45.110 Id-demolizzjoni u t-tifrik tal-bini; iċ-ċaqliq tal-ħamrija

0

0

0

45.212 Il-kostruzzjoni ġenerali tax-xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili

0

0

0

45.221 Ix-xogħol ta’ landar

m.a.

m.a.

0

45.229 Twaqqif ieħor ta’ għata u oqfsa għas-soqfa

m.a.

m.a.

0

45.230 Il-kostruzzjoni ta’ l-awtostradi, tat-toroq, ta’ l-imtajar u tal-faċilitajiet sportivi

0

0

0

45.240 Il-kostruzzjoni tal-proġetti ta’ l-ilma

0

m.a.

m.a.

45.250 Xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni li jinvolvi snajja’ speċjali

0

0

0

45.310 L-installazzjoni tal-wajers u tat-tagħmir ta’ l-elettriku

0

0

0

45.320 L-attivitajiet tax-xogħol ta’ iżolazzjoni

m.a.

m.a.

0

45.330 Il-plaming

0

0

0

45.340 Installazzjonijiet oħra tal-bini

0

m.a.

0

45.442 L-igglejżjar

m.a.

m.a.

0

45.450 Ikkompletar ieħor tal-bini

0

m.a.

0

45.500 Il-kiri tat-tagħmir ta’ kostruzzjoni jew ta’ demolizzjoni flimkien ma’ operatur

m.a.

0

0

50.200 Il-manutenzjoni u t-tiswija tal-vetturi bil-mutur

0

0

0

50.301 Il-bejgħ b’kummissjoni u bl-ingrossa tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet minn u ta’ l-aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur

0

m.a.

0

50.302 Il-bejgħ bl-imnut tal-partijiet u ta’ l-aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur

0

0

0

50.500 Il-bejgħ bl-imnut tal-fjuwil għall-karozzi

0

0

0

51.170 L-aġenti involuti fil-bejgħ ta’ l-ikel, tax-xorb u tat-tabakk

m.a.

m.a.

0/2

51.180 L-aġenti li jispeċjalizzaw fil-bejgħ ta’ prodotti jew ta’ gammi ta’ prodotti partikolari mhux ikklassifikati band’oħra.

m.a.

m.a.

0

51.210 Il-bejgħ bl-ingrossa tal-qmuħ, taż-żrieragħ u ta’ l-ikel għall-annimali

0

0

0

51.220 Il-bejgħ bl-ingrossa tal-fjuri u tal-pjanti

m.a.

m.a.

0

51.389 Il-bejgħ bl-ingrossa tal-molluski mhux ikklassifikati band’oħra

m.a.

m.a.

0

51.390 Il-bejgħ bl-ingrossa mhux speċjalizzat ta’ l-ikel, tax-xorb u tat-tabakk

m.a.

0

0

51.421 Il-bejgħ bl-ingrossa ta’ l-ilbies

0

0

0

51.434 Il-bejgħ bl-ingrossa tad-diski tal-grammofonu, tat-tejps, tas-CDs, tad-DVDs u tal-vidjos

m.a.

m.a.

0

51.460 Il-bejgħ bl-ingrossa tal-prodotti farmaċewtiċi

m.a.

m.a.

0

51.477 Il-bejgħ bl-ingrossa ta’ l-oġġetti sportivi, tal-logħob u tal-ġugarelli

0

m.a.

m.a.

51.479 Il-bejgħ bl-ingrossa ta’ l-oġġetti tad-dar u ta’ l-oġġetti personali mhux ikklassfikati band’oħra

m.a.

m.a.

0

51.520 Il-bejgħ bl-ingrossa tal-metalli u tal-metalli mhux maħduma

m.a.

m.a.

0

51.532 Il-bejgħ bl-ingrossa ta’ l-injam

0

0

0

51.533 Il-bejgħ bl-ingrossa taż-żebgħa u tal-verniċ

m.a.

m.a.

0

51.539 Il-bejgħ bl-ingrossa tal-materjali ta’ kostruzzjoni mhux ikklassifikati band’oħra

0

m.a.

0

51.561 Il-bejgħ bl-ingrossa tal-karti u tal-kartun

0

m.a.

0

51.840 Il-bejgħ bl-ingrossa tal-kompjuters, tat-tagħmir periferali tal-kompjuters u tas-softwer

0

0

0

51.850 Il-bejgħ bl-ingrossa ta’ makkinarju u ta’ tagħmir ieħor għall-uffiċċju

m.a.

m.a.

0

51.872 Il-bejgħ bl-ingrossa tat-tagħmir għall-bastimenti u tat-tagħmir għas-sajd

m.a.

m.a.

0

51.900 Bejgħ bl-ingrossa ieħor

0

0

0

52.110 Il-bejgħ bl-imnut fi ħwienet mhux speċjalizzati fejn jippredomina l-ikel, ix-xorb jew it-tabakk

0/2

0/2

0/2

52.120 Bejgħ bl-imnut ieħor fi ħwienet mhux speċjalizzati

0/2

0/2

0/2

52.220 Il-bejgħ bl-imnut tal-laħam u tal-prodotti tal-laħam

0

m.a.

m.a.

52.230 Il-bejgħ bl-imnut tal-ħut, tal-krustaċji u tal-molluski

m.a.

m.a.

0

52.241 Il-bejgħ bl-imnut tal-ħobż, tal-kejkijiet u tal-ħelu li jsir bid-dqiq

0

m.a.

0

52.271 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-ikel tajjeb għas-saħħa

m.a.

m.a.

0

52.279 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-ikel, tax-xorb u tat-tabakk fi ħwienet speċjalizzati mhux ikklassifikati band’oħra

m.a.

m.a.

0

52.310 L-ispiżjara

0

0

0

52.330 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-oġġetti kożmetiċi u ta’ l-oġġetti tat-twaletta

m.a.

m.a.

0

52.410 Il-bejgħ bl-imnut tat-tessuti

0

0

0

52.420 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-ilbies

0/2

0/2

0/2

52.431 Il-bejgħ bl-imnut ta’ xdud is-saqajn

0

0

0

52.441 Il-bejgħ bl-imnut tat-tagħmir tad-dawl

m.a.

m.a.

0

52.442 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-oġġetti tal-porċellana u tal-ħġieġ

m.a.

m.a.

0

52.443 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-għamara

0/2

0/2

0/2

52.449 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-oġġetti tad-dar li ma jaħdmux bl-elettriku mhux ikklassifikati band’oħra

m.a.

0

0

52.451 Il-bejgħ bl-imnut tat-tagħmir elettriku tad-dar u ta’ l-oġġetti tar-radju u tat-televiżjoni

0

0

0

52.453 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-istrumenti mużikali u tal-kjavi mużikali

m.a.

m.a.

0

52.461 Il-bejgħ bl-imnut ta’ gamma ta’ għodod, żebgħa u ħġieġ

0/2

0/2

0/2

52.463 Il-bejgħ bl-imnut taż-żebgħa u tal-verniċ

0

0

m.a.

52.464 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-injam

m.a.

m.a.

0/2

52.469 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-għodod, taż-żebgħa u tal-ħġieġ mhux ikklassifikati band’oħra

m.a.

0

0

52.481 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-arloġġi, ta’ l-oġġetti fotografiċi u ottiċi

m.a.

0

0

52.482 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-oġġetti tad-deheb u tal-fidda

m.a.

0

0

52.483 Il-bejgħ bl-imnut ta’ l-oġġetti sportivi, tal-logħob u talġugarelli

m.a.

m.a.

0

52.484 Il-bejgħ bl-imnut tal-fjuri u tal-pjanti

m.a.

m.a.

0

52.485 Il-bejgħ bl-imnut tal-kompjuters, tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju u ta’ telekomunikazzjoni

m.a.

m.a.

0

52.489 Il-bejgħ bl-imnut fi ħwienet speċjalizzati mhux ikklassfikat band’oħra

m.a.

0

0

52.612 Il-bejgħ bl-imnut tat-tessuti, ta’ l-ilbies, ta’ xdud is-saqajn, ta’ l-aċċessorji għall-ivvjaġġar u ta’ l-oġġetti tal-ġilda permezz tal-postijiet għall-ordnijiet bil-posta

0

m.a.

m.a.

52.619 Bejgħ ieħor bl-imnut ta’ taħlita speċjalizzata ta’ oġġetti permezz tal-postijiet għall-ordnijiet bil-posta

0

m.a.

0

52.630 Bejgħ bl-imnut ieħor mhux mill-ħwienet

m.a.

m.a.

0

52.720 It-tiwsija tat-tagħmir elettriku tad-dar

m.a.

m.a.

0

55.301 L-operat tar-restoranti u tal-kafes

0

0

0

55.302 L-operat tas-snack bars, tas-salad bars u tad-dog bars

m.a.

0

0

55.401 Il-pabbs

0

0

0

55.510 Il-kantins

0

m.a.

0

55.520 Il-forniment ta’ l-ikel

0

m.a.

0

60.220 L-operat tat-taksis

m.a.

0

0

63.110 L-immaniġġjar tat-tagħbijiet tal-merkanzija

0

m.a.

0

63.120 Il-ħażna u l-magażinaġġ

m.a.

m.a.

0

63.211 L-aġenziji ċentrali għall-akkwist tal-merkanzija u tat-trasport

0

0

0

63.212 Il-postijiet tal-parkeġġ u l-imkejjen tal-parkeġġ

m.a.

m.a.

0

63.213 L-istazzjonijiet fejn ikun hemm żbarra li twaqqaf id-dgħajjes li jkunu għaddejjin fuq il-kanal biex jitħallas in-noll (toll bar stations)

m.a.

m.a.

0

63.219 Servizzi oħra assoċjati mat-trasport fuq l-art

0

0

0

63.221 L-operat tal-portijiet

m.a.

m.a.

0

63.229 Attivitajiet oħra ta’ appoġġ għat-trasport fuq l-ilma

m.a.

m.a.

0

63.230 Attivitajiet oħra ta’ appoġġ għat-trasport fl-ajru

0

0

0

63.302 L-uffiċċji turistiċi

m.a.

0

0

63.401 Is-servizzi tal-bgħit tal-merkanzija

0

0

0

63.409 Servizzi ta’ bgħit oħra

m.a.

m.a.

0

64.110 L-attivitajiet tal-posta nazzjonali

0

0

0

64.120 L-attivitajiet ta’ kurjer għajr l-attivitajiet tal-posta nazzjonali

m.a.

0

0

64.210 It-trasportaturi fissi tal-mezzi ta’ telekomunikazzjoni

0

m.a.

0

64.220 It-trasportaturi mobbli tal-mezzi ta’ telekomunikazzjoni

0

m.a.

0

64.230 Il-fornituri tas-servizz ta’ l-Internet

m.a.

m.a.

0

64.240 Attivitajiet oħra ta’ telekomunikazzjoni

m.a.

m.a.

0

65.120 Intermedjazzjoni monetarja oħra

0

0

0

65.220 Għoti ta’ kreditu ieħor

0

m.a.

0

65.239 Ġestjoni tas-sikurezza oħra

m.a.

m.a.

0

66.010 L-assigurazzjoni fuq il-ħajja

m.a.

m.a.

0

66.030 L-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja

0

0

0

67.130 L-attivitajiet awżiljarji għall-intermedjazzjoni finanzjarja

m.a.

m.a.

0

67.200 L-attivitajiet awżiljarji għall-finanazjament ta’ l-assigurazzjonijiet u tal-pensjonijiet

m.a.

0

0

70.111 Il-kooperattivi għall-bini tad-djar

m.a.

m.a.

0

70.112 Żvilupp u bejgħ oħra tal-proprjetà ieħor

m.a.

m.a.

0

70.120 Ix-xiri u l-bejgħ tal-proprjetà personali

m.a.

0

0

70.202 Kiri ieħor tal-proprjetà personali

0

0

0

70.310 L-aġenziji tal-proprjetà

m.a.

m.a.

0

70.321 Il-ġestjoni tal-proprjetà fuq bażi ta’ ħlas jew ta’ kuntratt

m.a.

0

0

70.322 Is-servizzi ta’ kertejker

m.a.

m.a.

0

71.110 Il-kiri tal-karozzi

m.a.

m.a.

0

71.320 Il-kiri tal-makkinarju u tat-tagħmir ta’ kostruzzjoni u ta’ inġinerija ċivili

m.a.

m.a.

0

71.340 Il-kiri ta’ makkinarju u ta’ tagħmir ieħor mhux ikklassifikat band’oħra

m.a.

m.a.

0

71.400 Il-kiri ta’ l-oġġetti personali u tad-dar mhux ikklassifikati band’oħra

0

m.a.

0

72.500 Il-manutenzjoni u t-tiwsija tal-makkinarju ta’ l-uffiċċju, tal-kontabilità u ta’ l-għadd

m.a.

m.a.

0

74.110 L-attivitajiet legali

m.a.

m.a.

0

74.121 Il-kontabilità, iż-żamma tal-kotba

0

0

0

74.122 Il-verifika finanzjarja

0

0

0

74.130 Ir-riċerka fis-suq u l-istħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika

m.a.

m.a.

0

74.140 L-attivitajiet ta’ konsulenza għan-negozji u għall-ġestjoni

0

m.a.

0

74.203 Il-perizja ġeoloġika

m.a.

m.a.

0

74.300 L-ittestjar u l-analiżi tekniċi

0

0

0

74.400 Ir-reklamar

0

m.a.

0

74.501 Ir-reklutaġġ għax-xogħol tal-persunal

0

0

0

74.600 L-attivitajiet ta’ investigazzjoni u ta’ sikurezza

0

0

0

74.700 It-tindif industrijali

0

0

0

74.810 L-attivitajiet fotografiċi

m.a.

m.a.

0

74.820 L-attivitajiet ta’ ppakkjar

m.a.

m.a.

0

74.851 L-attivitajiet segretarjali

m.a.

