ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 121

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
7 ta' Mejju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 361/2008 ta' l-14 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 121/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 361/2008

ta' l-14 ta' April 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Għall-finijiet tas-simplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju tal-politika agrikola komuni (PAK), ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1) imħassar u sostitwit minn att legali waħdieni, ir-regolamenti kollha li kien adotta l-Kunsill sa mill-introduzzjoni tal-PAK fil-qafas ta’ l-istabbiliment ta’ organizzazzjonijiet komuni tas-swieq għall-prodotti agrikoli u għal gruppi ta’ prodotti.

(2)

Kif ġie spjegat fil-premessa 7 tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, dak l-att ta’ simplifikazzjoni ma kellux iwassal biex jinxteħtu dubji dwar deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu maż-żmien fil-PAK u li, għalhekk, ma kienx qed jipprevedi li jipprovdi għall-ebda strument ġdid jew miżura ġdida. Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, għalhekk jirrifletti d-deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu sal-waqt meta l-Kummissjoni pproponiet it-test għar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS.

(3)

B’mod parallel man-negozjati li saru fi ħdan il-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, il-Kunsill innegozja u adotta wkoll serje ta’ deċiżjonijiet dwar linji politiċi f’diversi setturi. Dan huwa l-każ fir-rigward tas-setturi taz-zokkor, taż-żrieragħ, u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tas-settur taz-zokkor (2) kien emendat prinċipalment sabiex jinkiseb bilanċ strutturali tas-suq ikkonċernat. Dawk l-emendi ġew adottati u ppubblikati ftit biss qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 tat-23 ta' Novembru 2005 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ (3) kien emendat fl-istess żmien meta kien adottat ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. Dik l-emenda temmet il-possibbiltà li l-Finlandja tagħti għajnuna nazzjonali għaż-żrieragħ u għaż-żrieragħ taċ-ċereali u, sabiex il-bdiewa fil-Finlandja jingħataw l-opportunità li jħejju għal stiwazzjoni mingħajr għajnuna nazzjonali, tipprevedi perijodu transitorju addizzjonali u finali li matulu l-Finlandja tista’ tagħti għajnuna nazzjonali għall-produzzjoni taż-żrieragħ u taż-żrieragħ taċ-ċereali, ħlief iż-żrieragħ tal-ħaxix ta’ l-għalf.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (4), kien emendat ftit qabel l-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS fejn introduċa diversi emendi għall-iskemi ta’ intervent pubbliku u ta’ ħażna privata rigward il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat, irrevoka l-possibbiltà li l-forzi militari jixtru l-butir bi prezzijiet imnaqqsa u stabbilixxa għajnuna b’rata fissa għall-kategoriji kollha tal-ħalib ipprovdut lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi.

Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb (5) kien emendat ukoll fl-istess żmien tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 biex b’hekk ippermetta l-kummerċjalizzazzjoni, bħala ħalib tax-xorb, ta’ prodotti b’kontenut ta’ xaħam li mhux dawk li qabel kienu previsti f’dak ir-Regolament.

(7)

Dawk l-emendi jeħtieġ li jiġu inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS sabiex ikun żgurat li dawk id-deċiżjonijiet dwar linji politiċi qed jinżammu fis-setturi konċernati mill-applikazzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS.

(8)

B’mod parallel man-negozjati u għall-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, il-Kunsill innegozja u adotta wkoll riforma tal-poltika fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati. Għal dak il-għan, ġie adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħaxix (6). Kif ġie spjegat fil-premessa 8 tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, dawk id-dispożizzjonijiet biss taż-żewġ setturi msemmija hawn fuq li ma kinux huma stess suġġetti għal xi riforma tal-politika, kienu inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS mill-bidu u li d-dispożizzjonijiet sostantivi li kienu suġġetti għal emendi tal-linji politiċi għandhom jiġu inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS ladarba jidħol fis-seħħ. Peress li dak huwa l-każ, is-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati issa għandhom ikunu għalkollox inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS bħala mod kif jiġu introdotti d-deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu fir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti ta’ dawn iż-żewġ setturi fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS.

(9)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 700/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ l-annimali bovini ta’ età ta’ 12-il xahar jew anqas (7) introduċa regoli ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti konċernati. L-għan tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS kien li jamalgama r-regoli eżistenti kollha fil-kuntest ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq f’qafas legali waħdieni u li jissostitwixxi l-metodi settorjali b’metodu orizzontali. Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS jinkludi regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni għad-diversi setturi u għalhekk huwa adattat biex jinkorpora r-regoli l-ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni intorodotti mir-Regolament (KE) Nru 700/2007 fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS.

(10)

L-inkorporazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandha ssegwi l-istess approċċ bħal dak segwit għar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS meta dan kien ġie adottat, jiġifieri billi ma jinxteħtux dubji fuq id-deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu meta dawk id-dispożizzjonijiet kienu ġew adottati mill-Kunsill u fuq il-motivazzjoni għal dawk id-deċiżjonijiet dwar linji politiċi kif espressa fil-premessi rispettivi tar-Regolamenti rispettivi.

(11)

Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(12)

L-emendi għandhom japplikaw mhux aktar tard mill-istess dati minn meta jibda japplika r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għas-setturi konċernati skond l-Artikolu 204(2) tiegħu. Rigward is-setturi taż-żrieragħ, taċ-ċanga u tal-vitella, u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, l-Artikolu 204(2) jipprevedi l-1 ta’ Lulju 2008 bħad-data minn meta japplika r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. Dan ir-Regolament, għalhekk, għandu jipprevedi wkoll l-1 ta’ Lulju 2008 bħad-data ta’ applikazzjoni għal dawn is-setturi.

(13)

Rigward il-ftit dispożizzjonijiet fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS li diġà ġew previsti għas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, dawn kienu japplikaw, skond l-Artikolu 204(2) ta’ dak ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2008. L-emendi rispettivi previsti f’dan ir-Regolament għalhekk jistgħu jibdew japplikaw mill-istess data bħal dawk għas-setturi taż-żrieragħ, taċ-ċanga u tal-vitella u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2008.

(14)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1152/2007 tipprevedi li ċerti emendi introdotti minn dak ir-Regolament fis-settur tal-ħalib għandhom japplikaw biss mill-1 ta’ Settembru 2008. L-istess data ta’ applikazzjoni għandha tkun prevista għall-emendi konċernati fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Rigward is-settur taz-zokkor, ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS japplika mill-1 ta’ Ottobru 2008 skond il-punt (c) tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 204(2) ta’ dak ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament għal dak is-settur, għalhekk, għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2008.

(16)

Ir-regolamenti li ġejjin fis-settur tal-frott u tal-ħaxix m'għadhomx japplikaw u għalhekk fl-interessi taċ-ċertezza legali dawn għandhom jitħassru: Ir-Regolament (KEE) Nru 449/69 tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1969 dwar ir-rimbors ta' għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lil organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-frott u tal-ħaxix (8), ir-Regolament (KEE) Nru 1467/69 tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1969 dwar l-importazzjonijiet ta' frott taċ-ċitru li joriġinaw mill-Marokk (9), ir-Regolament (KEE) Nru 2511/69 tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 1969 li jistabbilixxi miżuri speċjali għat-titjib tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-frott taċ-ċitru tal-Komunità (10), ir-Regolament (KEE) Nru 2093/70 tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ottubru 1970 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 6 u 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2517/69 li jistabbilixxi ċerti miżuri għar-riorganizzazzjoni tal-produzzjoni tal-frott tal-Komunità (11), ir-Regolament (KEE) Nru 846/72 tal-Kunsill ta' l-24 ta' April 1972 li jipprevedi miżuri speċjali għall-aġġudikazzjoni ta' kuntratti għall-ipproċessar ta' tadam li kien suġġett ta' miżuri ta' intervent (12), ir-Regolament (KEE) Nru 1252/73 tal-Kunsill ta' l-14 ta' Mejju 1973 dwar l-importazzjonijiet tal-frott taċ-ċitru li joriġinaw minn Ċipru (13), ir-Regolament (KEE) Nru 155/74 tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1973 dwar l-importazzjonijiet tal-frott taċ-ċitru li joriġinaw mil-Libanu (14), ir-Regolament (KEE) Nru 1627/75 tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 1975 dwar l-importazzjonijiet ta' lumi frisk li joriġinaw mill-Iżrael (15), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 794/76 tas-6 ta' April 1976 li jistabbilixxi miżuri ulterjuri għar-riorganizzazzjoni tal-produzzjoni tal-frott tal-Komunità (16), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1180/77 tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mit-Turkija (17), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 10/81 ta' l-1 ta' Jannar 1981 li jiffissa, fir-rigward tal-frott u tal-ħaxix ir-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta' l-Att ta' Adeżjoni 1979 (18), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 40/81 ta' l-1 ta' Jannar 1981 li jiffissa l-prezzijiet bażiċi u l-prezzijiet tax-xiri applikabbli fil-Greċja għall-pastard u t-tuffieħ (19), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3671/81 tal-15 ta' Diċembru 1981 dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mit-Turkija (20), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1603/83 ta' l-14 ta' Ġunju 1983 li jistabbilixxi miżuri speċjali għar-rimi ta' għeneb u tin imnixxfin mill-ħsad ta' l-1981 li kienu qed jinżammu minn aġenziji tal-ħżin (21), Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 790/89 ta' l-20 ta' Marzu 1989 li jiffissa l-livell ta' l-għajnuna addizzjonali b'rata waħda għat-twaqqif ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ammont massimu applikat sabiex jgħin it-titjib fil-kwalità u l-bejgħ fis-suq fis-settur tat-tkabbir tal-ġewż u l-locust-bean (22), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3650/90 tal-11 ta' Diċembru 1990 dwar miżuri għat-tisħiħ ta' l-applikazzjoni ta' l-istandards komuni tal-kwalità għall-frott u l-ħaxix fil-Portugal (23), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 525/92 tad-25 ta' Frar 1992 dwar kumpens temporanju minħabba l-konsegwenzi tas-sitwazzjoni fil-Jugoslavja rigward it-trasport ta' xi frott u ħaxix frisk mill-Greċja (24), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3438/92 tat-23 ta' Novembru 1992 li jistabbilixxi miżuri speċjali għat-trasport ta' ċertu frott u ħaxix frisk li joriġinaw mill-Greċja (25), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3816/92 tat-28 ta' Diċembru 1992 li jipprovdi, fis-settur tal-frott u ħaxix, għall-abolizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kumpens fil-kummerċ bejn Spanja u l-Istati Membri u miżuri alleati (26), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 742/93 tas-17 ta' Marzu 1993 li jipprovdi, fis-settur tal-frott u ħaxix, l-abolizzjoni tal-mekkaniżmu ta' kumpens fil-kummerċ bejn il-Portugall u l-Istati Membri l-oħrajn (27), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 746/93 tas-17 ta' Marzu 1993 dwar l-għoti ta’ għajnuna biex tinkoraġġixxi l-formazzjoni u tiffaċilita l-operazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kif previst fir-Regolamenti (KEE) Nru 1035/72 u (KEE) Nru 1360/78 fil-Portugall (28), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 tal-21 ta' Frar 1994 dwar miżuri speċifiċi għall-għeneb imnixxef (29), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2241/2001 tal-15 ta' Novembru 2001 li jemenda d-dazju komuni awtonomu tat-tariffa tad-dwana għat-tewm li huwa skond il-kodiċi tan-NM 0703 20 00 (30), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 545/2002 tat-18 ta' Marzu 2002 li jestendi l-finanzjament tal-pjanijiet għat-titjib fil-kwalità u fid-dħul fis-suq ta’ promozzjoni ta’ ċertu lewż u żerriegħa tal-ħarrub approvat taħt it-Titolu IIa tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 u li jipprovdi għal għajnuna speċifika għall-ġellewż (31),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Fir-rigward tas-settur ta’ l-inbid, għandu japplika l-Artikolu 195 biss ta' dan ir-Regolament.”;

(b)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Fir-rigward tal-patata, friska jew imkessħa, tal-kodiċi NM 0701, għandu japplika l-Kapitolu II tal-Parti IV.”;

2)

fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Għall-prodotti tas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, jekk ikun meħtieġ, is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni.”;

3)

għandu jitħassar il-punt (c) ta' l-Artikolu 6(2);

4)

L-Artikolu 8(1)(e)(ii) jinbidel b’dan li ġej:

“(ii)

EUR 169,80 għal kull 100 kg għat-trab tal-ħalib xkumat;”;

5)

l-Artikolu 10(1)(f) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(f)

trab tal-ħalib xkumat ta’ l-aqwa kwalità magħmul minn ħalib f’impriża approvata fil-Komunità bil-proċess ta’ spray, b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 34,0 % skond il-piż tal-materja niexfa mhux xaħmija.”;

6)

l-Artikolu 15 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Butir

1.   Għall-butir, l-intervent pubbliku għandu jkun miftuħ matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Awissu.

2.   Fejn il-kwantitajiet offruti għall-intervent matul il-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1 jaqbżu t-30 000 tunnellata, il-Kummissjoni tista’ tissospendi x-xiri b’intervent pubbliku. F’dak il-każ, ix-xiri jista’ jitwettaq abbażi ta’ proċedura ta’ tfigħ ta’ offerti skond speċifikazzjonijiet li jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni.”;

7)

l-Artikolu 22 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 22

Butir

Mingħajr preġudizzju għall-iffissar tal-prezz ta' intervent permezz ta' proċedura ta' offerti fil-każ imsemmi fl-Artikolu 15(2), il-prezz ta' intervent għall-butir għandu jkun 90 % tal-prezz ta' referenza.”;

8)

fl-Artikolu 23, għandu jitħassar it-tieni paragrafu.