0

0

74.852 L-attivitajiet ta’ traduzzjoni

m.a.

m.a.

0

74.871 Il-ġbir tal-flus, l-attivitajiet ta’ l-għoti ta’ kreditu

m.a.

m.a.

0

74.877 L-attivitajiet ta’ l-organizzaturi tal-fieri, ta’ l-esibizzjonijiet u tal-kungressi

m.a.

m.a.

0

74.879 Attivitajiet oħra ta’ negozju mhux ikklassifikati band’oħra

0

0

0

75.110 L-attivitajiet ġenerali tas-servizz pubbliku

0

0

0

75.120 Ir-regolamentazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-aġenziji li jipprovdu servizzi ta’ kura tas-saħħa, servizzi edukattivi, servizzi kulturali u servizzi soċjali oħra, ħlief is-sigurtà soċjali

0

0

0

75.130 Ir-regolamentazzjoni ta’ u l-kontribuzzjoni għal operat aktar effiċjenti tan-negozju

0

0

0

75.140 L-attivitajiet ta’ servizzi ta’ appoġġ għall-gvern kollu

0

m.a.

0

75.220 L-attivitajiet tad-difiża

0

0

0

75.230 Il-ġustizzja u l-attivitajiet ġudizzjarji

0

0

0

75.240 L-attivitajiet ta’ sikurezza pubblika, tal-liġi pubblika u ta’ l-ordni pubblika

0

0

0

75.250 L-attivitajiet tat-tifi tan-nar

0

0

0

75.300 L-attivitajiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali

0

0

0

80.102 L-edukazzjoni primarja u l-edukazzjoni sekondarja (lower secondary education)

0

0

0

80.103 L-edukazzjoni speċjalizzata għall-persuni b’diżabilità

0

0

0

80.210 L-edukazzjoni sekondarja ġenerali

0

0

0

80.309 L-edukazzjoni f’kulleġġi oħra

m.a.

m.a.

0/2

80.410 L-attivitajiet ta’ l-iskejjel tas-sewqan

m.a.

m.a.

0

80.421 L-edukazzjoni sekondarja fl-iskejjel tal-poplu (folk high school education)

0

0

0

80.423 L-attivitajiet ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ l-edukazzjoni għall-adulti

m.a.

0

0

80.424 L-attivitajiet ta’ l-iskejjel muniċipali tal-mużika

m.a.

0

0

80.429 Edukazzjoni oħra

0

0

0

85.114 L-istituzzjonijiet ta’ riabilitazzjoni

0

0

0

85.116 L-isptarijiet tas-saħħa mentali għall-adulti

0

0

m.a.

85.118 Id-djar tal-kura

0

0

0

85.121 It-tobba tal-familja

m.a.

m.a.

0

85.122 It-tobba, l-ispeċjalisti għajr il-psikjatri

m.a.

m.a.

0

85.130 L-attivitajiet tad-dentistrija

0

0

0

85.142 Is-servizzi tal-fiżjoterapija

m.a.

m.a.

0

85.143 Is-servizzi sanitarji fl-iskejjel, il-kura ta’ saħħet l-ommijiet u t-tfal

0

m.a.

m.a.

85.144 Kura tas-saħħa preventiva oħra

m.a.

0

0

85.147 Is-servizzi ta’ l-ambulanzi

0

0

0

85.149 Attivitajiet sanitarji oħra

0

0

0

85.200 L-attivitajiet veterinarji

0

0

0

85.311 L-istituzzjonijiet għall-benesseri tat-tfal

0

m.a.

m.a.

85.312 L-istituzzjonijiet għall-alkoħoliċi u għad-drogati

0

0

0

85.319 Istituzzjonijiet oħra tal-kura soċjali

m.a.

0

0

85.321 Is-servizzi ta’ l-għajnuna fid-djar

m.a.

m.a.

0

85.322 Id-djar b’akkomodazzjoni għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilità

m.a.

m.a.

0

85.323 Is-servizzi għall-benesseri tat-tfal

0

m.a.

0

85.324 Is-servizzi tal-benesseri soċjali mingħajr l-akkomodazzjoni għall-alkoħoliċi u għad-drogati

m.a.

0

0

85.325 Is-servizzi ta’ pariri għall-familji

m.a.

m.a.

0

85.326 L-attivitajiet ta’ l-uffiċċji muniċipali tas-servizzi soċjali

m.a.

m.a.

0

85.327 L-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni u tal-kura tat-tfal iż-żgħar

0

0

0

85.331 Il-kura tat-tfal li għandhom żmien biex imorru l-iskola

m.a.

m.a.

0

85.333 L-attivitajiet tal-kura ta’ matul il-jum għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilità

m.a.

m.a.

0

85.334 It-taħriġ għall-attivitajiet tax-xogħol għas-suq tax-xogħol ordinarju

0

0

0

85.335 L-attivitajiet ta’ xogħol imkenni permanenti

0

0

0

85.336 L-attivitajiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-benesseri soċjali

m.a.

m.a.

0

85.337 Iċ-ċentri ta’ lqugħ għal dawk li qed ifittxu kenn politiku

0

0

0

85.338 L-impjiegi/it-taħriġ għall-attivitajiet tax-xogħol fid-dipartimenti sanitarji u soċjali muniċipali

0

m.a.

m.a.

85.339 Attivitajiet oħra ta’ ħidma soċjali mingħajr akkomodazzjoni

m.a.

0

m.a.

90.010 Il-ġbir u t-trattament tad-drenaġġ

0

m.a.

0

90.020 Il-ġbir u t-trattament ta’ skart ieħor

0

0

0

91.110 L-attivitajiet ta’ l-organizzazzjonijiet tan-negozju u ta’ min iħaddem

m.a.

0

0

91.200 L-attivitajiet tat-trejdjunjins

m.a.

m.a.

0

91.310 L-attiviatjiet ta’ l-organizzazzjonijiet reliġjużi

0

0

0

91.330 L-attiviatjiet ta’ organizzazzjonijiet oħra ta’ sħubija mhux ikklassifkati band’oħra

0

m.a.

0

92.110 Il-produzzjoni tal-films u tal-vidjos

m.a.

m.a.

0

92.130 Il-projezzjoni tal-films

m.a.

m.a.

0

92.200 L-attivitajiet tar-radju u tat-televiżjoni

0

m.a.

0

92.320 L-operat tal-faċilitajiet artistiċi

0

m.a.

0

92.330 L-attivitajiet tal-fieri u tal-parks ta’ divertiment

m.a.

m.a.

0

92.400 L-attivitajiet ta’ l-aġenziji ta’ l-aħbarijiet

m.a.

m.a.

0

92.510 L-attivitajiet tal-libreriji u ta’ l-arkivji

0

m.a.

0

92.521 L-attivitajiet tal-mużewijiet

0

0

0

92.522 Il-preservazzjoni tas-siti u tal-bini storiċi

m.a.

0

0

92.610 L-operat ta’ l-areni u ta’ l-istadji sportivi

0/2

0

0

92.621 Il-klabbs u l-assoċjazzjonijiet sportivi

0

0

0

92.629 Attivitajiet sportivi oħra mhux ikklassifikati band’oħra

m.a.

m.a.

0

92.721 Il-kumpaniji ta’ l-attivitajiet u ta’ l-avventura

m.a.

0

m.a.

92.729 Servizzi rikreattivi oħra mhux ikklassifikati band’oħra

0

0

0

93.010 Il-ħasil u t-tindif fix-xott tal-prodotti tessili u tal-fer

0

0

0

93.020 Il-kura tax-xagħar u trattamenti oħra tas-sbuħija

m.a.

0

0

93.030 L-attivitajiet funerarji u l-attivitajiet relatati

m.a.

m.a.

0

93.040 L-attivitajiet għall-benesseri fiżiku

0

0

0

Fuq il-bażi tar-rapport ta’ l-ECON, l-awtoritajiet Norveġiżi stabbilew il-kriterji li ġejjin sabiex jiddivrenzjaw bejn l-intrapriżi li mhumiex suġġetti għall-kompetizzjoni mill-intarpriżi li jinsabu fi Stati l-oħra taż-ŻEE u dawk l-intrapriżi li jiġu affetwati mill-kompetizzjoni maż-ŻEE kollha, rigward is-setturi ekonomiċi mmarkati bil-figura 0/2:

22.120 u 22.210 NACE: il-pubblikazzjoni u l-istampar tal-gazzetti

Minħabba l-ilsien, il-kultura u d-distanza, il-pubblikazzjoni u l-istampar tal-gazzetti lokali jitqiesu bħala li joperaw biss fi swieq lokali. Gazzetta titqies bħala lokali sakemm ma tinbiegħx mal-pajjiż kollu.

35.111 u 35.113 NACE: il-bini u t-tiswija tal-bastimenti u tal-bwieq ta’ aktar minn 100 tunnellata u ta’ inqas minn 100 tunnellata

Sakemm it-tiswija tikkonċerna bastimenti li jbaħħru fl-ilmijiet Norveġiżi jew li jkunu f’diffikultajiet kbar, it-tarznari partikolari jitqiesu bħala li joperaw lokalment u b’hekk ma jkunux suġġetti għall-kompetizzjoni minn Stati oħra taż-ŻEE.

51.170 NACE: l-aġenti involuti fil-bejgħ ta’ l-ikel, tax-xorb u tat-tabakk

L-awtoritajiet Norveġiżi ma pprovdew l-ebda spjegazzjoni ulterjuri dwar il-kriterji ta’ eliġibilità li japplikaw għall-intrapriżi f’dan is-settur. Skond ir-rapport ta’ l-ECON, ma kienx possibbli li l-intrapriżi suġġetti għall-kompetizzjoni jiġu separati minn dawk li mhumiex fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli.

52.110 NACE: il-bejgħ bl-imnut fi ħwienet mhux speċjalizzati fejn jippredomina l-ikel, ix-xorb jew it-tabakk

L-intrapriżi li jinsabu f’distanza ta’ aktar minn 150 kilometru mill-kompetituri fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera nazzjonali jitqies li ma jkunux esposti għall-kompetizzjoni minn Stati oħra taż-ŻEE. Skond l-informazzjoni mressqa mill-awtoritajiet Norveġiżi, l-użu ta’ distanza kritika ta’ 150 km kienet stabbilita billi ġew identifikati l-eqreb kompetituri li kienu jinsabu fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera ta’ l-intrapriżi bil-klassifikazzjoni industrijali standard 52.110, il-bejgħ bl-imnut mhux speċjalizzat. Rigward l-intrapriżi li jinsabu f’distanzi differenti mill-eqreb kompetitur fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera tqiesu l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tar-rapport ta’ l-ECON, l-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li l-probabbiltà li l-intrapriżi li jinsabu aktar minn 150 km minn kompetitur jiġu esposti għall-kompetizzjoni minn intrapriżi fi Stati oħra taż-ŻEE hija baxxa. L-awtoritajiet Norveġiżi jirrikonoxxu li jekk hemmx kompetizzjoni effettiva tiddependi mit-taħlita ta’ oġġetti offruti.

52.120, 52.420 u 52.443 NACE: bejgħ bl-imnut ieħor fi ħwienet mhux speċjalizzati, il-bejgħ bl-imnut ta’ l-ilbies u l-bejgħ bl-imnut ta’ l-għamara

Għalkemm id-distanza mill-kompetituri fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera hija sinifikanti, l-awtoritajiet Norveġiżi jirrikonoxxu li huwa diffiċli li jiġi determinat limitu assolut u deċiżiv bejn l-intrapriżi affetwati min-negozju fiż-ŻEE u dawk li ma jiġux affetwati. Billi l-intrapriżi li jinsabu bejn wieħed u ieħor 200 km minn ċentru tax-xiri relattivament kbir fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera jiġu esposti għall-kompetizzjoni, skond is-sejbiet tar-rapport ta’ l-ECON, l-intrapriżi li jinsabu eqreb tal-fruntiera, imma mingħajr ma jkollhom xi ċentru tax-xiri kbir fuq in-naħa l-oħra, ma jiġux esposti għall-kompetizzjoni. Madankollu, skond l-istess valutazzjoni li saret għal 52.110 NACE, l-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw fin-notifika li distanza ta’ 200 km tidher kriterju oġġettiv xieraq sabiex ikun iddeterminat l-effett fuq in-negozju għal dan is-settur.

52.461 u 52.464 NACE: il-bejgħ bl-imnut ta’ gamma ta’ għodod, żebgħa u ħġieġ u l-bejgħ bl-imnut ta’ l-injam

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-intrapriżi li jinsabu “ferm ‘il bogħod mill-fruntiera nazzjonali” ma jiġux esposti għall-kompetizzjoni minn intrapriżi ta’ Stati oħra taż-ŻEE. Fuq il-bażi ta’l-informazzjoni provduta, “ferm ‘il bogħod mill-fruntiera nazzjonali” tfisser li mhux ta’ min joqgħod jivvjaġġa ‘l hemm u lura f’jum wieħed, fejn id-distanza tiddependi, fost l-oħrajn, fuq l-istandard tat-toroq u fuq il-kundizzjonijiet tat-traffiku. L-intrapriżi li jinsabu fil-kontej ta’ Rogaland, Hordaland, Sogn og Fjordane u Møre og Romsdal jistgħu jibbenefikaw minn rati mnaqqsa tas-sigurtà soċjali peress li ma jiġux esposti għall-kompetizzjoni minn Stati oħra taż-ŻEE. L-intrapriżi f’pajjiżi oħra huma esklużi.

80.309 NACE: l-edukazzjoni f’kulleġġi oħra

In-notifika tkopri biss il-korsijiet ta’ l-edukazzjoni għall-adulti li għaldaqstant ma jitqiesx li jiġu affetwati min-negozju. Safejn għandha x’taqsam l-edukazzjoni fuq il-livell tal-kulleġġi u ta’ l-università, l-awtoritajiet Norveġiżi indikaw il-figura 2 li jfisser li l-attività konċernata tiġi esposta għall-kompetizzjoni.

92.610 NACE: l-operat ta’ l-areni u ta’ l-istadji sportivi

Klabb atletiku jitqies bħala lokali meta ma jipparteċipax fl-ogħla diviżjoni fil-fergħa tiegħu ta’ l-atletika. Installazzjonijiet sportivi oħra jitqiesu bħala lokali meta jintużaw prinċipalment minn klabbs lokali, mill-popolazzjoni lokali fil-muniċipalità u mill-viżitaturi f’mawriet ta’ jum, fejn ma jkun hemm l-ebda offerta kompetittiva fi Stati oħra taż-ŻEE.

2.   Il-metodu li ntuża għall-għażla ta’ l-intrapriżi koperti mill-miżura notifikata tar-rati reġjonalment iddivrenzjati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

Il-miżura notifikata tkopri numru ta’ setturi ekonomiċi li ġew identifikati fir-rapport ta’ l-ECON kif ġew elenkati aktar ‘il fuq. Ir-rapport ta’ l-ECON kien ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-kollegamenti (“konkurranseflater”) bejn l-intrapriżi li jinsabu fiż-Żoni 2, 3 u 4 fin-Norveġja u dawk fi Stati oħra taż-ŻEE. Kien jinkludi lista ta’ setturi li suppost ma ġewx affetwati mill-kompetizzjoni minn Stati oħra taż-ŻEE.

Għas-settur tal-manifattura, il-lista tas-setturi ekonomiċi li ma ġewx affetwati mill-kompetizzjoni minn Stati oħra taż-ŻEE kienet ippreparata fuq il-bażi tad-data reġjonali dwar il-figuri ta’ l-esportazzjoni u ta’l-importazzjoni għaż-żoni rilevanti provduti mill-iStatistics Norway. Kif spjegaw l-awtoritajiet Norveġiżi fl-ittra li kienet iġġib id-data tat-12 ta’ Novembru 2004, l-okkorrenza ta’ negozju dirett fi kważi s-setturi kollha tal-manifattura (15 NACE sa 37 NACE) wasslet lill-ECON biex tikkonkludi li prattikament dawn is-setturi kollha jistgħu jiġu affetwati mill-kompetizzjoni minn intrapriżi fi Stati oħra taż-ŻEE. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw ukoll li xi setturi ferm ftit fin-numru (il-pubblikazzjoni u l-istampar tal-gazzetti, il-bini tal-bastimenti) madankollu tqies li joperaw fi swieq lokali biss fuq il-bażi tan-natura u tal-karatteristiċi ta’ dawn is-sotto-setturi u mhux fuq analiżi ta’ l-importazzjonijiet/esportazzjonijiet.

Rigward l-intrapriżi fis-settur tas-servizzi (50 NACE sa 99 NACE), l-espożizzjoni għall-kompetizjoni kienet prinċipalment eżaminata fuq il-bażi ta’ l-għarfien tas-sitwazzjoni tas-swieq fis-setturi differenti tal-kummerċ u fuq taħdidiet ma’ grupp magħżul ta’ intrapriżi fiż-Żoni 2, 3 u 4 fin-Norveġja.

La hemm referenza espliċita għall-metodu segwit biex tkun iddeterminata l-espożizzjoni tal-kompetizzjoni fil-provvista ta’ l-elettriku, tal-gass u ta’ l-ilma (40 NACE) u lanqas fis-settur tal-kostruzzjoni (45 NACE), għalkemm fin-notifika ġew inklużi numru kbir ta’ sotto-setturi tal-kostruzzjoni.

Skond ir-rapport ta’ l-ECON, l-attivitaijiet purament lokali ma ġewx affetwati min-negozju fiż-ŻEE. Sabiex tkun ikklassifikata bħala attività purament lokali fit-termini tar-rapport ta’ l-ECON, is-settur ekonomiku rilevanti f’qasam partikolari kellu jissodisfa żewġ kundizzjonijiet kumulattivi: L-intarpriżi fis-settur partikolari ma jipparteċipawx f’attivitajiet transkonfinali u l-attività speċifika li tinsab fir-reġjun effettiv ma tkunx kapaċi tiġbed klijenti minn lokalità oħra.

Ir-rapport jiddikjara li l-identifikazzjoni tal-kollegamenti tal-kompetizzjoni tista’ tintuża sabiex tkun ippreparata proposta għal regoli li jkomplu, sakemm ikun possibbli, l-iskema l-antika tar-rati mnaqqsa tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għas-setturi ekonomiċi li mhumiex f’kompetizzjoni fiż-ŻEE (26). Madankollu, ir-rapport ta’ l-ECON ma fih l-ebda proposta għal regoli kif normalment ikun il-każ għal skema ta’ għajnuna u fin-notifika lanqas ma saret proposta bħal din.

Fl-introduzzjoni għar-rapport, l-ECON iddikjarat li ma kienx hemm biżżejjed żmien jew riżorsi sabiex titwettaq analiżi bir-reqqa tar-relazzjonijiet kompetittivi fis-setturi ekonomiċi kollha li ġew koperti mir-rapport, u li dan jista’ jwassal kemm għal sottostimi kif ukoll għal soprastimi tal-kompetizzjoni ma’ intrapriżi fi Stati oħra taż-ŻEE (27). Madankollu, l-ECON kienet tal-fehma li minn dak li jirriżulta mir-rapport, wieħed jista’ jkollu stampa raġonevoli tal-kompetizzjoni bejn l-intrapriżi fiż-ŻEE.

3.   It-tħassib fid-deċiżjoni tal-ftuħ

Fis-6 ta’ Ottubru 2004, l-Awtorità ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fuq il-proposta għal rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati għal ċerti setturi ekonomiċi. L-Awtorità qieset li l-applikazzjoni proposta tar-rati mnaqqsa tas-sigurtà soċjali fiż-Żoni 2, 3 u 4 kienu jkopru firxa ferm wiesgħa ta’ setturi ekonomiċi u ta’ intrapriżi. Il-miżura notifikata sa ċertu punt kienet tirrepeti l-iskema preċedenti ta’ rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati u mnaqqsa, li l-Awtorità kienet iddikjarataha għajnuna inkompatibbli (28).

Id-differenza ewlenija bejn l-iskema valutata preċedentement u l-miżura notifikata kurrentement hija tnaqqis fin-numru ta’ setturi ekonomiċi li jistgħu jibbenfikaw minn rati mnaqqsa. Fir-rapport ta’ l-ECON, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-kollegamenti tal-kompetizzjoni, ġiet inkluża lista ta’ setturi li allegatament ma ġewx affetwati min-negozju fiż-ŻEE.

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità wriet xi dubji li kellha rigward il-metodu segwit fir-rapport ta’ l-ECON biex tinġabar id-data, li ma deherx li kien sistematiku. L-Awtorità kienet imħassba li r-rapport ta’ l-ECON ippreżenta biss stampa mhux kompluta ta’ l-istatus quo u li ma kien hemm l-ebda analiżi bir-reqqa tas-sitwazzjoni futura.

L-Awtorità enfasizzat id-dubji tagħha dwar jekk il-metodu segwit sabiex ikun iddeterminat jekk kienx hemm effett fuq in-negozju fiż-ŻEE f’settur partikolari jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-ġurisprudenza stabbilita rigward il-fehim tal-kriterju “effett fuq in-negozju” fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. B’referenza għall-ġurisprudenza, l-Awtorità fakkret b’mod partikolari li, bil-kontra tal-metodu segwit mir-rapport ta’ l-ECON, il-fatt li l-għajnuna ngħatat fejn għandhom x’jaqsmu attivitajiet purament lokali jew lil intrapriżi li joperaw fuq livell lokali biss, minnu nnifsu ma jipprekludix il-possibbiltà ta’ effett fuq in-negozju.

Barra minn hekk, l-Awtorità għandha xi dubji jekk il-miżura notifikata kinitx tipprovdi l-mekkaniżmi meħtieġa sabiex ikun iggarantit in-nuqqas ta’ effett fuq in-negozju fil-każi kollha, peress li ma kienet tinkludi l-ebda salvagwardja ġenerali sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali u ekonomika meħtieġa fl-applikazzjoni tagħha fejn għandu x’jaqsam l-effett fuq in-negozju. L-Awtorità kienet ikkonċernata dwar il-karattru mhux definit tal-miżura li m’għandhiex limiti ta’ żmien u li ma tipprovdix għal klawżola ta’ reviżjoni tal-kriterji u tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni.

L-Awtorità ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, fost l-oħrajn, sabiex tiffaċilita l-kompitu tan-Norveġja li tiċċara u tissostanzja aħjar jekk l-applikazzjoni tal-miżura notifikata jkolliex xi effett fuq in-negozju. Qed issir referenza għat-taqsima li ġejja għall-kummenti li tressqu mill-awtoritajiet Norveġiżi.

4.   Il-kummenti ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi

B’ittra li ġġib id-data tat-12 ta’ Novembru 2004, l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni ta’ l-Awtorità li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Safejn għandu x’jaqsam il-kontenut tan-notifika, l-awtoritajiet Norveġiżi ċċaraw li rigward il-klassifikazzjonijiet industrijali standard 52.120 (bejgħ bl-imnut ieħor fi ħwienet mhux speċjalizzati), 52.420 (il-bejgħ bl-imnut ta’ l-ilbies) u 52.443 (il-bejgħ bl-imnut ta’ l-għamara), in-notifika kienet tkopri l-intrapriżi li jinsabu fit-tliet żoni kollha inklużi fil-miżura. Minħabba nuqqas ta’ preċiżjoni, dan kien indikat biss għall-intrapriżi fiż-Żona 4.

It-tieninett, l-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li “uħud mis-setturi ekonomiċi f’żona waħda kienu notifikati bħala li mhumiex esposti għall-kompetizzjoni, filwaqt li l-istess setturi f’żoni oħra ma kinux inklużi fil-lista. […] Ir-raġuni għal dan kienet li r-rapport ta’ l-ECON sab li, għal uħud mis-setturi ekonomiċi, ma kien hemm l-ebda intrapriża li teċċedi l-limitu de minimis fiż-żona rilevanti. […] Madankollu, għal skopijiet futuri, jekk l-ispejjeż tal-pagi ta’ intrapriżi bħal dawn iwasslu biex jinqabeż il-limitu de minimis, dawn l-intrapriżi se jitqiesu bl-istess mod bħall-intrapriżi li jaqgħu fis-settur rilevanti li ġew notifikati f’żoni oħra.”

It-tieletnett, l-awtoritajiet Norveġiżi sabu li l-linja ta’ argumenti segwita mill-Awtorità fid-deċiżjoni sabiex tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali kienet tirrifletti fehim pjuttost semplifikat tal-metodu ta’ ġbir tad-data li ntuża u tal-valutazzjoni li saret mill-ECON. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li għall-intrapriżi fis-settur tal-manifattura, l-espożizzjoni għall-kompetizzjoni kienet eżaminata fuq il-bażi tad-data reġjonali dwar l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet. L-awtoritajiet Norveġiżi ċċaraw li r-rapport ta’ l-ECON ma kienx jippreżupponi li l-analiżi ta’ dawn il-figuri tista’ tkun biżżejjed biex ikunu identifikati s-setturi ekonomiċi li ma ġewx affetwati mill-kompetizzjoni min-naħa ta’ intrapriżi fi Stati oħra taż-ŻEE imma kienet biżżejjed sabiex ikun ikkonfermat li l-għajnuna lil ċertu settur effettivament tista’ taffetwa n-negozju.

Rigward l-intrapriżi fis-setturi tas-servizzi, l-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw li l-espożizzjoni għall-kompetizzjoni kienet eżaminata prinċipalment fuq il-bażi ta’ l-għarfien tas-sitwazzjoni tas-swieq fis-setturi differenti tal-kummerċ u fuq il-bażi tat-taħdidiet ma’ kampjun ta’ intrapriżi. Biex attività tkun ikklassifikata bħala purament lokali, kundizzjoni waħda kienet li l-intrapriżi fis-settur tas-servizzi rilevanti ma pparteċipawx f’attivitajiet transkonfinali. Madankollu, dan ma kienx applikat bħala kundizzjoni suffiċjenti. Ir-rapport ta’ l-ECON evalwa wkoll jekk l-attività tas-servizz speċifiku f’reġjun partikolari kinitx kapaċi tiġbed klijenti minn lokalità oħra jew minn Stat taż-ŻEE ieħor. Rigward sitwazzjoni futura possibbli, id-ditti li saru t-taħdidiet magħhom ġew mistoqsija x’kienu jqisu li jkun l-effett fuq it-tendenzi tan-negozju tal-klijenti tagħhom jekk il-prezz tas-servizz mogħti lokalment kellu jiżdied b’perċentwali speċifika jew jekk il-prezz għall-istess servizz offrut minn ditti li jinsabu fil-pajjiżi Nordiċi ġirien kellu jiżdied.

Ir-rabanett, l-awtoritajiet Norveġiżi qiesu li kellha tkun l-Awtorità li tivvaluta jekk kwalunkwe wieħed mis-setturi jew mill-benefiċjarji koperti mill-miżura notifikata jistax jingħata għajnuna li ma taffetwax in-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE.