9)

fl-Artikolu 26 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a)(ii) tal-paragrafu 2 għandu jinbidel minn dan li ġej:

“(ii)

biex jiġi esportat, jew mingħajr ipproċessar ulterjuri jew wara pproċessar fi prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat jew f'merkanzija elenkata fil-Parti III ta' l-Anness XX ma' dan ir-Regolament, jew”;

(b)

il-punt li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt (a) tal-paragrafu 2:

“(iii)

biex jintuża mill-industrija kif jissemma fl-Artikolu 62.”;

10)

l-Artikolu 28 (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

fir-rigward ta':

(i)

butir bla melħ magħmul mill-krema jew ħalib f'impriża approvata fil-Komunità b’kontenut ta' xaħam tal-butir minimu, skond il-piż, ta' 82 %, kontenut ta' solidi tal-ħalib li mhumiex xaħam, skond il-piż, ta' 2 %, u kontenut massimu ta' ilma, skond il-piż, ta' 16 %,

(ii)

butir mielaħ prodott minn krema jew ħalib f'impriża approvata tal-Komunità b’kontenut minimu ta' xaħam tal-butir, skond il-piż, ta’ 80 %, kontenut massimu ta' solidi mhux xaħmin tal-ħalib, skond il-piż ta’ 2 %, u kontenut massimu ta’ ilma, skond il-piż, ta’ 16 % u kontenut massimu ta’ melħ, skond il-piż, ta’ 2 %.”;

11)

l-Artikolu 29 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 29

Kondizzjonijiet u livell ta’ għajnuna għall-butir

L-ammont ta’ għajnuna għall-butir għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni fid-dawl ta’ l-ispejjeż tal-ħażna u t-tendenzi probabbli fil-prezzijiet għal butir frisk u għal butir mill-ħażniet.

Fejn, fiż-żmien tat-tneħħija mill-ħażna, tkun seħħet bidla negattiva fis-suq mhux mistennija fiż-żmien tat-tqegħid fil-ħażna, l-għajnuna tista' tiżdied.”;

12)

l-Artikolu 31 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jitħassar il-punt (d);

(b)

il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-għajnuna għal ħażna privata prevista fil-paragrafu 1 bil-quddiem jew permezz ta' proċeduri ta' tfigħ ta’ offerti.

Fir-rigward tal-ġobon li jissemma fil-paragrafu 1, l-għajnuna għandha tiġi ffissata fid-dawl ta’ l-ispejjeż tal-ħażna u tal-bilanċ li għandu jinżamm bejn il-ġobon li ngħatat għajnuna għalih u ġobon ieħor li jidħol fis-suq.”;

13)

l-Artikolu 35 għandu jitħassar.

14)

fl-Artikolu 50, il-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“5.   L-impriżi taz-zokkor li ma ffirmawx kuntratti ta’ konsenja ta’ qabel iż-żriegħ bil-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota għal kwantità ta' pitravi ekwivalenti għaz-zokkor tal-kwota li għandhom, aġġustata, skond kif ikun il-każ, bil-koeffiċjent għall-irtirar preventiv iffissat skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 52(2), għandhom ikunu meħtieġa jħallsu ta' l-inqas il-prezz minimu għall-pitravi ta' kwota għall-pitravi kollha li huma jipproċessaw f'zokkor.

6.   Ftehim fi ħdan il-kummerċ, suġġetti għall-approvazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 3, 4 u 5.”;

15)

l-Artikolu 52 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 52

Irtirar taz-zokkor

1.   Sabiex ikun ippreservat il-bilanċ strutturali tas-suq f'livell ta' prezzijiet li huwa viċin il-prezz ta' referenza, jekk jitqiesu l-impenji tal-Komunità li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirtira mis-suq, għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari, dawk il-kwantijiet ta' zokkor jew ta’ isoglukożju prodotti skond kwoti li jaqbżu l-limitu kkalkulat skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-limitu ta' rtirar imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun ikkalkulat, għal kull impriża li jkollha kwota, billi l-kwota tagħha tiġi multiplikata b’koeffiċjent, li għandu jkun iffissat mill-Kummissjoni sas-16 ta’ Marzu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, abbażi tat-tendenzi mistennija tas-suq. Għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, dak il-koeffiċjent għandu jkun applikat għall-kwota wara r-rinunzji skond ir-Regolament (KE) Nru 320/2006 mogħtija mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2008.

Abbażi tat-tendenzi aġġornati tas-suq, sal-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jew li tagħmel aġġustamenti, jew fil-każ fejn ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni bħal din skond l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sabiex jiġi ffissat koeffiċjent.

3.   Kull impriża pprovduta bi kwota għandha taħżen sal-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, bi spejjeż għaliha, iz-zokkor prodott skond kwota lil hinn mil-limitu kkalkulat skond il-paragrafu 2. Il-kwantitajiet ta' zokkor jew isoglukożju rtirati matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu ttrattati bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti skond kwota għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li jkun imiss.

Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn jitqiesu t-tendenzi mistennija tas-suq taz-zokkor, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tqis, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali u/jew ta’ wara, iz-zokkor jew l-isoglukożju rtirat kollu jew parti minnu bħala:

(a)

zokkor żejjed jew isoglukożju żejjed disponibbli biex isir zokkor industrijali jew isoglukożju industrijali, jew

(b)

produzzjoni temporanja tal-kwota li parti minnha tista' tiġi riservata għall-esportazzjoni li tirrispetta l-impenji tal-Komunità li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

4.   Jekk il-provvista taz-zokkor fil-Komunità ma tkunx adegwata, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ċerta kwantità ta’ zokkor irtirat tista' tinbiegħ fis-suq Komunitarju qabel tmiem il-perijodu ta’ rtirar.

5.   Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jiġi ttrattat bħala l-ewwel produzzjoni taz-zokkor tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, il-koltivaturi tal-pitravi għandhom jiġu mħallsa l-prezz minimu ta’ dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat isir zokkor industrijali jew jiġi esportat skond il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 49 dwar il-prezz minimu m’għandhomx japplikaw.

Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jinbiegħ fis-suq Komunitarju qabel tmiem il-perijodu ta’ ritrar skond il-paragrafu 4, il-koltivaturi tal-pitravi għandhom jiġu mħallsa l-prezz minimu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti.”;

16)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 52a

Irtirar taz-zokkor fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010

1.   Bħala deroga mill-Artikolu 52(2) ta’ dan ir-Regolament, għall-Istati Membri li l-kwota nazzjonali taz-zokkor tnaqqsitilhom minħabba r-rinunzji tal-kwota skond l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-koeffiċjent għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010 permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness VIIc ma' dan ir-Regolament.

2.   Impriża li, skond l-Artikolu 3(1)(a) jew (b) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, tirrinunzja, b’effett mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, il-kwota totali assenjata liha, għandha fuq it-talba tagħha, ma tkunx suġġetta għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti li jissemmew fl-Artikolu 52(2) ta’ dan ir-Regolament. Dik it-talba m’għandhiex titressaq qabel it-tmiem tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha japplika l-irtirar.”;

17)

l-Artikolu 59 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 59

Ġestjoni tal-kwota

1.   Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-kwoti stabbiliti fl-Anness VI sat-30 ta’ April 2008 għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u sat-28 ta' Frar 2009 u 2010 rispettivament għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2009/2010 u 2010/2011. L-aġġustamenti għandhom jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament, u ta’ l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006.

2.   Jekk jitqiesu r-riżultati ta’ l-iskema ta’ ristrutturazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 320/2006, u sat-28 ta' Frar 2010, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-persentaġġ komuni meħtieġ biex jitnaqqsu l-kwoti eżistenti għaz-zokkor u għall-isoglukożju għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun bil-għan li jiġu evitati żbilanċi fis-suq fis-snin ta' kummerċjalizzazzjoni mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw kif meħtieġ il-kwota ta' kull impriża.

Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għall-Istati Membri li l-kwota nazzjonali tagħhom tnaqqsitilhom minħabba r-rinunzji tal-kwota skond l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-persentaġġ permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness VIIa ma' dan ir-Regolament. Stati Membri bħal dawn għandhom jaġġustaw, għal kull impriża fit-territorju tagħhom li jkollha kwota, il-persentaġġ skond l-Anness VIIb ma' dan ir-Regolament.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw għar-reġjuni l-aktar imbiegħda li jissemmew fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.”;

18)

l-Artikolu 60 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titolu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 60

Riallokazzjoni tal-kwoti nazzjonali u t-tnaqqis tal-kwoti”;

(b)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Stat Membru jista’ jnaqqas il-kwota taz-zokkor jew ta’ l-isoglukożju allokata lil impriża stabbilita fit-territorju tiegħu sa 10 % għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u għas-snin ta’ wara, filwaqt li jirrispetta l-libertà ta’ l-impriżi li jipparteċipaw fil-mekkaniżmi stabbiliti permezz tar-Regolament (KE) Nru 320/2006. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom japplikaw kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.”;

(c)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Bħala deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fejn jiġi applikat l-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kwota taz-zokkor allokata lill-impriża kkonċernata billi japplikaw it-tnaqqis iddefinit fil-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, fil-limitu tal-persentaġġ iffissat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”;

19)

l-Artikolu 64(c) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

zokkor u isoglukożju rtirati mis-suq skond l-Artikoli 52 u 52a u li għalihom ma ġewx sodisfatti l-obbligi previsti fl-Artikolu 52(3).”;

20)

fl-Artikolu 101, il-punti (b) sa (e) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“(b)

minn manifatturi ta' prodotti ta' l-għaġina u ġelat;

(c)

minn manifatturi ta' oġġetti ta' l-ikel oħrajn li għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni;

(d)

għall-konsum dirett ta’ butir ikkonċentrat.”;

21)

l-Artikolu 102(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   L-għajnuna Komunitarja għandha tkun ta’ EUR 18,15/100 kg għall-ħalib kollu.

L-ammonti ta' għajnuna għal prodotti eliġibbli oħra tal-ħalib għandhom ikunu determinati b'kont meħud tal-komponenti tal-ħalib tal-prodott ikkonċernat.”;

22)

is-Sezzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II:

“Sezzjoni IVa

Għajnuniet fis-settur tal-frott u tal-Ħaxix

Subsezzjoni I

Gruppi ta' produtturi

Artikolu 103a

Għajnuna lil gruppi ta’ produtturi

1.   Waqt il-perijodu transitorju permess skond l-Artikolu 125e, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix li ġew ifformati sabiex jiġu rikonoxxuti bħala organizzazzjoni ta’ produtturi:

(a)

għajnuna biex jinkoraġġixxu l-formazzjoni tagħhom u jiffaċilitaw il-funzjonament amministrattiv tagħhom;

(b)

għajnuna, ipprovduta jew direttament jew permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, sabiex tkopri parti mill-investimenti meħtieġa sabiex jinkiseb rikonoxximent u li huma stabbiliti fil-pjan ta’ rikonoxximent imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 125e(1).

2.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rimborsata mill-Komunità skond ir-regoli li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni dwar il-finanzjament ta’ tali miżuri, inklużi l-limiti u l-limiti massimi u l-grad ta’ finanzjament Komunitarju.

3.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tkun iddeterminata għal kull grupp ta’ produtturi abbażi tal-produzzjoni kummerċjalizzata tiegħu u għall-ewwel, għat-tieni, għat-tielet, għar-raba’ u għall-ħames sena għandha tammonta għal:

(a)

10 %, 10 %, 8 %, 6 % u 4 % rispettivament tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-Istati Membri li ssieħbu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 jew wara, u

(b)

5 %, 5 %, 4 %, 3 % u 2 %, rispettivament tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fil-Ġżejjer iżgħar ta’ l-Eġew kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 li jistipula miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-Gżejjer ta' l-Eġew (*).

Dawk ir-rati perċentwali jistgħu jiġu mnaqqsa f'relazzjoni mal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li taqbeż il-limitu. Jista' jiġi applikat limitu massimu għall-għajnuna pagabbli fi kwalunkwe sena partikolari lil grupp ta' produtturi.

Subsezzjoni II

Fondi operattivi u programmi operattivi

Artikolu 103b

Fondi operattivi

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix jistgħu jistabbilixxu fond operattiv. Il-fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta’:

(a)

kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ membri jew ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha;

(b)

għajnuna finanzjarja Komunitarja li tista’ tingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

2.   Il-fondi operattivi għandhom jintużaw biss sabiex ikunu ffinanzjati programmi operattivi approvati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 103g.

Artikolu 103c

Fondi operattivi

1.   Il-programmi operattivi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix għandu jkollhom żewġ objettivi jew aktar minn dawk li jissemmew fl-Artikolu 122(c) jew mill-objettivi li ġejjin:

(a)

ippjanar tal-produzzjoni,

(b)

titjib tal-kwalità tal-prodott,

(c)

titjib tal-valur kummerċjali tal-prodott,

(d)

promozzjoni tal-prodotti, kemm jekk friski kif ukoll jekk ipproċessati,

(e)

miżuri ambjentali u metodi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, inkluża l-biedja organika,

(f)

prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet.

2.   Il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet għandhom ikunu relatati ma' l-evitar u l-ittrattar ta' kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħaxix u għandhom ikopru f’dan il-kuntest:

(a)

l-irtirar mis-suq,

(b)

il-ħsad aħdar jew li ma jsirx ħsad ta’ frott u ħaxix,

(c)

il-promozzjoni u l-komunikazzjoni,

(d)

il-miżuri ta’ taħriġ,

(e)

l-assigurazzjoni tal-ħsad,

(f)

l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi konġunti.

Il-miżuri ta’ prevenjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, inkluż kwalunkwe ħlas lura ta’ kapital u ta’ imgħax kif jissemma fit-tielet subparagrafu, m’għandhomx jinkludu aktar minn terz tan-nefqa taħt il-programm operattiv.

Sabiex jiġu ffinanzjati l-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jieħdu self fuq termini kummerċjali. F’dan il-każ, il-ħlas lura tal-kapital u ta’ l-imgħax fuq dan is-self jista’ jifforma parti mill-programm operattiv u għalhekk jista’ jkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja skond l-Artikolu 103d. Kwalunkwe azzjoni speċifika taħt il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet għandha tkun iffinanzjata jew b’self bħal dan, jew direttament, imma mhux bit-tnejn.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu mod li:

(a)

il-programmi operattivi jinkludu żewġ azzjonijiet ambjentali jew aktar, jew

(b)

ta' l-anqas 10 % tan-nefqa taħt il-programmi operattivi ikopru azzjonijiet ambjentali.

L-azzjonijiet ambjentali għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti għal ħlasijiet agriambjentali stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (**).