II.   L-APPREZZAMENT

1.   Ir-rekwiżiti proċedurali

Il-miżura notifikata ma daħlitx fis-seħħ. B’hekk l-awtoritajiet Norveġiżi rrispettaw l-obbligi tagħhom skond l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

2.   Il-miżura notifikata

L-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw “il-ħsieb tagħhom li, mill-1 ta’ Jannar 2005, ikomplu l-iskema tal-kontribuzzjonijiet iddivrenzjati tas-sigurtà soċjali applikabbli qabel l-1 ta’ Jannar 2004għal setturi li ma jiġux esposti għall-kompetizzjoni minn intrapriżi fi Stati oħra taż-ŻEE.” Ma ġie notifikat l-ebda abbozz konkret ta’ proposta għal regolamenti jew liġijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tal-miżura. L-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw rapport li fuq il-bażi tiegħu biħsiebhom jerġgħu jintroduċu l-iskema l-antika tar-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati u mnaqqsa favur ċerti setturi. Għalkemm, ir-rapport ta’ l-ECON jiddikjara li l-identifikazzjoni tal-kollegamenti tal-kompetizzjoni jistgħu jintużaw biex tkun abbozzata proposta għal regoli, ir-rapport la jinkludi xi proposta għal regoli kif normalment ikun il-każ għal skema ta’ għajnuna u fin-notifika lanqas ma saret proposta bħal din.

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni żejda mressqa mill-awtoritajiet Norveġiżi fin-notifika, u matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, jidher li l-awtoritajiet Norveġiżi jridu jkomplu (jew jerġgħu jintroduċu) s-sistema l-antika tar-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati u mnaqqsa, imma jridu jillimitaw l-applikazzjoni tagħha għas-setturi elenkati fir-rapport ta’ l-ECON. Jeħtieġ li jitfakkar li s-sistema l-antika tar-rati mnaqqsa tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kienet ikklassifikata bħala skema ta’ għajnuna (29). L-Awtorità ma tara l-ebda raġuni għaliex il-miżura notifikata m’għandiex tkun ikklassifikata bħala skema, għalkemm il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha ċċekken.

Skond id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1(d) fil-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, skema ta’ għajnuna hija kwalunkwe att li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa aktar miżuri implimentattivi, jistgħu jsiru għotjiet ta’ għajnuna individwali lil intrapriżi definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt. Tinkludi wkoll kwalunkwe att li fuq il-bażi tiegħu l-għajnuna li ma tkunx konnessa ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil intrapriża waħda jew lil diversi intrapriżi għal perjodu indefinit ta’ żmien u/jew għal ammont indefinit.

Il-miżura notifikata tirreferi għall-applikazzjoni ta’ rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati li kwalunkwe intrapriża li tkun attiva f’numru ta’ setturi (il-proposta tkopri aktar minn 200 settur) rigward l-impjegati tagħha li joqogħdu fiż-Żoni 2, 3 u 4 tan-Norveġja. L-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mhix għotja individwali ta’ għajnuna lil intrapriża waħda imma avveniment li jiġri u jerġa’ jiġri fuq bażi regolari matul perjodu indefinit ta’ żmien favur numru indefinit ta’ benefiċjarji. B’hekk, il-miżura notifikata trid tikkwalifika bħala skema.

3.   L-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni

Il-valutazzjoni li ġejja tapplika biss għall-attivitajiet li ġew koperti mill-Ftehim taż-ŻEE. L-Awtorità ma tista’ tivvaluta l-ebda attività li taqa’ barra mill-ambitu tal-Ftehim, bħal pereżempju, l-attivitajiet ta’ difiża tal-Kodiċi NACE 75.220.

Barra minn hekk, l-Awtorità m’għandha l-ebda kompetenza biex tiskrutinizza għajnuna lil intrapriżi li jwettqu esklużivament attivitajiet relatati ma’ prodotti li mhumiex koperti mill-Ftehim taż-ŻEE bħal prodotti agrikoli jew tas-sajd (30). Fost eżempji oħra, dan huwa l-każ tal-Kodiċi NACE 01.300, it-tkabbir ta’ l-uċuh tar-raba’ flimkien mat-trobbija ta’ l-annimali għal skopijiet kummerċjali (biedja mħallta). L-attivitajiet f’setturi li jaqgħu barra mill-kompetenza ta’ l-Awtorità biex tkun ivvaluta l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat mhumiex suġġetti għal din id-deċiżjoni (31) .

4.   Il-preżenza ta’ l-għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jipprovdi kif ġej:

“Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet oħra f’dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati ta’ l-EFTA jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, tkun xi tkun in-natura tagħha, li xxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti u għaldaqstant taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, għandha tkun inkompatibbli mat-tħaddim ta’ dan il-Ftehim.”

Skond il-ġurisprudenza stabbilita, il-klassifikazzjoni bħala għajnuna teħtieġ li jiġu sodisfatti l-erba’ kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (32): 1) irid ikun hemm intervent mill-Istat jew permess ta’ riżorsi ta’ l-Istat; 2) trid tagħti vantaġġ selettiv lir-riċeventi; 3) dan l-intervent irid ixekkel jew jhedded li jxekkel il-kompetizzjoni, u 4) sabiex tinqabad mill-projbizzjoni ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, il-miżura ta’ għajnuna trid taffetwa n-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti.

L-iskema Norveġiża ta’ rati mnaqqas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ġiet suġġetta għal diversi deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Awtorità (33). Il-Qorti ta’ l-EFTA wkoll ivvalutat l-iskema (34) u waslet għall-konklużjoni li skema bħal din kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Kif issemma aktar ‘il fuq, il-proposta kurrenti biħsiebha tintroduċi mill-ġdid l-iskema preċedenti, bl-unika differenza tkun li l-iskema proposta tkun ristretta għal ċerti setturi. Hija l-fehma ta’ l-Awtorità li l-konklużjonijiet ta’ l-Awtorità u s-sejbiet tal-Qorti ta’ l-EFTA rigward il-klassifikazzjoni ta’ l-iskema preċedenti skond l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE japplikaw ugwalment għall-iskema notifikata preżenti rigward tlieta mill-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi.

B’hekk l-iskema notifikata tinvolvi konsum ta’ riżorsi ta’ l-Istat fil-forma ta’ dħul rinunzjat mill-Istat bl-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Barra minn hekk, l-iskema tagħti vantaġġ kompetittiv dirett lil intrapriżi fis-setturi u fir-reġjuni favoriti meta paragunati ma’ intrapriżi li jinsabu bnadi oħra jew li mhumiex koperti mis-setturi notifikati. F’dan il-kuntest, l-Awtorità tixtieq tenfasizza li miżura tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat biss sakemm tikkonċerna intrapriża li twettaq attività ekonomika, jiġifieri attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ oġġetti u ta’ servizzi f’kompetizzjoni f’suq partikolari (35). Il-ġurisprudenza tiddefinixxi intrapriża bħala “kull entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali ta’ l-entità u mill-mod li bih tkun iffinanzjata (36). Għalhekk, f’attivitajiet mhux ekonomiċi bħal attivitajiet purament amministrattivi ta’ l-Istat, attivitajiet ta’ ġustizzja u ġudizzjarji jew f’attivitajiet obbligatorji ta’ sigurtà soċjali, fost l-oħrajn, ma tista’ tkun involuta l-ebda għajnuna mill-Istat. B’hekk, din id-deċiżjoni ma tkoprix attivitajiet bħal dawn.

Għalhekk, il-mistqosija li tifdal hija jekk l-għajnuna mogħtija skond l-iskema notifikata, li hija applikabbli għal ċertu numru ta’ setturi allegatament mhux esposti għall-kompetizzjoni minn intrapriżi fi Stati oħra taż-ŻEE, għandiex effett fuq in-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti.

(a)   L-għajnuna taffetwa n-negozju fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE?

Sabiex tinqabad mill-projbizzjoni ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, il-miżura ta’ għajnuna trid tkun tista’ taffetwa n-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE. Din id-dispożizzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn kawżi jew għanijiet imma tiddefinixxi l-għajnuna mill-Istat b’relazzjoni għall-effetti (37).

F’dan li ġej, l-Awtorità se tivvaluta jekk il-fatt li l-iskema notifikata ġiet limitata għal ċerti setturi jfixkilx l-għajnuna milli tkun kapaċi taffetwa n-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti u b’hekk iġibha barra mill-ambitu ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

1.   L-istandard legali

Skond il-ġurisprudenza (38), kulmeta għajnuna finanzjarja mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ intrapriża meta paragunata ma’ intrapriżi oħra li jikkompetu fin-negozju fiż-ŻEE, dawn ta’ l-aħħar iridu jitqiesu bħala li ġew affetwati minn dik l-għajnuna.

Mhemm l-ebda limitu jew perċentwali li taħtu jista’ jitqies li n-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti ma jiġix affetwat (39). Skond il-ġurisprudenza stabbilita, l-ammont relattivament żgħir ta’ għajnuna jew id-daqs relattivament żgħir ta’ l-intrapriża li tirċeviha, bħala tali, ma teskludix il-possibbiltà li n-negozju fiż-ŻEE jista’ jiġi affetwat (40). Fejn settur ikollu numru kbir ta’ kumpaniji żgħar, l-għajnuna potenzjalment disponibbli għall-intrapriżi kollha jew għal numru ferm kbir ta’ intrapriżi f’dak is-settur, anki jekk l-ammonti individwali jkunu żgħar, jista’ jkollha impatt fuq in-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE (41). L-għajnuna tista’ anki taffetwa n-negozju fiż-ŻEE anki jekk l-intrapriża riċeventi hija stess ma tkunx qed tipparteċipa f’attivitajiet transkonfinali (42).

Il-karattru ta’ l-għajnuna ma jiddependix fuq il-karattru lokali jew reġjonali tas-servizzi provduti jew fuq l-iskala tal-qasam ta’ l-attività kkonċernat (43). Il-karattru lokali ta’ l-attivitajiet tal-benefiċjarji ta’ miżura jikkostitwixxi waħda mill-karatteristiċi li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni ta’ jekk ikunx hemm effett fuq in-negozju, imma mhux biżżejjed sabiex l-għajnuna ma jitħalliex ikollha effett fuq in-negozju (44). Dan huwa għaliex l-għotja ta’ appoġġ mill-Istat lil intrapriża tista’ twassal biex il-provvista interna tinżamm jew tiġi miżjuda, bil-konsegwenza li jitnaqqsu l-opportunitajiet għall-intrapriżi l-oħra li jippenetraw is-suq ta’ l-Istati taż-ŻEE konċernati (45).

Fil-valutazzjoni ta’ l-effett fuq in-negozju, l-Awtorità mhix meħtieġa li tiddetermina l-effett effettiv ta’ skema ta’ l-għajnuna, imma li teżamina jekk hemmx probabbiltà li din taffetwa n-negozju fiż-ŻEE (46). B’hekk, il-kriterju ta’ l-effett fuq in-negozju tradizzjonalment ġie interpretat b’mod mhux ristrettiv tant li, f’termini ġenerali, miżura titqies bħala għajnuna mill-Istat jekk tkun kapaċi taffetwa n-negozju bejn l-Istati taż-ŻEE (47).

2.   Il-valutazzjoni ta’ l-iskema notifikata

Skond l-awtoritajiet Norveġiżi, l-iskema notifikata tkopri bejn wieħed u ieħor 75 % tas-setturi tas-servizzi li ġew eżaminati fir-rapport ta’ l-ECON u parti żgħira mis-setturi tal-manifattura flimkien ma’ diversi setturi fil-qasam tal-kostruzzjoni. Skond in-notifika, dawn is-setturi ekonomiċi, li jammontaw għal aktar minn 200, b’ċerti kwalifiki għal 13 minnhom, ma jiġu esposti għall-ebda negozju fiż-ŻEE. Għal din ir-raġuni, fil-fehma ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi, l-iskema notifikata ma tikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

—   Ir-rapport ta’ l-ECON u l-metodu li ntuża sabiex jintgħażlu s-setturi ekonomiċi koperti mill-iskema

L-iskema notifikata għal rati tal-kontribuzzjonjiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati tibni fuq dak li ssejjaħ bħala r-rapport ta’ l-ECON, mehmuż man-notifika. Madankollu, skond ir-rapport, l-iskop tar-rapport mhux li jivvaluta jekk l-iskema tar-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati hiex konformi mal-Ftehim taż-ŻEE, imma li tivvaluta l-kollegamenti tal-kompetizzjoni (48).

L-awtoritajiet Norveġiżi la għamlu aktar valutazzjonijiet fin-notifika u lanqas ma ppreżentaw xi definizzjoni aktar preċiża tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni b’relazzjoni għal Partijiet Kontraenti oħra. Sempliċement iddikjaraw li r-rati oriġinali tal-kontribuzzjonijiet iddivrenzjati tas-sigurtà soċjali għandhom jiġu applikati għal intrapriżi f’setturi li fir-rapport ta’ l-ECON tqies li m’għandhom l-ebda kollegament tal-kompetizzjoni. Huma ma ppreżentawx test legali bid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

L-awtoritajiet Norveġiżi jaċċettaw li fl-evalwazzjoni tas-setturi ekonomiċi individwali jista’ jkun hemm allinjamenti ħżiena potenzjali fl-informazzjoni inkluża fir-rapport ta’ l-ECON li jistgħu “bil-wisq probabbli jiġu ugwalizzati fuq livell aggregat” (49). Madankollu, l-Awtorità ma tistax tapprova dan il-metodu. Skema ta’ għajnuna trid tkun biżżejjed preċiża li tiżgura li l-applikazzjoni tar-regoli tagħha għal kwalnkwe benefiċjarju indiviwali potenzjali ta’ l-għajnuna ma tiksirx ir-regoli tal-Ftehim taż-ŻEE.

Fil-fehma ta’ l-Awtorità, il-metodu biex jintgħażlu s-setturi ekonomiċi li suppost ma jiġux affetwati min-negozju bejn l-Istati ma jiżgurax li l-għajnuna ma tingħatax lil intrapriżi involuti f’attivitajiet li jaffetwaw in-negozju fiż-ŻEE.

L-Awtorità qed tiddubbita mill-affidabilità ta’ l-informazzjoni miġbura għar-rapport ta’ l-ECON, li, b’mod partikolari għas-setturi tas-servizzi, kienet prinċipalment ibbażata fuq l-għarfien li kellha l-ECON tas-sitwazzjoni fis-swieq u fuq it-taħdidiet telefoniċi ma’ grupp magħżul ta’ intrapriżi. L-informazzjoni miġbura mhix ibbażata fuq evidenza empirika imma għandha karattru pjuttost suġġettiv. Barra minn hekk, skond l-informazzjoni disponibbli għall-Awtorità, l-informazzjoni miġbura ma jidhirx li ġiet ivverifikata.

Fuq il-bażi tar-rapport ta’ l-ECON, attività titqies bħala purament lokali u mhux affetwata min-negozju fiż-ŻEE jekk jiġu sodisfatti żewġ kundizzjonijiet: l-intrapriżi fis-settur ekonomiku rilevanti ma jipparteċipawx huma stess f’attivitajiet transkonfinali u l-attività speċifika ma tkunx kapaċi tiġbed klijenti minn lokalità oħra.

Madankollu, ir-rapport ta’ l-ECON ma jivvalutax jekk il-kriterju ta’ “effett fuq in-negozju”, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġix sodisfatt jew le jekk l-għajnuna tingħata lil intrapriżi fis-setturi differenti elenkati. Dak li jiġi valutat huwa jekk hemmx kompetizzjoni diretta fis-settur u fir-reġjun konċentrati. Kif ġie ddikjarat aktar ‘il fuq, li r-riċevent ta’ l-għajnuna jopera f’suq lokali ma jeskludix li n-negozju fiż-ŻEE jiġi affetwat. B’hekk, li skond ir-rapport mhemm l-ebda kollegament tal-kompetizzjoni ma jfissirx li l-għajnuna lill-intrapriżi attivi f’dawn is-setturi ekonomiċi ma taffetwax in-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti.

B’hekk, il-metodu segwit mir-rapport ta’ l-ECON biex ikunu identifikati s-setturi ekonomiċi, li jikkostitwixxi l-bażi għan-notifika ta’ l-iskema tar-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati, ma jsegwix il-parametri għall-interpretazzjoni tal-kriterju ta’ “effett fuq in-negozju” li ġew stabbiliti mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti ta’ l-EFTA u tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, kif issemma aktar ‘il fuq.

—   L-iskema nfisha

L-iskema notifikata tkopri spettru ferm wiesa’ u varjat ta’ intrapriżi (50) attivi, fost l-oħrajn, fis-setturi ekonomiċi li ġejjin: il-bini tal-bastimenti, il-kostruzzjoni ta’ l-awtostradi, tat-toroq, ta’ l-imtajar u tal-faċilitajiet sportivi, in-negozju bl-ingrossa u bl-imnut, il-posta u l-mezzi ta’ telekomunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, il-kiri tal-karozzi, il-verifika, il-produzzjoni tal-films u l-attivitajiet tar-radju u tat-televiżjoni.

F’oqsma fejn ġiet adottata l-leġiżlazzjoni sekondarja sabiex tiftaħ u tirregola l-istabbiliment tas-suq intern, bħas-servizzi finanzjarji (65 NACE), il-mezzi ta’ telekomunikazzjoni (64 NACE), eċċ. jew f’oqsma li huma suġġetti għal regoli speċifiċi dwar l-għajnuna mill-Istat, bħall-bini tal-bastimenti (35 NACE) (51), l-Awtorità ġeneralment tqis li l-attività rispettiva mhix imħarsa min-negozju fiż-ŻEE.

It-trasportaturi mobbli tat-telekomunikazzjoni (64.220 NACE), il-fornituri tas-servizz ta’ l-Internet (64.230 NACE) u l-attivitajiet ta’ kurjer ħlief l-attivitajiet tal-posta nazzjonali (64.120 NACE) huma eżempji ewlenija ta’ attivitajiet transkonfinali. Il-parti l-kbira ta’ dawn l-attivitajiet jitwettqu minn kumpaniji li joperaw b’mod internazzjonali (52).

Safejn għandu x’jaqsam is-settur tal-kostruzzjoni (45 NACE), l-attivitajiet bħall-kostruzzjoni ta’ l-awtostradi jew tal-proġetti ta’ l-ilma jridu jitwettqu minn intrapriżi kbar ferm speċjalizzati li jikkompetu ma’ kumpaniji oħra fiż-ŻEE (53).

B’mod partikolari, f’uħud mis-setturi ekonomiċi notifikati, li huma karatterizzati mid-deregolazzjoni u mil-liberalizzazzjoni, intervent finanzjarju ta’ l-Istat ta’ spiss se jkollu effett fuq in-negozju.

Setturi ekonomiċi oħrajn li huma koperti mill-iskema diġà kienu s-suġġett ta’ deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat li ddikjaraw b’mod ċar l-eżistenza ta’ effett fuq in-negozju. Fost l-oħrajn, dan huwa l-każ tal-pubblikazzjoni tal-gazzetti (22 NACE), settur li fih, is-sena li għaddiet, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li kienet tiddikjara li: “[…] hemm negozju bejn l-Istati Membri fil-prodotti tal-pubblikazzjoni konċernati mill-miżuri ta’ għajnuna li qed jiġu eżaminti. B’hekk, il-miżuri ta’ għajnuna li qed jiġu eżaminati jistgħu jxekklu l-kompetizzjoni bejn id-ditti tant li, pereżempju, id-ditti tal-pubblikazzjoni jistgħu jsegwu l-attività tagħhom fi Stati Membri differenti, jipproduċu pubblikazzjonijiet f’ilsna differenti u jikkompetu għad-drittijiet tal-pubblikazzjoni u għar-reklami.” (54).

Eżempju ieħor ta’ settur fejn diġà ġew adottati deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ effett fuq in-negozju huwa s-settur tal-bejgħ bl-ingrossa (51 NACE) (55): “il-volum ta’ negozju fil-prodotti farmaċewtiċi u fi prodotti relatati oħra […] fl-1991 […] ma’ l-erba’ pajjiżi taż-ŻEE (l-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja, in-Noveġja) f’dawn il-prodotti jeċċedi ż-2.7 biljun ecu.”

Kif intwera fl-eżempji t’aktar ‘il fuq, l-intrapriżi f’ħafna mis-setturi koperti minn din l-iskema mhumiex biss suġġetti għal, imma jiffaċċjaw kompetizzjoni minn intrapriżi fi Stati oħra taż-ŻEE. L-għajnuna mogħtija lil intrapriżi li huma attivi f’dawn is-seturi għalhekk se jkollha effett fuq in-negozju. B’hekk, l-iskema tinvolvi għajnuna mill-istati fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-awtoritajiet Norveġiżi notifikaw skema waħda biss għal rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati li tkopri aktar minn 200 settur u mhux aktar minn 200 notifika individwali, waħda għal kull settur.

Fl-ittra ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi li ġġib id-data tat-12 ta’ Novembru 2004, ġie ddikjarat fil-qosor li “għandha tkun l-Awtorità […] li tivvaluta jekk kwalunkwe wieħed mis-setturi ekonomiċi jew mill-benefiċjarji notifikati jistax jingħata għajnuna li ma taffetwax in-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE” (56). Madankollu, meta tiġi eżaminata skema, l-Awtorità trid tivvaluta l-karatteristiċi ġenerali ta’ l-iskema bħala tali sabiex taċċerta ruħha jekk tinvolviex għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja stabbiliet li “fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna, il-Kummissjoni tista’ tillimita ruħha li teżamina l-karatteristiċi ġenerali ta’ l-iskema in kwistjoni, mingħajr ma tkun fl-obbligu li teżamina kull każ partikolari fejn tkun applikabbli.” (57). Il-Qorti ta’ l-EFTA wkoll approvat din l-interpretazzjoni (58).

B’hekk l-Awtorità trid tivvaluta l-iskema bħala tali. Jekk l-iskema bħala tali tipprovdi għall-għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, din tinqabad minn din id-dispożizzjoni. L-Awtorità għalhekk mhix obbligata li tipprova b’mod pożittiv f’kull każ individwali li jaqa’ taħt l-iskema li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Barra minn hekk, għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, mhux fattibbli (59) li jiġi stabbilit jekk hux probabbli li l-iskema se taffetwa n-negozju fejn għandhom x’jaqsmu kull wieħed mill-aktar minn 200 settur li tkopri. Skond il-ġurisprudenza stabbilita, irid jiġi żgurat li n-negozju għall-intrapriżi individwali li jistgħu jibbenefikaw mill-iskema mhux se jiġi affetwat (60). L-Awtorità tqis li huwa impossibbli li jkun żgurat li l-benefiċjarji potenzjali kollha f’kull wieħed mill-aktar minn 200 settur NACE notifikat ma jkunux – u mhux se jkunu – esposti għan-negozju fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Hemm setturi ekonomiċi oħra li jinkludu attivitajiet ta’ spiss imwettaq fuq livell lokali. Rigward dawn is-setturi, madankollu, ma jistax jiġi eskluż a priori li n-negozju jista’ jiġi affetwat. Bħala eżempju, il-fornituri tas-servizzi lokali bħaċ-ċentri tat-taħriġ jew il-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut bħas-supermarkits ta’ spiss jappartjenu għal ktajjen akbar li jkunu f’kompetizzjoni maż-ŻEE kollha. Barra minn hekk, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dan l-aħħar iddeterminat l-eżistenza ta’ effett fuq in-negozju fis-settur ta’ l-attivitajiet tad-dentistrija (85 NACE) (61), servizz li tipikament jingħata lokalment.

Għalkemm l-eżistenza ta’ effett fuq in-negozju ġeneralment tkun stabbilita, hemm ukoll xi eżempji konkreti fil-prattika tad-deċiżjoni ta’ l-Awtorità u tal-Kummissjoni fejn tqies li l-għotjiet ta’ għajnuna konkreta f’ċirkostanzi partikolari li m’għandhom l-ebda effett fuq in-negozju. Dan kien il-każ, pereżempju, fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-Moll ta’ Brighton u l-pixxina ta’ Dorsten (62). L-eżistenza ta’ effett fuq in-negozju wkoll ġiet miċħuda fid-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità dwar l-istabbiliment ta’ faċilitajiet privati ta’ kura matul il-jum f’siti pubbliċi bi ħlasijiet issussidjati tal-kera tal-proprjetà f’Oslo (63). Il-karatteristika komuni ta’ dawn il-każi hija li jew jikkonċernaw għotja ta’ għajnuna individwali jew skema mdawra b’limiti tant ċari, konċiżi u stretti fl-applikazzjoni u fil-benefiċjarji potenzjali li seta’ jkun żgurat li l-ebda għajnuna individwali li setgħet tingħata ma jkollha effett fuq in-negozju.

Ir-rapport ta’ l-ECON, li fuq il-bażi tiegħu ġiet ippreparata din l-iskema, prinċipalment analizza s-sitwazzjoni kurrenti ta’ numru ta’ setturi ekonomiċi fin-Norveġja. Madankolu, l-ekonomija tevolvi u t-tendenzi tan-negozju jistgħu jinbidlu. B’hekk kif se tkun is-sitwazzjoni futura u jekk ir-riżultati tar-rapport ta’ l-ECON, li fuq il-bażi tiegħu l-awtoritajiet Norveġiżi jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ effett fuq in-negozju, se jkunux validi fil-futur jibqgħu mhux magħrufa. Jekk ma jkunx hemm mekkaniżmu ta’ reviżjoni sabiex l-għoti ta’ l-għajnuna jkun adattat għaċ-ċirkostanzi l-ġodda, ma jistax ikun żgurat li fil-futur l-għajnuna ma tingħatax lil numru ta’ intrapriżi li jkunu attivi f’uħud mis-setturi ekonomiċi elenkati b’effett fuq in-negozju. F’dan il-kuntest, irid jiġi nnutat li l-proposta għal rati iddivrenzjati għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali m’għandiex limiti ta’ żmien.

Il-kopertura materjali ta’ l-iskema mhix biżżejjed preċiża. Dan l-aħħar, l-awtoritajiet Norveġiżi ċċaraw l-ambitu tan-notifika fl-ittra tagħhom li ġġib id-data tat-12 ta’ Novembru 2004, fejn ressqu kummenti dwar il-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Uħud mis-settur ġew notifikati bħala li ma kinux esposti għall-kompetizzjoni f’żona waħda peress li bħalissa mhemm l-ebda intrapriża f’dawk is-setturi fiż-żoni partikolari li teċċedi l-limitu de minimis. L-awtoritajiet Norveġiżi madankollu spjegaw li se jqisu dawn l-intrapriżi bl-istess mod bħal dawk li jaqgħu taħt is-settur rilevanti notifikat f’żoni oħra, jekk fil-futur, l-ispejjeż tal-pagi ta’ dawn l-intrapriżi jeċċedu l-limitu de minimis. Minkejja dan, dawn is-settur ma kinux inklużi fin-notifika kif tressqet quddiem l-Awtorità.

Barra minn hekk, mhemm l-ebda kriterju speċifiku ieħor sabiex jingħażlu l-intrapriżi eliġibbli fis-setturi ekonomiċi inklużi fil-lista identifikata fir-rapport ta’ l-ECON peress li n-notifika tirreferi biss għas-setturi. Iż-żewġ kriterji kumulattivi tal-lokalità ġeografika u ta’ l-attività settorjali meħtieġa sabiex jiġu applikati r-rati mnaqqsa tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’settur partikolari, fil-fehma ta’ l-Awtorità, għandhom natura wisq wiesgħa. Skond id-deċiżjonijiet pożittivi li ssemmew aktar ‘il fuq, skema trid tinkludi kriterji preċiżi u ċari (64) sabiex ikun żgurat li ma tingħata l-ebda għajnuna lill-ebda intrapriża li taffetwa n-negozju fiż-ŻEE.

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, għalhekk l-Awtorità tqis li hemm probabbiltà li l-proposta għal rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati taffetwa n-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti.