Fejn mill-inqas 80 % tal-membri produtturi ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jkunu suġġetti għal impenn agriambjentali identiku wieħed jew aktar skond dik id-dispożizzjoni, kull wieħed minn dawk l-impenji għandu jgħodd bħala azzjoni ambjentali kif jissemma fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu.

L-appoġġ għal azzjonijiet ambjentali msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżultaw mill-azzjoni.

4.   Fil-Bulgarija u fir-Rumanija, il-paragrafu 3 għandu japplika biss mill-1 ta’ Jannar 2011.

5.   L-investimenti li jżidu l-pressjoni ambjentali għandhom ikunu permessi biss f’sitwazzjonijiet fejn ikunu ġew stabbiliti salvagwardji effettivi sabiex jitħares l-ambjent minn dawn il-pressjonijiet.

Artikolu 103d

Assistenza finanzjarja Komunitarja

1.   L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu 103b(1)(a) hekk kif tħallsu effettivament imma għandha tkun limitata għal 50 % tan-nefqa effettiva li saret.

2.   L-assistenza finanzjarja Komunitarja għandha jkollha limitu massimu ta’ 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi.

Madankollu, dak il-persentaġġ jista’ jiġi miżjud għal 4,6 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata sakemm dak l-ammont li jeċċedi l-4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jintuża biss għal miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet.

3.   Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, il-persentaġġ previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 60 % għal programm operattiv jew għal parti minn programm operattiv fejn jissodisfa ta’ l-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jiġi ppreżentat minn bosta organizzazzjonijiet tal-produtturi Komunitarji li qed joperaw fi Stati Membri differenti dwar skemi transnazzjonali;

(b)

jiġi ppreżentat minn organizzazzjoni tal-produtturi waħda jew aktar mseħbin fi skemi mħaddma fuq bażi interprofessjonali;

(c)

ikopri biss appoġġ speċifiku għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti sal-31 ta' Diċembru 2008, mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l- 24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (***) u, mill-1 ta' Jannar 2009, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi (****);

(d)

qed jitressaq minn organizzazzjoni ta’ produtturi f’wieħed mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara għall-miżuri li jiġu implimentati sa mhux aktar tard minn tmiem l-2013;

(e)

huwa l-ewwel wieħed li tressaq minn organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi li amalgamat ruħha ma’ organizzazzjoni oħra rikonoxxuta tal-produtturi;

(f)

hu l-ewwel li ġie ppreżentat minn assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi magħrufa;

(g)

qed jitressaq minn organizzazzjonijiet tal-produtturi fi Stati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 20 % tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix;

(h)

qed jitressaq minn organizzazzjoni tal-produtturi f’wieħed mir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità;

(i)

ikopri biss appoġġ speċifiku għal azzjonijiet biex jippromwovu l-konsum tal-frott u tal-ħaxix immirati lejn tfal fi stabbilimenti edukattivi.

4.   Il-persentaġġ previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 100 % fil-każ ta’ rtirar mis-suq ta’ frott u ta’ ħaxix li m’għandux jeċċedi 5 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi u li wieħed jiddisponi minnhom permezz ta’:

(a)

distribuzzjoni b’xejn lil organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet tal-karità, approvati f'dan is-sens mill-Istati Membri, għal użu fl-attivitajiet tagħhom biex jassistu persuni li d-dritt tagħhom għal assistenza pubblika huwa rikonoxxut fil-liġi nazzjonali, b’mod partikolari peress li m’għandhomx il-mezzi meħtieġa għal sussistenza;

(b)

distribuzzjoni b’xejn lil istituzzjonijiet penali, skejjel u istituzzjonijiet pubbliċi ta' l-edukazzjoni u lil kampijiet tal-btala tat-tfal kif ukoll lil sptarijiet u djar ta’ l-anzjani magħżulin mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kwantitajiet hekk distribwiti huma addizzjonali għall-kwantitajiet li normalment jinxtraw minn tali stabbilimenti.

Artikolu 103e

Assistenza finanzjarja nazzjonali

1.   F’reġjuni ta’ l-Istati Membri fejn il-grad ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix ikun partikolarment baxx, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni, fuq talba debitament sostanzjata, biex iħallsu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għajnuna finanzjarja nazzjonali ekwivalenti għal massimu ta’ 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu 103b(1)(a). Din l-assistenza għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv. F’reġjuni ta’ Stati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 15 % mill-valur tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix u li l-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix tagħhom tirrappreżenta ta’ l-inqas 15 % tal-produzzjoni agrikola totali tagħhom, l-assistenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi rimborżata mill-Komunità fuq talba ta’ l-Istat Membru konċernat.

2.   Bħala deroga mill-Artikolu 180 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m’għandhomx japplikaw għall-assistenza finanzjarja nazzjonali awtorizzata skond il-paragrafu 1.

Artikolu 103f

Qafas nazzjonali u strateġija nazzjonali għal programmi operattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali sabiex ifasslu l-kondizzjonijiet ġenerali relatati ma’ l-azzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 103c(3). Dan il-qafas għandu jipprevedi, b’mod partikolari, li tali azzjonijiet għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet xierqa tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 inklużi dawk fl-Artikolu 5 tiegħu dwar il-komplementarjetà, il-konsistenza u l-konformità.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-qafas propost tagħhom lill-Kummissjoni li tista’ teħtieġ modifiki fi żmien tliet xhur jekk issib li l-proposta ma tagħtix il-possibbiltà li jintlaħaqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-Trattat u fis-sitt programm Komunitarju ta’ azzjoni ambjentali (*****). L-investimenti f’azjendi individwali appoġġati minn programmi operattivi għandhom ukoll jirrispettaw dawk l-objettivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli fis-suq tal-frott u l-ħaxix. Tali strateġija għandha tipprevedi l-elementi li ġejjin:

(a)

analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ punti tajba u ħżiena u tal-potenzjal għal żvilupp;

(b)

ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula;

(c)

l-objettivi tal-programmi operattivi, kif ukoll l-istrumenti u l-indikaturi ta’ rendiment;

(d)

valutazzjoni tal-programmi operattivi;

(e)

obbligi ta’ rapportar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

L-istrateġija nazzjonali għandha tintegra wkoll il-qafas nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-Istati Membri li m'għandhomx organizzazzjoniji tal-produtturi rikonoxxuti.

Artikolu 103g

Approvazzjoni ta’ programmi operattivi

1.   L-abbozzi tal-programmi operattivi għandhom ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom japprovawhom jew jiċħduhom jew jitolbu l-modifika tagħhom b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din is-subsezzjoni.

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-ammont stmat tal-fond operattiv għal kull sena u għalhekk għandhom iressqu raġunijiet xierqa ibbażati fuq stimi tal-programmi operattivi, fuq in-nefqa għas-sena attwali u possibbilment in-nefqa għas-snin preċedenti u, jekk ikun meħtieġ, fuq il-kwantitajiet ta’ produzzjoni stmati għas-sena ta’ wara.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-organizzazzjoni tal-produtturi jew lill-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi bl-ammont stmat ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja b'mod konformi mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 103d.

4.   Il-ħlasijiet ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja għandhom isiru abbażi tan-nefqa li ssir għall-iskemi koperti mill-programm operattiv. Ħlasijiet bil-quddiem jistgħu jsiru fir-rigward ta’ l-istess skemi suġġetti għall-għoti ta’ garanzija jew sigurtà.

5.   L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tinnotifika lill-Istat Membru bl-ammont finali tan-nefqa għas-sena ta’ qabel, akkumpanjat mid-dokumenti ġustifikattivi meħtieġa, sabiex tkun tista’ tirċievi l-bilanċ ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja.

6.   Programmi operattivi u l-finanzjament tagħhom minn produtturi u organizzazzjonijiet tal-produtturi min-naħa waħda u minn fondi Komunitarji min-naħa l-oħra għandu jkollhom durata minima ta’ tlieta snin u durata massima ta' ħames snin.

Artikolu 103h

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din is-sezzjoni, partikolarment:

(a)

regoli dwar il-finanzjament tal-miżuri li jissemmew fl-Artikolu 103a, inklużi l-limiti u l-limiti massimi għall-għajnuna u l-grad ta’ ko-finanzjament Komunitarju ta’ l-għajnuna;

(b)

il-proporzjon ta' u r-regoli dwar ir-rimborż tal-miżuri li jissemmew fl-Artikolu 103e(1);

(c)

regoli dwar l-investimenti fuq investimenti individwali;

(d)

id-dati għall-komunikazzjonijiet u għan-notifiki li jissemmew fl-Artikolu 103g;

(e)

dispożizzjoni għal ħlas parzjali ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja li tissemma fl-Artikolu 103g.

(*)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1."

(**)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 146/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 1)."

(***)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2008 (ĠU L 38, 13.2.2008, p. 3)."

(****)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1."

(*****)  Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1).”;"

23)

l-Artikolu 113 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Jista' jsir provvediment mill-Kummissjoni għall-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni għal wieħed jew aktar mill-prodotti tas-setturi li ġejjin:

(a)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ ta' l-ikel fir-rigward tal-prodotti msemmijin fil-punt (a) tal-Parti VII ta' l-Anness I;

(b)

frott u ħaxix;

(c)

frott u ħaxix ipproċessati;

(d)

banana;

(e)

pjanti ħajjin.”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) għandu jiġi emendat kif ġej:

(ia)

il-punt (iii) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(iii)

l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni dwar il-prodott, adegwata u trasparenti inkluż partikolarment għal prodotti tas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, il-pajjiż ta’ l-oriġini, il-klassi u, fejn ikun xieraq, il-varjetà (jew it-tip kummerċjali), tal-prodott;”;

(ib)

għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(v)

rigward il-frott u l-ħaxix u s-setturi tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, ir-rakkomandazzjonijiet Standard adottati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-NU għall-Ewropa (UN/ECE).”;

(ii)

il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

jistgħu jirrelataw b'mod partikolari, mal-kwalità, mal-klassifikazzjoni fi klassijiet, mal-piż, mad-daqs, ma’ l-ippakkjar, mat-tgeżwir, mal-ħażna, mat-trasport, mal-preżentazzjoni, mal-kummerċjalizzazzjoni, ma’ l-oriġini u mat-tikkettar.”;

24)

għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 113a

Rekwiżiti addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħaxix

1.   Il-prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħaxix intiżi biex jinbiegħu friski lill-konsumatur, jistgħu jiġu kummerċjalizzati biss jekk ikunu tajbin, ġusti u ta’ kwalità li jistgħu jiġu kummerċjalizzati u jekk ikun indikat il-pajjiż ta’ l-oriġini.

2.   L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fil-punti (b) u (c) ta' l-Artikolu 113(1) għandhom japplikaw fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni inklużi l-importazzjoni u l-esportazzjoni sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Kummissjoni.

3.   Id-detentur ta’ prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati koperti mill-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jistax jesponi tali prodotti jew joffrihom għall-bejgħ, jew iwassalhom jew jikkummerċjalizzahom bi kwalunkwe mod ieħor fil-Komunità ħlief f’konformità ma’ dawk l-istandards u għandu jkun responsabbli għall-iżgurar ta' tali konformità.

4.   B'segwitu għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 113(3) u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tista’ tiġi adottata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 194, partikolarment dwar l-applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri tal-kontrolli ta’ konformità, l-Istati Membri, fir-rigward tas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, għandhom jikkontrollaw selettivament, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, jekk il-prodotti konċernati jikkonformawx ma’ l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni rispettivi. Dawn il-kontrolli għandhom ikunu iffokati fuq l-istadju ta' qabel it-tluq miż-żoni ta' produzzjoni meta l-prodotti jkunu qed jiġu ppakkjati jew mgħobbija. Għall-prodotti minn pajjiżi terzi, il-kontrolli għandhom isiru qabel ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 113b

Kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42(1)(a) u (2) u l-punt A ta’ l-Anness V, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIa, partikolarment id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ li għandhom jintużaw stabbiliti fil-punt III tiegħu, għandhom japplikaw għal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas maqtula fi jew wara l-1 ta’ Lulju 2008, kemm jekk prodott fil-Komunità kif ukoll jekk importat minn pajjiżi terzi.

Madanakollu, il-laħam minn annimali li għandhom 12-il xahar jew inqas u maqtula qabel l-1 ta’ Lulju 2008 jista’ jkompli jkun kummerċjalizzat mingħajr ma jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIa.

2.   Il-kondizzjonijiet msemmijin fil-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw għal-laħam ta’ annimali bovini li għalihom ġiet irreġistrata denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta skond ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u affarijiet ta' l-ikel (******), qabel id-29 ta’ Ġunju 2007.