(b)   Konklużjoni

Għar-raġunijiet li ssemmew aktar ‘il fuq, l-Awtorità qed tikkonkludi li l-iskema notifikata tar-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati għall-intrapriżi attivi f’ċerti setturi ekonomiċi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

5.   Il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna

Fin-notifika, l-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw li l-proposta għal rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Wara valutazzjoni preliminari ta’ l-iskema, l-Awtorità ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali minħabba d-dubji serji dwar mhux biss il-karattru ta’ għajnuna mill-Istat tar-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati imma anki dwar il-kompatibbiltà tagħhom mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE. Minkejja d-dubji espressi mill-Awtorità fid-deċiżjoni biex tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Norveġiżi ma ppreżentaw l-ebda argument dwar il-kompatibbiltà ta’ l-iskema.

L-Awtorità hija tal-fehma li għal dan il-każ ma tista’ tiġi applikata l-ebda deroga li ssemmiet fl-Artikolu 61(2) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Barra minn hekk, is-sistema tar-rati mnaqqsa tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma tistax titqies bħala kompatibbli fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE. Tnaqqis fl-ispejjeż ta’ ġestjoni ta’ intrapriża, bħall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, jikkostitwixxi għajnuna operattiva. Fil-prinċipju, għajnuna bħal din, mogħtija lil intrapriżi f’ċerti reġjuni, hija projbita.

L-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma jistgħux jitqiesu fil-qafas ta’ l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim taż-ŻEE peress li l-ebda reġjun Norveġiż ma jikkwalifika għal din id-dispożizzjoni li teħtieġ standard ferm baxx ta’ l-għajxien jew livell għoli ta’ qgħad.

Ir-rati mnaqqsa tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma jippromwovux it-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew jew joffru rimedju għal disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat, kif jintalab mill-kompatibbiltà fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Fejn għandu x’jaqsam l-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim taż-ŻEE, fid-Deċiżjoni tagħha Nru 218/03/COL tat-12 ta’ Novembru 2003, dwar għajnuna mill-Istat f’forma ta’ kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali mħallsa b’mod differenzjat skond ir-reġjun, l-Awtorità qieset li kontinwazzjoni ta’ l-iskema Norveġiża tkun inkompatibbli ma’ l-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim taż-ŻEE u mal-Linji ta’ Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Għall-intrapriżi li jinsabu fiż-Żoni 2, 3 u 4 li jkunu attiviti fis-setturi ekonomiċi elenkati fin-notifika, il-miżura notifikata timplika ritorn għar-regoli li kienu ddikjarati bħala għajnuna inkompatibbli mill-Awtorità fl-2002 talli ma kwalifikawx għal deroga skond l-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-karatteristiċi fundamentali ta’ l-iskema notifikata huma l-istess bħal dawk ta’ l-iskema bla ħsara għad-deċiżjoni preċedenti ta’ l-Awtorità. L-unika differenza hija l-kamp aktar ristrett ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema notifikata kurrentement li hija limitata għall-intrapriżi attivi f’lista ta’ aktar minn 200 settur predeterminat. Skond din id-Deċiżjoni, l-Awtorità tikkonferma l-valutazzjoni preċedenti tagħha li l-applikazzjoni ta’ rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati mhix kompatibbli mar-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE.

6.   Konklużjoni

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni li saret, l-Awtorità tqis li l-iskema notifikata tar-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati għal ċerti setturi ekonomiċi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat mhux kompatibbli mar-regoli tal-Ftehim taż-ŻEE.

Skond l-informazzjoni disponibbli għall-Awtorità, l-iskema notifikata tar-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati għal ċerti setturi ekonomiċi għadha ma ġietx implimentata, jiġifieri ma tħallset l-ebda għajnuna lill-ebda benefiċjarju potenzjali ta’ l-iskema.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proposta notifikata għal rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati għall-intrapriżi attivi f’ċerti setturi ekonomiċi li l-awtoritajiet Norveġiżi qed jippjanaw li jimplimentaw tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-proposta notifikata mhix kompatibbli ma’ l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE.

Artikolu 2

Il-proposta notifikata għal rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati għal intrapriżi attivi f’ċerti setturi ekonomiċi m’għandiex tiġi implimentata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija awtentika fl-Ingliż.

Magħmula fi Brussel, 22 ta’ Novembru 2005.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA

Einar M. BULL

President

Kurt JÄGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Li minn hawn ‘il quddiem se tissejjaħ l-Awtorità.

(2)  Li minn hawn ‘il quddiem se jissejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Li minn hawn ‘il quddiem se jissejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Il-Linji ta’ Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati fil-ĠU L 231, 3.9.1994, Supplimenti taż-ŻEE Nru 32. Il-Linji ta’ Gwida ġew emendati l-aħħar fis-17.6.2005. Minn hawn ‘il quddiem se jissejħu l-Linji ta’ Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.

(5)  Kawża E-6/98 Il-Gvern tan-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA [1999] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, p. 76.

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 172/02/COL. Id-Deċiżjonijiet kollha ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA dwar l-Għajnuna mill-Istat li jissemmew minn hawn ‘il quddiem jistgħu jinstabu fuq is-sit web ta’ l-Awtorità: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 218/03/COL, ippubblikata fil-ĠU L 145, 9.6.2005, p. 25-41.

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 245/04/COL, ippubblikata fil-ĠU Ċ 60, 10.3.2005, p. 9-25.

(9)  Għal informazzjoni aktar dettaljata dwar l-għadd ta’ korrispondenza li kien hemm bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet Norveġiżi, qed issir referenza għad-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità biex tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, id-Deċiżjoni Nru 245/04/COL, ippubblikata fil-ĠU Ċ 60, 10.3.2005, p. 9-25.

(10)  Ippubblikata fil-ĠU Ċ 60, 10.3.2005, p. 9-25.

(11)  Din iż-Żona tinkludi l-muniċipalitajiet kollha li ma jissemmewx aktar ‘l isfel taħt iż-Żoni 2-5.

(12)  Din iż-Żona tinkludi: fil-kontea ta’ Nord-Trøndelag, il-muniċipalitajiet ta’ Meråker, Frosta, Leksvik, Mosvik, Verran; fil-kontea ta’ Sør-Trøndelag, il-muniċipalitajiet ta’ Ørland, Agdenes, Rissa, Bjugn, Rennebu, Meldal, fil-kontea ta’ Hordaland, il-muniċipalitajiet ta’ Etne, Ølen, Tysnes, Kvinnherad, Jondal, Odda, Ullensvang, Eidfjord, Ulvik, Granvin, Kvam, MoMidtre Gauldal, Selbu; fil-kontea ta’ Møre og Romsdal, il-muniċipalitajiet ta’ Vanylven, Sande, Herøy, Norddal, Stranda, Stordal, Rauma, Nesset, Midsund, Sandøy, Gjemnes, Tingvoll, Sunndal, Haram, Aukra, Eide; fil-kontea ta’ Sogn og Fjordane, il-muniċipalitajiet kollha; fil-kontea ta’ Hordaland, il-muniċipalitajiet ta’ Etne, Ølen, Tysnes, Kvinnherad, Jondal, Odda, Ullensvang, Eidfjord, Ulvik, Granvin, Kvam, Modalen, Fedje, Masfjorden, Bømlo; fil-kontea ta’ Rogaland, il-muniċipalitajiet ta’ Hjelmeland, Suldal, Sauda, Kvitsøy, Utsira, Vindafjord, Finnøy; fil-kontea ta’ Vest-Agder, il-muniċipalitajiet ta’ Åseral, Audnedal, Hægebostad, Sirdal; fil-kontea ta’ Aust-Agder, il-muniċipalitajiet ta’ Gjerstad, Vegårshei, Åmli, Iveland, Evje og Hornnes, Bygland, Valle, Bykle; fil-kontea ta’ Telemark, il-muniċiptalitajiet ta’ Drangedal, Tinn, Hjartdal, Seljord, Kviteseid, Nissedal, Fyresdal, Tokke, Vinje, Nome; fil-kontea ta’ Buskerud, il-muniċipalitajiet ta’ Flå, Nes, Gol, Hemsedal, Ål, Hol, Sigdal, Rollag, Nore and Uvdal; fil-kontea ta’ Oppland, il-muniċipalitajiet ta’ Nord-Fron, Sør-Fron, Ringebu, Gausdal, Søndre Land, Nordre Land; fil-kontea ta’ Hedmark, il-muniċipalitajiet ta’ Nord-Odal, Eidskog, Grue, Åsnes, Våler, Trysil, Åmot.

(13)  Din iż-Żona tinkludi: fil-kontea ta’ Nord-Trøndelag, il-muniċiptalità ta’ Snåsa; fil-kontea ta’ Sør-Trøndelag, il-muniċipalitajiet ta’ Hemne, Snillfjord, Oppdal, Røros, Holtålen, Tydal; fil-kontea ta’ Oppland, il-muniċipalitajiet ta’ Dovre, Lesja, Skjåk, Lom, Vågå, Sel, Sør-Aurdal, Etnedal, Nord-Aurdal, Vestre Slidre, Øystre Slidre, Vang; fil-kontea ta’ Hedmark, il-muniċipalitajiet ta’ Stor-Elvdal, Rendalen, Engerdal, Tolga, Tynset, Alvdal, Folldal, Os.

(14)  Din iż-Żona tinkludi: fil-kontea ta’ Troms, il-muniċipalitajiet mhux inklużi fost dawk elenkati aktar ‘l isfel taħt iż-Żona V; fil-kontea ta’ Nordland, il-muniċipalitajiet tal-kontea ta’ Nord-Trøndelag, il-muniċipalitajiet ta’ Namsos, Namdalseid, Lierne, Røyrvik, Namsskogan, Grong, Høylandet, Overhalla, Fosnes, Flatanger, Vikna, Nærøy, Leka; fil-kontwa ta’ Sør-Trøndelag, il-muniċipalitajiet ta’ Hitra, Frøya, Åfjord, Roan, Osen; fil-kontea ta’ Møre og Romsdal, il-muniċipalità ta’ Smøla.

(15)  Din iż-Żona tinludi: fil-kontea ta’ Finnmark, il-muniċipalitajiet kollha; fil-kontea ta’ Troms, il-muniċipalitajiet ta’ Karlsøy, Lyngen, Storfjord, Kåfjord, Skjervøy, Nordreisa u Kvænangen.

(16)  Id-Deċiżjoni Nru 246/97/COL.

(17)  Id-Deċiżjoni Nru 165/98/COL.

(18)  Minn hawn ‘il quddiem se tissejjaħ iż-ŻEE.

(19)  Kawża E-6/98 Il-Gvern tan-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA [1999] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, paġna 76.

(20)  Id-Deċiżjoni Nru 228/99/COL.

(21)  Ippubblikata fil-ĠU L 244 ta’ l-14 ta’ Settembru 2001, paġna 32.

(22)  Id-Deċiżjoni Nru 172/02/COL.

(23)  L-intrapriżi f’ċerti setturi ekonomiċi kieku jħallasu r-rata sħiħa ta’ 14,1 % kif diġà għamlu skond l-iskema approvata permezz tad-deċiżjoni ta’ l-Awtorità tat-22 ta’ Settembru 1999. L-awtoritajiet Norveġiżi informaw ukoll lill-Awtorità dwar il-ħsieb tagħhom li jkomplu japplikaw ir-rati għall-2003 sakemm dak ikun kompatibbli mar-regola de minimis.

(24)  Id-Deċiżjoni Nru 141/03/COL.

(25)  Kawża E-6/98 Il-Gvern tan-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA [1999] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, paġna 76.

(*)  Il-lista NACE tas-setturi skond il-klassifikazzjoni ta’ l-Uffiċċju Norveġiż ta’ l-Istatistika.

(**)  Fit-tabella, il-figura 0 tindika li skond l-awtoritajiet Norveġiżi mhemm l-ebda effett fuq in-negozju fis-settur rilevanti l-figura 0/2 tindika li wħud mill-intrapriżi fis-setturi partikolari fiż-żona effettiva huma esposti għall-kompetizzjoni.

Ir-referenza “m.a” tfisser “mhux applikabbli”. Hija tindika li skond riċerka li saret għar-rapport ta’ l-ECON, ma kien hemm l-ebda intrapriża attiva fis-settur partikolari li kienet teċċedi l-limitu de minimis fiż-żona rilevanti.

(26)  Sommarju għar-rapport: “Kartleggingen skal kunne brukes til å utarbeide et forslag til regelverk som så langt som mulig viderefører ordningen med gradert arbeidsgiveravgift for bransjer eller vesentlige deler av bransjer som ikke er i konkurranse med virksomheter i andre EØS-land, og som dermed ikke påvirker samhandelen.”.

(27)  Il-punt 1.2 tar-rapport: “Det har verken vært tid eller ressurser til å gjennomføre en dyptgående analyse av konkurranseforholdene innen alle de bransjer som omfattes av rapporten. I de fleste tilfellene har vi måttet bygge på faglige vurderinger støttet av intervjuer med utvalgte bedrifter. Skjevheter i informasjonen kan derfor forekomme i våre vurderinger av enkeltbransjer. Imidlertid kan dette slå ut både i retning av å overvurdere konkurransen med andre EØS-land og å undervurdere den”.

(28)  Għal aktar informazjoni, qed issir referenza għat-Taqsima I.2.a ta’ din id-Deċiżjoni, b’referenza speċjali għad-Deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità Nru 172/02/COL u Nru 218/03/COL.

(29)  Qed issir referenza għad-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 218/03/COL fejn l-Awtorità aċċettat perjodu tranżitorju ta’ tliet snin għall-abolizzjoni ta’ rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment iddivrenzjati.

(30)  Ara, fost l-oħrajn, l-Artikoli 8(3), 17 sa 20 u l-Protokolli 3 u 9 għall-Ftehim taż-ŻEE kif ukoll l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(31)  Ara t-Taqsima 4 t’aktar ‘l isfel.

(32)  Kawża Ċ-345/02 Pearle BV, Hans Prijs Optiek Franchise BV, Rinck Opticiëns BV u Hoofdbedrijfschap Ambachten [2004] ECR I-7139, paragrafu 33, Kawża Ċ-142/87 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (“Tubemeuse”) [1990] ECR I-959, paragrafu 25; Kawżi Maqgħuda Ċ-278/92 u Ċ-280/92 Spanja vs Il-Kummissjoni [1994] ECR I-4103, paragrafu 20; Kawża Ċ-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni [2002] ECR I-4397, paragrafu 68, u Kawża Ċ-280/00 Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg [2003] ECR I-7747, paragrafu 74.

(33)  Ara t-Taqsima I.2.a) ta’ din id-Deċiżjoni.

(34)  Kawża E-6/98 Il-Gvern tan-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA [1999] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, paġna 76.

(35)  Kawżi Maqgħuda Ċ-180/98 u Ċ-184/98 Pavlow u oħrajn [2000] ECR I-6451, paragrafu 75.

(36)  Kawża Ċ-41/90 Höfner u Elser [1991] ECRI-1979, paragrafu 21.

(37)  Kawża Ċ-56/93 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1996] ECR I-723, paragrafu 79.

(38)  Kawża E 6/98 Il-Gvern tan-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA [1999] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, paġna 76, paragrafu 59; Kawża 730/79 Philip Morris vs Il-Kummissjoni [1980] ECR 2671, paragrafu 11.

(39)  Kawża Ċ-280/00 Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg [2003] ECR I-7747, paragrafu 81; Kawża Ċ-172/03 Wolfgang Heiser vs Finanzamt Innsbruck [2005], għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafu 32.

(40)  Kawża Ċ-71/04 Administración del Estado vs Xunta de Galicia [2005], għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafu 41; Kawża Ċ-280/00 Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg [2003] ECR I-7747, paragrafu 81; Kawżi Maqgħuda Ċ-34/01 u Ċ-38/01 Enirisorse [2003] ECR I-14243, paragrafu 28; Kawża Ċ-142/87 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (“Tubemeuse”) [1990] ECR I-959, paragrafu 43; Kawżi Maqgħuda Ċ-278/92 u Ċ-280/92 Spanja vs Il-Kummissjoni [1994] ECR I-4103, paragrafu 42.

(41)  Kawża Ċ-71/04 Administración del Estado vs Xunta de Galicia [2005] għadha mhux irrappurtata, paragrafu 43; Kawża Ċ-351/98 Spanja vs Il-Kummissjoni [2002] ECR I-8031, paragrafu 64; u Kawża Ċ-372/97 L-Italja vs Il-Kummissjoni [2004] ECR I-3679, paragrafu 57.

(42)  Kawża T-55/99 CETM vs Il-Kummissjoni [2000] ECR II-3207, paragrafu 86.

(43)  Kawża Ċ-280/00 Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg [2003] ECR I-7747, paragrafu 77; Kawża Ċ-172/03 Wolfgang Heiser vs Finanzamt Innsbruck [2005] għahda ma ġietx ippubblikata, paragrafu 33; Kawża Ċ-71/04 Administración del Estado vs Xunta de Galicia [2005] għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafu 40.

(44)  Kawżi Maqgħuda T-298/97-T-312/97 e.a. Alzetta u oħrajn. vs Il-Kummissjoni [2000] ECR II-2319, paragrafu 91.

(45)  Kawża E-6/98 Il-Gvern tan-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA [1999] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, paġna 76, paragrafu 59; Kawża Ċ-303/88 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1991] ECR I-1433, paragrafu 27; Kawżi Maqgħuda Ċ-278/92 u Ċ-280/92 Spanja vs Il-Kummissjoni [1994] ECR I-4103, paragrafu 40, Kawża Ċ-280/00 Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg [2003] ECR I-7747, paragrafu 78.

(46)  Kawża Ċ-298/00 P L-Italja vs Il-Kummissjoni [2004] ECR I-4087, paragrafu 49, u Kawża Ċ-372/97 L-Italja vs Il-Kummissjoni [2004] ECR I-3679, paragrafu 44.

(47)  Kawżi Maqgħuda T-298/97-T-312/97 e.a. Alzetta u oħrajn vs Il-Kummissjoni [2000] ECR II-2319, paragrafi 76-78.

(48)  Il-punt 1.1 tar-rapport: “Det inngår imidlertid ikke i formålet til den foreliggende rapport å foreta en vurdering av om den differensierte arbeidsgiveravgiften er i strid med EØS-avtalens bestemmelser. Raporten er avgrenset til å kartlegge de relevante konkurranseflater.”

(49)  Ara l-paġna 2 ta’ l-ittra ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi li ġġib id-data tat-23 ta’ April 2004 (Avveniment Nru 279843).

(50)  Skond l-ispjegazzjoni ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi fin-notifika, il-parti l-kbira, imma mhux is-setturi kollha fl-industrija tal-manfiattura suppost li jkunu esposti għall-kompetizzjoni barranija u għaldaqstant mhux suppost li jibbenefikaw mir-rati mnaqqsa tas-sigurtà soċjali li qed jiġu notifikati kurrentement. Madankollu, l-intrapriżi fil-75 % tas-setturi tas-servizzi kollha u f’bosta setturi tal-kostruzzjoni allegatament ma jiġux esposti għall-kompetizzjoni u għan-negozju fiż-ŻEE.

(51)  Kawża Ċ-71/04 Administración del Estado vs Xunta de Galicia [2005] għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafu 47.

(52)  Kawżi Maqgħuda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u oħrajn vs EFTA Surveillance Authority [2005], għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafu 95.

(53)  Barra minn hekk, mhemm l-ebda referenza espliċita fin-notifika għall-metodu li ġie segwit biex tkun iddeterminata l-espożizzjoni għall-kompetizzjoni f’dan is-settur, għalkemm numru kbir ta’ sotto-setturi tal-kostruzzjoni ġew inklużi fin-notifika.

(54)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30.6.2004 dwar il-miżuri notifikati mill-Italja favur l-industrija tal-pubblikazzjoni.

(55)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-iskema Griega ta’ għajnuniet fis-settur farmaċewtiku, iffinanzjata permezz ta’ imposti (levies) fuq prodotti farmaċewtiċi u fuq prodotti oħra relatati, l-għajnuna mill-Istat nru Ċ1A/92.

(56)  Ara l-paġna 3 ta’ l-ittra ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi li ġġib id-data tat-12 ta’ Novembru 2004 (Avveniment Nru 299087).

(57)  Kawża T-171/02 Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni [2005] għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafu 102; Kawża 248/84 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni [1987] ECR 4013, paragrafu 18; Kawża Ċ-75/97 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1999] ECR I-3671, paragrafu 48 u Kawża Ċ-278/00 Il-Greċja vs Il-Kummissjoni [2004] ECR I-3997, paragrafu 24.

(58)  Kawża E-6/98 Il-Gvern tan-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA [1999] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, paġna 76, paragrafu 57.

(59)  F’dan il-kuntest ara l-Konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-Kawża Ċ-278/00 Il-Greċja vs Il-Kummissjoni [2004] ECR I-3997, paragrafu 40.

(60)  Kawża T-171/02 Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni [2005] għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafu 104.

(61)  Kawża Ċ-172/03 Wolfgang Heiser vs Finanzamt Innsbruck [2005] għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafi 29 and 32.

(62)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat N 560/01 u NN 17/02 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru N 258/2000, rispettivament.

(63)  Id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 291/03/COL tat-18 ta’ Diċembru 2003 rigward l-istabbilment ta’ faċilitajiet privati ta’ kura matul il-jum f’siti pubbliċi bi ħlasijiet issussidjati tal-kiri tal-proprjetà f’Oslo.

(64)  Il-Konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-Kawża Ċ-278/00 Il-Greċja vs Il-Kummissjoni [2004] ECR I-3997, paragrafu 45-46.


Il-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati EFTA

8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TA’ L-ISTATI TA’ L-EFTA

Nru 1/2006/KP

tas-27 ta’ April 2006

dwar il-verifika ta’ proġetti skond il-Mekkaniżmu Finanzjarju (2004–2009)

IL-KUMITAT PERMANENTI TA’ L-ISTATI TA’ L-EFTA

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem il-Ftehim taż-ŻEE;

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja fiż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE; (1)

Wara li kkunsidra l-Protokoll 38a dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE inserit fil-Ftehim taż-ŻEE mill-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE;

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Komunità Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2004–2009; (2)

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA Nru. 1/2004/KP tal-5 ta’ Frar 2004 li Tistabbilixxi Uffiċċju għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA Nru 4/2004/KP tat-3 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat ta’ l-ESA/Qorti Nru 15/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2005 dwar il-mandat tal-Bord ta’ l-Awdituri ta’ l-EFTA (Stati Membri ta’ l-EFTA li huma membri taż-ŻEE);

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Bord ta’ l-Awdituri għandu jaġixxi bħala l-awtorità suprema għall-verifika ta’ proġetti taħt il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2004 - 2009 (minn hawn 'il quddiem “il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE”). Dan jinkludi l-verifika ta’ proġetti fl-Istati Benefiċjarji, il-ġestjoni tal-Proġetti mill-Istati Benefiċjarji u l-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE. Il-Bord ta’ l-Awdituri għandu wkoll iwettaq verifika tal-ġestjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE mill-Uffiċċju tal-Mekkaniżmu Finanzjarju.

Artikolu 2

Il-Bord ta’ l-Awdituri għandu jikkonsisti f'ċittadini ta’ l-Istati ta’ l-EFTA li jkunu partijiet fil-Ftehim taż-ŻEE u preferibilment membri ta’ l-istituzzjonijiet supremi tal-verifika ta’ l-Istati ta’ l-EFTA. M'għandu jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom. Uffiċjal ta’ l-EFTA ma jistax jiġi maħtur awditur qabel intervall ta’ tlett snin mit-tmiem tal-kariga tiegħu ma’ kwalunkwe istituzzjoni ta’ l-EFTA.

Artikolu 3

Il-membri tal-Bord ta’ l-Awdituri li jwettqu verifiki skond l-Artikolu 1 għandhom ikunu l-istess persuni li jiġu maħtura fi, u għal, l-istess terminu, stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kumitat ta’ l-ESA/Qorti, Nru 15/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2005.

Artikolu 4

Il-membri tal-Bord ta’ l-Awdituri għandhom ikunu kompletament indipendenti fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 5

Il-membri tal-Bord ta’ l-Awdituri għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-persuna jew persuni fdati bil-verifiki korrispondenti taħt il-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2004–2009 fil-verifika ta’ attivitajiet relatati maż-żewġ Mekkaniżmi Finanzjarji.

Artikolu 6

In-nefqa fir-rigward ta’ verifiki xierqa u proporzjonati msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun iffinanzjata mill-baġit amministrattiv tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE. Abbażi ta’ baġit propost mill-Bord ta’ l-Awdituri u rakkomandazzjoni mill-Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju, il-Kumitat Permanenti għandu jiddeċiedi dwar l-ammont li għandu jingħata għal dan l-iskop.

Artikolu 7

Il-Bord ta’ l-Awdituri jista' jqabbad esperti esterni sabiex jgħinuh. L-esperti esterni jridu jissodisfaw l-istess kriterji ta’ indipendenza u jikkonformaw ma’ l-istess dmir ta’ kooperazzjoni stipulat fl-Artikolu 5 bħall-membri tal-Bord ta’ l-Awdituri.

Artikolu 8

Il-Bord ta’ l-Awdituri għandu jirrapporta lill-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA dwar il-verifika msemmija fl-Artikolu 1. Huwa jista' jressaq proposti għal azzjoni.

Artikolu 9

Il-Bord ta’ l-Awdituri għandu jipproponi t-termini ta’ referenza tiegħu dwar il-verifika msemmija fl-Artikolu 1 u jressaqhom quddiem il-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA għall-adozzjoni.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett immedjat.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ April 2006.

Għall-Kumitat Permanenti

Iċ-Chairman

Stefán Haukur JÓHANNESSON

Is-Segretarju Ġenerali

William ROSSIER


(1)  ĠU L 130, 29.4.2004, p. 11 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 29.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 130, 29.4.2004, p. 81 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 29.4.2004, p. 58.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TA’ L-ISTATI TA’ L-EFTA

Nru 1/2007/KP

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 5/2004/KP li jistabbilixxi prinċipju tal-qsim ta’ l-ispejjeż għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE

IL-KUMITAT PERMANENTI TA’ L-ISTATI ta’ L-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ġiet mibdula mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Protokoll 38a dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE mdaħħal fil-Ftehim taż-ŻEE bil-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u emendat mill-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA Nru 5/2004/KP tat-23 ta’ Settembru 2004 li jistabbilixxi prinċipju tal-qsim ta’ l-ispejjeż għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE,

Wara ki kkunsidra l-fatt li l-Liechestein issa qiegħda f’pożizzjoni li tipproduċi d-data uffiċjali tagħha dwar il-Prodott Gross Domestiku (PGD),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-paragrafu 6 u 7 ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 5/2004/KP li jistabbilixxi prinċipju tal-qsim ta’ l-ispejjeż għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għandu jinbidel b’ dan li ġej:

“6.