(******)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).”;"

25)

l-Artikolu 121 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

ll-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmijin fl-Artikoli 113 u 113a inklużi r-regoli dwar:

(i)

derogi jew eżenzjonijiet mill-applikazzjoni ta’ l-istandards,

(ii)

preżentazzjoni ta’ partikolaritajiet meħtieġa mill-istandards kif ukoll dwar il-kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar;

(iii)

l-applikazzjoni ta’ l-istandards għal prodotti importati fi, jew esportati mill-Komunità;

(iv)

fir-rigward ta’ l-Artikolu 113a(1), sabiex jiddefinixxu x’jikkostitwixxi prodott li huwa tajjeb, ġust u ta’ kwalità li jista’ jiġi kummerċjalizzat;”

(b)

għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(j)

fir-rigward tal-kondizzjonijiet li għandhom jintużaw fil-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas skond l-Artikolu 113b:

(i)

il-metodi prattiċi biex tiġi indikata l-ittra ta’ identifikazzjoni tal-kategorija kif definit fil-punt II ta’ l-Anness XIa, fir-rigward tal-post u d-daqs ta’ l-ittri użati;

(ii)

l-importazzjoni tal-laħam minn pajjiżi terzi kif imsemmi fil-punt VIII ta’ l-Anness XIa, fir-rigward tal-metodi kif tiġi verifikata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.”;

(c)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Parti B tat-tabella stabbilita fil-punt III(2) ta’ l-Anness XIa.”;

26)

l-Artikolu 122 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

huma kostitwiti minn produtturi ta' wieħed mis-setturi li ġejjin:

(i)

ħops;

(ii)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ ta' l-ikel;

(iii)

frott u ħaxix fir-rigward ta’ bdiewa li jkabbru wieħed mill-prodotti jew aktar ta’ dak is-settur u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar;

(iv)

dudu tal-ħarir;”;

(b)

il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

isegwu għan speċifiku li jista' b'mod partikolari, jew fir-rigward tas-settur tal-frott u tal-ħaxix għandu, jinkludi wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin:

(i)

l-iżgurar li l-produzzjoni hija ppjanata u aġġustata skond id-domanda, partikolament f'termini ta' kwalità u ta' kwantità;

(ii)

il-konċentrazzjoni tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħha;

(iii)

l-ottimizzazzjoni ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produzzjoni.”;

27)

l-Artikolu 123 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu għandu jsir il-paragrafu 1;

(b)

it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Fejn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jissemmew fil-paragrafu 1 jwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorji ta’ diversi Stati Membri, ir-rikonoxximent għandu jingħata mill-Kummissjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat li jissemma fl-Artikolu 195(1).”;

(c)

il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“3.   B'segwitu għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu wkoll l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li:

(a)

ikunu magħmula minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni ta’ u/jew il-kummerċ fi u/jew ma’ l-ipproċessar tal-prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħaxix;

(b)

huma ffurmati fuq l-inizjattiva ta' l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew uħud minnhom li jikkostitwixxuhom;

(c)

iwettqu tnejn jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin f’wieħed mir-reġjuni jew aktar tal-Komunità, fejn jitqiesu l-interessi tal-konsumatur:

(i)

itejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq,

(ii)

jgħinu biex jikkoordinaw aħjar il-mod li bih il-frott u l-ħaxix jitqiegħdu fis-suq, b'mod partikolari permezz ta' riċerka u studji tas-suq,

(iii)

ifasslu forom standard ta' kuntratt kompatibbli mar-regoli tal-Komunità,

(iv)

jisfruttaw aktar il-potenzjal tal-frott u tal-ħaxix prodotti,

(v)

jipprovdu l-informazzjoni u jagħmlu r riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni tiġi aġġustata lejn prodotti iktar addattati għall-ħtiġiet tas-suq u l-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott u l-ħarsien ta' l-ambjent,

(vi)

isibu metodi li jirrestrinġu l-użu ta' prodotti tas-saħħa tal-pjanti u adittivi oħrajn u li jassiguraw il-kwalità tal-prodott u l-ħamrija u l-konservazzjoni ta' l-ilma,

(vii)

jiżviluppaw metodi u strumenti għat-titjib fil-kwalità tal-prodott,

(viii)

jisfruttaw il-potenzjal ta' u l-protezzjoni ta' biedja organika kif ukoll deskrizzjonijiet ta' l-oriġini, tikketti tal-kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi,

(ix)

jippromwovu produzzjoni integrata jew metodi oħrajn ta' produzzjoni sodi għall-ambjent,

(x)

jistabbilixxu regoli, fir-rigward tar-regoli ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmijin fil-punti 2 u 3 ta’ l-Anness XVIa, li huma aktar stretti mir-regoli Komunitarji jew dawk nazzjonali.”;

28)

is-Sezzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II:

“Sezzjoni Ia

Regoli li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u l-gruppi tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix

Subsezzjoni I

Regoli ta’ assoċjazzjoni u u rikonoxximent ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi

Artikolu 125a

Regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix għandhom jeħtieġu li l-membri produtturi tagħha, b’mod partikolari:

(a)

japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tar-rapportar tal-produzzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħarsien ta’ l-ambjent;

(b)

jappartjenu lil organizzazzjoni tal-produtturi waħda biss rigward il-produzzjoni ta’ ażjenda partikolari ta’ kwalunkwe prodott partikolari li jissemma fl-Artikolu 122(a)(iii);

(c)

jikkumerċjalizzaw il-produzzjoni kollha tagħhom ikkonċernata permezz ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi;

(d)

ifornu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal raġunijiet ta' statistika, b’mod partikolari dwar żoni li qed jikbru, kwantitajiet maqtugħa, ġbir u bejgħ dirett;

(e)

iħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji previsti fir-regoli ta’ assoċjazzjoni tagħha għall-istabbiliment u għall-mili mill-ġdid tal-fond operattiv previst fl-Artikolu 103b.

2.   Minkejja l-paragrafu 1(c), fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan u fejn dan ikun konformi mat-termini u mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-membri produtturi:

(a)

ma jistgħux ibigħu aktar minn persentaġġ fiss tal-produzzjoni u/jew prodotti tagħhom direttament fl-azjendi tagħhom u/jew barra mill-azjendi tagħhom lil konsumaturi għall-ħtiġijiet personali tagħhom, b’tali persentaġġi jkunu ffissati mill-Istati Membri għal mhux inqas minn 10 %;

(b)

jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta’ organizzazzjoni oħra tal-produtturi magħżula mill-organizzazzjoni tagħhom stess, kwantitajiet ta’ prodotti li huma marġinali b’relazzjoni għall-volum tal-produzzjoni li tista’ tiġi kummerċjalizzata ta’ l-organizzazzjoni tagħhom;

(c)

jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta’ organizzazzjoni oħra tal-produtturi magħżula mill-organizzazzjoni tagħhom stess prodotti li, minħabba l-karatteristiċi li għandhom, ma jkunux normlament koperti mill-attivitajiet kummerċjali ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata.

3.   Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandhom ukoll jipprevedu:

(a)

proċeduri biex ikunu determinati, adottati u emendati r-regoli li jissemmew fil-paragrafu 1;

(b)

l-imposizzjoni fuq membri ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa għall-iffinanzjar tal-organizzazzjoni tal-produtturi;

(c)

regoli li jagħtu l-possibbiltà li l-membri produtturi jiskrutinaw demokratikament l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet li tieħu;

(d)

pieni għal ksur ta’ obbligi taħt ir-regoli ta’ assoċjazzjoni, partikolarment in-nuqqas ta’ pagament ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, jew tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(e)

regoli dwar l-ammissjoni ta' membri ġodda, partikolarment perijodu minimu ta' sħubija,

(f)

ir-regoli tal-kontabilità u tal-baġit meħtieġa għall-funzjonament ta' l-organizzazzjoni.

4.   Fi kwistjonijiet ekonomiċi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix għandhom jitqiesu bħala li jaġixxu f’isem u għan-nom tal-membri tagħhom.

Artikolu 125b

Rikonoxximent

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix l-entitajiet ġuridiċi kollha jew il-partijiet kollha definiti b’mod ċar ta’ entitajiet ġuridiċi li japplikaw għal tali rikonoxximent, sakemm:

(a)

ikollhom l-għan li jużaw prattika ta’ koltivazzjoni, teknika ta’ produzzjoni u prattika tajba ta’ ġestjoni ta’ l-iskart mil-lat ambjentali, partikolarment li jħarsu l-kwalità ta’ l-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ u li jippreservaw jew jinkoraġġixxu l-bijodiversità u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbliti fl-Artikoli 122 u 125a u jipprovdu l-evidenza rilevanti ta’ dan;

(b)

ikollhom numru minimu ta’ membri u jkopru volum jew valur minimu ta’ produzzjoni li tista’ tiġi kummerċjalizzata li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, u jipprovdu l-evidenza rilevanti ta’ dan;

(c)

ikun hemm biżżejjed evidenza li jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom b’mod xieraq, kemm maż-żmien kif ukoll f’termini ta’ effikaċja u ta’ konċentrazzjoni tal-provvista, sabiex l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema mill-prodotti, jew mill-gruppi ta’ prodotti li jissemmew fl-Artikolu 122(a)(iii) għandhom ikunu koperti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(d)

ikunu effettivament jagħtu l-fakultà lill-membri tagħhom li jakkwistaw assistenza teknika fl-użu ta' prattika ta' kultivazzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent;

(e)

effettivament jipprovdu lill-membri tagħhom, fejn ikun meħtieġ, il-mezzi tekniċi għall-ġbir, għall-ħażna, għall-ippakkjar u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tagħhom;

(f)

jiżguraw ġestjoni kummerċjali u tal-kontabilità xierqa ta’ l-attivitajiet tagħhom; kif ukoll

(g)

ma jkollhomx pożizzjoni dominanti f’suq partikolari sakemm dan ma jkunx meħtieġ skond l-għanijiet ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat.

2.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien tliet xhur minn meta tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza rilevanti kollha;

(b)

iwettqu kontrolli f’intervalli regolari sabiex jaċċertaw irwieħhom li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonformaw ma’ dan il-Kapitolu, jimponu l-penali fuq tali organizzazzjonijiet f'każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ irregolaritajiet regward id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiddeċiedu, fejn ikun meħtieġ, li jirtiraw ir-rikonoxximent;

(c)

jinnotifikaw lill-Kummissjoni, darba fis-sena, b'kull deċiżjoni biex jingħata, jiġi rifjutat jew irtirat rikonoxximent.

Subsezzjoni II

Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta' Gruppi tal-produtturi

Artikolu 125c

Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix

Fuq l-inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi għandha tkun ifformata assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix u din tista’ twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta’ organizzazzjoni tal-produtturi li tissemma f’dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, fuq talba, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, fejn:

(a)

l-Istat Membru jqis li l-assoċjazzjoni kapaċi twettaq effettivament dawk l-attivitajiet, u

(b)

l-assoċjazzjoni ma jkollhiex pożizzjoni dominanti f’suq partikolari sakemm dan ma jkunx meħtieġ skond l-għanijiet ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat.

L-Artikolu 125a(4) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 125d

Esternalizzazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix jew assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi f’dak is-settur tista’ testernalizza (outsource) kwalunkwe waħda mill-attivitajiet tagħha, inkluż lil kumpaniji sussidjarji, sakemm tipprovdi biżżejjed evidenza lill-Istat Membru li dan il-mod huwa mod xieraq kif jintlaħqu l-objettivi ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ l-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernata.

Artikolu 125e

Gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix

1.   Fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, jew fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità kif jissemma fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, jew fil-Gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew kif jissemma fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 jistgħu jiġu fformati gruppi ta’ produtturi bħala entità ġuridika jew parti minn entità ġuridika ddefinita b'mod ċar, fuq l-inizjattiva ta’ bdiewa li jkunu koltivaturi ta’ prodott wieħed jew aktar tas-settur tal-frott u tal-ħaxix u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar, bil-għan li tkun rikonoxxuta bħala organizzazzjoni tal-produtturi.

Gruppi ta’ produtturi bħal dawn jistgħu jingħataw perijodu transitorju biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal rikonoxximent bħala organizzazzjoni ta’ produtturi skond l-Artikolu 122.

Sabiex jikkwalifikaw, dawk il-gruppi ta’ produtturi għandhom jippreżentaw pjan ta’ rikonoxximent maqsum f’fażijiet lill-Istat Membru rilevanti, li l-aċċettazzjoni tiegħu għandha timmarka l-bidu tal-perijodu transitorju msemmi fit-tieni subparagrafu u għandha tikkostitwixxi rikonoxximent preliminari. Il-perijodu transitorju m'għandux ikun ta' aktar minn ħames snin.

2.   Qabel l-aċċettazzjoni tal-pjan ta' rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħhom u l-implikazzjonijiet finanzjarji probabbli tagħhom.

Subsezzjoni III

Estensjoni tar-regoli għall- produtturi f’żona ekonomika

Artikolu 125f

Estensjoni tar-regoli

1.   F’każijiet fejn organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix li topera f’żona ekonomika speċifika, rigward prodott speċifiku, titqies bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni u tal-produtturi f’dik iż-żona, l-Istat Membru konċernat, fuq talba ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi, jista’ jagħmel ir-regoli li ġejjin obbligatorji għall-produtturi stabbiliti f’dik iż-żona ekonomika li ma jappartjenux għall-organizzazzjoni tal-produtturi:

(a)

ir-regoli msemmijin fl-Artikolu 125a(1)(a),

(b)

ir-regoli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 103c(2)(c).

L-ewwel subparagrafu għandu japplika bil-kondizzjoni li dawk ir-regoli:

(a)

ikunu ilhom fis-seħħ għal mill-inqas sena waħda ta' kummerċjalizzazzjoni,

(b)

jiġu inklużi fil-lista eżawrjenti fl-Anness XVIa,

(c)

huma obbligatorji għall-perjodu massimu ta' tliet snin ta' kummerċjalizzazzjoni.

Madankollu, il-kondizzjoni li tissemma fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu m’għandhiex tapplika jekk ir-regoli konċernati jkunu dawk elenkati fil-punti 1, 3 u 5 ta’ l-Anness XVIa. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli ma tistax tapplika għal aktar minn sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni.

2.   Għall-finijiet ta’ din is-subsezzjoni, ‘żona ekonomika’ tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni ta’ produzzjoni ħdejn xulxin jew qrib xulxin fejn il-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni huma omoġeni.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni lista ta’ żoni ekonomiċi.

Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tapprova l-lista jew, wara konsultazzjoni ma' l-Istat Membru kkonċernat, għandha tiddeċiedi dwar l-emendi li dan ta' l-aħħar għandu jagħmel fiha. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista approvata bil-metodi li hija tikkunsidra xierqa.

3.   Organizzazzjoni tal-produtturi għandha tiġi kkunsidrata rappreżentattiva skond it-tifsira tal-paragrafu 1 meta l-membri tagħha jammontaw għal mill-inqas 50 % tal-produtturi fiż-żona ekonomika li fiha hija topera u hija tkopri mill-inqas 60 % tal-volum tal-produzzjoni ta’ dik iż-żona. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, meta jiġu kkalkulati dawn il-persentaġġi m’għandhomx jitqiesu l-produtturi jew il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti, sal-31 ta' Diċembru 2008, mir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u, mill-1 ta' Jannar 2009, mir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

4.   Ir-regoli li għandhom ikunu obbligatorji għall-produtturi kollha f'żona ekonomika speċifika:

(a)

m’għandhom jikkawżaw l-ebda dannu lill-produtturi l-oħra fl-Istat Membru konċernat jew fil-Komunità;

(b)

m’għandhomx japplikaw, sakemm ma jkopruhomx espressament, għal prodotti konsenjati għall-ipproċessar skond kuntratt iffirmat qabel il-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, ħlief ir-regoli dwar ir-rapportar tal-produzzjoni li jissemmew fl-Artikolu 125a(1)(a);

(c)

m’għandhomx ikunu inkompatibbli mar-regoli Komunitarji u nazzjonali fis-seħħ.

5.   Ir-regoli jistgħu ma jkunux obbligatorji għall-produtturi ta’ prodotti organiċi koperti, sal-31 ta' Diċembru 2008, mir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u, mill-1 ta' Jannar 2009, mir-Regolament (KE) Nru 834/2007 ħlief jekk tali miżura ma tkunx ġiet miftiehma minn ta’ l-inqas 50 % ta’ tali produtturi fiż-żona ekonomika fejn topera l-organizzazzjoni tal-produtturi u dik l-organizzazzjoni tkopri ta’ l-inqas 60 % ta’ tali produzzjoni ta’ dik iż-żona.

Artikolu 125g

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bir-regoli li jkunu rrendu obbligatorji għall-produtturi kollha f’żona ekonomika speċifika skond l-Artikolu 125f(1). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn ir-regoli permezz tal-metodi li hija tikkunsidra xierqa.

Artikolu 125h

Tħassir ta’ l-estensjoni tar-regoli

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jħassar estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru skond l-Artikolu 125f(1):

(a)

fejn issib li l-estensjoni in kwistjoni għal produtturi oħrajn teskludi l-kompetizzjoni f’parti sostanzjali mis-suq intern jew tipperikola l-kummerċ ħieles, jew li l-objettivi ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat jiġu kompromessi;

(b)

fejn issib li l-Artikolu 81(1) tat-Trattat japplika għar-regoli estiżi għal produtturi oħrajn. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawk ir-regoli għandha tapplika biss mid-data ta’ tali sejba;

(c)

fejn, wara kontrolli, issib li ma kienx hemm konformità ma’ din is-subsezzjoni.

Artikolu 125i

Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ produtturi li mhumiex membri

Fejn jiġi applikat l-Artikolu 125f(1), l-Istat Membru konċernat jista’ jiddeċiedi, meta jeżamina bir-reqqa l-evidenza ppreżentata, li l-produtturi li mhumiex membri għandhom ikunu responsabbli lejn l-organizzazzjoni tal-produtturi għall-parti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi membri, sakemm dawn jintużaw biex ikopru:

(a)

spejjeż amministrattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli msemmijin fl-Artikolu 125f(1);

(b)

l-ispejjeż għal riċerka, studji tas-suq u l-promozzjoni tal-bejgħ li jsiru mill-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni u li jibbenefikaw il-produtturi kollha f’dak il-qasam.

Artikolu 125j

Estensjoni tar-regoli ta'assoċjazzjonijijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

Għall-finijiet ta’ din is-subsezzjoni, kwalunkwe referenza għal organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tiġi interpretata wkoll bħala referenza għal assoċjazzjonijiet rikonoxxuti ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Subsezzjoni IV

Organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-frott u tal-ħaxix

Artikolu 125k

Rikonoxximent u rtirar tar-rikonoxximent

1.   Jekk ikunu ġġustifikati mill-istrutturi ta’ l-Istat Membru, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-frott u l-ħaxix, l-entitajiet ġuridiċi kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom li jagħmlu applikazzjoni xierqa, bil-kondizzjoni li:

(a)

iwettqu l-attività tagħhom f’reġjun wieħed jew aktar fl-Istat Membru konċernat;

(b)

jirrappreżentaw sehem sinifikanti mill-produzzjoni ta’, mill-kummerċ fi u/jew mill-ipproċessar tal-frott u tal-ħaxix u mill-prodotti pproċessati mill-frott u mill-ħaxix fir-reġjun jew reġjuni in kwistjoni u, fejn ikun involut aktar minn reġjun wieħed, jistgħu juru livell minimu ta’ rappreżentattività f’kull reġjun għall kull waħda mill-fergħat raggruppati;

(c)

iwettqu żewġ attivitajiet jew aktar minn dawk imsemmijin fl-Artikolu 123(3)(c);

(d)

ma jkunux huma stess jaħdmu fil-produzzjoni jew fl-ipproċessar jew it-tqegħid fis-suq tal-frott u l-ħaxix jew prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix;

(e)

ma jkunu involuti fl-ebda wieħed mill-ftehim, deċiżjonijiet u prattika miftiehma msemmijin fl-Artikolu 176a(4).

2.   Qabel ma jikkonċedu r-rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jkunu applikaw għal rikonoxximent, filwaqt li jipprovdu t-tagħrif kollu rilevanti dwar ir-rappreżentattività u l-attivitajiet varji tagħhom, flimkien ma’ kull tagħrif ieħor meħtieġ għall-valutazzjoni.

Il-Kummissjoni tista' toġġezzjona għal rikonoxximent f'limitu ta' żmien ta' xahrejn wara n-notifika.

3.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat l-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti rilevanti kollha ta' sostenn;

(b)

iwettqu kontrolli f’intervelli regolari sabiex jaċċertaw irwieħhom li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jkunu konformi mat-termini u mal-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent, jimponu l-penali fuq tali organizzazzjonijiet fil-każ ta’ nonkonformità jew ta’ irregolaritajiet dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiddeċiedu, fejn ikun meħtieġ, li jirtiraw ir-rikonoxximent;

(c)

jirtiraw ir-rikonoxximent jekk:

(i)

il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent stabbiliti f’din is-subsezzjoni m’għadhomx jiġu sodisfatti;

(ii)

l-organizzazzjoni interprofessjonali tinvolvi ruħha f'kwalunkwe waħda mill-ftehim u prattika miftiehma msemmijin fl-Artikolu 176a(4), mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe piena oħra li għandha tkun imposta skond il-liġi nazzjonali;

(iii)

l-organizzazzjoni interprofessjonali tonqos milli tikkonforma ma' l-obbligu ta' notifika msemmi fl-Artikolu 176a(2);

(d)

jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, b'kull deċiżjoni biex jingħata, jiġi rrifjutat jew jiġi irtirat ir-rikonoxximent.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet li dwarhom u l-frekwenza li biha l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ l-organizzazzjonijiet interprofessjonali.

Bħala riżultat tal-kontrolli, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru biex jirtira r-rikonoxximent.

5.   Ir-rikonoxximent għandu jikkostitwixxi awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 123(3)(c), suġġetta għat-termini ta’ dan ir-Regolament.

6.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti, bil-metodi li tqis li huma xierqa, fejn tindika l-isfera jew iż-żona ekonomika ta’ l-attivitajiet tagħhom u l-attivitajiet imwettqa fit-tifsira ta’ l-Artikolu 125 l. L-irtirar tar-rikonoxximent għandu wkoll jiġi ppubblikat.

Artikolu 125l

Estensjoni tar-regoli

1.   F’każijiet fejn organizzazzjoni interprofessjonali li tkun qed topera f’reġjun speċifiku jew f’reġjuni speċifiċi ta’ Stat Membru titqies bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni ta’ jew tal-kummerċ fi jew ta’ l-ipproċessar ta’ prodott partikolari, l-Istat Membru kkonċernat, fuq talba ta’ dik l-organizzazzjoni interprofessjonali, jista’ jagħmel wħud mill-ftehim, deċiżjonijiet jew prattika miftiehma li kien hemm qbil dwarhhom fi ħdan dik l-organizzazzjoni obbligatorji għal perijodu limitat għal operaturi oħra li joperaw fir-reġjun jew fir-reġjuni in kwistjoni, kemm jekk individwi jew gruppi, li ma jappartjenux għall-organizzazzjoni.

2.   Organizzazzjoni interprofessjonali għandha tiġi kkunsidrata rappreżentattiva fis-sens tal-paragrafu 1 meta hija tkun tirrappreżenta mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni jew tal-kummerċ fi jew l-ipproċessar tal-prodott jew prodotti kkonċernati fir-reġjun jew reġjuni kkonċernati ta’ Stat Membru. Meta l-applikazzjoni għall-estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħrajn tkopri aktar minn reġjun wieħed, l-organizzazzjoni interprofessjonali għandha turi livell minimu ta’ rappreżentanza għal kull waħda mill-fergħat li hija tirraggruppa f’kull waħda mir-reġjuni kkonċernati.

3.   Ir-regoli li għalihom tista' tintalab estensjoni għal operaturi oħrajn:

(a)

għandu jkollhom wieħed mill-għanijiet li ġejjin:

(i)

il-produzzjoni u r-rappurtar tas-suq,

(ii)

regoli ta’ produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-regoli Komunitarji jew nazzjonali,

(iii)

tħejjija ta' kuntratti standard kompatibbli mar-regoli Komunitarji,

(iv)

regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni,

(v)

regoli dwar li jkun imħares l-ambjent,

(vi)

miżuri li jippromwovu u jisfruttaw il-potenzjal tal-prodotti,

(vii)

miżuri li jipproteġu l-biedja organika kif ukoll id-deskrizzjoni ta’ oriġini, tabelli ta’ kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi;

(b)

għandhom ikunu ilhom fis-seħħ għal ta’ l-inqas sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni;

(c)

jistgħu jkunu obbligatorji għal mhux aktar minn tliet snin ta' kummerċjalizzazzjoni;

(d)

m’għandhom jikkawżaw l-ebda dannu lil operaturi oħrajn fl-Istat Membru kkonċernat jew fil-Komunità.

Madankollu, il-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu m’għandhiex tapplika jekk ir-regoli kkonċernati huma dawk elenkati fil-punti 1, 3 u 5 ta’ l-Anness XVIa. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli ma tistax tapplika għal aktar minn sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni.

4.   Ir-regoli msemmijin fil-punti (a)(ii), (iv) u (v) tal-paragrafu 3 m’għandhomx ikunu għajr dawk stabbiliti fl-Anness XVIa. Ir-regoli li jissemmew fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 3 m’għandhomx japplikaw għal prodotti li kienu prodotti barra mir-reġjun speċifiku jew mir-reġjuni speċifiċi li jissemmew fil-paragrafu 1.

Artikolu 125m

Notifika u tħassir ta’ l-estensjoni tar-regoli

1.   Skond l-Artikolu 125l(1), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni r-regoli li huma jkunu rrendew obbligatorji għall-operaturi kollha f’reġjuni jew reġjuni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk ir-regoli bil-metodi li hija tikkunsidra xierqa.

2.   Qabel ma r-regoli jiġu ppubblikati, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 195 bi kwalunkwe notifika ta’ l-estensjoni tal-ftehim interprofessjonali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jħassar estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru fil-każijiet li jissemmew fl-Artikolu 125h.

Artikolu 125n

Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ produtturi li mhumiex membri

F’każijiet fejn ir-regoli għal prodott wieħed jew aktar jiġu estiżi u fejn attività waħda jew aktar minn dawk li jissemmew fl-Artikolu 125l(3)(a) jiġu segwiti minn organizzazzjoni rikonoxxuta interprofessjonali u jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ dawk il-persuni li l-attivitajiet tagħhom huma relatati ma’ prodott wieħed jew aktar mill-prodotti kkonċernati, l-Istat Membru li jkun ta r-rikonoxximent jista’ jiddeċiedi li l-individwi jew il-gruppi li ma jkunux membri ta’ l-organizzazzjoni interprofessjonali iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallasu lill-organizzazzjoni il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha jew parti minnhom li jħallsu l-membri tagħha sakemm tali kontribuzzjonijiet jkunu maħsuba biex ikopru spejjeż li saru direttament sabiex jitwettqu l-attivitajiet in kwistjoni.”;

29)

fl-Artikolu 127 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

“(da)

skond kif ikun il-każ, ir-regoli dwar organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi u assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi inkluża l-assistenza amministrattiva li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f'każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;”;

30)

fl-Artikolu 130 għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(fa)

frott u ħaxix;

(fb)

frott u ħaxix ipproċessati;”;

31)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 140a

Sistema ta’ prezzijiet ta’ dħul għas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati

1.   Jekk l-applikazzjoni tar-rata ta' dazju tat-tariffa doganali komuni tkun tiddependi fuq il-prezz tad-dħul tal-konsenja importata, il-korrettezza ta' dan il-prezz għandha tkun verifikata bl-użu ta' rata fissa ta' valur ta' importazzjoni kkalkolat mill-Kummissjoni, skond il-prodott u l-oriġini, abbażi tal-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-prodott fis-suq rappreżentativ ta' l-importazzjoni ta' l-Istati Membri, jew fi swieq oħrajn, meta xieraq

Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi biex tivverifika l-prezz ta’ dħul ta’ prodotti li ġew importati primarjament għall-ipproċessar.

2.   Meta l-prezz iddikjarat ta’ dħul tal-konsenja in kwistjoni jkun ogħla mill-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa, miżjud b’marġni stabbilit mill-Kummissjoni li ma jistax jaqbeż il-valur b’rata fissa b’aktar minn 10 %, għandha tkun meħtieġa l-preżentazzjoni ta’ sigurtà daqs id-dazju fuq l-importazzjoni li ġie determinat abbażi tal-valur ta’ l-importazzjoni b’rata fissa.

3.   Jekk il-prezz ta’ dħul tal-konsenja in kwistjoni ma jiġix iddikjarat fi żmien l-iżdoganar, ir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni li għandha tiġi applikata għandha tiddependi fuq il-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa jew wieħed għandu jasal għaliha bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni doganali skond kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni.”;

32)

fl-Artikolu 141 (1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

1.   “Għall-importazzjonijiet ta' prodott wieħed jew aktar tas-setturi taċ-ċereali, tar-ross, taz-zokkor, tal-frott u tal-ħaxix, tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, taċ-ċanga u tal-vitella, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, tal-bajd, tat-tjur u tal-banana għandu japplika dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni bir-rata tad-dazju stabbilita fl-Artikoli 135 sa 140a, sabiex jiġu evitati jew newtralizzati effetti negattivi fis-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet, jekk:”;

33)

Fl-Artikolu 153(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Ħtieġa tradizzjonali ta’ provvista taz-zokkor biex jiġi raffinat ġiet iffissata għall-Komunità għal 2 424 735 tunnellata għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, espressi f’zokkor abjad.”;

34)

fl-Artikolu 160(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

1.   “Fejn is-suq Komunitarju huwa mfixkel jew jista' jkun imfixkel minn ftehim ta' proċessar attiv, il-Kummissjoni tista' tissospendi fuq talba ta' Stat Membru jew b'inizjattiva tagħha stess l-użu sħiħ jew parzjali ta' ftehim ta' proċessar attiv għas-setturi tal-prodotti taċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żjut tal-mejda, il-frott u l-ħaxix, il-frott u l-ħaxix ipproċessati, iċ-ċanga u l-vitella, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, il-bajd, il-laħam tat-tjur u l-alkoħol etiliku agrikolu. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fir-rigward tagħha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tkun irċevietha.”;

35)

il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu 161(1):

“(da)

frott u ħaxix;

(db)

frott u ħaxix ipproċessati;”;

36)

fl-Artikolu 174(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

1.   “Fejn is-suq Komunitarju huwa mfixkel jew jista' jkun imfixkel minn ftehim ta' proċessar passiv, il-Kummissjoni tista' tissospendi fuq talba ta' Stat Membru jew b'inizjattiva tagħha stess l-użu sħiħ jew parzjali ta' ftehim ta' proċessar passiv għas-setturi tal-prodotti taċ-ċereali, ir-ross, il-frott u l-ħaxix, il-frott u l-ħaxix ipproċessati, iċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż u l-laħam tat-tjur. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fir-rigward tagħha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tkun irċevietha.”

37)

l-Artikolu 175 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 175

Applikazzjoni ta' l-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat

Ħlief kif previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet implimentattivi tagħhom għandhom, suġġetti għall-Artikoli 176 sa 177 ta’ dan ir-Regolament, japplikaw għall-ftehim, deċiżjonijiet u prattika kollha msemmijin fl-Artikoli 81(1) u 82 tat-Trattat li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni jew il-kummerċ tal-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (k) u l-punti (m) sa (u) ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.”;

38)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 176a

Ftehim u prattika miftiehma fis-settur tal-frott u tal-ħaxix

1.   L-Artikolu 81(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehim, deċiżjonijiet u prattika miftiehma ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali bil-għan li jwettqu l-attivitajiet li jissemmew fl-Artikolu 123(3)(c) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika biss sakemm:

(a)

il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattika miftiehma ġew notifikati lill-Kummissjoni;

(b)

fi żmien xahrejn minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa l-Kummissjoni ma tkunx sabet li l-ftehim, id-deċiżjonijiet jew il-prattika miftiehma jkunu inkompatibbli mar-regoli tal-Komunità.

3.   Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattika miftiehma ma jistgħux jidħlu b'effett qabel ma jgħaddi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2(b).

4.   Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattika miftiehma li ġejjin, ikun xi jkun il-każ, għandhom jiġu ddikjarati inkompatibbli mar-regoli Komunitarji:

(a)

ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jistgħu jwasslu għal separazzjoni tas-swieq fi kwalunkwe forma fi ħdan il-Komunità;

(b)

ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tajjeb ta’ l-organizzazzjoni tas-suq;

(c)

ftehim, deċiżjonijiet u prattika miftiehma li jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni li ma jkunux essenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika agrikola komuni li huma l-għan ta’ l-attività ta’ l-organizzazzjoni interprofessjonali;

(d)

ftehim, deċiżjonijiet u prattika miftiehma li jinvolvu l-iffissar tal-prezzijiet, mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet imwettqa minn organizzazzjonijiet interprofessjonali fl-applikazzjoni ta’ regoli Komunitarji speċifiċi;

(e)

ftehim, deċiżjonijiet u prattika miftiehma li jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.

5.   Jekk, wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ xahrejn li jissemma fil-paragrafu 2(b), il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti, għandha tadotta Deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 81(1) tat-Trattat japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma in kwistjoni.

Dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni m’għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata, ħlief jekk l-organizzazzjoni interprofessjonali tkun tat informazzjoni mhux korretta jew abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1.

6.   Fil-każ ta’ ftehim pluriennali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim. Madanakollu, f’dak il-każ, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, tista’ toħroġ sejba ta’ inkompatibbiltà fi kwalunkwe ħin.”;

39)

l-Artikolu 179 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 179

Regoli implimentattivi fir-rigward ta’ ftehim u ta’ prattika miftiehma fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tat-tabakk

Il-Kummissjoni tista’ tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 176a, 177 u 178, inklużi r-regoli li jikkonċernaw in-notifika u l-pubblikazzjoni.”;

40)

l-Artikolu 180 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 180

Applikazzjoni ta' l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat

Ħlief kif previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari bl-eċċezzjoni ta' l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 182 ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (k) u l-punti (m) sa (u) ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.”

41)

l-Artikolu 182 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Suġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, il-Finlandja tista' tagħti għajnuna għal ċerti kwantitajiet ta' żrieragħ, ħlief għall-żrieragħ tal-ħaxix ta' l-għalf (Phleum pratense L.), u għal ċerti kwantitajiet ta’ żrieragħ taċ-ċereali prodotti biss fil-Finlandja sa u inkluż il-ħsad ta’ l-2010.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008, il-Finlandja għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar ir-riżultati ta’ l-għajnuna awtorizzata.”;

(b)

għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu jħallsu l-għajnuniet ta' l-Istat taħt kwalunkwe skema eżistenti fir-rigward tal-produzzjoni ta’ u tal-kummerċ fil-patata, friska jew imkessħa, bil-kodiċi NM 0701 sal-31 ta’ Diċembru 2011;

6.   Fir-rigward tas-settur tal-frott u tal-ħaxix, l-Istati Membri jistgħu jħallsu għajnuna mill-Istat sal-31 ta’ Diċembru 2010 skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għajnuna mill-Istat titħallas biss lil produtturi tal-frott u tal-ħaxix li mhumiex membri ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi, li jiffirmaw kuntratt ma’ organizzazzjoni rikonoxxutta tal-produtturi fejn jaċċettaw li għandhom japplikaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata;

(b)

l-ammont ta’ għajnuna mħallas lil tali produtturi mhix aktar minn 75 % ta’ l-appoġġ Komunitarju li jirċievu l-membri ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata; kif ukoll

(c)

l-Istat Membru kkonċernat jippreżenta rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard, mill-31 ta’ Diċembru 2010 dwar l-effikaċja u l-effiċjenza ta’ l-għajnuna mill-Istat, fejn janalizza partikolarment kemm l-għajnuna appoġġat lill-organizzazzjoni tas-settur. Il-Kummissjoni se teżamina r-rapport u tiddeċiedi jekk tagħmilx xi proposta xierqa.”;

42)

fl-Artikolu 184, għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(4)

lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni IVa tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II u fil-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II rigward organizzazzjonijiet tal-produtturi, fondi operattivi u programmi operattivi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix.”

43)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 203a

Regoli transitorji fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati

1.   L-iskemi ta’ għajnuna stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li jintroduċi skema Komunitarja ta' għajnuna għal produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru (*******) u li ġew aboliti bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għandhom jibqgħu applikabbli fir-rigward ta' kull wieħed mill-prodotti kkonċernati għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dak il-prodott li tintemm fl-2008.

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li diġà huma rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom ikomplu jiġu rikonoxxuti taħt dan ir-Regolament. Fejn ikun meħtieġ, sal-31 ta’ Diċembru 2010 huma għandhom jagħmlu adattamenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi diġà rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għandhom ikomplu jiġu rikonxxuti taħt dan ir-Regolament.

3.   Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, programm operattiv approvat taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007:

(a)

jista’ jkompli għaddej sa tmiemu, jew

(b)

jiġi modifikat sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jew

(c)

jinbidel bi programm operattiv ġdid approvat taħt dan ir-Regolament.

L-Artikolu 103d(3)(e) u (f) għandu japplika għal programmi operattivi mressqa fl-2007 imma li għadhom ma ġewx approvati fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li mill-bqija jissodisfaw il-kriterji ta’ dawk il-punti.

4.   Il-gruppi tal-produtturi li ngħataw rikonoxximent preliminari taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dak ir-rikonoxximent preliminari taħt dan ir-Regolament. Il-pjani ta' rikonoxximent aċċettati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dik l-aċċettazzjoni taħt dan ir-Regolament. Madankollu, il-pjani għandhom ikunu modifikati, jekk ikun meħtieġ, sabiex il-grupp tal-produtturi jkun jista' jissodisfa l-kriterji għal rikonoxximent bħala organizzazzjoni tal-produtturi stabbiliti fl-Artikolu 125b ta’ dan ir-Regolament. Fejn għandhom x’jaqsmu tali gruppi ta’ produtturi fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, ir-rati ta’ l-għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 103a(3)(a) għandhom japplikaw għal pjani ta’ rikonoxximent mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-kuntratti li jissemmew fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 li jkopru aktar minn sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna għall-ipproċessar tal-frott ta’ ċitru li huma relatati mas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li tibda fl-1 ta’ Ottubru 2008 jew ma’ snin sussegwenti ta’ kummerċjalizzazzjoni, bil-ftehim taż-żewġ partijiet, jistgħu jiġu emendati jew mitmuma sabiex jittieħed kont tat-tħassir ta’ dak ir-Regolament bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 u l-abolizzjoni konsegwenzjali ta’ l-għajnuna. M'għandhom jiġu applikati l-ebda penalitajiet taħt dak ir-Regolament jew ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu għall-partijiet ikkonċernati bħala riżultat ta' tali emenda jew terminazzjoni.

6.   Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-arranġament transitorju skond l-Artikolu 68b jew l-Artikolu 143bc tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-regoli adottati skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jew skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 dwar il-karatteristiċi minimi tal-materja prima provduta għall-ipproċessar u r-rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-prodotti lesti għandhom jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-materja prima maħsuda fit-territorju tiegħu.

7.   Sakemm jiġu adottati standards ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-frott u tal-ħaxix f'konformità ma' l-Artikoli 113 u 113a, għandhom ikomplu japplikaw l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni mfassla skond ir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96 u (KE) Nru 2201/96.

8.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tiffaċilita t-transizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96n (KE) Nru 2202/96 u (KE) Nru 1182/2007 għald awk stabbiliti f’dan ir-Regolament, inklużi dawk previsti fil-paragrafi (1) sa (7) ta’ dan l-Artikolu.

(*******)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1933/2001 (ĠU L 262, 2.10.2001, p. 6).”;"

44)

l-Annessi għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

il-Parti XXI ta’ l-Anness I għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

il-punti taħt il-kodiċi-NM “0511 99 31”, “0511 99 39” u “0511 99 85” għandhom jitħassru;

(ii)

l-entrata taħt il-kodiċi-NM “1211” għandha tinbidel b'li ġej:

“Pjanti u partijiet minnhom (inklużi żerriegħa u frott), ta' kwalità użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta' insettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili, friski jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab bl-esklużjoni tal-prodotti elenkati taħt il-kodiċi-NM ex 1211 90 85 fil-Parti IX ta' dan l-Anness”

(b)

għandhom jiddaħħlu l-Annessi VIIa, VIIb u VIIc, li t-test tagħhom huwa dispost fl-Anness I ma' dan ir-Regolament;

(c)

fl-Anness VIII, il-punt VI għandu jinbidel b’dan li ġej:

“VI.

Fejn jiġi applikat l-Artikolu 59(2), l-Istati Membri għandhom jallokaw il-kwoti aġġustati sa mhux aktar tard minn l-aħħar ta' Frar bil-għan li japplikawhom fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.”;

(d)

għandu jiddaħħal l-Anness XIa, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness II ma' dan ir-Regolament;

(e)

fil-punt III(1) ta’ l-Anness XIII, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Ħalib ittrattat bis-sħana li ma jikkonformaz mar-rekwiżiti ta' kontenut ta' xaħam stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) ta' l-ewwel subparagrafu għandu jkun ikkunsidrat bħala ħalib tax-xorb sakemm il-kontenut ta' xaħam huwa indikat b'mod ċar b'deċimali waħda u jinqara b'mod faċli fuq l-imballaġġ f'forma ta' ‘… % xaħam’. Tali ħalib m'għandux jiġi deskritt bħala ħalib sħiħ, ħalib nofsu xkumat jew ħalib xkumat.”

(f)

għandu jiddaħħal l-Anness XVIa, li t-test tiegħu hu dispost fl-Anness III ma' dan ir-Regolament;

(g)

l-Anness XXII għandu jiġi emendat skond l-Anness IV ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1184/2006

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu applikati fir-rigward ta' l-applikabbiltà ta' l-Artikoli 81 sa 86 u ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 88 tat-Trattat fir-rigward tal-produzzjoni, jew il-kummerċ tal-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (k), u l-punti (m) sa (u) ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (********).

Artikolu 3

Tħassir

1.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 700/2007 u (KE) Nru 1182/2007 huma b'dan imħassra.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u għandhom jinqraw skond it-tabelli rispettivi ta’ korrelazzjoni li jinsabu fl-Anness XXII ma' dak ir-Regolament.

2.   Ir-Regolamenti (KEE) Nru 449/69, (KEE) Nru 1467/69, (KEE) Nru 2511/69, (KEE) Nru 2093/70, (KEE) Nru 846/72, (KEE) Nru 1252/73, (KEE) Nru 155/74, (KEE) Nru 1627/75, (KEE) Nru 794/76, (KEE) Nru 1180/77, (KEE) Nru 10/81, (KEE) Nru 40/81, (KEE) Nru 3671/81, (KEE) Nru 1603/83, (KEE) Nru 790/89, (KEE) Nru 3650/90, (KEE) Nru 525/92, (KEE) Nru 3438/92, (KEE) Nru 3816/92, (KEE) Nru 742/93, (KEE) Nru 746/93, (KE) Nru 399/94, (KE) Nru 2241/2001 u (KE) Nru 545/2002 huma b'dan imħassra.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċcjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008. Iżda:

(a)

il-punti 3, 4, 5, 8, 12 u 13 ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2008;

(b)

il-punti 9, 14 sa 19, 33 u 44 (b) u (c) ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 14 ta' April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 248/2008 (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 6).

(2)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).

(3)  ĠU L 312, 29.11.2005, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1247/2007 (ĠU L 282, 26.10.2007, p. 1).

(4)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3).

(5)  ĠU L 351, 23.12.1997, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1153/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 6).

(6)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.

(7)  ĠU L 161, 22.6.2007, p. 1.

(8)  ĠU L 61, 12.3.1969, p. 2. Ir-Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3669/93 (ĠU L 338, 31.12.1993, p. 26).

(9)  ĠU L 197, 8.8.1969, p. 95. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2365/70 (ĠU L 257, 26.11.1970, p. 1).

(10)  ĠU L 318, 18.12.1969, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1130/89 (ĠU L 119, 29.4.1989, p. 22).

(11)  ĠU L 232, 21.10.1970, p. 5.

(12)  ĠU L 100, 27.4.1972, p. 3.

(13)  ĠU L 133, 21.5.1973, p. 113.

(14)  ĠU L 18, 22.1.1974, p. 97.

(15)  ĠU L 165, 28.6.1975, p. 9.

(16)  ĠU L 93, 8.4.1976, p. 3.

(17)  ĠU L 142, 9.6.1977, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2008/97 (ĠU L 284, 16.10.1997, p. 17).

(18)  ĠU L 1, 1.1.1981, p. 17.

(19)  ĠU L 3, 1.1.1981, p. 11.

(20)  ĠU L 367, 23.12.1981, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1555/84 (ĠU L 150, 6.6.1984, p. 4).

(21)  ĠU L 159, 17.6.1983, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1979/85 (ĠU L 186, 19.7.1985, p. 5).

(22)  ĠU L 85, 30.3.1989, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1825/97 (ĠU L 260, 23.9.1997, p. 9).

(23)  ĠU L 362, 27.12.1990, p. 22. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1468/97 (ĠU L 200, 29.7.1997, p. 1).

(24)  ĠU L 58, 3.3.1992, p. 1.

(25)  ĠU L 350, 1.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1600/96 (ĠU L 206, 16.8.1996, p. 45).

(26)  ĠU L 387, 31.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1363/95 (ĠU L 132, 16.6.1995, p. 8).

(27)  ĠU L 77, 31.3.1993, p. 8.

(28)  ĠU L 77, 31.3.1993, p. 14. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 952/97 (ĠU L 142, 2.6.1997, p. 30).

(29)  ĠU L 54, 25.2.1994, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).

(30)  ĠU L 303, 20.11.2001, p. 8.

(31)  ĠU L 84, 28.3.2002, p. 1.


ANNESS I

ANNESS VIIa

KALKOLU TAL-PERSENTAĠĠ LI GĦANDU JIĠI STABBILIT SKOND IT-TIENI SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 59(2)

1.   Għall-fini tal-kalkolu stipulat fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘persentaġġ f'livell ta' Stat Membru’ tfisser il-persentaġġ li għandu jiġi stabbilit skond il-punt 2 sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità totali li għandha titnaqqas fil-livell ta’ l-Istat Membru kkonċernat;

(b)

‘persentaġġ komuni’ tfisser il-persentaġġ komuni stabbilit mill-Kummissjoni skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 59(2);

(c)

‘tnaqqis’ tfisser iċ-ċifra miksuba bid-diviżjoni tat-total tal-kwoti rinunzjati fl-Istat Membru bil-kwoti nazzjonali kif ġew iffissati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-verżjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għal dak l-Anness tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità.

2.   Il-persentaġġ fil-livell ta’ Stat Membru huwa ugwali għall-persentaġġ komuni multiplikat b’1 – [(1/0,6) × it-tnaqqis].

Fejn ir-riżultat ikun taħt iż-żero, il-persentaġġ applikabbli hu ugwali għal żero.

ANNESS VIIb

KALKOLU TAL-PERSENTAĠĠ APPLIKABBLI GĦALL-IMPRIŻI SKOND IT-TIENI SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 59(2)

1.   Għall-fini tal-kalkolu stipulat fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘persentaġġ applikabbli’ tfisser il-persentaġġ li għandu jiġi stabbilit skond il-punt 2 u li japplika għall-kwota allokata lill-impriża kkonċernata;

(b)

‘persentaġġ komuni f'livell ta’ Stat Membru’ tfisser il-persentaġġ ikkalkulat għall-Istat Membru kkonċernat bħala:

Qty/Σ [(1 – R/K) × Q]

ma’

Qty

=

il-kwantità li għandha titnaqqas fil-livell ta’ l-Istat Membru li jissemma fil-punt 1(a) ta’ l-Anness VIIa,

R

=

ir-rinunzja li tissemma f’(c) għal impriża partikolari,

Q

=

il-kwota ta’ l-istess impriża partikolari disponibbli fl-aħħar ta' Frar 2010,

K

=

iċ-ċifra f’(d),

Σ tirreferi għas-somma tal-prodott ta’ (1 – R/K) × Q ikkalkulata għal kull impriża li jkollha kwota fit-territorju ta l-Istat Membru; meta l-prodott ikun taħt iż-żero, għandu jkun daqs żero;

(c)

‘rinunzja’ tfisser iċ-ċifra miksuba billi l-kwantità tal-kwoti rinunzjati mill-impriża kkonċernata tkun diviża bil-kwota tagħha hekk kif ġiet allokata skond l-Artikoli 7 u 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-Artikolu 60(1) sa (3) ta' dan ir-Regolament.

(d)

‘K’ tiġi kkalkulata f’kull Stat Membru billi t-tnaqqis totali tal-kwota f'dak l-Istat Membru (ir-rinunzji volontarji flimkien mal-kwantità li għandha titnaqqqas fil-livell ta’ l-Istat Membru li jissemma fil-punt 1(a) ta’ l-Anness VIIa) jiġi diviż bil-kwota inizjali tiegħu kif ġiet iffissata fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-verżjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għal dak l-Anness tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità.

2.   Il-persentaġġ applikabbli huwa daqs il-persentaġġ komuni fil-livell ta’ Stat Membru multiplikat b’1 – [(1/K) × ir-rinunzja].

Fejn ir-riżultat ikun taħt iż-żero, il-persentaġġ applikabbli hu ugwali għal żero.

ANNESS VIIc

KALKOLU TAL-KOEFFIĊJENT LI GĦANDU JIĠI STABBILIT SKOND L-ARTIKOLU 52A(1)

1.   Għall-fini tal-kalkolu stipulat fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘koeffiċjent f'livell ta’ Stat Membru’ tfisser il-koeffiċjent li għandu jkun stabbilit skond il-punt 2;

(b)

‘tnaqqis’ tfisser iċ-ċifra miksuba billi r-rinunzja totali tal-kwoti taz-zokkor fl-Istat Membru, inklużi r-rinunzji fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha japplika l-irtirar, tiġi diviża bil-kwoti nazzjonali taz-zokkor kif ġew iffissati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-verżjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għal dak l-Anness tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità;

(c)

‘koeffiċjent’ tfisser il-koeffiċjent stabbilit mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 52(2).

2.   Għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010, il-koeffiċjent f'livell ta’ Stat Membru għandu jkun daqs il-koeffiċjent miżjud bi [(1/0,6) × it-tnaqqis] × (1 – il-koeffiċjent).

Fejn ir-riżultat ikun 'il fuq minn 1, il-koeffiċjent applikabbli hu ugwali għal 1.


ANNESS II

“ANNESS XIa

KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-LAĦAM TA’ ANNIMALI BOVINI LI GĦANDHOM 12-IL XAHAR JEW INQAS SKOND L-ARTIKOLU 113B

I.   Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ‘laħam’ tfisser il-karkassi kollha, il-laħam bil-għadam jew mingħajr għadam, u l-intern, kemm jekk imqattgħin jew le, destinat għall-konsum mill-bniedem, miksub minn annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas, ippreżentati friski, iffriżati jew surġelati, kemm jekk imgeżwra jew ippakkjati jew le.

II.   Klassifikazzjoni ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas fil-biċċerija

Mal-qatla, l-annimali bovini kollha li għandhom 12-il xahar jew inqas għandhom jiġu kklassifikati mill-operaturi, taħt is-superviżjoni ta’ l-awtorità kompetenti li tissemma fil-punt VII(1) ta’ dan l-Anness, f’waħda miż-żewġ kategoriji li ġejjin:

(A)

Kategorija V: annimali bovini li għandhom 8 xhur jew inqas

Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: V;

(B)

Kategorija Z: annimali bovini li għandhom iktar minn 8 xhur iżda mhux iktar minn 12-il xahar

Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: Z.

Din il-klassifikazzjoni għandha titwettaq abbażi ta’ l-informazzjoni inkluża fil-passaport li jakkumpanja lill-annimali bovini, jew fin-nuqqas ta’ dan, abbażi tad-data inkluża fid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem ta' l-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (*).

III.   Deskrizzjoni ta’ bejgћ

1.   Id-deskrizzjoni tal-bejgħ hija l-isem li bih jinbiegħ l-oġġett ta’ l-ikel, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/13/KE.

2.   Il-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas għandu jiġi kkummerċjalizzat biss fl-Istati Membri bid-deskrizzjoni(jiet) tal-bejgħ li ġejja(ġejjin) stabbiliti għal kull Stat Membru:

(A)

Għal-laħam ta' l-annimali bovoni tal-kategorija V:

Pajjiż ta' kummerċjalizzazzjoni

Deskrizzjonijiet ta' bejgħ li għandhom jintużaw

l-Belġju

veau, viande de veau/kalfsvlees/Kalbfleisch

l-Bulgarija

месо от малки телета

r-Repubblika Ċeka

telecí

d-Danimarka

lyst kalvekød

l-Ġermanja

Kalbfleisch

L-Estonja

vasikaliha

l-Greċja

μοσχάρι γάλακτος

Spanja

ternera blanca, carne de ternera blanca

Franza

veau, viande de veau

L-Irlanda

veal

L-Italja

vitello, carne di vitello

Ċipru

μοσχάρι γάλακτος

l-Latvja

teļa gaļa

l-Litwanja

veršiena

l-Lussemburgu

veau, viande de veau/Kalbfleisch

L-Ungerija

Borjúhús

Malta

vitella

L-Olanda

kalfsvlees

L-Awstrija

Kalbfleisch

l-Polonja

cielęcina

l-Portugall

vitela

r-Rumanija

carne de vițel

s-Slovenja

teletina

s-Slovakkja

teľacie mäso

l-Finlandja

vaalea vasikanliha/ljust kalvkött

L-Iżvezja

ljust kalvkött

r-Renju Unit

veal

(B)

Għal-laħam ta' l-annimali bovini tal-kategorija Z:

Pajjiż ta' kummerċjalizzazzjoni

Deskrizzjonijiet ta' bejgħ li għandhom jintużaw

l-Belġju

jeune bovin, viande de jeune bovin/jongrundvlees/Jungrindfleisch

l-Bulgarija

телешко месо

r-Repubblika Ċeka

hovězí maso z mladého skotu

d-Danimarka

kalvekød

l-Ġermanja

Jungrindfleisch

L-Estonja

Noorloomaliha

l-Greċja

νεαρό μοσχάρι

Spanja

ternera, carne de ternera

Franza

jeune bovin, viande de jeune bovin

L-Irlanda

rosé veal

L-Italja

vitellone, carne di vitellone

Ċipru

νεαρό μοσχάρι

l-Latvja

jaunlopa gaļa

l-Litwanja

jautiena

l-Lussemburgu

jeune bovin, viande de jeune bovin/Jungrindfleisch

L-Ungerija

növendék marha húsa

Malta

vitellun

L-Olanda

rosé kalfsvlees

L-Awstrija

Jungrindfleisch

l-Polonja

młoda wołowina

l-Portugall

vitelão

r-Rumanija

carne de tineret bovin

s-Slovenja

meso težjih telet

s-Slovakkja

mäso z mladého dobytka

l-Finlandja

vasikanliha/kalvkött

L-Iżvezja

kalvkött

r-Renju Unit

beef

3.   Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li jissemmew fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu ssupplimentati b'indikazzjoni ta’ l-isem jew b'deskrizzjoni tal-biċċiet tal-laħam jew ta’ l-intern ikkonċernat.

4.   Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ elenkati fil-kategorija V fil-punt A tat-tabella li tidher fil-paragrafu 2 u kwalunkwe isem ġdid li ġej minn dawk id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ għandhom jintużaw biss jekk jiġu sodisfatti ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-Anness.

B’mod partikolari, it-termini ‘veau’, ‘telecí’, ‘Kalb’, ‘μοσχάρι’, ‘ternera’, ‘kalv’, ‘veal’, ‘vitello’, ‘vitella’, ‘kalf’, ‘vitela’ u ‘teletina’ mgħandhomx jintużaw fdeskrizzjoni tal-bejgħ jew ikunu indikati fuq it-tikkettar tal-laħam ta annimali bovini li għandhom aktar minn 12-il xahar.

IV.   Informazzjoni obbligatorja fuq it-tikketta

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/13/KE u għall-Artikoli 13, 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, f’kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, l-operaturi għandhom jittikkettaw il-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-età ta’ l-annimali fil-mument tal-qtil, indikata, skond il-każ, fuq il-formola ‘età meta nqatlu: sa 8 xhur’ fil-każ ta’ annimali li għandhom 8 xhur jew inqas, jew ‘età meta nqatlu: minn 8 sa 12-il xahar’ fil-każ ta’ annimali li għandhom iktar minn 8 xhur iżda mhux iktar minn 12-il xahar;

(b)

id-deskrizzjoni tal-bejgħ skond il-punt III ta’ dan l-Anness.

Madankollu, b’deroga mill-punt (a), f’kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, ħlief ir-rilaxx lill-konsumatur finali, l-operaturi jistgħu jissostitwixxu l-età tal-qatla bl-ittra ta’ identifikazzjoni tal-kategorija prevista fil-punt II ta’ dan l-Anness.

2.   Fil-każ tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas li ġie ppreżentat għall-bejgħ mhux ippakkjat fil-punt tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar kif għandha tkun indikata l-informazzjoni li tissemma fil-paragrafu 1.

V.   Informazzjoni fakultattiva fuq it-tikketta

L-operaturi jistgħu jissupplimentaw l-informazzjoni obbligatorja li tissemma fil-punt IV b’informazzjoni fakultattiva li tkun ġiet approvata skond il-proċedura prevista fl-Artikoli 16 jew 17 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

VI.   Reġistrazzjoni

F’kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas, sabiex jiggarantixxu l-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni tat-tikkettar li tissemma fil-punti IV u V, l-operaturi għandhom jirreġistraw b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

(a)

indikazzjoni tan-numru ta' identifikazzjoni u d-data tat-twelid ta' l-annimali, f'livell ta' biċċerija biss;

(b)

indikazzjoni ta' numru ta' referenza li jagħmilha possibbli li tiġi stabbilita konnessjoni bejn, minn naħa, l-identifikazzjoni ta' l-annimali li minnhom joriġina l-laħam u, min-naħa l-oħra, id-deskrizzjoni ta' bejgħ, l-età mal-qatla u l-ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija mogħtija fuq it-tikketta tal-laħam;

(c)

indikazzjoni tad-data tal-wasla u tat-tluq ta' l-annimali u l-laħam fl-istabbiliment, li tiżgura li tkun stabbilita korrelazzjoni bejn il-wasliet u t-tluq.

VII.   Kontrolli uffiċjali

1.   Qabel l-1 ta’ Lulju 2008 l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex tkun ivverifikata l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 113b u ta’ dan l-Anness u jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

2.   Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu mill-awtorità jew mill-awtoritajiet kompetenti skond il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-benessri ta' l-annimali (**).

3.   Flimkien ma’ l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha taċċerta ruħha li l-Istati Membri qed jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 113b u ta’ dan l-Anness.

4.   L-esperti tal-Kummissjoni għandhom iwettqu, fejn ikun meħtieġ, flimkien ma’ l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, u fejn ikun applikabbli, ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri, kontrolli fil-post sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 113b u ta’ dan l-Anness qed jiġu implimentati.

5.   Kwalunkwe Stat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettqu kontrolli għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-assistenza kollha meħtieġa li tista' teħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

VIII.   Laħam importat minn pajjiżi terzi

1.   Il-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il sena jew inqas li jiġi importat minn pajiżi terzi għandu jkun ikkummerċjalizzat fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 113b u dan l-Anness.

2.   L-operaturi minn pajjiż terz li jixtiequ jqiegħdu fis-suq Komunitarju laħam kif jissemma fil-paragrafu 1 għandhom jissuġġettaw l-attivitajiet tagħhom għal kontrolli mill-awtorità kompetenti maħtura minn dak il-pajjiż terz jew, fin-nuqqas ta’ dan, minn entità terza indipendenti. Il-entità indipendenti għandha tagħti l-assigurazzjoni kollha ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Istandard Ewropew EN 45011 jew fil-Gwida ta’ l-ISO/IEC 65 (‘Rekwiżiti ġenerali għall-entitajiet li joperaw sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti’).

3.   L-awtorità kompetenti maħtura, jew fejn ikun applikabbli, l-entità terza indipendenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 113b u dan l-Anness jiġu sodisfatti.

IX.   Penali

Mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjoni speċifika li tista’ tiġi adottata mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 194 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 113b u ta’ dan l-Anness u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-penali lill-Kummissjoni sa l-1 ta’ Lulju 2009 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”


(*)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(**)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4).


ANNESS III

“ANNESS XVIA

LISTA KOMPLUTA TA’ REGOLI LI JISTGĦU JIĠU ESTIŻI GĦAL PRODUTTURI MHUX MEMBRI SKOND L-ARTIKOLU 125F U L-ARTIKOLU 125L

1.   Regoli rigward tagħrif dwar il-produzzjoni

(a)

dikjarazzjoni dwar l-intenzjonijiet ta’ tkabbir, skond il-prodott u fejn xieraq skond il-varjetà;

(b)

dikjarazzjoni dwar żrigħ u pjantaġġuni;

(c)

dikjarazzjoni dwar it-total ta' żoni kkultivati, skond il-prodott u fejn possibbli skond il-varjetà;

(d)

dikjarazzjoni dwar it-tunellaġġ antiċipat u d-dati probabbli tal-ħsad skond il-prodott u fejn possibbli skond il-varjetà;

(e)

dikjarazzjoni perjodika tal-kwantitajiet maħsuda u l-ħażniet disponibbli, skond il-varjetà;

(f)

tagħrif dwar il-kapaċitajiet ta' ħażna.

2.   Regoli ta' produzzjoni

(a)

għażla taż-żrieragħ li għandhom jintużaw skond id-destinazzjoni maħsuba (suq frisk/proċessar industrijali);

(b)

tnaqqija fl-imsaġar.

3.   Regoli ta' kummerċjalizzazzjoni

(a)

dati speċifikati biex jibda l-ħsad, skaljonar tat-tqegħid fis-suq;

(b)

rekwiżiti minimi ta’ kwalità u ta’ daqs;

(c)

preparazzjoni, preżentazzjoni, ippakkjar u mmarkar fl-ewwel stadju tal-kummerċjalizzazzjoni;

(d)

indikazzjoni ta' l-oriġini tal-prodott.

4.   Regoli dwar il-ħarsien ta' l-ambjent

(a)

użu tal-fertilizzant u d-demel;

(b)

użu tal-prodotti għas-saħħa tal-pjanti u metodi għall-ħarsien ta’ l-għelejjel;

(c)

kontenut massimu tar-residwi fil-frott u l-ħaxix ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti u l-fertilizzanti;

(d)

regoli dwar ir-rimi ta’ prodotti sekondarji u materjal użat;

(e)

regoli dwar prodotti mneħħija mis-suq.

5.   Regoli dwar il-promozzjoni u l-komunikazzjoni fil-kuntest ta' prevenzjoni u maniġġar ta' kriżijiet kif imsemmi fl-Artikolu 103c(2)(c).”


ANNESS IV

EMENDI LI JIKKONĊERNAW L-ANNESS XXII MAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1234/2007

1.   Fit-tabella li tidher taħt il-punt 4 dwar ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75, il-filliera li tindika l-korrelazzjoni bejn l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament u d-dispożizzjoni rispettiva fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 31(1)(e)”

2.   Fit-tabella li tidher taħt il-punt 26 dwar ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999, il-fillieri li jindikaw il-korrelazzjoni bejn l-Artikoli 6 sa l-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rispettivi fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“Artikolu 6(1) l-ewwel subparagrafu

Artikoli 15(1) u 22

Artikolu 6(1) it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 15(2)

Artikolu 6(2) l-ewwel subparagrafu, punt (a), l-ewwel inċiż

Artikolu 10(1)(e)

Artikolu 6(2) l-ewwel subparagrafu, punt (a), it-tieni u t-tielet inċiżi u l-punt (b)

Artikolu 10 flimkien ma' l-Artikolu 43(a)

Artikolu 6(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 10 flimkien ma' l-Artikolu 43(a)

Artikolu 6(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 28(a)

Artikolu 6(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 29

Artikolu 6(3) it-tielet subparagrafu

Artikolu 43(d)(i)

Artikolu 6(3) ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 43(d)(iii)

Artikolu 6(4) l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu l-ewwel sentenza

Artikolu 25 u 43(f)

Artikolu 6(4) it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 43(d)(iii)

Artikolu 6(5)

Artikolu 6(6)

Artikolu 6(2)(b) u (c)

Artikolu 7(1) l-ewwel subparagrafu

Artikoli 10(1)(f), 16 l-ewwel paragrafu u 43(a)

Artikolu 7(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 23 u 43(a)

Artikolu 7(1) it-tielet subparagrafu

Artikolu 43(l)

Artikolu 7(2)

Artikolu 16 it-tieni paragrafu

Artikolu 7(4)

Artikolu 25 u (43)(e)

Artikolu 8(1)

Artikolu 28(b)

Artikolu 8(2) u (3)

Artikolu 30 u 43(d)(i) u (iii)

Artikolu 9(1)

Artikoli 31(1)(d) u 36(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 31(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 43(d)(iii)

Artikolu 9(4)

Artikolu 36(2)”

(3)   Fit-tabella li tidher taħt il-punt 30 dwar ir-Regolament (KE) Nru 2529/2001, il-filliera li tindika l-korrelazzjoni bejn l-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament u d-dispożizzjoni rispettiva fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Artikoli 31(1)(f) u 38”

(4)   Fit-tabella li tidher taħt il-punt 40 dwar ir-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-filliera rigward l-Artikolu 19 ta' dak ir-Regolament:

“Artikolu 19a

Artikolu 52a”

(5)   Għandhom jiżdiedu t-tabelli li ġejjin.

45.   Regolament (KE) Nru 700/2007

Regolament (KE) Nru 700/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 113b(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(3)

Artikolu 113b(2)

Artikolu 2

Punt I. ta' l-Anness XIa

Artikolu 3

Punt II. ta' l-Anness XIa

Artikolu 4

Punt III. ta' l-Anness XIa

Artikolu 5

Punt IV. ta' l-Anness XIa

Artikolu 6

Punt V. ta' l-Anness XIa

Artikolu 7

Punt VI. ta' l-Anness XIa

Artikolu 8

Punt VII. ta' l-Anness XIa

Artikolu 9

Punt VIII. ta' l-Anness XIa

Artikolu 10

Punt IX. ta' l-Anness XIa

Artikolu 11(1)

Artikolu 121 l-ewwel paragrafu, punt (j)

Artikolu 11(2)

Artikolu 121 it-tieni paragrafu

Artikolu 12

Artikolu 195

Artikolu 13

Artikolu 113b(1) it-tieni subparagrafu

46.   Regolament (KE) Nru 1182/2007

Regolament (KE) Nru 1182/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 1 l-ewwel paragrafu

Artikolu 1(1)(i) u (j)

Artikolu 1 it-tieni paragrafu

Artikolu 1(4)

Artikolu 2(1)

Artikolu 113a(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 113(1)(b) u (c)

Artikolu 2(3)

Artikolu 113(2)(a)(ii)

Artikolu 2(4)(a)

Artikolu 121(a)

Artikolu 2(4)(b)

Artikolu 113(2)(a)

Artikolu 2(4)(c)

Artikolu 113(2)(b)

Artikolu 2(5)

Artikolu 113a(2)

Artikolu 2(6)

Artikolu 113a(3)

Artikolu 2(7)

Artikolu 203a(7)

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 122(a) u (b)

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 125b(1)(a)

Artikolu 3(1)(c)(i)

Artikolu 122(c)(ii)

Artikolu 3(1)(c)(ii)

Artikolu 122(c)(i)

Artikolu 3(1)(c)(iii)

Artikolu 122(c)(iii)

Artikolu 3(1)(d)

Artikolu 125a(1) kliem introduttorju

Artikolu 3(1)(e)

Artikolu 122

Artikolu 3(2)-(5)

Artikolu 125a

Artikolu 4

Artikolu 125b

Artikolu 5

Artikolu 125c

Artikolu 6

Artikolu 125d

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 125e

Artikolu 7(3)-(5)

Artikolu 103a

Artikolu 8

Artikolu 103b

Artikolu 9

Artikolu 103c

Artikolu 10

Artikolu 103d

Artikolu 11

Artikolu 103e

Artikolu 12

Artikolu 103f

Artikolu 13

Artikolu 103g

Artikolu 14

Artikolu 125f

Artikolu 15

Artikolu 125g

Artikolu 16

Artikolu 125h

Artikolu 17

Artikolu 125i

Artikolu 18

Artikolu 125j

Artikolu 19

Artikolu 184(4)

Artikolu 20

Artikolu 123(3)

Artikolu 21

Artikolu 125k

Artikolu 22

Artikolu 176a

Artikolu 23

Artikolu 125l

Artikolu 24

Artikolu 125m

Artikolu 25

Artikolu 125n

Artikolu 26

Artikolu 128

Artikolu 27

Artikolu 129

Artikolu 28

Artikolu 130(1)(fa) u (fb)

Artikolu 29

Artikolu 131

Artikolu 30

Artikolu 132

Artikolu 31

Artikolu 133

Artikolu 32

Artikolu 134

Artikolu 33

Artikolu 135

Artikolu 34

Artikolu 140a

Artikolu 35(1)-(3)

Artikolu 141

Artikolu 35(4)

Artikolu 143

Artikolu 36

Artikolu 144

Artikolu 37 l-ewwel paragrafu

Artikolu 145

Artikolu 37 t-tieni paragrafu, il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 148

Artikolu 38

Artikolu 159

Artikolu 39

Artikolu 160

Artikolu 40

Artikolu 161(1)(da) u (db)

Artikolu 41

Artikolu 174

Artikolu 42(a)(i)

Artikolu 121(a)

Artikolu 42(a)(ii)

Artikolu 113a(3)

Artikolu 42(a)(iii)

Artikolu 121(a)(i)

Artikolu 42(a)(iv)

Artikolu 121(a)(ii)

Artikolu 42(a)(v)

Artikolu 121 (a)(iii)

Artikolu 42(b)(i)

Artikolu 127(e)

Artikolu 42(b)(ii)

Artikolu 103h(a)

Artikolu 42(b)(iii)

Artikolu 103h(b)

Artikolu 42(b)(iv)

Artikolu 103h(c)

Artikolu 42(b)(v)

Artikolu 103h(d)

Artikolu 42(b)(vi)

Artikolu 103h(e)

Artikolu 42(c)

Artikoli 127 u 179

Artikolu 42(d)-(g)

Artikolu 194

Artikolu 42(h)

Artikoli 134, 143(b) u 148

Artikolu 42(i)

Artikolu 192

Artikolu 42(j)

Artikolu 203a(8)

Artikolu 43 l-ewwel paragrafu

Artikoli 1(4) u 180

Artikolu 43 it-tieni paragrafu, il-punt (a)

Artikolu 182(5)

Artikolu 43, it-tieni paragrafu, il-punt (b)

Artikolu 43 t-tieni paragrafu, il-punt (c)

Artikolu 182(6)

Artikolu 44

Artikolu 192

Artikolu 45

Artikolu 190

Artikoli 46-54

Artikolu 55

Artikolu 203a(1)-(6)”