Id-data tal-PGD li dwarha għandhom ikun bbażati l-kontribuzzjonijiet għal sena speċifika t, għandha tintbagħat sa l-1 ta’ Frar ta’ l-istess sena u għandha tkun relatata mas-snin t-4, t-3 u t-2. Għal-Liechenstein, għandhom jintużaw l-aktar tliet snin riċenti li għalihom tkun disponibbli d-data. ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett immedjat. Din għandha tapplika għall-ewwel darba għall-perjodu 2007-2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kumitat Permanenti

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON

Is-Segretarju Ġenerali

Kåre BRYN


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TA’ L-ISTATI TA’ L-EFTA

Nru 3/2007/KP

tas-6 ta’ Diċembru 2007

dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti ta’ l-EFTA u li tneħħi d-Deċiżjoni Nru 3/2005/KP tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA

IL-KUMITAT PERMANENTI TA’ L-ISTATI TA’ L-EFTA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA Nru 3/2005/KP tad-9 ta’ Ġunju 2005 dwar l-Aċċess Pubbliku għad-Dokumenti li b’dan qiegħda tiġi mħassra,

Wara li rrikonoxxa l-interess pubbliku f'aċċess miftuħ għal dokumenti f'qafas legali definit b'mod ċar, li jikkunsidra l-liġijiet nazzjonali applikabbli,

Wara li kkunsidra l-fatt li, meta jitqiesu talbiet għal aċċess għal dokumenti, il-prinċipju tat-trasparenza għandu jkun applikat bl-usa' mod possibbli,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Segretarjat ta’ l-EFTA għandu jagħmel disponibbli lill-pubbliku bit-tqegħid fuq il-websajt tiegħu d-dokumenti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Kwalunkwe persuna tista’ titlob aċċess għal dokumenti relatati maż-ŻEE (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “dokumenti”) miktubin jew milqugħa mis-Segretarjat ta’ l-EFTA li huma f’idejn is-Segretarjat ta’ l-EFTA.

2.   L-aċċess għal dokument għandu jingħata sakemm ma japplikawx il-limitazzjonijiet ta’ l-Artikoli li ġejjin:

Artikolu 3

1.   Aċċess għal dokument għandu jkun rifjutat f’każ li l-iżvelar se jfixkel il-ħarsien ta’:

(a)

l-interess pubbliku fir-rigward ta': is-sigurtà pubblika, id-difiża u l-materja militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika ta’ Stat ta’ l-EFTA.

(b)

il-privatezza u l-integrità ta’ l-individwu, partikolarment skond il-liġi nazzjonali applikabbli ta’ l-Istati ta’ l-EFTA li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tad-data personali;

2.   Aċċess għal dokument għandu jkun rifjutat f’każ li l-iżvelar se jfixkel il-ħarsien ta’:

(a)

interessi kummerċjali ta’ persuna naturali jew legali, inkluża l-proprjetà intellettwali,

(b)

proċedimenti fil-qrati u pariri legali,

(ċ)

l-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u awditjar.

3.   Aċċess għal dokument, miktub għall-użu intern, li għandu x’jaqsam ma’ materja fejn id-deċiżjoni għadha ma ttieħditx, għandu jkun rifjutat jekk l-iżvelar tad-dokument se jfixkel il-proċess li jwassal għat-teħid ta’ deċiżjoni.

4.   Aċċess għal dokument li fih opinjonijiet għall-użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari għandu jkun rifjutat anke wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet jekk l-iżvelar tad-dokument se jfixkel il-proċess li jwassal għat-teħid ta’ deċiżjoni.

5.   Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ dokumenti ta’ terzi trażmessi lis-Segretarjat ta’ l-EFTA, is-Segretarjat ta’ l-EFTA għandu jikkonsulta lit-terzi bil-ħsieb li tkun eżaminata jekk eċċezzjoni fil-paragrafu 1 jew 2 hix applikabbli, sakemm huwa ċar li d-dokument għandu jew ma għandux ikun żvelat.

6.   Fil-każijiet tal-paragrafi 2-4 hawn fuq, l-aċċess għandu jingħata xorta, b’mod sħiħ jew parzjali, jekk l-Istati ta’ l-EFTA jaqblu li hemm interess pubbliku li jiġi fuq kollox fl-iżvelar.

Artikolu 4

Stat ta’ l-EFTA jista’ jitlob lis-Segretarjat ta’ l-EFTA biex ma jiżvelax dokumenti li joriġinaw minn dak l-Istat mingħajr il-qbil tiegħu minn qabel.

Artikolu 5

Jekk partijiet biss tad-dokument mitlub huma koperti minn xi eċċezzjoni, il-biċċiet l-oħra tad-dokument għandhom jiġu żvelati.

Artikolu 6

1.   Applikazzonijiet għall-aċċess għal dokument għandhom isiru fi kwalunkwe forma miktuba, inkluża l-forma elettronika, fl-ilsien Ingliż u f’manjiera preċiża biżżejjed li tippermetti lis-Segretarjat ta’ l-EFTA biex jidentifika d-dokument.

2.   Jekk applikazzjoni mhijiex preċiża biżżejjed, is-Segretarjat ta’ l-EFTA għandu jitlob lill-applikant jikkjarifika l-applikazzjoni u għandu jassisti lill-applikant biex jagħmel dan, pereżempju, billi jipprovdi informazzjoni skond l-Artikolu 11.

3.   Fl-eventwalità ta’ applikazzjoni li għandha x’taqsam ma’ dokument twil ħafna jew numru kbir ħafna ta’ dokumenti, is-Segretarjat ta’ l-EFTA jista’ jikkonsulta ma’ l-applikant b'mod informali, bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni ġusta.

Artikolu 7

1.   Applikazzjoni għall-aċċess għal dokument għandha tiġi proċessata mill-ewwel. Għandha tintbagħat ittra ta’ rċevuta lill-applikant.

2.   Is-Segretarjat ta’ l-EFTA għandu jissottometti t-talba ta’ l-Istati ta’ l-EFTA għall-approvazzjoni, sakemm ma jkunx assigurat li l-Istati ta’ l-EFTA humiex se jirrifjutaw jew le l-aċċess għad-dokument. L-Istati ta’ l-EFTA għandhom jiddeċiedu mingħajr dewmien żejjed.

3.   Hekk kif tasal ir-risposta mingħand l-Istati ta’ l-EFTA, is-Segretarjat ta’ l-EFTA għandu jew jinforma lill-applikant li aċċess għad-dokument mitlub ingħata u jipprovdi aċċess skond l-Artikolu 10 jew, f'risposta miktuba, jagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali u jinforma l-applikant bid-dritt tiegħu jew tagħha li tirreferi t-talba lill-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA.

4.   Jekk mhux possibbli għas-Segretarjat ta’ l-EFTA li jagħti lill-applikant tweġiba fi 12-il jum ta’ xogħol mir-reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni, l-applikant għandu jkun infurmat bil-miktub bid-dewmien u meta d-deċiżjoni tista’ tkun mistennija. L-applikant għandu jkun infurmat bid-dritt tiegħu jew tagħha li jirreferi t-talba lill-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA jekk ma jkunx irċieva jew ma tkunx irċeviet tweġiba fi żmien raġonevoli.

5.   Fl-eventwalità ta’ rifjut totali jew parzjali, l-applikant jista’, fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta jirċievi t-tweġiba mis-Segretarjat, jirreferi t-talba lill-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA.

6.   In-nuqqas tas-Segretarjat ta’ l-EFTA li jwieġeb fi żmien raġonevoli mir-reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni jagħti d-dritt lill-applikant li jirreferi t-talba lill-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA.

Artikolu 8

Referenza għall-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA għandha tkun mistħarrġa mill-ewwel. Jekk aċċess totali jew parzjali hu rifjutat, dan għandu jkun ikkomunikat lill-applikant f'risposta bil-miktub li tagħti r-raġunijiet tar-rifjut.

Artikolu 9

Il-klassifikazzjoni (Strettament kunfidenzjali, Kunfidenzjali, Ristrett) ta’ kwalunkwe dokument fiha nnifisha ma teskludihiex mill-aċċess għall-pubbliku fi stadju aktar tard.

Artikolu 10

1.   L-applikant għandu jkollu aċċess għad-dokumenti jew billi jikkonsultahom fil-post jew billi jirċievi kopja, inkluża kopja elettronika, fejn disponibbli. L-applikant jista’ jkun mitlub iħallas l-ispiża tal-produzzjoni u ta’ l-impustar tal-kopji. Il-ħlas m'għandux jaqbeż l-ispiża reali tal-produzzjoni u l-impustar tal-kopji. Konsultazzjoni fuq il-post, kopji ta’ anqas minn 20 paġna tad-daqs A4, u jekk disponibbli, aċċess dirett f'forma elettronika għandhom ikunu b'xejn.

2.   Jekk dokument kien diġà rilaxxat mis-Segretarjat ta’ l-EFTA u hu faċilment aċċessibbli mill-applikant, is-Segretarjat ta’ l-EFTA jista’ jissodisfa l-obbligu tiegħu li jagħti aċċess għad-dokumenti billi jinforma lill-applikant kif jista’ jakkwista d-dokument mitlub.

Artikolu 11

1.   Is-Segretarjat tal-EFTA se jżomm reġistru pubbliku tad-dokumenti relatati mal-Ftehim taż-ŻEE mħejji mis-Segretarjat tal-EFTA. Ir-reġistru se jkun aċċessibli mill-websajt tiegħu'

2.   Għal kull dokument ir-reġistru għandu jkun fih numru ta’ referenza, il-materja tas-suġġett u/jew deskrizzjoni qasira tal-kontenut tad-dokument u d-data meta wasal jew inkiteb u reġistrat fir-reġistru. Referenzi għandhom isiru f'manjiera li ma jfixklux il-ħarsien ta’ l-interessi fl-Artikolu 3.

3.   Id-dokumenti li huma kklasifikati bħala “Konfidenzjali” jew “Strettament konfidenzjali” m'għandhomx jitpoġġew fuq ir-reġistru pubbliku sakemm l-Istati tal-EFTA jaqblu li għandu jsir hekk.

4.   Barra minn hekk, l-aċċess għall-lista ta’ dokumenti relatati maż-ŻEE miktuba minn jew li rċiviet is-Segretarjat tal-EFTA u li qegħdin fil-pusses tas-Segretarjat tal-EFTA se jkunu provduti fuq talba.

Artikolu 12

Is-Segretarjat ta’ l-EFTA għandu jipprovdi informazzjoni u assistenza liċ-ċittadini dwar kif u fejn applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti jistgħu jsiru.

Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regoli eżistenti dwar drittijiet ta’ l-awtur li jistgħu jillimitaw id-dritt tat-terzi li jirriproduċu jew jisfruttaw dokumenti rilaxxati.

Artikolu 14

Id-Deċiżjoni Nru 3/2005/KP tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA tad-9 ta’ Ġunju qiegħda tiġi mħassra b'dan.

Artikolu 15

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-1 ta’ April 2008.

Artikolu 16

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni għandha tkun suġġetta għal reviżjoni fi żmien sena mill-jum ta’ l-effett tagħha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Permanenti

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON

Is-Segretarju Ġenerali

Kåre BRYN


ANNESS

Dokumenti ta’ l-EFTA relatati maż-ŻEE biex isiru disponibbli għall-pubbliku fuq l-internet

Ftehim taż-ŻEE u Ftehim ta’ l-EFTA relatati:

Verżjonijiet oriġinali tal-Ftehim taż-ŻEE, il-ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u l-Ftehim tal-Kumitat Permanenti

Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE

Verżjoni konsolidata tal-Ftehim taż-ŻEE

Verżjoni Konsolidata ta’ l-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim taż-ŻEE

Verżjoni konsolidata tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti

Verżjoni konsolidata tal-Ftehim tal-Kumitat Permanenti

Strumenti adottati mill-istituzzjonijiet:

Deċiżjonijiet adottati tal-Kunsill taż-ŻEE

Deċiżjonijiet adottati tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Riżoluzzjonijiet tal-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-ŻEE

Riżoluzzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE

Opinjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv ta’ l-EFTA

Kumment ta’ l-EFTA ŻEE

Aġenda:

Kunsill taż-ŻEE

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Sottokumitati tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (skond ftehim mal-Kummissjoni)

Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA

Sottokumitati tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA

Gruppi ta’ ħidma tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA

Kumitat Parlamentari ta’ l-EFTA

Kumitat Parlamentari Konġunt taż-ŻEE

Kumitat Konsultattiv ta’ l-EFTA

Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE

Konklużjonijiet:

Kunsill taż-ŻEE

Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA

Sottokumitati tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA

Kumitat Konġunt taż-ŻEE (skond ftehim mal-Kummissjoni)

Sottokumitat Konġunt (skond ftehim mal-Kummissjoni)

Rapporti:

Kumitat Parlamentari ta’ l-EFTA

Kumitat Parlamentari Konġunt taż-ŻEE

Kumitat Konsultattiv ta’ l-EFTA

Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE

Dokumenti ta’ informazzjoni:

Rapport annwali tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Programm ta’ xogħol tal-Presidenza ta’ l-EFTA

Statistika relatata maż-ŻEE prodotta mill-Uffiċċju ta’ l-Istatistika ta’ l-EFTA

Lista ta’ deċiżjonijiet adottati tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Lista ta’ notifiki mistennija skond l-Artikolu 103

Lista ta’ Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE bi ħtiġiet kostituzzjonali

Lista ta’ numri tas-Celex

Listi ta’ proposti għal-leġiżlazzjoni tal-KE immarkati bħala relevanti għaż-ŻEE mill-Komunità.

Lista adottata ta’ acquis tal-KE mmarkata bħala relevanti għaż-ŻEE mill-Komunità u acquis tal-KE diġà identifikat bħala relevanti għaż-ŻEE mill-esperti taż-ŻEE EFTA mill-Istati Membri taż-ŻEE u l-EFTA.

Tabelli ta’ valutazzjoni tas-Sottokumitati tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Stqarrijiet għall-istampa

Karta bil-Fatti ta’ l-EFTA

Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE

Regoli u Proċeduri għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE

Linji ta’ Gwida għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE

Memoranda ta’ Ftehim għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE

Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż:

Regoli u Proċeduri għall-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż

Linji ta’ Gwida għall-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż

Memoranda ta’ Ftehim għall-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż